|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
3.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/1 |
Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)
Il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (1), iffirmat fis-27 ta' Ottubru 2017, daħal fis-seħħ, f'konformità mal-Artikolu 4(2) tiegħu, fil-15 ta' Marzu 2018.
|
3.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/2 |
Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)
Il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (1), iffirmat fl-10 ta' Novembru 2017, daħal fis-seħħ, f'konformità mal-Artikolu 4(2) tiegħu, fis-16 ta' Jannar 2018.
REGOLAMENTI
|
3.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/519
tat-28 ta' Marzu 2018
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 22 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008. |
|
(2) |
Fit-8 ta' Diċembru 2016, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB - International Accounting Standards Board) ħareġ Interpretazzjoni 22 Tranżazzjonijiet f'Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS - International Accounting Standards Board). L-Interpretazzjoni tikkjarifika l-kontabbiltà għal tranżazzjonijiet li jinkludu l-irċevuta jew il-ħlas ta' korrispettiv bil-quddiem f'munità barranija. |
|
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (European Financial Reporting Advisory Group - EFRAG) tikkonferma li l-Interpretazzjoni IFRS 22 tissodisfa l-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Interpretazzjoni IFRS 22 Tranżazzjonijiet f'Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem għandha tiddaħħal kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data ta' bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).
ANNESS
Interpretazzjoni 22 tal-IFRIC
Tranżazzjonijiet f'Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem
REFERENZI
|
— |
Il-Qafas Kunċettwali għar-Rappurtar Finanzjarju |
|
— |
IAS 8 Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi Kontabilistiċi u Żbalji |
|
— |
IAS 21 L-Effetti tat-Tibdil fir-Rati tal-Kambju |
SFOND
|
1. |
Il-paragrafu 21 tal-IAS 21 L-Effetti tat-Tibdil fir-Rati tal-Kambju jeħtieġ li entità tirreġistra tranżazzjoni f'munita barranija, mar-rikonoxximent inizjali fil-munita funzjonali tagħha, billi tapplika għall-ammont f'munita barranija r-rata tal-kambju spot bejn il-munita funzjonali u l-munita barranija (ir-rata tal-kambju) fid-data tat-tranżazzjoni. Il-paragrafu 22 tal-IAS 21 jiddikjara li d-data tat-tranżazzjoni hija d-data li fiha t-tranżazzjoni tikkwalifika l-ewwel għal rikonoxximent skont l-Istandards tal-IFRS (Standards). |
|
2. |
Jekk entità tħallas jew tirċievi korrispettiv bil-quddiem f'munita barranija, hija ġeneralment tirrikonoxxi obbligazzjoni ta' assi mhux monetarju jew responsabbiltà mhux monetarja (1) qabel ir-rikonoxximent tal-assi, nefqa jew introjtu relatat. L-assi, in-nefqa jew l-introjtu (jew parti minnu) relatat huwa l-ammont rikonoxxut li japplika l-Istandards rilevanti, li jirriżulta fid-dekontabilizzar tal-assi mhux monetarju jew ir-responsabbiltà mhux monetarja li tirriżulta mill-korrispettiv bil-quddiem. |
|
3. |
Il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet tal-IFRS (il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet) inizjalment irċieva mistoqsija li tistaqsi kif għandha tiġi determinata “d-data tat-tranżazzjoni” li tapplika l-paragrafi 21–22 tal-IAS 21 meta jiġi rikonoxxut id-dħul. Il-mistoqsija indirizzat b'mod speċifiku ċirkustanzi li fihom entità tirrikonoxxi responsabbiltà mhux monetarja li tirriżulta mill-irċevuta ta' korrispettiv bil-quddiem qabel ma tirrikonoxxi d-dħul relatat. Meta ddiskuta l-kwistjoni, il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet innota li l-irċevuta jew il-pagament bil-quddiem ta' korrispettiv f'munita barranija mhuwiex ristrett għal tranżazzjonijiet ta' dħul. Għaldaqstant, il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet iddeċieda li jiċċara d-data tat-tranżazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tal-kambju għal użu fuq rikonoxximent inizjali tal-assi, nefqa jew introjtu relatat meta entità tkun irċeviet jew ħallset korrispettiv bil-quddiem f'munita barranija. |
KAMP TA' APPLIKAZZJONI
|
4. |
Din l-Interpretazzjoni tapplika għal tranżazzjoni f'munita barranija (jew parti minnha) meta entità tirrikonoxxi assi mhux monetarju jew responsabbiltà mhux monetarja li tirriżulta mill-pagament jew l-irċevuta ta' korrispettiv bil-quddiem qabel l-entità tirrikonoxxi l-assi, in-nefqa jew l-introjtu relatat (jew parti minnu). |
|
5. |
Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax meta entità tkejjel l-assi, in-nefqa jew l-introjtu relatat fuq rikonoxximent inizjali:
|
|
6. |
Entità mhijiex meħtieġa li tapplika din l-Interpretazzjoni fuq:
|
ĦRUĠ
|
7. |
Din l-Interpretazzjoni tindirizza kif għandha tiġi determinata d-data tat-tranżazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tal-kambju għal użu fuq rikonoxximent inizjali tal-assi, in-nefqa jew l-introjtu relatat (jew parti minnu) dwar id-dekontabilizzar ta' assi mhux monetarju jew responsabbiltà mhux monetarja li tirriżulta mill-pagament jew mill-irċevuta ta' korrispettiv bil-quddiem f'munita barranija. |
KUNSENS
|
8. |
Bl-applikazzjoni tal-paragrafi 21-22 tal-IAS 21, id-data tat-tranżazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tal-kambju għal użu fuq rikonoxximent inizjali tal-assi, in-nefqa jew l-introjtu relatat (jew parti minnu) hija d-data li fiha entità tirrikonoxxi inizjalment l-assi mhux monetarju jew ir-responsabbiltà mhux monetarja li tirriżulta mill-pagament jew mill-irċevuta ta' korrispettiv bil-quddiem. |
|
9. |
Jekk hemm diversi pagamenti jew irċevuti bil-quddiem, l-entità għandha tiddetermina data tat-tranżazzjoni għal kull pagament jew irċevuta ta' korrispettiv bil-quddiem. |
(1) Pereżempju, il-paragrafu 106 ta' IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti jeħtieġ li jekk klijent iħallas korrispettiv, jew entità jkollha dritt għal ammont ta' korrispettiv li huwa inkundizzjonat (jiġifieri riċevibbli), qabel ma l-entità tittrasferixxi oġġett jew servizz lill-klijent, l-entità għandha tippreżenta l-kuntratt bħala responsabbiltà tal-kuntratt meta jsir il-pagament jew meta l-pagament ikun dovut (skont liema jiġi l-ewwel).
Appendiċi A
Data u tranżizzjoni effettiva
Dan l-Appendiċi huwa parti integrali mill-IFRIC 22 u għandu l-istess awtorità ta' partijiet oħra tal-IFRIC 22.
DATA EFFETTIVA
|
A1 |
Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodi ta' rapportar annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiżvela dak il-fatt. |
TRANŻIZZJONI
|
A2 |
Mal-applikazzjoni inizjali, entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni jew:
|
|
A3 |
Entità li tapplika l-paragrafu A2(b) għandha, mal-applikazzjoni inizjali, tapplika l-Interpretazzjoni għal assi, infiq u introjtu rikonoxxuti inizjalment fil-bidu tal-perjodu ta' rapportar jew wara fil-paragrafu A2(b)(i) jew (ii) li għalihom l-entità rrikonoxxiet assi mhux monetarji jew responsabbiltajiet mhux monetarji li jirriżultaw mill-korrispettiv bil-quddiem qabel dik id-data. |
Appendiċi B
L-emenda f'dan l-Appendiċi għandha tkun applikata għal perjodi annwali ta' rapportar li jibdew fl-1 ta' Lulju 2018 jew wara. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu aktar bikri, din l-emenda għandha tkun applikata għal dak il-perjodu aktar bikri.
Emenda għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju
Il-paragrafu 39AC ġie miżjud.
|
39AC |
Tranżazzjonijiet f'Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem tal-IFRIC 22 żied il-paragrafu D36 u emenda l-paragrafu D1. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRIC 22. |
Fl-Appendiċi D, huwa emendat il-paragrafu D1. Ġew miżjuda intestatura u l-paragrafu D36.
|
D1 |
Entità tista' tagħżel li tuża waħda jew aktar minn dawn l-eżenzjonijiet li ġejjin:
|
Tranżazzjonijiet f'Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem
|
D36 |
Min juża għall-ewwel darba ma għandux għalfejn japplika l-IFRIC 22 Tranżazzjonijiet f'Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem lil assi, infiq u introjtu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din l-Interpretazzjoni inizjalment rikonoxxuti qabel id-data ta' tranżizzjoni għall-Istandards tal-IFRS. |
|
3.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/520
tat-28 ta' Marzu 2018
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza solvent tan-nafta, aromatiku ħafif f'dak li għandu x'jaqsam mal-limitu massimu ta' residwi tagħha
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, il-limitu massimu ta' residwi (“l-MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsubin għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali irid jiġi stabbilit f'Regolament. |
|
(2) |
It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2) tistabbilixxi s-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fejn jidħlu l-limiti massimi ta' residwi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali. |
|
(3) |
Is-sustanza solventi tan-nafta, aromatiku ħafif għadha ma ddaħħlitx f'dik it-tabella. |
|
(4) |
Intbagħtet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (“l-EMA”) għall-istabbiliment tal-limiti massimi tar-residwi tas-solvent tan-nafta, aromatiku ħafif fl-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel. |
|
(5) |
Abbażi tal-opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju, l-EMA rrakkomandat li l-iffissar tal-MRLs għas-solvent tan-nafta, aromatiku ħafif fl-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel mhuwiex meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-EMA trid tqis li jew tuża l-limiti massimi ta' residwi stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva li tinsab f'oġġett tal-ikel partikulari għal oġġett tal-ikel ieħor li ġej mill-istess speċi, jew inkella li tuża l-limiti massimi ta' residwi stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew iktar għal speċijiet oħrajn. |
|
(7) |
L-EMA hija tal-fehma li l-estrapolazzjoni tal-klassifikazzjoni “MRL mhux neċessarju” għas-solvent tan-nafta, aromatiku ħafif ma tapplikax, billi r-rakkomandazzjoni tgħodd għall-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel. |
|
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Mediċinali Veterinarji, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).
ANNESS
Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, qed tiddaħħal f'ordni alfabetika entrata għas-sustanza li ġejja:
|
Sustanza farmakoloġikament attiva |
Residwu markatur |
Speċi tal-annimali |
MRL |
Tessuti kkonċernati |
Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009) |
Klassifikazzjoni Terapewtika |
|
“Solvent tan-nafta, aromatiku ħafif b'konċentrazzjoni ta' kumin ta' mhux aktar minn 2,5 %, u ta' benżen ta' mhux aktar minn 0,0002 % |
MA JAPPLIKAX |
L-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel |
MRL mhux neċessarju |
MA JAPPLIKAX |
Għal użu fuq il-ġilda biss B'volum li ma jaqbiżx 15 μl ta' solvent tan-nafta/kg bil-piż |
M'HEMMX ENTRATA” |
|
3.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/521
tat-28 ta' Marzu 2018
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1296/2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta' qamħirrum fil-Portugall
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punt (c) tal-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni ta' kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-qamħirrum u tas-sorgu fi Spanja u għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Portugall. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008, tnaqqis (riduzzjoni) b'rata fissa jista' jiġi applikat għad-dazju tal-importazzjoni ffissat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 (3). Tali tnaqqis ġie ffissat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/94 (4) għad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu importat fi Spanja minn pajjiżi terzi. Dak it-tnaqqis japplika għall-bilanċ disponibbli tal-kwantitajiet tas-sorgu li jridu jiġu importati fi Spanja skont il-kwota tariffarja miftuħa fl-1 ta' Jannar 2017. |
|
(3) |
Biex jibbenefikaw minn dak it-tnaqqis b'rata fissa, dawk il-kwantitajiet huma soġġetti għal regoli speċifiċi. B'mod partikulari, il-punt (a) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008 jipprevedi li fejn il-Kummissjoni tkun adottat tnaqqis b'rata fissa, il-perjodu ta' validità tal-liċenzji jrid jaqbel mal-perjodu kif speċifikat fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 (5). Madankollu, il-punt rilevanti ta' din l-aħħar dispożizzjoni tħassar bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 (6), li flimkien mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 (7), jistipula regoli għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Għaldaqstant, jixraq li terġa' tiddaħħal regola dwar il-perjodu ta' validità tal-liċenzji għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li dik ir-regola tiġi inkorporata direttament fir-Regolament (KE) Nru 1296/2008. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1296/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jkun ċar li r-regola dwar il-perjodu ta' validità tapplika għal-liċenzji kollha maħruġin skont ir-Regolament Delegat (UE) 2018/94. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu japplika retroattivament mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Delegat (UE) 2018/94. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008, il-paragrafu 1 jinbidel b'li ġej:
“1. Il-perjodu ta' validità tal-liċenzji għandu jkun:
|
(a) |
il-perjodu mill-jum tal-ħruġ sa tmiem it-tieni xahar wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ, f'każijiet fejn il-Kummissjoni tkun adottat riduzzjoni b'rata fissa; |
|
(b) |
il-perjodu speċifikat fir-Regolament li jiftaħ is-sejħa għall-offerti, fil-każ ta' liċenzji maħruġin fil-qafas ta' proċedura tal-offerti għar-riduzzjoni tad-dazju.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-26 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta' qamħirrum fil-Portugall (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/94 tas-16 ta' Novembru 2017 li jiffissa tnaqqis b'rata fissa għad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu fi Spanja importat minn pajjiżi terzi (ĠU L 17, 23.1.2018, p. 7).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta' garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 44).
DEĊIŻJONIJIET
|
3.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2018/522
tas-27 ta' Marzu 2018
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1356 (ATALANTA/1/2018)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (“Kmandant tal-Forza tal-UE”). |
|
(2) |
Fit-18 ta' Lulju 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1356 (2) li taħtar lir-Rear Admiral Fabio GREGORI bħala Kmandant tal-Forza tal-UE. |
|
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tar-Rear Admiral Simone MALVAGNA bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE l-ġdid biex jieħu post ir-Rear Admiral Fabio GREGORI mill-5 ta' April 2018. |
|
(4) |
Fil-5 ta' Marzu 2018, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1356 titħassar. |
|
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Rear Admiral Simone MALVAGNA huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mill-5 ta' April 2018.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1356 hija mħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta' April 2018.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2018.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1356 tat-18 ta' Lulju 2017 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/321 (ATALANTA/2/2017) (ĠU L 190, 21.7.2017, p. 12).
Rettifika
|
3.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/16 |
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [Nru] 98/436 KE tat-22 ta' Ġunju 1998 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta' konformità ta' prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' kisi tas-soqfa, tamboċċi, twieqi fis-soqfa u prodotti anċillari
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 194 tal-10 ta' Lulju 1998 )
(Edizzjoni speċjali bil-Malti, il-Kapitolu 13, il-Volum 20, p. 315)
F'paġna 317, fl-Anness I, fit-tielet linja u fl-Anness II, fit-tielet linja, f'paġna 318, fl-Anness III, fl-ewwel kolonna tat-Tabella, fit-tielet paragrafu, f'paġna 320, fl-Anness III, fl-ewwel kolonna tat-Tabella, fit-tielet paragrafu, f'paġna 321, fl-Anness III, fl-ewwel kolonna tat-Tabella, fit-tieni paragrafu u f'paġna 323, fl-Anness III, fl-ewwel kolonna tat-Tabella, fit-tielet paragrafu,
minflok:
“panelli ta' diversi folji ppressati”,
aqra:
“sandwich panels”;
F'paġna 319, fl-Anness III, fl-ewwel kolonna tat-Tabella, fit-tielet paragrafu,
minflok:
“panewijiet ippressati minn diversi folji”,
aqra:
“sandwich panels”.