ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 35

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
8 ta' Frar 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 94 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti fil-każ ta' ħabta frontali [2018/178]

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

8.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/1


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 94 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti fil-każ ta' ħabta frontali [2018/178]

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-serje ta' emendi 03 tar-Regolament – Data tad-dħul fis-seħħ: It-18 ta' Ġunju 2016

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet

6.

Struzzjonijiet għall-utenti ta' vetturi mgħammra b'airbags

7.

Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

11.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

12.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

ANNESSI

1.

Komunikazzjoni

2.

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

3.

Proċedura tat-test

4.

Il-Kriterju tal-Prestazzjoni tar-Ras (HPC - Head Performance Criterion) u l-kriterju tal-aċċelerazzjoni tar-ras ta' 3 ms

5.

L-arranġament u l-installazzjoni ta' manikini u l-aġġustament tas-sistemi ta' trażżin

6.

Il-proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi motorizzati

Appendix 1 –

Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali għall-punt “H” (magna 3-D H)

Appendiċi 2 –

Is-sistema ta' referenza tridimensjonali

Appendiċi 3 –

Id-dejta ta' referenza li tikkonċerna pożizzjonijiet bilqiegħda

7.

Il-proċedura tat-test bit-trolley

Appendiċi –

Il-Kurva ta' ekwivalenza – l-intervall ta' tolleranza għall-kurva ΔV = f(t)

8.

It-teknika tal-kejl fit-testijiet tal-kejl: Strumentazzjoni

9.

Id-definizzjoni tal-ostaklu deformabbli

10.

Il-proċedura ta' ċertifikazzjoni għall-parti ta' isfel tar-riġel u tas-sieq tal-manikin

11.

Il-Proċeduri tat-Test għall-protezzjoni tal-okkupanti ta' vetturi li jaħdmu bl-enerġija elettrika minn vultaġġ għoli u minn tixrid tal-elettrolit

Appendiċi –

Seba' tat-test artikolat (grad ta' protezzjoni IPXXB)

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi tal-kategorija M1  (1) ta' massa totali permissibbli li ma taqbiżx iż-2,5 tunnellati; vetturi oħra jistgħu jiġu approvati fuq talba tal-manifattur.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

2.1.   “Sistema protettiva” tfisser tagħmir u apparati ta' fuq ġewwa maħsuba biex irażżnu lill-okkupanti tal-vettura u jikkontribwixxu biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 5 ta' hawn taħt.

2.2.   “Tip ta' sistema protettiva” tfisser kategorija ta' apparati protettivi li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħalma huma:

 

It-teknoloġija tagħhom;

 

Il-ġeometrija tagħhom;

 

Il-materjali kostitwenti tagħhom.

2.3.   “Wisa' tal-vettura” tfisser id-distanza bejn żewġ pjani paralleli għall-pjan medjan lonġitudinali (tal-vettura) u li jmissu l-vettura fuq iż-żewġ naħat tal-imsemmi pjan imma li jeskludi l-apparati fuq barra għall-viżjoni indiretta, id-dwal li jimmarkaw il-ġenb, l-indikaturi tal-pressjoni tat-tajers, id-dwal li jindikaw id-direzzjoni, id-dwal tal-pożizzjoni, parafangi flessibbli u l-parti bbuzzata tal-ħitan tal-ġenb tat-tajers eżatt fuq il-punt ta' kuntatt mal-art.

2.4.   “Overlap” tfisser il-proporzjon persentaġġ ta' wisa' tal-vettura li jinsab direttament bi dritt il-faċċata tal-ostaklu.

2.5.   “Faċċata tal-ostaklu deformabbli” tfisser sezzjoni li tista' titgħaffeġ immuntata fuq quddiem ta' blokka riġida.

2.6.   “Tip ta' vettura” tfisser kategorija ta' vetturi motorizzati li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħal ma huma:

2.6.1.

It-tul u l-wisa' tal-vettura, fejn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultati tat-test tal-impatt preskritt f'dan ir-Regolament;

2.6.2.

L-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali tal-parti tal-vettura 'l quddiem mill-pjan trasversali mill-punt “R” tas-sit tas-sewwieq, fejn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultati tat-test tal-impatt preskritt f'dan ir-Regolament;

2.6.3.

Il-linji u d-dimensjonijiet ta' ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri u t-tip ta' sistema protettiva, fejn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultati tat-test tal-impatt preskritt f'dan ir-Regolament;

2.6.4.

Il-post (quddiem, wara jew iċ-ċentru) u l-orjentazzjoni (trasversali jew lonġitudinali) tal-magna, fejn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultat tal-proċedura tat-test tal-impatt kif preskritt f'dan ir-Regolament;

2.6.5.

Il-massa mingħajr tagħbija, fejn ikollha effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test tal-impatt preskritt f'dan ir-Regolament;

2.6.6.

L-arranġamenti jew it-tagħmir opzjonali pprovduti mill-manifattur, fejn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test tal-impatt preskritt f'dan ir-Regolament;

2.6.7.

Il-postijiet fejn ikunu jinsabu r-REESS, fejn dawn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test tal-impatt preskritt f'dan ir-Regolament.

2.7.   Il-kompartiment tal-passiġġieri

2.7.1.   “Kompartiment tal-passiġġieri fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti” tfisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni tal-okkupanti, magħluq permezz tas-saqaf, l-art, il-ħitan tal-ġnub, il-bibien, il-ħġieġ ta' barra u l-paratija ta' quddiem (front bulkhead) u l-pjan tal-paratija tal-kompartiment ta' wara jew il-pjan tal-appoġġ tad-dahar tas-sit ta' wara;

2.7.2.   “Kompartiment tal-passiġġieri għall-valutazzjoni tas-sikurezza elettrika” tfisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni tal-okkupanti, magħluq permezz tas-saqaf, il-qiegħ, il-ħitan tal-ġnub, il-bibien, il-ħġieġ ta' barra u l-paratija ta' quddiem (front bulkhead) u ta' wara (rear bulkhead, jew rear gate), kif ukoll permezz tal-ostakli u l-kaxex ta' protezzjoni elettrika provduti biex l-okkupanti jiġu protetti minn kuntatt dirett ma' partijiet “live” ta' vultaġġ għoli.

2.8.   Il-“punt R” tfisser punt ta' referenza ddefinit għal kull sit mill-manifattur, relatat mal-istruttura tal-vettura, kif indikat fl-Anness 6.

2.9.   Il-“punt H” tfisser il-punt ta' referenza ddefinit għal kull sit mis-servizz tal-ittestjar responsabbli mill-approvazzjoni, skont il-proċedura deskritta fl-Anness 6.

2.10.   “Il-massa mingħajr tagħbija f'kundizzjoni ta' sewqan” tfisser il-massa tal-vettura f'kundizzjoni ta' sewqan, mhux okkupata u mhux mgħobbija imma mimlija bil-fjuwil, il-likwidu li jkessaħ, il-lubrikant, l-għodod u l-istepni (jekk dawn ikunu provduti bħala tagħmir standard mill-manifattur tal-vettura).

2.11.   “Airbag” tfisser apparat installat biex iżid maċ-ċinturini ta' sigurtà u s-sistemi ta' trażżin f'vetturi motorizzati, jiġifieri sistemi li, fil-każ ta' impatt qawwi li jaffettwa lill-vettura, b'mod awtomatiku jattiva struttura flessibbli intenzjonata sabiex tillimita, permezz tal-kompressjoni tal-gass ta' ġewwa fiha, il-gravità tal-kuntatt ta' parti waħda jew aktar mill-ġisem tal-okkupant tal-vettura, man-naħa ta' ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri.

2.12.   “Airbag tal-passiġġier” tfisser assemblaġġ ta' airbag maħsub għall-ħarsien tal-okkupant(i) fis-sits kollha apparti dak tas-sewwieq fil-każ ta' ħabta frontali.

2.13.   “Vultaġġ għoli” tfisser il-klassifikazzjoni ta' komponent jew ċirkwit elettriku diment li l-vultaġġ operattiv tiegħu ikun > 60 V u ≤ 1 500 V b'kurrent dirett (DC) jew > 30 V u ≤ 1 000 V b'kurrent alternat (AC) root-mean-square (rms).

2.14.   “Sistema ta' Ħażna ta' Enerġija Elettrika Rikarikabbli (REESS)” tfisser is-sistema ta' ħażna ta' enerġija rikarikabbli li tipprovdi enerġija elettrika għall-propulsjoni.

2.15.   “Ostaklu ta' protezzjoni elettrika” tfisser il-parti li tipprovdi l-protezzjoni mill-kuntatt dirett mal-partijiet “live” ta' vultaġġ għoli.

2.16.   “Sistema tal-motopropulsjoni elettrika” tfisser iċ-ċirkwit elettriku li jinkludi l-mutur(i) tat-trazzjoni, u jista' jinkludi wkoll ir-REESS, is-sistema tal-konverżjoni tal-enerġija elettrika, il-konvertituri elettroniċi, il-kablaġġ u l-konnetturi assoċjati, u s-sistema tal-akkoppjament biex tiġi ċċarġjata r-REESS.

2.17.   “Partijiet live” tfisser il-parti(jiet) konduttiva/i maħsuba biex jiġu enerġizzati elettrikament waqt l-użu normali.

2.18.   “Parti konduttiva esposta” tfisser il-parti konduttiva li tista' tintmiss skont id-dispożizzjoniet tal-grad ta' protezzjoni IPXXB, u li tiġi enerġizzata elettrikament f'kundizzjonijiet ta' nuqqas ta' iżolament. Din tinkludi partijiet taħt għata li tista' titneħħa mingħajr għodda.

2.19.   “Kuntatt dirett” tfisser il-kuntatt ta' persuni ma' partijiet “live” b'voltaġġ għoli.

2.20.   “Kuntatt indirett” tfisser il-kuntatt ta' persuni ma' partijiet konduttivi esposti.

2.21.   “Grad ta' protezzjoni IPXXB” tfisser il-protezzjoni minn kuntatt ma' partijiet “live” b'vultaġġ għoli provduta minn ostaklu jew kaxxa ta' protezzjoni elettrika u li tiġi ttestjata permezz ta' Seba' tat-Test Artikolat (Jointed Test Finger) (grad IPXXB) kif deskritt fil-paragrafu 4 tal-Annex 11,

2.22.   “Vultaġġ operattiv” tfisser l-ogħla valur tal-vultaġġ root-mean-square (rms) ta' ċirkwit elettriku speċifikat mill-manifattur, li jista' jkun hemm bejn il-partijiet konduttivi f'kundizzjonijiet ta' ċirkwit miftuħ jew f'kundizzjonijiet ta' tħaddim normali. Jekk iċ-ċirkwit elettriku jkun separat permezz ta' iżolazzjoni galvanika, il-vultaġġ operattiv jiġi ddefinit għal kull ċirkwit diviż, rispettivament.

2.23.   “Sistema ta' akkoppjament biex tiġi ċċarġjata s-sistema ta' ħażna ta' enerġija elettrika rikarikabbli (REESS)” tfisser iċ-ċirkwit elettriku użat biex tiġi ċċarġjata r-REESS minn provvista esterna tal-enerġija elettrika inkluża l-plakka tal-vettura.

2.24.   “Xażi elettriku” tfisser sett magħmul minn partijiet konduttivi konnessi flimkien bl-elettriku, li l-potenzjal elettriku tiegħu jittieħed bħala referenza.

2.25.   “Ċirkwit elettriku” tfisser assemblaġġ ta' partijiet “live” b'vultaġġ għoli, konnessi flimkien, iddisinjat biex jiġi enerġizzat elettrikament waqt it-tħaddim normali.

2.26.   “Sistema ta' konverżjoni tal-enerġija elettrika” tfisser sistema (eż. ċellula tal-fjuwil) li tiġġenera u tipprovdi l-enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika.

2.27.   “Konvertitur elettroniku” tfisser apparat li jista' jikkontrolla u/jew jikkonverti l-enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika.

2.28.   “Kaxxa” tfisser il-parti li tagħlaq l-unitajiet interni u li tipprovdi protezzjoni minn kwalunkwe kuntatt dirett.

2.29.   “Assemblaġġ b'Vultaġġ Għoli” tfisser iċ-ċirkwit elettriku, inkluża s-sistema ta' akkoppjament biex tiġi ċċarġjata r-REESS li titħaddem b'vultaġġ għoli.

2.30.   “Iżolatur solidu” tfisser il-kisja ta' insulazzjoni tal-kablaġġ, ipprovduta sabiex tgħatti u tipprevjeni l-partijiet “live” b'vultaġġ għoli minn kwalunkwe kuntatt dirett. Dan jinkludi għotjien biex jinsulaw il-partijiet “live” b'vultaġġ għoli tal-konnetturi; u ż-żebgħa jew il-verniċ għall-iskop ta' insulazzjoni.

2.31.   “Skonnettur awtomatiku” tfisser apparat li meta jitħaddem, jissepara galvanikament is-sorsi ta' enerġija elettrika mill-bqija taċ-ċirkwit b'vultaġġ għoli tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika.

2.32.   “Batterija ta' trazzjoni tat-tip miftuħa” tfisser tip ta' batterija li taħdem bil-likwidu u li tiġġenera l-gass tal-idroġenu rilaxxat fl-atmosfera.

2.33.   “Sistema tal-illokkjar tal-bieb attivata awtomatikament” tfisser sistema li tillokkja l-bibien awtomatikament b'veloċità stabbilita minn qabel jew fi kwalunkwe kundizzjoni oħra kif definit mill-manifattur.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura rigward il-protezzjoni tal-okkupanti tas-sits ta' quddiem fil-każ ta' ħabta frontali (test b'ostaklu deformabbli spostat - offset deformable barrier test) għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

3.2.   Ma' din għandhom ikunu mehmuża tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u d-dettalji li ġejjin:

3.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha;

3.2.2.

Ritratti, u/jew dijagrammi u disinni ta' elevazzjoni tal-vettura li juru t-tip tal-vettura minn quddiem, mill-ġenb u minn wara, u d-dettalji tad-disinn tal-parti ta' quddiem tal-istruttura;

3.2.3.

Id-dettalji tal-massa tal-vettura mingħajr tagħbija f'kundizzjoni ta' sewqan;

3.2.4.

Il-linji u d-dimensjonijiet ta' ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri;

3.2.5.

Deskrizzjoni tat-tagħmir u tas-sistemi protettivi ta' fuq ġewwa installati fil-vettura;

3.2.6.

Deskrizzjoni ġenerali tat-tip tas-sors ta' enerġija elettrika, il-post u s-sistema tal-motopropulsjoni elettrika (eż. ibrida, elettrika).

3.3.   Min qed japplika għall-approvazzjoni għandu jkun intitolat li jippreżenta kwalunkwe dejta u riżultat ta' testijiet imwettqa biex ikun jista' jiġi stabbilit li tista' tintlaħaq konformità mal-kundizzjonijiet meħtieġa bi grad suffiċjenti ta' konfidenza.

3.4.   Vettura li tirrappreżenta t-tip li għandu jiġi approvat għandha titressaq lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

3.4.1.   Vettura li ma tinkludix il-komponenti kollha xierqa għat-tip tista' tkun aċċettata għat-test kemm-il darba jista' jintwera li n-nuqqas tal-komponenti mhux inklużi m'għandu l-ebda effett ħażin fuq ir-riżultati tat-test sa fejn huma kkonċernati r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

3.4.2.   Għandha tkun ir-responsabbiltà ta' dak li japplika għall-approvazzjoni li juri li l-applikazzjoni tal-paragrafu 3.4.1 ta' hawn fuq hija kompatibbli mal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk it-tip ta' vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta' vettura.

4.1.1.   Is-Servizz Tekniku maħtur skont il-paragrafu 12 ta' hawn taħt għandu jivverifika li l-kundizzjonijiet meħtieġa jkun ġew issodisfati.

4.1.2.   F'każ ta' dubju, meta tkun qed tiġi vverifikata l-konformità tal-vettura mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu kwalunkwe dejta jew riżultati ta' testijiet ipprovduti mill-manifattur li jistgħu jitqiesu fil-validazzjoni tat-test tal-approvazzjoni mwettaq mis-Servizz Tekniku.

4.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 03, li jikkorrispondu għas-serje ta' emendi 03) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi importanti l-aktar reċenti li saru fir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru ta' approvazzjoni lil tip ieħor ta' vettura.

4.3.   In-notifika tal-approvazzjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formula konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' ritratti u/jew dijagrammi u disinni provduti minn min qed japplika għall-approvazzjoni, f'format li ma jeċċedix l-A4 (210 × 297 mm) jew mitwi f'dak il-format u fuq skala xierqa.

4.4.   Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, b'mod li jolqot l-għajn u f'post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni; (2)

4.4.2.

In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni, fuq il-lemin taċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ta' hawn fuq.

4.5.   Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat skont Regolament ieħor jew Regolamenti oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ta' hawn fuq m'hemmx għalfejn jiġi ripetut; f'każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.

4.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta' jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.8.   L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji ta' marki tal-approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

5.1.   L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali applikabbli għat-testijiet kollha

5.1.1.   Il-punt “H” għal kull sit għandu jiġi ddefinit skont il-proċedura deskritta fl-Anness 6.

5.1.2.   Meta s-sistema protettiva għall-pożizzjonijiet bilqiegħda ta' quddiem tinkludi ċinturini, il-komponenti taċ-ċinturin għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa tar-Regolament Nru 16.

5.1.3.   Il-pożizzjonijiet bilqiegħda fejn huwa installat il-manikin u s-sistema protettiva li tinkludi ċ-ċinturini għandhom jiġu pprovduti b'punti ta' ankraġġ konformi mar-Regolament Nru 14.

5.2.   Speċifikazzjonijiet

It-test tal-vettura mwettaq skont il-metodu deskritt fl-Anness 3 għandu jitqies sodisfaċenti jekk il-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-paragrafi 5.2.1 sa 5.2.6 ta' hawn taħt kollha jkunu ssodisfati fl-istess ħin.

Barra minn hekk, il-vetturi mgħammra b'sistema tal-motopropulsjoni elettrika għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.8 ta' hawn taħt. Dan jista' jsir permezz ta' test tal-impatt separat fuq talba tal-manifattur u wara l-validazzjoni mis-Servizz Tekniku, u dan kemm-il darba l-komponenti elettriċi ma jinfluwenzawx il-livell ta' protezzjoni tal-okkupanti tat-tip ta' vettura kif definit fil-paragrafi minn 5.2.1 sa 5.2.5 ta' dan ir-Regolament. F'każ li l-kundizzjoni tkun tali, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.8. għandhom jiġu vverifikati skont il-metodi stipulati fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament, għajr għall-paragrafi 2, 5 u 6 tal-Anness 3. Iżda f'kull wieħed mis-sits ta' quddiem lejn in-naħa ta' barra ikun irid jiġi installat manikin li jikkorrispondi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Hybrid III (ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1, tal-Anness 3) li jkollu għaksa ta' 45° u li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament tiegħu.

5.2.1.   Il-kriterji tal-prestazzjoni rreġistrati, skont l-Anness 8, fuq il-manikini fis-sits ta' quddiem lejn in-naħa ta' barra għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.2.1.1.

Il-kriterju tal-prestazzjoni tar-ras (HPC - head performance criterion) ma għandux jeċċedl l-1 000 u l-aċċelerazzjoni tar-ras li tirriżulta ma għandhiex teċċedi 80 g għal aktar minn 3 ms. Din tal-aħħar għandha tiġi kkalkulata b'mod kumulattiv, eskluż il-moviment ta' rġigħ lura tar-ras;

5.2.1.2.

Il-kriterji ta' korriment fl-għonq (NIC - neck injury criteria) ma għandhomx jeċċedu l-valuri murija fil-Figuri 1 u 2; (3)

Figura 1

Il-kriterju tat-tensjoni tal-għonq

Image

Figura 2

Il-kriterju tat-tensjoni tat-tiċrit tal-għonq

Image

5.2.1.3.

Il-moment tal-liwi tal-għonq madwar l-assi y ma għandux jeċċedi 57 Nm fl-estensjoni; (3)

5.2.1.4.

Il-kriterju tal-kompressjoni tat-toraċi (ThCC - thorax compression criterion) ma għandux jeċċedi 42 mm;

5.2.1.5.

Il-kriterju tal-viskożità (V * C) għat-toraċi ma għandux jeċċedi 1,0 m/s;

5.2.1.6.

Il-kriterju ta' forza fuq il-femur (FFC - femur force criterion) ma għandux jeċċedi l-kriterju tal-prestazzjoni forza-ħin muri fil-Figura 3;

Figura 3

Il-kriterju ta' forza fuq il-femur

Image

5.2.1.7.

Il-kriterju tal-forza ta' kompressjoni fuq it-tibja (TCFC - Tibia Compression Force Criterion) ma għandux jeċċedi 8 kN;

5.2.1.8.

L-indiċi tat-tibja (TI - Tibia Index), imkejjel fuq nett u isfel nett ta' kull qasba tas-sieq, ma għandux jeċċedi 1,3 fiż-żewġ postijiet;

5.2.1.9.

Il-moviment tal-artikolazzjonijiet tal-irkoppa ma għandux jeċċedi 15 mm.

5.2.2.   Wara li jsir it-test tal-ispostament residwu tal-istering, imkejjel miċ-ċentru tal-fulkru tal-istering, dan il-moviment ma għandux jeċċedi 80 mm fid-direzzjoni 'l fuq vertikali u 100 mm fid-direzzjoni orizzontali lura.

5.2.3.   Matul it-test ma għandha tinfetaħ l-ebda bieba.

5.2.3.1.   Fil-każ ta' sistemi tal-illokkjar tal-bieb attivati awtomatikament li jkunu installati b'mod opzjonali u/jew li jistgħu jiġu diżattivati mis-sewwieq, dan ir-rekwiżit għandu jiġi verifikat permezz ta' waħda minn dawn iż-żewġ proċeduri tat-test, fuq għażla tal-manifattur:

5.2.3.1.1.

Jekk l-ittestjar jitwettaq skont il-paragrafu 1.4.3.5.2.1 tal-Anness 3, il-manifattur għandu wkoll juri għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku (eż permezz ta' dejta interna tal-manifattur) li, fin-nuqqas tas-sistema jew meta s-sistema tkun diżattivata, l-ebda bieba ma tinfetaħ f'każ ta' impatt.

5.2.3.1.2.

It-test jitwettaq skont il-paragrafu 1.4.3.5.2.2 tal-Anness 3.

5.2.4.   Wara l-impatt, il-bibien laterali ma għandhomx ikunu llokkjati.

5.2.4.1.   Fil-każ ta' vetturi mgħammra b'sistema tal-illokkjar tal-bieb attivata awtomatikament, il-bibien għandhom ikunu llokkjati qabel il-mument tal-impatt u rilaxxati wara l-impatt.

5.2.4.2.   Fil-każ ta' vetturi mgħammra b'sistemi tal-illokkjar tal-bieb attivati awtomatikament li jkunu installati b'mod opzjonali u/jew li jistgħu jiġu diżattivati mis-sewwieq, dan ir-rekwiżit għandu jiġi verifikat permezz ta' waħda minn dawn iż-żewġ proċeduri tat-test, fuq għażla tal-manifattur:

5.2.4.2.1.

Jekk l-ittestjar jitwettaq skont il-paragrafu 1.4.3.5.2.1 tal-Anness 3, il-manifattur għandu wkoll juri għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku (eż permezz ta' dejta interna tal-manifattur) li, fin-nuqqas tas-sistema jew meta s-sistema tkun diżattivata, ma għandu jseħħ ebda llokkjar tal-bibien laterali waqt l-impatt.

5.2.4.2.2.

It-test jitwettaq skont il-paragrafu 1.4.3.5.2.2 tal-Anness 3.

5.2.5.   Wara l-impatt, għandu jkun possibbli, mingħajr l-użu ta' għodod, għajr dawk neċessarji biex isostnu l-piż tal-manikin:

5.2.5.1.

Li tinfetaħ mill-inqas bieba waħda, jekk ikun hemm waħda, għal kull filliera ta' sits u, fejn m'hemmx bieba bħal, li jkunu mċaqalqa s-sits jew li jkun inklinat id-dahar tagħhom kif neċessarju sabiex l-okkupanti kollha tal-vettura jkunu jistgħu jinħarġu; dan hu, madankollu, applikabbli biss għall-vetturi li għandhom saqaf ta' kostruzzjoni riġida;

5.2.5.2.

Li jinħallu l-manikini mis-sistema ta' trażżin tagħhom li, jekk tkun imsakkra, għandha tkun tista' tinfetaħ b'forza massima ta' 60 N fuq iċ-ċentru tal-kontroll tar-rilaxx;

5.2.5.3.

Li jitneħħew il-manikini mill-vettura mingħajr aġġustament tas-sits.

5.2.6.   Fil-każ ta' vettura li taħdem bi fjuwil likwidu, mal-ħabta ma għandux ikun hemm aktar minn tnixxija minima ta' likwidu mis-sors ta' alimentazzjoni tal-fjuwil.

5.2.7.   Jekk wara l-ħabta jkun hemm tnixxija kontinwa ta' likwidu mis-sistema ta' alimentazzjoni tal-fjuwil, ir-rata ta' tnixxija ma għandhiex tkun ta' aktar minn 30 g/min; jekk il-likwidu mis-sistema ta' alimentazzjoni tal-fjuwil jitħallat ma' likwidi mis-sistemi l-oħra u l-likwidi differenti ma jistgħux jiġu sseparati u identifikati faċilment, il-likwidi kollha miġbura għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tat-tnixxija kontinwa.

5.2.8.   Wara li jkun twettaq it-test skont il-proċedura definita fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament, is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika li topera b'vultaġġ għoli u l-komponenti u s-sistemi b'vultaġġ għoli, li huma konnessi galvanikament mal-iżbarri ta' distribuzzjoni b'vultaġġ għoli tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika, għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti:

5.2.8.1.   Protezzjoni minn xokk elettriku

Wara l-impatt irid ikun ġie ssodisfat tal-inqas wieħed mill-erba' kriterji speċifikati fil-paragrafi minn 5.2.8.1.1 sa 5.2.8.1.4.2 ta' hawn taħt.

Jekk il-vettura jkollha funzjoni ta' skonnessjoni awtomatika, jew apparat(i) li jisseparaw galvanikament iċ-ċirkwit tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika waqt il-kundizzjoni tas-sewqan, wara li tiġi attivata l-funzjoni ta' skonnessjoni, għaċ-ċirkwit skonness jew għal kull ċirkwit isseparat, individwalment, għandu japplika tal-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin.

Madankollu, il-kriterji definiti fil-paragrafu 5.2.8.1.4 ta' hawn taħt ma japplikawx jekk ikun hemm iktar minn reżistenza waħda ta' parti mill-assemblaġġ b'vultaġġ għoli li ma tkunx protetta bil-kundizzjonijiet tal-grad ta' protezzjoni IPXXB.

Jekk it-test jitwettaq bil-kundizzjoni li l-part(ijiet) tas-sistema b'vultaġġ għoli ma jkunux enerġizzati, il-protezzjoni minn xokk elettriku għandha tiġi ppruvata jew skont il-paragrafu 5.2.8.1.3 jew il-paragrafu 5.2.8.1.4 ta' hawn taħt għall-part(ijiet) rilevanti.

Għal sistema ta' akkoppjament biex tiġi ċċarġjata r-REESS, li ma tkunx enerġizzata waqt kundizzjonijiet ta' sewqan, tal-inqas għandu jiġi ssodisfat wieħed mill-erba' kriterji speċifikati fil-paragrafi 5.2.8.1.1 sa 5.2.8.1.4 ta' hawn taħt.

5.2.8.1.1.   Assenza ta' vultaġġ għoli

Il-vultaġġi Vb, V1 u V2 tal-assemblaġġi b'vultaġġ għoli għandhom ikunu daqs jew inqas minn 30 VAC jew 60 VDC kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Anness 11.

5.2.8.1.2.   Livell baxx ta' enerġija elettrika

L-enerġija totali (TE) fl-assemblaġġi b'vultaġġ għoli għandha tkun inqas minn 2,0 joules meta mkejla skont il-proċedura tat-test kif speċifikat fil-paragrafu 3 tal-Anness 11 bil-formula (a). Alternattivament, l-enerġija totali (TE) tista' tiġi kkalkulata bil-vultaġġ imkejjel Vb tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u l-kapaċitanza tal-X-capacitors (Cx) speċifikata mill-manifattur skont il-formula (b) tal-paragrafu 3 tal-Anness 11.

Anke l-enerġija maħżuna fil-Y-capacitors (TEy1, TEy2) għandha tkun inqas minn 2,0 joules. Din għandha tiġi kkalkulata billi jitkejlu l-vultaġġi V1 u V2 tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u tax-xażi elettriku, u l-kapaċitanza tal-Y-capacitors speċifikata mill-manifattur skont il-formula (c) tal-paragarfu 3 tal-Anness 11.

5.2.8.1.3.   Protezzjoni fiżika

Għall-protezzjoni minn kuntatt dirett ma' partijiet “live” b'vultaġġ għoli, għandu jiġi pprovdut il-grad ta' protezzjoni IPXXB.

Barra minn hekk, għall-protezzjoni minn xokk elettriku li jista' jirriżulta minn kuntatt dirett, ir-reżistenza bejn il-partijiet konduttivi esposti u x-xażi elettriku għandha tkun inqas minn 0,1 ohm meta jkun hemm fluss ta' kurrent ta' mill-inqas 0,2 ampere.

Dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat jekk il-konnessjoni galvanika tkun saret bil-welding.

5.2.8.1.4.   Reżistenza tal-iżolament

Għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji speċifikati fil-paragrafi 5.2.8.1.4.1 u 5.2.8.1.4.2 ta' hawn taħt.

Il-kejl għandu jitwettaq skont il-paragrafu 5 tal-Anness 11.

5.2.8.1.4.1.   Sistema tal-motopropulsjoni elettrika magħmula minn assemblaġġi DC jew AC separati

Jekk l-assemblaġġi b'vultaġġ għoli AC u l-assemblaġġi b'vultaġġ għoli DC ikunu iżolati minn xulxin galvanikament, ir-reżistenza tal-iżolament bejn l-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (Ri, kif definit fil-paragrafu 5 tal-Anness 11) għandu jkollha valur minimu ta' 100 Ω/V tal-vultaġġ operattiv għall-assemblaġġi DC, u valur minimu ta' 500 Ω/V tal-vultaġġ operattiv għall-assemblaġġi AC.

5.2.8.1.4.2.   Sistema tal-motopropulsjoni elettrika magħmula minn assemblaġġi DC jew AC kkombinati

Jekk l-assemblaġġi b'vultaġġ għoli AC u l-assemblaġġi b'vultaġġ għoli DC ikunu konnessi ma' xulxin galvanikament, ir-reżistenza tal-iżolament bejn l-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (Ri, kif definit fil-paragrafu 5 tal-Anness 11) għandu jkollha valur minimu ta' 500 Ω/V tal-vultaġġ operattiv.

Madankollu, jekk il-grad ta' protezzjoni IPXXB ikun issodisfat għall-assemblaġġi b'vultaġġ għoli AC kollha inkella l-vultaġġ AC ikun daqs jew inqas minn 30 V wara l-impatt tal-vettura, ir-reżistenza tal-iżolament bejn l-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (Ri, kif definit fil-paragrafu 5 tal-Anness 11) għandu jkollha valur minimu ta' 100 Ω/V tal-vultaġġ operattiv.

5.2.8.2.   Tixrid tal-elettrolit

Fil-perjodu ta' bejn l-impatt u 30 minuta wara ma għandu jinxtered ebda elettrolit mir-REESS fil-kompartiment tal-passiġġieri u mhux iktar minn 7 fil-mija ta' elettrolit ma għandu jinxtered mir-REESS, għajr fil-każ ta' batteriji ta' trazzjoni tat-tip miftuħa barra mill-kompartiment tal-passiġġieri. Fil-każ ta' batteriji ta' trazzjoni tat-tip miftuħa, ma għandux jinxtered iktar minn 7 fil-mija, b'massimu ta' 5,0 litri, barra l-kompartiment tal-passiġġieri.

Il-manifattur għandu juri l-konformità mal-paragrafu 6 tal-Anness 11.

5.2.8.3.   Ritenzjoni tar-REESS

Ir-REESS li jkunu fil-kompartiment tal-passiġġieri għandhom jinżammu fejn ikunu ġew installati u l-komponenti tar-REESS għandhom jibqgħu fil-limiti tar-REESS.

L-ebda part ta' kwalunkwe REESS li tkun tinsab barra l-kompartiment tal-passiġġieri għall-valutazzjoni tas-sikurezza elettrika ma tista' tiddaħħal fil-kompartiment tal-passiġġieri waqt it-test tal-impatt jew warajh.

Il-manifattur għandu juri l-konformità mal-paragrafu 7 tal-Anness 11.

6.   STRUZZJONIJIET GĦALL-UTENTI TA' VETTURI MGĦAMMRA B'AIRBAGS

6.1.   Il-vettura għandu jkollha informazzjoni relatata mal-fatt li hija mgħammra b'airbags għas-sits.

6.1.1.   Għal vetturi li għandhom airbag immuntat maħsub għall-protezzjoni tas-sewwieq, din l-informazzjoni għandha tikkonsisti mill-iskrizzjoni “AIRBAG” fuq ġewwa taċ-ċirkonferenza tal-istering; din l-iskrizzjoni għandha titwaħħal b'mod li ma tinqalax u li tkun viżibbli faċilment.

6.1.2.   Fil-każ ta' vettura li għandha airbag għall-passiġġieri maħsub biex jipproteġi lil okkupanti tal-vettura li mhumiex is-sewwieq, din l-informazzjoni għandha tikkonsisti f'tikketta ta' twissija deskritta fil-paragrafu 6.2 ta' hawn taħt.

6.2.   Vettura li għandha airbag wieħed jew aktar għall-protezzjoni frontali tal-passiġġieri għandu jkollha informazzjoni dwar il-periklu estrem assoċjat mal-użu ta' trażżin għat-tfal li jħares lura ta' wara fuq sits mgħammra b'airbags installati.

6.2.1.   Bħala minimu, din l-informazzjoni għandha tikkonsisti f'tikketta li tinkludi pittogrammi ċari ta' twissija kif indikat hawn taħt:

Image

Id-dimensjonijiet kumplessivi għandhom ikunu tal-inqas 120 × 60 mm jew l-erja ekwivalenti.

It-tikketa murija hawn fuq tista' tiġi adattata b'tali mod li t-tqassim tal-informazzjoni jkun differenti mill-eżempju ta' hawn fuq; madankollu, il-kontenut tat-test għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' hawn fuq.

6.2.2.   Fil-każ ta' airbag għall-protezzjoni frontali fuq is-sit ta' quddiem tal-passiġġier, it-twissija għandha titwaħħal b'mod li sservi għal żmien twil ma' kull faċċata tal-viżiera tax-xemx ta' quddiem tal-passiġġier f'tali pożizzjoni li mill-inqas twissija waħda fuq il-viżiera tax-xemx tkun viżibbli f'kull ħin, irrispettivament mill-pożizzjoni tal-viżiera tax-xemx. Alternattivament, twissija waħda għandha tkun fuq il-faċċata viżibbli tal-viżiera tax-xemx mitwija u twissija oħra għandha tkun fuq is-saqaf wara l-viżiera, sabiex, tal-inqas twissija waħda tkun viżibbli f'kull ħin. Ma għandux ikun possibbli li din it-tikketta ta' twissija titneħħa faċilment mill-viżiera u mis-saqaf mingħajr ma jsir dannu evidenti u viżibbli b'mod ċar lill-viżiera jew lis-saqaf fil-ġewwieni tal-vettura.

Jekk il-vettura ma jkollhiex viżiera tax-xemx jew saqaf, it-tikketta ta' twissija għandha titqiegħed f'post fejn ikun viżibbli b'mod ċar f'kull ħin.

Fil-każ ta' airbag għall-protezzjoni frontali għal sits oħra fil-vettura, it-twissija trid tkun eżattament bi dritt is-sit rilevanti, u viżibbli sew u f'kull ħin għal xi ħadd li qed jinstalla trażżin għat-tfal li jħares lura fuq dak is-sit. Ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu u tal-paragrafi 6.2.1 ma japplikawx għal dawk il-pożizzjonijiet tas-sits mgħammra b'apparat li awtomatikament jiddiżattiva l-assemblaġġ tal-airbag għall-protezzjoni frontali meta jkun installat kwalunkwe trażżin tat-tfal li jħares lura.

6.2.3.   Għandha tiddaħħal informazzjoni dettaljata li tirreferi għat-twissija fil-manwal ta' sid il-vettura; bħala minimu, it-test li ġej fil-lingwi uffiċjali kollha tal-pajjiż jew tal-pajjiżi fejn il-vettura tista' raġonevolment tkun mistennija li tiġi reġistrata (eż. fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa jew New Zealand, eċċ.), għandu jinkludi mill-inqas:

“QATT ma għandek tuża trażżin tat-tfal li jħares lura fuq sit protett b'AIRBAG ATTIV quddiemu; dan jista' jikkawża l-MEWT jew ĠRIEĦI SERJI lit-TFAL”

It-test għandu jkun akkumpanjat bi stampa tat-tikketta tat-twissija kif tidher fil-vettura. L-informazzjoni għandha tinstab faċilment fil-manwal ta' sid il-vettura (eż, ikun hemm referenza speċifika għall-informazzjoni stampata fl-ewwel paġna, ikun hemm marka li tidentifika l-paġna jew ktejjeb separat, eċċ.)

Ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu ma japplikawx għal dawk il-vetturi fejn il-pożizzjonijiet kollha tas-sits tal-passiġġieri jkunu mgħammra b'apparat li jiddiżattiva awtomatikament l-assemblaġġ tal-airbag għall-protezzjoni frontali meta jkun installat it-trażżin tat-tfal li jħares lura.

7.   MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' VETTURA

7.1.   Kwalunkwe modifika li taffettwa l-istruttura, in-numru ta' sits ta' quddiem, il-finitura jew it-tagħmir ta' fuq ġewwa, jew il-pożizzjoni tal-kontrolli jew tal-partijiet mekkaniċi tal-vettura li jistgħu jaffetwaw kemm tiflaħ tassorbi enerġija l-parti ta' quddiem tal-vettura għandha tinġieb għall-attenzjoni tal-Awtorita tal-Approvazzjoni tat-Tip li qed tagħti l-approvazzjoni. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista' jew:

7.1.1.

Tqis li l-modifikazzjonijiet li saru mhux probabbli li jkollhom effett avvers apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-vettura xorta hija konformi mar-rekwiżiti; jew

7.1.2.

Titlob li s-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet iwettaq test ieħor, minn fost dawk deskritti aktar hawn taħt, skont in-natura tal-modifiki;

7.1.2.1.   Kwalunkwe modifika tal-vettura li taffettwa l-forma ġenerali tal-istruttura tal-vettura u/jew kwalunkwe żieda fil-massa ta' aktar minn 8 fil-mija li fil-ġudizzju tal-awtorità jista' jkollha effett notevoli fuq ir-riżultati tat-testijiet għandha teħtieġ ripetizzjoni tat-test kif deskritt fl-Anness 3;

7.1.2.2.   Jekk il-modifiki jikkonċernaw biss it-tagħmir ta' fuq ġewwa, jekk il-massa ma tvarjax b'iktar minn 8 fil-mija u jekk in-numru tas-sits ta' quddiem ipprovduti inizjalment fil-vettura jibqa' l-istess, għandha titwettaq din il-proċedura:

7.1.2.2.1.

Test issimplifikat kif previst fl-Anness 7 u/jew,

7.1.2.2.2.

Test parzjali kif definit mis-Servizz Tekniku relatat mal-modifiki magħmula.

7.2.   Konferma jew ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdiliet, għandhom jintbagħtu skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta' hawn fuq, lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal din l-estensjoni u għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stipulati fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

8.1.

Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun konformi mat-tip ta' vettura approvat, fir-rigward ta' karatteristiċi li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-okkupanti tal-vettura fil-każ ta' ħabta frontali.

8.2.

Id-detentur tal-approvazzjoni għandu jiżgura li tal-inqas għal kull tip ta' vettura jitwettqu t-testijiet li jikkonċernaw it-teħid ta' kejl.

8.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tista', fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità ta' produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darba kull sentejn.

9.   PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 7.1 ta' hawn fuq jew jekk il-vettura jew il-vetturi magħżula ma jgħaddux mill-verifiki preskritti fil-paragrafu 7.2 ta' hawn fuq.

9.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha mill-ewwel tgħarraf b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta' tip ta' vettura approvata skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b'dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tavża b'dan lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

11.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

11.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 tas-serje ta' emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 4 tas-serje ta' emendi 01.

11.2.   Mit-23 ta' Ġunju 2013, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet tat-tip biss lil dawk it-tipi ta' vetturi li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 4 tas-serje ta' emendi 01 tal-emendi

11.3.   Sakemm ma jkun hemm ebda rekwiżit f'dan ir-Regolament fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti permezz ta' test ta' impatt frontali totali, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jkomplu japplikaw ir-rekwiżiti li diġà hemm fis-seħħ għal dak l-għan meta japplikaw dan ir-Regolament.

11.4.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad li tagħti approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta' emendi 02.

11.5.   Minn 24 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss lil dawk it-tipi ta' vetturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 02.

Madankollu, fil-każ ta' vetturi li jkollhom sistema tal-motopropulsjoni elettrika li taħdem b'vultaġġ għoli, jingħata perjodu addizzjonali ta' 12-il xahar kemm-il darba l-manifattur juri, għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku, li l-vettura tipprovdi livelli ta' sikurezza ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 02.

11.6.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet għall-approvazzjonijiet maħruġa lis-serje preċedenti ta' emendi għal dan ir-Regolament, meta din l-estensjoni ma tkunx tinvolvi xi bidla lis-sistema tal-propulsjoni tal-vettura.

Madankollu, minn 48 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02, ma għandhomx jingħataw estensjonijiet għall-approvazzjonijiet maħruġa mis-serje preċedenti ta' emendi fir-rigward tal-vetturi li jkollhom motopropulsjoni elettrika li taħdem b'vultaġġ għoli.

11.7.   Jekk fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02 ta' dan ir-Regolament ikunu jeżistu rekwiżiti nazzjonali biex jindirizzaw id-dispożizzjonijiet ta' sikurezza ta' vetturi li jkollhom sistema tal-motopropulsjoni elettrika li taħdem b'vultaġġ għoli, dawk il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-approvazzjoni nazzjonali ta' tali vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti nazzjonali, sakemm dawn il-vetturi ma jkunux approvati għas-serje ta' emendi 02 ta' dan ir-Regolament.

11.8.   Minn 48 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02 ta' dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali u jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali (l-ewwel użu) ta' vettura li jkollha sistema tal-motopropulsjoni elettrika li taħdem b'vultaġġ għoli li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje ta' emendi 02 ta' dan ir-Regolament.

11.9.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettaw approvazzjonijiet skont is-serje ta' emendi 01 ta' dan ir-Regolament, għall-vetturi li mhumiex affettwati mis-serje ta' emendi 02.

11.10.   Sa 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 tas-serje ta' emendi 02 ta' dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip skont is-serje ta' emendi 02 ta' dan ir-Regolament mingħajr ma jqisu d-dispożizzjonijiet tas-Suppliment 4.

11.11.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje ta' emendi 03.

11.12.   Mill-1 ta' Settembru 2018, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss lil dawk it-tipi ta' vetturi li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 03.

11.13.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta' approvazzjonijiet għal tipi eżistenti li jkunu ngħataw skont is-serje preċedenti ta' emendi għal dan ir-Regolament.

11.14.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettaw approvazzjonijiet skont is-serje ta' emendi 01 tar-Regolament, mogħtija qabel it-23 ta' Ġunju 2013 jew 2014, kif previst fil-paragrafu 11.5 ta' hawn fuq.

11.15.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettaw approvazzjonijiet skont is-serje ta' emendi 02 tar-Regolament, mogħtija qabel l-1 ta' Settembru 2018.

12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, tal-manifatturi awtorizzati biex iwettqu t-testijiet u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u lil min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, paragrafu 2.

(2)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.3

(3)  Sal-1 ta' Ottubru 1998, il-valuri miksuba għall-għonq ma għandhomx ikunu l-kriterji tas-suċċess/tal-falliment għall-finijiet tal-għoti tal-approvazzjoni. Ir-riżultati miksuba għandhom jiġu rreġistrati fir-rapport tat-test u jinġabru mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. Wara din id-data, il-valuri speċifikati f'dan il-paragrafu għandhom japplikaw bħala l-kriterji tas-suċċess/tal-falliment sakemm jew sa meta jiġu adottati valuri alternattivi.


ANNESS 1

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(Ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq, imwaħħla mal-vettura, turi li t-tip ta' vettura kkonċernat, fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti fil-każ ta' ħabta frontali, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru 94 bin-numru tal-approvazzjoni 031424. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 94 kif emendat mis-serje ta' emendi 03.

MUDELL B

(Ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq, imwaħħla mal-vettura, turi li t-tip ta' vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 94 u Nru 11. (1) L-ewwel żewġ ċifri tan-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 94 kien jinkorpora s-serje ta' emendi 03 u r-Regolament Nru 11 kien jinkorpora s-serje ta' emendi 03.


(1)  Dan in-numru tal-aħħar hu mogħti biss bħala eżempju.


ANNESS 3

PROĊEDURA TAT-TEST

1.   L-INSTALLAZZJONI U L-PREPARAZZJONI TAL-VETTURA

1.1.   Post fejn isir it-test

Iż-żona tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda l-korsa tar-rankatura, l-ostaklu u l-installazzjonijiet tekniċi neċessarji għat-test. L-aħħar parti tal-korsa, għal mill-inqas 5 m qabel l-ostaklu, għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa.

1.2.   Ostaklu

Il-faċċata ta' quddiem tal-ostaklu hija magħmula minn struttura deformabbli kif definit fl-Anness 9 ta' dan ir-Regolament. Il-faċċata ta' quddiem tal-istruttura deformabbli hija perpendikulari b'varjazzjoni ta' ± 1° mad-direzzjoni li fiha tivvjaġġa l-vettura tat-test. L-ostaklu huwa marbut ma' massa ta' mhux inqas minn 7 × 104 kg, li l-faċċata ta' quddiem tagħha hija vertikali b'varjazzjoni ta' ± 1°. Il-massa hija ankrata mal-art jew impoġġija fuq l-art, jekk ikun neċessarju, permezz ta' apparati addizzjonali li jirrestrinġu l-moviment tagħha.

1.3.   L-orjentament tal-ostaklu

L-orjentament tal-ostaklu huwa tali li l-ewwel kuntatt tal-vettura mal-ostaklu jkun fuq in-naħa tal-kolonna tal-istering. Jekk ikun hemm għażla bejn li jsir it-test b'vettura li tinsaq fuq il-lemin jew b'vettura li tinsaq fuq ix-xellug, it-test għandu jsir bin-naħa tas-sewqan l-inqas favorevoli kif iddeterminat mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-testijiet.

1.3.1.   L-allinjament tal-vettura mal-ostaklu

Għandu jkun hemm sovrapożizzjoni ta' 40 fil-mija ± 20 mm bejn il-vettura u l-wiċċ tal-ostaklu.

1.4.   Stat tal-vettura

1.4.1.   Speċifikazzjoni ġenerali

Il-vettura tat-test għandha tkun rappreżentattiva tal-produzzjoni f'serje, għandha tinkludi t-tagħmir kollhu li jkun installat normalment u għandha tkun f'kundizzjoni ta' sewqan normali. Xi komponenti jistgħu jinbidlu b'mases ekwivalenti fejn ikun jidher b'mod ċar li din is-sostituzzjoni ma għandha l-ebda effett evidenti fuq ir-riżultati mkejla skont il-paragrafu 6.

Bi ftehim bejn il-manifattur u s-Servizz Tekniku tista' ssir xi modifika lis-sistema tal-fjuwil sabiex ikun jista' jintuża ammont xieraq ta' fjuwil ħalli titħaddem il-magna jew is-sistema ta' konverżjoni tal-enerġija elettrika.

1.4.2.   Massa tal-vettura

1.4.2.1.   Għat-test, il-massa tal-vettura mressqa għandha tkun il-massa mingħajr tagħbija f'kundizzjoni ta' sewqan.

1.4.2.2.   It-tank tal-fjuwil għandu jkun mimli bl-ilma b'massa daqs 90 fil-mija tal-massa ta' tank mimli kif speċifikat mill-manifattur b'tolleranza ta' ±1 fil-mija.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għat-tankijiet tal-fjuwil tal-idroġenu.

1.4.2.3.   Is-sistemi l-oħra kollha (tal-brejk, tat-tkessiħ, eċċ) jistgħu jkunu vojta; f'dan il-każ, il-massa tal-likwidi għandha tkun ikkumpensata b'attenzjoni.

1.4.2.4.   Jekk il-massa tal-apparat tal-kejl fil-vettura teċċedi l-25 kg konċessi, din tista' tkun ikkumpensata permezz ta' tnaqqis li ma jkollux effett evidenti fuq ir-riżultati mkejla taħt il-paragrafu 6 ta' hawn taħt.

1.4.2.5.   Il-massa tal-apparat tal-kejl ma għandhiex tbiddel kull tagħbija ta' referenza tal-fus b'aktar minn 5 fil-mija, b'kull varjazzjoni ma teċċedix l-20 kg.

1.4.2.6.   Il-massa tal-vettura li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.4.2.1 ta' hawn fuq għandha tiġi indikata fir-rapport.

1.4.3.   L-aġġustamenti fil-kompartiment tal-passiġġieri

1.4.3.1.   Il-pożizzjoni tal-istering

L-istering, jekk ikun aġġustabbli, għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni normali indikata mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta' kwalunkwe rakkomandazzjoni partikolari mill-manifattur, fin-nofs bejn il-limiti tal-medda/meded ta' aġġustament. Fi tmiem vjaġġ bis-sewqan, l-istering għandu jitħalla ħieles, bil-mankijiet tiegħu fil-pożizzjoni li skont il-manifattur tikkorrispondi mal-moviment tal-vettura dritt 'il quddiem.

1.4.3.2.   Ħġieġ

Il-ħġieġ li jista' jiġi mċaqlaq għandu jkun magħluq. Għal finijiet tal-kejl tat-test u bi ftehim mal-manifattur, dan il-ħġieġ jista' jiġi mniżżel, sakemm il-pożizzjoni tal-manku tikkorrispondi ma' pożizzjoni magħluqa.

1.4.3.3.   Il-liver għat-tibdil tal-gerijiet

Il-liver għat-tibdil tal-gerijiet għandu jkun fil-pożizzjoni newtrali. Jekk il-vettura tkun propulsa mill-magna tagħha stess, il-livell tat-tibdil tal-gerijiet għandu jiġi ddefinit mill-manifattur.

1.4.3.4.   Il-pedali

Il-pedali għandhom ikunu fil-pożizzjoni normali tagħhom ta' serħan. Jekk ikunu aġġustabbli, għandhom jitqiegħdu fil-pożizzjoni tan-nofs sakemm ma tiġix speċifikata ebda pożizzjoni oħra mill-manifattur.

1.4.3.5.   Bibien

Il-bibien għandhom ikunu magħluqa imma mhux illokkjati.

1.4.3.5.1.   Fil-każ ta' vetturi mgħammra b'sistema tal-illokkjar tal-bibien attivata awtomatikament, is-sistema għandha tiġi attivata malli l-vettura tibda tinstaq sabiex tillokkja l-bibien awtomatikament qabel il-mument tal-impatt. Skont l-għażla tal-manifattur, il-bibien għandhom jiġu llokkjati manwalment qabel ma l-vettura tibda miexja.

1.4.3.5.2.   Fil-każ ta' vetturi mgħammra b'sistema tal-illokkjar tal-bibien attivata awtomatikament, li tkun installata b'mod opzjonali u/jew li tista' tiġi diżattivata mis-sewwieq, għandha tintuża waħda minn dawn iż-żewġ proċeduri, skont l-għażla tal-manifattur:

1.4.3.5.2.1.

Is-sistema għandha tiġi attivata malli l-vettura tibda miexja sabiex tillokkja l-bibien awtomatikament qabel il-mument tal-impatt. Jekk il-manifattur jagħżel hekk, il-bibien għandhom jiġu llokkjati manwalment qabel ma l-vettura tibda miexja.

1.4.3.5.2.2.

Il-bibien laterali ta' fuq il-genb tal-impatt ma għandhomx jibqgħu llokkjati u għal dawn il-bibien is-sistema ma għandhiex tkun attivata; għall-bibien laterali ta' fuq il-genb mhux impattat, is-sistema tista' tiġi attivata sabiex dawn il-bibien jiġu llokkjati awtomatikament qabel il-mument tal-impatt. Skont l-għażla tal-manifattur, dawn il-bibien għandhom jiġu llokkjati manwalment qabel ma l-vettura tibda miexja.

1.4.3.6.   Saqaf li jinfetaħ

Jekk ikun hemm installat saqaf li jinfetaħ jew li jista' jitneħħa, dan għandu jkun f'postu u magħluq. Għal finijiet ta' kejl tat-test u bi ftehim mal-manifattur, dan jista' jitħalla miftuħ.

1.4.3.7.   Il-viżiera tax-xemx

Il-viżieri tax-xemx għandhom ikunu mitwija.

1.4.3.8.   Il-mera retroviżur

Il-mera retroviżur ta' fuq ġewwa għandha tkun fil-pożizzjoni normali tal-użu.

1.4.3.9.   Id-dirgħajn tas-sits

Id-dirgħajn tas-sits fuq quddiem u fuq wara, jekk jiċċaqalqu, għandhom ikunu fil-pożizzjoni mniżżla, sakemm dan ma jistax isir minħabba l-pożizzjoni tal-manikini fil-vetturi.

1.4.3.10.   It-trażżin tar-ras

It-trażżin tar-ras bl-għoli aġġustabbli għandu jkun fil-pożizzjoni l-aktar xierqa tiegħu kif definita mill-manifattur. Fin-nuqqas ta' rakkomandazzjoni speċifika mill-manifattur, it-trażżin tar-ras għandu jkun fl-ogħla pożizzjoni possibbli tiegħu.

1.4.3.11.   Sits

1.4.3.11.1.   Il-pożizzjoni tas-sits ta' quddiem

Is-sits aġġustabbli b'mod lonġitudinali għandhom jitqiegħdu b'tali mod li l-punt “H” tagħhom, iddeterminat skont il-proċedura stipulata fl-Anness 6, ikun fil-pożizzjoni tan-nofs tal-moviment possibbli tagħhom jew fl-eqreb pożizzjoni li jillokkjaw fiha, u fl-għoli ddefinit mill-manifattur (jekk l-għoli jkun aġġustabbli b'mod indipendenti). Fil-każ ta' sit f'forma ta' bank, ir-referenza għandha tkun għall-punt “H” tal-post tas-sewwieq.

1.4.3.11.2.   Il-pożizzjoni tad-dahar tas-sits ta' quddiem

Jekk ikunu aġġustabbli, id-dahrien tas-sits għandhom jiġu aġġustati b'tali mod li l-inklinazzjoni li tirriżulta tat-torso tal-manikin tkun kemm jista' jkun qrib dik irrakkomandata mill-manifattur għall-użu normali jew, fin-nuqqas ta' rakkomandazzjoni speċifika mill-manifattur, f'25° lura mil-linja vertikali.

1.4.3.11.3.   Is-sits ta' wara

Jekk ikunu aġġustabbli, is-sits ta' wara jew is-sits f'forma ta' bank ta' wara għandhom jitqiegħdu fil-pożizzjoni irtirata tagħhom.

1.4.4.   Aġġustament tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika

1.4.4.1.   Ir-REESS għandha tkun fi kwalunkwe stat ta' ċċarġjar, li jippermetti t-tħaddim normali tas-sistema tal-motopropulsjoni kif rakkomandat mill-manifattur.

1.4.4.2.   Is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika għandha tiġi enerġizzata bit-tħaddim tas-sorsi oriġinali tal-enerġija elettrika jew mingħajru (eż. il-ġeneratur tal-magna, ir-REESS jew is-sistema ta' konverżjoni tal-enerġija elettrika), madankollu:

1.4.4.2.1.

Bi ftehim bejn is-Servizz Tekniku u l-manifattur, għandu jkun possibbli li t-test jitwettaq bis-sistema tal-motopropulsjoni elettrika kollha, inkella b'partijiet tagħha, li ma jkunux qegħdin jiġu enerġizzati sakemm dan ma jħallix influwenza negattiva fuq ir-riżultat tat-test. Għall-partijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika mhux enerġizzati, il-protezzjoni minn xokk elettriku trid tiġi ppruvata bi protezzjoni fiżika jew b'reżistenza tal-iżolament u b'evidenza addizzjonali xierqa.

1.4.4.2.2.

Fil-każ fejn ikun hemm skonnettur awtomatiku, fuq talba tal-manifattur għandu jkun permessibbli li t-test jitwettaq waqt li l-iskonnettur awtomatiku jiġi attivat. F'dan il-każ irid jintwera li l-iskonnettur awtomatiku kien jiffunzjona waqt it-test tal-impatt. Dan jinkludi s-sinjal ta' attivazzjoni awtomatika kif ukoll is-separazzjoni galvanika, fejn jitqiesu l-kundizzjonijiet osservati waqt l-impatt.

2.   IL-MANIKINI

2.1.   Is-sits ta' quddiem

2.1.1.   Manikin li jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjonijiet ta' manikin Hybrid III b'dimensjonijiet ta' ħamsin fil-mija tal-irġiel (1) li jkollu għaksa ta' 45° u li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament tiegħu għandu jiġi installat f'kull wieħed mis-sits ta' quddiem lejn in-naħa ta' barra skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness 5. L-għaksa tal-manikin trid tkun ċertifikata skont il-proċeduri speċifikati fl-Anness 10.

2.1.2.   Il-vettura għandha tiġi ttestjata b'sistemi ta' trażżin, kif ipprovduti mill-manifattur.

3.   IL-PROPULSJONI U R-ROTTA TAL-VETTURA

3.1.   Il-propulsjoni tal-vettura għandha tiġi mill-magna tagħha stess jew minn kwalunkwe mezz ta' propulsjoni ieħor.

3.2.   Fil-mument tal-impatt il-vettura ma għandhiex tibqa' suġġetta għall-azzjoni ta' kwalunkwe apparat addizzjonali ta' stering jew ta' propulsjoni.

3.3.   Ir-rotta tal-vettura għandha tkun tali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1.2 u 1.3.1 ta' hawn fuq.

4.   IL-VELOĊITÀ TAT-TEST

Il-veloċità tal-vettura fil-mument tal-impatt għandha tkun ta' 56 – 0/ +1 km/h. Madankollu, jekk it-test ikun twettaq b'veloċità tal-impatt ogħla u l-vettura ssodisfat ir-rekwiżiti, it-test għandu jitqies sodisfaċenti.

5.   IL-KEJL LI GĦANDU JSIR FUQ IL-MANIKIN FIS-SITS TA' QUDDIEM

5.1.   Il-kejl kollu neċessarju għall-verifika tal-kriterji ta' prestazzjoni għandu jsir b'sistemi ta' kejl li jikkorrispondu mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 8.

5.2.   Il-parametri differenti għandhom jiġu rreġistrati permezz ta' kanali indipendenti tad-dejta tas-CFC (Klassi tal-Frekwenza tal-Kanal) li ġejja:

5.2.1.   Il-kejl fir-ras tal-manikin

L-aċċelerazzjoni (a) li tirreferi għaċ-ċentru tal-gravità tiġi kkalkulata mill-komponenti triassjali tal-aċċelerazzjoni mkejla b'CFC ta' 1 000.

5.2.2.   Il-kejl fl-għonq tal-manikin

5.2.2.1.   Il-forza tensili assjali u l-forza tensili fuq quddiem/wara fil-parti fejn jiltaqgħu l-għonq u r-ras jitkejlu b'CFC ta' 1 000.

5.2.2.2.   Il-moment tal-liwi madwar assi laterali fil-parti fejn jiltaqgħu l-għonq u r-ras jitkejjel b'CFC ta' 600.

5.2.3.   Il-kejl fit-toraċi tal-manikin

Id-deflessjoni tas-sider bejn l-isternu u s-sinsla tad-dahar titkejjel b'CFC ta' 180.

5.2.4.   Il-kejl fil-femur u fit-tibja tal-manikin

5.2.4.1.   Il-forza kompressiva assjali u l-moments tal-liwi jitkejlu b'CFC ta' 600.

5.2.4.2.   L-ispostament it-tibja mqabbel ma' dak tal-femur jitkejjel fl-artikolazzjoni tal-irkoppa b'CFC ta' 180.

6.   IL-KEJL LI GĦANDU JSIR FUQ IL-VETTURA

6.1.   Sabiex ikun jista' jsir it-test simplifikat deskritt fl-Anness 7, il-kurva tad-deċelerazzjoni mal-ħin, tal-istruttura, għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-valur tal-aċċelerometri lonġitudinali fil-bażi tal-pilastru “B”, fuq in-naħa l-milquta tal-vettura, b'CFC ta' 180 permezz ta' kanali tad-dejta li jikkorrispondu mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness 8;

6.2.   Il-kurva tal-veloċità mal-ħin li tintuża fil-proċedura tat-test deskritta fl-Anness 7 għandha tinkiseb mill-aċċelerometru lonġitudinali, fil-pilastru “B”, fuq in-naħa l-milquta tal-vettura.


(1)  L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-disinni dettaljati ta' Hybrid III, li jikkorrispondu mad-dimensjonijiet prinċipali ta' ħamsin fil-mija tal-irġiel fl-Istati Uniti tal-Amerika, u l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament ta' dan għal dan it-test huma ddepożitati mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u jistgħu jiġu kkonsultati, meta jintalbu, fis-segretarjat tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, Palais des Nations, Ġinevra, L-Iżvizzera.


ANNESS 4

IL-KRITERJU TAL-PRESTAZZJONI TAR-RAS (HPC - HEAD PERFORMANCE CRITERION) U L-KRITERJU TAL-AĊĊELERAZZJONI TAR-RAS TA' 3 MS

1.   IL-KRITERJU TAL-PRESTAZZJONI TAR-RAS (HPC36)

1.1.   Il-Kriterju tal-Prestazzjoni tar-Ras (HPC36) jitqies issodisfat meta, waqt it-test, ma jkun hemm l-ebda kuntatt bejn ir-ras u xi komponent tal-vettura.

1.2.   Jekk, waqt it-test, ikun hemm kuntatt bejn ir-ras u xi komponent tal-vettura, il-valur tal-HPC jiġi kkalkulat, abbażi tal-aċċelerazzjoni (a), imkejla skont il-paragrafu 5.2.1 tal-Anness 3, permezz ta' din il-formula:

Formula

fejn:

1.2.1.

It-terminu “a” huwa l-aċċelerazzjoni li tirriżulta mkejla skont il-paragrafu 5.2.1 tal-Anness 3 u mkejla f'unitajiet tal-gravità, g (1 g = 9,81 m/s2);

1.2.2.

Jekk il-bidu tal-kuntatt tar-ras jista' jkun iddeterminat b'mod sodisfaċenti, t1 u t2 huma ż-żewġ waqtiet, espressi f'sekondi, li jiddefinixxu l-intervall ta' ħin bejn il-bidu tal-kuntatt tar-ras u t-tmiem tar-reġistrazzjoni ta' meta jintlaħaq il-valur massimu tal-HPC;

1.2.3.

Jekk il-bidu tal-kuntatt tar-ras ma jistax ikun iddeterminat, t1 u t2 huma ż-żewġ waqtiet, espressi f'sekondi, li jiddefinixxu l-intervall ta' ħin bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni ta' meta jintlaħaq il-valur massimu tal-HPC;

1.2.4.

Il-valuri tal-HPC ta' meta l-intervall ta' ħin (t1 – t2) ikun akbar minn 36 ms jiġu injorati għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur massimu.

1.3.   Il-valur tal-aċċelerazzjoni tar-ras li tirriżulta waqt l-impatt 'il quddiem, li jinqabeż waqt 3 ms b'mod kumulattiv jiġi kkalkulat mill-aċċelerazzjoni tar-ras li tirriżulta, imkejla skont il-paragrafu 5.2.1 tal-Anness 3.

2.   IL-KRITERJI TA' KORRIMENT FL-GĦONQ

2.1.   Dawn il-kriterji jiġu ddeterminati mill-forza kompressiva assjali, il-forza tensili assjali u l-forza tensili fuq quddiem/wara fil-parti fejn jiltaqgħu l-għonq u r-ras, espressi f'kN u mkejla skont il-paragrafu 5.2.2 tal-Anness 3 u mid-durata ta' dawn il-forzi espressa f'ms.

2.2.   Il-kriterju tal-moment tal-liwi tal-għonq jiġi ddeterminat mill-moment tal-liwi, espress f'Nm, madwar l-assi laterali fil-parti ta' fejn jiltaqgħu l-għonq u r-ras u mkejjel skont paragrafu 5.2.2 tal-Anness 3.

2.3.   Il-moment tal-flessjoni tal-liwi tal-għonq, espress f'Nm, għandu jiġi rreġistrat.

3.   IL-KRITERJU TAL-KOMPRESSJONI TAT-TORAĊI (THCC) U L-KRITERJU TAL-VISKOŻITÀ (V * C)

3.1.   Il-kriterju tal-kompressjoni tat-toraċi jiġi ddeterminat mill-valur assolut tad-deformazzjoni tat-toraċi, espress f'mm u mkejjel skont il-paragrafu 5.2.3 tal-Anness 3.

3.2.   Il-kriterju tal-viskożità (V * C) jiġi kkalkulat bħala l-prodott matematiku istantanju tal-kompressjoni u r-rata tad-deflessjoni tal-isternu, imkejla skont il-paragrafu 6 ta' dan l-anness u skont il-paragrafu 5.2.3 tal-Anness 3.

4.   IL-KRITERJU TAL-FORZA FUQ IL-FEMUR (FFC - FEMUR FORCE CRITERION)

4.1.   Dan il-kriterju jiġi ddeterminat mit-tagħbija kompressiva espressa f'kN, trażmessa assjalment fuq kull femur tal-manikin u mkejla skont il-paragrafu 5.2.4 tal-Anness 3 u mid-durata tat-tagħbija kompressiva espressa f'ms.

5.   IL-KRITERJU TAL-FORZA KOMPRESSIVA FUQ IT-TIBJA (TCFC) U L-INDIĊI TAT-TIBJA (TI)

5.1.   Il-kriterju tal-forza kompressiva fuq it-tibja jiġi ddeterminat mit-tagħbija kompressiva (Fz) espressa f'kN, trażmessa assjalment fuq kull qasba tas-sieq tal-manikin u mkejla skont il-paragrafu 5.2.4 tal-Anness 3.

5.2.   L-indiċi tat-tibja jiġi kkalkulat fuq abbażi tal-moments tal-liwi (MX u My) imkejla skont paragrafu 5.1 permezz ta' din il-formula:

Formula

Fejn:

MX

=

il-moment tal-liwi madwar l-assi x

MY

=

il-moment tal-liwi madwar l-assi y

(MC)R

=

il-moment kritiku tal-liwi u għandu jitqies bħala 225 Nm

FZ

=

il-forza kompressiva assjali fid-direzzjoni z

(FC)Z

=

il-forza kompressiva kritika fid-direzzjoni z u għandha titqies bħala 35,9 kN u

Formula

L-indiċi tat-tibja jiġi kkalkulat għal fuq nett u għal isfel nett ta' kull tibja; madankollu, Fz tista' titkejjel kemm f'naħa kif ukoll fl-oħra. Il-valur miksub jintuża għall-kalkoli tat-TI ta' fuq nett u ta' isfel nett. Il-moments Mx u My jiġu mkejla t-tnejn separatament fiż-żewġ postijiet.

6.   IL-PROĊEDURA GĦALL-KALKOLU TAL-KRITERJI TAL-VISKOŻITÀ (V * C) GĦALL-MANIKIN HYBRID III

6.1.   Il-kriterju tal-viskożità jiġi kkalkulat bħala l-prodott matematiku istantanju tal-kompressjoni u r-rata tad-deflessjoni tal-isternu. It-tnejn li huma jinkisbu mill-kejl tad-deflessjoni tal-isternu.

6.2.   Ir-rispons tad-deflessjoni tal-isternu jiġi ffiltrat darba b'CFC ta' 180. Il-kompressjoni fil-ħin t tiġi kkalkulata minn dan is-sinjal iffiltrat bħala:

Formula

Il-veloċità tad-deflessjoni tal-isternu fil-ħin t tiġi kkalkulata mid-deflessjoni ffiltrata bħala:

Formula

Fejn D(t) hija d-deflessjoni fil-ħin t f'metri, u ∂t huwa l-intervall ta' ħin f'sekondi bejn il-kejl tad-deflessjoni. Il-valur massimu ta' ∂t għandu jkun ta' 1,25 × 10– 4 sekondi. Din il-proċedura ta' kalkolu hija indikata fid-dijagramma ta' hawn taħt:

Image


ANNESS 5

L-ARRANĠAMENT U L-INSTALLAZZJONI TA' MANIKINI U L-AĠĠUSTAMENT TAS-SISTEMI TA' TRAŻŻIN

1.   L-ARRANĠAMENT TAL-MANIKINI

1.1.   Is-sits separati

Il-pjan ta' simetrija tal-manikin għandu jikkoinċidi mal-pjan medjan vertikali tas-sit.

1.2.   Is-sit f'forma ta' bank ta' quddiem

1.2.1.   Is-sewwieq

Il-pjan ta' simetrija tal-manikin għandu jkun fil-pjan vertikali li jgħaddi miċ-ċentru tal-istering u parallel mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Jekk il-pożizzjoni bilqiegħda hija ddeterminata mill-forma tas-sit, dan is-sit għandu jitqies bħala sit separat.

1.2.2.   Il-passiġġier fuq in-naħa ta' barra

Il-pjan ta' simetrija tal-manikin għandu jkun simetriku ma' dak manikin tas-sewwieq relattivament mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Jekk il-pożizzjoni bilqiegħda hija ddeterminata mill-forma tas-sit, dan is-sit għandu jitqies bħala sit separat.

1.3.   Is-sit f'forma ta' bank għall-passiġġieri ta' quddiem (is-sewwieq mhux inkluż)

Il-pjani ta' simetrija tal-manikin għandhom jikkoinċidu mal-pjani medjani tal-pożizzjonijiet bilqiegħda ddefiniti mill-manifattur.

2.   L-INSTALLAZZJONI TAL-MANIKINI

2.1.   Ras

Il-pjattaforma tal-istrumentazzjoni trasversali tar-ras għandha tkun orizzontali b'varjazzjoni ta' 2,5°. Sabiex tiġi llivellata r-ras tal-manikin f'vetturi b'sits weqfin b'dahar mhux aġġustabbli, iridu jiġu segwiti s-sekwenzi li ġejjin. L-ewwel nett, aġġusta l-pożizzjoni tal-punt “H” fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2.4.3.1 ta' hawn taħt sabiex tillivella l-pjattaforma tal-istrumentazzjoni trasversali tar-ras tal-manikin. Jekk il-pjattaforma tal-istrumentazzjoni trasversali tar-ras għadha mhix illivellata, aġġusta l-angolu pelviku tal-manikin fil-limiti previsti fil-paragrafu 2.4.3.2 ta' hawn taħt. Jekk il-pjattaforma tal-istrumentazzjoni trasversali tar-ras għadha mhix illivellata, aġġusta l-bracket tal-għonq tal-manikin l-ammont minimu neċessarju sabiex tiżgura li l-pjattaforma tal-istrumentazzjoni trasversali tar-ras hija orizzontali b'tolleranza ta' 2.5°.

2.2.   Id-dirgħajn

2.2.1.   Il-parti ta' fuq ta' dirgħajn is-sewwieq għandhom ikunu maġenb it-torso bil-linji taċ-ċentru viċin kemm jista' jkun tal-pjan vertikali.

2.2.2.   Il-parti ta' fuq ta' dirgħajn il-passiġġier għandhom ikunu f'kuntatt mad-dahar tas-sit u l-ġnub tat-torso.

2.3.   L-idejn

2.3.1.   Il-kfief ta' idejn il-manikin tas-sewwieq għandhom ikunu f'kuntatt mal-parti ta' barra tax-xifer tal-istering fil-linja taċ-ċentru orizzontali tax-xifer. Is-swaba' l-kbar tal-idejn għandhom ikunu fuq ix-xifer tal-istering u għandhom ikunu marbuta ħafif bit-tejp max-xifer tal-istering sabiex jekk l-id tal-manikin tiġi mbuttata 'l fuq b'forza ta' mhux inqas minn 9 N u mhux aktar minn 22 N, it-tejp jirrilaxxa l-id minn max-xifer tal-istering.

2.3.2.   Il-kfief ta' jdejn il-manikin tal-passiġġier għandhom ikunu f'kuntatt mal-parti ta' barra tal-koxxa. Is-seba' ż-żgħir għandu jkun f'kuntatt mal-kuxxin tas-sit.

2.4.   It-torso

2.4.1.   Fil-vetturi mgħammra b'sits f'forma ta' bank, il-parti ta' fuq tat-torso tal-manikin tas-sewwieq u dik tal-manikin tal-passiġġier għandhom jistrieħu mad-dahar tas-sit. Il-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin tas-sewwieq għandu jkun vertikali u parallel mal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura, u jgħaddi miċ-ċentru tax-xifer tal-istering. Il-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin tal-passiġġier għandu jkun vertikali u parallel mal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura u fl-istess distanza mil-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura bħall-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin tas-sewwieq.

2.4.2.   Fil-vetturi mgħammra b'sits individwali, il-parti ta' fuq tat-torso tal-manikin tas-sewwieq u dik tal-manikin tal-passiġġier għandhom jistrieħu mad-dahar tas-sit. Il-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin tas-sewwieq u tal-manikin tal-passiġġier għandhom ikunu vertikali u għandhom jikkoinċidu mal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tas-sits individwali.

2.4.3.   Il-parti ta' isfel tat-torso

2.4.3.1.   Il-punt “H”

Il-punt “H” tal-manikin tas-sewwieq u tal-manikin tal-passiġġier għandhom jikkoinċidu b'tolleranza ta' 13 mm fid-dimensjoni vertikali u ta' 13 mm fid-dimensjoni orizzontali, b'punt 6 mm taħt mill-pożizzjoni tal-punt “H” iddeterminat bil-proċedura deskritta fl-Anness 6, ħlief li t-tul tas-segmenti tal-parti ta' isfel tar-riġel u tal-koxxa tal-magna għall-punt “H” għandhom jiġu aġġustati għal 414 u 401 mm, minflok għal 417 u 432 mm rispettivament.

2.4.3.2.   L-angolu pelviku

L-angolu mkejjel orizzontalment fuq is-superfiċe ċatt ta' 76,2 mm (3 pulzieri) tal-gejġ għall-kejl tal-angolu pelviku għandu jkun ta' 22,5 gradi ± 2,5 gradi; biex dan jiġi ddeterminat jintuża dan il-gejġ (disinn 78051-532 (GM) inkorporat bir-referenza għall-Parti 572) li jiddaħħal fit-toqba tal-kejl tal-punt “H” tal-manikin.

2.5.   Ir-riġlejn

Il-partijiet ta' fuq ta' riġlejn il-manikin tas-sewwieq u l-manikin tal-passiġġier għandhom jistrieħu fuq il-kuxxin tas-sit sakemm tippermetti l-pożizzjoni tas-saqajn. Id-distanza inizjali bejn is-superfiċji esterni tal-clevis flange tal-artikolazzjoni tal-irkoppa għandha tkun ta' 270 mm ± 10 mm. Kemm jista' jkun, ir-riġel tax-xellug tal-manikin tas-sewwieq u r-riġlejn tal-manikin tal-passiġġier għandhom ikunu fi pjani lonġitudinali vertikali. Sakemm huwa prattikabbli, ir-riġel tal-lemin tal-manikin tas-sewwieq għandu jkun fi pjan vertikali. Fid-dawl ta' konfigurazzjonijiet diversi tal-kompartiment tal-passiġġieri, jista' jsir aġġustament finali sabiex ikun hemm fejn jitqiegħdu s-saqajn skont il-paragrafu 2.6.

2.6.   Is-saqajn

2.6.1.   Is-sieq il-leminija tal-manikin tas-sewwieq għandha tistrieħ fuq l-aċċeleratur mhux magħfus bil-punt l-aktar fuq wara tal-għarqub fuq is-superfiċe tal-art fil-pjan tal-pedala. Jekk is-sieq ma tistax titqiegħed fuq il-pedala tal-aċċeleratur, din għandha titqiegħed f'pożizzjoni perpendikolari mat-tibja u 'l quddiem kemm jista' jkun fid-direzzjoni tal-linja taċ-ċentru tal-pedala bil-punt l-aktar fuq wara tal-għarqub jistrieħ fuq is-superfiċe tal-art. L-għarqub tas-sieq tax-xellug għandu jitqiegħed 'il quddiem kemm jista' jkun u għandu jistrieħ fuq il-wiċċ tal-art. Is-sieq tax-xellug għandha titqiegħed f'pożizzjoni kemm jista' jkun ċatta mat-toe board. Il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tar-riġel tax-xellug għandha titqiegħed f'pożizzjoni parallela kemm jista' jkun mal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura. Għall-vetturi mgħammra b'footrest, għandu jkun possibbli li, fuq talba tal-manifattur, is-sieq tax-xellug titqiegħed fuq il-footrest. F'dan il-każ, il-pożizzjoni tas-sieq tax-xellug tiġi ddefinita mill-footrest.

2.6.2.   L-għarqbejn ta' saqajn il-manikin tal-passiġġier għandhom jitqiegħdu 'l quddiem kemm jista' jkun u għandhom jistrieħu fuq il-wiċċ tal-art. Iż-żewġ saqajn għandhom jitqiegħdu f'pożizzjoni kemm jista' jkun ċatta mat-toe board. Il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tas-saqajn għandha titqiegħed parallela kemm jista' jkun mal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura.

2.7.   L-istrumenti tal-kejl installati ma għandhom jaffettwaw bl-ebda mod il-moviment tal-manikin waqt l-impatt.

2.8.   It-temperatura tal-manikin u tal-istrumentazzjoni tal-kejl għandha tiġi stabbilizzata qabel it-test u miżmuma sakemm huwa possibbli fil-marġni ta' bejn 19 °C u 22,2 °C.

2.9.   L-ilbies tal-manikini

2.9.1.   Il-manikini bl-istrumenti għandhom jitlibbsu bi ħwejjeġ li jiġġebdu skont il-forma magħmulin mid-drapp tal-qoton bi kmiem qosra u bi qliezi twal sa nofs il-pexxun tar-riġel kif speċifikat f'FMVSS 208, fid-disinni 78051-292 u 293 jew l-ekwivalenti tagħhom.

2.9.2.   Żarbuna ta' daqs 11XW, li tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandard militari tal-Istati Uniti MIL S 13192, reviżjoni P, fir-rigward tad-daqs tal-forma, tal-ħxuna tal-pett tal-qiegħ u tal-għarqub, u tal-piż ta' 0,57 ± 0,1 kg, għandha titlibbes u tintrabat fuq kull sieq tal-manikini tat-test.

3.   L-AĠĠUSTAMENT TAS-SISTEMA TAT-TRAŻŻIN

Il-ġakketta tal-manikin għandha tkun installata fil-pożizzjoni xierqa fejn it-toqba tal-bolt tal-bracket ta' taħt tal-għonq u t-toqba tal-ġakketta tal-manikin ikunu fl-istess pożizzjoni. Bil-manikin fil-pożizzjoni bilqiegħda maħsuba għalih, kif speċifikat mir-rekwiżiti xierqa tal-paragrafi 2.1 sa 2.6 u 3.1 sa 3.6 ta' hawn fuq, poġġi ċ-ċintorin madwar il-manikin tat-test u aqfel il-bokkla. Issikka l-partijiet laxki taċ-ċinturin tal-ħoġor. Iġbed, f'direzzjoni orizzontali, iċ-ċinturin fil-parti ta' fuq tat-torso 'l barra mir-retrattur, f'pożizzjoni li tgħaddi miċ-ċentru tal-manikin, u ħallih jinġibed lura. Irrepeti din il-proċedura erba' darbiet. Iċ-ċinturin tal-ispalla għandu jkun fiż-żona tal-ispalla fejn ma jkunx tista' tinqala' minn magħha jew imiss mal-għonq. Id-direzzjoni taċ-ċinturin tas-sikurezza għandha tkun: għal manikin Hybrid III b'dimensjonijiet ta' ħamsin fil-mija tal-irġiel, it-toqba tan-naħa ta' barra tal-ġakketta tal-manikin ma għandiex tiġi moħbija kompletament miċ-ċinturin tas-sikurezza. Applika tagħbija ta' tensjoni ta' bejn 9 u 18 N fuq iċ-ċinturin tal-ħoġor. Jekk is-sistema taċ-ċinturin tkun mgħammra b'apparat li jnaqqas it-tensjoni, introduċi l-ammont massimu ta' laxkezza fiċ-ċinturin tal-parti ta' fuq tat-torso li huwa rakkomandat mill-manifattur għall-użu normali fil-manwal ta' sid il-vettura. Jekk is-sistema taċ-ċinturin ma tkunx mgħammra b'apparat li jnaqqas it-tensjoni, ħalli t-tul żejjed taċ-ċinturin tal-ispalla jinġibed lura bil-forza tar-retrattur.

Meta ċ-ċinturin tas-sikurezza u l-ankraġġi tiegħu jkunu f'pożizzjoni li ċ-ċinturin ma jkunx kif meħtieġ hawn fuq, iċ-ċinturin tas-sikurezza jista' jiġi aġġustat manwalment u jinżamm f'postu permezz tat-tejp.


ANNESS 6

Il-proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi motorizzati  (1)

Appendix 1

Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali għall-punt “H” (magna 3-D H) (1)

Appendiċi 2

Sistema ta' referenza tridimensjonali (1)

Appendiċi 3

Id-dejta ta' referenza li tikkonċerna pożizzjonijiet bilqiegħda (1)


(1)  Il-proċedura kif deskritta fl-Anness 1 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2). www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html


ANNESS 7

IL-PROĊEDURA TAT-TEST BIT-TROLLEY

1.   L-INSTALLAZZJONI U L-PROĊEDURA TAT-TEST

1.1.   It-trolley

It-trolley għandu jkun mibni b'tali mod li wara t-test ma tibqa' tidher ebda deformazzjoni permanenti. Għandu jkun iggwidat b'tali mod li, waqt il-fażi tal-impatt, id-devjazzjoni ma teċċedix 5° fil-pjan vertikali u 2° fil-pjan orizzontali.

1.2.   L-istat tal-istruttura

1.2.1.   Ġenerali

L-istruttura ttestjata għandha tkun rappreżentattiva tal-produzzjoni f'serje tal-vetturi konċernati. Xi komponenti jistgħu jiġu sostitwiti jew imneħħija meta jkun ċar li tali sostituzzjoni jew tneħħija li mhu se jkollha l-ebda effett fuq ir-riżultati tat-test.

1.2.2.   Aġġustamenti

L-aġġustamenti għandhom ikunu konformi ma' dawk stipulati fil-paragrafu 1.4.3 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament, fejn jitqiesu l-indikazzjonijiet tal-paragrafu 1.2.1 ta' hawn fuq.

1.3.   It-twaħħil tal-istruttura

1.3.1.   L-istruttura għandha tkun imwaħħla sew mat-trolley b'tali mod li waqt it-test ma jkun hemm l-ebda spostament relattiv.

1.3.2.   Il-metodu użat għall-irbit tal-istruttura mat-trolley ma għandux ikollu l-effett li jsaħħaħ l-ankraġġi tas-sits jew l-apparati tat-trażżin, jew li jipproduċi xi deformazzjoni mhux normali tal-istruttura.

1.3.3.   L-apparat għat-twaħħil rakkomandat huwa dak fejn l-istruttura tistrieħ fuq appoġġi mqiegħda bejn wieħed u ieħor fl-assi tar-roti jew, jekk ikun possibbli, fejn l-istruttura tkun marbuta mat-trolley bl-irbit tas-sistema tas-suspensjoni.

1.3.4.   L-angolu bejn l-assi lonġitudinali tal-vettura u d-direzzjoni tal-moviment tat-trolley għandu tkun ta' 0° ± 2°.

1.4.   Il-manikini

Il-manikini u l-pożizzjoni tagħhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet fil-paragrafu 2 tal-Anness 3.

1.5.   L-apparat tal-kejl

1.5.1.   Id-deċelerazzjoni tal-istruttura

Il-pożizzjoni tat-transducers li jkejlu d-deċelerazzjoni tal-istruttura waqt l-impatt għandha tkun parallela mal-assi lonġitudinali tat-trolley skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 8 (CFC ta' 180).

1.5.2.   Il-kejl li għandu jsir fuq il-manikini

Il-qisien kollha neċessarji għall-verifika tal-kriterji elenkati huma stipulati fil-paragrafu 5 tal-Anness 3.

1.6.   Il-kurva tad-deċelerazzjoni tal-istruttura

Il-kurva tad-deċelerazzjoni tal-istruttura waqt il-fażi tal-impatt għandha tkun tali li l-kurva tal-“varjazzjoni tal-veloċità mal-ħin”, miksuba permezz ta' integrazzjoni, fl-ebda punt ma tvarja b'iktar minn ± 1 m/s mill-kurva ta' referenza tal-“varjazzjoni tal-veloċità mal-ħin” tal-vettura kkonċernata, kif definita fl-appendiċi ta' dan l-anness. Sabiex tinkiseb il-veloċità tal-istruttura fil-kuritur jista' jintuża l-ispostament fir-rigward tal-assi tal-ħin tal-kurva ta' referenza.

1.7.   Il-kurva ta' referenza ΔV = f(t) tal-vettura kkonċernata

Din il-kurva ta' referenza tinkiseb permezz ta' integrazzjoni tal-kurva tad-deċelerazzjoni tal-vettura konċernata mkejla fit-test tal-ħabta frontali ma' ostaklu kif previst fil-paragrafu 6 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.

1.8.   Metodu ekwivalenti

It-test jista' jitwettaq b'xi metodu ieħor differenti minn dak tad-deċelerazzjoni tat-trolley, sakemm tali metodu jkun konformi mar-rekwiżit li jikkonċerna l-marġni ta' varjazzjoni tal-veloċità deskritt fil-paragrafu 1.6 ta' hawn fuq.

APPENDIĊI

IL-KURVA TAL-EKWIVALENZA – L-INTERVALL TA' TOLLERANZA GĦALL-KURVA ΔV = f(t)

Image Test ta 'immaġni

ANNESS 8

IT-TEKNIKA TAL-KEJL FIT-TESTIJIET TAL-KEJL: STRUMENTAZZJONI

1.   DEFINIZZJONIJIET

1.1.   Il-kanal tad-dejta

Il-kanal tad-dejta jinkludi l-istrumentazzjoni tal-kejl kollha minn transducer (jew transducers multipli li l-outputs tagħhom ikunu kkombinati b'xi mod speċifiku) sa, u inkluż, kwalunkwe proċedura ta' analiżi li tista' tbiddel il-kontenut ta' dejta dwar il-frekwenza jew l-amplitudni.

1.2.   It-transducer

L-ewwel apparat ta' kanal tad-dejta użat biex jikkonverti kwantità fiżika li trid titkejjel fi kwantità oħra (pereżempju, vultaġġ elettriku) li tista' tiġi pproċessata mill-komponenti l-oħra tal-kanal.

1.3.   Il-Klassi tal-Amplitudni tal-Kanal: CAC - Channel Amplitude Class

Id-deżinjazzjoni ta' kanal tad-dejta li jissodisfa ċerti karatteristiċi ta' amplitudni kif speċifikati f'dan l-anness. In-numru tas-CAC huwa numerikament daqs il-limitu ta' fuq tal-medda tal-kejl.

1.4.   Il-frekwenzi karatteristiċi FH, FL, FN

Dawn il-frekwenzi huma ddefiniti fil-Figura 1 ta' dan l-anness.

1.5.   Il-Klassi tal-Frekwenza tal-Kanal: CFC - Channel Frequency Class

Il-klassi tal-frekwenza tal-kanal hija ddeżinjata minn numru li jindika li r-rispons tal-frekwenza tal-kanal jinsab fil-limiti speċifikati fil-Figura 1 ta' dan l-anness. Dan in-numru u l-valur tal-frekwenza FH f'Hz huma numerikament indaqs b'mod.

1.6.   Il-koeffiċjent tas-sensittività

L-inklinazzjoni grafika tal-linja dritta li tirrappreżenta l-aħjar approssimazzjoni tal-valuri tal-kalibrazzjoni, iddeterminata permezz tal-metodu tal-minimu kwadrat fil-klassi tal-amplitudni tal-kanal.

1.7.   Il-fattur tal-kalibrazzjoni ta' kanal tad-dejta

Il-valur medju tal-koeffiċjenti tas-sensittività, ikkalkulati fuq frekwenzi mqassmin b'mod uniformi fi skala logaritmika bejn FL u Formula

1.8.   Żball ta' linearità

Il-proporzjon, f'persentaġġ, tad-differenza massima bejn il-valur tal-kalibrazzjoni u l-valur korrispondenti li jinqara mil-linja dritta ddefinita fil-paragrafu 1.6 ta' hawn fil-limitu ta' fuq tal-klassi tal-amplitudni tal-kanal.

1.9.   Is-sensittività trasversali

Il-proporzjon tas-sinjal tal-output għas-sinjal tal-input, meta jkun applikat kurrent elettriku lit-transducer b'mod perpendikulari mal-assi tal-kejl. Dan jiġi espress bħala persentaġġ tas-sensittività tul l-assi tal-kejl.

1.10.   Il-ħin ta' dewmien il-fażi (Phase delay time)

Il-ħin ta' dewmien il-fażi ta' kanal tad-dejta huwa daqs id-dewmien il-fażi (f'unitajiet ta' radians) ta' sinjal sinusojdali, diviż bil-frekwenza angulari ta' dak is-sinjal (f'unitajiet radians/second).

1.11.   L-ambjent

Is-somma, f'mument speċifiku, tal-kundizzjonijiet u l-influwenzi esterni kollha li għalihom ikun suġġett il-kanal tad-dejta.

2.   IR-REKWIŻITI MAL-PRESTAZZJONI

2.1.   Żball ta' linearità

Il-valur assolut tal-iżball ta' linearità tal-kanal tad-dejta fi kwalunkwe frekwenza fis-CFC, għandu jkun daqs jew inqas minn 2,5 fil-mija tal-valur tas-CAC, fuq il-medda tal-kejl kollha.

2.2.   L-amplitudni kontra l-frekwenza

Ir-rispons tal-frekwenza ta' kanal tad-data għandu jkun bejn il-kurvi indikati fil-Figura 1 ta' dan l-anness. Il-linja dB żero tiġi ddeterminata mill-fattur tal-kalibrazzjoni.

2.3.   Il-ħin ta' dewmien il-fażi (Phase delay time)

Il-ħin ta' dewmien il-fażi bejn is-sinjal tal-input u s-sinjal tal-output ta' kanal tad-dejta għandu jiġi ddeterminat u ma għandux ivarja b'iktar minn 0,1 FH sekondi bejn 0,03 FH u FH.

2.4.   Ħin

2.4.1.   Il-bażi tal-ħin

Għandha tiġi rreġistrata bażi tal-ħin li, bħala minimu, tindika 1/100 s bi preċiżjoni ta' 1 fil-mija.

2.4.2.   Id-dewmien relattiv fil-ħin

Id-dewmien relattiv fil-ħin bejn is-sinjali ta' żewġ kanali ta' dejta jew aktar, irrispettivament mill-klassi ta' frekwenza tagħhom, m'għandux jeċċedi 1 ms, eskluż id-dewmien ikkawżat mill-ispostament tal-fażi (phase shift).

Żewġ kanali tad-dejta jew aktar li s-sinjali tagħhom huma kkombinati għandu jkollhom l-istess klassi ta' frekwenza u ma għandux ikollhom dewmien relattiv fil-ħin ta' aktar minn 1/10 FH sekondi.

Dan ir-rekwiżit japplika għas-sinjali analogi kif ukoll għall-impulsi ta' sinkronizzazzjoni u għas-sinjali diġitali.

2.5.   Is-sensittività trasversali tat-transducer

Is-sensittività trasversali tat-transducer għandha tkun inqas minn 5 fil-mija fi kwalunkwe direzzjoni.

2.6.   Il-kalibrazzjoni

2.6.1.   Ġenerali

Il-kanal tad-dejta għandu jiġi kkalibrat mill-inqas darba fis-sena, bl-użu ta' tagħmir ta' referenza li jikkorrispondi għal standards magħrufa. Il-metodi użati biex isir il-paragun mat-tagħmir ta' referenza ma għandux jintroduċu żball akbar minn 1 fil-mija tas-CAC. L-użu tat-tagħmir ta' referenza huwa limitat għall-marġni ta' frekwenza li għalih ikun ġie kkalibrat. Is-sottosistemi ta' kanal tad-dejta jistgħu jiġu evalwati individwalment u r-riżultati jitqiesu fil-preċiżjoni tal-kanal tad-dejta totali. Dan jista' jsir, pereżempju, permezz ta' sinjal elettriku ta' amplitudni magħrufa li jissimula s-sinjal tal-output tat-transducer li jippermetti li ssir verifika tal-fattur tal-amplifikazzjoni tal-kanal tad-dejta, minbarra t-transducer.

2.6.2.   Il-preċiżjoni tat-tagħmir ta' referenza għall-kalibrazzjoni

Il-preċiżjoni tat-tagħmir ta' referenza għandha tiġi ċċertifikata jew approvata minn servizz ta' metroloġija uffiċjali.

2.6.2.1.   Kalibrazzjoni statika

2.6.2.1.1.   Aċċelerazzjonijiet

L-iżbalji għandhom ikunu inqas minn ± 1,5 fil-mija tal-klassi tal-amplitudni tal-kanal.

2.6.2.1.2.   Forzi

L-iżball għandu jkun ta' inqas minn ± 1 fil-mija tal-klassi tal-amplitudni tal-kanal.

2.6.2.1.3.   Spostamenti

L-iżball għandu jkun ta' inqas minn ± 1 fil-mija tal-klassi tal-amplitudni tal-kanal.

2.6.2.2.   Kalibrar dinamiku

2.6.2.2.1.   Aċċelerazzjonijiet

L-iżball fl-aċċelerazzjonijiet ta' referenza espress bħala persentaġġ tal-klassi tal-amplitudni tal-kanal għandu jkun ta' inqas minn ± 1,5 fil-mija taħt 400 Hz, ta' inqas minn ± 2 fil-mija bejn 400 Hz u 900 Hz, u ta' inqas minn ± 2,5 fil-mija 'l fuq minn 900 Hz.

2.6.2.3.   Ħin

L-iżball relattiv fil-ħin ta' referenza għandu jkun ta' inqas minn 10– 5.

2.6.3.   Il-koeffiċjent ta' sensittività u l-iżball ta' linearità

Il-koeffiċjent ta' sensittività u l-iżball ta' linearità għandhom jiġu ddeterminati billi jitkejjel is-sinjal tal-output tal-kanal tad-dejta, għal sinjal tal-input magħruf, għal valuri differenti ta' dan is-sinjal. Il-kalibrazzjoni tal-kanal tad-dejta għandha tkopri l-medda kollha tal-klassi tal-amplitudni.

Għall-kanali b'żewġ direzzjonijiet, għandhom jintużaw kemm il-valuri pożittivi kif ukoll dawk negattivi.

Jekk it-tagħmir tal-kalibrazzjoni ma jistax jipproduċi l-input meħtieġ minħabba l-valuri wisq għolja tal-kwantità li trid titkejjel, il-kalibrazzjoni għandha titwettaq fil-limiti tal-istandards tal-kalibrazzjoni u dawn il-limiti għandhom jiġu rreġistrati fir-rapport tat-test.

Il-kanal tad-dejta totali għandu jiġi kkalibrat bi frekwenza jew b'firxa ta' frekwenzi li jkollhom valur sinifikanti ta' bejn FL u Formula

2.6.4.   Kalibrazzjoni tar-rispons tal-frekwenza

Il-kurvi tar-rispons tal-fażi u tal-amplitudni mqabbla mal-frekwenza għandhom jiġu ddeterminati billi jitkejlu s-sinjali tal-output tal-kanal tad-dejta f'termini ta' fażi u amplitudni mqabbla ma' sinjal tal-input magħruf, għal valuri differenti ta' dan is-sinjal li jvarjaw bejn FL u 10 darbiet is-CFC jew 3 000 Hz, liema minnhom ikun l-aktar baxx.

2.7.   Effetti ambjentali

Għandha ssir verifika regolari sabiex tiġi identifikata kwalunkwe influwenza mill-ambjent (bħal fluss elettriku jew manjetiku, veloċità tal-kejbil, eċċ.). Dan jista' jsir, pereżempju, billi tiġi rreġistrata l-output ta' kanali żejda mgħammra bi transducers finti. Jekk jinkisbu sinjali tal-output sinifikanti għandha tittieħed azzjoni korrettiva, pereżempju billi jinbidlu l-kejbils.

2.8.   L-għażla u d-deżinjazzjoni tal-kanal tad-dejta

Is-CAC u c-CFC jiddefinixxu kanal tad-dejta.

Is-CAC għandha tkun 1, 2 jew 5 immultiplikat bih innifsu għal għaxar darbiet.

3.   L-IMMUNTAR TAT-TRANSDUCERS

It-transducers għandhom ikunu mwaħħlin sew sabiex ir-reġistrazzjonijiet tagħhom jiġu affettwati l-inqas possibbli mill-vibrazzjoni. Kwalunkwe immuntar li jkollu l-iktar frekwenza ta' reżonanza baxxa daqs, mill-inqas, 5 darbiet il-frekwenza FH tal-kanal tad-dejta kkunsidrat għandu jitqies validu. It-transducers tal-aċċelerazzjoni, b'mod partikolari, għandhom jiġu mmuntati b'tali mod li l-angolu inizjali tal-assi tal-kejl reali mal-assi korrispondenti tas-sistema tal-assi ta' referenza ma jkunx ikbar minn 5°, sakemm ma ssirx valutazzjoni analitika jew esperimentali tal-effett tal-immuntar fuq id-dejta miġbura. Meta jkun meħtieġ li jitkejlu l-aċċelerazzjonijiet multiassjali f'punt partikolari, l-assi ta' kull transducer tal-aċċelerazzjoni għandu jgħaddi mhux aktar minn 10 mm minn dak il-punt, u ċ-ċentru tal-massa sismika ta' kull aċċelerometru għandha tkun mhux aktar minn 30 mm minn dak il-punt.

4.   IPPROĊESSAR TAD-DEJTA

4.1.   L-iffiltrar

L-iffiltrar li jikkorrispondi għall-frekwenzi tal-klassi tal-kanal tad-dejta jista' jsir jew waqt ir-reġistrazzjoni jew l-ipproċessar tad-dejta. Madankollu, qabel ma tinbeda r-reġistrazzjoni, għandu jsir iffiltrar analoġiku f'livell ogħla mis-CFC sabiex tintuża mill-inqas 50 fil-mija tal-medda dinamika tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni u biex jitnaqqas ir-riskju ta' saturazzjoni tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni minn frekwenzi għolja jew li dawn iwasslu għal żbalji ta' aliasing fil-proċess ta' diġitalizzazzjoni.

4.2.   Diġitalizzazzjoni

4.2.1.   Frekwenza tal-kampjunar

Il-frekwenza tal-kampjunar għandha tkun, mill-inqas, 8 FH. Fil-każ ta' reġistrazzjoni analoġika, meta l-veloċità tar-reġistrar u dik tal-qari jkunu differenti, il-frekwenza tal-kampjunar tista' tiġi diviża bil-proporzjon tal-veloċità.

4.2.2.   Ir-riżoluzzjoni tal-amplitudni

Id-daqs minimu tal-kliem diġitali għandu jkun ta' 7 bits u bit ta' parità.

5.   PREŻENTAZZJONI TAR-RIŻULTATI

Ir-riżultati jridu jiġu preżentati fuq karta ta' daqs A4 (ISO/R 216). Ir-riżultati, preżentati bħala dijagrammi, għandu jkollhom l-assi gradati skont il-qisien b'unità ta' kejl li tikkorrispondi għal multiplu xieraq tal-unità magħżula (pereżempju, 1, 2, 5, 10, 20 millimetri). Għandhom jintużaw unitajiet tas-Sistema Internazzjonali (SI), għajr għall-veloċità tal-vettura, fejn tista' tintuża l-unità km/h, u għall-aċċelerazzjonijiet ikkawżati minn impatt fejn tista' tintuża g, fejn g = 9,8 m/s2.

Figura 1

Il-kurva tar-rispons tal-frekwenza

Image

CFC - Channel Frequency Class

FL

Hz

FH

Hz

FN

Hz

N

Skala logaritmika

a

b

c

d

e

f

g

± 0,5

+ 0,5; – 1

+ 0,5; – 4

– 9

– 24

– 30

dB

dB

dB

dB/octave

dB/octave

1 000

< 0,1

1 000

1 650

600

< 0,1

600

1 000

180

< 0,1

180

300

60

< 0,1

60

100


ANNESS 9

ID-DEFINIZZJONI TAL-OSTAKLU DEFORMABBLI

1.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET DWAR IL-KOMPONENTI U L-MATERJALI

Id-dimensjonijiet tal-ostaklu huma indikati fil-Figura 1 ta' dan l-anness. Id-dimensjonijiet tal-komponenti individwali tal-ostaklu huma elenkati separatament hawn taħt.

1.1.   Il-blokka prinċipali alveolari (main honeycomb block)

Dimensjonijiet:

Għoli

:

650 mm (fid-direzzjoni tal-assi tal-linja alveolari)

Wisa'

:

1 000 mm

Fond

:

450 mm (fid-direzzjoni tal-assi taċ-ċelluli alveolari)

Id-dimensjonijiet kollha ta' hawn fuq għandhom jippermettu tolleranza ta' ± 2,5 mm

Materjal

:

Aluminju 3003 (ISO 209, Parti 1)

Ħxuna tal-fojl

:

0,076 mm ± 15 fil-mija

Daqs taċ-ċellula

:

19,1 mm ± 20 fil-mija

Densità

:

28,6 kg/m3 ± 20 fil-mija

Reżistenza għat-tgħaffiġ

:

0,342 MPa + 0 fil-mija – 10 fil-mija (1)

1.2.   L-element tal-bumper

Dimensjonijiet:

Għoli

:

330 mm (fid-direzzjoni tal-assi tal-linja alveolari)

Wisa'

:

1 000 mm

Fond

:

90 mm (fid-direzzjoni tal-assi taċ-ċelluli alveolari)

Id-dimensjonijiet kollha ta' hawn fuq għandhom jippermettu tolleranza ta' ± 2,5 mm

Materjal

:

Aluminju 3003 (ISO 209, Parti 1)

Ħxuna tal-fojl

:

0,076 mm ± 15 fil-mija

Daqs taċ-ċellula

:

6,4 mm ± 20 fil-mija

Densità

:

82,6 kg/m3 ± 20 fil-mija

Reżistenza għat-tfarrik

:

1,711 MPa + 0 fil-mija – 10 fil-mija (1)

1.3.   Il-folja ta' appoġġ

Dimensjonijiet

Għoli

:

800 mm ± 2,5 mm

Wisa'

:

1 000 mm ± 2,5 mm

Ħxuna

:

2,0 mm ± 0,1 mm

1.4.   Il-folja tal-kisi

Dimensjonijiet

Tul

:

1 700 mm ± 2,5 mm

Wisa'

:

1 000 mm ± 2,5 mm

Ħxuna

:

0,81 ± 0,07 mm

Materjal

:

Aluminju 5251/5052 (ISO 209, parti 1)

1.5.   Il-folja tal-kisi tal-bumper

Dimensjonijiet

Għoli

:

330 mm ± 2,5 mm

Wisa'

:

1 000 mm ± 2,5 mm

Ħxuna

:

0,81 mm ± 0,07 mm

Materjal

:

Aluminju 5251/5052 (ISO 209, parti 1)

1.6.   L-adeżiv

L-adeżiv li għandu jintuża fil-proċess għandu jkun poliuretan magħmul minn żewġ komponenti (pereżempju, ir-reżina Ciba-Geigy XB5090/1 bis-sustanza li twebbes (hardener) XB5304, jew b'sustanza ekwivalenti).

2.   ĊERTIFIKAZZJONI TAL-ISTRUTTURA ALVEOLARI TAL-ALUMINJU

Proċedura sħiħa tal-ittestjar għaċ-ċertifikazzjoni tal-istruttura alveolari tal-aluminju tinsab fl-istandard NHTSA TP-214D. Din hija spjega fil-qosor tal-proċedura li għandha tiġi applikata għall-materjali tal-ostaklu tal-impatt frontali, liema materjali jkollhom reżistenza għat-tfarrik ta' 0,342 MPa u 1,711 MPa rispettivament.

2.1.   Pożizzjoni tal-kampjuni

Sabiex tkun assigurata l-uniformità tar-reżistenza għat-tfarrik mal-faċċata kollha tal-ostaklu, għandhom jittieħdu tmien kampjuni minn erba' pożizzjonijiet spazjati b'mod uniformi fuq il-blokka alveolari. Għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni tal-blokka, seba' minn dawn it-tmien kampjuni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-reżistenza għat-tfarrik tas-sezzjonijiet li ġejjin.

Il-pożizzjoni tal-kampjuni tiddependi mid-daqs tal-blokka alveolari. L-ewwelnett, erba' kampjuni, kull wieħed b'daqs ta' 300 mm × 300 mm u bi ħxuna ta' 50 mm għandhom jitqattgħu mill-blokka tal-materjal tal-faċċata tal-ostaklu. Jekk jogħġbok irreferi għall-Figura 2 ta' dan l-Anness li turi f'liema pożizzjoni għandhom ikunu dawn is-sezzjonijiet fil-blokka alveolari. Kull wieħed minn dawn il-kampjuni aktar kbar għandu jitqatta' f'kampjuni għall-ittestjar taċ-ċertifikazzjoni (150 mm × 150 mm × 50 mm). Iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ittestjar ta' żewġ kampjuni minn kull waħda minn dawn l-erba' pożizzjonijiet. It-tnejn l-oħra għandhom ikunu disponibbli għall-applikant, meta jintalbu.

2.2.   Daqs tal-kampjun

Għall-ittestjar għandhom jintużaw kampjuni b'dawn id-daqsijiet:

Tul

:

150 mm ± 6 mm

Wisa'

:

150 mm ± 6 mm

Ħxuna

:

50 mm ± 2 mm

Il-ġnub ta' ċelluli mhux sħaħ madwar it-tarf tal-kampjun għandhom jiċċekknu kif ġej:

 

Fid-direzzjoni tal-wisa' “W”, il-borduri ma għandhomx ikunu akbar minn 1,8 mm (ara l-Figura 3 ta' dan l-anness).

 

Fid-direzzjoni tat-tul “L”, nofs it-tul tal-ġenb ta' ċellula waħda (fid-direzzjoni tal-linja alveolari) għandu jitħalla f'kull tarf tal-kampjun (ara l-Figura 3 ta' dan l-anness).

2.3.   Il-kejl tal-erja

It-tul tal-kampjun għandu jitkejjel fi tliet pożizzjonijiet, 12,7 mm minn kull tarf u fin-nofs, u jiġi rreġistrat bħala L1, L2 u L3 (il-Figura 3 ta' dan l-anness). Bl-istess mod, il-wisa' għandha titkejjel u tiġi rreġistrata bħala W1, W2 u W3 (il-Figura 3 ta' dan l-anness). Dan il-kejl għandu jsir fuq il-linja taċ-ċentru tal-ħxuna. L-erja tat-tfarrik għandha tiġi kkalkulata permezz ta' din il-formula:

Formula

2.4.   Il-veloċità u d-distanza tat-tfarrik

Il-kampjun għandu jiġi mfarrak b'veloċità ta' mhux inqas minn 5,1 mm/min u mhux aktar minn 7,6 mm/min. Id-distanza minima tat-tfarrik għandha tkun ta' 16,5 mm.

2.5.   Ġbir tad-dejta

Id-dejta li tqabbel il-forza mad-deflessjoni għandha tinġabar jew f'forma analoga jew f'forma diġitali għal kull kampjun ittestjat. Jekk tinġabar dejta analoga allura għandu jkun disponibbli mezz kif din tinqaleb għal forma diġitali. Id-dejta diġitali kollha għandha tinġabar bi frekwenza ta' mhux inqas minn 5 Hz (5 punti għal kull sekonda).

2.6.   Id-determinazzjoni tar-reżistenza għat-tfarrik

Injora d-dejta kollha ta' fond ta' tfarrik ta' inqas minn 6,4 mm ta' fond ta' tfarrik ta' aktar minn 16,5 mm. Iddividi d-dejta li tibqa' fi tliet sezzjonijiet jew intervalli ta' spostament (n = 1, 2, 3) (ara l-Figura 4 ta' dan l-anness) kif ġej:

(1)

06,4 mm – 09,7 mm inklużi,

(2)

09,7 mm – 13,2 mm esklużi,

(3)

13,2 mm – 16,5 mm inklużi.

Sib il-medja għal kull sezzjoni permezz ta' din il-formula:

Formula ; m = 1, 2, 3

Fejn m tirrappreżenta n-numru ta' punti ta' dejta mkejla f'kull wieħed mit-tliet intervalli. Ikkalkula r-reżistenza għat-tfarrik ta' kull sezzjoni permezz ta' din il-formula:

Formula; n = 1, 2, 3

2.7.   Speċifikazzjoni tar-reżistenza għat-tfarrik tal-kampjun

Sabiex kampjun alveolari jgħaddi minn din iċ-ċertifikazzjoni, għandhom jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet:

 

0,308 MPa ≤ S(n) ≤ 0,342 MPa għall-materjal ta' 0,342 MPa

 

1,540 MPa ≤ S(n) ≤ 1,711 MPa għall-materjal ta' 1,711 MPa

 

n = 1, 2, 3.

2.8.   Speċifikazzjoni tar-reżistenza għat-tfarrik tal-blokka

Għandhom jiġu ttestjati tmien kampjuni minn erba' pożizzjonijiet, spazjati b'mod uniformi fuq il-blokka. Sabiex blokka tgħaddi miċ-ċertifikazzjoni, sebgħa mit-tmien kampjuni għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjoni tar-reżistenza għat-tfarrik tas-sezzjoni ta' qabel.

3.   IL-PROĊEDURA TAT-TWAĦĦIL BL-ADEŻIV

3.1.   Immedjatament qabel jitwaħħlu ma' xulxin, is-superfiċji tal-folji tal-aluminju li jridu jitwaħħlu ma' xulxin għandhom jiġu mnaddfa sew bl-użu ta' solvent xieraq, bħall-1,1,1-Trikloroetan. Dan għandu jsir mill-inqas darbtejn jew kemm ikun meħtieġ sabiex jitneħħew id-depożiti ta' grease jew ħmieġ. Is-superfiċji mnaddfa mbagħad għandhom jinbarxu bl-użu ta' karta abrażiva ta' grad 120. Ma għandhiex tintuża karta abrażiva Metallika/tal-Karbur tas-Siliċju. Is-superfiċji għandhom jinbarxu sew u l-karta abrażiva għandha tinbidel b'mod regolari waqt il-proċess sabiex jiġi evitat li din tinstadd u toħloq effett ta' lostru. Wara l-brix, is-superfiċji għandhom jerġgħu jitnaddfu sew, kif indikat hawn fuq. B'kollox, is-superfiċji għandhom jitnaddfu permezz ta' solvent għal mill-inqas erba' darbiet. Il-ħmieġ u d-depożiti kollha li jibqgħu mill-proċess tal-brix għandhom jitneħħew, għaliex dawn jaffettwaw ħażin it-twaħħil tas-superfiċji.

3.2.   L-adeżiv għandu jiġi applikat ma' superfiċe wieħed biss, bl-użu ta' romblu tal-lastku bil-linji mqabbża 'l barra. Fil-każi fejn l-istruttura alveolari tkun meħtieġa titwaħħal ma' folja tal-aluminju, l-adeżiv għandu jiġi applikat biss fuq il-folja tal-aluminju.

Għandu jkun applikat b'mod uniformi massimu ta' 0,5 kg/m2 fuq is-superfiċe, hekk li l-ħxuna massima tal-film tkun ta' 0,5 mm.

4.   KOSTRUZZJONI

4.1.   Il-blokka alveolari prinċipali għandha titwaħħal mal-folja ta' appoġġ b'adeżiv b'tali mod li l-assi taċ-ċelluli jkunu perpendikulari mal-folja. Il-kisi għandu jitwaħħal mas-superfiċe ta' quddiem tal-blokka alveolari. Is-superfiċji ta' fuq u ta' isfel tal-folja tal-kisi ma għandhomx jitwaħħlu mal-blokka alveolari prinċipali imma għandhom jitqiegħdu qribha. Il-folja tal-kisi għandha titwaħħal b'adeżiv mal-folja ta' appoġġ mal-flanges tal-immuntar.

4.2.   L-element tal-bumper għandu jitwaħħal b'adeżiv mal-parti ta' quddiem tal-folja tal-kisi b'tali mod li l-assi taċ-ċelluli jkunu perpendikulari mal-folja. Il-qiegħ tal-element tal-bumper għandu jikkoinċidi mas-superfiċe tal-qiegħ tal-folja tal-kisi. Il-folja tal-kisi tal-bumper għandha titwaħħal b'adeżiv mal-parti ta' quddiem tal-element tal-bumper.

4.3.   L-element tal-bumper għandu mbagħad jiġi diviż fi tliet sezzjonijiet indaqs permezz ta' żewġ kanali orizzontali. Dawn il-kanali għandhom jinqatgħu tul il-fond kollu tas-sezzjoni tal-bumper u jestendu fuq il-wisa' kollha tal-bumper. Il-kanali għandhom jinqatgħu permezz ta' sega; il-wisa' tagħhom għandha tkun il-wisa' tax-xafra użata u m'għandhiex tkun aktar minn 4,0 mm.

4.4.   It-toqob biex jiġi mmuntat l-ostaklu għandhom jittaqqbu fil-flanges tal-immuntar (kif muri fil-Figura 5 ta' dan l-anness). It-toqob għandu jkollhom dijametru ta' 9,5 mm. Għandhom jittaqqbu bit-trapan ħames toqbiet fil-flange ta' fuq f'distanza ta' 40 mm mit-tarf ta' fuq u ħamsa toqbiet fil-flanġ ta' isfel, 40 mm mit-tarf tal-qiegħ ta' dak il-flange. It-toqob għandhom ikunu f'distanzi ta' 100 mm, 300 mm, 500 mm, 700 mm, 900 mm minn kull tarf tal-ostaklu. It-toqob kollha għandhom jittaqqbu bit-trapan b'tolleranza ta' ± 1 mm mid-distanzi nominali. Dawn il-pożizzjonijiet tat-toqob huma biss rakkomandazzjoni. Jistgħu jintużaw pożizzjonijiet alternattivi li tal-inqas joffru s-saħħa għall-immuntar u s-sigurtà prevista mill-ispeċifikazzjonijiet għall-immuntar imsemmija hawn fuq.

5.   IMMUNTAR

5.1.   L-ostaklu deformabbli għandu jitwaħħal b'mod riġidu mat-tarf ta' massa ta' mhux inqas minn 7 × 104 kg jew ma' xi struttura mwaħħla ma' dan. It-twaħħil tal-faċċata tal-ostaklu għandu jkun tali li l-vettura ma tagħmel ebda kuntatt ma' xi parti tal-istruttura għal aktar minn 75 mm mis-superfiċe ta' fuq tal-ostaklu (eskluż il-flange ta' fuq) waqt kwalunkwe stadju tal-impatt. (2) Il-faċċata ta' quddiem tas-superfiċe li miegħu jitwaħħal l-ostaklu deformabbli għandha tkun ċatta u kontinwa tul l-għoli u l-wisa' tal-faċċata u għandha tkun vertikali b'tolleranza ta' ± 1° u perpendikulari b'tolleranza ta' ± 1° mal-assi tal-korsa tar-rankatura. Waqt it-test, is-superfiċe tat-twaħħil ma għandux jiġi spostat b'iktar minn 10 mm. Jekk ikun meħtieġ, sabiex ma jseħħx spostament tal-blokka tal-konkrit, għandu jintuża apparat addizzjonali ta' ankraġġ jew ta' twaqqif tal-blokka. It-tarf tal-ostaklu deformabbli għandu jkun allinjat mat-tarf tal-blokka tal-konkrit xierqa għall-ġenb tal-vettura li jkun ser jiġi ttestjat.

5.2.   L-ostaklu deformabbli għandu jitwaħħal mal-blokka tal-konkrit permezz ta' għaxar bolts, ħamsa fil-flange tal-immuntar ta' fuq u ħamsa f'tal-qiegħ. Dawn il-bolts għandu jkollhom dijametru ta' mill-inqas 8 mm. Għandhom jintużaw strixxi tat-twaħħil tal-azzar kemm fuq il-flanges tal-immuntar ta' fuq u kemm fuq dawk ta' isfel (ara l-Figuri1 u 5 ta' dan l-anness). Dawn l-istrixxi għandhom ikunu għoljin 60 mm u wesgħin 1 000 mm u jkollhom ħxuna ta' mill-inqas 3 mm. It-truf tal-istrixxi tat-twaħħil għandhom ikunu llixxati sabiex l-ostaklu ma jitqattax mal-istrixxa waqt l-impatt. It-tarf tal-istrixxa għandu jkun mhux aktar minn 5 mm 'il fuq mill-bażi tal-flange li jiġi mmuntat fuq il-parti ta' fuq tal-ostaklu, jew 5 mm 'l isfel mill-parti ta' fuq tal-flange li jiġi mmuntat fuq il-parti ta' isfel tal-ostaklu. Ħames toqob biex jiġi mmuntat l-ostaklu b'dijametru ta' 9,5 mm, għandhom jittaqqbu bit-trapan fiż-żewġ strixxi, hekk li jkunu jikkorrispondu ma' dawk fil-flange tal-immuntar ta' fuq l-ostaklu (ara l-paragrafu 4 ta' hawn fuq). L-istrixxa tal-immuntar u t-toqob tal-flange tal-ostaklu jistgħu jitwessgħu minn 9,5 mm sa massimu ta' 25 mm sabiex jikkumpensaw għad-differenzi fl-arranġamenti tal-pjanċa ta' wara u/jew il-konfigurazzjonijiet tat-toqob fil-ħajt taċ-ċelluli ta' tagħbija. L-ebda waħda mill-installazzjonijiet tat-test ma għandha tfalli waqt it-test tal-impatt. Fil-każ fejn l-ostaklu deformabbli jkun immuntat fuq ħajt taċ-ċelluli ta' tagħbija (LCW - load cell wall) ta' min jinnota li r-rekwiżiti dimensjonali ta' hawn fuq għall-immuntar huma maħsuba bħala l-minimu. Meta l-ostaklu deformabbli jkollu LCW, l-istrixxi tal-immuntar jistgħu jiġu mtawla sabiex it-toqob għall-boltijiet jitqiegħdu aktar fl-għoli. Jekk ikun meħtieġ li l-istrixxi jiġu estiżi, allura għandu jintuża azzar eħxen skont il-ħtieġa, b'tali mod li l-ostaklu ma jinġibidx mill-ħajt, jitgħawweġ jew jitqatta' matul l-impatt. Jekk jintuża metodu alternattiv għall-immuntar tal-ostaklu, dan għandu jkun tal-inqas sikur daqs dak speċifikat fil-paragrafi ta' hawn fuq.

Figura 1

L-ostaklu deformabbli għall-ittestjar ta' impatt frontali

Image Test ta 'immaġni

Figura 2

Il-pożizzjonijiet tal-kampjuni għaċ-ċertifikazzjoni

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

Figura 3

L-assi tal-istruttura alveolari u d-dimensjonijiet imkejla

Image

Figura 4

Il-forza tat-tfarrik u l-ispostament

Image

Figura 5

Il-pożizzjonijiet tat-toqob biex jiġi mmuntat ostaklu

Image


(1)  Skont il-proċedura ta' ċertifikazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 ta' dan l-anness.

(2)  Massa li t-tarf tagħha jkun bejn 125 mm u 925 mm għoliu 1 000 mm fond titqies li tissodisfa dan ir-rekwiżit.


ANNESS 10

IL-PROĊEDURA TA' ĊERTIFIKAZZJONI GĦALL-PARTI TA' ISFEL TAR-RIĠEL U TAS-SIEQ TAL-MANIKIN

1.   IT-TEST TAL-IMPATT TAL-PARTI TA' FUQ TAS-SIEQ

1.1.   L-għan ta' dan it-test huwa li jkejjel ir-rispons tas-sieq u tal-għaksa tal-manikin Hybrid III għal impatti definiti sew ipprovokati minn pendlu b'superfiċe iebes.

1.2.   Għandu jintuża l-assemblaġġ komplet tal-parti ta' isfel tar-riġel tal-manikin Hybrid III, tax-xellug (86-5001-001) u tal-lemin (86-5001-002), mgħammar bl-asemblaġġ tas-sieq u tal-għaksa, tax-xellug (78051-614) u tal-lemin (78051-615), inkluż l-assemblaġġ tal-irkoppa.

Għandu jintuża s-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija (78051-319 Rev A) biex jorbot sew l-assemblaġġ tal-irkoppa (79051-16 Rev B) mal-installazzjoni tat-test.

1.3.   Proċedura tat-test

1.3.1.   Kull assemblaġġ tar-riġel għandu jinżamm (imxarrab) għal erba' sigħat qabel it-test f'temperatura ta' 22 C ± 3 °C u f'umdità relattiva ta' 40 ± 30 fil-mija. Il-perjodu tat-tixrib ma għandux jinkludi l-ħin meħtieġ biex jintlaħqu l-kundizzjonijiet ta' stat stabbli.

1.3.2.   Qabel it-test, naddaf is-superfiċe tal-impatt tal-ġilda kif ukoll is-superfiċe tal-impattur bl-alkoħol isopropil jew b'sustanza ekwivalenti. Roxx is-superfiċe bit-terra.

1.3.3.   Allinja l-aċċelerometru tal-impattur b'tali mod li l-assi sensittiv tiegħu ikun parallel mad-direzzjoni tal-impatt fil-mument tal-kuntatt mas-sieq.

1.3.4.   Immonta l-assemblaġġ tar-riġel mal-installazzjoni tat-test murija fil-Figura 1 ta' dan l-anness. L-installazzjoni tat-test għandha tintrabat sew sabiex waqt l-impatt ma jkunx hemm moviment. Il-linja taċ-ċentru tas-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija fuq il-femur (78051-319) għandha tkun vertikali b'tolleranza ta' ± 0,5°. Aġġusta l-muntatura sabiex il-linja li tgħaqqad l-artikolazzjoni clevis tal-irkoppa u l-bolt li bih titwaħħal l-għaksa tkun orizzontali, b'tolleranza ta' ± 3°, u bl-għarqub jistrieħ fuq żewġ folji b'superfiċe ċatt ta' frizzjoni baxxa (folja tal-PTFE). Żgura ruħek li l-mili tat-tibja jkun qiegħed kompletament lejn in-naħa tal-irkoppa tat-tibja. Aġġusta l-għaksa b'mod li l-pjan tal-qiegħ tas-sieq ikun vertikali u perpendikulari mad-direzzjoni tal-impatt b'tolleranza ta' ± 3° u b'mod li l-pjan saġittali tan-nofs tas-sieq jiġi allinjat mad-driegħ tal-pendlu. Qabel kull test, aġġusta l-artikolazzjoni tal-irkoppa għal marġni ta' 1,5 ± 0,5 g. Aġġusta l-artikolazzjoni tal-għaksa b'mod li din tkun libera u mbagħad issikkaha biżżejjed sabiex is-sieq tinżamm stabbli fuq il-folja tal-PTFE.

1.3.5.   L-impattur riġidu huwa magħmul minn ċilindru orizzontali b'dijametru ta' 50 ± 2 mm u driegħ ta' appoġġ tal-pendlu b'dijametru ta' 19 ± 1 mm (il-Figura 4 ta' dan l-anness). Iċ-ċilindru għandu massa ta' 1,25 ± 0,02 kg inklużi l-istrumentazzjoni u kwalunkwe parti mid-driegħ ta' appoġġ fiċ-ċilindru. Id-driegħ tal-pendlu għandu massa ta' 285 ± 5 g. Il-massa ta' kwalunkwe parti li ddur tal-fus li miegħu huwa mqabbad id-driegħ ta' appoġġ ma għandhiex tkun akbar minn 100 g. It-tul bejn l-assi ċentrali orizzontali taċ-ċilindru tal-impattur u l-assi ta' rotazzjoni tal-pendlu kollu għandu jkun 1 250 ± 1 mm. Iċ-ċilindru tal-impatt jiġi mmuntat bl-assi lonġitudinali tiegħu orizzontali u perpendikulari mad-direzzjoni tal-impatt. Il-pendlu għandu jolqot il-qiegħ tas-sieq, f'distanza ta' 185 ± 2 mm mill-bażi tal-għarqub li jistrieħ fuq il-pjattaforma orizzontali riġida, b'mod li fil-mument tal-impatt il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tad-driegħ tal-pendlu tkun sa 1° minn linja vertikali. L-impattur għandu jkun iggwidat b'mod li jiġi eskluż kwalunkwe moviment sinifikanti laterali, vertikali jew ta' rotazzjoni.

1.3.6.   Bejn testijiet suċċessivi fuq l-istess riġel, ħalli perjodu ta' mill-inqas 30 minuta.

1.3.7.   Is-sistema tal-akkwist tad-dejta, inkluż it-transducers, għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet għal CFC ta' 600, kif deskritt fl-Anness 8.

1.4.   Speċifikazzjoni tal-prestazzjoni

1.4.1.   Meta l-parti ta' taħt is-saba' l-kbir ta' kull sieq tintlaqat b'veloċità ta' 6,7 (± 0,1) m/s skont il-paragrafu 1.3 ta' hawn fuq, il-momentum massimu tal-liwi tal-parti ta' isfel tat-tibja madwar l-assi y (My) għandu jkun ta' 120 ± 25 Nm.

2.   IT-TEST TAL-IMPATT TAL-PARTI TA' ISFEL TAS-SIEQ MINGĦAJR ŻARBUNA

2.1.   L-għan ta' dan it-test huwa li jkejjel ir-rispons tal-ġilda u tal-inserzjoni tas-sieq tal-manikin Hybrid III għal impatti definiti sew ipprovokati minn pendlu b'superfiċe iebes.

2.2.   Għandu jintuża l-assemblaġġ komplet tal-parti ta' isfel tar-riġel tal-manikin Hybrid III, tax-xellug (86-5001-001) u tal-lemin (86-5001-002), mgħammar bl-assemblaġġ tas-sieq u tal-għaksa, tax-xellug (78051-614) u tal-lemin (78051-615), inkluż l-assemblaġġ tal-irkoppa.

Għandu jintuża s-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija (78051-319 Rev A) biex jorbot sew l-assemblaġġ tal-irkoppa (79051-16 Rev B) mal-installazzjoni tat-test.

2.3.   Proċedura tat-test

2.3.1.   Kull assemblaġġ tar-riġel għandu jinżamm (imxarrab) għal erba' sigħat qabel it-test f'temperatura ta' 22 ± 3 °C u f'umdità relattiva ta' 40 ± 30 fil-mija. Il-perjodu tat-tixrib ma għandux jinkludi l-ħin meħtieġ biex jintlaħqu l-kundizzjonijiet ta' stat stabbli.

2.3.2.   Qabel it-test, naddaf is-superfiċe tal-impatt tal-ġilda kif ukoll is-superfiċe tal-impattur bl-alkoħol isopropil jew b'sustanza ekwivalenti. Roxx is-superfiċe bit-terra. Ivverifika li ma hemm l-ebda dannu viżibbli fl-inserzjoni li tassorbi l-enerġija fl-għarqub.

2.3.3.   Allinja l-aċċelerometru tal-impattur b'tali mod li l-assi sensittiv tiegħu jkun parallel mal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-impattur.

2.3.4.   Immonta l-assemblaġġ tar-riġel mal-installazzjoni tat-test murija fil-Figura 2 ta' dan l-anness. L-installazzjoni tat-test għandha tintrabat sew sabiex waqt l-impatt ma jkunx hemm moviment. Il-linja taċ-ċentru tas-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija fuq il-femur (78051-319) għandha tkun vertikali b'tolleranza ta' ± 0,5°. Aġġusta l-muntatura sabiex il-linja li tgħaqqad l-artikolazzjoni clevis tal-irkoppa u l-bolt li bih titwaħħal l-għaksa tkun orizzontali, b'tolleranza ta' ± 3°, u bl-għarqub jistrieħ fuq żewġ folji b'superfiċe ċatt ta' frizzjoni baxxa (folja tal-PTFE). Żgura ruħek li l-mili tat-tibja jkun qiegħed kompletament lejn in-naħa tal-irkoppa tat-tibja. Aġġusta l-għaksa b'mod li l-pjan tal-qiegħ tas-sieq ikun vertikali u perpendikulari mad-direzzjoni tal-impatt b'tolleranza ta' ± 3° u b'mod li l-pjan saġittali tan-nofs tas-sieq jiġi allinjat mad-driegħ tal-pendlu. Qabel kull test, aġġusta l-artikolazzjoni tal-irkoppa għal marġni ta' 1,5 ± 0,5 g. Aġġusta l-artikolazzjoni tal-għaksa b'mod li din tkun libera u mbagħad issikkaha biżżejjed sabiex is-sieq tinżamm stabbli fuq il-folja tal-PTFE.

2.3.5.   L-impattur riġidu huwa magħmul minn ċilindru orizzontali b'dijametru ta' 50 ± 2 mm u driegħ ta' appoġġ tal-pendlu b'dijametru ta' 19 ± 1 mm (il-Figura 4 ta' dan l-Anness). Iċ-ċilindru għandu massa ta' 1,25 ± 0,02 kg inklużi l-istrumentazzjoni u kwalunkwe parti mid-driegħ ta' appoġġ fiċ-ċilindru. Id-driegħ tal-pendlu għandu massa ta' 285 ± 5 g. Il-massa ta' kwalunkwe parti li ddur tal-fus li miegħu huwa mqabbad id-driegħ ta' appoġġ ma għandhiex tkun akbar minn 100 g. It-tul bejn l-assi ċentrali orizzontali taċ-ċilindru tal-impattur u l-assi ta' rotazzjoni tal-pendlu kollu għandu jkun 1 250 ± 1 mm. Iċ-ċilindru tal-impatt huwa mmuntat bl-assi lonġitudinali tiegħu orizzontali u perpendikulari mad-direzzjoni tal-impatt. Il-pendlu għandu jolqot il-qiegħ tas-sieq, f'distanza ta' 62 ± 2 mm mill-bażi tal-għarqub li jistrieħ fuq il-pjattaforma orizzontali riġida, b'mod li fil-mument tal-impatt il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tad-driegħ tal-pendlu tkun sa 1° minn linja vertikali. L-impattur għandu jkun iggwidat b'mod li jiġi eskluż kwalunkwe moviment sinifikanti laterali, vertikali jew ta' rotazzjoni.

2.3.6.   Bejn testijiet suċċessivi fuq l-istess riġel, ħalli perjodu ta' mill-inqas 30 minuta.

2.3.7.   Is-sistema tal-akkwist tad-dejta, inkluż it-transducers, għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet għal CFC ta' 600, kif deskritt fl-Anness 8.

2.4.   Speċifikazzjoni tal-prestazzjoni

2.4.1.   Meta l-għaksa ta' kull sieq tintlaqat b'veloċità ta' 4,4 ± 0,1 m/s skont paragrafu 2.3, l-aċċelerazzjoni massima tal-impattur għandha tkun 295 ± 50 g.

3.   IT-TEST TAL-IMPATT TAL-PARTI TA' ISFEL TAS-SIEQ (BIŻ-ŻARBUNA)

3.1.   L-għan ta' dan it-test huwa li jiġi kkontrollat ir-rispons taż-żarbuna, tal-mili tal-għarqub u tal-artikolazzjoni tal-għaksa tal-manikin Hybrid III għal impatti definiti sew ipprovokati minn pendlu b'superfiċe iebes.

3.2.   Għandu jintuża l-assemblaġġ komplet tal-parti ta' isfel tar-riġel tal-manikin Hybrid III, tax-xellug (86-5001-001) u tal-lemin (86-5001-002), mgħammar bl-assemblaġġ tas-sieq u tal-għaksa, tax-xellug (78051-614) u tal-lemin (78051-615), inkluż l-assemblaġġ tal-irkoppa. Għandu jintuża s-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija (78051-319 Rev A) biex jorbot sew l-assemblaġġ tal-irkoppa (79051-16 Rev B) mal-installazzjoni tat-test. Is-sieq għandha tkun mgħammra biż-żarbuna speċifikata fil-paragrafu 2.9.2 tal-Anness 5.

3.3.   Proċedura tat-test

3.3.1.   Kull assemblaġġ tar-riġel għandu jinżamm (imxarrab) għal erba' sigħat qabel it-test f'temperatura ta' 22 ± 3 °C u f'umdità relattiva ta' 40 ± 30 fil-mija. Il-perjodu tat-tixrib ma għandux jinkludi l-ħin meħtieġ biex jintlaħqu l-kundizzjonijiet ta' stat stabbli.

3.3.2.   Qabel it-test, naddaf is-superfiċe tal-impatt tal-qiegħ taż-żarbuna b'biċċa drapp nadifa u s-superfiċe tal-impattur bl-alkoħol isopropil jew b'sustanza ekwivalenti. Ivverifika li ma hemm l-ebda dannu viżibbli fl-inserzjoni li tassorbi l-enerġija fl-għarqub.

3.3.3.   Allinja l-aċċelerometru tal-impattur b'tali mod li l-assi sensittiv tiegħu jkun parallel mal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-impattur.

3.3.4.   Immonta l-assemblaġġ tar-riġel mal-installazzjoni tat-test murija fil-Figura 3 ta' dan l-anness. L-installazzjoni tat-test għandha tintrabat sew sabiex waqt l-impatt ma jkunx hemm moviment. Il-linja taċ-ċentru tas-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija fuq il-femur (78051-319) għandha tkun vertikali b'tolleranza ta' ± 0,5°. Aġġusta l-muntatura sabiex il-linja li tgħaqqad l-artikolazzjoni clevis tal-irkoppa u l-bolt li bih titwaħħal l-għaksa tkun orizzontali, b'tolleranza ta' ± 3°, u bl-għarqub taż-żarbuna jistrieħ fuq żewġ folji b'superfiċe ċatt ta' frizzjoni baxxa (folja tal-PTFE). Żgura ruħek li l-mili tat-tibja jkun qiegħed kompletament lejn in-naħa tal-irkoppa tat-tibja. Aġġusta l-għaksa sabiex pjan f'kuntatt mal-għarqub u mal-pett tal-qiegħ taż-żarbuna jkun vertikali u perpendikulari mad-direzzjoni tal-impatt b'tolleranza ta' ± 3° u sabiex il-pjan saġittali tan-nofs tas-sieq u taż-żarbuna jiġi allinjat mad-driegħ tal-pendlu. Qabel kull test, aġġusta l-artikolazzjoni tal-irkoppa għal marġni ta' 1,5 ± 0,5 g. Aġġusta l-artikolazzjoni tal-għaksa b'mod li din tkun libera u mbagħad issikkaha biżżejjed sabiex is-sieq tinżamm stabbli fuq il-folja tal-PTFE.

3.3.5.   L-impattur riġidu huwa magħmul minn ċilindru orizzontali b'dijametru ta' 50 ± 2 mm u driegħ ta' appoġġ tal-pendlu b'dijametru ta' 19 ± 1 mm (il-Figura 4 ta' dan l-Anness). Iċ-ċilindru għandu massa ta' 1,25 ± 0,02 kg inklużi l-istrumentazzjoni u kwalunkwe parti mid-driegħ ta' appoġġ fiċ-ċilindru. Id-driegħ tal-pendlu għandu massa ta' 285 ± 5 g. Il-massa ta' kwalunkwe parti li ddur tal-fus li miegħu huwa mqabbad id-driegħ ta' appoġġ ma għandhiex tkun akbar minn 100 g. It-tul bejn l-assi ċentrali orizzontali taċ-ċilindru tal-impattur u l-assi ta' rotazzjoni tal-pendlu kollu għandu jkun ta' 1 250 ± 1 mm. Iċ-ċilindru tal-impatt huwa mmuntat bl-assi lonġitudinali tiegħu orizzontali u perpendikulari mad-direzzjoni tal-impatt. Il-pendlu għandu jolqot l-għarqub taż-żarbuna fi pjan orizzontali li huwa f'distanza ta' 62 ± 2 mm 'il fuq mill-bażi tal-għarqub tal-manikin meta ż-żarbuna tistrieħ fuq il-pjattaforma orizzontali riġida, b'mod li fil-mument tal-impatt il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tad-driegħ tal-pendlu tkun sa grad wieħed mil-linja vertikali. L-impattur għandu jkun iggwidat b'mod li jiġi eskluż kwalunkwe moviment sinifikanti laterali, vertikali jew ta' rotazzjoni.

3.3.6.   Bejn testijiet suċċessivi fuq l-istess riġel, ħalli perjodu ta' mill-inqas 30 minuta.

3.3.7.   Is-sistema tal-akkwist tad-dejta, inkluż it-transducers, għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet għal CFC ta' 600, kif deskritt fl-Anness 8.

3.4.   Speċifikazzjoni tal-prestazzjoni

3.4.1.   Meta l-għarqub taż-żarbuna jintlaqat b'veloċità ta' 6,7 ± 0,1 m/s skont il-paragrafu 3.3 ta' hawn fuq, il-forza kompressiva massima fuq it-tibja (Fz) għandha tkun ta' 3,3 ± 0,5 kN.

Figura 1

It-test tal-impatt tal-parti ta' fuq tas-sieq

Speċifikazzjonijiet tal-konfigurazzjoni tat-test

Image Test ta 'immaġni

Figura 2

It-test tal-impatt tal-parti ta' isfel tas-sieq (mingħajr żarbuna)

Speċifikazzjonijiet tal-konfigurazzjoni tat-test

Image Test ta 'immaġni

Figura 3

It-test tal-impatt tal-parti ta' isfel tas-sieq (biż-żarbuna)

Speċifikazzjonijiet tal-konfigurazzjoni tat-test

Image Test ta 'immaġni

Figura 4

Il-pendlu għat-test tal-impatt

Image Test ta 'immaġni

ANNESS 11

Il-proċeduri tat-test għall-protezzjoni tal-okkupanti ta' vetturi li jaħdmu bl-enerġija elettrika minn vultaġġ għoli u minn tixrid tal-elettrolit

Dan l-anness jiddeskrivi l-proċeduri tat-test għall-wiri tal-konformità mar-rekwiżiti dwar is-sikurezza elettrika tal-paragrafu 5.2.8 ta' dan ir-Regolament. Pereżempju, il-kejl bil-megohmmetru u bl-ossilloskopju huwa alternattiva xierqa għall-proċedura deskritta hawn taħt għall-kejl tar-reżistenza tal-iżolament. F'dan il-każ jista' jkun meħtieġ li tiġi deattivata s-sistema ta' monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament fil-vettura.

Qabel isir it-test tal-impatt tal-vettura, il-vultaġġ tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli (Vb) (ara l-Figura 1 ta' hawn taħt) għandu jitkejjel u jiġi rreġistrat sabiex jiġi kkonfermat li jkun fil-limiti tal-vultaġġ operattiv tal-vettura kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

1.   IL-KONFIGURAZZJONI U T-TAGĦMIR TAT-TEST

Jekk tintuża l-funzjoni ta' skonnessjoni ta' vultaġġ għoli, il-kejl irid jittieħed miż-żewġ naħat tal-apparat li minnu tintuża l-funzjoni ta' skonnessjoni.

Madankollu, jekk l-iskonnessjoni ta' vultaġġ għoli tkun integrata fir-REESS jew is-sistema ta' konverżjoni tal-enerġija u l-assemblaġġ b'vultaġġ għoli tar-REESS jew is-sistema ta' konverżjoni tal-enerġija jkollha grad ta' protezzjoni IPXXB wara t-test tal-impatt, il-kejl jista' jsir biss bejn l-apparat li minnu tintuża l-funzjoni ta' skonnessjoni u t-tagħbijiet elettriċi.

Il-voltmetru użat f'dan it-test għandu jkejjel il-valuri DC u jkollu reżistenza ta' mill-inqas 10 ΜΩ.

2.   GĦALL-KEJL TAL-VULTAĠĠ, JISTGĦU JINTUŻAW DAWN L-ISTRUZZJONIJIET LI ĠEJJIN.

Wara t-test tal-impatt, iddetermina l-vultaġġi tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli (Vb, V1, V2) (ara l-Figura 1 ta' hawn taħt).

Il-kejl tal-vultaġġ għandu jitwettaq bejn 5 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt.

Din il-proċedura ma tapplikax jekk it-test jitwettaq f'kundizzjoni fejn is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika ma tkunx enerġizzata.

Figura 1

Il-kejl ta' Vb, V1, V2

Image

3.   PROĊEDURA TA' VALUTAZZJONI GĦAL LIVELL BAXX TA' ENERĠIJA ELETTRIKA

Qabel l-impatt, swiċċ S1 u discharge resistor magħruf Re jiġu konnessi b'mod parallel mal-capacitor rilevanti (ref. il-Figura 2 ta' hawn taħt).

Bejn 5 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt, is-swiċċ S1 għandu jingħalaq filwaqt li jitkejlu u jiġu rreġistrati l-vultaġġ Vb u l-kurrent Ie. Il-prodott matematiku tal-vultaġġ Vb u l-kurrent Ie għandu jiġi integrat fuq il-perjodu tal-ħin; jibda mill-mument meta jingħalaq is-swiċċ S1 (tc) sakemm il-vultaġġ Vb jiġi taħt il-limitu ta' vultaġġ għoli ta' 60 V DC (th). Il-valur riżultanti tal-integrazzjoni huwa ekwivalenti għall-enerġija totali (TE) f'Joules.

(a)

Formula

Meta Vb jitkejjel f'ħin ta' bejn 5 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt u l-kapaċitanza tal-X-capacitors (Cx) tkun speċifikata mill-manifattur, l-enerġija totali (TE) għandha tiġi kkalkulata permezz ta' din il-formula:

(b)

TE = 0,5 × Cx × (Vb 2 – 3 600)

Meta V1 u V2 (ara l-Figura 1 ta' hawn fuq) jitkejlu f'ħin ta' bejn 5 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt u l-kapaċitanzi tal-Y-capacitors (Cy1, Cy2) jkunu speċifikati mill-manifattur, l-enerġija totali (TEy1, Tey2)y2) għandha tiġi kkalkulata permezz ta' dawn il-formuli:

(c)

TEy1 = 0,5 × Cy1 × (V1 2 – 3 600)

TEy2 = 0,5 × Cy2 × (V2 2 – 3 600)

Din il-proċedura ma tapplikax jekk it-test jitwettaq f'kundizzjoni fejn is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika ma tkunx enerġizzata.

Figura 2

Eż. il-kejl tal-enerġija tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli maħżuna fl-X-capacitors

Image

4.   PROTEZZJONI FIŻIKA

Wara t-test tal-impatt tal-vettura, il-partijiet li jista' jkun hemm madwar il-komponenti b'vultaġġ għoli għandhom jinfetħu, jiżżarmaw u jitneħħew mingħajr l-użu ta' għodod. Il-partijiet kollha li jifdal madwar il-komponenti għandhom jitqiesu bħala parti mill-protezzjoni fiżika.

Is-seba' tat-test artikolat deskritt fil-Figura 1 tal-Appendiċi 1 għandu jiddaħħal fl-ispazji jew fil-fetħiet tal-protezzjoni fiżika b'forza tat-test ta' 10 N ± 10 fil-mija għall-valutazzjoni tas-sikurezza elettrika. Jekk isseħħ xi penetrazzjoni parzjali jew sħiħa fil-protezzjoni fiżika mis-seba' tat-test artikolat, is-seba' tat-test artikolat għandu jitqiegħed f'kull pożizzjoni speċifikata hawn taħt.

Mill-pożizzjoni d-dritta, iż-żewġ artikolazzjonijiet tas-seba' tat-test għandhom jiddawru progressivament sa angolu ta' 90 grad mal-assi tas-sezzjoni biswit mas-seba' u għandhom jitqiegħdu f'kull pożizzjoni possibbli.

L-ostakli interni ta' protezzjoni elettrika jitqiesu parti mill-kaxxa.

Jekk ikun xieraq, provvista b'vultaġġ baxx (ta' mhux anqas minn 40 V u mhux aktar minn 50 V) għandha titqabbad f'serje ma' bozza adatta, bejn is-seba' tat-test artikolat u l-partijiet “live” b'vultaġġ għoli fl-ostaklu jew fil-kaxxa ta' protezzjoni elettrika.

4.1.   Kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni

Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.8.1.3 ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala ssodisfati jekk is-seba' tat-test artikolat deskritt fil-Figura 1 tal-Appendiċi 1 ma jkunx jista' jiġi f'kuntatt mal-partijiet “live” b'vultaġġ għoli.

Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jintużaw mera jew fibroskopju biex jiġi spezzjonat jekk is-seba' tat-test artikolat ikunx qed imiss l-assemblaġġi b'vultaġġ għoli.

Jekk dan ir-rekwiżit jiġi vverifikat permezz ta' ċirkwit ta' sinjali bejn is-seba' tat-test artikolat u l-partijiet “live” b'vultaġġ għoli, il-bozza ma għandhiex tixgħel.

5.   REŻISTENZA TAL-IŻOLAMENT

Ir-reżistenza tal-iżolament bejn l-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku tista' tintwera jew billi titkejjel jew permezz ta' kombinazzjoni ta' kejl u kalkolu.

L-istruzzjonijiet li ġejjin jintużaw f'każ li r-reżistenza tal-iżolament tintwera billi titkejjel.

 

Kejjel u rreġistra l-vultaġġ (Vb) bejn il-pol negattiv u dak pożittiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli (ara l-Figura 1 ta' hawn fuq);

 

Kejjel u rreġistra l-vultaġġ (V1) bejn il-pol negattiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 1 ta' hawn fuq);

 

Kejjel u rreġistra l-vultaġġ (V2) bejn il-pol pożittiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 1 ta' hawn fuq);

 

Jekk V1 ikun ikbar minn jew daqs V2, daħħal reżistenza magħrufa standard (Ro) bejn il-pol negattiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. Bir-reżistenza installata, Ro, kejjel il-vultaġġ (V1') bejn il-pol negattiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku tal-vettura (ara l-Figura 3 ta' hawn taħt). Ikkalkula r-reżistenza tal-iżolament (Ri) permezz tal-formula indikata hawn taħt.

Ri = Ro*(Vb/V1' – Vb/V1) jew Ri = Ro*Vb*(1/V1' – 1/V1)

Iddividi r-riżultat Ri, li huwa l-valur tar-reżistenza tal-iżolament elettrika f'ohms (Ω), bil-vultaġġ operattiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli f'volts (V).

Ri (Ω/V) = Ri (Ω)/Vultaġġ operattiv (V)

Figura 3

Il-kejl ta' V1'

Image

Jekk V2 ikun ikbar minn V1, daħħal reżistenza magħrufa standard (Ro) bejn il-pol pożittiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. Bir-reżistenza installata, Ro, kejjel il-vultaġġ (V2') bejn il-pol pożittiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 4 ta' hawn taħt).

Ikkalkula r-reżistenza tal-iżolament (Ri) permezz tal-formula indikata hawn taħt.

Ri = Ro*(Vb/V2' – Vb/V2) jew Ri = Ro*Vb*(1/V2' – 1/V2)

Iddividi r-riżultat Ri, li huwa l-valur tar-reżistenza tal-iżolament elettrika f'ohms (Ω), bil-vultaġġ operattiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli f'volts (V).

Ri (Ω/V) = Ri (Ω)/Vultaġġ operattiv (V)

Figura 4

Il-kejl ta' V2'

Image

Nota: Ir-reżistenza magħrufa standard Ro (fi Ω) għandha tkun il-valur tar-reżistenza tal-iżolament minima meħtieġa (Ω/V) multiplikat bil-vultaġġ operattiv (V) tal-vettura ± 20 fil-mija. Mhux meħtieġ li l-valur ta' Ro ikun eżatt daqs dan il-valur peress li l-ekwazzjonijiet huma validi għal kwalunkwe Ro; madankollu, valur ta' Ro f'din il-medda ta' valuri għandu jagħti riżoluzzjoni tajba għall-kejl tal-vultaġġ.

6.   TIXRID TAL-ELETTROLIT

Jekk ikun meħtieġ, il-protezzjoni fiżika għandha tingħata kisja adatta biex tiġi vverifikata kwalunkwe tnixxija tal-elettrolit mir-REESS wara t-test tal-impatt.

Sakemm il-manifattur ma jipprovdix mezzi biex jidentifika t-tnixxija ta' likwidi differenti, it-tnixxija ta' kwalunkwe tip ta' likwidu għandha titqies bħala tnixxija tal-elettrolit.

7.   RITENZJONI TAR-REESS

Il-konformità għandha tiġi ddeterminata permezz ta' spezzjoni viżwali.

APPENDIĊI

SEBA' TAT-TEST ARTIKOLAT (GRAD TA' PROTEZZJONI IPXXB)

Figura 1

Seba' tat-test artikolat

Image Test ta 'immaġni

Materjal: metall, għajr meta speċifikat mod ieħor

Dimensjonijiet lineari f'millimetri

Tolleranzi fuq id-dimensjonijiet mingħajr tolleranza speċifika:

(a)

Fuq l-angoli: 0/– 10°

(b)

Fuq id-dimensjonijiet lineari: sa 25 mm: 0/– 0,05 mm; 'il fuq minn 25 mm: ± 0,2 mm

Iż-żewġ artikolazzjonijiet għandhom jippermettu moviment fl-istess pjan u l-istess direzzjoni f'angolu ta' 90° b'tolleranza ta' bejn 0 u +10°.