ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 30

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
2 ta' Frar 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/161 tat-23 ta' Ottubru 2017 li jistabbilixxi eżenzjoni de minimis għall-obbligu tal-ħatt l-art għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Mediterran

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/162 tat-23 ta' Novembru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/163 tal-1 ta' Frar 2018 li jagħmel importazzjonijiet ta' tajers ġodda u miksijin mill-ġdid għal tal-linja jew trakkijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għal reġistrazzjoni

12

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/161

tat-23 ta' Ottubru 2017

li jistabbilixxi eżenzjoni de minimis għall-obbligu tal-ħatt l-art għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Mediterran

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina progressivament l-iskartar tal-ħut fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid jew għal daqsijiet minimi.

(2)

Skont l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu tal-ħatt l-art għandu japplika għas-sajd ta' ħut pelaġiku żgħir mill-1 ta' Jannar 2015. Għas-sajd inkwistjoni, l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art (“pjanijiet għall-iskartar”) fuq bażi temporanja permezz ta' att delegat u għal perjodu ta' mhux iżjed minn tliet snin.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1392/2014 (2) li jistabbilixxi pjan ta' rimi għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Mediterran. Dak il-pjan għall-iskartar japplika għal sajd ta' ħut pelaġiku żgħir bl-użu fis-sajd bix-xbieki tat-tkarkir u/jew bit-tartaruni tal-borża (sajd għall-inċova, għas-sardin, għall-kavalli u għas-sawrell). Sabiex jiġu evitati spejjeż sproporzjonati tal-qabdiet mhux mixtieqa, ir-Regolament jippermetti r-rimi ta' perċentwal żgħir ta' qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal daqsijiet minimi kif imsemmi fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 (3) (“l-eżenzjoni de minimis”).

(4)

Il-pjan għall-iskartar stabbilit mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1392/2014 se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017. Barra minn hekk, ma ġewx adottati miżuri bl-iskop li tiġi speċifikata l-eżenzjoni de minimis fi pjan multiannwali lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2017. Biex jiġu evitati spejjeż sproporzjonati ta' ġestjoni ta' qabdiet mhux mixtieqa, huwa xieraq li tiġi stabbilita eżenzjoni de minimis skont l-Artikolu 15(7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. L-eżenzjoni de minimis għandha tapplika fiż-Żoni tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran) koperti mill-pjan għall-iskartar attwali, li huma ż-Żoni 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11.1, 11.2, u 12 (il-Punent tal-Baħar Mediterran); 17 u 18 (il-Baħar Adrijatiku); u 15, 16, 19, 20, 22, 23 u 25 (ix-Xlokk tal-Baħar Mediterran).

(5)

L-eżenzjoni de minimis proposta ġiet analizzata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) li ma tax kummenti dwar dan, minbarra l-fatt li, fil-każijiet fejn intalab li l-perċentwal de minimis jiżdied minn 3 % għal 5 %, dan tqies li ma kienx ġustifikabbli. Fid-dawl ta' dan kollu, huwa xieraq li tiġi stabbilita eżenzjoni de minimis skont il-livell perċentwali stabbilit fir-Regolament Delegat (UE) Nru 1392/2014 u f'livelli li ma jisbqux dawk permessi skont skont l-Artikolu 15(7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(6)

Billi l-pjan għall-iskartar stabbilit mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1392/2014 se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2018. L-istess bħall-pjan għall-iskartar ta' qabel stabbilit mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1392/2014, dan ir-Regolament de minimis għandu japplika għal perjodu ta' tliet snin, jiġifieri sal-31 ta' Diċembru 2020, kif mitlub minn gruppi reġjonali ta' Stati Membri.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u Kamp ta' Applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi eżenzjoni de minimis mill-obbligu tal-ħatt l-art għal speċijiet li huma soġġetti għal daqsijiet minimi ta' sajd ta' ħut pelaġiku żgħir bl-użu ta' xbieki pelaġiċi tat-tkarkir u/jew bit-tartaruni tal-borża fil-Baħar Mediterran (sajd għall-inċova, għas-sardin, għall-kavalli u għas-sawrell).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“speċijiet soġġetti għal daqs minimu” tfisser kull speċi elenkata fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006;

(b)

“il-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet marittimi tal-Mediterran fl-Ilvant tal-linja 5°36′ tal-Punent;

(c)

“subżona ġeografika tal-GFCM” tfisser subżona ġeografika tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (il-GFCM), kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(d)

“il-Punent tal-Baħar Mediterran” tfisser is-Sottożoni Ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11.1, 11.2 u 12 tal-GFCM;

(e)

“ix-Xlokk tal-Baħar Mediterran” tfisser is-Sottożoni Ġeografiċi 15, 16, 19, 20, 22, 23 u 25 tal-GFCM;

(f)

“il-Baħar Adrijatiku” tfisser is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM;

(g)

“in-Nofsinhar tal-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Joniku” tfisser is-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM 18, 19 u 20;

(h)

“Il-Gżira ta' Malta u n-Nofsinhar ta' Sqallija” tfisser is-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM 15 u 16;

(i)

“Il-Baħar Eġew u l-Gżira ta' Kreta” tfisser is-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM 22 u 23.

Artikolu 3

L-eżenzjoni de minimis

1.   Fis-sajd ta' ħut pelaġiku żgħir bix-xbieki pelaġiċi tat-tkarkir u bit-tartaruni tal-borża stipulat fl-Annessi I, II u III, massimu ta' 5 % tal-qabdiet annwali totali ta' speċijiet li huma soġġetti għal daqsijiet minimi jista' jiġi skartat.

2.   Fis-sajd ta' ħut pelaġiku żgħir bit-tartaruni tal-borża stipulat fl-Annessi IV, V u VI, massimu ta' 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' kwalunkwe speċi soġġetta għad-daqsijiet minimi jista' jiġi skartat.

3.   B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom japplikaw il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2018.

Għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1392/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan ta' rimi għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Mediterran (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 21).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).


ANNESS I

Sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Punent tal-Baħar Mediterran

Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM

Kodiċi tal-irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Speċijiet fil-mira

1, 2, 5, 6, 7,8, 9, 10, 11.1, 11.2 u 12

OTM, PTM

xbieki pelaġiċi tat-tkarkir

Inċova, sardin, kavalli u sawrell

1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11.1, 11. 2 u 12

PS

tartarun tal-borża

Inċova, sardin, kavalli u sawrell


ANNESS II

Sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran

Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM

Kodiċi tal-irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Speċijiet fil-mira

15, 16, 19, 20, 22 23 u 25

OTM, PTM

xbieki pelaġiċi tat-tkarkir

Inċova, sardin, kavalli u sawrell

25

PS

tartarun tal-borża

Inċova, sardin, kavalli u sawrell


ANNESS III

Sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Adrijatiku

Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM

Kodiċi tal-irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Speċijiet fil-mira

17 u 18

OTM, PTM

xbieki pelaġiċi tat-tkarkir

Inċova, sardin, kavalli u sawrell

17

PS

tartarun tal-borża

Inċova, sardin, kavalli u sawrell


ANNESS IV

Sajd ta' pelaġiku żgħir fil-Gżira ta' Malta u n-Nofsinhar ta' Sqallija

Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM

Kodiċi tal-irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Speċijiet fil-mira

15 u 16

PS

tartarun tal-borża

Inċova, sardin, kavalli u sawrell


ANNESS V

Sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Eġew u l-Gżira ta' Kreta

Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM

Kodiċi tal-irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Speċijiet fil-mira

22 u 23

PS

tartarun tal-borża

Inċova, sardin, kavalli u sawrell


ANNESS VI

Sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fin-Nofsinhar tal-Adrijatiku u l-Baħar Jonju

Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM

Kodiċi tal-irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Speċijiet fil-mira

18, 19 u 20

PS

tartarun tal-borża

Inċova, sardin, kavalli u sawrell


2.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/6


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/162

tat-23 ta' Novembru 2017

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(7) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(3) u 7(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprevedi li sal-31 ta' Diċembru 2013 jew sal-1 ta' Awwissu 2014 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ċertu perċentwal tal-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għall-pagamenti diretti jkun disponibbli bħala apppoġġ addizzjonali għall-miżuri fil-qasam tal-programmazzjoni tal-iżvilupp rurali.

(2)

F'konformità mar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, Franza, il-Litwanja u n-Netherlands innotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2017 bid-deċiżjoni tagħhom li jirrevedu, għas-snin kalendarji 2018 u 2019, id-deċiżjoni preċedenti tagħhom li jittrasferixxu ċertu perċentwal tal-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għall-pagamenti diretti lill-programmazzjoni tal-iżvilupp rurali, iffinanzjat permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

(3)

Għalhekk jeħtieġ li l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jiġu adattati sabiex jiġu inkorporati l-emendi proposti tal-limiti massimi nazzjonali annwali u l-limiti massimi netti annwali għall-pagamenti diretti. Jeħtieġ ukoll li jiġi adattat l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 sabiex jirrifletti dawn l-emendi fit-tqassim annwali korrispondenti tat-tqassim annwali tal-appoġġ tal-Unjoni għall-Iżvilupp Rurali skont l-Istat Membru.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jinbidel bit-test fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jinbidlu bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.


ANNESS I

ANNESS I

Tqassim tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali (2014 sa 2020)

(prezzijiet kurrenti f'EUR)

 

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

TOTAL 2014-2020

Il-Belġju

40 855 562

97 243 257

109 821 794

97 175 076

97 066 202

102 912 713

102 723 155

647 797 759

Il-Bulgarija

0

502 807 341

505 020 057

340 409 994

339 966 052

339 523 306

338 990 216

2 366 716 966

Ir-Repubblika Ċeka

0

470 143 771

503 130 504

344 509 078

343 033 490

323 242 050

321 615 103

2 305 673 996

Id-Danimarka

90 287 658

90 168 920

136 397 742

144 868 072

153 125 142

152 367 537

151 588 619

918 803 690

Il-Ġermanja

664 601 903

1 498 240 410

1 685 574 112

1 404 073 302

1 400 926 899

1 397 914 658

1 394 588 766

9 445 920 050

L-Estonja

103 626 144

103 651 030

111 192 345

122 865 093

125 552 583

127 277 180

129 177 183

823 341 558

L-Irlanda

0

469 633 941

469 724 442

313 007 411

312 891 690

312 764 355

312 570 314

2 190 592 153

Il-Greċja

0

907 059 608

1 007 736 821

703 471 245

701 719 722

700 043 071

698 261 326

4 718 291 793

Spanja

0

1 780 169 908

1 780 403 445

1 185 553 005

1 184 419 678

1 183 448 718

1 183 394 067

8 297 388 821

Franza

4 353 019

2 336 138 618

2 363 567 980

1 665 777 592

1 668 304 328

1 984 761 729

1 987 739 983

12 010 643 249

Il-Kroazja

0

448 426 250

448 426 250

282 342 500

282 342 500

282 342 500

282 342 500

2 026 222 500

L-Italja

0

2 223 480 180

2 231 599 688

1 493 380 162

1 495 583 530

1 498 573 799

1 501 763 408

10 444 380 767

Ċipru

0

28 341 472

28 345 126

18 894 801

18 892 389

18 889 108

18 881 481

132 244 377

Il-Latvja

138 327 376

150 968 424

153 066 059

155 139 289

157 236 528

159 374 589

161 491 517

1 075 603 782

Il-Litwanja

230 392 975

230 412 316

230 431 887

230 451 686

230 472 391

247 213 599

263 791 386

1 663 166 240

Il-Lussemburgu

0

21 385 468

21 432 133

14 366 484

14 415 051

14 464 074

14 511 390

100 574 600

L-Ungerija

0

742 851 235

737 099 981

488 620 684

488 027 342

487 402 356

486 662 895

3 430 664 493

Malta

0

20 905 107

20 878 690

13 914 927

13 893 023

13 876 504

13 858 647

97 326 898

In-Netherlands

87 118 078

87 003 509

118 496 585

118 357 256

118 225 747

148 107 797

147 976 388

825 285 360

L-Awstrija

557 806 503

559 329 914

560 883 465

562 467 745

564 084 777

565 713 368

567 266 225

3 937 551 997

Il-Polonja

1 569 517 638

1 175 590 560

1 193 429 059

1 192 025 238

1 190 589 130

1 189 103 987

1 187 301 202

8 697 556 814

Il-Portugall

577 031 070

577 895 019

578 913 888

579 806 001

580 721 241

581 637 133

582 456 022

4 058 460 374

Ir-Rumanija

0

1 723 260 662

1 751 613 412

1 186 544 149

1 184 725 381

1 141 925 604

1 139 927 194

8 127 996 402

Is-Slovenja

118 678 072

119 006 876

119 342 187

119 684 133

120 033 142

120 384 760

120 720 633

837 849 803

Is-Slovakkja

271 154 575

213 101 979

215 603 053

215 356 644

215 106 447

214 844 203

214 524 943

1 559 691 844

Il-Finlandja

335 440 884

336 933 734

338 456 263

340 009 057

341 593 485

343 198 337

344 776 578

2 380 408 338

L-Iżvezja

0

386 944 025

378 153 207

249 386 135

249 552 108

249 710 989

249 818 786

1 763 565 250

Ir-Renju Unit

475 531 544

848 443 195

850 859 320

754 569 938

754 399 511

755 442 113

756 171 870

5 195 417 491

Total UE-28

5 264 723 001

18 149 536 729

18 649 599 495

14 337 026 697

14 346 899 509

14 656 460 137

14 674 891 797

100 079 137 365

 

Assistenza teknika

34 130 699

34 131 977

34 133 279

34 134 608

34 135 964

34 137 346

34 138 756

238 942 629

Total

5 298 853 700

18 183 668 706

18 683 732 774

14 371 161 305

14 381 035 473

14 690 597 483

14 709 030 553

100 318 079 994


ANNESS II

ANNESS II

Limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Il-Belġju

523 658

509 773

502 095

488 964

481 857

505 266

Il-Bulgarija

721 251

792 449

793 226

794 759

796 292

796 292

Ir-Repubblika Ċeka

844 854

844 041

843 200

861 708

861 698

872 809

Id-Danimarka

870 751

852 682

834 791

826 774

818 757

880 384

Il-Ġermanja

4 912 772

4 880 476

4 848 079

4 820 322

4 792 567

5 018 395

L-Estonja

114 378

114 562

123 704

133 935

143 966

169 366

L-Irlanda

1 215 003

1 213 470

1 211 899

1 211 482

1 211 066

1 211 066

Il-Greċja

1 921 966

1 899 160

1 876 329

1 855 473

1 834 618

1 931 177

Spanja

4 842 658

4 851 682

4 866 665

4 880 049

4 893 433

4 893 433

Franza

7 302 140

7 270 670

7 239 017

6 900 842

6 877 179

7 437 200

Il-Kroazja  (*1)

183 735

202 865

241 125

279 385

317 645

306 080

L-Italja

3 902 039

3 850 805

3 799 540

3 751 937

3 704 337

3 704 337

Ċipru

50 784

50 225

49 666

49 155

48 643

48 643

Il-Latvja

181 044

205 764

230 431

255 292

280 154

302 754

Il-Litwanja

417 890

442 510

467 070

475 319

483 680

517 028

Il-Lussemburgu

33 604

33 546

33 487

33 460

33 432

33 432

L-Ungerija

1 345 746

1 344 461

1 343 134

1 343 010

1 342 867

1 269 158

Malta

5 241

5 241

5 242

5 243

5 244

4 690

In-Netherlands

749 315

736 840

724 362

682 616

670 870

732 370

L-Awstrija

693 065

692 421

691 754

691 746

691 738

691 738

Il-Polonja

3 378 604

3 395 300

3 411 854

3 431 236

3 450 512

3 061 518

Il-Portugall

565 816

573 954

582 057

590 706

599 355

599 355

Ir-Rumanija

1 599 993

1 772 469

1 801 335

1 872 821

1 903 195

1 903 195

Is-Slovenja

137 987

136 997

136 003

135 141

134 278

134 278

Is-Slovakkja

438 299

441 478

444 636

448 155

451 659

394 385

Il-Finlandja

523 333

523 422

523 493

524 062

524 631

524 631

L-Iżvezja

696 890

697 295

697 678

698 723

699 768

699 768

Ir-Renju Unit

3 173 324

3 179 880

3 186 319

3 195 781

3 205 243

3 591 683

ANNESS III

Limiti massimi netti msemmija fl-Artikolu 7

(f'miljuni ta' EUR)

Sena kalendarja

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Il-Belġju

523,7

509,8

502,1

489,0

481,9

505,3

Il-Bulgarija

720,9

788,8

789,6

791,0

792,5

798,9

Ir-Repubblika Ċeka

840,1

839,3

838,5

856,7

856,7

872,8

Id-Danimarka

870,2

852,2

834,3

826,3

818,3

880,4

Il-Ġermanja

4 912,8

4 880,5

4 848,1

4 820,3

4 792,6

5 018,4

L-Estonja

114,4

114,5

123,7

133,9

143,9

169,4

L-Irlanda

1 214,8

1 213,3

1 211,8

1 211,4

1 211,0

1 211,1

Il-Greċja

2 109,8

2 087,0

2 064,1

2 043,3

2 022,4

2 119,0

Spanja

4 902,3

4 911,3

4 926,3

4 939,7

4 953,1

4 954,4

Franza

7 302,1

7 270,7

7 239,0

6 900,8

6 877,2

7 437,2

Il-Kroazja  (*2)

183,7

202,9

241,1

279,4

317,6

306,1

L-Italja

3 897,1

3 847,3

3 797,2

3 750,0

3 702,4

3 704,3

Ċipru

50,8

50,2

49,7

49,1

48,6

48,6

Il-Latvja

181,0

205,7

230,3

255,0

279,8

302,8

Il-Litwanja

417,9

442,5

467,1

475,3

483,7

517,0

Il-Lussemburgu

33,6

33,5

33,5

33,5

33,4

33,4

L-Ungerija

1 276,7

1 275,5

1 274,1

1 274,0

1 273,9

1 269,2

Malta

5,2

5,2

5,2

5,2

5,2

4,7

In-Netherlands

749,2

736,8

724,3

682,5

670,8

732,4

L-Awstrija

693,1

692,4

691,8

691,7

691,7

691,7

Il-Polonja

3 359,2

3 375,7

3 392,0

3 411,2

3 430,2

3 061,5

Il-Portugall

565,9

574,0

582,1

590,8

599,4

599,5

Ir-Rumanija

1 600,0

1 772,5

1 801,3

1 872,8

1 903,2

1 903,2

Is-Slovenja

138,0

137,0

136,0

135,1

134,3

134,3

Is-Slovakkja

435,5

438,6

441,8

445,2

448,7

394,4

Il-Finlandja

523,3

523,4

523,5

524,1

524,6

524,6

L-Iżvezja

696,8

697,2

697,6

698,7

699,7

699,8

Ir-Renju Unit

3 170,7

3 177,3

3 183,6

3 192,2

3 201,4

3 591,7


(*1)  Għall-Kroazja, il-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2021 għandu jkun ta' EUR 344 340 000 u għall-2022 għandu jkun ta' EUR 382 600 000.

(*2)  Għall-Kroazja, il-limitu massimu nett għas-sena kalendarja 2021 għandu jkun ta' EUR 344 340 000 u għall-2022 għandu jkun ta' EUR 382 600 000.


2.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/163

tal-1 ta' Frar 2018

li jagħmel importazzjonijiet ta' tajers ġodda u miksijin mill-ġdid għal tal-linja jew trakkijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għal reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”) u b'mod partikulari l-Artikolu 14(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 24(5) tiegħu,

Wara li infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

(1)

Fil-11 ta' Awwissu 2017, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3) (“in-notifika ta' bidu AD”), il-bidu ta' proċediment antidumping (“il-proċediment antidumping”) fir-rigward ta' importazzjonijiet fl-Unjoni ta' tajers ġodda u miksijin mill-ġdid għal tal-linja jew trakkijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) wara lment imressaq fit-30 ta' Ġunju 2017 mill-koalizzjoni kontra importazzjonijiet mhux ġusti tat-tajers (“l-ilmentatur”) f'isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 45 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' tajers ġodda u miksijin mill-ġdid għal tal-linja jew trakkijiet.

(2)

Fl-14 ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4) (“in-notifika ta' bidu AS”), il-bidu ta' proċediment antisussidju (“il-proċediment antisussidju”) fir-rigward ta' importazzjonijiet fl-Unjoni ta' tajers ġodda u miksijin mill-ġdid għal tal-linja jew trakkijiet li joriġinaw fir-RPĊ wara lment imressaq fil-31 ta' Awwissu 2017 mill-ilmentatur) f'isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 45 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' tajers ġodda u miksijin mill-ġdid għal tal-linja jew trakkijiet.

1.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(3)

Il-prodott soġġett għal reġistrazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) għaż-żewġ proċedimenti huma tajers ġodda u miksijin mill-ġdid għal tal-linja jew trakkijiet b'indiċi tal-piż li jaqbeż 121 li joriġinaw fir-RPĊ, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi(jiet) NM 4011 20 90 u ex 4012 12 00. Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

2.   TALBA

(4)

L-ilmentatur ippreżenta talbiet ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping u l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku antisussidji fid-19 ta' Awwissu 2017 u fil-5 ta' Ottubru 2017 rispettivament. L-ilmentatur talab li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni sabiex sussegwentament ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' tali reġistrazzjoni.

3.   RAĠUNIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI

(5)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping u l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku antisussidji, il-Kummissjoni tista' tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet tad-dwana jieħdu l-passi meħtieġa għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu jiġu applikati sussegwentement fuq dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' din ir-reġistrazzjoni. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti għar-reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika din l-azzjoni.

(6)

Skont l-ilmentatur ir-reġistrazzjoni hija ġustifikata billi l-prodott ikkonċernat qed ikun l-oġġett ta' dumping u ssussidjat. L-importazzjonijiet bi prezz baxx qed jikkawżaw dannu sinifikanti lill-industrija tal-Unjoni, li huwa diffiċli li jissewwa.

(7)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talba fid-dawl tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 16(4) tar-Regolament antisussidji bażiku.

(8)

Fir-rigward tal-parti tad-dumping tat-talba, il-Kummissjoni vverifikat jekk l-importaturi kienux konxji, jew jekk kellhomx ikunu konxji, tad-dumping fir-rigward tal-livell tad-dumping u d-dannu allegat jew misjub. Hija analizzat ukoll jekk kienx hemm żieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet li, fid-dawl ta' meta seħħet u l-volum u ċirkostanzi oħra, x'aktarx timmina l-effett rimedjali tad-dazju antidumping definittiv li għandu jiġi applikat.

(9)

Fir-rigward tal-parti tas-sussidju tat-talba, il-Kummissjoni vverifikat jekk hemmx ċirkostanzi kritiċi fejn huwiex ikkawżat dannu għall-prodott sussidjat inkwistjoni li huwa diffiċli li jitranġa minħabba importazzjonijiet kbar f'perjodu relattivament qasir ta' prodott li jibbenefika minn sussidji kumpensatorji u jekk huwiex meqjus neċessarju li jiġu valutati dazji kumpensatorji b'mod retrospettiv fuq dawk l-importazzjonijiet sabiex tiġi evitata r-rikorrenza ta' dannu bħal dan.

3.1.   L-għarfien tal-importaturi tad-dumping, il-livell tiegħu u d-dannu allegat

(10)

Fir-rigward tad-dumping il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ qed ikunu iddampjati. B'mod partikolari, l-ilmentatur ipprovda evidenza dwar il-valur normali bbażat fuq il-kost totali tal-produzzjoni flimkien ma' ammont raġonevoli għall-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi u għall-profitti, abbażi tal-għażla tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala pajjiż analogu.

(11)

L-evidenza ta' dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valuri normali stabbiliti hekk, mal-prezz tal-esportazzjoni (fuq livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Fuq kollox, u meta jitqies l-estent tal-marġini ta' dumping allegat ta' mill-inqas 74 %, din l-evidenza tipprovdi biżżejjed appoġġ f'dan l-istadju li l-esportaturi jeżerċitaw id-dumping. L-ilment ipprovda wkoll biżżejjed evidenza tad-dannu allegat.

(12)

Din l-informazzjoni kienet tinsab fin-notifika ta' bidu għal dan il-proċediment fil-11 ta' Awwissu 2017. Sal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, in-notifika kienet saret dokument pubbliku aċċessibbli għall-importaturi kollha. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-importaturi kienu jafu, jew kellhom ikunu jafu, dwar il-prattiki allegati ta' dumping, il-kobor tiegħu u d-dannu allegat l-aktar tard f'dak il-mument. Hija b'hekk ikkonkludiet li l-ewwel kriterju għar-reġistrazzjoni ntlaħaq fir-rigward tal-parti tad-dumping tat-talba.

3.2.   Żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet

(13)

Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdied b'14,3 % fil-perjodu minn April sa Settembru 2017 meta mqabbel mal-volum ta' importazzjonijiet matul l-istess perjodu fl-2016. B'konsistenza ma' sejbiet riċenti f'investigazzjonijiet oħra (5), il-Kummissjoni qieset li din iż-żieda fl-importazzjonijiet hija sostanzjali.

(14)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tieni kriterju għar-reġistrazzjoni għall-parti tad-dumping tat-talba ntlaħaq ukoll.

3.3.   Ċirkostanzi oħrajn

(15)

L-ilmentatur inkluda wkoll biżżejjed evidenza fl-ilment u fit-talba għar-reġistrazzjoni dwar ix-xejra tat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-importazzjoni. Skont l-istatistika tal-Eurostat disponibbli pubblikament il-valur tal-unità tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kien 38 % inqas fil-perjodu minn April sa Settembru 2017 minn importazzjonijiet minn oriġini oħrajn. Dan huwa kritikament baxx għal industrija sensittiva għall-prezz bħall-industrija tat-tajers.

(16)

Fid-dawl taż-żmien, il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u ċirkostanzi oħrajn (bħat-tnaqqis fil-bejgħ, dħul, impjieg u profitt tal-industrija tal-Unjoni b'mod notevoli fis-segment tas-suq iktar baxx) x'aktarx li jimmina serjament l-effett ta' rimedju ta' kull dazju definittiv, sakemm dawn id-dazji ma jiġux applikati b'mod retroattiv. Barra minn hekk, minħabba t-tnedija tal-proċedimenti attwali, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jistgħu jiżdiedu ulterjorment qabel l-adozzjoni ta' miżuri provviżorji, jekk ikun hemm minnhom, u l-importaturi jistgħu jibnu l-istokks b'mod rapidu.

(17)

Taħt dawk iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni kkonkludiet li terz tal-kriterju għar-reġistrazzjoni għall-parti tad-dumping tat-talba ntlaħaq ukoll.

3.4.   Id-dannu li huwa diffiċli li jitranġa, huwa kkawżat minn importazzjonijiet kbar ta' prodott sussidjat f'perjodu relattivament qasir

(18)

Fir-rigward tas-sussidjar, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ qed ikunu ssussidjati. Il-prattiki tas-sussidji allegati jikkonsistu, fost l-oħrajn, fi trasferimenti diretti u dawk potenzjalment diretti ta' fondi jew ta' obbligazzjonijiet, dħul tal-gvern mitluf jew mhux miġbur, u forniment ta' prodotti jew servizzi mill-gvern għal remunerazzjoni mhux adegwata. Dan jinkludi pereżempju, evidenza ta' għotjiet varji, self preferenzjali u krediti diretti minn banek tal-istat kif ukoll banek privati, krediti tal-esportazzjoni u garanziji u assigurazzjonijiet tal-esportazzjoni; forniment ta' art, enerġija, ilma u materji primi mill-gvern għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat; u tnaqqis u eżenzjonijiet tat-taxxa fuq l-introjtu, roħs tat-tariffa tal-importazzjoni u eżenzjonijiet u roħs tal-VAT.

(19)

Huwa allegat li dawk il-miżuri huma sussidji peress li jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tar-RPĊ jew minn gvernijiet reġjonali jew lokali oħra (inklużi korpi pubbliċi) u jikkonferixxu benefiċċju lill-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat. Huwa allegat li dawn huma kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u/jew fuq l-użu ta' prodotti domestiċi minflok ta' dawk importati u/jew huma limitati għal ċerti setturi u/jew għal ċerti tipi ta' intrapriżi u/jew postijiet, u għalhekk huma speċifiċi u kumpensatorji.

(20)

Għalhekk, f'dan l-istadju l-evidenza disponibbli x'aktarx li tindika li l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat qed jibbenefikaw minn sussidji kumpensatorji.

(21)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza li l-prattiki ta' dumping u sussidju tal-esportaturi qed jikkawżaw dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni. Fl-ilment u l-preżentazzjonijiet sussegwenti relatati mat-talbiet għar-reġistrazzjoni, l-evidenza rigward il-prezz u l-volum tal-importazzjonijiet turi żieda sostanzjali ta' importazzjonijiet f'termini assoluti i f'termini tas-sehem tas-suq fil-perjodu bejn l-2013 u l-2016. Speċifikament, l-evidenza disponibbli turi li l-esportaturi Ċiniżi kważi rdoppjaw il-volum tal-prodott ikkonċernat importat lejn l-Unjoni, minn 2,3 għal 4,4 miljun unità (+ 2,1 miljun unità), li rriżulta f'żieda drastika tas-sehem mis-suq minn 13,2 % għal 20,9 %. Il-volum u l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat kellhom impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa u fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba fis-suq tal-Unjoni u s-sehem mis-suq li kellha l-industrija tal-Unjoni. Dan qed jirriżulta f'effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali u l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. L-evidenza dwar il-fatturi ta' dannu stabbiliti fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping u l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku antisussidji tikkonsisti f'dejta li tinsab fl-ilmenti u l-preżentazzjonijiet sussegwenti rigward ir-reġistrazzjoni, appoġġata minn dejta disponibbli pubblikament mill-Eurostat.

(22)

Barra minn hekk, f'dan l-istadju l-Kummissjoni vvalutat jekk id-dannu mġarrab huwiex diffiċli li jitranġa. Ladarba l-klijenti tal-industrija tal-Unjoni jidraw prezzijiet sinifikament iktar baxxi minn kompetituri Ċiniżi dawn x'aktarx li ma jaċċettawx prezzijiet iktar għoljin mill-industrija tal-Unjoni anki jekk, b'mod ipotetiku, il-Kummissjoni kellha timponi miżuri kumpensatorji mingħajr effett retroattiv fil-futur. Din it-theddida ta' telfa permamenti tas-sehem mis-suq jew ta' dħul imnaqqas tikkostitwixxi dannu li huwa diffiċli li jitranġa. Barra minn hekk, in-negozju ta' kisi mill-ġdid tal-industrija tal-Unjoni jista' ma jibqax sostenibbli u diffiċli li jiġi stabbilit mill-ġdid jekk il-bażi tiegħu tiddeterjora minn tkomplija ta' importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi ta' tajers ġodda miċ-Ċina.

3.5.   Preklużjoni ta' rikorrenza tad-dannu

(23)

Finalment, minħabba d-dejta stabbilita fil-premessa (21) u l-kunsiderazzjonijiet stipulati fil-premessa (22) il-Kummissjoni qieset li huwa meħtieġ li tħejji l-impożizzjoni retroattiva potenzjali tal-miżuri billi timponi reġistrazzjoni sabiex tevita r-rikorrenza ta' dan id-dannu.

4.   PROĊEDURA

(24)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza sabiex tiġġustifika li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping u l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku antisussidji.

(25)

Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn jinħtieġ li jinstemgħu.

5.   REĠISTRAZZJONI

(26)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping u l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku antisussidji, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għandhom isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni bl-iskop li jiżguraw li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'konklużjonijiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta' dazji antidumping u/jew dazji kumpensatorji, dawk id-dazji jistgħu, jekk il-kundizzjonijiet neċessarji jiġu ssodisfati, jiġu imposti b'mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati f'konformità mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi applikabbli.

(27)

Kwalunkwe responsabilità futura tiġi mis-sejbiet tal-investigazzjonijiet anti-dumping u dawk kontra s-sussidji rispettivament.

(28)

L-allegazzjonijiet fl-ilment li jitlob it-tnedija ta' investigazzjoni anti-dumping jistmaw marġini medju ta' antidumping ta' madwar 74-152 % u medja ta' tnaqqis fil-bejgħ ta' 26 %-37 % għall-prodott ikkonċernat. L-ammont ta' responsabbiltà possibbli fil-futur huwa stabbilit fil-livell ta' bejgħ taħt il-prezz, stmat abbażi tal-ilment, jiġifieri 26 %-37 % ad valorem fuq il-valur ta' importazzjoni CIF tal-prodott ikkonċernat.

(29)

F'dan l-istadju tal-investigazzjoni għadu mhuwiex possibbli li jiġi stmat l-ammont ta' sussidjarjetà. L-allegazzjonijiet fl-ilment li jitlob it-tnedija ta' investigazzjoni antisussidju jistmaw tnaqqis fil-bejgħ li jirrappreżenta 26 %–37 % għall-prodott ikkonċernat. L-ammont ta' obbligazzjoni possibbli fil-futur huwa stabbilit fil-livell ta' tnaqqis fil-bejgħ stmat abbażi tal-ilment antisussidji, jiġifieri 26 %–37 % ad valorem fuq il-valur ta' importazzjoni CIF tal-prodott ikkonċernat.

6.   IPPROĊESSAR TA' DEJTA PERSONALI

(30)

Kull dejta personali miġbura fil-kuntest ta' din ir-reġistrazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (6),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-awtoritajiet doganali huma b'dan mitluba, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036 u l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) 2016/1037 biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw importazzjonijiet fl-Unjoni ta' tajers ġodda u miksija mill-ġdid għal tal-linja jew trakkijiet b'indiċi tal-piż li jaqbeż 121, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi(jiet) NM 4011 20 90 u ex 4012 12 00 (kodiċi TARIC 4012120010) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-reġistrazzjoni tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub, biex jipprovdu evidenza ta' sostenn jew jitolbu li jinstemgħu fi żmien 21 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(3)  ĠU C 264, 11.8.2017, p. 14.

(4)  ĠU C 346, 14.10.2017, p. 9.

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2325 tal-11 ta' Diċembru 2015 li jissottometti l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa għal reġistrazzjoni (ĠU L 328, 12.12.2015, p. 104), fil-premessa 9 (jiġifieri, żieda ta' 24 %); Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1357 tad-9 ta' Awwissu 2016 li jagħmel l-importazzjonijiet ta' ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew b'liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 215, 10.8.2016, p. 23), fil-premessa 7 (jiġifieri, żieda ta' 15 %).

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.