|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/272 tal-20 ta' Frar 2018 dwar it-twaqqif taċ-Ċentru Ewropew għar-Riżorsi Bijoloġiċi tal-Baħar — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (EMBRC-ERIC) (notifikata bid-dokument C(2018) 826) ( 1 ) |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
23.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/264
tad-19 ta' Frar 2018
li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni u l-koeffiċjent għall-kalkolu tal-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 1999/2000 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2000/2001
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 33(8) u l-Artikolu 34(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2038/1999 (1) ta s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta regoli dettaljati dwar l-imposti ta' produzzjoni bażiċi u dwar il-koeffiċjent għall-kalkolu tal-imposta addizzjonali, li jridu jinġabru minn detenturi tal-kwota li joperaw fil-qafas tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor. |
|
(2) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2267/2000 (2) u (KE) Nru 1993/2001 (3) stabbilew l-imposti tal-produzzjoni u l-koeffiċjent għall-kalkolu tal-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor. |
|
(3) |
Fil-qafas tar-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-suq għas-settur taz-zokkor, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 (4) ħassar u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 2038/1999. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (5) ħassar u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 1260/2001. Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006, li sussegwentement tħassar u ġie inkorporat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (6), issostitwixxa s-sistema tal-awtofinanzjament tar-reġim tal-kwota tal-produzzjoni permezz ta' imposta varjabbli fuq il-produzzjoni taz-zokkor b'tariffa ġdida fuq il-produzzjoni bil-għan li tikkontribwixxi għall-finanzjament tan-nefqa li sseħħ fis-settur taz-zokkor skont l-organizzazzjoni komuni tas-suq għaz-zokkor.. Skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li ħassar u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 1234/2007, din it-tariffa temporanja fuq il-produzzjoni baqgħet applikabbli sat-30 ta' Settembru 2017. |
|
(4) |
Bis-Sentenza tagħha tad-9 ta' Frar 2017 fil-Kawża C-585/15, Raffinerie Tirlemontoise (8), ir-Regolamenti (KE) Nru 2267/2000 u (KE) Nru 1993/2001 kienu ddikjarati bħala invalidi mill-Qorti tal-Ġustizzja. F'dik is-sentenza, il-Qorti ddeċidiet li l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 2038/1999 irid jiġi interpretat b'mod li jinftiehem li, għall-fini tal-kalkolu tat-telf medju, jeħtieġ li l-ammont totali tan-nefqa effettiva għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal prodotti li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-dispożizzjoni jiġi diviż bl-ammont totali tal-kwantitajiet ta' dawk il-prodotti li ġew esportati, irrispettivament minn jekk ir-rifużjonijiet fil-fatt tħallsux jew le fir-rigward ta' dan tal-aħħar. |
|
(5) |
Barra minn hekk, il-Qorti ddikjarat ukoll li l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 2038/1999 irid jiġi interpretat b'mod li jinftiehem li, għall-fini tal-kalkolu globali tal-imposti fuq il-produzzjoni, jeħtieġ li jittieħed kont tat-telf medju kkalkulat billi l-ammont totali tan-nefqa effettiva għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal prodotti li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-dispożizzjoni jiġi diviż bl-ammont totali tal-kwantitajiet esportati, irrispettivament minn jekk ir-rifużjonijiet fil-fatt tħallsux jew le fir-rigward ta' dan tal-aħħar. |
|
(6) |
Sabiex ikun hemm konformità mas-sentenza tal-qorti, l-imposti fuq il-produzzjoni u l-imposti addizzjonali għalhekk, jenħtieġ li jiġu ffissati fil-livell adattat. |
|
(7) |
B'mod partikolari, it-“telf medju” jeħtieġ jiġi kkalkulat billi r-rifużjonijiet totali effettivi mħallsin jiġu diviżi bit-total tal-kwantitajiet esportati għall-prodotti li kienu eliġibbli għal rifużjonijiet, irrispettivament minn jekk kinux esportati b'rifużjoni jew mingħajrha. L-applikazzjoni tal-metodu indikat mill-Qorti twassal għal tnaqqis sostanzjali tat-“telf medju” u tat-“telf ġenerali”, li għandhom jiġu koperti bl-imposti għas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 1999/2000 u 2000/2001. |
|
(8) |
Ir-reviżjoni tal-imposti tal-produzzjoni għas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 1999/2000 u 2000/2001 ser taffettwa l-ammont pagabbli mill-produtturi taz-zokkor lil dawk li jkabbru l-pitravi fir-rigward tad-differenza bejn l-ammont massimu tal-imposta A jew B u l-ammont ta' dawn l-imposti ddebitati għas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni konċernati. |
|
(9) |
Skont ir-regoli li jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor fis-seħħ sal-2006, l-imposti kienu jitħallsu mill-manifatturi taz-zokkor, iżda dawn tal-aħħar rkupraw 60 % ta' dawn l-ispejjeż mill-produtturi tal-pitravi, billi ħallsu prezz aktar baxx għall-pitravi. L-Artikolu 36(2) tar-Regolament (KE) Nru 2038/1999 ippreveda li meta l-ammonti tal-imposti kienu stabbiliti taħt il-livell massimu tal-imposti A jew B (jiġifieri 2 % u 37,5 % tal-prezz tal-intervent għaz-zokkor abjad rispettivament), il-manifatturi taz-zokkor kellhom iħallsu l-bejjiegħa tal-pitravi 60 % tad-differenza bejn l-ammont massimu tal-imposta inkwistjoni u l-ammont tal-imposta ta' bażi jew l-imposta B effettivament iddebitata. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-ammonti riveduti li l-produtturi taz-zokkor għandhom iħallsu lura lill-bejjiegħa tal-pitravi. Jenħtieġ li l-bejjiegħa tal-pitravi jiġu rimborżati biss id-differenza bejn l-ammonti antiki u dawk ġodda. |
|
(11) |
Għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 1999/2000, it-telf ġenerali mhux kopert mill-imposti, ikkalkulat mill-ġdid skont il-metodu indikat mill-Qorti, jammonta għal EUR 66 941 664. Jenħtieġ li l-koeffiċjent imsemmi fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 2038/1999 jiġi stabbilit skont dan u li japplika retroattivament għal dik is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni. |
|
(12) |
Għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2000/2001, it-telf ġenerali mhux kopert mill-imposti, ikkalkulat skont il-metodu indikat mill-Qorti, jammonta għal EUR 49 376 802. |
|
(13) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, u sabiex ikun żgurat trattament uniformi tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati fi Stati Membri differenti, jeħtieġ li tiġi stabbilita data li fiha l-imposti ffissati b'dan ir-Regolament ikunu stabbiliti, kif imsemmi fit-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 (9). Madankollu, din l-iskadenza ma għandhiex tapplika fejn l-Istati Membri huma meħtieġa mil-liġi nazzjonali li jirrimborżaw lill-operaturi kkonċernati wara dik id-data. |
|
(14) |
Id-differenza bejn l-ammonti mħallsa żejda fir-rigward tal-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor iddeterminati bir-Regolamenti (KE) Nru 2267/2000 u (KE) Nru 1993/2001 u l-imposti stabbiliti b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu rimborżati. |
|
(15) |
Mis-sentenza tal-Qorti jirriżulta li l-imposti kkoreġuti jenħtieġ li japplikaw mill-istess dati tal-imposti li ġew iddikjarati invalidi. Għalhekk, jenħtieġ li l-kalkolu tal-imposti tal-produzzjoni u l-imposti addizzjonali stabbiliti b'dan ir-Regolament japplika mid-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti (KE) Nru 2267/2000 u (KE) Nru 1993/2001, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 1999/2000 u 2000/2001 għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-punt (1) tal-Anness.
2. Il-koeffiċjent meħtieġ għall-kalkolu tal-imposta addizzjonali għall-imposta tal-produzzjoni għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 1999/2000 għandu jkun dak stabbiliti fil-punt (2) tal-Anness.
3. L-ammont li għandu jitħallas mill-manifatturi taz-zokkor lill-bejjiegħa tal-pitravi, fir-rigward tal-imposti A u B għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2000/2001 għandu jkun dak stabbilit fil-punt (3) tal-Anness.
Artikolu 2
1. Id-data tal-istabbiliment, kif imsemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014, tal-imposti ffissati b'dan ir-Regolament, għandha tkun mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2018, ħlief meta l-Istati Membri jiġu impediti milli jirrispettaw dik l-iskadenza minħabba l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali dwar l-irkupru minn operaturi ekonomiċi tas-somom imħallsin iżda mhux dovuti.
2. Id-differenza bejn l-imposti ffissati bir-Regolamenti (KE) Nru 2267/2000 u (KE) Nru 1993/2001 u l-imposti previsti fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandha tiġi rrimborżata lil dawk l-operaturi ekonomiċi li ħallsu imposti fir-rigward tas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 1999/2000 u 2000/2001, bl-applikazzjoni debitament iġġustifikata ta' dawn tal-aħħar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika:
|
— |
mit-13 ta' Ottubru 2000, fir-rigward tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 1999/2000; |
|
— |
mit-12 ta' Ottubru 2001, fir-rigward tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2000/2001. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
R. PORODZANOV
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2038/1999 tat-13 ta' Settembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 252, 25.9.1999, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2267/2000 tat-12 ta' Ottubru 2000 li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni u l-koeffiċjent għall-kalkolu tal-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 1999/2000 (ĠU L 259, 13.10.2000, p. 29).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2001 tal-11 ta' Ottubru 2001 li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2000/2001 (ĠU L 271, 12.10.2001, p. 15).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(7) Ir-REGOLAMENT (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(8) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta' Frar 2017, Raffinerie Tirlemontoise, C-585/15, ECLI:EU:C:2017:105.
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39).
ANNESS
|
(1) |
L-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor imsemmija fl-Artikolu 1(1)
|
|
(2) |
Il-koeffiċjenti neċessarji għall- kalkolu tal-imposta addizzjonali msemmija fl-Artikolu 1(2) għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 1999/2000: 0,10034 |
|
(3) |
L-ammont li l-produtturi taz-zokkor iridu jħallsu lil dawk li jkabbru l-pitravi fir-rigward tad-differenza bejn l-ammont massimu tal-imposta B u l-ammont tal-imposta effettivament imħallsa, imsemmija fl-Artikolu 1(3)
|
|
23.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/265
tas-16 ta' Frar 2018
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Squacquerone di Romagna” (DOP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta “Squacquerone di Romagna”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 679/2012 (2). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat talba għal emenda, permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Squacquerone di Romagna” (DOP), b'dan hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 679/2012 tal-24 ta' Lulju 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Squacquerone di Romagna (DPO)] (ĠU L 198, 25.7.2012, p. 6).
|
23.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/266
tad-19 ta' Frar 2018
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Thym de Provence” (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 52(3)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni “Thym de Provence” tiddaħħal fir-reġistru bħala indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Fid-9 ta' Ġunju 2017 il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' oppożizzjoni u dikjarazzjoni raġunata ta' oppożizzjoni mingħand il-Ġermanja. Fit-22 ta' Ġunju 2017 il-Kummissjoni għaddiet lill-Franza l-avviż ta' oppożizzjoni u d-dikjarazzjoni raġunata ta' oppożizzjoni li rċeviet mingħand il-Ġermanja. |
|
(3) |
Il-Ġermanja opponiet ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Thym de Provence” minħabba li dan jipperikola l-użu tat-terminu “Herbes de Provence” (“Kräuter der Provence” bil-Ġermaniż) li jintuża spiss fil-qasam tal-ħxejjex aromatiċi u tal-ħwawar biex jiddefinixxi taħlita ta' ħxejjex aromatiċi ddefinita skont it-tip, li normalment jinkludi, fost l-oħrajn, il-klin, ir-riegnu, it-timu, is-sagħtar, u l-lavanda, iżda wkoll il-weraq tar-rand u ħwawar oħrajn bħan-noċemuskata u l-imsiemer tal-qronfol, b'diversi kombinazzjonijet. Filwaqt li t-taħlita ta' ħxejjex aromatiċi msejħa “Herbes de Provence” fiha l-ħxejjex aromatiċi tipiċi ta' Provence, tinkludi wkoll ħwawar oħra bħar-rand u n-noċemuskata li mhumiex tipiċi ta' Provence. Barra minn hekk, “Herbes de Provence” hija magħmula minn ħxejjex aromatiċi li ma joriġinawx neċessarjament minn Provence. Ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Thym de Provence” għalhekk tista' tipperikola t-tqegħid fis-suq tat-taħlita sħiħa ta' ħxejjex aromatiċi u ħwawar bħala “Herbes de Provence”. |
|
(4) |
Peress li din l-oppożizzjoni setgħet tintlaqa', bl-ittra tal-1 ta' Awwissu 2017, il-Kummissjoni stiednet lil Franza u lill-Ġermanja biex jikkonsultaw ma' xulxin b'mod xieraq għal perjodu ta' tliet xhur biex jilħqu qbil bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom. |
|
(5) |
Intlaħaq qbil bejn il-partijiet. Franza kkomunikat ir-riżultati tal-ftehim lill-Kummissjoni fis-6 ta' Novembru 2017. |
|
(6) |
Franza u l-Ġermanja qablu li anki wara r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Thym de Provence” bħala IĠP l-użu tat-terminu “Herbes de Provence”, kif ukoll it-traduzzjonijiet tiegħu, jenħtieġ li jibqgħu jintużaw fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, sakemm il-prinċipji u r-regoli applikabbli fl-ordni legali tiegħu jitħarsu. |
|
(7) |
Il-kontenut tal-ftehim konkluż bejn Franza u l-Ġermanja jenħtieġ li jitqies, billi jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(8) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, jenħtieġ li d-denominazzjoni “Thym de Provence” tiddaħħal fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Thym de Provence” (IĠP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tirreferi għal prodott tal-Klassi 1.8. Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.), imsemmija fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
It-terminu “Herbes de Provence” u t-traduzzjonijiet tiegħu jistgħu jibqgħu jintużaw fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, sakemm il-prinċipji u r-regoli applikabbli fl-ordni legali tiegħu jitħarsu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 92, 24.3.2017, p. 14.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
|
23.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/267
tad-19 ta' Frar 2018
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet tan-NM indikati fil-kolonna (2), bis-saħħa tar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||||
|
3302 90 90 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2 tal-Kapitolu 33 kif ukoll mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 3302 , 3302 90 u 3302 90 90 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3901 hija eskluża għaliex il-kontenut polimeriku tal-prodott (EVA jew LDPE) jaġixxi biss bħala aġent taż-żjut essenzjali. Iż-żjut essenzjali huma l-komponent ewlieni u jagħtu lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu (jiġifieri li għandu proprjetajiet ripellenti kontra r-rodituri, it-termiti u annimali oħra). Il-prodott għalhekk jenħtieġ li jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3302 90 90 bħala taħlitiet oħra ta' sustanzi bir-riħa u sustanzi b'bażi ta' sustanza waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, tat-tip li jintużaw bħala materja prima fl-industrija. |
||||||||||||||||||
|
3808 91 10 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi tan-NM 3808 , 3808 91 u 3808 91 10 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3901 hija eskluża għaliex il-kontenut polimeriku tal-prodott (EVA jew LDPE) jaġixxi biss bħala aġent tal-insettiċidi. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3302 hija eskluża għaliex hemm biss traċċi taż-żjut essenzjali (it-timol, l-ewġenol u ċ-ċitral) fil-prodott. Għalhekk, mhumiex jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-karattru essenzjali tal-prodott. L-insettiċida (permetrin (ISO)) huwa l-komponent ewlieni u jagħti lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu (jiġifieri li jaġixxi kontra t-termiti). Il-prodott għalhekk jenħtieġ li jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 3808 91 10 jiġifieri insettiċidi bbażati fuq il-piretrojdi. |
|
23.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/268
tal-21 ta' Frar 2018
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u ffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd. |
|
(2) |
Minn kontroll regolari tad-dejta, li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li jenħtieġ li jiġu emendati l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).
ANNESS
“ANNESS I
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3 (f'EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
|
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 70 %, iffriżati |
116,8 |
0 |
AR |
|
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 65 %, iffriżati |
132,1 |
0 |
AR |
|
118,7 |
0 |
BR |
||
|
0207 14 10 |
Qatgħat tas-sriedaq jew tat-tiġieġ, mingħajr għadam, iffriżati |
244,4 |
17 |
AR |
|
225,4 |
22 |
BR |
||
|
314,4 |
0 |
CL |
||
|
255,8 |
13 |
TH |
||
|
0207 27 10 |
Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati |
320,5 |
0 |
BR |
|
314,7 |
0 |
CL |
||
|
0408 91 80 |
Bajd, imnixxef, mingħajr qoxra |
446,6 |
0 |
AR |
|
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin tas-sriedaq u tat-tiġieġ |
224,3 |
19 |
BR |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).
|
23.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/269
tat-22 ta' Frar 2018
dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għas-sbatax-il sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għas-sbatax-il stedina għall-offerti parzjali, għandu jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ. |
|
(3) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż- żmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-sbatax-il sejħa parzjali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080, illi fir-rigward tagħha l-perjodu meta l-offerti kellhom jintefgħu ntemm fl-20 ta' Frar 2018, il-prezz minimu tal-bejgħ għandu jkun ta' EUR 110,00/100 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).
DEĊIŻJONIJIET
|
23.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/270
tal-15 ta' Frar 2018
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta' Ċipru
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta' Ċipru (BĊE/2017/43) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Bank Ċentrali ta' Ċipru, KPMG Limited, jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2017. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni għall-Bank Ċentrali ta' Ċipru għas-snin finanzjarji 2018 sa 2022. |
|
(3) |
Il-Bank Ċentrali ta' Ċipru għażel lil PricewaterhouseCoopers Limited bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2022. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li PricewaterhouseCoopers Limited jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta' Ċipru għas-snin finanzjarji 2018 sa 2022. |
|
(5) |
B'segwitu tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“14. PricewaterhouseCoopers Limited huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta' Ċipru għas-snin finanzjarji 2018 sa 2022.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
K. VALCHEV
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).
|
23.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/271
tal-15 ta' Frar 2018
li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. |
|
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Rosario CROCETTA, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
|
— |
Is-Sur Gaetano ARMAO, Vicepresidente ed Assessore all'Economia della Regione Siciliana. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
K. VALCHEV
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).
|
23.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/17 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/272
tal-20 ta' Frar 2018
dwar it-twaqqif taċ-Ċentru Ewropew għar-Riżorsi Bijoloġiċi tal-Baħar — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (EMBRC-ERIC)
(notifikata bid-dokument C(2018) 826)
(It-testi bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bin-Netherlandiż, bil-Portugiż u bit-Taljan biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC) (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Belġju, Franza, il-Greċja, l-Iżrael, l-Italja, in-Norveġja, il-Portugall, Spanja u r-Renju Unit talbu lill-Kummissjoni biex twaqqaf iċ-Ċentru Ewropew għar-Riżorsi Bijoloġiċi tal-Baħar — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (EMBRC-ERIC). Huma qablu li Franza tkun l-Istat Membru ospitanti tal-EMBRC-ERIC. |
|
(2) |
Mid-29 ta' Marzu 2017, meta r-Renju Unit innotifika li beħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattati mhux se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit minn meta jidħol fis-seħħ il-ftehim dwar l-irtirar jew, jekk dan ma jsirx, wara sentejn min-notifika, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix li jestendi dak il-perjodu. B'konsegwenza ta' dan, wara d-data tal-irtirar, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni tal-ftehim dwar l-irtirar, għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni r-Renju Unit se jitqies bħala pajjiż terz skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 723/2009 ġie inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 (2). |
|
(4) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 u kkonkludiet li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Il-Kumitat għall-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka ma ħariġx opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Iċ-Ċentru Ewropew għar-Riżorsi Bijoloġiċi tal-Baħar — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka “EMBRC-ERIC” ġie mwaqqaf.
2. L-elementi essenzjali tal-Istatuti tal-EMBRC-ERIC huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Ellenika, lill-Istat ta' Iżrael, lir-Repubblika tal-Italja, lir-Renju tan-Norveġja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Renju ta' Spanja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni
Carlos MOEDAS
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 tal-20 ta' Marzu 2015 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2016/755] (ĠU L 129, 19.5.2016, p. 85).
ANNESS
ELEMENTI ESSENZJALI TAL-ISTATUTI TAL-EMBRC-ERIC
L-Artikoli u l-paragrafi tal-Artikoli li ġejjin tal-Istatuti tal-EMBRC-ERIC jipprevedu l-elementi essenzjali skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009
1. Kompiti u Attivitajiet
(l-Artikolu 4 tal-Istatuti tal-EMBRC-ERIC)
|
1. |
Il-konsorzju EMBRC-ERIC għandu jopera fuq il-bażi ta' organizzazzjoni ċentrali bħala operazzjoni distribwita ta' Nodi individwali b'mod koordinat skont kif definit fi Ftehim dwar il-Livell ta' Servizz (FLS), taħt tmexxija ta' Direttur Eżekuttiv li jkun assistit mis-Segretarjat, mill-Kumitat tan-Nodi u mill-Uffiċjali ta' Kollegament. Ir-relazzjonijiet bejn il-Kwartieri Ġenerali u n-Nodi u jew/l-Operaturi, u r-riżorsi tagħhom, għandhom jiġu regolati permezz tal-Ftehimiet dwar il-Livell ta' Servizz għall-forniment ta' servizzi, prodotti u attivitajiet li jappoġġaw l-ambizzjonijiet ta' livell għoli ta' din l-infrastruttura ta' riċerka. |
|
2. |
Il-konsorzju EMBRC-ERIC għandu jipprovdi punt tad-dħul uniku għall-aċċess għal portafoll komprensiv ta' servizzi u ta' pjattaformi ta' riċerka, ekosistemi tal-baħar, riżorsi bijoloġiċi, infrastruttura elettronika u metadejta. |
|
3. |
Is-servizzi li joffri u l-attivitajiet li jwettaq l-EMBRC-ERIC għandhom jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
|
4. |
L-attivitajiet għandhom jiġu implimentati f'konformità mal-politiki previsti fl-Artikoli 21 sa 26 tal-Istatuti li se jkunu annessi mar-Regoli tal-Operat u li se jkunu magħmula disponibbli għall-utenti. |
2. Is-sede statutorja tal-EMBRC-ERIC
(l-Artikolu 2(2) tal-Istatuti tal-EMBRC-ERIC)
Il-konsorzju EMBRC-ERIC għandu jkollu s-sede statutorja tiegħu f'Pariġi, fi Franza.
3. Isem
(l-Artikolu 2(1) tal-Istatuti tal-EMBRC-ERIC)
L-isem tal-infrastruttura ta' riċerka għandu jkun iċ-Ċentru Ewropew għar-Riżorsi Bijoloġiċi tal-Baħar — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “EMBRC-ERIC”.
4. Durata
(l-Artikolu 27 tal-Istatuti tal-EMBRC-ERIC)
|
1. |
Il-konsorzju EMBRC-ERIC għandu jiġi stabbilit għal perjodu iniżjali li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2040. |
|
2. |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tal-Istatuti, l-EMBRC-ERIC għandu jkompli jeżisti għal perjodi suċċessivi ta' ħames snin wara li jiskadi l-perjodu inizjali, soġġett għal deċiżjoni tal-Assemblea Ġenerali skont l-Artikolu 15(9) tal-Istatuti. |
5. Stralċ
(l-Artikolu 28 tal-Istatuti tal-EMBRC-ERIC)
|
1. |
L-istralċ tal-EMBRC-ERIC għandu jseħħ wara deċiżjoni f'dan ir-rigward mill-Assemblea Ġenerali, f'konformità mal-Artikolu 15(9) tal-Istatuti. |
|
2. |
Id-Direttur Eżekuttiv, fi żmien għaxart ijiem, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miktub dwar:
|
|
3. |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tal-Istatuti, l-assi u l-obbligazzjonijiet li għad jista' jkun fadal wara li jsir il-ħlas tal-assi jew tad-djun tal-EMBRC-ERIC għandhom jitqassmu fost il-Membri b'mod proporzjonat skont il-kontribut akkumulat tagħhom lejn l-EMBRC-ERIC fil-ħin tax-xoljiment. |
|
4. |
Il-konsorzju EMBRC-ERIC għandu jieqaf jeżisti fil-jum li fih il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-avviż korrispondenti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
6. Responsabbiltà
(l-Artikolu 9 tal-Istatuti tal-EMBRC-ERIC)
|
1. |
Il-konsorzju EMBRC-ERIC għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu. |
|
2. |
Ir-responsabbiltà tal-Membri individwali fir-rigward tad-djun u l-obbligazzjonijiet tal-EMBRC-ERIC, tkun xi tkun in-natura tagħha, għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet rispettivi li jkunu pprovdew lill-EMBRC-ERIC. |
|
3. |
Il-konsorzju EMBRC-ERIC għandu jkollu assigurazzjoni xierqa li tkopri r-riskji speċifiċi għall-bini u l-operat tal-EMBRC-ERIC. |
7. Politika ta' Aċċess, Politika tad-Dejta u Disseminazzjoni
(l-Artikolu 22 tal-Istatuti tal-EMBRC-ERIC)
|
1. |
Il-politiki tal-EMBRC-ERIC għall-aċċess, dejta u disseminazzjoni dwar kif l-EMBRC-ERIC jipprovdi aċċess għall-portafoll ta' servizzi u ta' pjattaformi ta' riċerka, ekosistemi tal-baħar, riżorsi bijoloġiċi u infrastruttura elettronika għandhom jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni lill-Assemblea Ġenerali mid-Direttur Eżekuttiv. |
|
2. |
L-aċċess għall-EMBRC-ERIC għandu jkun miftuħ għat-tipi kollha ta' utenti, inkluż għal utenti mill-pajjiżi Ewropej u mill-pajjiżi mhux Ewropej kollha, iżda mhux neċessarjament mingħajr ħlas. It-talbiet jgħaddu minn proċess semplifikat li jinvolvi kontrolli dwar l-eliġibbiltà u l-fattibbiltà. Id-deskrizzjoni teknika u xjentifika tal-EMBRC-ERIC tipprovdi aktar dettalji dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess mill-utenti. |
|
3. |
L-aċċess se jiġi mmonitorjat, u l-livell ta' sodisfazzjon tal-utenti se jitkejjel permezz ta' mekkaniżmu ta' rispons bħala parti minn sistema ta' garanzija tal-kwalità, sabiex l-aċċess u s-servizzi jibqgħu jitjiebu b'mod kontinwu. |
|
4. |
Il-konsorzju EMBRC-ERIC se jippromwovi l-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni tal-infrastruttura elettronika sabiex jittratta volumi kbar ta' tipi differenti ta' dejta ġġenerata, u se jiżviluppa jew jadotta protokolli, għarfien espert u għodod approvati mill-komunità għall-ġestjoni tad-dejta. |
|
5. |
Il-konsorzju EMBRC-ERIC se jippromwovi l-prinċipji ta' sors miftuħ u ta' aċċess miftuħ għad-dejta u se jrawwem it-trasferiment tal-għarfien u d-disseminazzjoni tad-dejta u tal-informazzjoni billi jikkollabora ma' inizjattivi Ewropej eżistenti ta' rilevanza għal dejta ambjentali, dejta bijoloġika u għall-bijoinformatika, bħal ELIXIR u Lifewatch ERIC, kif ukoll ma' repożitorji tad-dejta rikonoxxuti bħal EurOBIS, Emodnet, PANGAEA, GEOSS u COPERNICUS. |
|
6. |
Il-Politika ta' Aċċess, il-Politika tad-Dejta u l-Politika tad-Disseminazzjoni tal-EMBRC-ERIC għandhom jiġu adottati mill-Assemblea Ġenerali f'konformità mal-Artikolu 15(10) tal-Istatuti, u għandhom jiġu annessi mar-Regoli tal-Operat. |
8. Politika ta' Evalwazzjoni Xjentifika
(l-Artikolu 23 tal-Istatuti tal-EMBRC-ERIC)
|
1. |
Kull tliet snin għandu jsir rieżami xjentifiku tal-attivitajiet, tas-servizzi u tal-pjattaformi tal-EMBRC-ERIC. Dan għandu jiġi kkoordinat mid-Direttur Eżekuttiv, u għandu jiġi ppreżentat lill-Assemblea Ġenerali. |
|
2. |
Il-Politika ta' Evalwazzjoni Xjentifika tal-EMBRC-ERIC għandha tiġi adottata mill-Assemblea Ġenerali f'konformità mal-Artikolu 15(10) tal-Istatuti, u għandha tiġi annessa mar-Regoli tal-Operat. |
9. Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali
(l-Artikolu 21 tal-Istatuti tal-EMBRC-ERIC)
|
1. |
Wara li jikkonsulta l-Bord Konsultattiv dwar ix-Xjenza u l-Innovazzjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji l-Politika dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali tal-EMBRC-ERIC li tittratta l-identifikazzjoni, l-allokazzjoni, il-protezzjoni, il-ġestjoni u l-manutenzjoni tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali u tal-attivitajiet ta' trasferiment tat-teknoloġija li jirriżultaw minn dawn id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, u għandu jippreżentaha lill-Assemblea Ġenerali għall-approvazzjoni. |
|
2. |
Il-Politika dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali tal-EMBRC-ERIC għandha tirregola d-drittijiet tas-sjieda u tal-użu fi ħdan l-EMBRC-ERIC, u fir-rigward ta' partijiet terzi u sħab kuntrattwali, sabiex ikun żgurat użu ġust u konformi permezz ta' mudelli għal kumpens ġust għall-kontribut intellettwali u għas-sjieda ta' kull parteċipant fl-EMBRC-ERIC. |
|
3. |
L-ebda dispożizzjoni f'dawn l-Istatuti ma għandha tinftiehem bħala li għandha effett fuq id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali u fuq il-politiki dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali tal-Operaturi kif stipulati fil-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tal-Membri u fil-ftehimiet internazzjonali li għalihom il-Membri huma parti. |
|
4. |
Id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali li jfeġġu, li jinħolqu, li jinkisbu jew li jiġu żviluppati mill-Persunal tal-EMBRC-ERIC għandhom jiġu kkonferiti lill-EMBRC-ERIC u għandhom ikunu proprjetà tiegħu. |
|
5. |
Il-Politika dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali tal-EMBRC-ERIC għandha tiġi adottata mill-Assemblea Ġenerali f'konformità mal-Artikolu 15(10) tal-Istatuti, u għandha tiġi annessa mar-Regoli tal-Operat. |
10. Politika tal-Impjiegi
(l-Artikolu 24 tal-Istatuti tal-EMBRC-ERIC)
|
1. |
Il-konsorzju EMBRC-ERIC għandu jkun impjegatur li jħaddan politika ta' opportunitajiet indaqs. Il-proċeduri tal-għażla tal-applikanti għall-pożizzjonijiet bħala persunal tal-EMBRC-ERIC għandhom ikunu trasparenti u nondiskriminatorji, filwaqt li għandhom jirrispettaw l-opportunitajiet indaqs. |
|
2. |
Il-kuntratti tal-impjieg għandhom ikunu konformi mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali applikabbli tal-pajjiż li fih il-persunal iwettaq l-attivitajiet tiegħu. |
|
3. |
Il-konsorzju EMBRC-ERIC għandu jirreklama l-pożizzjonijiet vakanti kollha u għandu jiffissa perjodu ta' żmien xieraq biex jirċievi l-applikazzjonijiet. |
|
4. |
Il-konsorzju EMBRC-ERIC ma għandu joffri l-ebda pożizzjoni lil ebda applikant qabel jiskadi l-perjodu ta' żmien imsemmi hawn fuq. |
|
5. |
Il-Politika tal-Impjiegi għandha tiġi adottata mill-Assemblea Ġenerali, u wara għandha tiġi annessa mar-Regoli tal-Operat u tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-EMBRC-ERIC. |
|
6. |
Il-Politika tal-Impjiegi hija rregolata mil-liġijiet tal-Membru Ospitanti. |
11. Politika tal-Akkwist
(l-Artikolu 25 tal-Istatuti tal-EMBRC-ERIC)
|
1. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji regoli dettaljati dwar il-proċeduri u l-kriterji tal-akkwist, li jridu jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali f'konformità mal-Artikolu 15(10) tal-Istatuti. |
|
2. |
Il-politika tal-akkwist tal-EMBRC-ERIC għandha tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tar-rikonoxximent reċiproku, tat-trattament ugwali, tal-kompetizzjoni u tan-nondiskriminazzjoni. |
|
3. |
Skont il-politika tal-akkwist tal-EMBRC-ERIC, l-EMBRC-ERIC għandu jagħmel il-proċeduri tiegħu ta' sottomissjoni ta' offerti għal prodotti u servizzi, u l-proċeduri tiegħu għall-akkwist u għall-pubblikazzjoni ta' sejħiet għall-offerti, disponibbli fuq is-sit web tal-EMBRC-ERIC. |
|
4. |
Il-Politika tal-Akkwist tal-EMBRC-ERIC għandha tiġi adottata f'konformità mal-Artikolu 15(10) tal-Istatuti, u għandha tiġi annessa mar-Regoli tal-Operat. |
Rettifika
|
23.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/23 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/49 tal-11 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 wara rieżami ta' “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) u 13(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 7 tat-12 ta' Jannar 2018 )
Fil-paġna tal-Werrej u f'paġna 31, fit-titolu tar-Regolament,
minflok:
“REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/49 tal-11 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 wara rieżami ta' “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) u 13(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”,
aqra:
“REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/49 tal-11 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' biċikletti kkunsinjati fost l-oħrajn mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fost l-oħrajn mit-Tuneżija kif ukoll jekk le, wara rieżami ta' “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) u 13(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”.