ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 38

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
10 ta' Frar 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/197 tad-9 ta' Frar 2018 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/198 tas-7 ta' Frar 2018 li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 716/2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/199 tad-9 ta' Frar 2018 li ma jagħtix kunsens li tiġi awtorizzata indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrigwarda l-ikel, għajr indikazzjonijiet li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta' mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal ( 1 )

9

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/200 tad-9 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/201 tat-23 ta' Jannar 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viżi stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu

13

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/202 tad-9 ta' Frar 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

19

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/203 tad-9 ta' Frar 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

23

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2017 tas-Sottokumitat ta' Ġestjoni Sanitarja u Fitosanitarja bejn l-UE u l-Ukrajna tas-16 ta' Mejju 2017 li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2018/204]

25

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2017 tas-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi bejn l-UE u l-Ukrajna tat-18 ta' Mejju 2017 li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2018/205]

31

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2017 tas-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Ukrajna tal-15 ta' Ġunju 2017 li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2018/206]

36

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 tal-1 ta' Marzu 2017 li jimponi dazji kumpensatorji fuq l-importazzjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2016/1037 ( ĠU L 56, 3.3.2017 )

41

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1570 tal-15 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 li jimponu dazji antidumping u kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jirrevoka d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi ( ĠU L 238, 16.9.2017 )

41

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

10.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/1


Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mozambique innotifikaw it-tlestija tal-proċeduri neċessarji għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (1), f'konformità mal-Artikolu 113 ta' dak il-Ftehim. Konsegwentement, il-Ftehim japplika b'mod proviżorju mill-4 ta' Frar 2018 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mozambique. Bis-saħħa tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1623 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, l-Artikolu 12(4) ma għandux jiġi applikat proviżorjament.


(1)   ĠU L 250, 16.9.2016, p. 3.


REGOLAMENTI

10.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/197

tad-9 ta' Frar 2018

li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005.

(2)

Fl-1 ta' Frar 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1533 (2004), żied erba' persuni mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. Għalhekk jenħtieġ li dawk il-persuni jinżiedu mal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005. Billi tnejn minn dawk il-persuni kienu diġà ddeżinjati taħt l-Anness Ia għal dak ir-Regolament, jenħtieġ li jitneħħew mill-Anness Ia għal dak ir-Regolament biex issa jiġu ddeżinjati taħt l-Anness I għal dak ir-Regolament.

(3)

L-Annessi I u Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)   ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.


ANNESS I

Il-persuni elenkati hawn taħt għandhom jinżiedu mal-lista li tinsab fil-Parti (a) tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005:

“32.

Muhindo Akili Mundos (alias: (a) Charles Muhindo Akili Mundos; (b) Akili Muhindo; (c) Muhindo Mundos)

Kariga: (a) Ġeneral tal-Forzi Armati tar-RDK (FARDC), Kmandant tal-Brigata 31 (b) Brigadier Ġeneral tal-FARDC

Data tat-twelid: 10 ta' Novembru 1972

Post tat-twelid: Repubblika Demokratika tal-Kongo

Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Frar 2018

Informazzjoni oħra: Muhindo Akili Mundos huwa Ġeneral tal-FARDC, Kmandant tal-Brigata 31. Inħatar kmandant tas-Settur Operazzjonali tal-FARDC fiż-żoni ta' Beni u Lubero, inkluż l-Operazzjoni Sukola I kontra l-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF) f'Settembru 2014. Baqa' f'dik il-pożizzjoni sa Ġunju 2015. Huwa wkoll ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK skont il-paragrafu 7(e) tal-UNSCR 2293.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Raġuni għall-elenkar:

Muhindo Akili Mundos iddaħħal fil-lista fl-1 ta' Frar 2018 skont kriterji stipulati fil-paragrafu 7(e) tar-Riżoluzzjoni 2293 (2016) kif affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2360 (2017).

Informazzjoni addizzjonali:

Muhindo Akili Mundos kien il-kmandant tal-armata Kongoliża responsabbli għall-operazzjonijiet militari kontra l-ADF matul l-operazzjoni ‘Sukola I’ minn Awwissu 2014 sa Ġunju 2015. L-unità tal-FARDC taħt il-kmand ta' Mundos naqset milli tintervjeni biex tipprevjeni abbużi tad-drittijiet tal-bniedem mill-ADF, inkluż attakki mmirati lejn persuni ċivili. Mundos irrekluta u arma eks-ġellieda minn gruppi armati lokali biex jieħdu sehem fi qtil u massakri extraġudizzjarji mill-ADF.

Waqt li kien kmandant tal-operazzjoni Sukola I tal-FARDC, Mundos kien ukoll fil-kmand ta' fazzjoni ta' sottogrupp tal-ADF magħrufa bħala l-ADF-Mwalika, u taha appoġġ. Taħt il-kmand ta' Mundos, l-ADF-Malika wettqet attakki kontra persuni ċivili. Il-ġellieda tal-FARDC taħt il-kmand ta' Mundos taw appoġġ addizzjonali lill-ADF-Malika matul dawn l-operazzjonijiet.

33.

Guidon Shimiray Mwissa

Data tat-twelid: 13 ta' Marzu 1980

Post tat-twelid: Kigoma, Walikalele, Repubblika Demokratika tal-Kongo

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Frar 2018

Informazzjoni oħra: Gradwa mill-iskola sekondarja f'humanités sociales fi Mpofi; ta' 16-il sena ngħaqad mal-grupp armat taħt il-kmand ta' She Kasikila; integra l-FARDC ma' Kasikila, li saret il-battaljun S3 tiegħu; ferut fl-2007, wara ngħaqad ma' Mai Mai Simba taħt il-kmandant ta' dak iż-żmien ‘Mando’; ħa sehem fil-ħolqien tal-NDC fl-2008, u sar viċi kmandant responsabbli mill-Brigata Aigle Lemabé. Huwa wkoll ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK skont il-paragrafu 7(g) tal-UNSCR 2293.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Raġuni għall-elenkar:

Guidon Shimiray Mwissa ddaħħal fil-lista fl-1 ta' Frar 2018 skont kriterji stipulati fil-paragrafu 7(g) tar-Riżoluzzjoni 2293 (2016) kif affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2360 (2017).

Informazzjoni addizzjonali:

Il-‘Ġeneral’ Guidon Simaray Mwissa ħalla l-Nduma defense du Congo (NDC) u ħoloq il-grupp tiegħu stess, NDC-R fl-2014.

L-NDC-R, immexxi minn Guidon Shimiray Mwissa, juża suldati tfal u bagħathom f'konflitt armat. L-NDC-R huwa akkużat ukoll b'abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-provinċji tal-Lvant, u li impona taxxi illegali fiż-żoni tal-minjieri tad-deheb u li uża r-rikavat minnhom biex jixtri l-armi bi ksur tal-embargo fuq l-armi kontra r-RDK.

34.

Lucien Nzambamwita (alias: André Kalume)

Data tat-twelid: 1966

Post tat-twelid: Cellule Nyagitabire, Sector Ruvune, Commune Kinyami, Prefecture Byumba, Rwanda

Nazzjonalità: Rwanda

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Frar 2018

Informazzjoni oħra: Huwa ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK skont il-paragrafu 7(j) tal-UNSCR 2293.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Raġuni għall-elenkar:

Lucien Nzambamwita ddaħħal fil-lista fl-1 ta' Frar 2018 skont kriterji stipulati fil-paragrafu 7(j) tar-Riżoluzzjoni 2293 (2016) kif affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2360 (2017).

Informazzjoni addizzjonali:

Lucien Nzambamwita (magħruf ukoll bħala André Kalume) huwa mexxej militari tal-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FDLR) li joperaw fir-RDK, li jdgħajfu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tar-RDK u huma responsabbli għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem inkluż li mmiraw u qatlu persuni ċivili. Il-FDLR ġew sanzjonati mill-Kumitat 1533 fil-31 ta' Diċembru 2012.

35.

Gédéon Kyungu Mutanga Wa Bafunkwa Kanonga

Deżinjazzjoni: Mexxej tar-ribelli Katangani

Data tat-twelid: 1974

Post tat-twelid: Territorju ta' Manono, Provinċja ta' Katanga (issa l-Provinċja ta' Tanganyika)

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Frar 2018

Informazzjoni oħra: Gédéon Kyungu ġej mill-grupp etniku Balubakat. Wara li temm l-edukazzjoni primarja f'Likasi u l-iskola sekondarja f'Manono, kiseb lawrja fil-pedagoġija. Fl-1999 ingħaqad mal-moviment Maï Maï, u kkmanda, mill-2003, wieħed mill-aktar gruppi attivi fil-provinċja ta' Katanga. Fl-2006, żar il-forzi għaż-żamma tal-paċi tan-NU biex jintegra permezz tal-proċess ta' diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni (DDR). Ħarab mill-ħabs fl-2011 u ċeda ruħu f'Ottubru 2016. Huwa ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK skont il-paragrafu 7(e) tal-UNSCR 2293.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Raġuni għall-elenkar:

Gédéon Kyungu Mutanga Wa Bafunkwa Kanonga ddaħħal fil-lista fl-1 ta' Frar 2018 skont kriterji stipulati fil-paragrafu 7(e) tar-Riżoluzzjoni 2293 (2016) kif affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2360 (2017).

Informazzjoni addizzjonali:

Billi kien il-mexxej tal-milizzja Bakata Katanga (magħrufa wkoll bħala Kata Katanga) bejn l-2011 u l-2014, Gédéon Kyungu Mutanga kien involut f'abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem bħal qtil u attakki fuq persuni ċivili, speċjalment f'żoni rurali tal-provinċja ta' Katanga. Bħala Kmandant tal-grupp armat Bakata Katanga, li huwa ħati ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u delitti tal-gwerra, inkluż attakki kontra persuni ċivili, fix-Xlokk tar-RDK, Gédéon Kyungu Mutanga huwa għalhekk ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK.”


ANNESS II

L-entrati tal-persuni msemmija hawn taħt huma mħassra fil-Parti (A) tal-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005:

“9.

Gédéon Kyungu Mutanga;

13.

Muhindo Akili Mundos.”

10.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/198

tas-7 ta' Frar 2018

li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 716/2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti.

(2)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 716/2012 (3), il-Kummissjoni kklassifikat żewġ tipi ta' trab tal-kolostru f'kapsuli skont l-intestatura 1901 tan-Nomenklatura Magħquda bħala “preparazzjonijiet tal-ikel ta' oġġetti ta' titli 0401 sa 0404, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 5 % tal-piż kawkaw kalkulata fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra”. Il-klassifkazzjoni tal-prodotti taħt l-intestatura 2106 tan-Nomenklatura Magħquda ġiet eskluża peress li l-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-kliem tal-intestatura 1901 jiddeskrivi l-prodotti inkwistjoni b'mod aktar speċifiku mill-kliem tal-intestatura 2106.

(3)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1343 (4), il-Kummissjoni introduċiet Nota Addizzjonali 4 ġdida fil-Kapitolu 19 tan-Nomenklatura Magħquda biex tiżgura li l-klassifikazzjoni ta' ċerti preparazzjonijiet tal-ikel li jistgħu jittieklu jikkonformaw mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Skont in-Nota Addizzjonali 4 l-ġdida fil-Kapitolu 19 tan-Nomenklatura Magħquda, it-trab tal-kolostru f'kapsuli kkonċernat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 716/2012 irid jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2106.

(4)

B'konsegwenza ta' dan, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 716/2012 jitħassar sabiex jiġu evitati d-diverġenzi potenzjali fil-klassifikazzjoni tariffarja tat-trab tal-kolostru f'kapsuli u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda fl-Unjoni.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 716/2012 huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)   ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2012 tat-30 ta' Lulju 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 210, 7.8.2012, p. 6).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1343 tat-18 ta' Lulju 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 186, 19.7.2017, p. 1).


10.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/199

tad-9 ta' Frar 2018

li ma jagħtix kunsens li tiġi awtorizzata indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrigwarda l-ikel, għajr indikazzjonijiet li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta' mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel huma projbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni b'konformità ma' dak ir-Regolament u ma jkunux inklużi f'lista ta' indikazzjonijiet permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jistgħu jintbagħtu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtorità kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tibgħat l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA), minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, għal valutazzjoni xjentifika, kif ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għall-informazzjoni.

(3)

L-Awtorità trid tagħti opinjoni fir-rigward tal-indikazzjoni dwar is-saħħa kkonċernata.

(4)

Il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità.

(5)

Wara applikazzjoni minn Probi AB, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fuq indikazzjoni dwar is-saħħa relatata mal-Lactobacillus plantarum 299v (Lp299v) u żieda fl-assorbiment tal-ħadid mhux eminiku (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2015-00696 (2)). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Il-Lactobacillus plantarum 299v iżid l-assorbiment tal-ħadid mhux eminiku”.

(6)

Fil-25 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mingħand l-Awtorità, li kkonkludiet li l-evidenza mogħtija ma kinitx biżżejjed biex tiġi stabbilita relazzjoni ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' Lp299v u żieda fl-assorbiment tal-ħadid mhux eminiku. Għaldaqstant, billi l-indikazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din jenħtieġ li ma tiġix awtorizzata.

(7)

Il-kummenti mill-applikant li rċeviet il-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 ġew ikkunsidrati fit-tfassil tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-indikazzjoni dwar is-saħħa mniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet permessi kif previst fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  EFSA Journal 2016;14(7):4550.


ANNESS

Indikazzjoni dwar is-saħħa li ġew rifjutati

Applikazzjoni – Id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija tal-ikel

Indikazzjoni

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

Indikazzjoni dwar is-saħħa tal-Artikolu 13(5) ibbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta koperta mid-dritt

Lactobacillus plantarum 299v (Lp299v)

Lactobacillus plantarum 299v (Lp299v) iżid l-assorbiment tal-ħadid mhux eminiku.

Q-2015-00696


10.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/200

tad-9 ta' Frar 2018

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 jelenka l-bastimenti magħżulin mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f'konformità mal-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2146 (2014). Dawn il-bastimenti huma soġġetti għal għadd ta' projbizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2016/44, inkluż il-projbizzjoni li jgħabbu, jittrasportaw jew iħottu żejt mhux maħdum mil-Libja u li jkollhom aċċess għall-portijiet fit-territorju tal-Unjoni.

(2)

Fit-2 ta' Frar 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti emenda l-annotazzjoni li tolqot lill-bastiment CAPRICORN, soġġett għal miżuri restrittivi. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan.

(3)

Sabiex ikun żgurat li l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


ANNESS

L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni:

“1.

Isem: CAPRICORN

Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiż u mmodifikat mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2146, din id-deżinjazzjoni ġiet imġedda mill-Kumitat fit-18 ta' Jannar 2018 u hija valida sas-17 ta' April 2018, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: mhux magħruf.

Informazzjoni Addizzjonali

Elenkat fil-21 ta' Lulju 2017. OMI: 8900878. Mill-21 ta' Settembru 2017, il-bastiment kien jinsab f'ibħra internazzjonali 'l barra mill-Emirati Għarab Magħquda.”,

tinbidel b'dan li ġej:

“1.

Isem: NADINE

Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiż u mmodifikat mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2146, din id-deżinjazzjoni ġiet imġedda mill-Kumitat fit-18 ta' Jannar 2018 u hija valida sas-17 ta' April 2018, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: Palau.

Informazzjoni Addizzjonali

Elenkat fil-21 ta' Lulju 2017. OMI: 8900878. Mid-19 ta' Jannar 2018, il-bastiment kien jinsab qrib il-kosta ta' Muscat, Oman, lil hinn mill-ilmijiet territorjali tiegħu.”.


DEĊIŻJONIJIET

10.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/201

tat-23 ta' Jannar 2018

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viżi stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/242/UE tal-14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi (2) (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Il-Ftehim jipprevedi t-twaqqif ta' Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim (“il-Kumitat Konġunt”). Il-Kumitat Konġunt għandu, fost l-oħrajn, il-kompitu li jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(3)

Il-Ftehim jistipula li l-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

(4)

Għalhekk ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għalhekk l-Irlanda mhix qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viżi stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viżi mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

V. GORANOV


(1)   ĠU L 128, 30.4.2014, p. 47.

(2)   ĠU L 128, 30.4.2014, p. 49.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2018 TAL-KUMITAT KONĠUNT DWAR IL-FAĊILITAZZJONI TAL-VIŻI STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-AŻERBAJĠAN DWAR IL-FAĊILITAZZJONI TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI

ta' ……

fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu

IL-KUMITAT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Billi dak il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Presidenza

Il-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viżi (“il-Kumitat Konġunt”) għandu jkollu presidenza konġunta minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u rappreżentant tar-Repubblika tal-Ażerbajġan.

Artikolu 2

Kompiti tal-Kumitat Konġunt

1.   F'konformità mal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jkollu, b'mod partikolari, il-kompiti li ġejjin:

(a)

li jagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim;

(b)

li jissuġġerixxi emendi jew żidiet għal dan il-Ftehim;

(c)

li jirriżolvi tilwimiet li jqumu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-Ftehim.

2.   Il-Kumitat Konġunt jista' jilħaq ftehim dwar rakkommandazzjonijiet li jkun fihom linji gwida jew l-aħjar prattiki biex jassistu fl-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' kull meta jkun meħtieġ, fuq talba mill-Partijiet u mill-anqas darba fis-sena.

2.   Il-Partijiet għandhom jospitaw il-laqgħa, darba kull wieħed, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor.

3.   Il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt għandhom jissejħu mill-Kopresidenti.

4.   Il-Kopresidenti għandhom jistabbilixxu data għal-laqgħa u jiskambjaw tali dokumenti kif ikun meħtieġ fil-ħin biex jiżguraw preparazzjoni xierqa30 jum qabel il-laqgħa.

5.   Il-Parti li tospita laqgħa għandha tagħmel l-arranġamenti neċessarji fir-rigward tal-aspetti loġistiċi.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar il-kompożizzjoni intenzjonata tad-delegazzjoni tagħhom mill-inqas sebat ijiem qabel laqgħa.

Artikolu 5

Aġenda għal-laqgħat

1.   Għandha titħejja aġenda proviżorja għal kull laqgħa mill-Kopresidenti mhux aktar tard minn 14-il jum qabel il-laqgħa. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li dwarhom tkun waslet talba għal inklużjoni fl-aġenda għand wieħed mill-Kopresidenti sa mhux aktar tard minn 14-il jum qabel il-laqgħa.

2.   Kull Parti tista' żżid punti mal-aġenda proviżorja fi kwalunkwe ħin qabel il-laqgħa jekk il-Parti l-oħra taqbel ukoll. Talbiet biex jiżdiedu punti mal-aġenda proviżorja għandhom jintbagħtu bil-miktub u għandhom jiġu inklużi sakemm dan ikun possibbli.

3.   L-aġenda finali għandha tiġi adottata mill-Kopresidenti fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt li ma jkunx jidher fuq l-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu u għandu jiġi indirizzat sa fejn dan ikun possibbli.

Artikolu 6

Minuti tal-laqgħat

1.   Abbozz tal-minuti għandu jitħejja fl-iqsar żmien possibbli mill-Kopresident tal-Parti li tospita l-laqgħa.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw dan li ġej fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

id-dokumentazzjoni mressqa lill-Kumitat Konġunt;

(b)

l-istqarrijiet li Parti tkun talbet li jiddaħħlu; u

(c)

id-deċiżjonijiet li jittieħdu, ir-rakkomandazzjonijiet li jsiru u l-konklużjonijiet adottati rigward punt speċifiku.

3.   Il-minuti għandhom jindikaw l-individwi tad-delegazzjonijiet parteċipanti rispettivi, kif ukoll il-ministeru, l-aġenzija jew l-istituzzjoni li jkunu qed jirrappreżentaw.

4.   Il-minuti għandhom jiġu approvati mill-Kumitat Konġunt fil-laqgħa tiegħu li jkun imiss.

Artikolu 7

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt

1.   Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu d-deċiżjonijiet bi ftehim taż-żewġ Partijiet.

2.   Kull deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandu jkollhom it-titolu “Deċiżjoni” segwit b'numru tas-serje u b'deskrizzjoni tas-suġġett tagħha. Id-data li fiha d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ għandha tkun indikata wkoll. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu ffirmati mir-rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati jaġixxu f'isem il-Partijiet. Id-deċiżjonijiet għandhomm jitħejjew idduplikati, fejn kull kopja tkun ugwalment awtentika.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 8

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkun responsabbli għall-ispejjeż li hi ġġarrab minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza tal-persunal u l-ispejjeż tal-posta jew tat-telekomunikazzjoni.

2.   Spejjeż oħrajn relatati mal-organizzazzjoni tal-laqgħat għandhom ikunu koperti mill-Parti li tospita l-laqgħa, sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor.

Artikolu 9

Proċeduri amministrattivi

1.   Sakemm il-Kumitat Konġunt ma jiddeċidix mod ieħor, il-laqgħat tiegħu ma għandhomx ikunu pubbliċi.

2.   Il-minuti u d-dokumenti l-oħrajn tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu meqjusa bħala kunfidenzjali.

3.   Parteċipanti li mhumiex uffiċjali tal-Partijiet u tal-Istati Membri jistgħu jiġu mistiedna bi ftehim bejn iż-żewġ Kopresidenti u għandhom ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti ta' kunfidenzjalità.

4.   Il-Partijiet jistgħu jorganizzaw laqgħat ta' informazzjoni pubbliċi jew inkella jikkomunikaw ir-riżultati tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viżi lil membri tal-pubbliku li jkunu interessati.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …

Għall-Unjoni Ewropea

Għar-Repubblika tal-Ażerbajġan


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-UNJONI EWROPEA U TAR-REPUBBLIKA TAL-AŻERBAJĠAN ANNESSA MAR-REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT KONĠUNT DWAR IL-FAĊILITAZZJONI TAL-VIŻI STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-AŻERBAJĠAN DWAR IL-FAĊILITAZZJONI TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI

Sabiex jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-Ftehim issir b'mod kontinwu, armonjuż u korrett, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewoprea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan għandhom jagħmlu kuntatti informali bejn il-laqgħat formali tal-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viżi, sabiex jittrattaw kwistjonijiet urġenti. Fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viżi, ser isir rapport dwar dawk il-kwistjonijiet u l-kuntatti informali.


10.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/19


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/202

tad-9 ta' Frar 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

(2)

Fl-1 ta' Frar 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1533 (2004), żied erba' persuni mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. Għalhekk jenħtieġ li dawk il-persuni jinżiedu mal-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK. Billi tnejn minn dawk il-persuni kienu diġà ddeżinjati taħt l-Anness II għal dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li jitneħħew mill-Anness II għal dik id-Deċiżjoni biex issa jiġu ddeżinjati taħt l-Anness I għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)   ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.


ANNESS I

Il-persuni elenkati hawn taħt għandhom jinżiedu mal-lista li tinsab fil-Parti (a) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK:

“32.

Muhindo Akili Mundos (alias: a) Charles Muhindo Akili Mundos; b) Akili Muhindo; c) Muhindo Mundos)

Kariga: a) Ġeneral tal-Forzi Armati tar-RDK (FARDC), Kmandant tal-Brigata 31 b) Brigadier Ġeneral tal-FARDC

Data tat-twelid: 10 ta' Novembru 1972

Post tat-twelid: Repubblika Demokratika tal-Kongo

Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Frar 2018

Informazzjoni oħra: Muhindo Akili Mundos huwa Ġeneral tal-FARDC, Kmandant tal-Brigata 31. Inħatar kmandant tas-Settur Operazzjonali tal-FARDC fiż-żoni ta' Beni u Lubero, inkluż l-Operazzjoni Sukola I kontra l-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF) f'Settembru 2014. Baqa' f'dik il-pożizzjoni sa Ġunju 2015. Huwa wkoll ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK skont il-paragrafu 7(e) tal-UNSCR 2293.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Raġuni għall-elenkar:

Muhindo Akili Mundos iddaħħal fil-lista fl-1 ta' Frar 2018 skont kriterji stipulati fil-paragrafu 7(e) tar-Riżoluzzjoni 2293 (2016) kif affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2360 (2017).

Informazzjoni addizzjonali:

Muhindo Akili Mundos kien il-kmandant tal-armata Kongoliża responsabbli għall-operazzjonijiet militari kontra l-ADF matul l-operazzjoni ‘Sukola I’ minn Awwissu 2014 sa Ġunju 2015. L-unità tal-FARDC taħt il-kmand ta' Mundos naqset milli tintervjeni biex tipprevjeni abbużi tad-drittijiet tal-bniedem mill-ADF, inkluż attakki mmirati lejn persuni ċivili. Mundos irrekluta u arma eks-ġellieda minn gruppi armati lokali biex jieħdu sehem fi qtil u massakri extraġudizzjarji mill-ADF.

Waqt li kien kmandant tal-operazzjoni Sukola I tal-FARDC, Mundos kien ukoll fil-kmand ta' fazzjoni ta' sottogrupp tal-ADF magħrufa bħala l-ADF-Mwalika, u taha appoġġ. Taħt il-kmand ta' Mundos, l-ADF-Malika wettqet attakki kontra persuni ċivili. Il-ġellieda tal-FARDC taħt il-kmand ta' Mundos taw appoġġ addizzjonali lill-ADF-Malika matul dawn l-operazzjonijiet.

33.

Guidon Shimiray Mwissa

Data tat-twelid: 13 ta' Marzu 1980

Post tat-twelid: Kigoma, Walikalele, Repubblika Demokratika tal-Kongo

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Frar 2018

Informazzjoni oħra: Gradwa mill-iskola sekondarja f'humanités sociales fi Mpofi; ta' 16-il sena ngħaqad mal-grupp armat taħt il-kmand ta' She Kasikila; integra l-FARDC ma' Kasikila, li saret il-battaljun S3 tiegħu; ferut fl-2007, wara ngħaqad ma' Mai Mai Simba taħt il-kmandant ta' dak iż-żmien ‘Mando’; ħa sehem fil-ħolqien tal-NDC fl-2008, u sar viċi kmandant responsabbli mill-Brigata Aigle Lemabé. Huwa wkoll ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK skont il-paragrafu 7(g) tal-UNSCR 2293.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Raġuni għall-elenkar:

Guidon Shimiray Mwissa ddaħħal fil-lista fl-1 ta' Frar 2018 skont kriterji stipulati fil-paragrafu 7(g) tar-Riżoluzzjoni 2293 (2016) kif affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2360 (2017).

Informazzjoni addizzjonali:

Il-‘Ġeneral’ Guidon Simaray Mwissa ħalla l-Nduma defense du Congo (NDC) u ħoloq il-grupp tiegħu stess, NDC-R fl-2014.

L-NDC-R, immexxi minn Guidon Shimiray Mwissa, juża suldati tfal u bagħathom f'konflitt armat. L-NDC-R huwa akkużat ukoll b'abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-provinċji tal-Lvant, u li impona taxxi illegali fiż-żoni tal-minjieri tad-deheb u li uża r-rikavat minnhom biex jixtri l-armi bi ksur tal-embargo fuq l-armi kontra r-RDK.

34.

Lucien Nzambamwita (alias: André Kalume)

Data tat-twelid: 1966

Post tat-twelid: Cellule Nyagitabire, Sector Ruvune, Commune Kinyami, Prefecture Byumba, Rwanda

Nazzjonalità: Rwanda

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Frar 2018

Informazzjoni oħra: Huwa ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK skont il-paragrafu 7(j) tal-UNSCR 2293.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Raġuni għall-elenkar:

Lucien Nzambamwita ddaħħal fil-lista fl-1 ta' Frar 2018 skont kriterji stipulati fil-paragrafu 7(j) tar-Riżoluzzjoni 2293 (2016) kif affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2360 (2017).

Informazzjoni addizzjonali:

Lucien Nzambamwita (magħruf ukoll bħala André Kalume) huwa mexxej militari tal-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FDLR) li joperaw fir-RDK, li jdgħajfu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tar-RDK u huma responsabbli għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem inkluż li mmiraw u qatlu persuni ċivili. Il-FDLR ġew sanzjonati mill-Kumitat 1533 fil-31 ta' Diċembru 2012.

35.

Gédéon Kyungu Mutanga Wa Bafunkwa Kanonga

Deżinjazzjoni: Mexxej tar-ribelli Katangani

Data tat-twelid: 1974

Post tat-twelid: Territorju ta' Manono, Provinċja ta' Katanga (issa l-Provinċja ta' Tanganyika)

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Frar 2018

Informazzjoni oħra: Gédéon Kyungu ġej mill-grupp etniku Balubakat. Wara li temm l-edukazzjoni primarja f'Likasi u l-iskola sekondarja f'Manono, kiseb lawrja fil-pedagoġija. Fl-1999 ingħaqad mal-moviment Maï Maï, u kkmanda, mill-2003, wieħed mill-aktar gruppi attivi fil-provinċja ta' Katanga. Fl-2006, żar il-forzi għaż-żamma tal-paċi tan-NU biex jintegra permezz tal-proċess ta' diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni (DDR). Ħarab mill-ħabs fl-2011 u ċeda ruħu f'Ottubru 2016. Huwa ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK skont il-paragrafu 7(e) tal-UNSCR 2293.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Raġuni għall-elenkar:

Gédéon Kyungu Mutanga Wa Bafunkwa Kanonga ddaħħal fil-lista fl-1 ta' Frar 2018 skont kriterji stipulati fil-paragrafu 7(e) tar-Riżoluzzjoni 2293 (2016) kif affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2360 (2017).

Informazzjoni addizzjonali:

Billi kien il-mexxej tal-milizzja Bakata Katanga (magħrufa wkoll bħala Kata Katanga) bejn l-2011 u l-2014, Gédéon Kyungu Mutanga kien involut f'abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem bħal qtil u attakki fuq persuni ċivili, speċjalment f'żoni rurali tal-provinċja ta' Katanga. Bħala Kmandant tal-grupp armat Bakata Katanga, li huwa ħati ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u delitti tal-gwerra, inkluż attakki kontra persuni ċivili, fix-Xlokk tar-RDK, Gédéon Kyungu Mutanga huwa għalhekk ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK.”


ANNESS II

L-entrati għall-persuni msemmija hawn taħt huma mħassra fil-Parti (A) tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK:

“9.

Gédéon Kyungu Mutanga;

13.

Muhindo Akili Mundos.”

10.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/23


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/203

tad-9 ta' Frar 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Fit-2 ta' Frar 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1970 (2011) emenda l-elenkar ta' bastiment soġġett għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)   ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


ANNESS

Fit-Taqsima B (Entitajiet) tal-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 1 hija sostitwita b'dan li ġej:

“1.   Isem: NADINE

magħruf ukoll bħala: mhux disponibbli qabel magħruf bħala: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi: 21 ta' Lulju 2017 (emendat fl-20 ta' Ottubru, fis-27 ta' Novembru 2017, fit-18 ta' Jannar u fit-2 ta' Frar 2018)

Informazzjoni addizzjonali

IMO: 8900878. Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-Riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiża u modifikata bil-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2146, din id-deżinjazzjoni ġiet imġedda mill-Kumitat fit-18 ta' Jannar 2018 u hija valida sas-17 ta' April 2018, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-Riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: Palau. Mid-19 ta' Jannar 2018, il-bastiment kien jinsab viċin il-kosta ta' MUSCAT, OMAN, barra mill-ilmijiet territorjali tiegħu.”.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

10.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/25


DEĊIŻJONI Nru 1/2017 TAS-SOTTOKUMITAT TA' ĠESTJONI SANITARJA U FITOSANITARJA BEJN L-UE U L-UKRAJNA

tas-16 ta' Mejju 2017

li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2018/204]

IS-SOTTOKUMITAT TA' ĠESTJONI SANITARJA U FITOSANITARJA BEJN L-UE U L-UKRAJNA

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 74 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), partijiet tal-Ftehim, inkluż il-Kapitolu 4 (Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji) tat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ), huma applikati proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2016.

(2)

L-Artikolu 74 tal-Ftehim jipprovdi li s-Sottokumitat ta' Ġestjoni Sanitarja u Fitosanitarja (“Sottokumitat SPS”) għandu jikkunsidra kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni tal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV ta' dan il-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 74(5) tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat SPS jeħtieġ li jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat SPS, kif stabbiliti fl-Appendiċi, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f'Kiev, is-16 ta' Mejju 2017.

Għas-Sottokumitat ta' Ġestjoni Sanitarja u Fitosanitarja bejn l-UE u l-Ukrajna

Il-President

V. LAPA

Is-Segretarji

O. KURIATA

R. FREIGOFAS


(1)   ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


ANNESS

REGOLI TA' PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT TA' ĠESTJONI SANITARJA U FITOSANITARJA EJN L-UE U L-UKRAJNA

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Is-Sottokumitat ta' Ġestjoni Sanitarja u Fitosanitarja (“Sottokumitat SPS”), stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 74(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), għandu jassisti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ kif imsemmi fl-Artikolu 465(4) tal-Ftehim, fil-qadi ta' dmirijietu.

2.   Is-Sottokumitat SPS għandu jwettaq il-kompiti indikati fl-Artikolu 74(2) tal-Ftehim fid-dawl tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 59 tal-Ftehim.

3.   Is-Sottokumitat SPS għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet, li huma responsabbli għal kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji.

4.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-Ukrajna li jkollu r-responsabbiltà għall-kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji għandu jaġixxi bħala President skont l-Artikolu 2.

5.   Għall-finijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, għandha tapplika d-definizzjoni tat-terminu “Partijiet” stabbilita fl-Artikolu 482 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Presidenza tas-Sottokumitat SPS għandha talterna bejn il-partijiet kull 12-il xahar. L-ewwel perjodu ta' 12-il xhar għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat SPS għandu jiltaqa' fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u, wara dan, fuq it-talba ta' xi waħda mill-Partijiet jew mill-inqas darba fis-sena.

2.   Kull laqgħa tas-Sottokumitat SPS għandha titlaqqa' mill-President f'data u f'post maqbula mill-Partijiet. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa għandu jinħareġ mill-President mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Fejn ikun possibbli, laqgħat regolari tas-Sottokumitat SPS għandhom jissejħu fi żmien debitu qabel il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ.

4.   Il-laqgħat tas-Sottokumitat SPS jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku bi qbil, bħalma huma l-vidjokonferenzi jew l-awdjokonferenzi.

5.   Meta ma jkunx imlaqqa', is-Sottokumitat SPS jista' jindirizza kwalunkwe kwistjoni permezz tal-korrispondenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, kull Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra, permezz tas-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS previst fl-Artikolu 5, bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet tagħha.

Artikolu 5

Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Ukrajna għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat SPS u għandhom iwettqu l-kompiti segretarjali b'mod konġunt u fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat SPS għandha tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu għandu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat SPS tingħata lill-President u tiġi ċċirkolata, f'konformità mal-Artikolu 7.

3.   Il-korrispondenza mill-President għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS f'isem il-President. Tali korrispondenza għandha tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, f'konformità mal-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti għandu jiġu ċċirkolati permezz tas-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS.

2.   Parti għandha tittrażmetti d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Dak is-Segretarju għandu jittrażmetti dawk id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Ukrajna u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ f'tali korrispondenza.

4.   Is-Segretarju tal-Ukrajna għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Ukrajna u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ f'tali korrispondenza.

5.   Is-Segretarji tas-Sottokumitat SPS għadhom iservu bħala punti ta' kuntatt għal skambji previsti fl-Artikolu 67 tal-Ftehim.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat SPS ma jkunux pubbliċi.

Meta Parti tippreżenta lis-Sottokumitat SPS informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali, il-Parti l-oħra għandha tittratta din l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Għanda titfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa, kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonali kif previst fl-Artikolu 10, mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi punti li s-Segretarjat ikun irċieva talba dwarhom mingħand xi Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuta mid-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda proviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, għandhom jiġu ċċirkolati skont l-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda għandha tkun adottata mis-Sottokumitat SPS fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President jista', fuq bażi ad hoc u bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti biex jattendu l-laqgħat tas-Sottokumitat SPS bħala osservaturisabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li dawk l-osservaturi jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President jista', f'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 biex jikkunsidra ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operazzjonali

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji.

2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jinkludu fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

il-parteċipanti fil-laqgħa, l-uffiċjali li jakkumpanjawhom u kull osservatur li jkun attenda għal-laqgħa;

(b)

id-dokumenti ppreżentati lill-Kumitat SPS;

(c)

id-dikjarazzjonijiet li s-Sottokumitat SPS ikun talab li jiddaħħlu; u

(d)

il-konklużjonijiet operazzjonali tal-laqgħa, kif imsemmi fil-paragrafu 4.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lis-Sottokumitat SPS għall-approvazzjoni. Dawn għandhom jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat SPS. Kopja tal-minuti approvati għandha tintbagħat lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

4.   L-abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonali ta' kull laqgħa għandu jitfassal mis-Segretarju tal-Parti li jkollha l-presidenza u jiġi ċċirkolat mal-Partijiet flimkien mal-aġenda, bħala regola mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa. L-abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonali għandu jiġi aġġornat matul il-laqgħa, sabiex fi tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, is-Sottokumitat SPS jadotta l-konklużjonijiet operazzjonali, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu li kien hemm qbil dwarhom mill-Partijiet. Ladarba jkunu miftiehma, il-konklużjonijiet operazzjonali għandhom ikunu mehmuża mal-minuti, u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi analizzata matul laqgħat sussegwenti tas-Sottokumitat SPS. Għal dak il-għan is-Sottokumitat SPS għandu jadotta mudell, li jippermetti li kull punt ta' azzjoni jiġi monitorjat b'referenza għal skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Is-Sottokumitat SPS jadotta deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet konġunti kif previst fl-Artikolu 74 tal-Ftehim. Dawk id-deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet konġunti għandhom jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.   Kull deċiżjoni, opinjoni, rakkomandazzjoni jew rapport għandha tkun iffirmata mill-President u awtentikata miż-żewġ Segretarji. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-President għandu jiffirma dawk id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni, l-opinjoni, ir-rakkomandazzjoni jew ir-rapport rilevanti.

3.   Jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk, is-Sottokumitat SPS jista' jadotta deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet, opinjonijiet jew rapporti bi proċedura bil-miktub, wara li jitlestew il-proċeduri interni rispettivi. Il-proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn iż-żewġ Segretarji, li jaġixxu bi qbil mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li matulu kull riżerva jew emenda trid tiġi mgħarrfa. Il-President jista', f'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba jkun hemm qbil fuq it-test, id-deċiżjoni, opinjoni, rakkomandazzjoni jew rapport għandhom jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji.

4.   L-atti tas-Sottokumitat SPS għandhom jingħataw it-titolu ta' “Deċiżjoni”, “Opinjoni”, “Rakkomandazzjoni” jew “Rapport”. Kull deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

5.   Id-deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u rapporti għandhom jiġu ċċirkolati maż-żewġ Partijiet.

6.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ għandu jkun mgħarraf b'kull deċiżjoni, opinjoni, rakkomandazzjoni, rapport u azzjoni oħra miftehma tas-Sottokumitat SPS.

7.   Kull Parti tista' tiddeċiedi jekk tippubblikax id-deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat SPS fil-ġurnal uffiċjali rispettiv tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Is-Sottokumitat SPS għandu jippreżenta rapport lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ dwar l-attivitajiet tiegħu u dawk tal-gruppi ta' ħidma tekniċi jew tal-gruppi ad hoc imwaqqfa mis-Sottokumitat SPS. Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat 25 jum qabel il-laqgħa annwali regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat SPS għandhom ikunu l-Ingliż u l-Ukrain.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat SPS għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tas-Sottokumitat SPS, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien u fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż marbutin ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u l-Ukrain għall-konformità mal-Artikolu 13(1) għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

L-ispejjeż marbutin mal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 15

Gruppi ta' ħidma tekniċi u gruppi ad hoc

1.   Is-Sottokumitat SPS jista' permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 74(3) tal-Ftehim joħloq jew jabolixxi, fejn xieraq, gruppi ta' ħidma tekniċi jew gruppi ta' ħidma ad hoc, inklużi gruppi xjentifiċi.

2.   Is-sħubija fi gruppi ad hoc ma għandhiex tkun ristretta għar-rappreżentanti tal-Partijiet. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-membri ta' kull grupp maħluq mis-Sottokumitat SPS jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità li jixraq.

3.   Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-gruppi maħluqa mis-Sottokumitat SPS għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tas-Sottokumitat SPS, li għandhom jirrappurtaw lilu.

4.   Il-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma jistgħu jsiru skont il-bżonn, personalment jew permezz ta' vidjokonferenza jew awdjokonferenza.

5.   Is-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS għandu jirċievi kopja tal-korrispondenza, dokumenti u komunikazzjonijiet kollha rilevanti li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-gruppi ta' ħidma.

6.   Il-gruppi ta' ħidma għandu jkollhom is-setgħa li jagħmlu rakkomandazzjonijiet bil-miktub quddiem is-Sottokumitat SPS. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu adottati b'kunsens u kkomunikati lill-President, li għandu jiċċirkola r-rakkomandazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 7.

7.   Dawn ir-regoli ta' proċedura għandhom jiġu applikati mutatis mutandis għal kwalunkwe grupp ta' ħidma tekniku jew grupp ta' ħidma ad hoc maħluq mis-Sottokumitat SPS, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan l-Artikolu. Ir-referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għas-Sottokumitat SPS.

Artikolu 16

Emenda

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat SPS skont l-Artikolu 74(5) tal-Ftehim.


(1)   ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


10.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/31


DEĊIŻJONI Nru 1/2017 TAS-SOTTOKUMITAT DWAR L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI BEJN L-UE U L-UKRAJNA

tat-18 ta' Mejju 2017

li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2018/205]

IS-SOTTOKUMITAT DWAR L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI BEJN L-UE U L-UKRAJNA

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), partijiet tal-Ftehim, inkluż is-subtaqsima 3 (Indikazzjonijiet ġeografiċi) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 9 (Proprjetà intellettwali) tat-Titolu IV (Kummerċ u wwistjonijiet relatati mal-kummerċ), huma applikati proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2016.

(2)

L-Artikolu 211 tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“Sottokumitat IĠ”) għandu jimmonitorja l-iżvilupp tal-Ftehim fil-qasam tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u għandu jservi bħala forum għal kooperazzjoni u djalogu dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(3)

L-Artikolu 211(2) tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat IĠ għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat IĠ, kif indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f' Kiev, it-18 ta' Mejju 2017.

Għas-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi bejn l-UE u l-Ukrajna

Il-President

B. PADUCHAK

Is-Segretarji

N. NIKOLAICHUK

C.F. RASMUSSEN


(1)   ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


ANNESS

REGOLI TA' PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT DWAR L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI BEJN L-UE U L-UKRAJNA

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“is-Sottokumitat IĠ”), stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 211 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), għandu jassisti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ, kif imsemmi fl-Artikolu 465(4) tal-Ftehim, fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu.

2.   Is-Sottokumitat IĠ għandu jwettaq il-funzjonijiet stipulati fl-Artikolu 211 tal-Ftehim.

3.   Is-Sottokumitat IĠ ikun kompost minn uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Ukrajna responsabbli għall-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

4.   Kull Parti għandha taħtar Kap tad-Delegazzjoni, li għandu jkun il-persuna ta' kuntatt għall-kwistjonijiet kollha marbutin mas-Sottokumitat.

5.   Il-Kapijiet tad-Delegazzjoni għandhom jaġixxu bħala President skont l-Artikolu 2.

6.   Kull Kap tad-Delegazzjoni jista' jiddelega l-funzjonijiet tiegħu kollha jew uħud minnhom lil deputat innominat, u f'dan il-każ kull referenza li ssir wara għall-Kap tad-Delegazzjoni tkun tapplika bl-istess mod għad-deputat innominat.

7.   Għall-finijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandha tapplika d-definizzjoni tat-terminu “Partijiet” stabbilita fl-Artikolu 482 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Presidenza tas-Sottokumitat SPS għandha talterna ebjn il-Partijiet kull 12-il xahar. L-ewwel perjodu ta' 12-il xahar għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat IĠ għandu jiltaqa' b'mod alternat fl-Unjoni u fil-Ukrajna fuq it-talba ta' xi waħda mill-Partijiet, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 90 jum wara t-talba.

2.   Kull laqgħa tas-Sottokumitat IĠ għandha titlaqqa' mill-President f'data u f'post li jkun hemm qbil dwaru mill-Partijiet. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa għandu jinħareġ mill-President mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Kull fejn possibbli, laqgħat regolari tas-Sottokumitat IĠ għandhom jissejjħu fi żmien debitu qabel il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ.

4.   B'eċċezzjoni, il-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku li l-Partijiet jaqblu dwaru, inkluża l-vidjokonferenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, kull Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra, permezz tas-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ, previst fl-Artikolu 5, dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni tagħha.

Artikolu 5

Segretarjat

Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Ukrajna għandhom jinħatru mill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet biex jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat IĠ u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt u fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat IĠ għandha tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu għandu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat IĠ tingħata lill-President u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, skont l-Artikolu 7.

3.   Il-korrispondenza mill-President għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ f'isem il-President. Din il-korrispondenza għandha tkun iċċirkolata, fejn xieraq, skont l-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti għandhom jiġu ċċirkolati permezz tas-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ.

2.   Parti għandha tittrażmetti d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju għandu jittrażmetti dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Ukrajna u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

4.   Is-Segretarju tal-Ukrajna għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Ukrajna u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ ma għandhomx ikunu pubbliċi.

Meta Parti tippreżenta lis-Sottokumitat IĠ informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa, kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonali kif previst fl-Artikolu 10, mis-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda proviżorja għandha tkun tinkludi punti li s-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ ikun irċieva talba dwarhom mingħand xi Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuta mid-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda proviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, għandhom jiġu ċċirkolati skont l-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda tiġi adottata mill-President u l-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President jista', fuq bażi ad hoc u bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti biex jattendu l-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ bħala oservaturisabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawk l-osservaturi jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President jista', f'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operazzjonali

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji.

2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

il-parteċipanti fil-laqgħa, l-uffiċjali li jakkumpanjawhom u kull osservatur li jkun attenda għal-laqgħa;

(b)

id-dokumenti ppreżentati lis-Sottokumitat IĠ;

(c)

id-dikjarazzjonijiet li s-Sottokumitat IĠ ikun talab li jiddaħħlu; kif ukoll

(d)

jekk ikun hemm bżonn, il-konklużjonijiet operazzjonali tal-laqgħa, imsemmija fil-paragrafu 4.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jkun ippreżentat lis-Sottokumitat IĠ għall-approvazzjoni. Dawn għandhom jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat IĠ. Kopja tal-minuti approvati għandha tintbagħat lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

4.   L-abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonali ta' kull laqgħa għandu jitfassal mis-Segretarju tas-Sottokumitat IĠ tal-Parti li jkollha l-presidenza u jiġi ċċirkolat mal-Partijiet flimkien mal-aġenda, bħala regola mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa. L-abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonali għandu jiġi aġġornat matul il-laqgħa, sabiex fi tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, is-Sottokumitat IĠ jadotta l-konklużjonijiet operazzjonali, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu li kien hemm qbil dwarhom mill-Partijiet. Ġaladarba jkun hemm qbil dwarhom, il-konklużjonijiet operazzjonali għandom jinthemżu mal-minuti, u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tkun eżaminata mill-ġdid matul laqgħat sussegwenti tas-Sottokumitat IĠ. Għal dak il-għan, is-Sottokumitat IĠ għandu jadotta mudell, li jippermetti li kull punt ta' azzjoni jiġi traċċat skont skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet

1.   Is-Sottokumitat IĠ għandu jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet fil-każijiet kif previsti fl-Artikolu 211(3) tal-Ftehim. Dawk id-deċiżjonijiet għandu jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Dawn għandom ikunu vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.   Kull deċiżjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant taż-żewġ Partijiet. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, ir-rappreżentanti għandhom jiffirmaw dawk id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni rilevanti.

3.   Jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk, is-Sottokumitat IĠ jista' jadotta deċiżjonijiet bi proċedura bil-miktub, wara li jitlestew il-proċeduri interni rispettivi. Il-proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn iż-żewġ Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mill-anqas minn 21 jum kalendarju li fih kull riżerva jew emenda trid tiġi mgħarrfa. Il-President jista', f'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba t-test jiġi miftiehem, id-deċiżjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant ta' kull Parti.

4.   L-atti tas-Sottokumitat IĠ għandhom ikunu intitolati “Deċiżjoni”. Kull deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

5.   Id-deċiżjonijiet tas-Sottokumitat IĠ għandhom jiġu ffirmati miż-żewġ Segretarji.

6.   Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati maż-żewġ Partijiet.

7.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ għandu jkun infurmat b'kull deċiżjoni, rapport u azzjoni oħra miftehma tas-Sottokumitat IĠ.

8.   Kull Parti tista' tiddeċiedi jekk tippubblikax id-deċiżjonijiet tas-Sottokumitat IĠ fil-ġurnal uffiċjali rispettiv tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

1.   Is-Sottokumitat IĠ għandu jirrapporta lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ dwar l-attivitajiet tiegħu f'kull laqgħa regolari ta' dawn tal-aħħar.

2.   Ir-rapporti għandhom ikunu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet u għandhom ikunu intitolati “Rapport”. Ir-rapporti għandhom ikunu ċċirkolati maż-żewġ Partijiet.

3.   Il-proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-rapporti.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat IĠ għandhom ikunu l-Ingliż u l-Ukrain.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat IĠ għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri l-ispejjeż li ġġarrab minħabba li tieħu sehem fil-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ, kemm fir-rigward tal-persunal, tal-ivvjaġġar u tal-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-infiq tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż marbutin ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u l-Ukrain għall-konformità mal-Artikolu 13(1) għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

L-ispejjeż marbutin mal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 15

Emenda

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati permezz ta' deċiżjoni tas-Sottokumitat SPS f'konformità mal-Artikolu 211(2) tal-Ftehim.


(1)   ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


10.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/36


DEĊIŻJONI Nru 1/2017 TAS-SOTTOKUMITAT DOGANALI BEJN L-UE U L-UKRAJNA

tal-15 ta' Ġunju 2017

li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2018/206]

IS-SOTTOKUMITAT DOGANALI BEJN L-UE U L-UKRAJNA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 83 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), partijiet tal-Ftehim, inkluż il-Kapitolu 5 (Dwana u faċilitazzjoni tal-kummerċ) tat-Titolu IV (Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ), huma applikati proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2016.

(2)

L-Artikolu 83 tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat Doganali għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV ta' dan il-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 83(e) tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat Doganali għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat Doganali, kif stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f'Kiev, il-15 ta' Ġunju 2017.

Għas-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Ukrajna

Il-President

M. PRODAN

Is-Segretarji

N. BILOUS

D. WENCEL


(1)   ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


ANNESS

REGOLI TA' PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT DOGANALI BEJN L-UE U L-UKRAJNA

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Is-Sottokumitat Doganali stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 83 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) (“Ftehim”), għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu kif previst f'dak l-Artikolu.

2.   Is-Sottokumitat Doganali għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Ukrajna responsabbli għall-kwistjonijiet doganali jew relatati mad-dwana.

3.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Ukrajna responsabbli għall-kwistjonijiet doganali jew relatati mad-dwana għandu jaġixxi bħala President skont l-Artikolu 2.

4.   Għall-finijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, għandha tapplika d-definizzjoni tat-terminu “Partijiet” stabbilita fl-Artikolu 482 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Presidenza tas-Sottokumitat Doganali għandha talterna bejn il-Partijiet kull 12-il xahar. L-ewwel perjodu ta' 12-il xahar għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat Doganali għandu jiltaqa' darba fis-sena jew fuq it-talba ta' xi waħda mill-Partijiet.

2.   Kull laqgħa tas-Sottokumitat Doganali għandha titlaqqa' mill-President f'data u f'post li jkun hemm qbil dwaru mill-Partijiet. L-avviż ta' sejħa għal-laqgħa għandha tinħareġ mill-President mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Il-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku miftiehem, bħalma huma l-vidjokonferenzi jew l-awdjokonferenzi.

4.   Meta ma jkunx imlaqqa', is-Sottokumitat Doganali jista' jindirizza kull kwistjoni permezz ta' korrispondenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, kull Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra, permezz tas-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali previst fl-Artikolu 5, dwar il-kompożizzjoni tagħha.

Artikolu 5

Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Ukrajna responsabbli għal kwistjonijiet doganali jew relatati mad-dwana għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat Doganali u għandhom iwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt u fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat Doganali għandha tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu għandu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat Doganali tingħata lill-President u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, skont l-Artikolu 7.

3.   Il-korrispondenza mill-President għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali f'isem il-President. Din il-korrispondenza għandha tkun iċċirkolata, fejn xieraq, skont l-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti għandhom jiġu ċċirkolati permezz tas-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali.

2.   Parti għandha tittrażmetti d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Dak is-Segretarju għandu jittrażmetti dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Ukrajna f'din il-korrispondenza. Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jibgħat kopja tad-dokumenti finali lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ.

4.   Is-Segretarju tal-Ukrajna għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Ukrajna u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni f'din il-korrispondenza. Is-Segretarju tal-Ukrajna għandu jibgħat kopja tad-dokumenti finali lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor bejn il-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali ma għandhomx ikunu pubbliċi.

Meta Parti tippreżenta lis-Sottokumitat Doganali informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa mis-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda proviżorja għandha tkun tinkludi punti li s-Segretarjat ikun irċieva talba dwarhom mingħand xi Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuta mid-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda proviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, għandhom jiġu ċċirkolati skont l-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda għandha tiġi adottata mis-Sottokumitat Doganali fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President jista', fuq bażi ad hoc u bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti biex jattendu l-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li dawk l-osservaturi jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President jista', f'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operazzjonali

1.   L-abbozz tal-minuti, inklużi l-konklużjonijiet operazzjonali, ta' kull laqgħa għandu jitfassal mis-Segretarju tal-Parti li jkollha l-presidenza.

2.   L-abbozzi tal-minuti, inklużi l-konklużjonijiet operazzjonali, għandhom jiġu ppreżentati lis-Sottokumitat Doganali għall-approvazzjoni. Dawn il-minuti għandhom jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju minn kull laqgħa tas-Sottokumitat Doganali. Kopja tal-minuti approvati għandha tintbagħat lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Is-Sottokumitat Doganali għandu jadotta l-arranġamenti prattiċi, miżuri, deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 83 tal-Ftehim. Dawn għandhom ikunu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.   Kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant taż-żewġ Partijiet. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, ir-rappreżentanti għandhom jiffirmaw dawk id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni rilevanti.

3.   Jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk, is-Sottokumitat Doganali jista' jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub, wara li jitlestew il-proċeduri interni rispettivi. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn iż-żewġ Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mill-anqas 21 jum kalendarju li matulu kull riżerva jew emenda trid tiġi mgħarrfa. Il-President jista', f'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba t-test jiġi miftiehem, id-deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandhom ikunu ffirmati minn rappreżentant ta' kull Parti.

4.   L-atti tas-Sottokumitat Doganali għandhom jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni”. Kull deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

5.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat Doganali għandhom ikunu awtentikati miż-żewġ Segretarji.

6.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għndhom ikunu ċċirkolati maż-żewġ Partijiet.

7.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ għandu jkun infurmat b'kull deċiżjoni, opinjoni, rakkomandazzjoni, rapport u azzjoni oħra miftiehma tas-Sottokumitat Doganali.

8.   Kull Parti tista' tiddeċiedi jekk tippubblikax id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat Doganali fil-ġurnal uffiċjali rispettiv tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Is-Sottokumitat Doganali għandu jirrapporta lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ f'kull laqgħa regolari annwali tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat Doganali għandhom ikunu l-Ingliż u l-Ukrain.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat Doganali għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien u fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż marbutin ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u l-Ukrain għall-konformità mal-Artikolu 13(1) għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

L-ispejjeż marbutin mal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 15

Emenda

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati permezz ta' deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali f'konformità mal-Artikolu 83(e) tal-Ftehim.


(1)   ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


Rettifika

10.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/41


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 tal-1 ta' Marzu 2017 li jimponi dazji kumpensatorji fuq l-importazzjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2016/1037

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 56 tat-3 ta' Marzu 2017 )

Fil-paġna 122, fl-ANNESS 1,

minflok:

Isem il-Kumpanija

kodiċi addizzjonali TARIC

“‘Era Solar Co. Ltd’

B818 ”

aqra:

Isem il-Kumpanija

kodiċi addizzjonali TARIC

“‘Zhejiang Era Solar Technology Co., Ltd’

B818 ”


10.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/41


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1570 tal-15 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 li jimponu dazji antidumping u kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jirrevoka d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 238 tas-16 ta' Settembru 2017 )

F'paġna 37, fl-ANNESS,

minflok:

Isem il-kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

“‘Zheijiang Era Solar Co. Ltd.’

B818 ”

aqra:

Isem il-kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

“‘Zhejiang Era Solar Technology Co., Ltd’

B818 ”