ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/193 tas-7 ta' Frar 2018 li tawtorizza laboratorji fil-Brażil u fil-Federazzjoni Russa jwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa (notifikata bid-dokument C(2018) 593) ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
9.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/188
tal-21 ta' Novembru 2017
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1394/2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina b'mod progressiv il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid. |
(2) |
L-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta pjanijiet għall-iskartar tal-ħut permezz ta' atti delegati għal perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin u li jista' jiġġedded darba abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti. |
(3) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1394/2014 (2) jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art permezz ta' ċerti mekkaniżmi ta' flessibbiltà. |
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 15(5)(c) (ii), li fost l-oħrajn, ipprovda pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċerti eżenzjonijiet mill-obbligu li jħottu l-art il-qabdiet kollha, minħabba spejjeż sproporzjonati tal-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa, għal dawk l-irkapti tas-sajd meta l-qabdiet mhux mixtieqa għal kull irkaptu tas-sajd ma jirrappreżentawx aktar minn ċertu perċentwal tal-qabda totali annwali ta' dak l-irkaptu (“eżenzjonijiet de minimis”). |
(5) |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1394/2014, il-pjan għall-iskartar tal-ħut jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017. |
(6) |
Il-Belġju, Franza, in-Netherlands, il-Portugall u Spanja għandhom interess ta' ġestjoni tas-sajd dirett fl-ilmijiet tal-Lbiċ. Wara li kkonsultaw mal-Kunsill Konsultattiv għall-Ilmijiet tal-Lbiċ u mal-Kunsill Konsultattiv għas-Sajd Pelaġiku, fit-2 ta' Ġunju 2017 dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni. |
(7) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta ssuġġeriet li d-durata ta' eżenzjonijiet de minimis stabbilita fi pjan għall-iskartar tal-ħut tiġi estiża għal-livelli ta' qbid skartat riveduti li ġejjin:
|
(8) |
Sabiex jiġġustifikaw l-eżenzjonijiet de minimis suġġeriti, l-Istati Membri pprovdew evidenza dwar l-ispejjeż sproporzjonati ta' ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa tal-attivitajiet tas-sajd rilevanti. L-evidenza ġiet analizzata mill-Grupp ta' Ħidma tal-Esperti tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) li kkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet konġunti fihom argumenti raġunati relatati mal-ispejjeż sproporzjonati fil-ġestjoni ta' qabdiet mhux mixtieqa, appoġġjati f'xi każijiet b'valutazzjoni kwalitattiva tal-ispejjeż. Fid-dawl ta' dan kollu u fin-nuqqas ta' informazzjoni xjentifika differenti, huwa xieraq li d-durata tal-eżenzjonijiet de minimis tiġi estiża f'konformità mal-livelli ta' perċentwal proposti fir-rakkomandazzjoni konġunta u f'livelli li ma jaqbżux dawk permessi skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
(9) |
L-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1394/2014 jipprevedu rispettivament eżenzjoni tas-sopravivenza għall-inċova, għas-sawrell, għas-sawrell ikħal u għall-kavalli maqbuda f'sajd artiġjanali bil-purse seine u għal daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni speċifiku għall-inċova. Dawk il-miżuri ġew evalwati b'mod pożittiv mill-STECF fl-2014. Il-Kummissjoni tqis li l-evidenza li fuqha kienet ibbażata din l-evalwazzjoni tibqa' valida għat-tliet snin li ġejjin. Għalhekk huwa xieraq li l-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri tiġi estiża sal-2020. |
(10) |
Għaldaqstant ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1394/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-istaġun tas-sajd u mal-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, jinħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Billi l-pjan għall-iskartar tal-ħut stabbilit mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1394/2014 se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2018, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1394/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3 Eżenzjonijiet de minimis B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwanitatijiet li ġejjin:
|
(2) |
Fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2020.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1394/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 31).
9.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/4 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/189
tat-23 ta' Novembru 2017
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1395/2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina b'mod progressiv il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid. |
(2) |
L-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta pjanijiet għall-iskartar tal-ħut permezz ta' atti delegati għal perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin u li jista' jiġġedded darba abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti. |
(3) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 (2) stabbilixxa pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art permezz ta' ċerti mekkaniżmi ta' flessibbiltà. |
(4) |
L-eżenzjonijiet mill-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha jistgħu jiġu speċifikati b'konformità mal-Artikolu 15(5)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 meta l-evidenza xjentifika tindika li ż-żieda tas-selettività tkun diffiċli ħafna jew li l-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa ġġib magħha spejjeż sproporzjonati (“eżenzjonijiet de minimis”). |
(5) |
Il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit għandhom interess ta' ġestjoni tas-sajd dirett fil-Baħar tat-Tramuntana. Wara li kkonsultaw mal-Kunsill Konsultattiv għall-Baħar tat-Tramuntana u mal-Kunsill Konsultattiv għas-Sajd Pelaġiku, fil-31 ta' Mejju 2017 dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni. |
(6) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta tissuġġerixxi li għas-snin 2018, 2019 u 2020 tiġi stabbilita eżenzjoni de minimis sa massimu ta' 1 % tat-total tal-qabdiet annwali għall-kavalli, għas-sawrell, għall-aringi u għall-istokkafixx fis-sajd ta' ħut pelaġiku żgħir b'bastimenti tat-tkarkir b'irkaptu tan-nofs fond (OTM u PTM) b'tul globali ta' 25 m, immirat għall-kavalli, għas-sawrell u għall-aringi fid-diviżjonijiet IVb u c tal-ICES fin-Nofsinhar ta' 54 grad tat-Tramuntana. |
(7) |
L-Istati Membri pprovdew evidenza xjentifika sabiex juru li l-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa fis-sajd rilevanti ġġib magħha spejjeż sproporzjonati. Dik l-evidenza ġiet analizzata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). L-STECF innota li l-eżenzjoni de minimis tista' tipprovdi inċentiv lill-flotot involuti biex jadattaw l-imġiba tagħhom u jkomplu jirriċerkaw dwar modi ta' kif tista' tittejjeb is-selettività. Għalhekk, l-eżenzjoni kkonċernata li qed tiġi ssuġġerita tista' tiġi inkluża fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014. |
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li d-durata tal-pjan għall-iskartar tal-ħut tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2020. |
(9) |
L-Artikoli 2, 4 u 4a tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014 jipprevedu rispettivament eżenzjoni tas-sopravivenza għall-kavalli u għall-aringi maqbuda f'sajd bil-purse seine, għad-dokumentazzjoni tal-qabdiet u għall-miżuri tekniċi għas-sajd tal-laċċ ikħal. Il-miżura dwar l-eżenzjoni tas-sopravivenza ġiet evalwata b'mod pożittiv mill-STECF fl-2014 u l-miżuri tekniċi dwar is-sajd għal-laċċ ikħal ġew evalwati b'mod pożittiv mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) fl-2017. Il-Kummissjoni tqis li l-evidenza li fuqha kienet ibbażata dik l-evalwazzjoni tibqa' valida għat-tliet snin li ġejjin. Għalhekk huwa xieraq li l-applikazzjoni tal-miżuri tiġi estiża sal-2020. |
(10) |
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014 u l-Anness tiegħu jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(11) |
Billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-istaġun tas-sajd u mal-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Billi l-pjan għall-iskartar tal-ħut stabbilit mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1395/2014 se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2018, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 3, l-intestatura tinbidel b'dan li ġej: “Eżenzjoni de minimis fis-snin 2015 u 2016” |
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej: “Artikolu 3a Eżenzjoni de minimis fis-snin 2018, 2019 u 2020 “B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, sa massimu ta' 1 % tat-total tal-qabdiet annwali għall-kavalli, għas-sawrell, għall-aringi u għall-istokkafixx fis-sajd pelaġiku li jsir b'bastimenti tat-tkarkir pelaġiċi b'tul globali ta' sa 25 m, bl-użu ta' rkaptu tan-nofs fond (OTM/PTM), immirat għall-kavalli, għas-sawrell u għall-aringi fid-diviżjonijiet IVb u c tal-ICES fin-Nofsinhar ta' 54 grad tat-Tramuntana jistgħu jiġu skartati fl-2018, fl-2019 u fl-2020.”” |
(3) |
Fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2020.” |
(4) |
L-Anness jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22 .
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 35).
ANNESS
ANNESS
1. |
Sajd pelaġiku żgħir fiż-żona IIIa tal-ICES (Skagerrak and Kattegat):
|
2. |
Sajd pelaġiku żgħir fiż-żona IV tal-ICES (il-Baħar tat-Tramuntana).
|
3. |
Bastimenti oħra li jistadu għall-ispeċijiet pelaġiċi żgħar imsemmija fl-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li mhumiex koperti mill-punti 1 u 2 ta' dan l-Anness. |
4. |
Sajd industrijali fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIIa u IV tal-ICES:
|
(1) Xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti u xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bil-paranzi b'malji ta' daqs < 70 mm
(2) Malji ta' daqs 50 – 99 mm
(3) Malji ta' daqs 50 – 90 mm
9.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/8 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/190
tal-24 ta' Novembru 2017
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1393/2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd pelaġiku fl-ilmijiet tal-Majjistral
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina b'mod progressiv il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma suġġetti għal-limiti ta' qbid. |
(2) |
L-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta pjanijiet għall-iskartar tal-ħut permezz ta' atti delegati għal perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin u li jista' jiġġedded darba abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti. |
(3) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1393/2014 (2) stabbilixxa pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd pelaġiku fl-ilmijiet tal-Majjistral sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art permezz ta' ċerti mekkaniżmi ta' flessibbiltà. |
(4) |
Il-Belġju, Franza, l-Irlanda, in-Netherlands, Spanja u r-Renju Unit għandhom interess ta' ġestjoni tas-sajd dirett fil-Baħar tat-Tramuntana. Wara li kkonsultaw mal-Kunsill Konsultattiv għall-Ilmijiet tal-Majjistral u mal-Kunsill Konsultattiv għas-Sajd Pelaġiku, fil-31 ta' Mejju 2017, dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni. |
(5) |
L-eżenzjonijiet mill-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha jistgħu jiġu speċifikati b'konformità mal-Artikolu 15(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fir-rigward ta' speċijiet li għalhom l-evidenza xjentifika turi rati għolja ta' sopravvivenza (“eżenzjonijiet għas-sopravvivenza”). |
(6) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta tissuġġerixxi li tiġi applikata, taħt ċerti kundizzjonijiet, eżenzjoni għas-sopravvivenza fl-2019 u fl-2020 għall-kavalli u għall-aringi maqbuda fis-sajd bit-tarturun tal-lampara, immirata għal speċijiet bla kwota fid-diviżjonijiet VIIe u VIIf tal-ICES. L-evidenza pprovduta mill-Istati Membri sabiex jiġġustifikaw l-eżenzjoni ġiet analizzata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) L-STECF ikkonkluda li l-evidenza li tappoġġa l-eżenzjoni ssuġġerita kienet simili għal dik li tiġġustifika eżenzjonijiet oħra inklużi fi pjan preċedenti għall-iskartar tal-ħut u din kienet diġà ġiet ivvalutata qabel mill-STECF. L-eżenzjonijiet mill-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha jistgħu jiġu speċifikati wkoll b'konformità mal-Artikolu 15(5)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 meta l-evidenza xjentifika tindika li ż-żieda tas-selettività tkun diffiċli ħafna jew li l-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa ġġib magħha spejjeż sproporzjonati (“eżenzjonijiet de minimis”). |
(7) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta tissuġġerixxi eżenzjoni de minimis sa massimu ta' 6 % fl-2018, u ta' 5 % fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali ta' stokkafixx (Micromesistius poutassou) fis-sajd industrijali bit-tkarkir għal ħut pelaġiku, immirat għal dik l-ispeċi fid-diviżjonijiet Vb, VI u VII tal-ICES u l-ipproċessar ta' dik l-ispeċi abbord sabiex tinkiseb bażi tas-surimi. L-Istati Membri kkonċernati pprovdew evidenza sabiex juru li ż-żieda tas-selettività ma tistax tinkiseb u li l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa huma sproporzjonati. L-STECF analizza l-eżenzjoni ssuġġerita u kkonkluda li l-argumenti tagħha huma raġunati biżżejjed. Għalhekk, l-eżenzjoni li qed tiġi ssuġġerita tista' tiġi inkluża fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1393/2014. |
(8) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta tissuġġerixxi eżenzjoni de minimis sa massimu ta' 6 % fl-2018, u ta' 5 % fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali ta' alonga (Thunnus alalunga) fis-sajd immirat għall-alonga bl-użu ta' xbieki tat-tkarkir bil-paranza tal-fond nofsani (PTM) fid-diviżjoni VII tal-ICES. L-Istati Membri pprovdew evidenza sabiex juru li l-ispejjeż tal-ħżin u tal-ġestjoni, fil-baħar u fuq l-art, tal-qabdiet mhux mixtieqa huma sproporzjonati. L-evidenza pprovduta mill-Istati Membri ġiet analizzata mill-STECF. Fl-evalwazzjoni tiegħu, l-STECF esprima r-riskju tas-selezzjoni kwalitattiva. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi nnotat li skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 19a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/1998 (3), il-projbizzjoni tal-iskartar tal-ħut mhix applikabbli għal qabdiet ta' speċijiet li huma eżentati mill-obligu ta' ħatt fl-art b'konformità mal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Għalhekk, l-eżenzjoni li qed tiġi ssuġġerita tista' tiġi inkluża fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1393/2014. |
(9) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta tissuġġerixxi li fis-snin 2018, 2019 u 2020 tiġi applikata eżenzjoni de minimis sa massimu ta' 1 % tat-total tal-qabdiet annwali għall-kavalli (Scomber scombrus), għas-sawrell (Trachurus ssp.), għall-aringi (Clupea harengus) u għall-istokkafixx (Merlangius Merlangus) fis-sajd ta' ħut pelaġiku żgħir li jsir b'bastimenti tat-tkarkir b'irkaptu tan-nofs fond (OTM u PTM) b'tul globali ta' sa 25 m u mmirat għall-kavalli, għas-sawrell u għall-aringi fid-diviżjoni VIId tal-ICES. L-evidenza pprovduta mill-Istati Membri sabiex jappoġġaw l-eżenzjoni ssuġġerita ġiet analizzata mill-STECF. L-STECF innota li l-eżenzjoni de minimis tista' tipprovdi inċentiv lill-flotot involuti biex jadattaw l-imġiba tagħhom u jkomplu jirriċerkaw dwar modi ta' kif tista' tittejjeb is-selettività. Għalhekk, l-eżenzjoni kkonċernata tista' tiġi inkluża fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1393/2014. |
(10) |
Konsegwentement, jenħtieġ li d-durata tal-pjan għall-iskartar tal-ħut tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2020. |
(11) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1393/2014 jipprevedi rispettivament eżenzjoni tas-sopravvivenza għall-kavalli u għall-aringi maqbuda f'sajd bil-purse seine. Din il-miżura ġiet evalwata b'mod pożittiv mill-STECF fl-2014. Il-Kummissjoni tqis li l-evidenza li fuqha kienet ibbażata dik l-evalwazzjoni tibqa' valida għat-tliet snin li ġejjin. Għalhekk huwa xieraq li l-applikazzjoni ta' din il-miżura tiġi estiża sal-2020. |
(12) |
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1393/2014 u l-Anness tiegħu jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(13) |
Billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-istaġun tas-sajd u mal-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Billi l-pjan għall-iskartar tal-ħut stabbilit mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1393/2014 se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2018, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1393/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu 6 li ġej: “6. B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu ta' ħatt l-art ma għandux ikun applikabbli fl-2019 u fl-2020 għal qabdiet tal-kavalli u tal-aringi fis-sajd bit-tarturun tal-lampara immirat għal speċijiet pelaġiċi li mhumiex suġġetti għal kwoti fid-diviżjonijiet VIIe u VIIf tal-ICES, jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament ikunu ssodisfati mutatis mutandis.” |
(2) |
Fl-Artikolu 3, l-intestatura tinbidel b'dan li ġej: Eżenzjonijiet “de minimis fis-snin 2015, 2016 u 2017”. |
(3) |
Jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej: “Artikolu 3a Eżenzjonijiet de minimis fis-snin 2018, 2019 u 2020 ‘B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwanitatijiet li ġejjin:
|
(4) |
Fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2020.” |
(5) |
L-Anness jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1393/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Majjistral (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 25).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).
ANNESS
1. |
Sajd fiż-żoni Vb, VIa, VIb tal-ICES
|
2. |
Sajd fiż-żoni VII tal-ICES (esklużi ż-żoni VIIa, VIId u VIIe tal-ICES)
|
3. |
Sajd fiż-żoni VIId u VIIe tal-ICES:
|
4. |
Sajd fiż-żona VIIa tal-ICES:
|
9.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/13 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/191
tat-30 ta' Novembru 2017
li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku, fir-rigward tal-istokkijiet tal-pixxispad tal-Mediterran
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex jiġi protett il-pixxispad mhux matur, il-paragrafi 15 u 17 tar-Rakkomandazzjoni 16-05 tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) jipprevedu daqs minimu għall-pixxispad maqbud fil-Mediterran. Il-qabdiet u l-qabdiet inċidentali ta' pixxispad iżgħar minn dan id-daqs minimu, inkluż is-sajd sportiv u rikreattiv, m'għandhomx jinżammu abbord il-bastiment tas-sajd, jiġu ttrażbordati, jinħattu l-art, jiġu trasportati, jinħażnu, jibiegħu, jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ. |
(2) |
Barra minn hekk, skont il-paragrafu 17 tar-Rakkomandazzjoni 16-05, il-bastimenti li jkunu qed jistadu b'mod attiv għall-pixxispad għandhom iwarrbu il-qabdiet inċidentali ta' pixxispad iżgħar mid-daqs minimu li jaqbeż il-5 % tal-qabda totali ta' pixxispad tagħhom. |
(3) |
Għas-sajd sportiv u rikreattiv, il-paragrafi 23 u 26 tar-Rakkomandazzjoni 16-05 tal-ICCAT jistabbilixxu li għandhom ikunu pprojbiti l-qbid, iż-żamma abbord, it-trasbord jew il-ħatt l-art ta' aktar minn pixxispad tal-Mediterran wieħed għal kull bastiment kuljum. Miżuri neċessarji għandhom ikunu fis-seħħ sabiex jiżguraw, sa fejn huwa l-aktar possibbli, ir-rilaxx ta' pixxispad tal-Mediterran li jinqabad ħaj waqt sajd sportiv u ta' rikreazzjoni, speċjalment dak mhux matur. |
(4) |
Il-paragrafu 30 tar-Rakkomandazzjoni 16-05 tal-ICCAT jistabbilixxi li bastimenti li mhumiex awtorizzati jistadu b'mod attiv għall-pixxispad tal-Mediterran jistgħu jżommu abbord qbid ta' pixxispad li ma jaqbiżx il-limitu massimu ta' qbid inċidentali għal kull bastiment u għal kull operazzjoni ta' sajd. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-limitu tal-qabdiet inċidentali fil-pjanijiet tas-sajd annwali tagħhom u jirrapportawh lill-Kummissjoni. Il-bastimenti li mhumiex awtorizzati jistadu b'mod attiv għall-pixxispad tal-Mediterran m'għandux iżommu abbord qabdiet inċidentali ta' pixxispad tal-Mediterran li jaqbżu l-limiti tal-pjanijiet annwali nazzjonali tas-sajd. |
(5) |
Biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 16-05 u l-liġi tal-Unjoni Ewropea, l-obbligu ta' ħatt l-art fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandux japplika għall-bastimenti tal-Unjoni li jipparteċipaw f'sajd tal-pixxispad tal-Mediterran. |
(6) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 (2) għandu jiġi emendat biex jinkludi dispożizzjonijiet ġodda li jirriflettu l-kundizzjonijiet għas-sajd stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 16-05 tal-ICCAT. |
(7) |
B'konformità mal-iskadenzi li ġew stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/98 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu l-ġdid 5a huwa inserit kif ġej: “Artikolu 5a Pixxispad tal-Mediterran (1) B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandu jkun ipprojbit li qabdiet u qabdiet inċidentali tal-pixxispad (Xiphias gladius) inklużi dawk minn sajd sportiv u rikjeattiv jiġu mistada, jinżammu abbord, jiġu trażbordati, jinħattu l-art, jiġu ttrasportati, jinħażnu, jinbiegħu, jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ:
(2) Minkejja l-paragrafu 1, bastimenti li jistadu b'mod attiv għall-pixxispad jistgħu iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasferixxu, iħottu, jittrasportaw, jaħżnu, jbigħu, juru jew joffru għall-bejgħ qabdiet inċidentali ta' pixxispad iżgħar mid-daqs minimu, sakemm qabdiet bħal dawn ma jeċċedux 5 % skont il-piż jew in-numru ta' biċċiet tal-qabda totali ta' pixxispad minn bastimenti bħal dawn. (3) B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bastimenti li ma jkunux qegħdin jistadu b'mod attiv għall-pixxispad m'għandhomx iżommu abbord pixxispad li jaqbeż il-limitu tal-qabdiet inċidentali li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom għall-qabda totali abbord skont il-piż jew in-numru ta' biċċiet. (4) B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom ikunu pprojbiti is-sajd, iż-żamma abbord, it-trasbord jew il-ħatt l-art ta' aktar minn pixxispad wieħed għal kull bastiment kuljum fil-każ tas-sajd sportiv u rikreattiv. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw u jiffaċilitaw ir-rilaxx ta' pixxispad maqbud ħaj fil-qafas tas-sajd sportiv u rikreattiv.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 23).
9.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/192
tat-8 ta' Frar 2018
li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-laboratorji ta' referenza tal-UE fil-qasam tal-kontaminanti fl-għalf u fl-ikel
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(5) u (6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi l-kompiti, id-dmirijiet u r-rekwiżiti ġenerali għal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea (il-laboratorji ta' referenza tal-UE) għall-ikel u l-għalf u għas-saħħa tal-annimali. Skont dak ir-Regolament il-laboratorji ta' referenza tal-UE huma responsabbli, b'mod partikolari, biex jipprovdu lill-laboratorji ta' referenza nazzjonali bid-dettalji tal-metodi analitiċi u biex jikkoordinaw l-applikazzjoni tat-tali metodi. Il-laboratorji ta' referenza tal-UE għall-ikel u l-għalf huma elenkati fil-Parti I tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament. Fil-qasam tal-kontaminanti fl-għalf u fl-ikel, kienu ġew innominati laboratorju ta' referenza tal-UE għall-metalli tqal fl-għalf u fl-ikel, laboratorju ta' referenza tal-UE għall-mikotossini, laboratorju ta' referenza tal-UE għall-Idrokarbonji Poliċikliċi Aromatiċi (PAH) u laboratorju ta' referenza tal-UE għad-dijossini u l-(PCBs) fl-għalf u fl-ikel. |
(2) |
Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (il-JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, li ilu mill-2006 u għadu s'issa jospita l-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-metalli tqal fl-għalf u fl-ikel, il-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-Idrokarbonji Aromatiċi Poliċikliċi (PAHs) u l-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-mikotossini fl-ikel u l-għalf, għarraf lid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari li b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2018, mhux se jibqa' jospita dawn il-laboratorji ta' referenza tal-UE. |
(3) |
F'dawn l-oqsma, l-effettività tal-kontrolli uffiċjali u tal-attivitajiet oħra ta' kontroll tiddependi mill-kwalità, mill-uniformità u mill-affidabbiltà tal-metodi ta' analiżi u mir-riżultati analitiċi mwettqa mil-laboratorji uffiċjali u hemm ħtieġa kontinwa biex jiġu promossi prattiki uniformi fl-użu tal-metodi analitiċi. Jeħtieġ li jinżamm laboratorju ta' referenza tal-UE f'dawn l-oqsma u, għalhekk li jiġu nnominati laboratorji ta' referenza ġodda tal-UE. Barra minn hekk, billi mill-2006 'l hawn, kienu ġew identifikati prijoritajiet ġodda fl-oqsma tal-metalli, tal-komposti nitroġeni, tal-kontaminanti tal-ipproċessar u tat-tossini tal-pjanti, jeħtieġ li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet u tal-kompiti tal-laboratorji ta' referenza ġodda tal-UE li se jiġu nnominati. |
(4) |
Jenħtieġ għalhekk li l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet u tal-kompiti tal-laboratorju ta' referenza tal-UE attwali għall-metalli tqal fl-għalf u fl-ikel jiġi estiż għall-metalli u l-komposti nitroġeniċi kollha fl-għalf u fl-ikel, dak tal-laboratorju ta' referenza tal-UE attwali għall-Idrokarbonji Poliċikliċi Aromatiċi (PAH) jiġi estiż għall-kontaminanti tal-ipproċessar kollha, u dak tal-laboratorju ta' referenza tal-UE attwali għall-mikotossini fl-għalf u fl-ikel, jiġi estiż għall-mikotossini u t-tossini tal-pjanti fl-għalf u fl-ikel. |
(5) |
Għalhekk, fit-23 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni nediet sejħa għal applikazzjonijiet biex jintagħżel u jiġi nnominat laboratorju ta' referenza tal-UE fl-oqsma msemmija hawn fuq. Jenħtieġ li l-laboratorju magħżul, l-Istitut Nazzjonali tal-Ikel, l-Università Teknika tad-Danimarka (id-Danimarka) jiġi nnominat bħala laboratorju ta' referenza tal-UE għall-metalli u l-komposti nitroġeniċi fl-għalf u fl-ikel, il-laboratorju l-Istitut Nazzjonali tal-Ikel, l-Università Teknika tad-Danimarka (id-Danimarka) bħala l-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-kontaminanti tal-ipproċessar u l-laboratorju RIKILT (Stichting Wageningen Research) (in-Netherlands) bħala l-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-mikotossini u t-tossini tal-pjanti fl-għalf u fl-ikel. |
(6) |
Minħabba l-importanza dejjem tikber tal-kontaminanti klorinati persistenti għajr il-PCBs u d-diossini, tal-kontaminanti brominati persistenti u tal-kontaminanti fluworinati persistenti għas-sikurezza tal-għalf u tal-ikel, huwa wkoll xieraq li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tal-laboratorju ta' referenza tal-UE għad-dijossini u l-PCBs fl-għalf u fl-ikel għall-pollutanti organiċi persistenti (POPs) aloġenati kollha fl-għalf u fl-ikel. Għalhekk, jenħtieġ li l-laboratorju ta' referenza tal-UE għad-dijossini u l-PCBs fl-għalf u fl-ikel jingħata l-isem ġdid ta' laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pollutanti organiċi persistenti (POPs) aloġenati fl-għalf u fl-ikel sabiex jirrifletti din l-estensjoni fil-kamp ta' applikazzjoni. |
(7) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
ANNESS
Fil-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-punti 18 sa 21 jinbidlu b'dan li ġej:
“18. |
Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-metalli u l-komposti nitroġenużi fl-għalf u fl-ikel National Food Institute, Technical University of Denmark Copenhagen Id-Danimarka; |
19. |
Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-mikotossini u t-tossini tal-pjanti fl-għalf u fl-ikel RIKILT (Stichting Wageningen Research) Wageningen In-Netherlands; |
20. |
Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-kontaminanti tal-ipproċessar National Food Institute, Technical University of Denmark Copenhagen Id-Danimarka; |
21. |
Il-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pollutanti organiċi persistenti (POPs) aloġenati fl-għalf u fl-ikel Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg Freiburg Il-Ġermanja;” |
DEĊIŻJONIJIET
9.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/18 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/193
tas-7 ta' Frar 2018
li tawtorizza laboratorji fil-Brażil u fil-Federazzjoni Russa jwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa
(notifikata bid-dokument C(2018) 593)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta' testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effikaċja tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (2) tipprevedi sistema alternattiva għall-kwarantina għar-rabja, għad-dħul ta' ċerti karnivori domestiċi fl-Istati Membri. B'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva, dik is-sistema teħtieġ, fil-każ tal-importazzjoni ta' klieb, qtates u inmsa minn ċerti pajjiżi terzi, kontrolli fuq l-effikaċja tat-tilqim ta' dawk l-annimali bit-titrazzjoni tal-antikorpi. |
(2) |
Dawn il-kontrolli huma meħtieġa wkoll skont l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fir-rigward tal-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa minn ċerti pajjiżi terzi. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2000/258/KE ħatret lill-Agence française de sécurité sanitaire des aliments (l-AFSSA) f'Nancy, Franza, bħala l-istitut speċifiku responsabbli mill-iffissar tal-kriterji meħtieġa biex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja. L-AFSSA issa ġiet integrata fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail (l-ANSES) fi Franza. |
(4) |
Fost l-oħrajn, id-Deċiżjoni 2000/258/KE tipprevedi li l-ANSES għandha tivvaluta l-laboratorji f'pajjiżi terzi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni biex iwettqu t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tal-vaċċini kontra r-rabja. |
(5) |
L-awtorità kompetenti tal-Brażil ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju “TECSA LABORATÓRIOS LTDA” f'Belo Horizonte, li għaliha l-ANSES stabbiliet u ressqet rapport ta' valutazzjoni favorevoli lill-Kummissjoni, bid-data tat-23 ta' Ottubru 2017. |
(6) |
L-awtorizzazzjoni mogħtija fil-31 ta' Jannar 2006 b'konformità mad-Deċiżjoni 2000/258/KE lill-“Instituto Pasteur” f'São Paulo, il-Brażil, ġiet irtirata b'konformita mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE (4) wara r-rapport ta' valutazzjoni sfavorevoli stabbilit mill-ANSES bid-data tat-30 ta' Settembru 2011 għal dan il-laboratorju u mressaq lill-Kummissjoni. |
(7) |
L-awtorità kompetenti tal-Brażil ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-ġdid tal-“Instituto Pasteur” f'São Paulo, li dwaru l-ANSES stabbiliet u ressqet rapport ta' valutazzjoni favorevoli bid-data tat-23 ta' Ottubru 2017 lill-Kummissjoni. |
(8) |
L-awtorità kompetenti tal-Federazzjoni Russa ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorji “NoviStem LLC” f'Moska u “Institute of Veterinary Medicine Biotechnology LLC (IBVM)” f'Volginski, li dwarhom l-ANSES stabbiliet u ressqet rapport ta' valutazzjoni favorevoli lill-Kummissjoni, bid-data tat-23 ta' Ottubru 2017. |
(9) |
Il-laboratorji “TECSA LABORATÓRIOS LTDA” f'Belo Horizonte, “Instituto Pasteur” f'São Paulo, “NoviStem LLC” f'Moska u “Institute of Veterinary Medicine Biotechnology LLC (IBVM)” f'Volginski, għandhom għalhekk jiġu awtorizzati biex iwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorji li ġejjin huma awtorizzati jwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa:
(a) |
|
(b) |
|
(c) |
|
(d) |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.
(2) Id-Direttiva 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54);
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE tad-9 ta' Awwissu 2010 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE fir-rigward tat-testijiet ta' profiċjenza għall-finijiet taż-żamma tal-awtorizzazzjonijiet tal-laboratorji biex iwettqu testijiet seroloġiċi biex jimmonitorizzaw l-effettività tal-vaċċini tal-idrofobija (ĠU L 209, 10.8.2010, p. 19).
9.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/20 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2018/194
tat-8 ta' Frar 2018
li tistabbilixxi mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti ta' riżorsi proprji u formola għar-rapporti dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati korrispondenti għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 6(4) u 13(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2016/2366 (2), tippreskrivi l-arranġamenti għat-trażmissjoni ta' informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri taħt is-sistema tar-riżorsi proprji. |
(2) |
Il-mudelli jeħtieġ li jkunu stabbiliti għal kull xahar tat-trażmissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-kont “A” u tal-kont “B” sabiex ikunu jistgħu jiġu rrapportati b'mod strutturat. Huwa neċessarju li jkun iċċarat li “l-ammonti rkuprati” jirriflettu t-twettiq tal-obbligi finanzjarji tal-Istati Membri biex jagħmlu disponibbli riżorsi proprji tradizzjonali u mhux biss il-ħlasijiet riċevuti mill-Istati Membri ta' operaturi ekonomiċi minħabba d-dazji doganali. Għalhekk, “l-ammonti rkuprati” jenħtieġ li inkludu b'mod espliċitu dawn l-ammonti, li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni minħabba li n-nuqqas ta' rkupru tagħhom lejn debituri huwa attribwibbli lill-Istati Membri wara żbalji amministrattivi jew nuqqas ta' diliġenza fl-isforzi ta' rkupru tal-Istati Membri. Informazzjoni addizzjonali jenħtieġ li tkun ipprovduta fir-rendikonti biex tikkontribwixxi għal aktar ċarezza u trasparenza fir-rendikonti. |
(3) |
L-ammonti kollha disponibbli bħala riżorsi proprji tradizzjonali fuq il-kontijiet tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014, jenħtieġ li jkunu introdotti fir-rendikonti kontabilistiċi, u, jekk ikun il-każ, l-annessi tagħhom. Biex ikun żgurat li l-ammonti kollha jkunu rreġistrati, anki dawk disonibbli barra mil-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 10(1) ta-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014, informazzjoni addizzjonali jenħtieġ li tiddaħħal fl-annessi sussegwenti mar-rendikont tal-kont “A”. |
(4) |
Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 jenħtieġ li jkun fih il-fatti kollha neċessarji biex issir eżaminazzjoni sħiħa tar-raġunijiet, li ostakolaw lill-Istat Membru milli jagħmel disponibbli l-ammonti meqjusa jew iddikjarati irrekuperabbli li jaqbżu EUR 100 000, inkluż il-miżuri ta' rkupru meħuda mill-Istat Membru. Ir-rapporti ppreżentati skont id-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2366 xi drabi ma jkunux eżawrjenti u għal dik ir-raġuni jkun meħtieġ li jsiru talbiet għal informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri kkonċernati. Għaldaqstant, huwa neċessarju li jkunu introdotti elementi u kjarifikazzjonijiet addizzjonali fil-formoli eżistennti, bħal dettalji ulterjuri fuq id-dejn imġarrab u fuq l-avvenimenti li wasslu għall-istabbiliment tal-intitolament, dwar l-assistenza reċiproka u dwar il-proċess ta' pagament u ta' rkupru. |
(5) |
Jenħtieġ li jkunu kkunsidrati l-emendi tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 introdotti bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/804 (3) applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2016 fir-rigward tal-ħelsien potenzjali mill-obbligu li dawk l-ammonti ta' riżorsi proprji tradizzjonali li jirriżultaw irrekuperabbli minħabba d-dħul differit fil-kontijiet jew notifika differita tad-dejn doganali jkunu disponibbli għall-baġit tal-Unjoni sabiex ma jiġux ippreġudikati investigazzjonijiet kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
(6) |
Huwa neċessarju li jkun ipprovdut għal perjodu ta' tranżizzjoni biex l-Istati Membri jingħataw żmien jadattaw għall-bidliet introdotti fil-forom tar-rapportar skont l-Artikoli 6(4) u 13(3) tar-regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014. |
(7) |
Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2366 jenħtieġ li tkun imħassra, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli li stabbiliti fl-Annessi I, II, III u IV ta' din id-Deċiżjoni biex ifasslu d-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji msemmija fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness V ta' din id-Deċiżjoni biex ifasslu rapporti dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati li jikkorrispondu għal intitolamenti għal riżorsi proprji msemmija fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014. Huma għandhom jittrażmettu dawn ir-rapporti billi jużaw is-sistema ta' ġestjoni u informazzjoni elettronika bbażata fuq l-Internet ipprovduta mill-Kummissjoni.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli msemmija fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-20 ta' Lulju 2018. L-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2366 sad-19 ta' Lulju 2018.
2. L-Istati Membri għandhom jużaw il-formola msemmija fl-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni sa mill-1 ta' Settembru 2018. L-Istati Membri għandhom jużaw il-formola msemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2366 sal-31 ta' Awwissu 2018.
Artikolu 4
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2366 titħassar mill-1 ta' Settembru 2018.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2016/2366 tad-19 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti ta' riżorsi proprji u formola għar-rapporti dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati korrispondenti għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 (ĠU L 350, 22.12.2016, p. 30).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/804 tas-17 ta' Mejju 2016 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 85).
ANNESS I
KONT “A” TAR-RIŻORSI PROPRJI TAL-UNJONI EWROPEA
Dikjarazzjoni ta' intitolamenti stabbiliti (1)
Stat Membru:
Ix-xahar/Is-sena:
(fil-munita nazzjonali) |
||||||||
TIP TAR-RIŻORS |
Referenza tal-Istat Membru (fakultattiva) |
Kontijiet stabbiliti fix-xahar (2) |
Ammonti rkuprati minn kontijiet separati (3) |
Korrezzjonijiet tal-istabbilimenti preċedenti (4) |
Ammonti gross |
Ammonti nett |
||
+ |
– |
|||||||
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) = (1) + (2) + (3) – (4) |
(6) |
|||
1210 |
Dazji doganali (esklużi d-dazji kompensatorji u ta' antidumping) |
|
|
|
|
|
|
|
1230 |
Dazji kompensatorji u ta' antidumping fuq il-prodotti |
|
|
|
|
|
|
|
1240 |
Dazji kompensatorji u ta' antidumping fuq is-servizzi |
|
|
|
|
|
|
|
12 |
DAZJI DOGANALI |
|
|
|
|
|
|
|
1100 |
Levies ta' produzzjoni relatati mas-sena kummerċjali 2005/2006 u s-snin ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
|
1110 |
Levies fuq il-ħażna taz-zokkor |
|
|
|
|
|
|
|
1130 |
Imposti oħra fuq zokkor C, isoglukożju C u produzzjoni ta' xropp tal-inulina C, u fuq zokkor C sostitut u isoglukożju C, mhux esportati |
|
|
|
|
|
|
|
1170 |
Imposta fuq il-produzzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
1180 |
Ammonti ta' darba fuq kwota addizzjonali taz-zokkor u kwota supplementari tal-isoglukożju |
|
|
|
|
|
|
|
1190 |
Ammont ta' Surplus |
|
|
|
|
|
|
|
11 |
LEVIES FUQ IZ-ZOKKOR |
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL 12 + 11 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– 20 % kost tal-ġbir – 25 % kost tal-ġbir (5) – 10 % kost tal-ġbir (6) |
|
|
|||
|
|
Total li jrid jitħallas lill-UE |
|
|
(1) Inklużi intitolamenti b'riżultat ta' spezzjonijiet u każijiet ta' frodi u irregularitajiet.
(2) Inklużi l-korrezzjonijiet ta' kontabbilità.
(3) Inklużi l-ammonti ddikjarati jew meqjusa bħala irrekuperabbli għal raġunijiet attribwibbli lill-Istati Membri.
(4) Korrezzjonijiet tal-istabbilimenti inizjali, b'mod partikolari każijiet ta' rkupru u ripagament wara l-ikklirjar. Għaz-zokkor, korrezzjonijiet relatati mas-snin preċedenti jridu jsemmu s-sena ta' kummerċjalizzazzjoni kkonċernata.
(5) Ir-rata ta' tnaqqis ta' 25 % għandha tiġi applikata għal ammonti li, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni, kellhom ikunu disponibbli bejn l-1 ta' Marzu 2001 u t-28 ta' Frar 2014.
(6) Ir-rata ta' tnaqqis ta' 10 % għandha tiġi applikata lill-ammonti li, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni, kellhom ikunu disponibbli qabel it-28 ta' Frar 2001.
ANNESS II
ANNESS TAD-DIKJARAZZJONI TAL-KONT “A” TAR-RIŻORSI PROPRJI TAL-UNJONI EWROPEA
Monitoraġġ ta' ammonti rkuprati li ghandhom x'jaqsmu ma' każijiet ta' irregolaritajiet jew ta' dewmien identifikati permezz ta' miżuri ta' kontroll u superviżjoni (1)
Ix-xahar/Is-sena
(fil-munita nazzjonali) |
|||||||
Ammont gross ta' riżorsi proprji rkuprati |
Referenzi għal irregolaritajiet jew dewmien fil-verifiki, entrata fil-kontijiet u fid-disponibbiltà tar-riżorsi proprji nnutati b'riżultat ta' spezzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni (2) (3) (4) |
Rata ta' tnaqqis li għandha tapplika (5) |
Ammonti inklużi taħt l-intestatura “Total li għandu jitħallas lill-UE” |
Informazzjoni oħra (6) |
|||
|
|
20 % |
25 % |
10 % |
IVA (7) |
LE (8) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total: |
|
(1) L-Artikolu 2(3) jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 608/2014.
(2) Ir-referenzi għar-rapporti skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 għandhom jissemmew ukoll f'din il-kolonna.
(3) Ir-referenzi għall-ittri tal-Kummissjoni u għar-rapporti ta' spezzjoni għandhom jissemmew ukoll f'din il-kolonna.
(4) Jekk applikabbli, ir-referenzi speċifiċi segwenti għandhom jissemmew ukoll:
— |
Ir-referenza OWNRES; |
— |
Referenzi biex ikunu identifikati pagamenti individwali relatati mar-responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri għall-iżbalji amministrattivi; |
— |
Referenzi għad-deċiżjonijiet nazzjonali, kif ukoll inklużi fl-Anness mar-rendikont tal-kont separat (l-Anness IV) f'każijiet fejn l-Istat Membru b'mod awtonomu jqis li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 ma jkunux sodisfati u t-TOR isir disponibbli b'mod volontarju. |
(5) Immarka b'X ir-rata ta' żamma applikata għall-ammont.
(6) Inkludi f'din l-intestatura aktar informazzjoni rigward kull ammont imniżżel fl-anness:
— |
Jekk l-ammont huwa disponibbli separatament mir-rendikont kurrenti ta' kull xahar u mhux inkluż fit-“total li għandu jithallas fl-UE”, indika hawnhekk id-data ta' meta jsir disponibbli l-ammont u informazzjoni biex jiġi identifikat l-ammont fir-riskju; |
— |
Indika hawnhekk jekk pagament ikun kondizzjonali; |
— |
Id-data regolari biex dan l-ammont ikun disponibbli. |
(7) Immarka b'X, jekk l-ammont huwa inkluż fir-rendikont ta' kull xahar.
(8) Immarka b'X jekk l-ammont sar disponibbli separatament u mhux inkluż f'rendikont preċedenti tal-Anness.
ANNESS III
RIŻORSI PROPRJI TAL-UNJONI EWROPEA — KONT SEPARAT (1)
Dikjarazzjoni tal-intitolamenti stabbiliti mhux inklużi fil-kont “A”
Stat Membru:
Tliet xhur/sena:
(fil-munita nazzjonali) |
||||||||
TIP TAR-RIŻORS |
Pendenti mit-tliet xhur preċedenti |
Intitolamenti stabbiliti għall-kwart tas-sena kurrenti kurrenti |
Korrezzjonijiet tal-istabbilimenti (l-Artikolu 8) (2) |
Ammonti rrekuperabbli li ma jistgħux isiru disponibbli għal raġunijiet ġustifikati (l-Artikolu 13(2)) (3) |
Totali (1 + 2 ± 3 – 4) |
Ammonti rkuprati għall-baġit tal-UE matul il-kwart tas-sena kurrenti (4) (5) |
Pendenti fi tmiem il-kwart tas-sena kurrenti il-kwart tas-sena kurrenti |
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) = (5) – (6) |
||
1210 |
Dazji doganali (esklużi d-dazji kompensatorji u ta' antidumping) |
|
|
|
|
|
|
|
1230 |
Dazji kompensatorji u ta' antidumping fuq il-prodotti |
|
|
|
|
|
|
|
1240 |
Dazji kompensatorji u ta' antidumping fuq is-servizzi |
|
|
|
|
|
|
|
12 |
DAZJI DOGANALI |
|
|
|
|
|
|
|
1100 |
Levies ta' produzzjoni relatati mas-sena kummerċjali 2005/2006 u s-snin ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
|
1110 |
Levies fuq il-ħażna taz-zokkor |
|
|
|
|
|
|
|
1130 |
Imposti oħra fuq zokkor C, isoglukożju C u produzzjoni ta' xropp tal-inulina C, u fuq zokkor C sostitut u isoglukożju C, mhux esportati |
|
|
|
|
|
|
|
1170 |
Imposta fuq il-produzzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
1180 |
Ammonti ta' darba fuq kwota addizzjonali taz-zokkor u kwota supplementari tal-isoglukożju |
|
|
|
|
|
|
|
1190 |
Ammont ta' Surplus |
|
|
|
|
|
|
|
11 |
LEVIES FUQ IZ-ZOKKOR |
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL 12 + 11 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Stima tal-ammonti stabbiliti li għalihom l-irkupru mhuwiex ċert (6) |
|
(1) Il-kont “B” miżmum skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014, inklużi d-drittijiet stabbiliti b'riżultat tal-ispezzjonijiet u każijiet ta ' frodi u irregolaritajiet.
(2) Il-korrezzjoni tal-istabbilimenti għandha tinftiehem bħala korrezzjonijiet, inkluż il-kanċellazzjonijiet li jirriżultaw minn reviżjoni ta' verifiki inizjali li ġejjin minn perjodi ta' kwart ta' sena preċedenti. Dawn huma differenti fin-natura taghhom minn dawk imniżżlin fil-kolonna (4).
(3) Il-każijiet kollha għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness IV li se jintbagħat lura fl-istess żmien ta' din id-dikjarazzjoni ta' kull tliet xhur. It-total ta' din il-kolonna (4) u t-total fil-kolonna 2 tal-Anness IV għandu jkun l-istess.
(4) L-ammont totali għal din il-kolonna għandu jkun l-istess bħall-kolonna (2) tad-dikjarazzjoni tal-kont “A” għat-tliet xhur konċernati.
(5) Inklużi l-ammonti kollha li ma kinux ġew irkuprati minn debituri għal raġunijiet li jistgħu jiġu attribwiti lill-Istat Membru. Dawn iridu jiddaħħlu fil-kolonna 2 tar-rendikont tal-kont “A”(l-Anness I) u għandhom ukoll jintwerew fil-kolonna 1 tal-Anness IV.
(6) Obbligatorju għall-aħħar tliet xhur ta' sena ta' kull sena. Jekk l-istima tkun żero, għandha tiddaħħal il-kelma “xejn”.
ANNESS IV
ANNESS TAD-DIKJARAZZJONI TAL-KONT SEPARAT TAR-RIŻORSI PROPRJI TAL-UNJONI EWROPEA
Lista ta' ammonti fil-kont “B” iddikjarati jew meqjusa bħala li ma jistgħux jiġu rkuprati (1) (2)
Kwart ta' sena/sena
Ammont gross tar-riżorsi proprji |
Referenza għad-deċiżjoni nazzjonali |
Referenza OWNRES (3) |
Referenza WOMIS (3) |
|
Imdaħħla fil-kont “A” |
Mhux imdaħħla fil-kont “A” |
|||
(1) |
(2) |
|
|
|
TOTAL: |
TOTAL: |
|
|
|
(1) L-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 609/2014.
(2) Inklużi l-ammonti kollha li ma kinux ġew irkuprati minn debituri għal raġunijiet li jistgħu jiġu attribwiti lill-Istat Membru.
(3) Jekk applikabbli.
ANNESS V
FORMOLA TAR-RAPPORT (1) DWAR AMMONTI LI MA JISTGĦUX JIĠU RKUPRATI KORRISPONDENTI GĦALL-INTITOLAMENTI GĦAR-RIŻORSI PROPRJI
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, l-informazzjoni kollha għandha tiġi pprovduta jekk tkun disponibbli u rilevanti. L-ammonti kollha għandhom ikunu indikati fil-munita tal-Istat Membru rispettiv fil-mument tar-rapportar.
1. DEJTA ĠENERALI
Stat Membru: …
Ir-referenza tar-rapport: …
(il-kodiċi tal-Istat Membru/sena ta' referenza/numru tas-serje tas-sena ta' rapportar)
Ir-referenza għal formola ta' informazzjon relatata mibgħuta minn qabel b'mod konformi mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014: …
Il-ġustifikazzjoni tan-nuqqas ta' referenza għall-formola ta' informazzjon li ssemmiet qabel: …
Il-każ marbut mal-ispezzjoni tal-Unjoni (Iva/Le)
Referenza għal spezzjoni tal-Unjoni relatata: …
Ammont totali irrekuperabbli: …
L-Awtorità li ddikjarat jew ikkunsidrat l-ammont irrekuperabbli: …
Ir-referenza nazzjonali tad-deċiżjoni amministrattiva tal-irrekuperabbiltà: …
(Ara t-tielet kolonna tal-Anness IV)
Id-data tad-deċiżjoni amministrattiva tal-irrekuperabbiltà: …
Id-data meta l-ammont kellu jkun ikkunsidrat irrekuperabbli: …
2. DEJN IMĠARRAB
Data jew perjodu li matulu ġġarrab id-dejn: …
Bażi ġuridika għad-dejn imġarrab: …
(Il-bażijiet ġuridiċi li jippreċedu r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2) għandhom ikunu indikati billi jintuża l-artikolu rilevanti tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92)
Ir-rappreżentazzjoni indiretta (l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew prekursuri): (Iva/Le)
Sitwazzjoni doganali: …
(Il-proċedura doganali fis-seħħ, is-sitwazzjoni tal-merkanziji jew it-trattament doganali approvat fil-mument meta inħoloq id-dejn doganali)
Id-dettalji addizzjonali li għandhom ikunu indikati fil-każ ta' movimenti ta' tranżitu:
— |
Id-data/i tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali (4): … |
— |
L-Istat(i) Membru/i tat-tluq jew tad-dħul fl-Unjoni (Kodiċi ISO): … |
— |
L-Istat(i) Membru/i ta' destinazzjoni jew ta' ħruġ mill-Unjoni (Kodiċi ISO): … |
— |
MRN(s) (5) tad-dikjarazzjoni(jiet) tat-tranżitu jew tal-operazzjoni(jiet) TIR … |
— |
In-numru(i) tal-carnet TIR: … |
It-tip ta' kontroll li wassal għall-istabbiliment tal-intitolament: …
— |
Verifiki mhux relatati mal-aċċettazzjoni ta' dikjarazzjoni doganali: … |
— |
Verifiki waqt l-ikklirjar ta' dikjarazzjoni doganali inkluż it-teħid ta' kampjuni: … |
— |
Verifiki mwettqa wara l-ikklirjar iżda qabel il-kwittanza tal-proċedura doganali: … |
— |
Verifiki mwettqa wara l-kwittanza tal-proċedura doganali għall-oġġetti: … |
— |
Verifiki wara l-ikklirjar u r-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera: … |
Id-data/i tal-kwittanza ta' proċedura/i doganali li għandha/hom tiġi/jiġu kkomunikati fil-każ ta' sitwazzjoni doganali li tinvolvi miżuri sospensivi (eż. konferma tal-wasla ta' tranżitu frodulenti): …
Deskrizzjoni konċiża tal-avvenimenti li wasslu għall-istabbiliment tal-intitolament:
(il-mistoqsijiet li ġejjin għandhom ikunu dejjem indirizzati: Xi skatta l-verifiki jew l-investigazzjonijiet u meta? Meta ntemmu l-verifiki jew l-investigazzjonijiet (agħti d-dejta tar-rapport)? Liema oġġetti kienu involuti? Agħti dettalji dwar ir-raġunijiet li minħabba fihom ġie evaż id-dazzju. Il-verifika jew l-investigazzjoni ppermettiet li jsir il-kalkolu ta' dazji addizzjonali u l-identifikazzjoni tad-debitur(i)? Agħti d-data li fiha d-debituri differenti ġew identifikati u, jekk applikabbli, indika l-partijiet tad-dejn li minħabba fih saru debituri.)
Data meta l-investigazzjoni/l-ispezzjoni doganali/il-kontroll bdew; …
Id-data meta r-rapport ta' spezzjoni/kontroll doganali kien prodott, li tippermetti li tidentifika d-debitur(i) u l-ammont ta' dazji addizzjonali; …
3. ASSISTENZA REĊIPROKA
Il-każ ta' Assistenza reċiproka (AR) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (6) li jinvolvi d-dipartimenti tal-Kummissjoni (Iva/Le)
Referenza tal-komunikazzjoni tal-AR: …
Data tal-wasla: …
Kummenti (fakultattivi): …
Referenza tal-fajl OLAF (format: LL/yyyy/nnnn) …
Referenza tal-Operazzjoni Doganali Konġunta (JCO - Joint Customs Operation) (jekk applikabbli) …
Każ relatat mal-Formola ta' Informazzjoni dwar ir-Riskju (RIF- Risk information Form) jew maż-Żona ta' Kontroll Prijoritarju Komuni (ŻKPK) (Iva/Le)
Referenza RIF (jekk applikabbli) …
Referenza ŻKPK. (jekk applikabbli) …
4. STABBILIMENT TAL-INTITOLAMENT
L-uffiċċju ta' stabbiliment: …
Data tal-istabbiliment: …
Ir-referenza tal-kontabbilità tal-istabbiliment (fakultattiva): …
Id-data ta' dħul fil-kont B (l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014): …
Ir-referenza tal-kontabbilità fil-kont B (fakultattiva): …
Entrata fil-kontijiet jew notifika differita tad-dejn doganali sabiex ma tkunx ippreġudikata investigazzjoni kriminali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014) (iva/le)
L-ammont totali ta' riżorsi proprji tradizzjonali stabbiliti: …
L-ammont ta' dazji doganali u agrikoli stabbiliti bl-eċċezzjoni tad-dazji tas-sisa protettivi u ta' kontra d-dumping: …
…
L-ammont tad-dazji tas-sisa protettivi u ta' kontra d-dumping stabbiliti: …
L-ammont stabbilit ta' levies fuq iz-zokkor/iżoglukożju: …
L-ammont stabbilit korrispondenti tad-dazji tas-sisa nazzjonali u tal-VAT (fakultattiv): …
L-ammont totali kkoreġut (żieda jew tnaqqis) tar-riżorsi proprji tradizzjonali wara l-istabbiliment inizjali: …
L-ammont stabbilit tad-dazji doganali u agrikoli kkorreġuti (żieda jew tnaqqis) wara l-istabbiliment inizjali bl-eċċezzjoni tad-dazji kompensatorji u ta' anti-dumping: …
L-ammont tad-dazji kompensatorji u ta' anti-dumping ikkoreġut (żieda jew tnaqqis) wara l-istabbiliment inizjali: …
…
L-ammont tal-korrezzjoni (żieda jew tnaqqis) tal-imposti fuq iz-zokkor/isoglukożju mwettqa wara l-istabbiliment inizjali: …
…
L-ammont korrispondenti tad-dazji tas-sisa nazzjonali u tal-VAT ikkorreġut (żieda jew tnaqqis) mwettqa wara l-istabbiliment inizjali (fakultattiv): …
Ammont totali tas-sigurtà/tal-garanzija (7): …
(L-ammont li jkopri r-riżorsi proprji tal-Unjoni u jekk applikabbli, id-dazji nazzjonali. Dan jista' jkun 0 f'każ ta' eżenzjoni jew f'każ li ma tiġix ippreżentata garanzija. Fil-każ ta' garanzija komprensiva ta' inqas minn 100 % tal-ammont ta' referenza, l-ammont ta' referenza għandu jkun indikat ukoll)
Il-parti mill-garanzija li għandha tiġi allokata għar-riżorsi proprji tal-Unjoni: …
It-tip ta' garanzija (obbligatorja, fakultattiva, mhux ippjanata): …
Tip ta' garanzija obbligatorja: …
Ir-raġuni għaliex il-garanzija ppjanata ma ġietx ippreżentata: …
L-ammont tal-garanzija disponibbli għall-Unjoni: …
Id-data meta l-ammont tal-garanzija sar disponibbli: …
5. PROĊEDURA TA' RKUPRU
(Jekk ikun hemm diversi debituri għall-istess dejn, din l-informazzjoni li ġejja għandha tkun ipprovduta għal kull wieħed minnhom)
Kwalità tad-debitur (8): …
Ammont dovut, jekk ikun inqas minn ammont totali stabbilit: …
Data tan-notifika tad-dejn: …
Data/i ta' tfakkiriet għall-pagament: …
L-istabbiliment soġġett għall-proċedura ta' appell skont l-Artikolu 243(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 tal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (Iva/Le)
Livelli milħuqa fil-proċedura tal-appell: …
Data ta' meta tressaq l-ewwel appell: …
Id-data tan-notifika tas-sentenza definittiva: …
Kummenti (fakultattivi): …
Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni skont l-Artikoli 222 u 244 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikolu 876a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (9) jew l-Artikoli 108(3) u 45 tar-Regolament Nru 952/2013 (Iva/Le)
Id-depożitu ta' garanzija fil-każ ta' sospensjoni (Iva/Le)
L-ammont tal-garanzija fil-każ ta' sospensjoni: …
Ir-raġunijiet għaliex l-ebda garanzija ma ġiet ippreżentata fil-każ ta' sospensjoni: …
(L-Istati Membri jridu jippreċiżaw jekk kienx hemm eżenzjoni ta' garanzija minħabba diffikultajiet ekonomiċi u soċjali prevedibbli jew le kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw din id-deċiżjoni)
Il-faċilitajiet ta' pagament skont it-tifsira tal-Artikolu 229 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jew l-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (ebda talba/talba miċħuda/talba aċċetata)
Deskrizzjoni tal-arranġamenti dwar faċilitajiet għall-pagament: …
Id-depożitu ta' garanzija skont ir-regoli dwar il-faċilitajiet ta' pagament (Iva/Le)
L-ammont tal-garanzija marbuta mal-faċilitajiet ta' pagament: …
Ir-raġuni għaliex l-ebda garanzija ma ġiet iddepożitata fil-każ ta' faċilitajiet ta' pagament: …
(L-Istati Membri jridu jippreċiżaw jekk kienx hemm eżenzjoni ta' garanzija minħabba diffikultajiet ekonomiċi u soċjali prevedibbli jew le kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw din id-deċiżjoni)
Data tal-pubblikazzjoni tal-ordni tal-infurzar: …
In-notifika tal-ordni tal-infurzar (Iva/Le)
Data tan-notifika tal-ordni tal-infurzar: …
Il-kummenti dwar l-ordni tal-infurzar (fakultattivi): …
Data/i tal-ħlas(ijiet) irċevuti u magħmula disponibbli: …
L-ammont(i) ta' ħlas(ijiet) irċevuti u magħmula disponibbli: …
L-ammonti totali mħallsa u magħmula disponibbli: …
Id-data/i tal-ordni ta' sekwestru: …
Ammont miġbur permezz tas-sekwestru: …
Kummenti dwar l-ordni ta' sekwestru (fakultattivi): …
Id-data ta' ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment/likwidazzjoni/insolvenza: …
Id-data tad-dikjarazzjoni tal-kreditu fl-ambitu tal-proċeduri: …
Id-data tal-għeluq tal-proċedimenti ta' falliment/likwidazzjoni/insolvenza: …
L-ammont tar-riżorsi proprji rkuprati fil-qafas tal-proċedimenti ta' falliment/likwidazzjoni/insolvenza: …
…
L-assistenza reċiproka għall-irkupru minn Stati Membri oħrajn (id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE (10) jew prekursuri) (Iva/Le)
Ir-referenza tal-Assistenza reċiproka għall-irkupru: …
L-Istat Membru kkuntattjat: …
Data tat-talba: …
Ammont irkuprat: …
Data tat-tweġiba: …
Il-kummenti dwar it-tweġiba (b'mod partikolari jekk l-Istat Membru kkuntattjat ikun naqas milli jaġġixxi fuq talba): …
…
6. RAĠUNIJIET GĦALIEX L-IRKUPRU KIEN IMPOSSIBBLI GĦALL-AMMONT LI KIEN GĦAD FADAL
(F'din il-parti, l-Istati Membri għandhom jindikaw b'mod ċar pereżempju l-miżuri kollha ta' implimentazzjoni konkreti meħuda u r-raġunijiet għaliex fil-każ ta' proċediment ta' falliment/likwidazzjoni/insolvenza, l-ammont riċevut ma kienx biżżejjed biex ikopri d-dejn jew għaliex ikopri parti biss mid-dejn. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jispjegaw fid-dettall iċ-ċirkostanzi jekk l-entrata fil-kontijiet jew in-notifika ta' dejn doganali ġew differiti sabiex ma jippreġudikawx investigazzjonijiet kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.)
(L-Istati Membri mhumiex mistennija li jipprovdu informazzjoni li diġà kienu kkomunikaw fil-punti 1 sa 5)
7. INFORMAZZJONI OĦRA
(1) Imsemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 609/2014.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(4) Inkluż Carnets TIR.
(5) L-akronimu internazzjonali għal Numru ta' Referenza Prinċipali/Numru ta' Referenza tal-Moviment.
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).
(7) F'ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, it-terminu “garanzija” jintuża fl-istess kuntest fejn fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jintuża it-terminu “sigurtà”. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, dawn it-termini għandhom jinqraw bħala “granzija” fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.
(8) Inkluż debituri tar-responsabilità ċivili, rappreżentanti indiretti u garanti.
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
(10) Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma' taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1).
9.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/33 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2018/195
tat-8 ta' Frar 2018
li tistabbilixxi formoli għar-rapportar dwar frodi u irregolaritajiet li jaffettwaw l-intitolamenti għar-riżorsi proprji tradizzjonali u dwar spezzjonijiet dwar ir-riżorsi proprji tradizzjonali skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(2) u 6(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2016/2365 (2) tippreskrivi l-arranġamenti għat-trażmissjoni ta' informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri taħt is-sistema tar-riżorsi proprji. |
(2) |
Jenħtieġ li każijiet ta' frodi u irregolaritajiet jiġu rrapportati b'mod strutturat u jinkludu informazzjoni relatata mar-riskji. L-istess formola ta' frodi u irregolaritajiet diġà qed tintuża biex taġġorna każijiet li ġew rapportati preċedentement. Għalhekk, l-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2365 ma għadux applikabbli. |
(3) |
Hemm bżonn li jiġi previst perjodu tranżizzjonali biex jagħti lill-Istati Membri żmien biex jadattaw għall-bidliet introdotti fil-formoli għar-rapportar skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014. |
(4) |
Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza ġuridika, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2365 titħassar. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni biex jagħtu d-deskrizzjonijiet tal-każijiet ta' frodi u irregolaritajiet misjuba li jinvolvu intitolamenti ta' 'l fuq minn EUR 10 000 imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014. Din il-formola għandha tintuża wkoll biex tagħti d-dettalji dwar is-sitwazzjoni ta' każijiet ta' frodi u irregolaritajiet diġà rrapurtati lill-Kummissjoni li l-irkupru, il-kanċellament jew in-nuqqas ta' rkupru tagħhom għadhom ma ġewx indikati, imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014.
2. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b'mod elettroniku bl-użu tal-applikazzjoni tat-teknoloġija tal-informatika “OWNRES”.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni biex jagħmlu r-rapport dwar l-ispezzjonijiet relatati mar-riżorsi proprji tradizzjonali msemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 608/2014.
Ir-rapport għas-sena finanzjarja 2017 għandu jsir bl-użu tal-formola msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jużaw il-formola msemmija fl-Artikolu 1 mill-1 ta' April 2018.
Artikolu 4
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2365 hija mħassra mill-1 ta' April 2018.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 29.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2016/2365 tad-19 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi formoli għar-rapport dwar frodi u irregolaritajiet li jaffettwaw l-intitolamenti għar-riżorsi proprji tradizzjonali, u dwar spezzjonijiet dwar ir-riżorsi proprji tradizzjonali skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 (ĠU L 350, 22.12.2016, p.24).
ANNESS I
Formola għar-rapportar ta' frodi u irregolaritajiet skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014
Test ta 'immaġni Test ta 'immaġniANNESS II
RAPPORT ANNWALI MSEMMI FL-ARTIKOLU 6(1) TAR-REGOLAMENT (UE, Euratom) Nru 608/2014
Test ta 'immaġniRettifika
9.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/38 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/12 tat-8 ta' Jannar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 4 tad-9 ta' Jannar 2018 )
Fil-paġna 3, l-Anness, il-Parti A, l-entrata 75, it-tielet kolonna,
minflok:
“Data tat-twelid: 20.8.1965
Nru tal-passaport 563233049, jiskadi fil-11.3.2019.
…”,
aqra:
“Data tat-twelid: 21.8.1957
Nru tal-passaport 563233049, jiskadi fid-9.5.2018.
…”.
9.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/38 |
Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/16 tat-8 ta' Jannar 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 4 tad-9 ta' Jannar 2018 )
Fil-paġna 18, l-Anness, il-Parti A, l-entrata 75, it-tielet kolonna,
minflok:
“Data tat-twelid: 20.8.1965
Nru tal-passaport 563233049, jiskadi fil-11.3.2019.
…”,
aqra:
“Data tat-twelid: 21.8.1957
Nru tal-passaport 563233049, jiskadi fid-9.5.2018.
…”.