ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 72

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
15 ta' Marzu 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/398 tat-12 ta' Ġunju 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020

1

 

*

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, għall-perjodu 2014 sa 2020

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/399 tal-1 ta' Marzu 2018 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Beelitzer Spargel (IĠP))

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/400 tal-14 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 40 ( 1 )

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/401 tal-14 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 139/2014 fir-rigward tal-klassifikazzjoni tar-runways

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/402 tat-13 ta' Marzu 2018 li tistabbilixxi l-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Awtorità Ewropea tax-Xogħol ( 2 )

20

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2017 tal-Kumitat stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-rikonoxximent reċiproku rigward valutazzjoni tal-konformità tat-22 ta' Diċembru 2017 dwar l-emenda tal-Kapitolu 2 dwar tagħmir protettiv personali, il-Kapitolu 4 dwar apparat mediku, il-Kapitolu 5 dwar apparat tal-gass u bojlers u l-Kapitolu 19 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular [2018/403]

24

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

 

(2)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/398

tat-12 ta' Ġunju 2017

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 77(2) u 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprevedi li l-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen għandhom jipparteċipaw fl-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża skont id-dispożizzjonijiet tiegħu u li għandhom jiġu konklużi arranġamenti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom u r-regoli supplementari meħtieġa għal tali parteċipazzjoni, inkluż dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u s-setgħat ta' awditu tal-Qorti tal-Awdituri.

(2)

Fl-14 ta' Lulju 2014, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Renju tan-Norveġja, l-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein għal Ftehim dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Fond għas-Sigurtà Interna - Fruntieri u Viża għall-perijodu 2014 sa 2020. In-negozjati mal-Iżlanda ġew konklużi pożittivament bl-inizjalar tal-Ftehim fil-21 ta' Settembru 2016.

(3)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur minn meta l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni, jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (2); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (3); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(7)

Sabiex l-applikazzjoni tal-miżuri previsti f'dan il-Ftehim tkun tista' ssir fil-pront u biex ma jkunx hemm dewmien fl-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(8)

F'konformità mal-Artikolu 19(4) tal-Ftehim, jenħtieġ li l-Ftehim bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5 jiġi applikat b'mod proviżorju mill-jum wara dak tal-firma tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020 huwa awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Ftehim bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5 tiegħu għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja skont l-Artikolu 19(4) tiegħu mill-jum wara dak tal-firma tiegħu (4), sa meta jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

C. CAMILLERI


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen. (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(4)  Id-data minn meta il-Ftehim ser jiġi applikat proviżorjament ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/3


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, għall-perjodu 2014 sa 2020

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”

u

L-IŻLANDA,

Minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin “il-Partijiet”

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis  (1) ta' Schengen, (il-“Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Iżlanda u n-Norveġja”),

Billi:

(1)

L-Unjoni stabbilixxiet l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna permezz tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Iżlanda u n-Norveġja.

(3)

Billi r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu impatt dirett fuq l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, u b'hekk jaffettwa l-qafas legali ta' dan tal-aħħar, u billi l-proċeduri stipulati fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Iżlanda n-Norveġja ġew applikati għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, li ġiet innotifikata lin-Norveġja, il-Partijiet jirrikonoxxu li r-Regolament (UE) Nru 514/2014 jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Iżlanda u n-Norveġja sa fejn ikun neċessarju għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

(4)

L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jipprevedi li l-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, fosthom l-Iżlanda, jipparteċipaw fl-istrument skont id-dispożizzjonijiet tiegħu, u li għandhom jiġu konklużi arranġamenti li jispeċifikaw il-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawk il-pajjiżi u r-regoli supplementari neċessarji għal tali parteċipazzjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tas-setgħa ta' awditu tal-Qorti tal-Awdituri.

(5)

L-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna (“l-ISF – Fruntieri u Viża”) jikkostitwixxi strumenti speċifiku fil-kuntest tal-acquis ta' Schengen imfassal biex jipprevedi l-qsim tal-piżijiet u l-appoġġ finanzjarju fil-qasam tal-fruntieri esterni u tal-politika dwar il-viża fl-Istati Membri u fl-Istati assoċjati.

(6)

L-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jipprevedi regoli dwar il-ġestjoni indiretta li huma applikabbli meta pajjiżi terzi, inklużi l-Istati assoċjati, huma fdati b'kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit.

(7)

L-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 jipprevedi l-eliġibbiltà tan-nefqa li saret fl-2014 minn Awtorità Responsabbli li għadha ma ġietx nominata formalment, biex b'hekk tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr xkiel bejn il-Fond għall-Fruntieri Esterni u l-Fond għas-Sigurtà Interna. Bl-istess mod, huwa importanti li l-istess objettiv jiġi rifless f'dan il-Ftehim. Billi dan il-ftehim ma daħalx fis-seħħ qabel tmiem l-2014, huwa essenzjali li tiġi żgurata l-eliġibbiltà tan-nefqa li tkun saret qabel u sakemm tiġi nnominata formalment l-Awtorità Responsabbli, dment li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll applikati qabel ikunu essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ wara n-nomina formali tal-Awtorità Responsabbli.

(8)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-kalkolu u l-użu tal-kontribuzzjonijiet annwali dovuti mill-Iżlanda lill-ISF – Fruntieri u Viża, il-kontribuzzjonijiet tagħha għall-perjodu 2014-2020 se jitħallsu f'ħames pagamenti parzjali annwali mill-2016 sal-2020. Mill-2016 sal-2018, il-kontribuzzjonijiet annwali huma stabbiliti f'ammonti fissi filwaqt li l-kontribuzzjonijiet dovuti għas-snin 2019 u 2020 se jiġu determinati fl-2019 abbażi tal-prodott domestiku gross tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-ISF – Fruntieri u Viża filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-pagamenti li effettivament ikunu saru,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kamp ta' Applikazzjoni

Dan il-Ftehim jistabbilixxi r-regoli supplementari neċessarji għall-parteċipazzjoni tal-Iżlanda fl-ISF – Fruntieri u Viża skont ir-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Artikolu 2

Ġestjoni finanzjarja u kontroll

1.   L-Iżlanda għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-ġestjoni u l-kontroll finanzjarji li huma stipulati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u fid-dritt tal-Unjoni li l-bażi legali tiegħu ġej mit-TFUE.

Id-dispożizzjonijiet tat-TFUE u tal-leġiżlazzjoni sekondarja msemmija fl-ewwel subparagrafu huma dawn li ġejjin:

(a)

l-Artikolu 287(1), (2) u (3) TFUE;

(b)

l-Artikoli 30, 32 u 57, il-punt (i) tal-Artikolu 58(1)(c), l-Artikolu 60, l-Artikoli 79(2) u 108(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(c)

l-Artikoli 32, 38, 42, 84, 88, 142 u 144 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (5);

(d)

ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (6);

(e)

ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jemendaw din il-lista bi qbil komuni.

2.   L-Iżlanda għandha tapplika d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fit-territorju tagħha f'konformità ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Rispett għall-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba

Il-Fondi allokati għall-Iżlanda taħt l-ISF – Fruntieri u Viża għandhom jintużaw f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

Artikolu 4

Rispett għall-prinċipju dwar il-kunflitt ta' interess

L-atturi finanzjarji kollha u kull persuna oħra involuta fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit, inklużi l-atti preparatorji relattivi, l-awditu jew il-kontroll li jaġixxu fit-territorju tal-Iżlanda għandhom jiġu pprojbiti milli jieħdu kwalunkwe azzjoni li tista' ġġib l-interessi tagħhom f'kunflitt ma' dawk tal-Unjoni.

Artikolu 5

Eżekuzzjoni

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni li jimponu obbligu pekunjarju fuq persuni apparti mill-istati, għandhom ikunu eżegwibbli fit-territorju tal-Iżlanda.

L-eżekuzzjoni għandha tkun regolata bir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Iżlanda. L-ordni għall-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni għandu jiġi mehmuż ma' din id-deċiżjoni, mingħajr ebda formalità oħra għajr il-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni, mill-awtorità nazzjonali li l-gvern tal-Iżlanda għandu jinnomina għal dak l-għan u li għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni.

Meta jitlestew dawk il-formalitajiet fuq applikazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tipproċedi bl-eżekuzzjoni f'konformità mal-liġi nazzjonali billi tressaq il-kwistjoni direttament quddiem l-awtorità kompetenti.

L-eżekuzzjoni tista' tiġi sospiża biss b'deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-qrati tal-Iżlanda għandu jkollhom ġurisdizzjoni rigward ilmenti li l-eżekuzzjoni qed issir b'mod irregolari.

Artikolu 6

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi

1.   L-Iżlanda għandha:

(a)

tiġġieled il-frodi u kull attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta' miżuri li għandhom jaġixxu ta' deterrent u li jkunu tali li jippermettu protezzjoni effettiva fl-Iżlanda;

(b)

tieħu l-istess miżuri biex tiġġieled il-frodi li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bħalma tieħu biex tiġġieled il-frodi li tolqot l-interessi finanzjarji tagħha stess; u

(c)

tikkoordina l-azzjoni tagħha li għandha l-għan li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni mal-Istati Membri u l-Kummissjoni.

2.   L-Iżlanda għandha tadotta miżuri ekwivalenti għal dawk adottati mill-Unjoni skont l-Artikolu 325(4) TFUE li jkunu fis-seħħ fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim.

Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu bi qbil komuni li jadottaw miżuri ekwivalenti għal kull miżura sussegwenti adottata mill-Unjoni skont dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Verifiki u spezzjonijiet fil-post mill-Kummissjoni (OLAF)

Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħha skont l-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, il-Kummissjoni (l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, OLAF) għandha tkun awtorizzata li twettaq verifiki u spezzjonijiet fil-post fit-territorju tal-Iżlanda fir-rigward tal-ISF – Fruntieri u Viża f'konformità mat-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96.

L-awtoritajiet tal-Iżlanda għandhom jiffaċilitaw il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post li jistgħu, jekk l-awtoritajiet jixtiequ dan, jitwettqu b'mod konġunt magħhom.

Artikolu 8

Qorti tal-Awdituri

F'konformità mal-Artikolu 287(3) TFUE u mal-Ewwel Parti, it-Titolu X, il-Kapitolu 1 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha l-possibbiltà li twettaq awditi fil-bini ta' kull korp li jamministra dħul jew nefqa f'isem l-Unjoni fit-territorju tal-Iżlanda fir-rigward tal-ISF – Fruntieri u Viża inkluż fil-bini ta' kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun irċeviet pagamenti mill-baġit.

Fl-Iżlanda, l-awditi mill-Qorti tal-Awdituri għandhom isiru f'kollaborazzjoni mal-entitajiet nazzjonali tal-awditu jew, jekk dawn ma jkollhomx is-setgħat neċessarji, mad-dipartimenti nazzjonali kompetenti. Il-Qorti tal-Awdituri u l-korpi nazzjonali tal-awditu tal-Iżlanda għandhom jikkooperaw fi spirtu ta' fiduċja reċiproka filwaqt li jippreservaw l-indipendenza tagħhom. Dawk il-korpi jew dipartimenti għandhom jinfurmaw lill-Qorti tal-Awdituri jekk ikollhomx l-intenzjoni li jieħdu sehem fl-awditu.

Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha mill-anqas l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u l-Artikolu 7 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Akkwist pubbliku

L-Iżlanda għandha tapplika d-dispożizzjonijiet tal-liġi tagħha dwar l-akkwist pubbliku skont l-Anness XVI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (8).

Artikolu 10

Kontribuzzjonijiet finanzjarji

1.   Għas-snin 2016 sa 2018, l-Iżlanda għandha tagħmel pagamenti annwali għall-baġit tal-ISF – Fruntieri u Viża skont it-tabella li ġejja:

(L-ammonti kollha f'EUR)

 

2016

2017

2018

L-Iżlanda

563 999

563 999

563 999

2.   Il-kontribuzzjonijiet tal-Iżlanda għas-snin 2019 u 2020 għandhom jiġu kkalkulati skont il-Prodott Domestiku Gross (PDG) rispettiv tagħha bħala perċentwal tal-PDG tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-ISF – Fruntieri u Viża f'konformità mal-formula deskritta fl-Anness.

3.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmijin f'dan l-Artikolu għandhom ikunu dovuti mill-Iżlanda irrispettivament mid-data ta' adozzjoni tal-programm nazzjonali tagħha msemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

Artikolu 11

Użu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji

1.   It-total tal-pagamenti annwali għall-2016 u l-2017 għandu jiġi assenjat kif ġej:

(a)

75 % għar-rieżami ta' nofs it-terminu msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014;

(b)

15 % għall-iżvilupp tas-sistemi tal-IT imsemmijin fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, soġġett għall-adozzjoni tal-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni sat-30 ta' Ġunju 2017;

(c)

10 % għall-azzjonijiet tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 u għall-assistenza ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Meta l-ammont imsemmi fil-punt (b) ma jkunx allokat jew minfuq, il-Kummissjoni għandha, bis-saħħa tal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, tallokah mill-ġdid għall-azzjonijiet speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Jekk dan il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ jew ma jiġix applikat fuq bażi proviżorja sal-1 ta' Ġunju 2017, il-kontribuzzjoni kollha tal-Iżlanda għandha tintuża skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   It-total tal-pagamenti annwali għall-2018, l-2019 u l-2020 għandu jiġi assenjat kif ġej:

(a)

40 % għal azzjonijiet speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014;

(b)

50 % għall-iżvilupp tas-sistemi tal-IT msemmijin fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, soġġett għall-adozzjoni tal-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni sal-31 ta' Diċembru 2018;

(c)

10 % għall-azzjonijiet tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 u għall-assistenza ta' emerġenza msemmijin fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Meta l-ammont imsemmi fil-punt (b) ma jkunx allokat jew minfuq, il-Kummissjoni għandha, bis-saħħa tal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, tallokah mill-ġdid għall-azzjonijiet speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

3.   L-ammonti addizzjonali assenjati għar-rieżami ta' nofs it-terminu, għall-azzjonijiet tal-Unjoni, għall-azzjonijiet speċifiċi jew għall-programm dwar l-iżvilupp tas-sistemi tal-IT għandhom jintużaw f'konformità mal-proċedura rilevanti stipulata f'waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014;

(b)

l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014;

(c)

l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014;

(d)

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

4.   Kull sena, il-Kummissjoni tista' tuża sa EUR 4 076 mill-pagamenti li jsiru mill-Iżlanda għall-finanzjament tan-nefqa amministrattiva relatata mal-persunal jew mal-persunal estern neċessarju għall-appoġġ tal-implimentazzjoni mill-Iżlanda tar-Regolament (UE) Nru 515/201 u ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 12

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma bis-saħħa ta' dan il-Ftehim għandha tkun koperta mis-sigriet professjonali u protetta bl-istess mod bħalma tkun protetta informazzjoni simili mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u mil-liġijiet tal-Iżlanda. Tali l-informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni oħrajn ħlief lil dawk fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fl-Istati Membri jew fl-Iżlanda li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafuha, u lanqas ma tista' tintuża għal skopijiet oħra ħlief dawk li jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet.

Artikolu 13

Nomina ta' Awtorità Responsabbli

1.   L-Iżlanda għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bin-nomina formali f'livell ministerjali tal-Awtorità Responsabbli li tkun responsabbli mill-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa taħt l-ISF – Fruntieri u Viża, malajr kemm jista' jkun wara l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali.

2.   In-nomina msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-korp li jikkonforma mal-kriterji ta' nomina dwar l-ambjent intern, l-attivitajiet ta' kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-monitoraġġ stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 514/2014 jew abbażi tiegħu.

3.   In-nomina ta' Awtorità Responsabbli għandha tkun ibbażata fuq opinjoni ta' korp tal-awditu, li jista' jkun l-Awtorità tal-Awditu, li tivvaluta l-konformità tal-Awtorità Responsabbli mal-kriterji tan-nomina. Dak il-korp jista' jkun l-istituzzjoni pubblika awtonoma responsabbli mill-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-awditjar tal-amministrazzjoni. Il-korp tal-awditu għandu jiffunzjona indipendentement mill-Awtorità Responsabbli u għandu jwettaq il-ħidma tiegħu f'konformità mal-istandards tal-awditu aċċettati internazzjonalment. L-Iżlanda tista' tibbaża d-deċiżjoni tagħha dwar in-nomina fuq jekk is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll humiex essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ għall-perjodu preċedenti u jekk iffunzjonawx b'mod effikaċi. Jekk ir-riżultati tal-awditu u tal-kontroll eżistenti juru li l-korp nominat ma għadux jikkonforma mal-kriterji tan-nomina, l-Iżlanda għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li jinstab rimedju għan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-kompiti ta' dan il-korp, inkluż billi tintemm in-nomina.

Artikolu 14

Definizzjoni tas-sena finanzjarja

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, is-sena finanzjarja msemmija fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, għandha tkopri n-nefqa mħallsa u d-dħul riċevut u kontabbilizzati fil-kontijiet tal-Awtorità Responsabbli fil-perjodu li jibda mis-16 ta' Ottubru tas-sena “N – 1” u jintemm fil-15 ta' Ottubru tas-sena “N”.

Artikolu 15

Eliġibbiltà tan-nefqa

B'deroga mill-Artikolu 17(3)(b) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, in-nefqa għandha tkun eliġibbli meta din tkun tħallset mill-Awtorità Responsabbli qabel in-nomina formali tal-Awtorità Responsabbli f'konformità mal-Artikolu 13 ta' dan il-Ftehim, dment li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll applikati preċedentement ikunu essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ wara n-nomina formali tal-Awtorità Responsabbli.

Artikolu 16

Talba għall-pagament tal-bilanċ annwali

1.   Sal-15 ta' Frar tas-sena li ssegwi s-sena finanzjarja, l-Iżlanda għandha tippreżenta lill-Kummissjoni d-dokumenti u l-informazzjoni mitluba fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

B'deroga mill-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-Iżlanda għandha tippreżenta lill-Kummissjoni l-opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 sal-15 ta' Marzu tas-sena li ssegwi s-sena finanzjarja.

Id-dokumenti ppreżentati msemmijin f'dan il-paragrafu għandhom iservu ta' talba għall-ħlas tal-bilanċ annwali.

2.   Id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu skont il-mudelli adottati mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

Artikolu 17

Rapport ta' implimentazzjoni

B'deroga mill-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-Iżlanda għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali fis-sena finanzjarja ta' qabel sal-15 ta' Frar ta' kull sena sal-2022, inkluża dik is-sena, u tista' fil-livell xieraq tippubblika din l-informazzjoni.

L-ewwel rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali għandu jiġi ppreżentat fil-15 ta' Frar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim jew il-bidu tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu.

L-ewwel rapport għandu jkopri s-snin finanzjarji mill-2014 'il quddiem sas-sena finanzjarja qabel ma għandu jiġi ppreżentat l-ewwel rapport annwali f'konformità mat-tieni paragrafu. L-Iżlanda għandha tippreżenta rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali sal-31 ta' Diċembru 2023.

Artikolu 18

Sistema ta' skambju elettroniku ta' dejta

F'konformità mal-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, kull skambju tal-informazzjoni uffiċjali bejn l-Iżlanda u l-Kummissjoni għandu jitwettaq permezz ta' sistema ta' skambju elettroniku tad-dejta stabbilita mill-Kummissjoni għal dak l-għan.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

1.   Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jaġixxi bħala d-depożitarju ta' dan il-Ftehim.

2.   Il-Partijiet għandhom japprovaw dan il-Ftehim skont il-proċeduri tagħhom stess. Huma għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija ta' dawn il-proċeduri.

3.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara l-jum tal-aħħar notifika msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5, il-Partijiet għandhom japplikaw dan il-Ftehim proviżorjament mill-jum ta' wara l-firma tiegħu, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti kostituzzjonali.

Artikolu 20

Validità u terminazzjoni

1.   Kemm l-Unjoni kif ukoll l-Iżlanda jistgħu jitterminaw dan il-Ftehim billi jinnotifikaw lill-Parti l-oħra bid-deċiżjoni tagħhom. Il-Ftehim għandu jieqaf milli japplika tliet xhur wara d-data ta' tali notifika. Il-proġetti u l-attivitajiet li jkunu għaddejjin fil-mument tat-terminazzjoni għandhom jissoktaw skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom jirriżolvu bi qbil reċiproku kull konsegwenza oħra tat-terminazzjoni.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat meta l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Iżlanda u n-Norveġja jiġi tterminat skont l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 11(3) jew l-Artikolu 16 tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Iżlanda u n-Norveġja.

Artikolu 21

Lingwi

Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'test oriġinali uniku bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Iżlandiża, u kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на втори март две хиляди и осемнадесета година.

Hecho en Bruselas, el dos de marzo de dos mil dieciocho.

V Bruselu dne druhého března dva tisíce osmnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den anden marts to tusind og atten.

Geschehen zu Brüssel am zweiten März zweitausendachtzehn.

Kahe tuhande kaheksateistkümnenda aasta märtsikuu teisel päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δύο Μαρτίου δύο χιλιάδες δεκαοκτώ.

Done at Brussels on the second day of March in the year two thousand and eighteen.

Fait à Bruxelles, le deux mars deux mille dix-huit.

Sastavljeno u Bruxellesu drugog ožujka godine dvije tisuće osamnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì due marzo duemiladiciotto.

Briselē, divi tūkstoši astoņpadsmitā gada otrajā martā.

Priimta du tūkstančiai aštuonioliktų metų kovo antrą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennyolcadik év március havának második napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tieni jum ta' Marzu fis-sena elfejn u tmintax.

Gedaan te Brussel, twee maart tweeduizend achttien.

Sporządzono w Brukseli dnia drugiego marca roku dwa tysiące osiemnastego.

Feito em Bruxelas, em dois de março de dois mil e dezoito.

Întocmit la Bruxelles la doi martie două mii optsprezece.

V Bruseli druhého marca dvetisícosemnásť.

V Bruslju, dne drugega marca leta dva tisoč osemnajst.

Tehty Brysselissä toisena päivänä maaliskuuta vuonna kaksituhattakahdeksantoista.

Som skedde i Bryssel den andra mars år tjugohundraarton.

Gjört í Brussel hinn annan dag marsmánaðar árið tvö þúsund og átján.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Fyrir hönd Evrópusambandsins

Image

За Исландия

Por Islandia

Za Island

For Island

Für Island

Islandi nimel

Για τηv Ισλανδία

For Iceland

Pour l'Islande

Za Island

Per l'Islanda

Islandes vārdā –

Islandijos vardu

Izland részéről

Għall-Iżlanda

Voor IJsland

W imieniu Islandii

Pela Islândia

Pentru Islanda

Za Island

Za Islandijo

Islannin puolesta

För Island

Fyrir hönd Íslands

Image


(1)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).

(4)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(8)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 461.


ANNESS

FORMULA BIEX JIĠU KKALKULATI L-KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI GĦAS-SNIN 2019 U 2020 U D-DETTALJI TAL-ĦLAS

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Iżlanda għall-ISF – Fruntieri u Viża msemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tiġi kkalkulata kif ġej għas-snin 2019 u 2020:

 

Għal kull sena mill-2013 sal-2017, iċ-ċifri finali tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-Iżlanda disponibbli fil-31 ta' Marzu 2019 għandhom jiġu diviżi bis-somma taċ-ċifri tal-PDG tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-ISF – Fruntieri u Viża għas-sena rispettiva. Il-medja tal-ħames perċentwali miksuba għas-snin 2013 sa 2017 għandha tiġi applikata għas-somma tal-approprjazzjonijiet annwali effettivi tal-ISF – Fruntieri u Viża 2014 sa 2019 u tal-approprjazzjoni ta' impenn annwali tal-ISF – Fruntieri u Viża għas-sena 2020 kif inkluż fl-abbozz tal-baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 adottat mill-Kummissjoni sabiex jinkiseb l-ammont totali li għandu jitħallas mill-Iżlanda matul il-perjodu kollu ta' implimentazzjoni tal-ISF – Fruntieri u Viża. Minn dan l-ammont, għandhom jitnaqqsu l-ħlasijiet annwali li effettivament ikunu saru mill-Iżlanda f'konformità mal-Artikolu 10(1) ta' dan il-Ftehim sabiex jinkiseb l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tagħha għas-snin 2019 u 2020. Nofs dan l-ammont għandu jitħallas fl-2019 u n-nofs l-ieħor fl-2020.

 

Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f'Euro.

 

L-Iżlanda għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja rispettiva tagħha sa mhux aktar tard minn 45 jum wara li tirċievi n-nota ta' debitu. Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni għandu jagħti lok għal pagament ta' imgħax ta' inadempjenza fuq l-ammont mhux imħallas mid-data ta' skadenza. Ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikat fis-Serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tkun fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih taħbat l-iskadenza, b'żieda ta' 3,5 punti perċentwali.


REGOLAMENTI

15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/399

tal-1 ta' Marzu 2018

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Beelitzer Spargel” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Beelitzer Spargel” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li d-denominazzjoni “Beelitzer Spargel” tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Beelitzer Spargel” (IĠP) għandha tiġi rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 388, 17.11.2017, p. 9.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/400

tal-14 ta' Marzu 2018

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 40

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008.

(2)

Fit-8 ta' Diċembru 2016, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 40 Proprjetà għall-Investiment. L-emendi jiċċaraw meta kumpanija hija awtorizzata tirriklassifika proprjetà għall- (jew mill-) kategorija “proprjetà għall-investiment”.

(3)

Wara l-konsultazzjonijiet mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju, il-Kummissjoni tikkonferma li l-emendi għall-IstandardInternazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 40 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 40 Proprjetà għall-Investiment huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara din id-data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).


ANNESS

Trasferimenti ta' Propjetà għall-Investiment

(Emendi għall-IAS 40)

Emendi għall-IAS 40 Investimenti għall-Propjetà

Il-paragrafi 57-58 huma emendati

TRASFERIMENTI

57.

Entità għandha tittrasferixxi proprjetà lil, jew minn, propjetà għall-investiment meta, u biss meta, ikun hemm bidla fl-użu. Isseħħ bidla fl-użu meta l-propjetà tissodisfa, jew ma tibqax tissodisfa, id-definizzjoni ta' proprjetà għall-investiment u meta jkun hemm evidenza ta' bidla fl-użu. Waħedha, bidla fl-intenzjonijiet tal-maniġment għall-użu ta' proprjetà ma tipprovdix evidenza ta' bidla fl-użu. Eżempji ta' evidenza ta' bidla fl-użu jinkludu:

(a)

il-bidu ta' okkupazzjoni mis-sid, jew ta' żvilupp bl-iskop għal okkupazzjoni mis-sid, għal trasferiment minn proprjetà għall-investiment għal proprjetà okkupata mis-sid;

(b)

il-bidu ta' żvilupp bl-iskop ta' bejgħ, għal trasferiment minn proprjetà għall-investiment għal inventarji;

(c)

it-tmiem ta' okkupazzjoni mis-sid, għal trasferiment minn proprjetà okkupata mis-sid għal proprjetà għall-investiment; kif ukoll

(d)

il-bidu ta' lokazzjoni operatorja għal parti oħra, għal trasferiment minn inventarji għal proprjetà tal-investiment.

(e)

[imħassar]

58.

Meta entità tiddeċiedi li tittrasferixxi proprjetà għall-investiment mingħajr żvilupp, hi tkompli tittratta l-proprjetà bħala proprjetà għall-investiment sakemm isir l-irtirar tar-rikonoxximent (eliminata mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja) u ma terġax tikklassifikaha bħala inventarju. B'mod simili, jekk entità tibda tiżviluppa mill-ġdid proprjetà eżistenti għall-investiment għall-użu kontinwu fil-futur bħala proprjetà għall-investiment, il-proprjetà tibqa' proprjetà għall-investiment u ma terġax tiġi kklassifikata bħala proprjetà okkupata mis-sid matul l-iżvilupp mill-ġdid.

Ġew miżjuda l-paragrafi 84C–84E u l-intestatura relatata tagħhom, kif ukoll il-paragrafu 85G.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

Trasferimenti ta' propjetà għall-investiment

84C

Trasferimenti ta' Proprjetà għall-Investiment (Emendi għall-IAS 40), maħruġa f'Diċembru 2016, emendati l-paragrafi 57–58. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal bidliet fl-użu li jseħħu fil-bidu jew wara l-bidu tal-perjodu ta' rappurtar annwali meta l-entità tapplika l-emendi għall-ewwel darba (id-data tal-applikazzjoni inizjali). Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità għandha terġa' tivvaluta l-klassifikazzjoni ta' propjetà miżmuma f'dik id-data u, jekk applikabbli, terġa' tikklassifika mill-ġdid il-proprjetà billi tapplika l-paragrafi 7–14 biex jirriflettu l-kundizzjonijiet li jeżistu f'dik id-data.

84D

Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafu 84C, entità għandha l-permess li tapplika l-emendi għall-paragrafi 57–58 b'mod retrospettiv skont l-IAS 8 jekk, u biss jekk, dak ikun possibbli mingħajr l-użu ta' għaqal.

84E

Jekk, b'konformità mal-paragrafu 84C entità terġa' tikklassifika propjetà fid-data tal-applikazzjoni inizjali, l-entità għandha:

(a)

tieħu kont tal-klassifikazzjoni mill-ġdid filwaqt li tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafi 59–64. Meta jiġu applikati l-paragrafi 59–64, entità għandha:

(i)

tapplika kwalunkwe referenza fid-data tal-bidla fl-użu bħala d-data tal-applikazzjoni inizjali; kif ukoll

(ii)

tara li kwalunkwe ammont li, skont il-paragrafi 59–64, kieku kien ikun rikonoxxut fil-profitt jew telf bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

(b)

tiddivulga l-ammonti kklassifikati mill-ġdid għal, jew minn, propjetà għall-investiment skont il-paragrafu 84C. L-entità għandha tiddivulga dawk l-ammonti kklassifikati mill-ġdid bħala parti tar-rikonċiljazzjoni tal-ammont riportat tal-propjetà għall-investiment fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu, kif meħtieġ mill-paragrafi 76 u 79.

DATA EFFETTIVA

85G

Trasferimenti ta' Proprjetà għall-Investiment (Emendi għall-IAS 40), maħruġa f'Diċembru 2016, emendati l-paragrafi 57–58 u miżjuda l-paragrafi 84C-84E. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2018, jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, din għandha tiddivulga dan il-fatt.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/401

tal-14 ta' Marzu 2018

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 139/2014 fir-rigward tal-klassifikazzjoni tar-runways

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 (2) jistipula d-definizzjonijiet tat-terminu “runway ta' strument” għall-finijiet ta' dak ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament għandhom jirriflettu l-aħħar żviluppi u l-aqwa prattiki fil-qasam tal-ajrudromi u jqisu l-istandards internazzjonali applikabbli.

(2)

L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), fl-ittra tagħha lill-Istat AN 41.2.24–13/20, adottat l-Emenda 11-B tal-Anness 14, il-Volum 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, li ilha applikabbli fl-Istati Kontraenti tal-ICAO mit-13 ta' Novembru 2014. Il-bidliet li hemm fiha jissimplifikaw il-klassifikazzjoni eżistenti tal-avviċinament tar-runway u jiddeskrivu b'mod aktar preċiż id-diversi tipi ta' operazzjonijiet ta' avviċinament u ta' nżul.

(3)

Dawk il-bidliet fl-Anness 14 tal-Konvenzjoni ta' Chicago għandhom ikunu riflessi fir-Regolament (UE) Nru 139/2014, b'mod partikolari fid-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-operazzjonijiet ta' avviċinament bi gwida vertikali tan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN) u r-rekwiżiti tar-runway f'rabta mal-operazzjonijiet ta' avviċinament. Addizzjonalment, l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta' avviċinament bi gwida vertikali tal-PBN minn għadd sinifikanti ta' ajrudromi, mingħajr il-ħtieġa li tiġi mtejba l-infrastruttura tar-runway tagħhom, jenħtieġ li tkun iffaċilitata.

(4)

Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (UE) Nru 139/2014 jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 03/2016 maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni skont l-Artikolu 17(2)(b) u l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 139/2014 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 139/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt (22) jinbidel b'dan li ġej:

“(22)

‘runway ta' strument’ tfisser waħda mit-tipi ta' runways li ġejjin maħsuba għall-operat ta' inġenji tal-ajru permezz ta' proċeduri tal-avviċinament bl-istrumenti:

1.   ‘runway b'avviċinament mhux bi preċiżjoni’: runway attrezzata b'għajnuniet viżwali u b'mill-inqas għajnuna mhux viżwali waħda, maħsuba għall-operazzjonijiet tal-inżul wara operazzjoni tal-avviċinament bl-istrumenti tat-tip A;

2.   ‘runway b'avviċinament bi preċiżjoni, il-Kategorija I’: runway attrezzata b'għajnuniet viżwali u b'mill-inqas għajnuna mhux viżwali waħda, maħsuba għall-operazzjonijiet tal-inżul wara operazzjoni tal-avviċinament bl-istrument tat-tip B CAT I;

3.   ‘runway b'avviċinament bi preċiżjoni, il-Kategorija II’: runway attrezzata b'għajnuniet viżwali u b'mill-inqas għajnuna mhux viżwali waħda, maħsuba għall-operazzjonijiet tal-inżul wara operazzjoni tal-avviċinament bl-istrument tat-tip B CAT II;

4.   ‘runway b'avviċinament bi preċiżjoni, il-Kategorija III’: runway attrezzata b'għajnuniet viżwali u b'mill-inqas għajnuna mhux viżwali waħda, maħsuba għall-operazzjonijiet tal-inżul wara operazzjoni tal-avviċinament bl-istrument tat-tip B CAT IIIA, IIIB jew IIIC u matul is-superfiċe tar-runway;”;

(2)

jiddaħħlu l-punti (47a) u (47b) li ġejjin:

“(47a)

‘operazzjoni ta' avviċinament tat-tip ta' strument A’ tfisser operazzjoni ta' strument ta' avviċinament b'għoli minimu ta' nżul jew għoli deċiż ta' 75 m (250 pied) jew ogħla;

(47b)

‘operazzjoni ta' avviċinament tat-tip ta' strument B’ tfisser operazzjoni ta' strument ta' avviċinament b'għoli deċiż aktar baxx minn 75 m (250 pied). L-operazzjonijiet ta' avviċinament tat-tip ta' strument B huma kkategorizzati kif ġej:

1.   Kategorija I (CAT I): għoli deċiż mhux iktar baxx minn 60 m (200 pied) u b'viżibbiltà ta' mhux inqas minn 800 m jew medda viżwali tar-runway ta' mhux inqas minn 550 m;

2.   Kategorija II (CAT II): għoli deċiż iktar baxx minn 60 m (200 pied), iżda mhux iktar baxx minn 30 m (100 pied) u medda viżwali tar-runway ta' mhux inqas minn 300 m;

3.   Kategorija IIIA (CAT IIIA): għoli deċiż iktar baxx minn 30 m (100 pied) jew bl-ebda gћoli deċiż u medda viżwali tar-runway ta' mhux inqas minn 175 m;

4.   Kategorija IIIB (CAT IIIB): għoli deċiż iktar baxx minn 15-il m (50 pied) jew bl-ebda gћoli deċiż u medda viżwali tar-runway ta' inqas minn 175 m iżda ta' mhux inqas minn 50 m;

5.   Kategorija IIIC (CAT IIIC): bl-ebda gћoli deċiż u bl-ebda limitazzjoni tal-medda viżwali tar-runway;”.


DEĊIŻJONIJIET

15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/402

tat-13 ta' Marzu 2018

li tistabbilixxi l-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Awtorità Ewropea tax-Xogħol

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 46, l-Artikolu 48, l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62, u l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017 (1), il-President Juncker ippropona li titwaqqaf “Awtorità Ewropea tax-Xogħol” biex tissaħħaħ il-ġustizzja fis-Suq Intern u jiġi żgurat li r-regoli tal-UE dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol jiġu infurzati b'mod ġust, sempliċi u effettiv.

(2)

Fit-13 ta' Marzu 2018, il-Kummissjoni pproponiet li titwaqqaf l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (2), sabiex tgħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiffaċilitaw l-aċċess tal-individwi u ta' min iħaddem għall-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom kif ukoll għas-servizzi rilevanti f'sitwazzjonijiet ta' mobilità transfruntiera tal-forza tax-xogħol, biex tappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-infurzar transfruntiera tad-dritt tal-Unjoni rilevanti, u biex timmedja u tiffaċilita s-soluzzjonijiet fil-każ ta' tilwim transfruntiera jew ta' tfixkil fis-suq tax-xogħol.

(3)

Jenħtieġ li jiġi stabbilit grupp konsultattiv biex jagħti pariri u jgħin lill-Kummissjoni fit-twaqqif rapidu u fil-funzjonament futur tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jenħtieġ li jissejjaħ il-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (minn issa 'l quddiem “il-Grupp”). Filwaqt li mhuwiex se jieħu sehem fil-proċess leġiżlattiv li jwassal għall-adozzjoni tar-Regolament propost li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, il-Grupp jenħtieġ li jgħin biex titwitta t-triq għat-twaqqif tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.

(4)

B'mod partikolari, il-Grupp jenħtieġ li jippermetti l-iskambju tal-aħjar prattiki u tal-esperjenzi dwar il-kooperazzjoni fl-oqsma tal-mobilità transfruntiera tal-forza tax-xogħol u tal-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali li jistgħu jkomplu jiġu żviluppati mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, kif ukoll li jiġu eżaminati mistoqsijiet ġenerali, mistoqsijiet dwar il-problemi prinċipali u prattiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni rilevanti. Il-Grupp jenħtieġ ukoll li jgħin biex jiġu identifikati l-mezzi ta' kooperazzjoni u kontribuzzjoni tal-korpi eżistenti rilevanti, inklużi l-aġenziji tal-UE, lejn l-istabbiliment u l-funzjonament tajjeb tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.

(5)

Il-Grupp jenħtieġ li jiġi ppresedut mill-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni) u jkun magħmul minn rappreżentanti f'livell għoli tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, minn sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni, mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) u mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). Is-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jirrappreżentaw b'mod indaqs it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem.

(6)

L-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) jenħtieġ li jingħataw status ta' osservatur.

(7)

Il-Grupp jenħtieġ li jikkoopera mal-korpi eżistenti fil-qasam tal-mobilità tal-forza tax-xogħol u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali.

(8)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni mill-membri u mill-osservaturi tal-Grupp.

(9)

Id-dejta personali jenħtieġ li tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(10)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika sakemm tkun ġiet stabbilita l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Ġie stabbilit il-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (minn issa 'l quddiem jissejjaħ “il-Grupp”).

Artikolu 2

Kompiti

Il-Grupp għandu jagħti pariri u jgħin lill-Kummissjoni (DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni) fir-rigward tat-twaqqif rapidu u l-funzjonament futur tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.

B'mod partikolari, il-kompiti tal-grupp għandhom ikunu:

(a)

li jiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati u jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar it-twaqqif rapidu u l-funzjonament futur tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.

(b)

li jeżamina mistoqsijiet ġenerali, mistoqsijiet dwar il-problemi prinċipali u prattiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-mobilità transfruntiera tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali u l-impatt tagħhom fuq l-attivitajiet tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.

(c)

li jidentifika u jaqsam il-fehmiet dwar l-aħjar prattiki u eżempji ta' kooperazzjoni tajba fil-qasam tal-mobilità transfruntiera tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fid-dawl tal-iżvilupp tal-attivitajiet tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.

(d)

li jidentifika l-mezzi ta' kooperazzjoni u l-kontribuzzjoni tal-korpi eżistenti rilevanti, inklużi l-aġenziji deċentralizzati tal-UE, lejn l-istabbiliment u l-funzjonament tajjeb tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.

Artikolu 3

Sħubija

1.   Il-Grupp għandu jkun magħmul minn:

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru;

Sitt rappreżentanti mis-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni li jirrappreżentaw b'mod indaqs it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem;

Rappreżentant wieħed minn kull Aġenzija tal-UE fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali.

2.   Il-Membri għandhom jinnominaw ir-rappreżentanti tagħhom f'livell għoli u għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li r-rappreżentanti tagħhom jipprovdu livell għoli ta' għarfien espert.

3.   Ir-rappreżentanti għandhom ikunu nnominati fi żmien 30 jum mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Ir-rappreżentanti jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti.

4.   Il-membri li ma jkunux għadhom jistgħu jikkontribwixxu b'mod effettiv għad-deliberazzjonijiet tal-grupp ta' esperti, li, fl-opinjoni tal-Kummissjoni (DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni) ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew li jirriżenjaw, ma għandhomx jibqgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-grupp u jistgħu jiġu ssostitwiti għall-bqija tal-mandat tagħhom.

Artikolu 4

Presidenza

Il-Grupp għandu jiġi ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni (DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni).

Artikolu 5

Operazzjoni

1.   Il-grupp għandu jaġixxi fuq it-talba tal-Kummissjoni (DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni), b'konformità mar-regoli orizzontali (4).

2.   Il-Grupp għandu jiltaqa' mill-inqas tliet darbiet fis-sena. Il-laqgħat tal-grupp, bħala prinċipju, għandhom isiru fil-bini tal-Kummissjoni.

3.   Il-Kummissjoni (DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni) għandha tipprovdi servizzi segretarjali. L-uffiċjali tal-Kummissjoni minn dipartimenti oħra b'interess fil-proċedimenti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp.

4.   Bi qbil mal-Kummissjoni (DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni), il-grupp jista', b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, jiddeċiedi li d-deliberazzjonijiet għandhom ikunu pubbliċi.

5.   Il-minuti dwar id-diskussjoni ta' kull punt fuq l-aġenda u dwar l-opinjonijiet mogħtija mill-grupp għandhom ikunu siewja u sħaħ. Il-minuti għandhom jiġu abbozzati mis-segretarjat taħt ir-responsabbiltà tal-President.

6.   Il-grupp għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-rapporti tiegħu b'kunsens.

7.   Il-parteċipazzjoni tal-esperti tal-Parlament Ewropew fil-ħidma tal-Grupp hija rregolata mill-punt 15 u mill-Anness I tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (5).

Artikolu 6

Esperti mistiedna

Il-Kummissjoni (DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni) tista' tistieden lill-esperti b'għarfien espert speċifiku fir-rigward ta' suġġett fuq l-aġenda, biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupp fuq bażi ad hoc.

Artikolu 7

Osservaturi

1.   L-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi għandhom jingħataw status ta' osservatur, b'konformità mar-regoli orizzontali, bi stedina diretta.

2.   L-osservaturi għandhom jinnominaw ir-rappreżentanti tagħhom.

3.   Il-President jista' jippermetti lir-rappreżentanti tal-osservaturi jieħdu sehem fid-diskussjonijiet tal-grupp u jipprovdu għarfien espert. Madankollu, dawn ma għandhomx jipparteċipaw fil-formulazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet jew tal-pariri tal-grupp.

Artikolu 8

Regoli ta' proċedura

Fuq proposta tal-Kummissjoni (DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni) u bi qbil magħha, il-grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, abbażi tar-regoli ta' proċedura standard għall-gruppi ta' esperti, b'konformità mar-regoli orizzontali.

Artikolu 9

Segretezza professjonali u trattament ta' informazzjoni kklassifikata

Il-membri tal-grupp u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna, huma soġġetti għall-obbligu ta' segretezza professjonali, li permezz tat-Trattati u tar-regoli li jimplimentawhom, japplika għall-membri kollha tal-istituzzjonijiet u l-persunal tagħhom, kif ukoll għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-Unjoni, stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (6) u (UE, Euratom) 2015/444 (7). F'każ li ma jirrispettawx dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista' tiegħu l-miżuri kollha xierqa.

Artikolu 10

Trasparenza

1.   Il-Grupp għandu jiġi rreġistrat fir-Reġistru tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni u entitajiet simili oħra (ir-“Reġistru tal-gruppi ta' esperti”).

2.   Fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-grupp, għandha tiġi ppubblikata d-dejta li ġejja fuq ir-Reġistru tal-gruppi ta' esperti:

(a)

l-isem tal-Istati Membri;

(b)

l-isem tas-sħab soċjali; għandu jkun iddikjarat l-interess rappreżentat;

(c)

l-isem tal-aġenziji fil-qasam tal-impjiegi u tal-affarijiet soċjali;

(d)

l-isem tal-osservaturi, inkluż l-isem tal-pajjiżi terzi.

3.   Id-dokumenti kollha rilevanti, inklużi l-aġendi, il-minuti u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti, għandhom ikunu disponibbli jew fir-Reġistru tal-gruppi ta' esperti jew permezz ta' ħolqa mir-Reġistru għal sit web apposta, fejn wieħed jista' jsib din l-informazzjoni. L-aċċess għas-siti web apposta ma għandux ikun soġġett għar-reġistrazzjoni tal-utent jew xi restrizzjoni oħra. B'mod partikolari, l-aġenda u dokumenti ta' sfond rilevanti oħra għandhom jiġu ppubblikati fi żmien xieraq qabel il-laqgħa, segwiti minn pubblikazzjoni f'waqtha tal-minuti. L-eċċezzjonijiet għall-pubblikazzjoni għandhom jiġu previsti biss meta d-divulgazzjoni ta' dokument iddgħajjef il-protezzjoni ta' interess pubbliku jew privat kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

Artikolu 11

Spejjeż tal-laqgħat

1.   Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi li jagħtu.

2.   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni. Ir-rimborż għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati lid-dipartimenti tal-Kummissjoni skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 12

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din jenħtieġ li tapplika sakemm tkun ġiet stabbilita l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.

Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017 jinsab hawnhekk: https://ec.europa.eu/commission/state-union-2017_mt.

(2)  COM(2018)131.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(4)  C(2016) 3301, il-paragrafu 1 tal-Artikolu 13.

(5)  ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/24


DEĊIŻJONI Nru 2/2017 TAL-KUMITAT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IR-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU RIGWARD VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

tat-22 ta' Diċembru 2017

dwar l-emenda tal-Kapitolu 2 dwar tagħmir protettiv personali, il-Kapitolu 4 dwar apparat mediku, il-Kapitolu 5 dwar apparat tal-gass u bojlers u l-Kapitolu 19 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular [2018/403]

IL-KUMITAT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-rikonoxximent reċiproku rigward valutazzjoni tal-konformità (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikoli 10(4), 10(5) u 18(2) tiegħu;

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea adottat Regolament ġdid dwar it-tagħmir protettiv personali (1), u l-Iżvizzera emendat id-dispożizzonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amminisrattivi tagħha li jitqiesu ekwivalenti skont l-Artikolu 1(2) tal-Ftehim għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq.

(2)

Il-Kapitolu 2, Tagħmir protettiv personali, tal-Anness 1 jenħtieġ li jiġi emendat biex jirrifletti dawn l-iżviluppi.

(3)

L-Unjoni Ewropea adottat Regolament ġdid dwar it-tagħmir mediku (2) li l-Kapitolu IV tiegħu japplika b'mod obbligatorju mis-26 ta' Novembru 2017 u Regolament ġdid dwar it-tagħmir mediku dijagnostiku in vitro (3) li l-Kapitolu IV tiegħu japplika b'mod obbligatorju mis-26 ta' Novembru 2017. Barra minn dan, il-manifatturi għandhom il-possibbilta li japplikaw dawn ir-Regolamenti fuq bażi voluntarja sa minn din id-data. L-Iżvizzera emendat id-dispożizzjonijiet regolatorji tagħha li jitqiesu ekwivalenti skont l-Artikolu 1(2) tal-Ftehim għal dawk id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq li huma applikabbli b'mod obbligatorju mill-26 ta' Novembru 2017.

(4)

Il-Kapitolu 4, Apparat Mediku, tal-Anness 1 jenħtieġ li jiġi emendat biex jirrifletti dawn l-iżviluppi.

(5)

L-Unjoni Ewropea adottat Regolament ġdid dwar tagħmir li jaħraq karburanti gasużi (4), u l-Iżvizzera emendat id-dispożizzonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amminisrattivi tagħha li jitqiesu ekwivalenti skont l-Artikolu 1(2) tal-Ftehim għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq.

(6)

Il-Kapitolu 5, Apparat tal-gass u bojlers, tal-Anness 1 jenħtieġ li jiġi emendat biex jirrifletti dawn l-iżviluppi.

(7)

L-Unjoni Ewropea adottat Regolament ġdid dwar l-installazzjonijiet tal-funikular (5), u l-Iżvizzera emendat id-dispożizzonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amminisrattivi tagħha li jitqiesu ekwivalenti skont l-Artikolu 1(2) tal-Ftehim għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq.

(8)

Il-Kapitolu 19, L-installazzjonijiet tal-funikular, tal-Anness 1 jenħtieġ li jiġi emendat biex jirrifletti dawn l-iżviluppi.

(9)

L-Artikolu 10(5) tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat jista', fuq proposta minn waħda mill-Partijiet, jimmodifika l-Annessi tal-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Kapitolu 2, Tagħmir protettiv personali, tal-Anness 1 tal-Ftehim huwa emendat skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Hemża A annessa ma' din id-Deċiżjoni.

2.

Il-Kapitolu 4, Apparat mediku, tal-Anness 1 tal-Ftehim huwa emendat skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Hemża B annessa ma' din id-Deċiżjoni.

3.

Il-Kapitolu 5, Apparat tal-gass u bojlers, tal-Anness 1 tal-Ftehim huwa emendat skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Hemża C annessa ma' din id-Deċiżjoni.

4.

Il-Kapitolu 19, l-installazzjonijiet tal-funikular, tal-Anness 1 tal-Ftehim huwa emendat f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Hemża D annessa ma' din id-Deċiżjoni.

5.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentanti tal-Kumitat li huma awtorizzati jaġixxu f'isem il-Partijiet. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva minn dakinhar tal-aħħar waħda minn dawn il-firem.

F'isem il-Konfederazzjoni Żvizzera

Christophe PERRITAZ

Iffirmat f'Bern fit-22 ta' Diċembru 2017

F'isem l-Unjoni Ewropea

Ignacio IRUARRIZAGA

Iffirmat fi Brussell fil-21 ta' Diċembru 2017


(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir ta' protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1)

(3)  Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 99).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 1).


HEMŻA A

Fl-Anness 1, Setturi tal-Prodotti, jenħteġ li l-Kapitolu 2, Tagħmir protettiv personali jitħassar u jiġi sostitwit minn dan li ġej, li għandu jkun effettiv mill-21 ta' April 2018, meta r-Regolament (UE) 2016/425 u l-leġiżlazzjoni korrispondenti Żvizzera jsiru applikabbli, għajr għat-Taqsima IV, li ssir effettiva fl-istess jum tad-Deċiżjoni:

“KAPITOLU 2

TAGĦMIR PROTETTIV PERSONALI

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi

Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)

L-Unjoni Ewropea

1.

Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir ta' protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51)

L-Iżvizzera

100.

Il-Liġi Federali tat-12 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-prodotti (RO 2010 2573)

101.

L-Ordinanza tad-19 ta' Mejju 2010 dwar is-sikurezza tal-prodotti (RO 2010 2583) kif emendata l-aħħar fil-25 ta' Ottubru 2017 (RO 2017 5865)

102.

L-Ordinanza tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar is-sikurezza ta' tagħmir protettiv personali (RO 2017 5859)

103.

L-Ordinanza tas-17 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema tal-akkreditazzjoni Żvizzera u n-nomina ta' laboratorji għat-testijiet u tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità (RO 1996 1904), kif emendata l-aħħar fil-25 ta' Novembru 2015(RO 2016 261)

TAQSIMA II

Korpi ta' valutazzjoni tal-konformità

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità.

TAQSIMA III

L-awtoritajiet tal-ħatra

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet li jaħtru nnotifikati mill-Partijiet.

TAQSIMA IV

Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità

Għad-denominazzjoni tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità l-awtoritajiet ta' denominazzjoni jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u l-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fIl-Kapitolu V tar-Regolament 2016/425.

TAQSIMA V

Dispożizzjonijiet supplimentari

1.   Operaturi ekonomiċi

1.1.   Obbligi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi skont il-leġiżlazzjoni fit-Taqsima I

Skont il-leġiżlazzjoni fit-Taqsima I, l-operaturi ekonomiċi stabbiliti fl-UE jew l-Iżvizzera huma suġġetti għal obbligi ekwivalenti.

Sabiex tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn tal-obbligi:

(a)

għall-finijiet tal-obbligi li fl-Artikoli 8(6) u 10(3) tar-Regolamenti (UE) 2016/425 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti Żvizzeri, ikun biżżejjed li jiġi indikat l-isem, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz postali fejn il-manifattur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera jistgħu jiġu kkuntattjati. F'każ li l-manifattur ma jkunx stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera, ikun biżżejjed li jindika l-isem, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tiegħu u l-indirizz postali fejn l-importatur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera jista' jiġi kkuntattjat;

(b)

għall-iskop tal-obbligi fl-Artikolu 8(3) u 10(8) tar-Regolament (UE) 2016/425 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti Żvizzeri, għandu jkun biżżejjed li l-manifattur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera jżomm id-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għal 10 snin wara li l-PPE ikun tqiegħed fis-suq jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera. Fil-każ li l-manifattur mhuwiex stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera, għandu jkun biżżejjed li l-importatur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżgura li d-dokumentazzjoni teknika tista' tiġi magħmula disponibbli lil dawk l-awtoritajiet fuq talba għal 10 snin wara li l-PPE ikun ġie introdott fis-suq, jew fl-Unjoni Ewropea jew fl-Iżvizzera.

(c)

għall-finijiet tal-obbligi fl-Artikolu 8(4), it-tieni subparagrafu, u 10(6) tar-Regolament (UE) 2016/425 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti Żvizzeri, għandu jkun biżżejjed li dawn l-obbligi jiġu ssodisfati mill-manifattur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera, jew, f'każ li l-manifattur ma jkunx stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera, mill-importatur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera.

1.2.   Rappreżentant awtorizzat

Għall-finijiet tal-obbligu fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2016/425 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti Żvizzeri, rappreżentant awtorizzat tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni Ewropea jew fl-Iżvizzera li tkun irċeviet mandat bil-miktub minn manifattur biex taġixxi f'ismu skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/425 jew id-dispożizzjonijiet korrispondenti Żvizzeri.

1.3.   Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq

L-awtorità ta' sorveljanza tas-suq nazzjonali kompetenti ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew l-Iżvizzera tista', wara talba mmotivata, titolob lill-operaturi ekonomiċi rilevanti fl-Unjoni Ewropea u fl-Iżvizzera biex jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarji biex juru l-konformità tat-tagħmir mal-leġiżlazzjoni fit-Taqsima I.

Dik l-awtorità tista' tikkuntattja l-operatur ekonomiku stabbilit fit-territorju tal-Parti l-oħra, direttament jew bl-assistenza tal-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq kompetenti tal-Parti l-oħra. Hija tista' titlob lill-manifatturi jew, fejn japplika, ir-rappreżentanti awtorizzati u l-importaturi biex jipprovdu d-dokumentazzjoni b'lingwa li tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Hija tista' titlob lill-operaturi ekonomiċi biex jikkooperaw dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-PPE.

2.   Skambju ta' esperjenza

L-awtoritajiet tal-ħatra Żvizzeri jistgħu jieħdu sehem fl-iskambju ta' esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/425.

3.   Koordinazzjoni ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità

Korpi Żvizzeri maħtura għall-valutazzjoni tal-konformità jistgħu jieħdu sehem fil-kooperazzjoni u fil-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni stipulati fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/425 direttament jew permezz ta' rappreżentanti maħtura.

4.   Assistenza reċiproka tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq

Skont l-Artikolu 9(1) tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jassiguraw kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tagħhom. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u tal-Iżvizzera għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni. Huma għandhom jagħtu assistenza lil xulxin fuq skala adegwata billi jgħaddu informazzjoni jew dokumentazzjoni li jirrigwardaw lill-operaturi ekonomiċi bbażati fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera.

5.   Proċedura fir-rigward ta' PPE li jippreżentaw riskju li ma jkunx ristrett għat-territorju nazzjonali

Skont l-Artikolu 12(4) ta' dan il-Ftehim, f'każijiet fejn l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru jew l-Iżvizzera jkunu ħadu azzjoni jew ikollhom biżżejjed raġunijiet biex jemmnu li PPE kopert minn dan il-Kapitolu jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza ta' persuni koperti mil-leġiżlazzjoni fit-Taqsima I ta' dan il-Kapitolu, u jekk iqisu li n-nuqqas ta' konformità mhuwiex limitat għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Iżvizzera minngħajr dewmien dwar:

ir-riżultati tal-evalwazzjoni u tal-azzjonijiet li huma jkunu talbu lill-operatur ekonomiku jieħu;

meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa, il-miżuri provviżorji xierqa kollha meħuda biex jipprojbixxu jew jillimitaw id-disponibbiltà tal-PPE fis-suq nazzjonali tagħhom, biex jirtiraw il-PPE minn dak is-suq jew biex jissejjaħ lura.

Din l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b'mod partikolari d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-PPE li mhuwiex konformi, l-oriġini tiegħu, it-tip ta' nuqqas ta' konformità allegat u r-riskju involut, it-tip u t-tul ta' żmien tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B'mod partikolari, għandu jiġi indikat jekk in-nuqqas ta' konformità jkunx irriżulta minħabba:

li l-PPE ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-saħħa jew is-sikurezza ta' persuni li ssir referenza għalihom fil-leġilazzjoni fit-Taqsima I, jew

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmijin fil-leġiżlazzjoni tat-Taqsima I.

L-Istati Membri jew l-Iżvizzera għandhom jgħarrfu mingħajr dewmien lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet nazzjonali l-oħra b' kull miżura adottata u bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta' konformità tal-PPE kkonċernat.

L-Istati Membri u l-Iżvizzera għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-PPE kkonċernat, bħall-irtirar tal-PPE mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

6.   Proċedura ta' salvagwardja f'każ ta' oġġezzjonijiet kontra l-miżuri nazzjonali

F'każ li l-Iżvizzera jew Stat Membru ma jaqblux mal-miżura nazzjonali fil-paragrafu 5, huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea bl-oġġezzjonijiet tagħhom fi żmien tliet xhur minn mindu jirċievu l-informazzjoni.

Meta, wara li tkun intemmet il-proċedura stipulata fil-paragrafu 5, jitqajmu oġġezzjonijiet minn Stat Membru jew mill-Iżvizzera kontra miżura meħuda mill-Iżvizzera jew minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tkun kontra tal-leġiżlazzjoni rilevanti msemmija fit-Taqsima I, il-Kummissjoni Ewropea, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri, mal-Iżvizzera u permezz tal-awtoritajiet Żvizzeri mal-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti. Hija għandha tevalwa l-miżura nazzjonali, sabiex tiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Jekk il-miżura nazzjonali titqies:

ġustifikata, l-Istati Membri kollha u l-Iżvizzera jieħdu l-miżuri li huma meħtieġa biex jiżguraw li l-PPE li ma jkunx konformi jiġi rtirat mis-swieq tagħhom, u jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan;

mhux iġġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat jew l-Iżvizzera għandhom jirtiraw din il-miżura.

Parti tista' tibgħat il-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim, skont il-paragrafu 8.

7.   PPE konformi li xorta waħda jippreżenta riskju

Meta Stat Membru jew l-Iżvizzera jsibu li għalkemm PPE li operatur ekonomiku jkun għamel disponibbli fis-suq tal-UE u dak Żvizzeru ikun f'konformità mal-leġiżlazzjoni msemmija fit-Taqsima I ta' dan il-Kapitolu, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-bniedem, huma għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha u jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Iżvizzera. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b'mod partikolari d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-PPE kkonċernat, l-oriġini u l-katina ta' forniment tal-PPE, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta' żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda.

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri, mal-Iżvizzera, u permezz tal-awtoritajiet Żvizzeri mal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti, u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħudin, sabiex tiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le, u fejn neċessarju, tipproponi miżuri xierqa.

Parti tista' tibgħat il-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim, skont il-paragrafu 8.

8.   Klawsola ta' salvagwardja f'każ li jibqa' nuqqas ta' qbil bejn il-Partijiet

Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar il-miżuri involuti fil-paragrafi 6 u 7 ta' hawn fuq, il-kwistjoni tintbagħat quddiem il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim, li jiddeċiedi dwar pjan xieraq ta' azzjoni li għandu jiġi segwit, li jinkludi l-possibbiltà ta' twettiq ta' studju minn esperti.

Meta l-Kumitat iqis li l-miżura tkun:

(a)

ġustifikata, il-Partijiet jieħdu l-miżuri li jinħtieġu sabiex jiżguraw li l-PPE jiġi rtirat mis-suq tagħhom.

(b)

mhix ġustifikata, l-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru jew l-Iżvizzera għandhom jirtiraw il-miżura.”


HEMŻA B

Fl-Anness 1, Setturi tal-Prodott, jenħtieġ li l-Kapitolu 4 Apparat Mediku jitħassar u jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“KAPITOLU 4

APPARAT MEDIKU

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi

Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)

L-Unjoni Ewropea

1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta' Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem, kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

2.

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi, kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

3.

Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1), kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1) u kkoreġuta bir-Rettifika (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 75 u ĠU L 6, 10.1.2002, p. 70)

4.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/364/KE tas-7 ta' Mejju 2002 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 131, 16.5.2002, p. 17)

5.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/12/KE tat-3 ta' Frar 2003 dwar ir-riklassifikazzjoni tal-impjanti tas-sider fil-kwadru tad-Direttiva 93/42/KEE dwar mezzi mediċi (ĠU L 28, 4.2.2003, p. 43).

6.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 722/2012 tat-8 ta' Awwissu 2012 dwar rekwiżiti partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem u l-mezzi mediċi manifatturati bl-użu ta' tessuti li ġejjin mill-annimali (ĠU L 22, 9.8.2012, p. 3)

7.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/50/KE tal-11 ta' Awwissu 2005 dwar ir-riklassifikazzjoni ta' sostituzzjoni tal-għadma tal-ġenb, tal-irkoppa u tal-ġogi u tal-ispalla fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar tagħmir mediku (ĠU L 210, 12.8.2005, p. 41).

8.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-importazzjoni u t-tranżitu ta' ċerti prodotti intermedjarji li huma derivati minn materjal mill-Kategorija 3 intenzjonat għall-użu tekniku fit-tagħmir mediku, fid-dijanjostiċi in vitro u fir-reaġenti tal-laboratorju u li jemenda lil dak ir-Regolament (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 98)

9.

Id-Direttiva 2007/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem, id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar mezzi mediċi u Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 21)

10.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/869/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2002/364/KE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal apparat mediku dijanjostiku in vitro (ĠU L 341, 22.12.2011, p. 63)

11.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/100/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 li temenda d-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 341, 22.12.2011, p. 50)

12.

Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88)

13.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE tad-19 ta' April 2010 dwar il-Bank tad-Dejta Ewropew tal-Mezzi Mediċi (Eudamed) (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 45)

14.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 207/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 dwar struzzjonijiet elettroniċi rigward l-użu ta' apparat mediku (ĠU L 72, 10.3.2012, p. 28)

15.

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2013 tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-ħatra u s-superviżjoni tal-korpi nnotifikati skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE dwar il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem u d-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar mezzi mediċi (ĠU L 253, 25.9.2013, p. 8)

16.

Il-Kapitolu IV u l-Anness VII tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1)

17.

Il-Kapitolu IV u l-Anness VII tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).

L-Iżvizzera

100.

Il-Liġi Federali tal-15 ta' Diċembru 2000 dwar il-prodotti mediċinali u l-apparat mediku (RO 2001 2790), kif emendata l-aħħar fl-1 ta' Jannar 2014 (RO 2013 4137)

101.

Il-Liġi Federali tal-24 ta' Ġunju 1902 dwar l-installazzjonijiet elettriċi b'kurrent baxx u qawwi (RO 19252 u RS 4798), kif emendata l-aħħar fl-20 ta' Marzu 2008(RO 2008 3437)

102.

Il-Liġi Federali tad-9 ta' Ġunju 1977 dwar il-metroloġija (RO 1977 2394), kif emendata l-aħħar fis-17 ta' Ġunju 2011 (RO 2012 6235)

103.

Il-Liġi Federali tat-22 ta' Marzu 1991 dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni (RO 1994 1933), kif emendata l-aħħar fl-10 ta' Diċembru 2004 (RO 2004 5391)

104.

L-Ordinanza tas-17 ta' Ottubru 2001 dwar il-mezzi mediċi (RO 2001 3487) kif emendata l-aħħar fil-25 ta' Ottubru 2017 (RO 2017 5935)

105.

L-Ordinanza tat-18 ta' April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni ta' annimali u prodotti tal-annimali (RO 2007 1847) kif emendata l-aħħar fl-4 ta' Settembru 2013 (RO 2013 3041)

106.

L-Ordinanza tas-17 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema tal-akkreditazzjoni Żvizzera u n-nomina ta' laboratorji għat-testijiet u tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità (RO 1996 1904), kif emendata l-aħħar fil-25 ta' Novembru 2015 (RO 2016 261)

107.

L-Att Federali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta tad-19 ta' Ġunju 1992 (RO 1992 1945), kif emendata l-aħħar fit-30 ta' Settembru 2011 (RO 2013 3215)

TAQSIMA II

Korpi ta' valutazzjoni tal-konformità

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità.

TAQSIMA III

L-awtoritajiet tal-ħatra

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet li jaħtru nnotifikati mill-Partijiet.

TAQSIMA IV

Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità

Għall-ħatra ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità taħt dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet ta' ħatra għandhom:

ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim,

kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 920/2013, ikunu konformi mal-kriterji tal-valutazzjoni stipulati fl-Anness XI tad-Direttiva 93/42/KEE, fl-Anness 8 tad-Direttiva 90/385/KEE, u fl-Anness IX tad-Direttiva 98/79/KE, kif ukoll

ikunu konformi mal-kriterji tal-valutazzjoni stipulati fil-Kapitolu IV u l-Anness VII tar-Regolament (UE) 2017/745 u tar-Regolament (UE) 2017/746.

Il-Partijiet għandhom ipoġġu assessuri għad-dispoizzjoni tat-tim kif stipulat bir-Regolament 920/2013, l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2017/745 u l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2017/746. L-awtoritajiet ta' ħatra tal-Partijiet għandhom jikkooperaw għall-evalwazzjoni tal-korpi notifikati f'konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2017/745 u l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2017/746. Huwa għandhom jipparteċipaw f'evalwazzjonijiet bejn il-pari f'konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2017/745 u l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2017/746.

TAQSIMA V

Dispożizzjonijiet supplimentari

1.   Ir-reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli għat-tqegħid tat-tagħmir fis-suq

Kwalunkwe manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jqiegħed fis-suq ta' waħda mill-Partijiet it-tagħmir mediku msemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 93/42/KEE jew l-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/79/KE għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li fiha huwa jkollu l-post irreġistrat tan-negozju tiegħu bid-dettalji msemmija f'dawn l-Artikoli. Il-Partijiet għandhom jirrikonoxxu din ir-reġistrazzjoni reċiprokament. Il-manifattur ma għandux ikun obbligat li jaħtar persuna responsabbli għat-tqegħid tat-tagħmir fis-suq stabbilit fit-territorju tal-Parti l-oħra.

2.   L-ittikkettjar tat-tagħmir mediku

Il-manifatturi miż-żewġ Partijiet għandhom jindikaw l-isem tagħhom, jew l-isem kummerċjali, u l-indirizz fuq it-tikketta tat-tagħmir mediku kif speċifikat fil-punt 13.3(a) tal-Anness 1 tad-Direttiva 93/42/KEE u t-tagħmir mediku djanjostiku in vitro speċifikat fil-punt 8.4(a) tal-Anness 1, tad-Direttiva 98/79/KE. Huma ma għandhomx ikunu obbligati jindikaw l-isem u l-indirizz tal-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq tat-tagħmir, tar-rappreżentant jew tal-importatur stabbilit fit-territorju tal-Parti l-oħra, fuq it-tikketta, fuq l-imballaġġ estern jew fuq l-istruzzjonijiet għall-użu.

Għat-tagħmir impurtat minn pajjiżi terzi, minħabba d-distribuzzjoni tagħhom fl-Unjoni u l-Iżvizzera, it-tikketta, jew l-imballaġġ estern, jew l-istruzzjonijiet għall-użu, għandu jkollhom l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat uniku tal-manifattur stabbilit fl-Unjoni jew l-Iżvizzera, skont il-każ.

3.   L-Iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni

F'konformità mal-Artikolu 9 tal-Ftehim,

il-Partijiet għandhom b'mod partikolari jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 90/385/KEE, fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 93/42/KEE, fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 98/79/KE u fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 920/2013.

il-Partijiet għandhom b'mod partikolari jikkooperaw skont l-Artikoli 102 u 103 tar-Regolament 2017/745 u l-Artikoli 97 u 98 tar-Regolament (UE) 2017/746.

l-Iżvizzera tista' tressaq l-applikazzjoni ta' laboratorji esperti biex jinħatru mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) 2017/745 jew l-applikazzjoni ta' laboratorji ta' referenza biex jinħatru mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) 2017/746.

4.   Bażijiet tad-dejta Ewropej

L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandu jkollhom aċċess għall-bażijiet tad-dejta Ewropej stabbiliti skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 98/79/KE, l-Artikolu 14a tad-Direttiva 93/42/KEE, l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 920/2013, l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2017/745 kif ukoll l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2017/746. Dawn għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni u/jew lill-korp responsabbli għat-tmexxija tal-bażijiet tad-dejta, id-dejta stipulata f'dawk l-Artikoli u miġbura fl-Iżvizzera, biex tiddaħħal fil-bażijiet tad-dejta Ewropej.

5.   Dispożizzjonijiet tranżitorji

B'deroga mil-leġiżlazzjoni fit-Taqsima I, it-tagħmir li jikkonforma mar-Regolament (UE) 2017/745 u r-Regolament (UE) 2017/746 jista' jitqiegħed fis-suq taż-żewġ Partijiet rispettivament.

B'deroga mil-leġiżlazzjoni fit-Taqsima I, il-korpi notifikati li jinħatru u jiġu notifikati f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/745 u r-Regolament (UE) 2017/746 jistgħu jagħmlu proċeduri tal-evalwazzjoni stabbiliti f'dawn ir-regolamenti u joħorġu ċertifikati f'konformità ma' dawn ir-Regolamenti. Dawn iċ-ċertifikati għandhom ikunu rikonoxxuti mill-Partijiet.”


HEMŻA C

Fl-Anness 1, Setturi tal-Prodott, jenħteġ li l-Kapitolu 5, Apparat tal-gass u bojlers, jitħassar u jiġi sostitwit b'dan li ġej, li għandu jkun effettiv mill-21 ta' April 2018, meta r-Regolament (UE) 2016/426 u l-leġiżlazzjoni korrispondenti Żvizzera jsiru applikabbli, għajr għat-Taqsima IV, li ssir effettiva fl-istess jum bħal din id-Deċiżjoni:

“KAPITOLU 5

APPARAT TAL-GASS U BOJLERS

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi

Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(1)

L-Unjoni Ewropea

1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta' effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b'karburanti likwidi jew gassużi (ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17), kif emendata sussegwentement

L-Iżvizzera

100.

L-Ordinanza tas-16 ta' Diċembru 1985 dwar il-Kontroll tat-Tniġġis tal-Ajru (OAPC) (L-Annessi 3 u 4) (RS 814 318 142.1), kif emendata sussegwentement

Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)

L-Unjoni Ewropea

1.

Ir-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 99)

L-Iżvizzera

100.

Il-Liġi Federali tat-12 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-prodotti (RO 2010 2573)

101.

L-Ordinanza tad-19 ta' Mejju 2010 dwar is-sikurezza tal-prodotti (RO 2010 2583) kif emendata l-aħħar fil-25 ta' Ottubru 2017 (RO 2017 5865)

102.

L-Ordinanza tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar apparat tal-gass (RO 2017 5865)

103.

L-Ordinanza tas-17 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema tal-akkreditazzjoni Żvizzera u n-nomina ta' laboratorji għat-testijiet u tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità (RO 1996 1904), kif emendata l-aħħar fil-25 ta' Novembru 2015(RO 2016 261)

TAQSIMA II

Korpi ta' valutazzjoni tal-konformità

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità.

TAQSIMA III

L-awtoritajiet tal-ħatra

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet li jaħtru nnotifikati mill-Partijiet.

TAQSIMA IV

Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità

Għad-denominazzjoni tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità l-awtoritajiet ta' denominazzjoni jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u l-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fIl-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2016/426.

TAQSIMA V

Dispożizzjonijiet supplimentari

1.   Operaturi ekonomiċi

1.1.   Obbligi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi skont il-leġiżlazzjoni fit-Taqsima I

Skont il-leġiżlazzjoni fit-Taqsima I, l-operaturi ekonomiċi stabbiliti fl-UE jew l-Iżvizzera huma suġġetti għal obbligi ekwivalenti.

Sabiex tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn tal-obbligi:

(a)

għall-finijiet tal-obbligi li fl-Artikoli 7(6) u 9(3) tar-Regolamenti (UE) 2016/426 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti Żvizzeri, ikun biżżejjed li jiġi indikat l-isem, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz postali fejn il-manifattur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera jistgħu jiġu kkuntattjati. F'każ li l-manifattur ma jkunx stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera, ikun biżżejjed li jindika l-isem, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tiegħu u l-indirizz postali fejn l-importatur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera jista' jiġi kkuntattjat;

(b)

għall-finijiet tal-obbligi fl-Artikolu 7(3) u 9(8) tar-Regolament (UE) 2016/426 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti Żvizzeri, għandu jkun biżżejjed li l-manifattur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera jżomm id-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għal 10 snin wara li l-apparat jew il-fitting ikunu tqiegħdu fis-suq jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera. Fil-każ li l-manifattur ma jkunx stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera, għandu jkun biżżejjed li l-importatur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżgura li d-dokumentazzjoni teknika tista' tiġi magħmula disponibbli lil dawk l-awtoritajiet fuq talba għal 10 snin wara li l-apparat jew il-fitting ikunu ġew introdotti fis-suq, jew fl-Unjoni Ewropea jew fl-Iżvizzera.

(c)

għall-finijiet tal-obbligi fl-Artikolu 7(4), it-tieni subparagrafu, u 9(6) tar-Regolament (UE) 2016/426 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti Żvizzeri, għandu jkun biżżejjed li dawn l-obbligi jiġu ssodisfati mill-manifattur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera, jew, f'każ li l-manifattur ma jkunx stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera, mill-importatur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera.

1.2.   Rappreżentant awtorizzat

Għall-finijiet tal-obbligu fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2016/426 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti Żvizzeri, rappreżentant awtorizzat tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni Ewropea jew fl-Iżvizzera li tkun irċeviet mandat bil-miktub minn manifattur biex taġixxi f'ismu skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2016/426 jew id-dispożizzjonijiet korrispondenti Żvizzeri.

1.3.   Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq

L-awtorità ta' sorveljanza tas-suq nazzjonali kompetenti ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew l-Iżvizzera tista', wara talba mmotivata, titolob lill-operaturi ekonomiċi rilevanti fl-Unjoni Ewropea u fl-Iżvizzera biex jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarji biex juru l-konformità tal-apparat jew il-fitting mal-leġiżlazzjoni fit-Taqsima I.

Dik l-awtorità tista' tikkuntattja l-operatur ekonomiku stabbilit fit-territorju tal-Parti l-oħra, direttament jew bl-assistenza tal-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq kompetenti tal-Parti l-oħra. Hija tista' titlob lill-manifatturi jew, fejn japplika, ir-rappreżentanti awtorizzati u l-importaturi biex jipprovdu d-dokumentazzjoni b'lingwa li tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Hija tista' titlob lill-operaturi ekonomiċi biex jikkooperaw dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-apparat jew il-montatura.

2.   Skambju ta' esperjenza

L-awtoritajiet tal-ħatra Żvizzeri jistgħu jieħdu sehem fl-iskambju ta' esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2016/426.

3.   Koordinazzjoni ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità

Korpi Żvizzeri maħtura għall-valutazzjoni tal-konformità jistgħu jieħdu sehem fil-kooperazzjoni u fil-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/426 direttament jew permezz ta' rappreżentanti maħtura.

4.   Assistenza reċiproka tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq

Skont l-Artikolu 9(1) tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jassiguraw kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tagħhom. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u tal-Iżvizzera għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni. Huma għandhom jagħtu assistenza lil xulxin fuq skala adegwata billi jgħaddu informazzjoni jew dokumentazzjoni li jirrigwardaw lill-operaturi ekonomiċi bbażati fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera.

5.   Proċedura fir-rigward ta' apparati jew montaturi li jippreżentaw riskju mhux ristrett għat-territorju nazzjonali

F'konformità mal-Artikolu 12(4) ta' dan il-Ftehim, f'każijiet fejn l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru jew l-Iżvizzera jkunu ħadu azzjoni jew ikollhom biżżejjed raġunijiet biex jemmnu li apparat jew fitting koperti minn dan il-Kapitolu jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza ta' persuni jew annimali domestiċi jew proprjetà koperti mil-leġiżlazzjoni fit-Taqsima I ta' dan il-Kapitolu, u jekk iqisu li n-nuqqas ta' konformità mhuwiex limitat għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Iżvizzera mingħajr dewmien dwar:

ir-riżultati tal-evalwazzjoni u tal-azzjonijiet li huma jkunu talbu lill-operatur ekonomiku jieħu;

meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa, il-miżuri provviżorji xierqa kollha meħuda biex jipprojbixxu jew jillimitaw id-disponibbiltà tal-apparat jew il-fitting fis-suq nazzjonali tagħhom, biex jirtiraw l-apparat jew il-fitting minn dak is-suq jew biex jissejjaħ lura.

Din l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b'mod partikolari d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-apparat jew il-fitting li ma jkunux konformi, l-oriġini tagħhom, it-tip ta' nuqqas ta' konformità allegat u r-riskju involut, it-tip u t-tul ta' żmien tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B'mod partikolari, għandu jiġi indikat jekk in-nuqqas ta' konformità jkunx irriżulta minħabba:

li l-apparat jew il-fitting ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti relatati mas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni jew ta' annimali domestiċi jew proprjetà li ssir referenza għalihom fil-leġiżlazzjoni tat-taqsima I, jew

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmijin fil-leġiżlazzjoni tat-Taqsima I.

L-Iżvizzera jew l-Istati Membri għandhom jgħarrfu mingħajr dewmien lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet nazzjonali l-oħra b' kull miżura adottata u bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta' konformità tal-apparat jew fitting ikkonċernati.

L-Istati Membri u l-Iżvizzera għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-apparat jew fitting ikkonċernati, bħall-irtirar tal-apparat jew fitting mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

6.   Proċedura ta' salvagwardja f'każ ta' oġġezzjonijiet kontra l-miżuri nazzjonali

F'każ li l-Iżvizzera jew Stat Membru ma jaqblux mal-miżura nazzjonali fil-paragrafu 5, huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea bl-oġġezzjonijiet tagħhom fi żmien tliet xhur minn mindu jirċievu l-informazzjoni.

Meta, wara li tkun intemmet il-proċedura stipulata fil-paragrafu 5, jitqajmu oġġezzjonijiet minn Stat Membru jew mill-Iżvizzera kontra miżura meħuda mill-Iżvizzera jew minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tkun kontra tal-leġiżlazzjoni rilevanti msemmija fit-Taqsima I, il-Kummissjoni Ewropea, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri, mal-Iżvizzera u permezz tal-awtoritajiet Żvizzeri mal-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti. Hija għandha tevalwa l-miżura nazzjonali, sabiex tiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Jekk il-miżura nazzjonali relatata mal-apparat jew fitting titqies:

ġustifikata, l-Istati Membri kollha u l-Iżvizzera għandhom jieħdu l-miżuri li huma meħtieġa biex jiżguraw li l-apparat jew il-fitting li ma jkunux konformi jiġu rtirati mis-swieq tagħhom, u jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan;

mhux iġġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat jew l-Iżvizzera għandhom jirtiraw din il-miżura.

Parti tista' tibgħat il-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim, skont il-paragrafu 8.

7.   Apparat jew fitting konformi li madankollu jippreżentaw riskju

Meta Stat Membru jew l-Iżvizzera jsibu li għalkemm apparat jew fitting li operatur ekonomiku jkun għamel disponibbli fis-suq tal-UE u dak Żvizzeru ikun f'konformità mal-leġiżlazzjoni msemmija fit-Taqsima I ta' dan il-Kapitolu, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-bniedem jew għall-annimali domestiċi jew il-proprjetà, huma għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha u jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Iżvizzera. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b'mod partikolari d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tagħmir jew il-fitting ikkonċernat, l-oriġini u l-katina ta' forniment tat-tagħmir jew il-fitting, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta' żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda.

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri, mal-Iżvizzera, u permezz tal-awtoritajiet Żvizzeri mal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti, u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħudin, sabiex tiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le, u fejn neċessarju, tipproponi miżuri xierqa.

Parti tista' tibgħat il-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim, skont il-paragrafu 8.

8.   Klawsola ta' salvagwardja f'każ li jibqa' nuqqas ta' qbil bejn il-Partijiet

Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar il-miżuri involuti fil-paragrafi 6 u 7 ta' hawn fuq, il-kwistjoni tintbagħat quddiem il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim, li jiddeċiedi dwar pjan xieraq ta' azzjoni li għandu jiġi segwit, li jinkludi l-possibbiltà ta' twettiq ta' studju minn esperti.

Meta l-Kumitat iqis li l-miżura tkun:

(a)

ġustifikata, il-Partijiet jieħdu l-miżuri li jinħtieġu sabiex jiżguraw li l-apparat jew il-montatura jiġu rtirati mis-suq tagħhom.

(b)

mhix ġustifikata, l-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru jew l-Iżvizzera għandhom jirtiraw il-miżura.

9.   Skambju tal-informazzjoni

F'konformità mal-Artikolu 12 ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar it-tipi ta' gass u l-pressa korrispondenti għad-distribuzzjoni ta' karburanti fil-forma ta' gass użati fit-territorju tagħhom li ssir referenza għalihom fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/426. Barra minn dan, l-Iżvizzera għandha tagħti tagħrif dwar il-bidliet li jsiru f'dan kollu fi żmien sitt xhur wara t-tħabbira tal-bidliet maħsuba. L-Unjoni Ewropea għandha tagħti tagħrif dwar il-bidliet f'dan fi żmien sitt xhur wara li tkun irċeviet in-notifika minn Stat Membru.”


HEMŻA D

Fl-Anness 1, Setturi tal-Prodott, jenħteġ li l-Kapitolu 19, L-installazzjonijiet tal-funikular, jitħassar u jiġi sostitwit b'dan li ġej, li għandu jkun effettiv mill-21 ta' April 2018, meta r-Regolament (UE) 2016/424 u l-leġiżlazzjoni korrispondenti Żvizzera jsiru applikabbli, għajr għat-Taqsima IV, li ssir effettiva fl-istess jum tad-Deċiżjoni:

“KAPITOLU 19

L-INSTALLAZZJONIJIET TAL-FUNIKULAR

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi

Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)

L-Unjoni Ewropea

1.

Ir-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 1)

L-Iżvizzera

100.

Il-Liġi Federali tat-23 ta' Ġunju 2006 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular iddisinjati għat-trasport ta' persuni (RO 2006 5753) kif emendata l-aħħar fl-20 ta' Marzu 2009 (RO 2009 5597).

101.

L-Ordinanza tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular iddisinjati għat-trasport ta' persuni (RO 2007 39) kif emendata l-aħħar fil-11 ta' Ottubru 2017 (RO 2009 5831).

102.

L-Ordinanza tas-17 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema tal-akkreditazzjoni Żvizzera u n-nomina ta' laboratorji għat-testijiet u tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità (RO 1996 1904), kif emendata l-aħħar fil-25 ta' Novembru 2015 (RO 2016 261)

TAQSIMA II

Korpi ta' valutazzjoni tal-konformità

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità.

TAQSIMA III

L-awtoritajiet tal-ħatra

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet li jaħtru nnotifikati mill-Partijiet.

TAQSIMA IV

Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità

Għad-denominazzjoni tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità l-awtoritajiet ta' denominazzjoni jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u l-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fIl-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2016/424.

TAQSIMA V

Dispożizzjonijiet supplimentari

1.   Operaturi ekonomiċi

1.1.   Obbligi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi skont il-leġiżlazzjoni fit-Taqsima I

Skont il-leġiżlazzjoni fit-Taqsima I, l-operaturi ekonomiċi stabbiliti fl-UE jew l-Iżvizzera huma suġġetti għal obbligi ekwivalenti.

Sabiex tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn tal-obbligi:

(a)

għall-finijiet tal-obbligi li fl-Artikoli 11(6) u 13(3) tar-Regolamenti (UE) 2016/424 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti Żvizzeri, ikun biżżejjed li jiġi indikat l-isem, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz postali fejn il-manifattur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera jistgħu jiġu kkuntattjati. F'każ li l-manifattur ma jkunx stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera, ikun biżżejjed li jindika l-isem, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tiegħu u l-indirizz postali fejn l-importatur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera jista' jiġi kkuntattjat;

(b)

għall-finijiet tal-obbligi fl-Artikolu 11(3) u 13(8) tar-Regolament (UE) 2016/424 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti Żvizzeri, għandu jkun biżżejjed li l-manifattur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera jżomm id-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għal 30 sena wara li s-subsistema jew l-element ta' sikurezz jkunu tqiegħdu fis-suq jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera. Fil-każ li l-manifattur ma jkunx stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera, għandu jkun biżżejjed li l-importatur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżgura li d-dokumentazzjoni teknika tkun tista' tiġi magħmula disponibbli lil dawk l-awtoritajiet fuq talba għal 30 snin wara li s-subsistema jew l-element ta' sikurezza jkunu ġew introdotti fis-suq, jew fl-Unjoni Ewropea jew fl-Iżvizzera.

(c)

għall-finijiet tal-obbligi fl-Artikolu 11(4), it-tieni subparagrafu, u 13(6) tar-Regolament (UE) 2016/424 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti Żvizzeri, għandu jkun biżżejjed li dawn l-obbligi jiġu ssodisfati mill-manifattur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera, jew, f'każ li l-manifattur ma jkunx stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera, mill-importatur stabbilit fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera.

1.2.   Rappreżentant awtorizzat

Għall-finijiet tal-obbligu fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2016/424 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti Żvizzeri, rappreżentant awtorizzat tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni Ewropea jew fl-Iżvizzera li tkun irċeviet mandat bil-miktub minn manifattur biex taġixxi f'ismu skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2016/424 jew id-dispożizzjonijiet korrispondenti Żvizzeri.

1.3.   Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq

L-awtorità ta' sorveljanza tas-suq nazzjonali kompetenti ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew l-Iżvizzera jistgħu, wara talba raġunata, jitolbu lill-operaturi ekonomiċi rilevanti fl-Unjoni Ewropea u fl-Iżvizzera biex jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarji biex juru l-konformità tas-subsistema jew l-element ta' sikurezza mal-leġiżlazzjoni fit-Taqsima I.

Dik l-awtorità tista' tikkuntattja l-operatur ekonomiku stabbilit fit-territorju tal-Parti l-oħra, direttament jew bl-assistenza tal-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq kompetenti tal-Parti l-oħra. Hija tista' titlob lill-manifatturi jew, fejn japplika, ir-rappreżentanti awtorizzati u l-importaturi biex jipprovdu d-dokumentazzjoni b'lingwa li tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Hija tista' titlob lill-operaturi ekonomiċi biex jikkooperaw dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mis-subsistema jew l-element ta' sikurezza.

2.   Skambju ta' esperjenza

L-awtoritajiet tal-ħatra Żvizzeri jistgħu jieħdu sehem fl-iskambju ta' esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2016/424.

3.   Koordinazzjoni ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità

Korpi Żvizzeri maħtura għall-valutazzjoni tal-konformità jistgħu jieħdu sehem fil-kooperazzjoni u fil-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni stipulati fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2016/424 direttament jew permezz ta' rappreżentanti maħtura.

4.   Assistenza reċiproka tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq

Skont l-Artikolu 9(1) tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jassiguraw kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tagħhom. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u tal-Iżvizzera għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni. Huma għandhom jagħtu assistenza lil xulxin fuq skala adegwata billi jgħaddu informazzjoni jew dokumentazzjoni li jirrigwardaw lill-operaturi ekonomiċi bbażati fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera.

5.   Proċedura għat-trattament ta' subsistemi jew elementi ta' sikurezza li jippreżentaw riskju mhux limitat għat-territorju nazzjonali

Skont l-Artikolu 12(4) ta' dan il-Ftehim, f'każijiet fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru jew l-Iżvizzera jkunu ħadu azzjoni jew ikollhom biżżejjed raġunijiet biex jemmnu li xi subsistema jew element ta' sikurezza kopert minn dan il-Kapitolu jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà ta' persuni koperti mil-leġiżlazzjoni fit-Taqsima I ta' dan il-Kapitolu, u jekk iqisu li n-nuqqas ta' konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Iżvizzera minngħajr dewmien dwar:

ir-riżultati tal-evalwazzjoni u tal-azzjonijiet li huma jkunu talbu lill-operatur ekonomiku jieħu;

meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa, il-miżuri provviżorji xierqa kollha meħuda biex jipprojbixxu jew jillimitaw id-disponibbiltà tas-subsistema jew l-element ta' sikurezza fis-suq nazzjonali tagħhom, biex jirtiraw is-subsistema jew l-element ta' sikurezza minn dak is-suq jew biex jissejjaħ lura.

Din l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b'mod partikolari d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tas-subsistema jew l-element ta' sikurezza li ma jkunux konformi, l-oriġini tagħhom, it-tip ta' nuqqas ta' konformità allegat u r-riskju involut, it-tip u t-tul ta' żmien tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B'mod partikolari, għandu jiġi indikat jekk in-nuqqas ta' konformità jkunx irriżulta minħabba:

li s-subsistema jew l-element ta' sikurezza ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti relatati mas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni jew tal-proprjetà li ssir referenza għalihom fil-leġiżlazzjoni fit-taqsima I, jew

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmijin fil-leġiżlazzjoni tat-Taqsima I.

L-Iżvizzera jew l-Istati Membri għandhom jgħarrfu mingħajr dewmien lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet nazzjonali l-oħra b' kull miżura adottata u bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta' konformità tas-subsistema jew l-element ta' sikurezza kkonċernati.

L-Istati Membri u l-Iżvizzera għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tas-subsistema jew l-element ta' sikurezza kkonċernati, bħall-irtirar tas-subsistema jew l-element ta' sikurezza mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

6.   Proċedura ta' salvagwardja f'każ ta' oġġezzjonijiet kontra l-miżuri nazzjonali

F'każ li l-Iżvizzera jew Stat Membru ma jaqblux mal-miżura nazzjonali fil-paragrafu 5, huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea bl-oġġezzjonijiet tagħhom fi żmien tliet xhur minn mindu jirċievu l-informazzjoni.

Meta, wara li tkun intemmet il-proċedura stipulata fil-paragrafu 5, jitqajmu oġġezzjonijiet minn Stat Membru jew mill-Iżvizzera kontra miżura meħuda mill-Iżvizzera jew minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tkun kontra tal-leġiżlazzjoni rilevanti msemmija fit-Taqsima I, il-Kummissjoni Ewropea, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri, mal-Iżvizzera u permezz tal-awtoritajiet Żvizzeri mal-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti. Hija għandha tevalwa l-miżura nazzjonali, sabiex tiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Jekk il-miżura nazzjonali relatata mas-subsistema jew l-element ta' sikurezza titqies:

ġustifikata, l-Istati Membri kollha u l-Iżvizzera għandhom jieħdu l-miżuri li huma meħtieġa biex jiżguraw li s-subsistema jew l-element ta' sikurezza li ma jkunux konformi jiġu rtirati mis-swieq tagħhom, u jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan;

mhux iġġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat jew l-Iżvizzera għandhom jirtiraw din il-miżura.

Parti tista' tibgħat il-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim, skont il-paragrafu 8.

7.   Subsistemi jew elementi ta' sikurezza konformi li madankollu jippreżentaw riskju

Meta Stat Membru jew l-Iżvizzera jsibu li għalkemm subsistema jew element ta' sikurezza li operatur ekonomiku jkun għamel disponibbli fis-suq tal-UE u dak Żvizzeru ikunu f'konformità mal-leġiżlazzjoni msemmija fit-Taqsima I ta' dan il-Kapitolu, ikunu jippreżentaw riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-bniedem jew il-proprjetà, huma għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha u jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Iżvizzera. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b'mod partikolari d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tas-subsistema jew element ta' sikurezza kkonċernat, l-oriġini u l-katina ta' forniment tas-subsistema jew element ta' sikurezza, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta' żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda.

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri, mal-Iżvizzera, u permezz tal-awtoritajiet Żvizzeri mal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti, u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħudin, sabiex tiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le, u fejn neċessarju, tipproponi miżuri xierqa.

Parti tista' tibgħat il-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim, skont il-paragrafu 8.

8.   Klawsola ta' salvagwardja f'każ li jibqa' nuqqas ta' qbil bejn il-Partijiet

Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar il-miżuri involuti fil-paragrafi 6 u 7 ta' hawn fuq, il-kwistjoni tintbagħat quddiem il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim, li jiddeċiedi dwar pjan xieraq ta' azzjoni li għandu jiġi segwit, li jinkludi l-possibbiltà ta' twettiq ta' studju minn esperti.

Meta l-Kumitat iqis li l-miżura tkun:

(a)

ġustifikata, il-Partijiet jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li s-subsistema jew l-element ta' sikurezza jiġu rtirati mis-suq tagħhom.

(b)

mhix ġustifikata, l-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru jew l-Iżvizzera għandhom jirtiraw il-miżura.”