|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 61 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
3.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 61/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/316
tat-2 ta' Marzu 2018
li jistabbilixxi d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali, applikabbli mit-3 ta' Marzu 2018
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 183 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 (2) jipprevedi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 11 00, 1001 19 00, ex 1001 91 20 [il-qamħ komuni għaż-żrigħ], ex 1001 99 00 [il-qamħ komuni ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ], 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni tagħhom, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni tas-CIF applikabbli għall-kunsinna kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni. |
|
(2) |
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu, kull tant żmien għandhom jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni tas-CIF għall-prodotti kkonċernati. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz tal-importazzjoni li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dak ir-Regolament huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni tas-CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu previst fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Sa mill-21 ta' Settembru 2017 id-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-Kanada li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 11 00, 1001 19 00, ex 1001 99 00 [il-qamħ komuni ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ] 1002 10 00 u 1002 90 00 għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010. |
|
(5) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu li jibda fit-3 ta' Marzu 2018, li jkunu applikabbli sa ma jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mit-3 ta' Marzu 2018, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5).
ANNESS I
|
Id-dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 li japplikaw mit-3 ta' Marzu 2018 |
||
|
Il-Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-merkanzija |
Dazju tal-importazzjoni (1) (2) (EUR/t) |
|
1001 11 00 |
QAMĦ durum għaż-żrigħ |
0,00 |
|
1001 19 00 |
QAMĦ durum ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ |
0,00 |
|
ta' kwalità medja minbarra dak għaż-żrigħ |
0,00 |
|
|
ta' kwalità baxxa minbarra dak għaż-żrigħ |
0,00 |
|
|
ex 1001 91 20 |
QAMĦ komuni għaż-żrigħ |
0,00 |
|
ex 1001 99 00 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ |
0,00 |
|
1002 10 00 |
SEGALA għaż-żrigħ |
0,00 |
|
1002 90 00 |
SEGALA minbarra dik għaż-żrigħ |
0,00 |
|
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra l-qamħirrum ibridu |
0,00 |
|
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak għaż-żrigħ (3) |
0,00 |
|
1007 10 90 |
SORGU tal-qamħ minbarra dak ibridu għaż-żrigħ |
0,00 |
|
1007 90 00 |
SORGU tal-qamħ minbarra dak għaż-żrigħ |
0,00 |
(1) Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fid-dazji ta':
|
— |
3 Euro għal kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt ikun jinsab fil-Baħar Mediterran (lil hinn mill-Istrett ta' Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed u jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta' Suez, |
|
— |
2 Euro għal kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt ikun jinsab fid-Danimarka, fl-Estonja, fl-Irlanda, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja, fir-Renju Unit jew mal-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika u jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku. |
(2) Għall-prodotti li joriġinaw fil-Kanada u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 11 00, 1001 19 00, ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żrigħ), 1002 10 00, u 1002 90 00, id-dazju għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010.
(3) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 għal kull tunnellata jekk jitħarsu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010.
ANNESS II
FATTURI GHALL-KALKOLU TAD-DAZJI STABBILITI FL-ANNESS I
|
1. |
Il-prezzijiet medji għall-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
|||||||||||||||||||
|
2. |
Il-prezzijiet medji għall-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
(1) Primjum pożittiv ta' 14-il EUR/t inkorporata (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
Rettifika
|
3.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 61/5 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/303 tas-27 ta' Frar 2018 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-estratt tas-sustanza attiva Reynoutria sachalinensis, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 59 tal-1 ta' Marzu 2018 )
Il-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/303 għandha tkun ikkunsidrata nulla u bla effett.