ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 078I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
21 ta' Marzu 2018

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/465 tal-21 ta' Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

1

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/466 tal-21 ta' Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 78/1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/465

tal-21 ta' Marzu 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 tal-21 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 270/2011.

(2)

Jenħtieġ li tiġi emendata d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal erba' persuni elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 270/2011.

(3)

Jenħtieġ li sitt persuni jitneħħew mil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 270/2011.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 270/2011 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 270/2011 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Marzu 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA

(1)   ĠU L 76, 22.3.2011, p. 4.

ANNESS

1.   

Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 270/2011, l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li jidhru hawn taħt huma ssostitwiti bl-entrati li ġejjin:

Isem (u kwalunkwe psewdonimu)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

2.

“Suzanne Saleh Thabet

Mart is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu.

Data tat-twelid: 28.2.1941

Mara

Assoċjata ma' Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, li huwa soġġett għal proċedimenti ġudizzjarji jew għal proċess ta' rkupru ta' assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni.

4.

Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh

Mart is-Sur Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-ex President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 5.10.1971

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew għal proċess ta' rkupru ta' assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, u assoċjata ma' Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak.

6.

Khadiga Mahmoud El Gammal

Mart is-Sur Gamal Mahamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-ex President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 13.10.1982

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew għal proċess ta' rkupru ta' assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, u assoċjata ma' Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak.

19.

Elham Sayed Salem Sharshar

Mart is-Sur Habib Ibrahim Eladli

Data tat-twelid: 23.1.1963

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, u assoċjata ma' Habib Ibrahim Eladli.”

2.   

Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 270/2011, jitħassru l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin:

7.

Ahmed Abdelaziz Ezz,

8.

Abla Mohamed Fawzi Ali Ahmed Salama,

9.

Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin,

10.

Shahinaz Abdel Aziz Abdel Wahab Al Naggar,

11.

Ahmed Alaeldin Amin Abdemaksoud Elmaghraby,

12.

Naglaa Abdallah El Gazaerly.

DEĊIŻJONIJIET

21.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 78/3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/466

tal-21 ta' Marzu 2018

li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/172/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu.

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sat-22 ta' Marzu 2019.

(3)

Jenħtieġ li tiġi emendata d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal erba' persuni elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/172/PESK.

(4)

Jenħtieġ li sitt persuni jitneħħew mil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/172/PESK.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/172/PESK tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/172/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-22 ta' Marzu 2019.”;

(2)

l-Anness huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Marzu 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA

(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63).

ANNESS

1.   

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li jidhru hawn taħt huma ssostitwiti bl-entrati li ġejjin:

Isem (u kwalunkwe psewdonimu)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

2.

“Suzanne Saleh Thabet

Mart is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu.

Data tat-twelid: 28.2.1941

Mara

Assoċjata ma' Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, li huwa soġġett għal proċedimenti ġudizzjarji jew għal proċess ta' rkupru ta' assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni.

4.

Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh

Mart is-Sur Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-ex President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 5.10.1971

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew għal proċess ta' rkupru ta' assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, u assoċjata ma' Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak.

6.

Khadiga Mahmoud El Gammal

Mart is-Sur Gamal Mahamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-ex President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 13.10.1982

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew għal proċess ta' rkupru ta' assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, u assoċjata ma' Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak.

19.

Elham Sayed Salem Sharshar

Mart is-Sur Habib Ibrahim Eladli

Data tat-twelid: 23.1.1963

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, u assoċjata ma' Habib Ibrahim Eladli.”

2.   

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, jitħassru l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin: