ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/121
tat-23 ta' Jannar 2018
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 560/2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 (3) stabbilixxa l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (“l-Impriża Konġunta BBI”). |
(2) |
L-Artikolu 12(4) tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta BBI, stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 560/2014 (“l-Istatuti”), jiddikjara li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-membri tal-Impriża Konġunta BBI għajr l-Unjoni għall-ispejjeż operattivi għandha tkun tal-anqas ta' EUR 182 500 000 tul il-perijodu previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 560/2014, jiġifieri mill-istabbiliment tal-Impriża Konġunta BBI sal-31 ta' Diċembru 2024. |
(3) |
Il-Konsorzju tal-Industriji b'bażi Bijoloġika Aisbl (“BIC”), li huwa membru tal-Impriża Konġunta BBI minbarra l-Unjoni, għadu lest li jappoġġa l-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta BBI bl-ammont stabbilit fl-Artikolu 12(4) tal-Istatuti. Madankollu, ippropona modalità alternattiva ta' finanzjament permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmulin mill-entitajiet kostitwenti tiegħu fil-livell tal-azzjonijiet indiretti. |
(4) |
L-objettiv tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika li jitwettqu attivitajiet permezz ta' kollaborazzjoni tal-partijiet ikkonċernati tul il-katina tal-valur sħaħ b'bażi bijoloġika, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, iċ-ċentri tar-riċerka u tat-teknoloġija u tal-universitajiet jista' jinkiseb biss billi l-BIC u l-entitajiet kostitwenti tiegħu jitħallew ifornu l-kontribuzzjoni finanzjarja mhux biss bħala pagamenti għall-Impriża Konġunta BBI iżda anki bħala kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta BBI. |
(5) |
Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu emendati l-Istatuti sabiex il-BIC u l-entitajiet kostitwenti tiegħu jitħallew ifornu l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-ammont sħiħ stabbilit fl-Artikolu 12(4) tal-Istatuti, sabiex dawk il-kontribuzzjonijiet mhux biss ikunu jistgħu jsiru bħala pagamenti għall-Impriża Konġunta BBI iżda anki bħala kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta BBI u jiġu rrapportati lill-Impriża Konġunta BBI, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 12 tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika, kif stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 560/2014, huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-paragrafu 3, il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
Il-paragrafu 4 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “4. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-membri minbarra l-Unjoni jew mill-entitajiet kostitwenti tagħhom għall-ispejjeż operattivi msemmijin fil-paragrafu 3(b) għandhom ikunu ta' mill-anqas EUR 182 500 000 tul il-perijodu stipulat fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament. Dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom isiru bħala pagamenti għall-Impriża Konġunta BBI jew bħala kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta BBI.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
V. GORANOV
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2017 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130).
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/3 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/122
tal-20 ta' Ottubru 2017
li jemenda l-Annessi I, II, VI, VIII u IX tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet ta' fibri ta' tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessut
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta' fibri ta' tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 jirrikjedi li t-tikkettar jindika l-kompożizzjoni tal-fibra ta' prodotti tat-tessut, b'verifiki li jitwettqu permezz ta' analiżi tal-konformità ta' dawk il-prodotti mal-indikazzjonijiet mogħtija fuq it-tabella. |
(2) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011, manifattur ippreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni biex il-“poliakrilat” jiġi inkluż bħala isem ġdid ta' fibra tat-tessut fil-lista stabbilita fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet tinkludi fajl tekniku li jissodisfa l-ħtiġiet minimi speċifikati fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
Wara li vvalutat l-applikazzjoni għal isem ġdid ta' fibra tat-tessut u wara li wettqet konsultazzjoni pubblika fuq is-sit web Europa, il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-esperti tal-Istati Membri u ma' partijiet interessati, ikkonkludiet li l-isem ġdid ta' fibra tat-tessut “poliakrilat” għandu jiżdied mal-lista ta' ismijiet ta' fibri tat-tessut stipulata fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011. |
(4) |
Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 għandu jiġi emendat, b'mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni proposta ta' isem ġdid ta' fibra tat-tessut u l-metodi proposti ta' identifikazzjoni u kwantifikazzjoni. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 jistabbilixxi lista ta' prodotti tat-tessut li għalihom it-tikkettar inklużiv huwa suffiċjenti. Dik il-lista tinkludi ħajt tal-ħjata, tat-tiswija u tar-rakkmu ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut fi kwantitajiet żgħar b'piż nett ta' gramma (1) jew inqas. Madankollu, minħabba l-progress tekniku, dak il-prodott partikolari tat-tessut ma għadux jiġi ppreżentat għall-bejgħ bl-imnut fi kwantitajiet ta' piż nett ta' gramma (1) jew anqas. Għaldaqstant, il-lista ta' prodotti tat-tessut li jikkwalifikaw għat-tikkettar inklużiv stipulata fl-Anness VI għal dak ir-Regolament għandha tiġi aġġornata. |
(6) |
Sabiex ikun possibbli li jintużaw metodi uniformi għall-analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' fibri tat-tessut, il-metodi tat-testijiet stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 għandhom jiġu emendati biex jinkludu l-fibra “poliakrilat”. Barra minn hekk, fl-Anness VIII ta' dak ir-Regolament għandu jiżdied metodu ta' ttestjar ġdid għall-analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' fibri tal-poliester u ta' ċerti fibri oħra. |
(7) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 jistabbilixxi wkoll supplimenti miftehma użati biex tiġi kkalkolata l-massa ta' fibri fi prodott tat-tessut. Għalhekk, il-valur tas-suppliment miftiehem għall-“poliakrilat” għandu jiżdied mal-lista stabbilita fl-Anness IX ta' dak ir-Regolament. |
(8) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, II, VI, VIII u IX tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 272, 18.10.2011, p. 1.
ANNESS
L-Annessi I, II, VI, VIII u IX tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, tiżdied ir-ringiela 50 li ġejja:
|
(2) |
fl-Anness II, il-punti li ġejjin huma emendati kif ġej:
|
(3) |
fl-Anness VI, il-partita 18 tinbidel b'dan li ġej:
|
(4) |
fl-Anness VIII, il-Kapitolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
fl-Anness IX tiżdied l-annotazzjoni 50:
|
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/123
tal-15 ta' Jannar 2018
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Cerezas de la Montaña de Alicante” (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni minn Spanja għall-approvazzjoni ta' emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cerezas de la Montaña de Alicante”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 106/2011 (3). |
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat talba għal emenda, permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). |
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Cerezas de la Montaña de Alicante” (IĠP), hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 106/2011 tas-7 ta' Frar 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cerezas de la Montaña de Alicante (IĠP)] (ĠU L 32, 8.2.2011, p. 3).
(4) ĠU C 329, 30.9.2017, p. 16.
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/124
tal-15 ta' Jannar 2018
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' Denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Pane di Matera” (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 53(1), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Pane di Matera”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 160/2008 (2). |
(2) |
L-emenda konċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u għalhekk il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda, permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Pane di Matera” (IĠP) hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 160/2008 tal- 21 ta' Frar 2008 li jniżżel ċerti ismijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pane di Matera (IĠP), Tinca Gobba Dorata del Pianalto di Poirino (DPO)) (ĠU L 48, 22.2.2008, p. 27).
(3) ĠU C 305, 15.9.2017, p. 20.
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/125
tal-24 ta' Jannar 2018
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(1)(e) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti (minn hawn 'il quddiem imsejħa n-“Nomenklatura Magħquda”), li hija stabbilita fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
In-nota addizzjonali 2(f) tal-Kapitolu 27 tan-Nomenklatura Maqgħuda tiddefinixxi l-familja ta' prodotti msemmija bħala “żjut karburanti”. Dawn il-prodotti huma klassifikati jew fis-subintestaturi 2710 19 51 sa 2710 19 68 jew fis-subintestaturi 2710 20 31 sa 2710 20 39, skont il-karatteristiċi u l-proprjetajiet fiżikokimiċi tagħhom. |
(3) |
Wieħed minn dawn il-karatteristiċi fiżikokimiċi huwa n-numru ta' saponifikazzjoni. Iż-“Żjut karburanti” tal-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tan-nota addizzjonali 2(f) għandu jkollhom numru ta' saponifikazzjoni ta' inqas minn 4. Din ir-regola tapplika għall-prodotti fis-subintestaturi 2710 19 51 sa 2710 19 68. Madankollu, issir eċċezzjoni għall-prodotti fis-subintestaturi 2710 20 31 sa 2710 20 39 (prodotti li fihom esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin jew “FAMAE”) meta n-numru ta' saponifikazzjoni jkun ogħla minn 4. Dik l-eċċezzjoni attwalment hija mniżżla f'nota f'qiegħ il-paġna tan-nota addizzjonali 2(f). |
(4) |
L-eċċezzjoni attwalment f'nota f'qiegħ il-paġna tan-nota addizzjonali 2(f) tenħtieġ li tiġi estiża sabiex tqis l-iżviluppi fit-teknoloġija, b'mod partikolari l-iżvilupp ta' fjuwils li jiġġeddu li fihom żjut u xaħmijiet mill-annimali jew mill-ħxejjex. Jeħtieġ li din tiġi estiża wkoll biex tindirizza l-potenzjal ta' falsifikazzjoni tad-diżil li ġeneralment jinkiseb biż-żieda ta' kwantitajiet żgħar ta' xaħmijiet jew żjut veġetali jew tal-annimali fid-diżil sabiex minn diżil (soġġett għad-dazji tas-sisa) tinbidel il-klassifikazzjoni tagħhom għal prodotti oħrajn (li mhumiex soġġetti għad-dazji tas-sisa). B'mod partikolari, iż-żieda ta' żjut veġetali sservi biex jinbidel il-parametru ta' distillazzjoni u biex jinkiseb numru ta' saponifikazzjoni ugwali għal 4 jew aktar. Iż-żieda ta' kwantitajiet żgħar ta' sustanzi bħal dawn mill-perspettiva fiżikokimika ma tbiddilx il-karattru essenzjali tagħhom bħala żjut tal-fjuwil. Xorta jintużaw bħala żjut tal-fjuwil. Għalhekk f'dawn il-każijiet, it-tneħħija tar-rekwiżit li n-numru ta' saponifikazzjoni jkun inqas minn 4 se tiżgura li dawn il-prodotti jiġu kklassifikati b'mod korrett bħala żjut tal-fjuwil u mhux bħala prodotti oħra. |
(5) |
L-eċċezzjoni attwali għall-prodotti li fihom FAMAE wkoll tenħtieġ li tiġi estiża sabiex tkopri prodotti b'numru ta' saponifikazzjoni ta' 4, u mhux biss il-prodotti b'numru ta' aktar minn 4. |
(6) |
In-nota addizzjonali 2(f) tal-Kapitolu 27 jenħtieġ għaldaqstant li tiġi emendata biex tiġi żgurata l-interpretazzjoni uniformi mal-Unjoni kollha. |
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-Kapitolu 27 tan-Nomenklatura Magħquda stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, qed tiġi emendata n-nota addizzjonali 2(f) kif ġej:
(1) |
l-ewwel inċiż fl-ewwel paragrafu, inkluż in-nota f'qiegħ il-paġna, jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
il-paragrafu erbgħa li ġej għandu jiddaħħal: “It-terminu ‘bijokomponent’ ifisser xaħmijiet mill-annimali jew mill-ħxejjex, żjut mill-annimali jew mill-ħxejjex, jew esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin (FAMAE)”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/126
tal-24 ta' Jannar 2018
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 jelenka l-bastimenti magħżulin mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f'konformità mal-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2146 (2014). Dawk il-bastimenti huma soġġetti għal għadd ta' projbizzjonijiet skont dak ir-Regolament, inkluż il-projbizzjoni li jgħabbu, jittrasportaw jew iħottu żejt mhux maħdum mil-Libja u li jkollhom aċċess għall-portijiet fit-territorju tal-Unjoni. |
(2) |
Fit-18 ta' Jannar 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti emenda d-dejta ta' identifikazzjoni tal-bastiment CAPRICORN, soġġett għal miżuri restrittivi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan. |
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.
ANNESS
L-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjoni:
“1. Isem: CAPRICORN
Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiż u mmodifikat mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2146, din l-inklużjoni ġiet imġedda mill-Kumitat fl-20 ta' Ottubru 2017 u hija valida sat-18 ta' Jannar 2018, sakemm ma tiġix itterminata mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: mhux magħruf.
Informazzjoni Addizzjonali
Elenkat fil-21 ta' Lulju 2017. OMI: 8900878. Mill-21 ta' Settembru 2017, il-bastiment kien jinsab f'ibħra internazzjonali tal-Emirati Għarab Magħquda.”
hija sostitwita b'dan li ġej:
“1. Isem: CAPRICORN
Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiż u mmodifikat mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2146, din l-inklużjoni ġiet imġedda mill-Kumitat fit-18 ta' Jannar 2018 u hija valida sas-17 ta' April 2018, sakemm ma tiġix itterminata qabel iż-żmien mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: mhux magħruf.
Informazzjoni addizzjonali
Elenkat fil-21 ta' Lulju 2017. OMI: 8900878. Mill-21 ta' Settembru 2017, il-bastiment kien jinsab f'ibħra internazzjonali 'l barra mill-Emirati Għarab Magħquda.”
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/14 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/127
tal-24 ta' Jannar 2018
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u ffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd. |
(2) |
Minn kontroll regolari tad-dejta, li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li jenħtieġ li jiġu emendati l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u biex iħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).
ANNESS
ANNESS I
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3 (f'EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 70 %, iffriżati |
113,6 |
0 |
AR |
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 65 %, iffriżati |
132,5 |
0 |
AR |
217,2 |
0 |
BR |
||
0207 14 10 |
Qatgħat tas-sriedaq jew tat-tiġieġ, mingħajr għadam, iffriżati |
250,0 |
15 |
AR |
225,3 |
22 |
BR |
||
309,7 |
0 |
CL |
||
253,3 |
14 |
TH |
||
0207 27 10 |
Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati |
336,9 |
0 |
BR |
306,0 |
0 |
CL |
||
0408 91 80 |
Bajd, imnixxef, mingħajr qoxra |
320,6 |
0 |
AR |
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin tas-sriedaq u tat-tiġieġ |
200,4 |
26 |
BR |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/128
tal-25 ta' Jannar 2018
li jirrettifika ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 34(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-verżjonijiet tal-lingwa Estona, Finlandiża, Griega, Kroata, Latvjana, Litwena, Maltija, Portugiża, Rumena, Slovena, Spanjola, Svediża u Taljana tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504 (2) fihom żball fil-punt 4.2.1.3 tal-Anness IV, fejn it-terminu “STAGE 3” jenħtieġ li jidher bl-Ingliż. |
(2) |
Barra minn hekk, il-verżjonijiet tal-lingwa Estona, Griega, Kroata, Latvjana, Litwena, Portugiża u Rumena tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 fihom żball ieħor fejn it-terminu C2a STAGE 1 fil-mudelli stabbiliti fil-punti 3 u 4 tal-Appendiċi 1 tal-Anness IV jenħtieġ li jidher bl-Ingliż. |
(3) |
Il-verżjoni tal-lingwa Estona tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 fiha żbalji addizzjonali, b'mod aktar preċiż fil-punti 2.1.1.6 sa 2.1.1.9 u l-punti 4.2.1.6 sa 4.2.1.9 tal-Anness IV, kif ukoll fil-punti 1 sa 6 tal-Appendiċi 1 f'dak l-Anness, f'xi wħud mill-ittri li jikkonċernaw il-mudelli tal-pjanċa statutorja. |
(4) |
Il-verżjoni tal-lingwa Spanjola tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 fiha żball addizzjonali, b'mod aktar preċiż fil-punti 2.1.1.6, 2.1.1.7, 2.1.1.9, 4.2.1.6, 4.2.1.7 u 4.2.1.9 tal-Anness IV, f'xi wħud mill-ittri li jikkonċernaw il-mudelli tal-pjanċa statutorja. |
(5) |
Il-verżjonijiet tal-lingwa Estona, Finlandiża, Griega, Kroata, Latvjana, Litwena, Maltija, Portugiża, Rumena, Slovena, Spanjola, Svediża u Taljana tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 jenħtieġ għalhekk li jiġu rettifikati kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati minn dawn ir-rettifiki. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 huwa rettifikat kif ġej:
1. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
2. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
3. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
4. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
5. |
L-Anness IV, il-punt 4.2.1.3. huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
6. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
7. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
8. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
9. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
10. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
11. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
12. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
13. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
14. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
15. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504 tal-11 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 85, 28.3.2015, p. 1).
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/21 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/129
tal-25 ta' Jannar 2018
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80099 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80099 bħala addittiv fl-għalf għall-użu fl-għalf u fl-ilma għax-xorb. Mal-applikazzjoni nhemżu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80099 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjoni tagħha tas-17 ta' Mejju 2017 (2) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80099 ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent u li ma jirriżulta l-ebda tħassib għall-utenti diment li jittieħdu l-miżuri protettivi adatti. |
(5) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa sors effettiv tal-amminoaċidu arġinina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li biex l-L-arġinina bħala suppliment tkun effikaċi għalkollox fir-ruminanti, jenħtieġ li tiġi protetta mid-degradazzjoni fil-kirxa. Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità esprimiet it-tħassib tagħha rigward is-sikurezza tal-L-arġinina meta tingħata permezz tal-ilma għax-xorb. Madankollu, l-Awtorità ma pproponiet l-ebda kontenut massimu għal-L-arġinina. Barra minn hekk, l-Awtorità tirrakkomanda s-supplimentazzjoni bl-L-arginine f'ammonti xierqa. Għalhekk, fil-każ tas-supplimentazzjoni tal-L-arġinina, b'mod partikolari permezz tal-ilma għax-xorb, jixraq li l-utenti jiġu infurmati biex iqisu l-provvista alimentari bl-amminoaċidi essenzjali kollha u l-amminoaċidi essenzjali taħt ċertu kundizzjonijiet. |
(6) |
L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(7) |
Mill-valutazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80099 jidher li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' din is-sustanza jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi” u għall-grupp funzjonali “aċidi aminomiċi, il-melħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2017; 15(6):4858.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi aminomiċi, il-melħ u l-analogi tagħhom |
|||||||||||||||||||||||||
3c362 |
— |
L-arġinina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Trab b'kontenut minimu ta' L-arġinina ta' 98 % (fuq il-bażi ta' materja niexfa) u kontenut massimu ta' ilma ta' 0,5 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva L-arġinina (aċidu (S)-2-ammino-5-gwanidinopentanojku) prodotta bil-fermentazzjoni ta' Corynebacterium glutamicum KCCM 80099. Formula kimika: C6H14N4O2 Numru CAS: 74-79-3 Metodu analitiku (1) Għall-karatterizzazzjoni tal-L-arġinina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-arġinina fl-addittiv tal-għalf u fl-ilma:
Għall-kwantifikazzjoni tal-arġinina fit-taħlitiet lesti minn qabel, fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
|
|
|
|
Il-15 ta' Frar 2028 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/25 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/130
tal-25 ta' Jannar 2018
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' formulazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Berg and Schmidt GmbH Co. KG)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' formulazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755). Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' formulazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjoni tagħha tal-25 ta' Jannar 2017 (2) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-formulazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv huwa meqjus bħala effikaċi fit-titjib tal-piż finali tal-ġisem u fuq il-proporzjon tal-għalf għall-ksib tal-piż fil-ħnieżer għat-tismin. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Mill-valutazzjoni tal-formulazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755) jidher li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' din il-formulazzjoni jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-formulazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa' taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”, u li hija parti mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2017;15(2):4707.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||
Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà |
|||||||||||||
4a26 |
Berg and Schmidt GmbH Co. KG |
Endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Il-formulazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755) b'attività massima ta' 15 000 EPU (1)/g (forma solida) Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755) Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-endo-1,4-beta-ksilanażi: metodu kolorimetriku li jkejjel il-kolorant li jinħall fl-ilma rilaxxat minn azzjoni ta' endo-1,4-β-ksilanażi minn substrati ta' qamħ tal-arabinoksilan retikolat bl-azzurina. |
Ħnieżer għat-tismin |
— |
1 500 EPU |
|
|
Il-15 ta' Frar 2028 |
(1) 1 EPU huwa l-ammont ta' enzima li tillibera 0,0083 μmol ta' zokkor riduċenti (ekwivalenti ta' ksilożju) fil-minuta minn ksilan tal-ħafur b'pH ta' 4,7 u f'temperatura ta' 50 °C.
(2) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.
DIRETTIVI
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/28 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2018/131
tat-23 ta' Jannar 2018
li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) biex tiġi emendata d-Direttiva 2009/13/KE skont l-emendi tal-2014 tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, kif approvati mill-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol fil-11 ta' Ġunju 2014
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 155(2) flimkien mal-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 153(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 155(2) tat-Ttrattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-maniġment u l-ħaddiema (“is-sħab soċjali”) jistgħu jitolbu b'mod konġunt li l-ftehimiet konklużi minnhom fil-livell tal-Unjoni jiġu implimentati permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni. |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE (1) implimentat il-ftehim konkluż fid-19 ta' Mejju 2008 mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) sabiex id-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu 2006 (“il-MLC”) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) jiġu inkorporati fil-liġi tal-Unjoni, sabiex il-leġislazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ tiġi aġġornata bl-istandards tal-MLC li kienu iktar favorevoli għall-baħħara. L-għan tagħha kien li ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-baħħara, b'mod partikolari fir-rigward tal-ftehimiet tal-impjieg, il-ħinijiet tax-xogħol, ir-ripatrijazzjoni, l-iżvilupp tal-karrieri u l-ħiliet, l-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet tar-rikreazzjoni, l-ikel u l-forniment tal-ikel, il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza, il-kura medika u l-proċeduri tal-ilmenti. |
(3) |
B'segwitu tal-laqgħat tal-esperti internazzjonali, l-ILO nediet proċess biex tiġi emendata l-MLC sabiex tindirizza, minn naħa, it-tħassib relatat mal-abbandun tal-baħħara u s-sigurtà finanzjarja, u min-naħa l-oħra, it-talbiet relatati mal-mewt jew mad-diżabbiltà fit-tul tal-baħħara. Fil-laqgħa tiegħu mis-7 sal-11 ta' April 2014, il-Kumitat Tripartitiku Speċjali mwaqqaf mill-MLC adotta żewġ emendi dwar dawk il-kwistjonijiet. Partijiet mir-regoli soġġetti għall-emendi kienu jaqgħu fil-kompetenzi tal-Unjoni u kienu jikkonċernaw kwistjonijiet li l-Unjoni kienet adottat regoli għalihom, b'mod partikolari fil-politika soċjali u t-trasport. Għalhekk, fis-26 ta' Mejju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/346/UE (2), li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-103 sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol (ILC). Il-pożizzjoni tal-Unjoni kellha tappoġġa l-approvazzjoni tal-emendi tal-Kodiċi tal-MLC (“l-emendi tal-2014 għall-MLC”). |
(4) |
L-emendi tal-2014 għall-MCL ġew approvati mill-ILC fil-103 sessjoni tagħha f'Ġinevra fil-11 ta' Ġunju 2014 u daħlu fis-seħħ fit-18 ta' Jannar 2017. Dawn huma relatati mal-forniment ta' sistema ta' sigurtà finanzjarja biex jiġu protetti d-drittijiet tal-baħħara f'każ ta' abbandun u biex jiġi żgurat il-kumpens għat-talbiet kuntrattwali għal mewt jew diżabbiltà fit-tul tal-baħħara minħabba korriment, mard jew periklu fuq il-post tax-xogħol. Huma jtejbu u jottimizzaw is-sistema eżistenti għall-protezzjoni tal-baħħara, inkluż l-obbligu li l-bastimenti jġorru abbord evidenza dokumentata tas-sistema tas-sigurtà finanzjarja u li s-sistema tiġi estiża biex tkopri żewġ sitwazzjonijiet ġodda ta' abbandun. Dawk is-sitwazzjonijiet huma marbuta ma' każijiet fejn baħħara tħallew mingħajr il-manteniment u l-appoġġ meħtieġ, jew għal każijiet fejn is-sid tal-bastiment qata' unilateralment ir-rabtiet tiegħu mal-baħħar, inkluż naqas milli jħallas il-pagi kontrattwali għal perijodu ta' mill-inqas xahrejn. |
(5) |
Fil-5 ta' Diċembru 2016, is-sħab soċjali fis-settur tat-trasport marittimu — l-ECSA u l-FETF — ikkonkludew ftehim (“il-ftehim bejn is-sħab soċjali”) biex tiġi emendata d-Direttiva 2009/13/KE f'konformità mal-emendi tal-2014 għall-MLC. Fit-12 ta' Diċembru 2016, talbu li l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 155(2) TFUE, tippreżenta proposta għal direttiva tal-Kunsill biex jiġi implimentat dak il-ftehim. |
(6) |
Il-ftehim bejn is-sħab soċjali jirriproduċi l-kontenut tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-emendi tal-2014 għall-MLC. L-ewwel emenda dwar is-sistema tas-sigurtà finanzjarja f'każ ta' abbandun tal-baħħara tirrigwarda kemm is-saħħa u s-sikurezza kif ukoll il-kondizzjonijiet tax-xogħol, u għalhekk hija koperta mill-punti (a) u (b) tal-Artikolu 153(1) tat-TFUE. It-tieni emenda dwar ir-rekwiżiti tas-sistema tas-sigurtà finanzjarja biex tiżgura l-kumpens f'każ ta' mewt jew diżabbiltà fit-tul tal-baħħara minħabba korriment, mard jew periklu fuq il-post tax-xogħol, hija koperta mill-punt (c) tal-Artikolu 153(1) tat-TFUE dwar is-sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema. Għalhekk il-ftehim bejn is-sħab soċjali jikkonċerna l-kwistjonijiet koperti mill-Artikolu 153 TFUE u jista' jiġi implimentat permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 155(2) tat-TFUE. Għall-finijiet tal-Artikolu 288 tat-TFUE, l-istrument adatt għall-implimentazzjoni tal-ftehim bejn is-sħab soċjali huwa direttiva. |
(7) |
Skont il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 1998 dwar l-adattament u l-promozzjoni tad-djalogu soċjali fil-livell Komunitarju, il-Kummissjoni vvalutat l-istatus rappreżentattiv tal-partijiet firmatarji u l-legalità ta' kull klawżola tal-ftehim bejn is-sħab soċjali. |
(8) |
Il-ftehim bejn is-sħab soċjali jemenda l-ftehim konkluż fid-19 ta' Mejju 2008 bejn l-ECSA u l-ETF dwar l-MLC, anness għad-Direttiva 2009/13/KE, u jinkorpora f'dik id-Direttiva l-emendi tal-2014 għall-MLC sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza u l-protezzjoni soċjali għall-baħħara abbord bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru. |
(9) |
Permezz tal-emendar tad-Direttiva 2009/13/KE, il-ftehim bejn is-sħab soċjali ser idaħħal id-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-emendi tal-2014 għall-MLC, li huma diġà koperti mis-sistema superviżorja tal-MLC, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2013/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u fi ħdan is-sistema ta' superviżjoni u monitoraġġ tal-liġi tal-Unjoni, inkluża l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan x'aktarx iwassal għal iktar konformità mill-Istati Membri u s-sidien tal-bastimenti. |
(10) |
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn is-sħab soċjali dwar is-segwitu u r-rieżami mis-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni ser tissorvelja l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tal-ftehim bejn is-sħab soċjali. |
(11) |
L-Istati Membri jistgħu jafdaw lis-sħab soċjali bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, fejn dawn tal-aħħar flimkien jitolbu li jagħmlu dan u dment li l-Istati Membri jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li fi kwalunkwe mument jistgħu jiggarantixxu r-riżultati mitluba skont id-Direttiva. |
(12) |
Skont l-Artikolu 155(2) TFUE, il-Kummissjoni infurmat lill-Parlament Ewropew billi bagħtitlu t-test tal-proposta tagħha għal din id-Direttiva. |
(13) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tagħha. |
(14) |
Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ttejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport marittimu, li huwa settur transfruntier li jopera taħt il-bnadar ta' Stati Membri differenti, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda minflok jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(15) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2009/13/KE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Din id-Direttiva timplimenta l-ftehim konkluż bejn l-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) fil-5 ta' Diċembru 2016 li tiġi emendata d-Direttiva 2009/13/KE f'konformità mal-emendi tal-2014 għall-MLC.
Artikolu 2
Skont il-ftehim bejn is-sħab soċjali, il-Ftehim konkluż mill-ECSA u l-EFT dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, stipulat fl-Anness għad-Direttiva 2009/13/KE huwa emendat f'konformità mal-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sas-16 ta' Frar 2020. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
3. L-Istati Membri jistgħu jafdaw lis-sħab soċjali bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva meta s-sħab soċjali flimkien jitolbu li jagħmlu dan u dment li l-Istati Membri jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li fi kwalunkwe mument jistgħu jiggarantixxu r-riżultati mitluba skont id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
V. GORANOV
(1) Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta' Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE (ĠU L 124, 20.5.2009, p. 30).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/346/UE tas-26 ta' Mejju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-103 sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol dwar l-emendi fil-Kodiċi tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu (ĠU L 172, 12.6.2014, p. 28).
(3) Id-Direttiva 2013/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu 2006 u l-infurzar tagħha (ĠU L 329, 10.12.2013, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness għad-Direttiva 2009/13/KE, il-Ftehim konkluż mill-ECSA u l-ETF dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-intestatura “Standard A2.5 — Ripatrijazzjoni”, “A2.5” huwa sostitwit bi “A2.5.1”. |
(2) |
Jiddaħħal l-Istandard li ġej: “Standard A2.5.2 — Sigurtà Finanzjarja
|
(3) |
“Standard A4.2 — Responsabbiltà tas-sid tal-bastiment” huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
jiddaħħal l-istandard li ġej: “Standard A4.2.2 — Trattament ta' talbiet kuntrattwali
|
DEĊIŻJONIJIET
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/34 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/132
tal-25 ta' Jannar 2018
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. |
(2) |
Fit-18 ta' Jannar 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1970 (2011) ġedded u emenda l-elenkar ta' bastiment soġġett għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Jannar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. KRALEVA
(1) ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.
ANNESS
Fit-taqsima B (Entitajiet) tal-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 1 hija sostitwita b'dan li ġej:
“1. Isem: CAPRICORN
psewdonimu: na Psewdonimu preċedenti: na Indirizz: na Elenkat fil-:21 ta' Lulju 2017 (emendat fl-20 ta' Ottubru, 27 ta' Novembru. 2017, u t-18 ta' Jannar 2018)
Informazzjoni addizzjonali
IMO: 8900878. Elenkat skont il-paragrafi 10 (a) u 10 (b) tar-Riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiża u mmodifikata bil-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni ta' dħul f'portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2146, din id-deżinjazzjoni ġiet imġedda mill-Kumitat fit-18 ta' Jannar 2018 u hija valida sas-17 ta' April 2018, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-Riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: mhux magħruf. Mill-21 ta' Settembru 2017, il-bastiment kien jinsab fl-ilmijiet internazzjonali 'l barra mill-Emirati Għarab Magħquda.”.
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/36 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/133
tal-24 ta' Jannar 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2008/911/KE li tistabbilixxi lista ta' sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali
(notifikata bid-dokument C(2018) 213)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16f tagħha,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, ifformulata fit-2 ta' Frar 2016 mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Erbali,
Billi:
(1) |
Il-Valeriana officinalis L. tista' titqies bħala sustanza erbali, preparazzjoni erbali jew kombinazzjoni tagħhom skont it-tifsira tad-Direttiva 2001/83/KE u tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'dik id-Direttiva. |
(2) |
Għalhekk, jixraq li l-Valeriana officinalis L. tiġi inkluża fil-lista ta' sustanzi erbali, preparazzjoniet u kombinazzjonijiet tagħhom għall-użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali stabbiliti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE (2). |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2008/911/KE tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/911/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE tal-21 ta' Novembru 2008 li tistabbilixxi lista ta' sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 42).
ANNESS
Id-Deċiżjoni 2008/911/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Anness I, is-sustanza li ġejja tiddaħħal wara Thymus vulgaris L., Thymus zygis Loefl. ex L., aetheroleum: “Valeriana officinalis L.”; |
(2) |
Fl-Anness II, dan li ġej jiddaħħal wara L-INKLUŻJONI FIL-LISTA KOMUNITARJA TAT-THYMUS VULGARIS L., THYMUS ZYGIS LOEFL. EX. L., AETHEROLEUM: “INKLUŻJONI FIL-LISTA TAL-UNJONI DWAR IL-VALERIANA OFFICINALIS L.
|
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/41 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/134
tal-24 ta' Jannar 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2008/911/KE li tistabbilixxi lista ta' sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali
(notifikata bid-dokument C(2018) 218)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16f tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, ifformulata fit-2 ta' Frar 2016 mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Erbali,
Billi:
(1) |
Il-ħaxixa aromatika Sideritis scardica Griseb., tista' titqies bħala sustanza erbali, bħala preparazzjoni erbali jew bħala taħlita ta' dawn fit-tifsira tad-Direttiva 2001/83/KE, u tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'dik id-Direttiva. |
(2) |
Għalhekk jixraq li l-ħaxixa aromatika Sideritis scardica Griseb., tiddaħħal fil-lista ta' sustanzi erbali, preparazzjoniet u taħlitiet tagħhom għall-użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE (2). |
(3) |
Għaldaqstant jeħtieġ li d-Deċiżjoni 2008/911/KE tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/911/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE tal -21 ta' Novembru 2008 li tistabbilixxi lista ta' sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 42).
ANNESS
Id-Deċiżjoni 2008/911/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Anness I, is-sustanza li ġejja tiddaħħal wara Pimpinella anisum L: “Sideritis scardica Griseb., herba”; |
(2) |
Fl-Anness II, dan li ġej jiddaħħal wara l-ENTRATA FIL-LISTA TAL KOMUNITÀ ta' Pimpinella anisum L: “L-ENTRATA FIL-LISTA TAL-UNJONI TA' SIDERITIS SCARDIA GRISEB., HERBA
|