ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 33

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
7 ta' Frar 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/180 tad-29 ta' Jannar 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda fl-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

1

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2382 tal-14 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' formoli, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni tal-informazzjoni f'konformità mad-Direttiva 2014/65/UE ( ĠU L 340, 20.12.2017 )

5

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

7.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/180

tad-29 ta' Jannar 2018

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda fl-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

L-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jenħtieġ għalhekk li tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni mehmuż,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f 'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta fl-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PORODZANOV


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE, ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2018

ta' …

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 iħassar id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement jenħtieġ li titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness XI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 5 l (Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XI għall-Ftehim ŻEE huwa sostitwit b'dan li ġej:

32014 R 0910: Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 14(1), il-kliem “, jew bejn Stat tal-EFTA u l-pajjiż terz inkwistjoni jew organizzazzjoni internazzjonali” għandu jiddaħħal wara l-kliem “mal-Artikolu 218 TFUE”.

(b)

Il-partijiet Kontraenti għandhom iżommu lil xulxin informati fir-rigward tan-negozjati u l-konklużjoni tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 14(1) u, fuq talba, għandhom isiru konsulatzzjonijiet fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

(c)

Kull meta l-Unjoni Ewropea tinnegozja xi ftehim imsemmi fl-Artikolu 14(1), għandha tagħmel l-almu tagħha biex tikseb l-istess trattament għal servizzi fiduċjarji kwalifikati pprovduti minn fornituri ta' servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbiliti fl-Istati tal-EFTA.

(d)

Fl-Artikolu 51, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

fil-paragrafu 3, il-kliem “mill-1 ta' Lulju 2017” għandu jaqra “minn sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … [din id-deċiżjoni]”;

(ii)

fil-paragrafu 4, il-kliem “mit-2 ta' Lulju 2017” għandu jinqra “wara sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … [din id-deċiżjoni]”.”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.

(2)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

(*1)  [Ma hemm indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


Rettifika

7.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/5


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2382 tal-14 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' formoli, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni tal-informazzjoni f'konformità mad-Direttiva 2014/65/UE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 340 tal-20 ta' Diċembru 2017 )

Fil-paġna 21, fl-Anness VI, il-Parti 2 tal-Programm ta' operazzjonijiet, Pjan tan-negozju u l-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa, Sistemi u Kontrolli,

minflok:

“1.

is-salvagwardja tal-flus u l-assi tal-klijent;

4.

konformità mal-imġiba tan-negozju u obbligi oħrajn li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 35(8) u ż-żamma tar-rekords taħt l-Artikolu 16(6);

5.

il-kodiċi tal-persunal għall-Imġiba, li tinkludi n-negozjar għan-nom proprju;

6.

il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus;

7.

il-monitoraġġ u l-kontroll ta' arranġamenti kritiċi tal-esternalizzazzjoni (jekk applikabbli);

8.

l-isem, l-indirizz u d-dettalji tal-kuntatt tal-iskema tal-kumpens akkreditata li hija membru tagħha d-ditta tal-investiment;”,

aqra:

“1.

is-salvagwardja tal-flus u l-assi tal-klijent;

2.

konformità mal-imġiba tan-negozju u obbligi oħrajn li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 35(8) u ż-żamma tar-rekords taħt l-Artikolu 16(6);

3.

il-kodiċi tal-persunal għall-Imġiba, li tinkludi n-negozjar għan-nom proprju;

4.

il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus;

5.

il-monitoraġġ u l-kontroll ta' arranġamenti kritiċi tal-esternalizzazzjoni (jekk applikabbli);

6.

l-isem, l-indirizz u d-dettalji tal-kuntatt tal-iskema tal-kumpens akkreditata li hija membru tagħha d-ditta tal-investiment;”.