ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 54

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
24 ta' Frar 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/275 tat-23 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/276 tat-23 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 rigward bidliet għad-determinazzjoni ta' stadji importanti u miri għal indikaturi tal-eżiti fil-qafas ta' prestazzjoni għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/277 tat-23 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 fir-rigward ta' bidliet għall-mudelli għar-rapporti ta' implimentazzjoni għall-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi u għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, kif ukoll għall-mudelli għar-rapport ta' progress u r-rapporti annwali ta' kontroll u li jikkoreġi dak ir-Regolament fir-rigward tal-mudell għar-rapport ta' implimentazzjoni għall-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u għall-Impjiegi u r-rapport annwali ta' kontroll

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/278 tat-23 ta' Frar 2018 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1305/2014 rigward l-istruttura tal-messaġġi, il-mudell tad-dejta u tal-messaġġi, u l-Bażi tad-Dejta Operazzjonali tal-Vaguni u tal-Unitajiet Intermodali, u li jadotta standard tal-IT għas-saff ta' komunikazzjoni tal-Interfaċċa Komuni

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/279 tal-20 ta' Frar 2018 li tawtorizza lil Malta biex tapplika miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/280 tat-23 ta' Frar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja

16

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/275

tat-23 ta' Frar 2018

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (2) jiprojbixxii l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna lil kwalunkwe persuna, entità jew korp jew għall-użu fil-Belarussja, kif ukoll assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/280 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK, tipprevedi derogi mill-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' ċerti tipi ta' azzarini sportivi ta' kalibru żgħir, pistoli sportivi ta' kalibru żgħir u munizzjon ta' kalibru żgħir, u mill-projbizzjoni fuq l-assistenza jew servizzi relatati, filwaqt li tirrikonoxxi li jenħtieġ li l-esportazzjoni ta' tali tagħmir tkun limitata.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat skont dan.

(5)

F'dan ir-Regolament ma hemm xejn li jaffettwa r-rekwiżiti għal liċenzji stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(6)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 1a, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kif elenkati fl-Anness II jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' azzarini portivi, pistoli sportivi u l-munizzjon tagħhom, kif elenkati fl-Anness V, li huma konformi wkoll mal-ispeċifikazzjonijiet definiti fil-gwida għall-kontroll tat-tagħmir tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Isport tal-Isparar, taħt tali kundizzjonijiet li dawk l-awtoritajiet iqisu xierqa, jekk jiddeterminaw li tali tagħmir huwa intiż esklużivament għall-użu f'avvenimenti sportivi u taħriġ sportiv irrikonoxxuti mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Isport tal-Isparar.

6.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 5 mill-inqas għaxart ijiem qabel l-awtorizzazzjoni, inkluż it-tip u l-kwantità tat-tagħmir ikkonċernat u l-iskop li għalih hu intiż.”;

2.

fl-Artikolu 1b, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kif elenkati fl-Anness II jistgħu jawtorizzaw il-provvista, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika jew servizzi ta' senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-azzarini sportivi, pistoli sportivi u l-munizzjon tagħhom, kif elenkati fl-Anness V, li huma konformi wkoll mal-ispeċifikazzjonijiet definiti fil-gwida għall-kontroll tat-tagħmir tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Isport tal-Isparar, taħt tali kundizzjonijiet li dawk l-awtoritajiet iqisu xierqa, jekk jiddeterminaw li dan it-tagħmir huwa intiż esklużivament għall-użu f'avvenimenti sportivi u taħriġ sportiv irrikonoxxuti mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Isport tal-Isparar.

6.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 5 mill-inqas għaxart ijiem qabel l-awtorizzazzjoni, inkluż dwar in-natura tal-assistenza jew servizzi relatati.”;

3.

It-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament huma miżjud bħala l-Anness V.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/280 tat-23 ta' Frar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (l-ara paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabbrikar illeċitu ta' u l-ittraffikar fl-armi tan-nar, il-partijiet, komponenti u ammunizzjoni tagħhom, li tissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar) u li jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, u miżuri rigward l-importazzjoni u t-transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-ammunizzjoni (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 1).


ANNESS

ANNESS V

Azzarini sportivi, pistoli sportivi u munizzjon kif imsemmija fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 1a u fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 1b, intiżi esklużivament għall-użu f'avvenimenti sportivi u fit-taħriġ sportiv, kif ġej:

ex 9303 30

Azzarini sportivi tal-kalibru.22 pulzieri

ex 9302

Pistoli sportivi tal-kalibru.22 pulzieri

ex 9306 30 10

Munizzjon għall-pistoli sportivi tal-kalibru.22 pulzieri

ex 9306 30 90

Munizzjon għall-azzarini sportivi tal-kalibru.22 pulzieri

.”

24.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/276

tat-23 ta' Frar 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 rigward bidliet għad-determinazzjoni ta' stadji importanti u miri għal indikaturi tal-eżiti fil-qafas ta' prestazzjoni għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari l-ħames subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 (2) jistabbilixxi rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' stadji importanti u għanijiet għal indikaturi tal-eżiti fil-qafas ta' prestazzjoni għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (“Fondi SIE”) differenti.

(2)

Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 jissuġġerixxu li jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni u — f'każijiet magħżula - il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jirrapportaw biss eżiti fil-konfront ta' stadji importanti u għanijiet fil-qafas ta' prestazzjoni jekk dawn jitwasslu b'operazzjonijiet, fejn l-azzjonijiet kollha li jwasslu għal eżiti jkunu ġew implimentati bis-sħiħ.

(3)

Sabiex jiġu simplifikati l-proċeduri ta' rappurtar, tittejjeb iċ-ċertezza tad-dritt u jiġi żgurat li fil-kuntest tal-qafas ta' prestazzjoni l-kisba ta' stadju importanti jew għan għal indikatur tal-eżiti tista' tiġi vvalutata abbażi tad-dejta li l-aktar tirrifletti b'mod preċiż il-progress ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li l-Artikolu 5(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 jiġi emendat biex jallinja r-rekwiżiti għall-Fondi SIE kollha.

(4)

Wara ż-żieda fir-riżorsi għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-estensjoni tagħha sa tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni, jenħtieġ li l-Artikolu 7(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 jiġi emendat biex jistabbilixxi kif jenħtieġ li tiġi vvalutata l-kisba tal-miri.

(5)

Sabiex tkun tista' ssir l-applikazzjoni fil-pront tal-miżuri previsti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bl-opinjoni tal-Kumitat għall-Koordinazzjoni u Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-istadju importanti u l-mira għal indikatur tal-eżiti għandhom jirreferu għall-valuri miksuba mill-operazzjonijiet, fejn l-azzjonijiet kollha li jwasslu għal eżiti ġew implimentati bis-sħiħ, iżda li mhux neċessarjament saru l-pagamenti relatati kollha għalihom, jew għall-valuri miksuba minn operazzjonijiet li nbdew, iżda fejn għadhom għaddejjin azzjonijiet li jwasslu għal eżiti, jew għat-tnejn li huma.”

(2)

L-Artikolu 7(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Jekk ir-riżorsi għall-YEI huma programmati bħala parti minn ass prijoritarju skont l-Artikolu 18(c) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013, għandu jiġi stabbilit qafas ta' prestazzjoni separatament għall-YEI u l-kisba tal-stadji importanti u l-miri stabbiliti għall-YEI għandhom jiġu vvalutati separatament mill-parti l-oħra tal-ass prijoritarju.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta' metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta' kategoriji ta' intervent għall-Fondi ta' Investiment Strutturali Ewropej (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 65).


24.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/277

tat-23 ta' Frar 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 fir-rigward ta' bidliet għall-mudelli għar-rapporti ta' implimentazzjoni għall-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi u għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, kif ukoll għall-mudelli għar-rapport ta' progress u r-rapporti annwali ta' kontroll u li jikkoreġi dak ir-Regolament fir-rigward tal-mudell għar-rapport ta' implimentazzjoni għall-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u għall-Impjiegi u r-rapport annwali ta' kontroll

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 111(5) u 127(6) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat ta' Koordinament għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment,

Billi:

(1)

L-Artikolu 52(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jistabbilixxi li r-rapport ta' progress jivvaluta l-progress li sar għall-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, kif ukoll tal-missjonijiet speċifiċi għall-Fondi msemmija fl-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament, fost affarijiet oħra jirreferi wkoll għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.

(2)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-Artikolu 52(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jenħtieġ li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti kollha jitqiesu f'din il-valutazzjoni, mhux biss dawk ġodda kif stipulat fil-punt 2(c) tal-Parti I tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/207 (3). Konsegwentement, jenħtieġ li l-mudell għar-rapport ta' progress, inkluż fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207, jiġi emendat kif xieraq.

(3)

Sabiex jiġu ċċarati r-rekwiżiti ta' rappurtar relatati mal-implimentazzjoni tal-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, jenħtieġ li dan li ġej jiġi emendat biex jelenka b'mod espliċitu investimenti territorjali integrati: i) il-mudell għar-rapport ta' progress, kif stabbilit fil-Parti I tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207, ii) il-mudell għar-rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali għall-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi, kif stabbilit fil-Parti B tal-Anness V ta' dak ir-Regolament, iii) il-mudell għar-rapporti ta' implimentazzjoni għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, kif stabbilit fil-Parti B tal-Anness X ta' dak ir-Regolament.

(4)

L-Artikolu 50(2) tar-Regolment (UE) Nru 1303/2013 jipprevedi li d-dejta trażmessa fir-rapport ta' implimentazzjoni annwali għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej tirrelata mal-valuri għal indikaturi għal operazzjonijiet implimentati bis-sħiħ u wkoll, meta possibbli, fir-rigward tal-istadju ta' implimentazzjoni, għal operazzjonijiet magħżula.

(5)

Sabiex jiġu simplifikati l-proċeduri ta' rappurtar, tittejjeb iċ-ċertezza tad-dritt għar-rekwiżiti tar-rappurtar u jiġi żgurat li l-monitoraġġ tad-dejta jirriflettu b'mod preċiż il-progress tal-implimentazzjoni attwali, b'mod partikolari għal operazzjonijiet pluriennali jew ta' ħafna proġetti, jenħtieġ li jiġu emendati l-mudelli għal rapporti ta' implimentazzjoni annwali għal programmi implimentati skont l-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi, kif stabbilit fl-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207, u skont l-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea, kif stabbilit fl-Anness X ta' dak ir-Regolament.

(6)

L-ammonti u l-limiti massimi skont l-Artikoli 70(2)(b) u 98(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jirrelataw biss ma' appoġġ mill-Fondi u mhux ma' apoġġ totali. Diversi tabelli fl-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207, il-mudell għar-rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali għall-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi, jirreferu minflok għal appoġġ totali u għaldaqstant jenħtieġ li jiġu kkoreġuti.

(7)

Il-Parti C dwar “Ir-rapportar sottomess fis-sena 2019 u r-rapport ta' implimentazzjoni finali (l-Artikolu 50(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)” tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 tkopri dawk l-elementi li skont l-Artikolu 50(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tiġi sottomessa fl-2019 u fir-rapport ta' implimentazzjoni finali, flimkien mal-elementi li għandhom jiġu sottomessi fir-rapporti għal snin oħra. Il-Punt 15 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 huwa parti mill-Parti B ta' dak l-Anness u għaldaqstant jenħtieġ li tiġi kkoreġuta.

(8)

L-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jistabbilixxi l-kopertura minima għal kampjuni mhux statistiċi. Madankollu, il-Kolonna C fit-Tabella 10.2 (Riżultati għal verifiki ta' operazzjonijiet) tal-Anness IX tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 tistabbilixxi biss l-“Ammont ta' nefqa irregolari fil-kampjun aleatorju”. Għaldaqstant, jenħtieġ li t-Tabella 10.2 tiġi kkoreġuta billi tiddaħħal kolonna oħra li tispeċifika kemm il-perċentwal tal-operazzjonijiet koperti u l-perċentwal tan-nefqa koperta.

(9)

Il-kunċett ta' “rata ta' erruri residwi” ġie definit fin-Nota 1 ta' qiegħ il-paġna tal-Punt 5.9 tal-Anness IX (Mudell għar-rapport ta' kontroll annwali) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207. Madankollu, l-intestatura tal-Kolonna F fit-Tabella 10.2 (Riżultati għal verifiki ta' operazzjonijiet) tagħti definizzjoni differenti u għaldaqstant jenħtieġ li tiġi kkoreġuta.

(10)

Għall-finijiet ta' ċarezza, minħabba l-korrezzjoni li saret fil-Kolonna C fit-Tabella 10.2 (Riżultati għal verifiki ta' operazzjonijiet) tal-Anness IX tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 billi ddaħħlet kolonna ġdida fuq il-kopertura ta' kampjun aleatorju u nota ta' spjegazzjoni f'qiegħ il-paġna tagħha kif ukoll il-korrezzjoni tal-Kolonna F f'dik it-tabella, jenħtieġ li t-Tabella 10.2 (Riżultati għal verifiki ta' operazzjonijiet) tal-Anness IX tinbidel kompletament.

(11)

Sabiex ikun possibbli li l-miżuri previsti jiġu applikati fil-pront, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(12)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 jiġi emendat u kkoreġut skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Punt 2(c) tal-Parti I huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

Deskrizzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Fondi SIE għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti.”;

(b)

jiddaħħal sottopunt (ca) ġdid taħt il-Punt 5 tal-Parti I:

“(ca)

Rigward l-Artikolu 15(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 - Ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli.

<type=&#x2019;S&#x2019; maxlength = 7000 input=&#x2019;M&#x2019;>&#x201D;

(c)

it-titolu tal-Punt 11.1 fil-Parti III huwa sostitwit b'dan li ġej:

“11.1   

Il-progress fl-implimentazzjoni tal-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, inkluż l-iżvilupp ta' reġjuni li qegħdin jiffaċċjaw sfidi demografiċi u żvantaġġi permanenti jew naturali, investimenti territorjali integrati, żvilupp urban sostenibbli, u żvilupp lokali mmexxi mill-komunità taħt il-programm operazzjonali”;

2.

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Tabella 3 A fil-Parti A, l-intestaturi tar-ringieli huma sostiwiti rispettivament b'dan li ġej:

 

“Valur kumulattiv - eżiti li għandhom jitwasslu minn operazzjonijiet magħżula [tbassir ipprovdut minn benefiċjarji]” u

 

“Valur kumulattiv - eżiti mwassla minn operazzjonijiet [kisba attwali]”;

(b)

it-titolu tal-Punt 14.1 fil-Parti B huwa sostitwit b'dan li ġej:

“14.1   

Il-progress fl-implimentazzjoni tal-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, inkluż l-iżvilupp ta' reġjuni li qegħdin jiffaċċjaw sfidi demografiċi u żvantaġġi permanenti jew naturali, investimenti territorjali integrati, żvilupp urban sostenibbli, u żvilupp lokali mmexxi mill-komunità taħt il-programm operazzjonali”;

3.

L-Anness X huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Tabella 2 fil-Parti A, l-intestaturi tar-ringieli huma sostiwiti rispettivament b'dan li ġej:

 

“Valur kumulattiv - eżiti li għandhom jitwasslu minn operazzjonijiet magħżula [tbassir ipprovdut minn benefiċjarji]” u

 

“Valur kumulattiv - eżiti mwassla minn operazzjonijiet [kisba attwali]”;

(b)

it-titolu tal-Punt 11.1 fil-Parti B huwa sostitwit b'dan li ġej:

“11.1   

Il-progress fl-implimentazzjoni tal-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, inkluż investimenti territorjali integrati, żvilupp urban sostenibbli, u żvilupp lokali mmexxi mill-komunità taħt il-programm dwar il-kooperazzjoni.”

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 huwa kkoreġut kif ġej:

1.

L-Anness V huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

fit-Tabella 8 “L-użu magħmul mill-finanzjament transversali”, il-Kolonni 4 sa 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“4.

5.

6.

Bħala sehem mill-appoġġ tal-UE għall-assi prijoritajru (%) (3/appoġġ tal-UE għall-assi prijoritarju*100)

L-ammont tal-appoġġ tal-UE użat taħt finanzjament transversali abbażi ta' nefqa eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarju tal-awtorità maniġerjali (EUR)

Bħala sehem mill-appoġġ tal-UE għall-assi prijoritajru (%) (5/appoġġ tal-UE għall-assi prijoritarju*100)”

(b)

fit-Tabella 9 “Spiża tal-operazzjonijiet implimentati barra miż-żona tal-programm”, il-Kolonni 3 sa 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“3.

4.

5.

6.

L-ammont ta' appoġġ tal-UE li huwa previst li jintuża għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet barra miż-żona tal-programm abbażi tal-operazzjonijiet magħżula (EUR)

Bħala sehem mill-appoġġ tal-UE għall-assi prijoritajru (%) (3/appoġġ tal-UE għall-assi prijoritarju*100)

L-ammont tal-appoġġ tal-UE f'operazzjonijiet implimentati barra miż-żona tal-programm ibbażat fuq nefqa eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarju tal-awtorità maniġerjali (EUR)

Bħala sehem mill-appoġġ tal-UE għall-assi prijoritajru (%) (5/appoġġ tal-UE għall-assi prijoritarju*100)”

(c)

it-test li ġej jiddaħħal bejn il-Punti 14.6 u 15 u jitħassar bejn il-Punti 15 u 16:

PARTI C

IR-RAPPURTAR SOTTOMESS FIS-SENA 2019 U R-RAPPORT TA' IMPLIMENTAZZJONI FINALI (l-Artikolu 50(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)”;

2.

it-Tabella “10.2 Riżultati għal verifiki ta' operazzjonijiet” fl-Anness IX hija sostitwita b'dan li ġej:

“10.2   Riżultati għal verifiki ta' operazzjonijiet

Fond

Numru tal-Programm CCI

Titlu tal-programm

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Ammont f'euro li jikkorrispondi għall-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun (4)

Nefqa b'referenza għas-sena kontabilistika awditjata għall-kampjun aleatorju

Kopertura għall-kampjun aleatorju mhux statistiku (5)

Ammont ta' nefqa irregolari fil-kampjun aleatorju

Rata totali ta' erruri (6)

Korrezzjonijiet implimentati b'riżultat tar-rata totali ta' erruri

Rata totali residwa ta' erruri

Nefqa awditjata oħra (7)

Ammont ta' nefqa irregolari f'infiq ieħor awditjat

Ammont (8)

% (9)

% ta' operazzjonijiet koperti

% ta' nefqa koperta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/207 tal-20 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jimplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli għar-rapport ta' progress, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar proġett maġġuri, il-pjan ta' azzjoni konġunta, ir-rapporti ta' implimentazzjoni għall-Investiment għall-għan tat-tkabbir u l-impjiegi, id-dikjarazzjoni ta' ġestjoni, l-istrateġija tal-awditjar, l-opinjoni tal-awditu u r-rapport ta' kontroll u l-metodoloġija għat-twettiq tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell għar-rapporti tal-implimentazzjoni għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 38, 13.2.2015, p. 1).

(4)  Il-kolonna ‘A’ għandha tirreferi għall-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun aleatorju (ara l-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013), jiġifieri l-ammont totali ta' nefqa ddikjarata (kif imsemmi fl-Artikolu 137(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u u korrispondenti għall-ammonti fil-kolonna (A) tal-Appendiċi 1 tal-kontijiet), wara li jitneħħew l-unitajiet negattivi tal-kampjunar, jekk ikun hemm. Fejn applikabbli, għandhom jingħataw spjegazzjonijiet fit-Taqsima 5.4 hawn fuq.

(5)  Dan jirreferi għal-livelli limiti minimi ta' kopertura stabbiliti fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, meta jintuża metodu ta' kampjun mhux statistiku. Ir-rekwiżit ta' 10 % ta' nefqa ddikjarata jirreferi għan-nefqa fil-kampjun, indipendentement mill-użu tas-sottokampjunar. Dan ifisser li l-kampjun għandu jikkorispondi għal minimu ta' 10 % tan-nefqa ddikjarata, iżda meta jintuża s-sottokampjunar, in-nefqa effettivament awditjata tista' fil-fatt tkun inqas.

(6)  Ir-rata totali ta' erruri hija kkalkulata qabel ma jiġu applikati kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja b'rabta mal-kampjun awditjat, jew b'rabta mal-popolazzjoni li minnha jkun ittieħed il-kampjun aleotorju. Meta l-kampjun aleatorju jkopri aktar minn Fond jew programm wieħed, ir-rata totali ta' erruri (ikkalkulata) ippreżentata fil-Kolonna ‘E’ tikkonċerna l-popolazzjoni kollha. Fejn tintuża l-istratifikazzjoni, fit-Taqsima 5.7 għandha tingħata aktar informazzjoni skont l-istrat.

(7)  Fejn applikabbli, il-Kolonna ‘H’ tirreferi għan-nefqa awditjata fil-kuntest ta' kampjun kumplimentari.

(8)  Din il-kolonna tirreferi għall-ammont tan-nefqa awditjata u jeħtieġ li tiġi kompluta kemm jekk jiġu applikati metodi tal-kampjunar statistiċi kif ukoll jekk ma jkunux statistiċi. Jekk jiġi applikat is-sottokampjunar skont l-Artikolu 28(9) tar-Regolament (UE) Nru 480/2014, f'din il-kolonna għandu jiġi inkluż biss l-ammont tal-elementi ta' nefqa effettivament awditjati skont l-Artikolu 27 tal-istess Regolament.

(9)  Din il-kolonna tirreferi għall-persentaġġ tan-nefqa awditjata fir-rigward tal-popolazzjoni u jeħtieġ li tiġi kompluta kemm jekk jiġu applikati metodi tal-kampjunar statistiċi kif ukoll jekk ma jkunux statistiċi.”


24.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/278

tat-23 ta' Frar 2018

li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1305/2014 rigward l-istruttura tal-messaġġi, il-mudell tad-dejta u tal-messaġġi, u l-Bażi tad-Dejta Operazzjonali tal-Vaguni u tal-Unitajiet Intermodali, u li jadotta standard tal-IT għas-saff ta' komunikazzjoni tal-Interfaċċa Komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(11) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-“Aġenzija”) tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (“TSIs”) u r-reviżjoni tagħhom, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/797, u li tiżgura li t-TSIs jiġu adattati għall-progress tekniku, ix-xejriet tas-suq u l-ħtiġijiet soċjali.

(2)

Fit-23 ta' Settembru 2017, il-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija biex toħroġ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/797 għar-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni (“TAF TSI”).

(3)

Fit-18 ta' Ottubru 2017, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar it-TAF TSI, sabiex taġġorna l-istruttura tal-messaġġi, il-mudell tad-dejta u tal-messaġġi, u l-Bażi tad-Dejta Operazzjonali tal-Vaguni u tal-Unitajiet Intermodali (WIMO), u biex tadotta standard tal-IT għas-saff ta' komunikazzjoni tal-Interfaċċa Komuni. Dawn il-bidliet iddaħħlu biex jissuperaw il-loġika proprjetarja preċedenti, u biex jippermettu l-implimentazzjoni iktar rapida u inqas għalja ta' din l-għodda fil-komunità tal-utenti tat-TAF TSI. Il-fajls ta' referenza ġew riveduti skont dan.

(4)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 (3) relatati mat-TAF TSI jiġu emendati sabiex jiddefinixxu l-arkitettura tal-implimentazzjoni tal-interfaċċa komuni f'konformità mal-istruttura tal-messaġġi deskritti hawn fuq.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1305/2014 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 62/2006 (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 438).


ANNESS

L-Appendiċi I tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1305/2014 jinbidel b'dan li ġej:

Appendiċi I

Lista ta' dokumenti tekniċi

No

Reference

Title

Version

Date

1

ERA-TD-100

TAF TSI — ANNEX A.5:FIGURES AND SEQUENCE DIAGRAMS OF THE TAF TSI MESSAGES

2.1

10.2.2015

2

ERA-TD-101

TAF TSI — Annex D.2: Appendix A (Wagon/ILU Trip Planning)

2.0

17.10.2013

3

ERA-TD-102

TAF TSI — Annex D.2: Appendix B — Wagon and Intermodal Unit Operating Database (WIMO)

2.1

10.2.2015

4

ERA-TD-103

TAF TSI — Annex D.2: Appendix C — Reference Files

2.1

10.2.2015

5

ERA-TD-104

TAF TSI — Annex D.2: Appendix E — Common Interface

2.2

23.2.2017

6

ERA-TD-105

TAF TSI — Annex D.2: Appendix F — TAF TSI Data and Message Model

2.2

23.2.2017


DEĊIŻJONIJIET

24.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/14


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/279

tal-20 ta' Frar 2018

li tawtorizza lil Malta biex tapplika miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Taħt il-punt 13 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, Malta tista' teżenta tliet kategoriji ta' persuni taxxabbli mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT): dawk li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx ogħla minn EUR 37 000 jekk l-attività ekonomika tkun tikkonsisti prinċipalment fil-provvista tal-merkanzija; EUR 24 300 jekk l-attività ekonomika tkun tikkonsisti prinċipalment fil-provvista ta' servizzi b'valur miżjud baxx (inputs għoljin); u EUR 14 600 f'każijiet oħrajn, jiġifieri ta' provvista ta' servizzi b'valur miżjud għoli (inputs baxxi).

(2)

B'ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fit-22 ta' Settembru 2017, Malta talbet awtorizzazzjoni biex tapplika miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE (“il-miżura speċjali”), li tippermetti lil Malta żżid il-livell tal-iktar livell baxx minn EUR 14 600 għal EUR 20 000 għall-provvista ta' servizzi b'valur miżjud għoli (inputs baxxi) mill-1 ta' Jannar 2018.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra b'ittra ddatata 3 ta' Novembru 2017 bit-talba li għamlet Malta. Il-Kummissjoni nnotifikat lil Malta b'ittra ddatata 7 ta' Novembru 2017 li hija kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tikkunsidra t-talba.

(4)

Il-miżura speċjali mitluba hija skont l-objettivi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 intitolata “‘Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir’ – ‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar’ għall-Ewropa”.

(5)

Minħabba li l-miżura speċjali għandha tirriżulta fi tnaqqis tal-obbligi tal-VAT u, għalhekk, fi tnaqqis tal-piż amministrattiv u l-kostijiet għall-impriżi ż-żgħar, jenħtieġ li Malta tiġi awtorizzata biex tapplika l-miżura għal perjodu limitat, sal-31 ta' Diċembru 2020. Jenħtieġ li l-persuni taxxabbli jibqgħu jistgħu jagħżlu l-arranġamenti normali tal-VAT.

(6)

Abbażi tal-informazzjoni li pprovdiet Malta, il-miżura speċjali ser ikollha impatt negliġibbli fuq l-ammont globali tad-dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li jinkisbu l-objettivi insegwiti mill-miżura speċjali, b'mod partikolari dawk li jnaqqsu l-effetti ta' tfixkil u jiżguraw kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, ikun adatt li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2018. Permezz ta' applikazzjoni retroattiva tal-miżura speċjali, l-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati jiġu rrispettati, billi l-miżura speċjali ma tinċidix fuq id-drittijiet u l-obbligi ta' operaturi ekonomiċi jew individwi.

(8)

Minħabba li l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw l-iskema speċjali għal impriżi żgħar attwalment huma soġġetti għal rieżami, huwa possibbli li tidħol fis-seħħ direttiva li temenda dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE qabel jiskadi l-perjodu ta' validità tal-miżura speċjali fil-31 ta' Diċembru 2020, f'liema każ din id-Deċiżjoni ma tibqax tapplika.

(9)

Il-miżura speċjali ma għandha l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jakkumulaw mill-VAT minħabba li Malta ser twettaq kalkolu ta' kumpens skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 (2),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'deroga mill-punt 13 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, Malta hija awtorizzata li teżenta mill-VAT lil persuni taxxabbli li l-attività ekonomika tagħhom tkun tikkonsisti prinċipalment fil-provvista ta' servizzi b'valur miżjud għoli (inputs baxxi) u li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx ogħla minn EUR 20 000.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2020, jew sad-dħul fis-seħħ ta' direttiva li temenda l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE, skont liema data tiġi l-ewwel.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Malta.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

V. GORANOV


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9).


24.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/280

tat-23 ta' Frar 2018

li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami ta' dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi kontra l-Belarussja jiġu estiżi sat-28 ta' Frar 2019.

(3)

Barra minn hekk, il-Kunsill qabel li l-esportazzjoni ta' ċerti tipi ta' azzarini sportivi ta' kalibru żgħir, pistoli sportivi ta' kalibru żgħir, u munizzjon ta' kalibru żgħir, esklużivament għall-użu f'avvenimenti sportivi jew taħriġ sportiv, jew l-assistenza teknika jew servizzi ta' senserija, il-finanzjament jew l-assistenza finanzjarja relatati, tista' tiġi awtorizzata mill-Istati Membri, filwaqt li ssottolinja li dan ikun għal għadd limitat u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' liċenzjar applikabbli.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jiżdiedu il-paragrafi li ġejjin:

“4.   B'deroga mill-Artikolu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' azzarini sportivi ta' kalibru żgħir, pistoli sportivi ta' kalibru żgħir u munizzjon ta' kalibru żgħir, li huma intiżi esklużivament għall-użu f'avvenimenti sportivi u taħriġ sportiv, jew l-assistenza teknika jew servizzi ta' senserija, il-finanzjament jew l-assistenza finanzjarja relatati.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiddetermina l-prodotti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-paragrafu.

5.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 4 mill-inqas għaxart ijiem qabel l-awtorizzazzjoni, inkluż it-tip u l-kwantità tat-tagħmir ikkonċernat u l-iskop li għalih hu intiż, jew in-natura tal-assistenza jew servizzi relatati.”;

(2)

l-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta' Frar 2019.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).