ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 13

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
18ta' Jannar 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/72 tal-4 ta' Ottubru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażati fuq kards fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti minn skemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar biex tkun żgurata l-applikazzjoni ta' rekwiżiti ta' indipendenza f'termini ta' kontabbiltà, organizzazzjoni u l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/73 tas-16 ta' Jannar 2018 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-komposti tal-merkurju f'ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/74 tas-17 ta' Jannar 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-aċidu fosforiku, tal-fosfati, tad-difosfati, tat-trifosfati u tal-polifosfati (E 338-452) f'ċerti preparati tal-laħam iffriżat fuq sfiefed vertikali ( 1 )

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/75 tas-17 ta' Jannar 2018 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għaċ-Ċelluloża Mikrokristallina (E460(i)) ( 1 )

24

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tal-Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2017/30 tal-Baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 ( ĠU L 9, 12.1.2018 )

27

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/72

tal-4 ta' Ottubru 2017

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażati fuq kards fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti minn skemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar biex tkun żgurata l-applikazzjoni ta' rekwiżiti ta' indipendenza f'termini ta' kontabbiltà, organizzazzjoni u l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti li jiżguraw is-separazzjoni ta' skemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar, ikun xieraq li jiġu definiti ċerti termini fir-rigward tal-kontabbiltà, l-organizzazzjoni u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' skemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar, irrespettivament mill-forma legali adottata minn dawk l-entitajiet.

(2)

L-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar għandu jkollhom fis-seħħ proċessi ta' kontabilità li jippermettulhom li jipproduċu informazzjoni finanzjarja dwar kontijiet separati tal-qligħ u t-telf u noti ta' spjegazzjoni għal dik l-informazzjoni finanzjarja. Dawk ir-rekwiżiti m'għandhomx jissostitwixxu jew jemendaw il-prinċipji u standards tal-kontabilità jew rekwiżiti li jikkonċernaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali li diġà japplikaw għal skemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar.

(3)

Għal dak l-għan, huwa xieraq li jiġi speċifikat kif l-ispejjeż u d-dħul għandhom ikunu allokati skont dawn il-proċessi ta' kontabilità. Dawk il-proċessi ta' kontabilità għandhom jiġu ddokumentati kif xieraq, b'mod partikolari fir-rigward ta' trasferimenti ta' fondi bejn l-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar.

(4)

Sabiex tkun żgurata l-indipendenza, l-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar għandhom jipproduċu informazzjoni finanzjarja mill-inqas kull sena u dik l-informazzjoni għandha tiġi analizzata minn awditur indipendenti. Dik l-informazzjoni kif ukoll ir-reviżjoni tagħha jridu jkunu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom biex ikunu jistgħu jiżguraw l-infurzar ta' rekwiżiti ta' indipendenza.

(5)

L-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar li mhumiex persuni ġuridiċi separati għandhom għall-inqas jiġu organizzati bħala unitajiet ta' negozju interni differenti. Persunal ta' skemi ta' kards ta' pagament u l-persunal ta' entitajiet ta' pproċessar, inkluż il-maniġment ta' grad għoli, għandhom ikunu indipendenti u akkomodati fi spazji separati mgħammra b'aċċess ikkontrollat u ristrett. Biex titmexxa 'l quddiem l-indipendenza tal-amministraturi ta' grad għoli meta żewġ entitajiet huma parti mill-istess grupp, u biex tiġi evitata l-prattika ta' “revolving doors”, l-amministraturi ta' grad għoli għandhom ikunu pprojbiti milli jaħdmu għan-naħa l-oħra tan-negozju għal perjodu minimu ta' sena wara li jkunu telqu mill-entità li huma kienu qed jaħdmu fiha.

(6)

Persunal ta' skemi ta' kards ta' pagament għandhom ikunu permessi biss biex iwettqu kompiti relatati mat-tfassil, aġġornament jew implimentazzjoni ta' proċessar ta' servizzi fejn kundizzjonijiet speċifiċi li jiżguraw il-konformità ma' rekwiżiti ta' indipendenza jiġu ssodisfati.

(7)

Biex jiġu evitati kwalunkwe inċentivi għal skemi ta' kards ta' pagament jew għal entitajiet ta' pproċessar li jipprovdu lil xulxin, permezz tal-persunal tagħhom, trattament preferenzjali jew informazzjoni privileġġjata li ma tkunx disponibbli għall-kompetituri tagħhom, l-oqfsa ta' remunerazzjoni għal persunal ta' skemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar ma għandhomx ikunu bbażati direttament jew indirettament fuq il-prestazzjoni ekonomika tal-entitajiet ta' pproċessar jew l-iskemi ta' kards ta' pagament. Il-politiki ta' remunerazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom.

(8)

Huwa xieraq li jiġi speċifikat li meta skema ta' kards ta' pagament u l-entità tal-ipproċessar ikunu parti mill-istess entità ġuridika jew grupp, ir-regoli biex jiżguraw il-konformità ta' persunal mar-Regolament preżenti għandhom jiġu stabbiliti f'kodiċi ta' kondotta b'sanzjonijiet effettivi u mekkaniżmi ta' infurzar li għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

(9)

L-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar għandhom jitħallew jużaw servizzi kondiviżi sakemm dan l-użu ma jwassalx għall-qsim ta' informazzjoni sensittiva bejniethom u li l-kundizzjonijiet għall-qsim ta' servizzi, inklużi l-kondizzjonijiet finanzjarji li permezz tagħhom dawk is-servizzi jiġu offruti, huma dokumentati kif suppost f'dokument wieħed. Dak id-dokument irid ikun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom biex ikunu jistgħu jiżguraw l-applikazzjoni ta' rekwiżiti ta' indipendenza. Kondizzjonijiet speċifiċi għall-qsim tas-sistema ta' ġestjoni tal-informazzjoni għandhom jiġu introdotti. L-iskambju ta' informazzjoni sensittiva bejn l-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar li jistgħu jagħtu jew lill-iskema ta' pagament jew lill-entità tal-ipproċessar vantaġġ kompetittiv, madankollu, għandu jkun ipprojbit.

(10)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet għall-kompożizzjoni tal-organi ta' tmexxija ta' skemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar, irrispettivament mill-forma legali tagħhom u l-arranġamenti organizzazzjonali, li jiżgura li l-kunflitti potenzjali ta' interess għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet bejn l-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar huma mitigati adegwatament. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati u għandhom jiġu soġġetti għal reviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Barra minn hekk, l-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar għandhom ikunu separati fil-pjanijiet ta' ħidma annwali approvati mill-korpi ta' ġestjoni rilevanti tagħhom. Dawk il-pjanijiet operazzjonali annwali separati jridu jkunu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom biex ikunu jistgħu jiżguraw l-infurzar tar-rekwiżiti ta' indipendenza.

(11)

Dan ir-Regolament huwa msejjes fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) lill-Kummissjoni.

(12)

L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa f'dak li għandu x'jaqsam mal-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti minn skemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar biex tkun żgurata l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2015/751.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“korp ta' ġestjoni” tfisser korp ta' skema ta' kards ta' pagament jew ta' entità ta' proċessar, li jkun maħtur skont il-liġi nazzjonali, li jingħata s-setgħa li jistabbilixxi l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-entità, u li jissorvelja u jimmonitorja t-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, u jinkludi l-persuni li effettivament imexxu n-negozju tal-entità;

(2)

“maniġment ta' grad għoli” tfisser dawk il-persuni fiżiċi fi ħdan skema ta' kard ta' pagament jew entità ta' pproċessar li jeżerċitaw funzjonijiet eżekuttivi u li jkunu responsabbli u jwieġbu lill-korp ta' ġestjoni dwar il-ġestjoni ta' kuljum tal-iskema ta' kards ta' pagament jew entità ta' pproċessar;

(3)

“remunerazzjoni” tfisser kull forma ta' remunerazzjoni fissa u varjabbli, inklużi pagamenti magħmula, jew il-benefiċċji monetarji jew mhux monetarji, mogħtija direttament minn jew f'isem l-iskema ta' kards ta' pagament jew entità ta' pproċessar lill-impjegati;

(4)

“servizzi komuni” tfisser kull attività, funzjoni jew servizz imwettqa minn kull unità interna fi ħdan skema ta' kards ta' pagament jew entità ta' pproċessar jew entità legali separata u mwettqa għall-benefiċċju kemm tal-iskema ta' kards ta' pagament kif ukoll tal-entità tal-ipproċessar;

(5)

“grupp” tfisser impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji kollha tagħha kif definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva (UE) 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

KAPITOLU II

KONTABBILTÀ

Artikolu 3

Informazzjoni finanzjarja

1.   L-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar parteċipanti għandu jkollhom fis-seħħ proċessi ta' kontabilità li jippermettulhom li jipproduċu informazzjoni finanzjarja dwar kontijiet separati tal-qligħ u t-telf u noti ta' spjegazzjoni għal dik l-informazzjoni finanzjarja.

2.   L-informazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli għat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' skemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar.

Artikolu 4

Allokazzjoni ta' spejjeż u dħul

1.   L-informazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(1) għandha tkun ibbażata fuq allokazzjoni ta' spejjeż u dħul bejn skema ta' kards ta' pagament u l-entità tal-ipproċessar skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

spejjeż u dħul li huma direttament attribwibbli għall-provvista ta' servizzi ta' pproċessar għandhom jiġu allokati lill-entità tal-ipproċessar;

(b)

spejjeż u dħul li huma direttament attribwibbli għall-iskema ta' kards ta' pagament għandhom jiġu allokati lill-iskema ta' kards ta' pagament;

(c)

spejjeż u dħul li ma humiex direttament attribwibbli għall-provvista ta' servizzi ta' pproċessar jew lill-iskema ta' kards ta' pagament għandhom jiġu allokati fuq bażi tal-ispejjeż skont l-attività (“ABC”), li jinvolvi l-allokazzjoni ta' spejjeż indiretti u d-dħul skont il-konsum reali tal-entità ta' servizzi tal-ipproċessar jew mill-iskema ta' kards ta' pagament;

(d)

spejjeż u dħul li ma jistgħux ikunu attribwiti direttament u ma jistgħux jiġu allokati fuq ABC għandhom jiġu allokati skont metodoloġija dokumentata ta' kontabilità flimkien ma' nota ta' sostenn.

2.   In-nota ta' sostenn imsemmija fil-paragrafu 1(d) għandha tindika kwalunkwe spejjeż u dħul allokati skont dik il-metodoloġija:

(a)

il-bażi għall-allokazzjoni;

(b)

ir-raġuni għal dik il-bażi.

Artikolu 5

Dokumentazzjoni ta' trasferiment ta' riżorsi finanzjarji bejn l-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar.

1.   L-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar għandhom jipproduċu noti ta' spjegazzjoni speċifiċi għal kwalunkwe trasferiment ta' riżorsi finanzjarji bejniethom għall-forniment ta' servizzi jew l-użu ta' servizzi kondiviżi kif imsemmi fl-Artikolu 12. Dawk in-noti ta' spjegazzjoni għandhom jispeċifikaw il-prezzijiet u t-tariffi għal dawn is-servizzi, irrispettivament minn kwalunkwe obbligu sottostanti u arranġamenti organizzattivi li jistgħu jeżistu bejniethom. Dawn in-noti ta' spjegazzjoni għandhom jiġu inklużi fl-informazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(1).

2.   Fejn skemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar ma jkunux jappartjenu għall-istess entità ġuridika jew grupp, in-noti ta' spjegazzjoni speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu evidenza li l-prezzijiet u t-tariffi għall-provvista ta' servizzi bejnhom jew l-użu ta' servizzi komuni ma jvarjawx minn prezzijiet u tariffi għall-istess jew, fl-assenza tagħhom, servizzi paragunabbli mitluba bejn l-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar li ma jagħmlux parti mill-istess entità ġuridika jew grupp.

Artikolu 6

Reviżjoni u frekwenza tal-informazzjoni finanzjarja

1.   L-informazzjoni finanzjarja prodotta skont l-Artikoli 3, 4 u 5 għandha tiġi riveduta minn awditur indipendenti u ċċertifikat.

2.   Ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi pprovdut fil-forma ta' rapport li jassigura:

(a)

informazzjoni finanzjarja affidabbli u ġusta prodotta mill-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar;

(b)

konsistenza u komparabilità tal-informazzjoni finanzjarja mal-oqfsa ta' kontabilità għat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' skemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar;

(c)

konsistenza mal-informazzjoni finanzjarja tal-politiki ta' allokazzjoni ta' snin preċedenti jew, fejn din il-konsistenza hija nieqsa, spjegazzjoni għaliex il-politika ta' allokazzjoni inbidlet u dikjarazzjoni mill-ġdid ta' ċifri tas-snin preċedenti.

3.   L-informazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 għandha tiġi ppreżentata lill-awditur imsemmi fil-paragrafu 1 kull sena u għandha tkun disponibbli b'mod sħiħ għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom, flimkien mar-reviżjoni mill-awditur indipendenti.

KAPITOLU III

ORGANIZZAZZJONI

Artikolu 7

Separazzjoni funzjonali

L-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar li mhumiex stabbiliti bħala żewġ entitajiet ġuridiċi separati għandhom jiġu organizzati bħala unitajiet ta' negozju interni differenti.

Artikolu 8

Separazzjoni ta' postijiet tax-xogħol

L-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar li jinsabu fl-istess bini għandhom ikunu organizzati f'post tax-xogħol separat mgħammra b'aċċess ristrett u kkontrollat.

Artikolu 9

L-indipendenza tal-maniġment ta' grad għoli

Il-maniġment għoli ta' skemi ta' kards ta' pagament jew l-unità ta' negozju tal-iskema ta' kards ta' pagament għandom ikunu differenti mill-maniġment ta' grad għoli ta' entitajiet ta' pproċessar jew tal-unità tan-negozju ta' entità ta' pproċessar, u għandhom jaġixxu b'mod awtonomu. Il-maniġment ta' grad għoli ta' skemi ta' kards ta' pagament jew l-unitajiet ta' negozju tal-iskema ta' kards ta' pagament ma għandhomx jitħallew jagħmlu xogħol għal entitajiet ta' proċessar jew unitajiet tan-negozju ta' entitajiet ta' pproċessar, u viċe versa, għal tul ta' żmien minimu ta' sena wara li l-maniġment ta' grad għoli jkun ħalla l-entità li għaliha kien qed jaħdem.

Artikolu 10

Indipendenza tal-persunal

1.   Il-persunal ta' skemi ta' kards ta' pagament għandu jkun differenti minn persunal ta' entitajiet ta' pproċessar.

2.   Il-persunal ta' skemi ta' kards ta' pagament u ta' entitajiet ta' pproċessar jista' jwettaq kompiti relatati mal-forniment ta' servizzi kondiviżi kif imsemmi fl-Artikolu 12.

3.   Il-persunal ta' entità ta' pproċessar jista' jwettaq kompiti relatati mat-tfassil ta' sett uniku ta' regoli, prassi u standards u linji gwida ta' implimentazzjoni għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kards, sakemm:

(a)

il-kompiti relatati mat-tfassil ta' sett uniku ta' regoli jistgħu jitwettqu minn entitajiet ta' pproċessar oħrajn fuq bażi mhux diskriminatorja;

(b)

it-tfassil ta' dawn ir-regoli jinvolvi kampjun rappreżentattiv tal- entitajiet ta' pproċessar kollha li jipparteċipaw fl-iskema ta' kards ta' pagament.

Artikolu 11

Remunerazzjoni

1.   L-entitajiet ta' pproċessar għandhom jadottaw politiki ta' remunerazzjoni li ma joħolqux inċentivi lill-persunal tagħhom biex jipprovdi lill-iskema ta' kards ta' pagament bi trattament preferenzjali jew informazzjoni privileġġjata li ma tkunx disponibbli għall-kompetituri l-oħra. Ir-remunerazzjoni tal-persunal tagħhom għandha għalhekk tirrifletti l-prestazzjoni tal-entità tal-ipproċessar u m'għandhiex tkun marbuta direttament jew indirettament mal-prestazzjoni tal-iskema ta' kards ta' pagament li għaliha l-entità tal-ipproċessar tipprovdi s-servizzi.

2.   L-iskemi ta' kards ta' pagament għandhom jadottaw politiki ta' remunerazzjoni li ma joħolqux inċentivi lill-persunal tagħhom biex jipprovdu lill-entità ta' proċessar bi trattament preferenzjali jew informazzjoni privileġġjata li ma tkunx disponibbli għall-kompetituri l-oħra. Ir-remunerazzjoni tal-persunal tagħhom għandha għalhekk tirrifletti l-prestazzjoni tal-iskemi ta' kards ta' pagament u m'għandhiex tkun marbuta direttament jew indirettament mal-prestazzjoni tal-entità ta' proċessar.

3.   Il-politiki ta' remunerazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu disponibbli b'mod sħiħ għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom.

Artikolu 12

Użu ta' servizzi komuni

1.   L-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar li jagħmlu użu minn servizzi komuni għandhom jiddeskrivu f'dokument uniku l-lista ta' servizzi komuni u l-kundizzjonijiet, inklużi l-kundizzjonijiet finanzjarji, li permezz tagħhom jiġu pprovduti dawk is-servizzi.

2.   Id-dokument uniku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom.

Artikolu 13

Użu ta' sistema ta' ġestjoni b'informazzjoni kondiviża

Sistema ta' ġestjoni ta' informazzjoni li hija kondiviża minn skema ta' kards ta' pagament u minn entità ta' pproċessar għandha tiżgura li:

(a)

il-persunal tal-iskema ta' kards ta' pagament u tal-entità ta' pproċessar huma identifikati separatament permezz tal-proċedura ta' awtentikazzjoni għall-aċċess fis-sistema ta' ġestjoni tal-informazzjoni;

(b)

l-utenti jkollhom aċċess biss għal informazzjoni li huma intitolati għaliha f'konformità ma' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, kull informazzjoni sensittiva, kif imsemmi fl-Artikolu 14, ta' entità ta' pproċessar m'għandhiex tiġi aċċessata mill-persunal tal-iskema ta' kards ta' pagament u kwalunkwe informazzjoni sensittiva ta' skema ta' kards ta' pagament m'għandhiex tiġi aċċessata mill-persunal tal-entità tal-ipproċessar.

Artikolu 14

Informazzjoni sensittiva

L-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar ma għandhomx jikkondividu informazzjoni ta' natura sensittiva li tipprovdi vantaġġ kompetittiv lill-iskema ta' pagament jew lill-entità tal-ipproċessar fejn dik l-informazzjoni ma tiġix kondiviża ma' kompetituri oħra.

Artikolu 15

Kodiċi ta' kondotta

1.   L-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar li jappartjenu għall-istess entità ġuridika jew grupp għandhom jiddefinixxu u jippubblikaw fuq il-websajt tagħhom kodiċi ta' kondotta, li jispjega kif il-persunal rispettiv tagħhom għandu jaġixxi sabiex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament. Il-kodiċi ta' kondotta għandu jistabbilixxi wkoll mekkaniżmi ta' infurzar effettivi.

2.   Il-kodiċi ta' kondotta għandu, b'mod partikolari, jiddefinixxi regoli li jipprevjenu l-iskambju ta' informazzjoni sensittiva, kif imsemmi fl-Artikolu 14 bejn l-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar. Il-kodiċi ta' kondotta għandu jkun soġġett għal reviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti.

KAPITOLU IV

IL-PROĊESS TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET

Artikolu 16

L-indipendenza tal-korpi ta' ġestjoni

1.   L-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar għandhom jiżguraw li l-kompożizzjoni tal-korpi ta' ġestjoni tagħhom itaffu l-kunflitti ta' interess għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet bejn l-iskema ta' kards ta' pagament u l-entità tal-ipproċessar, inkluż billi jiġu stabbiliti kriterji ċari u oġġettivi li skonthom direttorati jistgħu jinżammu mill-istess persuna fl-istess ħin fil-korp ta' ġestjoni tal-iskema ta' kards ta' pagament u tal-entità tal-ipproċessar. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati u għandhom jiġu soġġetti għal reviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Il-korpi ta' tmexxija tal-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar li jappartjenu għall-istess entità ġuridika jew grupp għandhom japprovaw u perjodikament jirrevedu politiki dwar kunflitti ta' interessi fil-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-konformità ma' dan ir-Regolament.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2 u fejn direttorati jistgħu jinżammu mill-istess persuna fil-korp ta' ġestjoni tal-iskema ta' kards ta' pagament u l-entità tal-ipproċessar, l-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar għandhom jistabbilixxu:

(a)

korp ta' ġestjoni separat responsabbli għal deċiżjonijiet relatati mal-attivitajiet ta' skemi ta' kards ta' pagament, bl-eċċezzjoni ta' servizzi komuni msemmija fl-Artikolu 12, u li għandu jkun magħmul minn membri tal-korp ta' ġestjoni li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva f'dak li għandu x'jaqsam ma' attivitajiet ta' pproċessar. Dawk il-membri għandhom jagħtu pariri lill-korp maniġerjali dwar l-istrateġija ta' skemi ta' kards ta' pagament f'konformità ma' dan ir-Regolament u jassistu lill-korp ta' ġestjoni fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta' dik l-istrateġija mill-amministrazzjoni għolja;

(b)

korp ta' ġestjoni separat responsabbli għal deċiżjonijiet relatati mal-attivitajiet ta' proċessar, bl-eċċezzjoni ta' servizzi komuni msemmija fl-Artikolu 12, u li għandu jkun magħmul minn membri tal-korp ta' ġestjoni li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva f'dak li għandu x'jaqsam ma' attivitajiet ta' skemi ta' kards ta' pagament. Dawk il-membri għandhom jagħtu pariri lill-korp maniġerjali dwar l-istrateġija tal-entità tal-ipproċessar f'konformità ma' dan ir-Regolament u jassistu lill-korp ta' ġestjoni fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta' dik l-istrateġija mill-amministrazzjoni għolja;

(c)

linji ta' rappurtar indipendenti mill-maniġment ta' grad għoli tal-unità tan-negozju għall-iskema ta' kards ta' pagament jew tal-unità tan-negozju għall-entità ta' pproċessar, kif applikabbli, lill-korp ta' ġestjoni.

4.   L-arranġamenti organizzazzjonali stabbiliti skont il-paragrafu 3 għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom.

5.   Il-korp ta' ġestjoni għandu jżomm ir-responsabbiltà ġenerali biex tiġi żgurata konformità ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Indipendenza tal-pjan operazzjonali annwali

1.   L-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar għandu jkollhom pjanijiet ta' ħidma annwali separati li jiddeterminaw il-baġit, inkluż il-kapital u l-ispejjeż operattivi u delegazzjonijiet tal-awtorità possibbli biex isir l-infiq, li għandhom jiġu ppreżentati lill-korp ta' ġestjoni rispettiv tagħhom għall-approvazzjoni jew, fejn rilevanti, lill-korp ta' ġestjoni msemmi fl-Artikolu 16.

2.   Il-pjanijiet operazzjonali annwali separati għandhom ikunu kompletament disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 123, 19.5.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12)

(3)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).


18.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/73

tas-16 ta' Jannar 2018

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-komposti tal-merkurju f'ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 16(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-komposti tal-merkurju, il-livelli massimi ta' residwi (LMR) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE pprojbixxiet it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi L-awtorizzazzjonijiet kollha tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-komposti tal-merkurju ġew revokati u għaldaqstant ġew stabbiliti l-LMR kollha fil-limitu rilevanti ta' detezzjoni (LOD).

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet tagħrif mill-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-Istati Membri li juri l-preżenza ta' komposti tal-merkurju f'diversi prodotti li jwasslu għal residwi ogħla mil-LOD stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(4)

Id-dejta li rriżultat mill-monitoraġġ riċenti tikkonferma li hemm residwi ta' komposti tal-merkurju f'diversi prodotti f'livelli ogħla minn dak tal-LOD. Filwaqt li ġie kkunsidrat il-95in perċentil tar-riżultati tal-kampjuni kollha, ġew irrappurtati l-okkorrenzi li ġejjin: ġewż tas-siġar f'0,02 mg/kg; ħxejjex aromatiċi friski f'0,03 mg/kg; faqqiegħ ikkultivat f'0,05 mg/kg; faqqiegħ salvaġġ f'livell ta' 0,50 mg/kg, għajr għall-fungi porċini f'0,90 mg/kg; żrieragħ taż-żejt f'0,02 mg/kg; te, kafena, infużjonijiet erbali u żrieragħ tal-kawkaw f'0,02 mg/kg; ħwawar f'0,02 mg/kg, minbarra ġinġer, noċemuskata, il-qoxra barranija tan-noċemuskata u żagħfran tal-Indja f'0,05 mg/kg; laħam f'0,01 mg/kg, għajr għal-laħam ta' annimali slavaġ tal-kaċċa f'0,015 mg/kg u l-laħam tal-papri (mrobbijin u slavaġ) f'0,04 mg/kg; xaħam tal-annimali f'0,01 mg/kg; ġewwieni li jittiekel f'0,02 mg/kg ħlief il-ġewwieni tal-annimali tal-kaċċa selvaġġa f'0,025 mg/kg u l-ġewwieni taċ-ċingjal f'0,10 mg/kg; ħalib f'0,01 mg/kg; u għasel u f'0,01 mg/kg.

(5)

Billi l-pestiċidi li fihom il-merkurju ġew eliminati b'mod gradwali iktar minn tletin sena ilu fl-Unjoni Ewropea, il-preżenza tal-merkurju fl-ikel tista' tiġi kkunsidrata minħabba l-kontaminazzjoni ambjentali. Għalhekk huwa xieraq li l-valuri prestabbiliti jinbidlu b'dawk elenkati fil-premessa 4, u b'hekk jirriflettu l-isfond ambjentali tal-merkurju fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. Dan se jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jieħdu azzjoni xierqa ta' infurzar abbażi tal-LMR.

(6)

Il-Bord dwar Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel (il-Bord CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn' il quddiem “l-Awtorità”, adotta opinjoni dwar il-merkurju u l-metilmerkurju fl-ikel (2).

(7)

Billi l-komposti tal-merkurju jinstabu f'livelli baxxi fil-prodotti elenkati fil-premessa 4 u filwaqt li ttieħed kont tad-dejta disponibbli dwar il-konsum fl-Unjoni, il-kontribuzzjoni globali għall-esponiment dijetetiku huwa kkunsidrat baxx u ma hemm l-ebda riskju ta' saħħa għall-konsumaturi. Il-LMR għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti bħala temporanji fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Se ssir reviżjoni ta' dawk il-LMR; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien għaxar (10) snin mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(8)

Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi, fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu adattati l-LODs. Dawk il-laboratorji kkonkludew li l-LODs attwali jenħtieġ li jinżammu.

(9)

Abbażi tal-opinjoni motivata tal-Awtorità u fid-dawl tal-fatturi rilevanti għall-kwistjoni li qed tiġi kkunsidrata, il-modifiki xierqa għal-LMR jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(10)

Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-LMR il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u tqiesu l-kummenti tagħhom.

(11)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ jiġi emendat skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); L-Opinjoni Xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika relatati mal-preżenza tal-merkurju u l-metilmerkurju fl-ikel. EFSA Journal 2012;10(12):2985 [241 pp.].


ANNESS

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 qed jiġu emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, il-kolonna għall-komposti tal-merkurju titħassar.

(2)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti A, il-kolonna għall-komposti tal-merkurju titħassar:

“Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

In-numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-LMR (1)

Il-komposti tal-merkurju (is-somma tal-komposti tal-merkurju espressa bħala merkurju)

(1)

(2)

(3)

0100000

FROTT, FRISK JEW IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

0,01 (*1)

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn

 

0120000

Ġewż tas-siġar

0,02 (+)

0120010

Lewż

 

0120020

Gewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn

 

0130000

Pomu

0,01 (*1)

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn

 

0140000

Frott tal-għadma

0,01 (*1)

0140010

Berquq

 

0140020

Ċiras (ħelu)

 

0140030

Ħawħ

 

0140040

Għanbaqar

 

0140990

Oħrajn

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

0,01 (*1)

0151000

(a)

għeneb

 

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

frawli

 

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0153010

Tut

 

0153020

Tut salvaġġ

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

Oħrajn

 

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

 

0154010

Mirtill

 

0154020

Cranberries

 

0154030

Ribes (abjad, aħmar u iswed)

 

0154040

Ribes bix-xewk (aħdar, aħmar u isfar)

 

0154050

Warda Skoċċiża

 

0154060

Ċawsli (abjad u iswed)

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

0154990

Oħrajn

 

0160000

Frott - diversi bi

0,01 (*1)

0161000

(a)

b'qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 

0161060

Kaki

 

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

 

0161990

Oħrajn

 

0162000

(b)

b'qoxra li ma tittikilx, u żgħir

 

0162010

Frott tal-kiwi (aħdar, aħmar u isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Kaki Amerikan/Kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn

 

0163000

(c)

b'qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0163010

Avokado

 

0163020

Banana

 

0163030

Mango

 

0163040

Papaja

 

0163050

Rummien

 

0163060

Ċerimoja

 

0163070

Gwava

 

0163080

Ananas

 

0163090

Frott tas-siġra tal-ħobż

 

0163100

Durian

 

0163110

Frott tal-annona

 

0163990

Oħrajn

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

0,01 (*1)

0211000

(a)

patata

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn

 

0213000

(c)

ħxejjex oħrajn tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin ta' Hamburg

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift

 

0213990

Oħrajn

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,01 (*1)

0220010

Tewm

 

0220020

Basal

 

0220030

Xalotti

 

0220040

Basal tar-rebbiegħa/basal aħdar u basal ta' Wales

 

0220990

Oħrajn

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

0,01 (*1)

0231000

(a)

solanacea

 

0231010

Tadam

 

0231020

Bżar ħelu

 

0231030

Brunġiel

 

0231040

Bamja

 

0231990

Oħrajn

 

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

 

0232010

Ħjar

 

0232020

Ħjar tal-pikles

 

0232030

Zukkini

 

0232990

Oħrajn

 

0233000

(c)

kukurbiti b'qoxra li ma tittikilx

 

0233010

Bettieħ

 

0233020

Qara' aħmar

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn

 

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

 

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

 

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

0,01 (*1)

0241000

(a)

brassica li tagħmel il-fjuri

 

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn

 

0242000

(b)

brassika bir-ras

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

0242020

Kaboċċi kkapoċċati

 

0242990

Oħrajn

 

0243000

(c)

brassica mwerqa

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

0243020

Kaboċċi (“kales”)

 

0243990

Oħrajn

 

0244000

(d)

ġdur

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

0,01 (*1)

0251010

Ħass tal-ħaruf

 

0251020

Ħass

 

0251030

Escaroles/Indivja tal-weraq wiesa'

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

0251990

Oħrajn

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

0,01 (*1)

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 

0252030

Weraq tas-selq

 

0252990

Oħrajn

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,01 (*1)

0254000

(d)

krexxuni

0,01 (*1)

0255000

(e)

ċikwejra

0,01 (*1)

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,03 (+)

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat salvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Timu

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stregun

 

0256990

Oħrajn

 

0260000

Legumi

0,01 (*1)

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

 

0260020

Fażola (bla mżiewed)

 

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

 

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

 

0260050

Għads

 

0260990

Oħrajn

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,01 (*1)

0270010

Spraġ

 

0270020

Kardun

 

0270030

Krafes

 

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rabarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambù

 

0270090

Qlub tal-palm

 

0270990

Oħrajn

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

 

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

0,05 (+)

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

0,5 (+)

0280990

Ħażiż u likeni

0,01 (*1)

0290000

Algi u organiżmi prokarjoti

0,01 (*1)

0300000

BUS U ĦEMES

0,01 (*1)

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

0300990

Oħrajn

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0401000

Żrieragħ taż-żejt

0,02 (+)

0401010

Żerriegħa tal-kittien

 

0401020

Karawett

 

0401030

Żerriegħa tal-peprin

 

0401040

Ġulġlien

 

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

 

0401060

Żerriegħa tal-lift

 

0401070

Fażola tas-sojja

 

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

 

0401090

Żerriegħa tal-qoton

 

0401100

Żerriegħa tal-qara' aħmar

 

0401110

Żerriegħa tal-għosfor

 

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

 

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

 

0401140

Qannebusa

 

0401150

Fażola tar-riġnu

 

0401990

Oħrajn

 

0402000

Frott taż-żejt

 

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

0,01 (*1)

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

0,02 (*1)

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

0,02 (*1)

0402040

Kapok

0,02 (*1)

0402990

Oħrajn

0,02 (*1)

0500000

ĊEREALI

0,01 (*1)

0500010

Xgħir

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

 

0500030

Qamħirrum

 

0500040

Millieġ komuni

 

0500050

Ħafur

 

0500060

Ross

 

0500070

Segala

 

0500080

Sorgu

 

0500090

Qamħ

 

0500990

Oħrajn

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

 

0610000

Tejiet

0,02 (+)

0620000

Kafeni

0,02 (+)

0630000

Infusjonijiet erbali minn

0,02 (+)

0631000

(a)

fjuri

 

0631010

Kamumella

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn

 

0632000

(b)

weraq u ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawli

 

0632020

Weraq tar-rooibos

 

0632030

Matè/te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn

 

0633000

(c)

għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn

 

0639000

(d)

kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-kawkaw

0,02 (+)

0650000

Ħarrub

0,02 (*1)

0700000

ĦOPS

0,02 (*1)

0800000

ĦWAWAR

(+)

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

 

0810010

Ħlewwa

0,02

0810020

Kemmun iswed

0,02

0810030

Karfus

0,02

0810040

Kosbor

0,02

0810050

Kemmun

0,02

0810060

Xibt

0,02

0810070

Bużbież

0,02

0810080

Fienu

0,02

0810090

Noċemuskata

0,05

0810990

Oħrajn

0,02

0820000

Ħwawar tal-frott

0,02

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Karwija

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Boċċi tal-bżar (bojod, ħodor u suwed)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0820990

Oħrajn

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,02

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

0,02

0840020

Ġinġer

0,05

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,05

0840040

Għerq tal-mustarda

 

0840990

Oħrajn

0,02

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,02

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,02

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn

 

0870000

Ħwawar tal-aril

 

0870010

Il-qoxra ta' barra tan-noċemuskata

0,05

0870990

Oħrajn

0,02

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01 (*1)

0900010

Pitravi taz-zokkor

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-ċikwejra

 

0900990

Oħrajn

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Tessuti minn

 

1011000

(a)

ħnieżer

(+)

1011010

Muskoli

0,01

1011020

Tessut xaħmi

0,01

1011030

Fwied

0,02

1011040

Kliewi

0,02

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1011990

Oħrajn

0,01  (*1)

1012000

(b)

bovini

(+)

1012010

Muskoli

0,01

1012020

Tessut xaħmi

0,01

1012030

Fwied

0,02

1012040

Kliewi

0,02

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1012990

Oħrajn

0,01  (*1)

1013000

(c)

nagħaġ

(+)

1013010

Muskoli

0,01

1013020

Tessut xaħmi

0,01

1013030

Fwied

0,02

1013040

Kliewi

0,02

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1013990

Oħrajn

0,01  (*1)

1014000

(d)

mogħoż

(+)

1014010

Muskoli

0,01

1014020

Tessut xaħmi

0,01

1014030

Fwied

0,02

1014040

Kliewi

0,02

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1014990

Oħrajn

0,01  (*1)

1015000

(e)

ekwini

(+)

1015010

Muskoli

0,01

1015020

Tessut xaħmi

0,01

1015030

Fwied

0,02

1015040

Kliewi

0,02

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1015990

Oħrajn

0,01  (*1)

1016000

(f)

pollam

 

1016010

Muskoli

0,01 (+)

1016020

Tessut xaħmi

0,01 (+)

1016030

Fwied

0,02 (+)

1016040

Kliewi

0,02 (+)

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02 (+)

1016990

Oħrajn

0,01 (*1)

1017000

(g)

annimali terrestri mrobbijin oħrajn

(+)

1017010

Muskoli

0,01

1017020

Tessut xaħmi

0,01

1017030

Fwied

0,02

1017040

Kliewi

0,02

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1017990

Oħrajn

0,01  (*1)

1020000

Ħalib

0,01 (+)

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

tan-nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,01 (*1)

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura

0,01 (+)

1050000

Anfibji u rettili

0,01  (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,01  (*1)

1070000

Annimali terrestri vertebrati slavaġ

0,04 (+)

(F)

=

Jinħall fix-xaħam

Il-komposti tal-merkurju (is-somma tal-komposti tal-merkurju espressa bħala merkurju)

(+)

Id-dejta ta' monitoraġġ turi li r-residwi jokkorru minħabba l-kontaminazzjoni ambjentali. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL mill-ġdid, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien għaxar (10) snin mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

0120000

Ġewż tas-siġar

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

(+)

Il-LMR li ġej japplika għall-porċini: 0,9 mg/kg. Id-dejta ta' monitoraġġ turi li r-residwi jokkorru minħabba l-kontaminazzjoni ambjentali. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL mill-ġdid, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien għaxar (10) snin mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

0280020

Faqqiegħ ieħor salvaġġ

(+)

Id-dejta ta' monitoraġġ turi li r-residwi jokkorru minħabba l-kontaminazzjoni ambjentali. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL mill-ġdid, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien għaxar (10) snin mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

0401000

Żrieragħ taż-żejt

0610000

Tejiet

0620000

Żrieragħ tal-Kafè

0630000

Infusjonijiet erbali minn

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

0800000

ĦWAWAR

(+)

Il-livell massimu ta ' resdiwu applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (kodiċi 0840040 ) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (kodiċi 0213040 ) filwaqt li jitqies it-tibdil tal-ipproċessar (tnixxif) skont l-Artikolu 20 (1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

0840040

Għerq tal-mustarda

(+)

Id-dejta ta' monitoraġġ turi li r-residwi jokkorru minħabba l-kontaminazzjoni ambjentali. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL mill-ġdid, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien għaxar (10) snin mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1011000

(a)

Tessuti mill-majjal

1012000

(b)

Tessuti mill-bovini

1013000

(c)

Tessuti min-ngħaġ

1014000

(d)

Tessuti mill-mogħoż

1015000

(e)

Tessuti mill-ekwini

(+)

Il-LMR li ġej japplika għall-laħam tal-papri: 0,04 mg/kg. Id-dejta ta' monitoraġġ turi li r-residwi jokkorru minħabba l-kontaminazzjoni ambjentali. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL mill-ġdid, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien għaxar (10) snin mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1016010

Muskolu (tjur)

(+)

Id-dejta ta' monitoraġġ turi li r-residwi jokkorru minħabba l-kontaminazzjoni ambjentali. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL mill-ġdid, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien għaxar (10) snin mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1016020

Tessut xaħmi (tjur)

1016030

Fwied(tjur)

1016040

Kliewi (tjur)

1016050

Ġewwieni li jittiekel (tjur)

1017000

(g)

Tessuti minn annimali terrestri oħrajn imrobbijin

1020000

Ħalib

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura

(+)

Il-LMR li ġej japplika għall-ġewwieni taċ-ċingjal: 0,1 mg/kg. Id-dejta ta' monitoraġġ turi li r-residwi jokkorru minħabba l-kontaminazzjoni ambjentali. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL mill-ġdid, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien għaxar (10) snin mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ”

(b)

Fil-Parti B, il-kolonna għall-komposti tal-merkurju titħassar.


(*1)  Limitu tad-determinazzjoni analitika

(1)  Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw il-LMR, għandha ssir referenza għall-Anness I.


18.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/74

tas-17 ta' Jannar 2018

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-aċidu fosforiku, tal-fosfati, tad-difosfati, tat-trifosfati u tal-polifosfati (E 338-452) f'ċerti preparati tal-laħam iffriżat fuq sfiefed vertikali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Din il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(3)

Fit-28 ta' Awwissu 2015 ġiet sottomessa applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu tal-aċidu fosforiku, tal-fosfati, tad-difosfati, tat-trifosfati u tal-polifosfati (“fosfati”) bħala stabbilizzatur u umidifikant fl-sfiefed vertikali tal-laħam iffriżat li jaqgħu fil-kategorija tal-ikel 08.2 “Preparati tal-ikel hekk kif iddefinit bir-Regolament (KE) Nru 853/2004” fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Imbagħad, l-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(4)

L-użu tal-fosfati huwa meħtieġ għall-estrazzjoni u għad-dekompożizzjoni parzjali tal-proteini tal-laħam biex jiffurmaw rita ta' proteini fuq is-sfiefed vertikali tal-laħam biex jgħaqqdu l-biċċiet tal-laħam flimkien biex jiżguraw iffriżar u xiwi omoġenju. Barra minn dan, il-fosfati jiżguraw li l-laħam jibqa' mmerraq waqt li jkun qed jinħall u li s-sfiefed vertikali tal-laħam jibqgħu stabbli. Din in-neċessità teknoloġika ġiet rikonoxxuta għal-laħam iffriżat li jdur fuq sfiefed vertikali magħmul mil-laħam tan-ngħaġ, mil-laħam tal-ħrief, mill-vitella jew miċ-ċanga bi tħawwir likwidu jew minn laħam tat-tjur ittrattat bi tħawwir likwidu jew mingħajru li jintuża waħdu jew f'taħlita kif ukoll imfettet jew ikkapuljat u magħmul biex jiġi mixwi minn operatur tan-negozju tal-ikel. L-istrixxi tal-laħam mixwija perfettament imbagħad jiġu kkunsmati mill-konsumatur finali.

(5)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jkollu effett fuq saħħet il-bniedem.

(6)

Is-sikurezza tal-fosfati ġiet evalwata mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel li stabbilixxa l-Konsum Massimu Tollerat ta' Kuljum ta' 70 mg għal kull kilogramm ta' piż tal-ġisem espress bħala fosfru (3). Il-fosfati huma awtorizzati bħala addittivi tal-ikel f'varjetà wiesgħa ta' ikel inklużi l-prodotti tal-ikel u ċerti preparati tal-laħam. Għalhekk mhuwiex mistenni li l-estensjoni tal-użu tas-sfiefed vertikali tal-laħam iffriżat se jkollha effett sinifikanti fuq l-esponiment kumplessiv għall-fosfati. Sabiex jiġi limitat esponiment ulterjuri għall-fosfati miżjuda, l-estensjoni tal-użu jenħtieġ li tiġi ristretta biss għall-isfiefed vertikali tal-laħam iffriżat li għalihom ġiet identifikata n-neċessità teknoloġika.

(7)

Minħabba li l-użu estiż ta' dawn l-addittivi jikkostitwixxi aġġornament tal-lista tal-Unjoni li x'aktarx ma jkollux effett fuq is-saħħa tal-bniedem, u ma hemmx għalfejn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità.

(8)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Rapporti tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, il-Ħamsa u Għoxrin serje (p. 13), 1991.


ANNESS

Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fil-kategorija tal-ikel 08.2 “Preparati tal-laħam kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004” l-entrata tal-aċidu fosforiku - fosfati - difosfati, trifosfati u polifosfati (E 338-452) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 338-452

Aċidu fosforiku — fosfati — difosfati — trifosfati u polifosfati

5 000

(1) (4)

zalzett tal-kolazzjon biss: f'dan il-prodott, il-laħam ikun ikkapuljat b'tali mod li t-tessuti tal-muskoli u tax-xaħam jixxerdu kompletament, sabiex il-fibra titħallat max-xaħam biex tifforma emulsjoni, li tagħti l-apparenza tipika lil dak il-prodott; Perżut griż immellaħ Finlandiż tal-Milied, laħam tal-bergers b'kontenut minimu ta' ħaxix u/jew ċereali ta' 4 % imħallat mal-laħam, Kasseler, Bräte, Surfleisch, toorvorst, šašlõkk, ahjupraad, Bílá klobása, Vinná klobása, Sváteční klobása, Syrová klobása u sfiefed vertikali li jduru b'laħam iffriżat magħmul minn laħam tan-nagħaġ, mill-ħaruf, mil-vitella u/jew miċ-ċanga ttrattata b'taħwir likwidu jew minn laħam tat-tjur trattat bi jew mingħajr taħwir likwidu użat waħdu u/jew f'taħlita kif ukoll imfettet u/jew ikkapuljat u magħmul biex jiġi mixwi minn operatur ta' negozju tal-ikel u mbagħad ikkunsmat mill-konsumatur finali”


18.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/75

tas-17 ta' Jannar 2018

li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għaċ-Ċelluloża Mikrokristallina (E460(i))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(2)

Dawk l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b'inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella wara talba.

(3)

Fit-8 ta' Frar 2016, tressqet applikazzjoni għall-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-addittiv tal-ikel iċ-ċelluloża mikrokristallina (E460(i)). L-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(4)

L-ispeċifikazzjoni attwali fir-rigward tas-solubbiltà tal-addittiv tal-ikel ċelluloża mikrokristallina (E 460 (i)) tiddikjara li huwa “Insolubbli fl-ilma, fl-etanol, fl-etere u fl-aċidi minerali dilwiti. Kemxejn solubbli f'soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju”.

(5)

L-applikant qed jitlob li l-ispeċifikazzjoni fir-rigward tas-solubilità ta' dan l-addittiv tal-ikel tiġi emendata għal “Insolubbli fl-ilma, fl-etanol, fl-etere u fl-aċidi minerali dilwiti. Prattikament insolubbli jew insolubbli f'soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju”.

(6)

Fl-opinjoni tagħha tal-24 ta' Jannar 2017 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-emenda għall-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tas-solubbiltà taċ-ċelluloża mikrokristallina (E 460 (i)) proposta mill-applikant mhijiex ta' tħassib għas-sikurezza. Madankollu, l-Awtorità rrakkomandat li l-konċentrazzjoni tas-soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju li se tintuża għall-ittestjar tas-solubbiltà jeħtieġ li tiġi indikata skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-UE.

(7)

Konsegwentement, jixraq li tiġi emendata d-deskrizzjoni dwar is-solubbiltà tal-addittiv tal-ikel ċelluloża mikrokristallina (E 460 (i)) f'soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju (konċentrazzjoni: 50 g NaOH/L) għal “prattikament insolubbli jew insolubbli”.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 231/2012 jiġi emendat skont dan,

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16

(2)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(4)  EFSA ANS Panel (EFSA Panel on Food Additives and Nutrient Sources added to food), 2017. Safety of the proposed amendment of the specifications for microcrystalline cellulose (E 460(i)) as a food additive. EFSA Journal 2017;15(2):4699, 7 pp. doi:10.2903/j.efsa.2017.4699


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, l-entrata għall-addittiv tal-ikel ċelluloża mikrokristallina E 460(i) f'dak li jirrigwardja s-solubiltà tinbidel b'dan li ġej:

“Solubbiltà

Insolubbli fl-ilma, fl-etanol, fl-etere u fl-aċidi minerali dilwiti. Prattikament insolubbli jew insolubbli f'soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju (konċentrazzjoni: 50 g NaOH/L).”


Rettifika

18.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/27


Rettifika tal-Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2017/30 tal-Baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 9 tat-12 ta' Jannar 2018 )

Fil-paġna tal-Werrej u fit-titolu fl-ewwel paġna,

minflok:

“2017/30”,

aqra:

“2018/30”.