ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
10.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/18
tal-21 ta' Diċembru 2017
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-grenadier rasu raffa fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).
ANNESS
Nru |
47/TQ2285 |
Stat Membru |
Franza |
Stokk |
RHG/124- |
Speċi |
Grenadier rasu raffa (Macrourus berglax) |
Żona |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali I, II u IV |
Data tal-għeluq |
7.12.2017 |
10.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/19
tal-21 ta' Diċembru 2017
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-bakkaljaw fl-ilmijiet ta' Greenland NAFO 1F u l-ilmijiet ta' Greenland XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).
ANNESS
Nru |
51/TQ127 |
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
Stokk |
COD/N1GL14 u l-kundizzjonijiet speċjali relatati għall-COD/GRL1 u COD/GRL2 |
Speċi |
Bakkaljaw (Gadus morhua) |
Żona |
L-ilmijiet ta' Greenland NAFO 1F u l-ilmijiet ta' Greenland XIV |
Data tal-għeluq |
9.12.2017 |
10.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/20
tal-21 ta' Diċembru 2017
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għaċ-ċiċċirell u l-qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni IIa, IIIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).
ANNESS
Nru |
49/TQ127 |
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
Stokk |
SAN/2A3A4. u l-kundizzjonijiet speċjali relatati OT1/*2A3A4, SAN/234_1R, SAN/234_2R, SAN/234_4, SAN/234_5R, SAN/234_6, SAN/234_7R, SAN/234_3R |
Speċi |
Iċ-ċiċċirell u l-qabdiet aċċessorji assoċjati (Ammodytes spp.) |
Żona |
L-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIa u IV |
Data tal-għeluq |
9.12.2017 |
10.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/21
tal-21 ta' Diċembru 2017
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-kavall fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).
ANNESS
Nru |
50/TQ127 |
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
Stokk |
MAC/8C3411 u l-kundizzjoni speċjali relatata MAC/*08B. |
Speċi |
Kavall (Scomber scombrus) |
Żona |
VIIIc, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 |
Data tal-għeluq |
9.12.2017 |
10.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/22
tal-21 ta' Diċembru 2017
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet Norveġiżi IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).
ANNESS
Nru |
48/TQ127 |
Stat Membru |
Franza |
Stokk |
HER/4AB. u l-kundizzjoni speċjali relatata HER/*4AB-C |
Speċi |
Aringa (Clupea harengus) |
Żona |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet Norveġiżi IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N |
Data tal-għeluq |
7.12.2017 |
10.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/23
tal-21 ta' Diċembru 2017
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-aringa fiż-żoni VIaS, VIIb u VIIc minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).
ANNESS
Nru |
52/TQ127 |
Stat Membru |
L-Irlanda |
Stokk |
HER/6AS7BC |
Speċi |
Aringa (Clupea harengus) |
Żona |
VIaS, VIIb, VIIc |
Data tal-għeluq |
12.12.2017 |
10.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/24
tal-21 ta' Diċembru 2017
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-barbun tat-tbajja' fiż-żoni VIIf u VIIg minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).
ANNESS
Nru |
41/TQ127 |
Stat Membru |
Franza |
Stokk |
PLE/7FG. |
Speċi |
Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa) |
Żona |
VIIf u VIIg |
Data tal-għeluq |
6.11.2017 |
10.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/25
tal-21 ta' Diċembru 2017
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-barbun tat-tbajja' fiż-żoni VIIh, VIIj u VIIk minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).
ANNESS
Nru |
42/TQ127 |
Stat Membru |
Franza |
Stokk |
PLE/7HJK. |
Speċi |
Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa) |
Żona |
VIIh, VIIj u VIIk |
Data tal-għeluq |
6.11.2017 |
10.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/25 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/26
tad-9 ta' Jannar 2018
li japprova emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta (Montravel (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Montravel”, imressqa minn Franza skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(3) |
Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(4) |
Għalhekk huwa xieraq li tiġi approvata l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Montravel” (DOP), hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU C 255, 5.8.2017, p. 10.
10.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/26 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/27
tad-9 ta' Jannar 2018
li jikkonferixxi l-protezzjoni fuq l-isem “Ribeiras do Morrazo” (IĠP) skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
(1) |
Bi qbil mal-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja biex tirreġistra l-isem “Ribeiras do Morrazo” u sussegwentement ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(3) |
Skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-isem “Ribeiras do Morrazo” jiġi protett u jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta' dak ir-Regolament. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem “Ribeiras do Morrazo” (IĠP) b'dan huwa protett.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU C 255, 5.8.2017, p. 15.
10.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/27 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/28
tad-9 ta' Jannar 2018
li jimponi mill-ġdid dazju definittiv tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' roti, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka jew le minn City Cycle Industries
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Billi:
A. MIŻURI FIS-SEĦĦ U S-SENTENZI TAL-QRATI
1. Miżuri fis-seħħ
(1) |
Fl-2011, bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 (2) li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-miżuri oriġinali”) wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
(2) |
Fl-2013, bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 501/2013 (3) (“ir-Regolament ikkontestat”), il-Kunsill estenda l-miżuri oriġinali għall-importazzjonijiet ta' biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (“il-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni” jew “il-miżuri estiżi”), wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. |
2. Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(3) |
Fid-9 ta' Awwissu 2013, produttur ta' Sri Lanka, City Cycle Industries (“City Cycle”) ressaq applikazzjoni fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti Ġenerali”) intiża għall-annullament tar-Regolament ikkontestat, sa fejn dan japplika għal dan il-produttur (4). Fis-sentenza tagħha tad-19 ta' Marzu 2015 (5), il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament ikkontestat sa fejn japplika għal City Cycle. |
(4) |
F'Lulju 2015, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (6), il-Kummissjoni Ewropea (7) u Maxcom Ltd (8) (manifattur tal-Unjoni ta' roti), appellat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali. Permezz tas-sentenza tagħha tas-26 ta' Jannar 2017 (“is-Sentenza”), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”) ċaħdet l-appelli mressqa mill-industrija tal-Unjoni, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
B'mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, fil-paragrafu 73 tas-sentenza tagħha, li l-premessa (78) tar-Regolament ikkontestat ma kien fiha l-ebda analiżi individwali ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni li City Cycle setgħet kienet involuta fihom. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat ukoll fil-paragrafi 75 u 76, li l-konklużjoni dwar l-eżistenza ta' operazzjonijiet ta' trasbord fis-Sri Lanka ma setgħux ikunu legalment ibbażati biss fuq iż-żewġ konstatazzjonijiet li saru espressament mill-Kunsill, jiġifieri, l-ewwel, li kien hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ u, it-tieni, li xi wħud mill-produtturi esportaturi naqsu milli jikkooperaw (9). |
3. Konsegwenzi tas-sentenza
(6) |
Skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jridu jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jikkonformaw mas-sentenza tas-26 ta' Jannar 2017. |
(7) |
F'każijiet fejn il-proċedimenti jkunu jikkonsistu minn għadd ta' stadji amministrattivi, l-annullament ta' wieħed minn dawn l-istadji ma jannullax il-proċediment kollu (10). Il-proċediment antidumping huwa eżempju ta' proċediment b'bosta stadji bħal dan. Konsegwentement, l-annullament tar-Regolament ikkontestat fil-konfront ta' parti waħda ma jimplikax l-annullament tal-proċedura sħiħa qabel l-adozzjoni ta' dak ir-Regolament. L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom il-possibbiltà li jirrimedjaw l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li wasslu għall-annullament tiegħu, filwaqt li ma jbiddlux il-partijiet mhux ikkontestati li ma kinux milquta mis-sentenza tal-Qorti (11). |
B. PROĊEDURA
1. Il-proċedura sal-għoti tas-sentenza
(8) |
Il-Kummissjoni tikkonferma l-premessi (1) sa (23) tar-Regolament ikkontestat. Dawn mhumiex affettwati mis-sentenza. |
2. Ftuħ mill-ġdid
(9) |
Wara s-sentenza, fil-11 ta' April 2017, il-Kummissjoni ppubblikat Avviż (12) fejn tiftaħ parzjalment l-investigazzjoni ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni li tikkonċerna l-importazzjonijiet tar-roti kkonsenjati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka u kemm jekk le, li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat (“l-Avviż ta' ftuħ mill-ġdid”) u li tkompliha mill-punt fejn kienet seħħet l-irregolarità. Il-ftuħ mill-ġdid huwa limitat fil-kamp tal-applikazzjoni tiegħu għall-implimentazzjoni tas-sentenza fir-rigward ta' City Cycle. |
(10) |
Il-Kummissjoni infurmat lil City Cycle, lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, lill-industrija tal-Unjoni u partijiet interessati oħra magħrufa li huma kkonċernati mill-investigazzjoni oriġinali, dwar il-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu li jinstemgħu fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż. |
(11) |
Il-partijiet interessati kollha li talbu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu mis-servizzi tal-Kummissjoni u/jew mill-Uffiċjal tas-smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Ħadd ma talab smigħ, la mas-servizzi tal-Kummissjoni u lanqas mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. |
3. Reġistrazzjoni ta' oġġetti importati
(12) |
Wara s-sentenza, il-European Bicycle Manufacturers Association u Maxcom Ltd talbu li l-importazzjonijiet tar-roti sa fejn jikkonċerna lil City Cycle isiru suġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku ħalli l-miżuri jkunu jistgħu sussegwentement jiġu applikati fuq dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' dik ir-reġistrazzjoni. |
(13) |
Fil-11 ta' April 2017, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tar-roti konsenjati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka u kemm jekk le, sakemm ikunu jikkonċernaw il-kumpanija Sri Lankana, City Cycle Industries, suġġetti għal reġistrazzjoni (“ir-Regolament ta' Reġistrazzjoni”) (13). |
4. Il-prodott investigat
(14) |
Il-prodott suġġett ta' din l-investigazzjoni huwa l-istess fir-Regolament ikkontestat, jiġifieri roti u roti oħra (inklużi t-triċikli għall-ġarr tal-prodotti iżda esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ”), li attwalment jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 Il-Kummissjoni tikkonferma l-premessi (25) sa (27) tar-Regolament ikkontestat. |
C. VALUTAZZJONI WARA S-SENTENZA
1. Kummenti preliminari
(15) |
L-ewwel nett, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li r-Regolament ikkontestat ma kien fih l-ebda analiżi individwali ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni li City Cycle setgħet kienet involuta fihom. Iż-żewġ sejbiet magħmula espressament mill-Kunsill, dak li kien hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ u li xi wħud mill-produtturi-esportaturi kienu naqsu milli jikkooperaw meta kkonstatati mill-Qorti tal-Ġustizzja li mhumiex biżżejjed biex jippermettu lill-Kunsill jikkonkludi li City Cycle kienet involuta f'operazzjonijiet tat-trasbord jew operazzjonijiet ta' trasbord kienu jeżistu fil-livell nazzjonali fis-Sri Lanka. |
(16) |
It-tieni nett, hija rrikonoxxiet, fil-paragrafi 29 u 31 tas-sentenza, li l-evidenza kkomunikata minn City Cycle matul l-investigazzjoni ma wrietx li hija kienet produttur ġenwin jew li l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ tagħha ma kinux jikkostitwixxu evażjoni skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. Il-premessi (124) sa (127) tar-Regolament ikkontestat huma għalhekk ikkonfermati. |
(17) |
It-tielet nett, jirriżulta mis-sentenza, flimkien mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, li l-Kunsill kien initolat li jikkunsidra City Cycle bħala parti li ma kkooperatx fl-investigazzjoni u li kien hemm ċertu livell ta' nuqqas ta' kooperazzjoni fil-livell nazzjonali fis-Sri Lanka. Il-premessi (35) sa (42) tar-Regolament ikkontestat huma għalhekk ikkonfermati. |
2. L-imminar tal-effett rimedjali tad-dazju antidumping
(18) |
Il-Kummissjoni kienet ikkonstatat, fil-premessi (93) sa (96) tar-Regolament ikkontestat, l-imminar tal-effett rimedjali tad-dazju antidumping. Dawn is-sejbiet huma kkonfermati. |
3. Evidenza ta' dumping
(19) |
Il-Kummissjoni kienet ikkonstatat, fil-premessi (97) u (98) kif ukoll (107) sa (110) tar-Regolament ikkontestat, evidenza ta' dumping. Dawn is-sejbiet huma kkonfermati. |
4. L-eżistenza ta' prattiki ta' evażjoni
(20) |
Ir-Regolament ikkontestat ġie annullat minħabba li l-Kunsill naqas milli jipprovdi, fir-Regolament ikkontestat, prova suffiċjenti dwar l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni għal City Cycle Industries. Għandu jiġi mfakkar li l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni tista' tiġi stabbilita, fost oħrajn, abbażi ta' trasbord jew fuq il-bażi ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ. |
(21) |
L-investigazzjoni li nfetħet mill-ġdid żvelat li ma kienx hemm aktar evidenza disponibbli fil-livell tal-kumpanija li tista' ssostni konstatazzjoni ta' trasbord. Għalhekk, l-ebda spjegazzjoni ulterjuri rigward it-trasbord ma tista' titressaq skont il-premessa (78) tar-Regolament ikkontestat. |
(22) |
Madankollu, l-evidenza disponibbli turi li seħħew prattiki ta' ċirkomvenzjoni permezz ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ. L-evidenza kienet ibbażata fuq id-dejta sottomessa minn City Cycle stess matul l-investigazzjoni oriġinali. Il-Kunsill ma kienx ivvaluta dik id-dejta fid-dettall, għaliex hu kkunsidra li dan ma kienx meħtieġ sabiex tintwera, sal-grad rikjest mil-liġi, l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni. Issa li l-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat l-istandard legali applikabbli, il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq li tivvaluta mill-ġdid l-evidenza kollha disponibbli fil-fajl amministrattiv fid-dawl tal-istandard legali applikabbli. |
(23) |
Matul l-investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, City Cycle ppreżentat ruħha u talbet li tiġi eżentata mill-miżuri possibbli kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Kif deskritt fil-premessi (37), (38) u (144) tar-Regolament ikkontestat, City Cycle ma kinitx kapaċi tipprova li timmerita eżenzjoni. Il-kumpanija ma tatx kooperazzjoni suffiċjenti u ġie applikat l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. In-nuqqas ta' informazzjoni affidabbli fir-rigward tal-valur u l-volum tal-komponenti ta' oriġini Ċiniża mixtrija mill-kumpanija għamlitha impossibbli biex b'mod pożittiv jiġi stabbilit li City Cycle kienet produttur ġenwin mhux involut f'ċirkomvenzjoni u lanqas il-fatt li l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ tagħha ma kinux forma ta' ċirkomvenzjoni. Kif spjegat fil-premessi (16) u (17) hawn fuq, dawn il-konstatazzjonijiet ma kinux milquta mis-sentenza. |
(24) |
Fi kwalunkwe każ, madankollu, id-dejta sottomessa mill-kumpanija stess turi li:
|
(25) |
Skont il-kriterji tal-Artikolu 13(2)(a) u (b) tar-Regolament bażiku, dan ifisser li tali operazzjonijiet ta' assemblaġġ għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu prattika ta' ċirkomvenzjoni minħabba l-issodisfar tal-kriterji l-oħrajn kif deskritt fil-premessi (18) u (19) hawn fuq. |
(26) |
B'konsegwenza ta' dan, l-eżistenza ta' prattiċi ta' ċirkomvenzjoni permezz ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ għandha tiġi stabbilita fuq il-livell tal-pajjiż fis-Sri Lanka fuq il-bażi tal-evidenza ta' hawn fuq disponibbli fil-livell tal-kumpanija li turi prattiki ta' ċirkomvenzjoni u minħabba l-livell għoli ta' nuqqas ta' kooperazzjoni fis-Sri Lanka. |
(27) |
Konsegwentement, l-eżistenza ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ fis-sens tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku kienet stabbilita fis-Sri Lanka. |
(28) |
Wara d-divulgazzjoni, City Cycle ikkontestat il-kompetenza tal-Kummissjoni li tadotta l-konklużjonijiet dwar l-eżistenza ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ fis-sens tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. Hi argumentat li l-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta mill-ġdid il-konstatazzjoni dwar operazzjoni ta' assemblaġġ, għaliex din ma kinitx ġiet ikkontestata fil-kuntest ta' proċedimenti fil-qrati u li għaldaqstant il-Kummissjoni kienet obbligata tabbanduna li tqiegħed miżuri fir-rigward ta' City Cycle. |
(29) |
Dan l-argument għandu jiġi miċħud. L-ewwel nett, jirriżulta mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitati fil-premessi (4) u (5) li l-kundizzjoni li timponi l-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni hija marbuta mal-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni kif definita fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, u mhux għal subsett speċifiku ta' dawn il-prattiki. It-tieni nett, City Cycle interpretat b'mod żbaljat l-obbligu impost fuq il-Kummissjoni skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) f'dan il-każ. Kif inhu ċar fil-premessa (6) tal-Avviz tal-ftuħ mill-ġdid, huwa n-nuqqas ta' raġunament suffiċjenti fir-Regolament ikkontestat dwar l-evidenza disponibbli dwar l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni fis-Sri Lanka li jrid jiġi rettifikat fil-proċedura attwali. Il-Kummissjoni hija għalhekk kompetenti biex terġa' tadotta miżura b'raġunament imtejjeb li jagħmilha ċara li City Cycle hi involuta fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni fis-Sri Lanka, u dan huwa kompletament konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament ikkontestat ġie annullat fl-intier tiegħu. Għalhekk, l-ebda waħda mill-premessi tiegħu ma saret definittiva. Minflok, il-Kummissjoni teħtieġ li tivvaluta mill-ġdid l-aspetti kollha tal-fajl. Fejn l-ebda żviluppi ġodda ma seħħew waqt il-proċeduri tal-Qorti, il-Kummissjoni tista' tillimita ruħha li tikkonferma r-riżultati tal-investigazzjoni inizjali. Għall-parti kkontestata, fil-każ attwali tal-prattiċi taċ-ċirkomvenzjoni, għandha ssir valutazzjoni ġdida. |
(30) |
Wara d-divulgazzjoni, City Cycle ikkontestat ukoll il-kompetenza tal-Kummissjoni li tibbaża ruħha fuq evidenza li hija kienet ippreżentat matul l-investigazzjoni li wasslet biex ikunu imposti miżuri ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni msemmija fil-premessa (2) u li tasal għal konklużjoni differenti. |
(31) |
Dan l-argument għandu wkoll jiġi miċħud. Il-Kummissjoni hija intitolata li tivvaluta b'mod differenti l-evidenza diġà pprovduta, sal-punt li tali valutazzjoni ġdida hija konformi mal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku kif interpretat mill-Qrati tal-Unjoni, u peress li City Cycle kellha l-opportunitajiet kollha biex tikkummenta dwar din il-valutazzjoni l-ġdida. Kif spjegat fil-premessi li ġejjin, City Cycle ġiet mogħtija bis-sħiħ id-dritt tagħha li tissottometti kummenti dwar il-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Madankollu, il-kummenti pprovduti minn City Cycle ma biddlux il-konklużjoni tal-Kummissjoni li kienet involuta fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni. |
(32) |
Wara d-divulgazzjoni addizzjonali, City Cycle kompliet ma taqbilx mal-approċċ tal-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid l-evidenza disponibbli fil-fajl amministrattiv. Hija sostniet li, wara s-sentenza tal-qorti, il-Kummissjoni ngħatat permess biex tikkoreġi biss il-konstatazzjonijiet ta' trasbord u mhux dawk fuq operazzjonijiet ta' assemblaġġ. |
(33) |
Din it-talba għandha tiġi miċħuda. Fir-regolament attwali l-Kummissjoni qed tikkoreġi l-konstatazzjonijiet ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni li, kif mistqarr fil-premessa (20), jistgħu jiġu stabbiliti, fost oħrajn, abbażi ta' trasbord jew fuq il-bażi ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ. Fir-Regolament ikkontestat, il-Kummissjoni ma vvalutatx jekk City Cycle kinitx involuta f'operazzjonijiet ta' assemblaġġ hekk kif hija kkonkludiet li kienet involuta f'operazzjonijiet ta' trasbord. Wara l-kjarifki mogħtija mill-qorti kif spjegat fil-premessa (22), il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid jekk City Cycle kinitx involuta fi prattiċi ta' ċirkomvenzjoni. Il-konklużjoni tal-Kummissjoni kienet kif ġej: l-ewwel nett, kif indikat fil-premessa (21), l-ebda evidenza disponibbli fil-livell tal-kumpanija li tista' ssostni l-konstatazzjoni ta' trasbord ma ġiet identifikata; it-tieni nett, kif spjegat fil-premessi (23) u (24), City Cycle kienet instabet b'mod konklussiv li kienet involuta f'ċirkomvenzjoni permezz ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ bbażati fuq valutazzjoni tad-dejta tagħha stesss pprovduta matul l-investigazzjoni. |
(34) |
Wara d-divulgazzjoni, City Cycle ikkummenta ulterjorment dwar il-metodoloġija tal-kalkolu użata mill-Kummissjoni fit-twettiq tat-testijiet ta' valur miżjud ta' 60/40 u 25 % skont l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku. L-ewwel nett, City Cycle ressqet l-argument li l-Kummissjoni bbażat il-kalkolu tagħha fuq dejta insuffiċjenti, jiġifieri biss fuq prodotti nofshom lesti mixtrija matul il-perjodu ta' rapportar tal-investigazzjoni ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni. It-tieni nett, hija sostniet li l-Kummissjoni ma tatx kas ta' ċerta dejta u, konsegwentement, ċaħdet b'mod żbaljat l-allokazzjoni ta' proporzjon ibbażat fuq il-bejgħ, kif issuġġerit minn City Cycle. Fl-aħħar nett, City Cycle sostniet li ċerti fatturi datati barra mill-perjodu ta' rapportar u/jew il-fatturi li ġew rappurtati mingħajr data jew b'format inkorrett għandhom jiġu esklużi mill-kalkoli. Dawn it-talbiet kienu mtennija wara d-divulgazzjoni addizzjonali mingħajr ma ġew ipprovduti elementi addizzjonali f'dan ir-rigward. |
(35) |
Fir-rigward tal-metodoloġija, hi ċċarat li t-test 60/40 ma twettaqx abbażi biss tal-informazzjoni pprovduta fuq prodotti nofshom lesti fit-tabella F.2 tal-formola ta' eżenzjoni, iżda wkoll fuq l-ispejjeż tal-manifattura rrappurtati tal-komponenti tar-roti, iddikjarati li kienu mmanifatturati minn City Cycle. Barra minn hekk, it-test tal-valur miżjud ta' 25 % twettaq fuq l-ispiża tal-ipproċessar minn prodotti nofshom lesti, li jiġifieri l-ispiża tal-assemblaġġ tar-roti fit-tabella F.4.2 tal-formola ta' eżenzjoni. Barra minn hekk, peress li City Cycle ma pprovditx it-tqassim tal-komponenti tar-roti li oriġinaw mir-RPĊ u dawk li ma oriġinawx mir-RPĊ fit-tabella F.4.2 kif mitlub, il-Kummissjoni ħadet din id-dejta mit-tabella F.2. |
(36) |
Rigward il-kumment rigward l-użu tal-metodu ta' allokazzjoni, il-Kummissjoni tinnota li d-dejta miksuba fuq il-bażi ta' din il-metodoloġija ma setgħetx tiġi rrikonċiljata mal-kontijiet awditjati. Waqt il-verifika fuq il-post din l-inkonsistenza ġiet enfasizzata lil City Cycle. City Cycle ma kinitx tuża softwer għall-kontijiet, u l-kontabbiltà saret fuq il-karti u f'worksheets tal-Excel. Il-kumpanija ma kellha l-ebda sistema fis-seħħ biex timmonitorja l-oriġini tal-komponenti importati, u li setgħet tidentifika biss jekk il-komponenti speċifiċi kinux miksuba lokalment jew importati. Barra minn hekk, il-kumpanija ammettiet li ma kinitx iżżomm kont fil-kontijiet tagħha tal-oriġini tal-komponenti mixtrija. Għalhekk, sabiex jirrappurtaw id-dejta skont l-oriġini kif mitlub fil-formola ta' eżenzjoni, City Cycle użat koeffiċjent tal-kontribuzzjoni ibbażat fuq bejgħ ta' roti. Madankollu, il-metodu ta' allokazzjoni applikat minn City Cycle ma setgħax jiġi rrikonċiljat mal-kontijiet awditjati u l-kumpanija nnifisha ammettiet li ċ-ċifri pprovduti f'dan ir-rigward kienu żbaljati. Għaldaqstant, l-argumenti rigward l-użu tal-metodu ta' allokazzjoni ġew miċħuda u għalhekk ukoll d-dejta pprovduta abbażi ta' din il-metodoloġija għax kien ikkonstatat li tikkontradixxi l-kontijiet awditjati u l-Kummissjoni minflok użat id-dejta neċessarja pprovduta f'tabelli oħrajn fil-formola ta' eżenzjoni. |
(37) |
Fl-aħħar nett, għal dak li jirrigwarda l-fatturi msemmija fil-premessa (34), il-Kummissjoni kkonstatat li t-talba kienet waħda raġonevoli u ma tatx kashom għall-kalkolu ta' testijiet tal-valur miżjud ta' 60/40 u 25 %. Kien stabbilit li din ma kellha l-ebda impatt fuq ir-riżultat, jiġifieri l-materja prima (il-komponenti tar-roti) miċ-Ċina għadhom jikkostitwixxu iktar minn 60 % tal-valur totali tal-komponenti tal-prodott assemblat, filwaqt li l-valur miżjud tal-komponenti li ddaħħlu matul l-operazzjoni ta' assemblaġġ kien għadu aktar baxx minn 25 % tal-ispiża tal-manifattura. |
(38) |
Wara d-divulgazzjoni addizzjonali, City Cycle stqarret li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li City Cycle storikament kienet produttur ta' roti mis-suq domestiku ta' Sri Lanka u qed topera taħt il-kontroll tal-amministrazzjoni doganali tas-Sri Lanka. Din it-talba hija miċħuda peress li hija irrelevanti għall-finijiet ta' din il-valutazzjoni hekk kif l-analiżi twettqet skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. |
(39) |
Konsegwentement, it-talbiet kollha relatati mal-metodoloġija tal-kalkolu użata mill-Kummissjoni fit-twettiq tat-testijiet ta' valur miżjud ta' 60/40 u 25 % skont l-Artikolu 13(2)(b) ġew miċħuda. |
5. It-talba għal eżenzjoni
(40) |
Minħabba l-kooperazzjoni insuffiċjenti tal-kumpanija u l-inabbiltà li turi li din ma għamlet l-ebda ċirkomvenzjoni fil-miżuri fuq il-bażi tad-dejta tagħha, it-talba għal eżenzjoni ta' City Cycle skont l-Artikolu 13(4) ma tistax tkun ikkunsidrata bħala ġustifikata. |
6. Il-kummenti tal-partijiet interessati
(41) |
Il-Kummissjoni rċeviet sottomissjonijiet minn City Cycle u l-industrija tal-Unjoni. |
(42) |
City Cycle sostniet li l-Kummissjoni ma setgħetx tibdel is-sejbiet tagħha dwar operazzjonijiet ta' assemblaġġ billi r-Regolament ikkontestat ikkonstata li l-eżistenza ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ ma kinitx stabbilita fi Sri Lanka u dan il-punt ma ġiex ikkontestat quddiem il-qrati. Din l-affermazzjoni saret wara d-divulgazzjoni. Għar-raġunijiet spjegati iktar 'il fuq, din l-affermazzjoni għandha tiġi miċħuda. |
(43) |
Huwa nnutat li d-dejta tal-kumpanija stess, ikkomunikata mill-kumpanija nnifisha, u n-nuqqasijiet tagħha b'mod partikolari, għamluha impossibbli li jiġi stabbilit b'mod pożittiv li City Cycle kienet produttur ġenwin jew li l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ tagħha ma kinux jikkostitwixxu ċirkomvenzjoni. B'riżultat ta' dan, il-kumpanija ma setgħetx tkun eżentata minn dazji ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Id-dejta stess tal-kumpanija, madankollu, uriet li l-materja prima (il-komponenti tar-roti) miċ-Ċina tikkostitwixxi iktar minn 60 % tal-valur totali tal-komponenti tal-prodott assemblat, filwaqt li l-valur miżjud tal-komponenti li ddaħħlu matul l-operazzjoni ta' assemblaġġ kien aktar baxx minn 25 % tal-ispiża tal-manifattura. Fil-kuntest ta' livell għoli ta' nuqqas ta' kooperazzjoni, din l-evidenza tista' tittieħed biex turi l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni fil-pajjiż. |
(44) |
City Cycle sostniet ukoll li l-Kummissjoni ma setgħetx tiftaħ mill-ġdid l-investigazzjoni b'avviż bl-għan li terġa' tadotta Regolament finali jew li temenda r-Regolament ikkontestat minħabba li l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku jistipula li l-Kummissjoni tista' tibda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, hija sostniet li l-fatt li l-Kummissjoni tikkunsidra li l-proċedura kompluta ma ġietx annullata mill-qrati ma teżentahiex milli tadotta Regolament formali. |
(45) |
Din l-affermazzjoni saret wara d-divulgazzjoni. B'mod partikolari, City Cycle sostniet li l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni permezz ta' Avviż jillimita d-drittijiet tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Dan l-argument ġie rifjutat, peress li l-avviż huwa sempliċement att preparatorju u City Cycle tista' teżerċita d-drittijiet tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kontra dan ir-Regolament. |
(46) |
Għandu jiġi nnutat ukoll li l-Kummissjoni ma bdietx investigazzjoni ġdida, iżda sempliċement reġgħet infetħet l-investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni ta' miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni sabiex jikkoreġu l-irregolaritajiet identifikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha fil-kuntest ta' din l-investigazzjoni. |
(47) |
Barra minn hekk, City Cycle sostniet li r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet ta' roti tagħha hija bbażata fuq żball ta' fatt u raġunament żbaljat hekk kif l-prattiki ta' assemblaġġ ta' City Cycle ma kinux ikkonfermati fir-Regolament ikkontestat. Għalhekk, hija sostniet li l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta' Regolament ma kinux issodisfati. |
(48) |
Madankollu, kif spjegat fil-premessa (24) hawn fuq, il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni kkonfermat li l-evidenza fil-livell tal-kumpanija li tikkonċerna l-perjodi tal-investigazzjoni li waslet għall-estensjoni tal-miżuri fl-2013 kienet diġà uriet l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni. Barra minn hekk, fid-dawl tan-natura speċifika tal-istrument kontra ċ-ċirkomvenzjoni, li huwa intiż sabiex jipproteġi l-effettività tal-istrument tal-antidumping, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet hija mezz standard li żżid tali effettività. Għalhekk, it-talba ta' City Cycle li l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni tar-Regolament ta' Reġistrazzjoni ma kinux issodisfati ġiet miċħuda. |
(49) |
Barra minn hekk, City Cycle talbet lill-Kummissjoni biex tħassar id-dazji kontra ċ-ċirkomvenzjoni imposti fuq l-importazzjonijiet tar-roti tas-Sri Lanka, inkluż dawk ta' City Cycle. |
(50) |
F'dan ir-rigward għandu jiġi nnutat li City Cycle ma ppreċiżatx fuq liema bażi legali l-Kummissjoni għandha tirrevoka l-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni fuq importazzjonijiet ta' roti tas-Sri Lanka. Kif mistqarr fil-premessi (3) u (4), is-sentenza ma annullatx ir-Regolament ikkontestat fl-intier tiegħu, iżda biss f'dak li jikkonċerna City Cycle. Għalhekk, din it-talba ġiet rifjutata. |
(51) |
Wara d-divulgazzjoni, City Cycle sostniet li l-estensjoni mill-ġdid tal-miżuri oriġinali ta' City Cycle mid-data ta' reġistrazzjoni ma kinitx ġustifikata u li l-Kummissjoni ma tistax timponi dazji wara t-tul ta' żmien tal-miżuri inizjali, li jiskadi ħames snin wara l-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat, jiġifieri fit-28 ta' Mejju 2018. Din it-talba kienet imtennija wara d-divulgazzjoni addizzjonali. |
(52) |
Skont ġurisprudenza konsistenti stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-uniku skop ta' regolament li jestendi dazju antidumping huwa li jiżgura l-effettività tiegħu u sabiex jevita li ssir ċirkomvenzjoni tiegħu. Konsegwentemet, miżura li testendi dazju antidumping definittiv hija biss ta' natura anċillari fir-rigward tal-att inizjali li jistabbilixxi dan id-dazju li jipproteġi l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri definittivi. |
(53) |
Miżuri antidumping ġew estiżi, inter alia għall-esportazzjonijiet ta' City Cycle mis-Sri Lanka lejn is-suq tal-Unjoni, wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri imposti fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-RPĊ skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku kif imsemmi fil-premessa (2) ta' dan ir-Regolament. Konsegwentement, il-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni imposti mir-Regolament ikkontestat ser jibqgħu fis-seħħ sakemm il-miżuri oriġinali fuq l-importazzjonijiet tar-roti mir-RPĊ huma fis-seħħ. Għalhekk, l-affermazzjoni li l-Kummissjoni ma tistax timponi miżuri fuq l-esportazzjonijiet ta' City Cycle mis-Sri Lanka lejn l-Unjoni wara t-28 ta' Mejju 2018 hi miċħuda għaliex hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. |
(54) |
Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni addizzjonali City Cycle sostniet li l-Kummissjoni ma tistax ittawwal b'mod indefinit id-dazji taċ-ċirkomvenzjoni mingħajr eżaminazzjoni mill-ġdid tal-prattiċi ta' ċirkomvenzjoni tal-esportaturi, filwaqt li l-prattiċi ta' dumping tal-esportaturi Ċiniżi jiġu vvalutati mill-ġdid kull ħames snin. |
(55) |
Din it-talba għandha tiġi miċħuda għaliex hi bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni tagħmel rivalutazzjoni tal-miżuri antidumping fis-seħħ wara talba mressqa mill-industrija tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta' tali talba, il-miżuri antidumping fis-seħħ jiskadu fi tmiem it-terminu ta' ħames snin. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (53), il-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni jibqgħu fis-seħħ sakemm il-miżuri oriġinali jibqgħu fis-seħħ. Madankollu, miżuri ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni fis-seħħ jistgħu wkoll jiġu vvalutati mill-ġdid wara talba mill-kumpaniji li kienu soġġetti għal miżuri ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni. |
D. DIVULGAZZJONI
(56) |
Il-partijiet ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni mill-ġdid ta' dazju ta' antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' roti kemm jekk dikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka jew le minn City Cycle. Huma ngħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. |
(57) |
L-argumenti miktuba sottomessi mill-partijiet tqiesu u fejn kien xieraq, ġew ikkunsidrati. |
E. IMPOŻIZZJONI TA' MIŻURI
(58) |
Fuq il-bażi ta' hawn fuq, huwa kkunsidrat xieraq l-estensjoni mill-ġdid tal-miżuri oriġinali għall-importazzjonijiet ta' roti u tipi oħrajn tagħhom (inkluż triċikletti għat-tqassim, imma esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati, ikkunsinjati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka kif ukoll jekk le, attwalment koperti mill-kodiċijiet NM ex 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċijiet TARIC 8712003010 u 8712007091) minn City Cycle Industries. |
(59) |
Fid-dawl tan-natura speċifika tal-istrument kontra ċ-ċirkomvenzjoni, li huwa intiż sabiex jipproteġi l-effettività tal-istrument tal-antidumping, u fid-dawl tal-fatt li l-investigazzjoni żvelat evidenza li turi l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni abbażi tad-dejta rrapportata mill-kumpanija stess, il-Kummissjoni tqis li hu xieraq li timponi mill-ġdid miżuri sa mid-data tar-reġistrazzjoni. |
(60) |
Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju antidumping definittiv huwa b'hekk impost fuq l-importazzjonijiet ta' roti u tipi oħrajn tagħhom (inkluż triċikletti għat-tqassim, imma esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u qiegħed jiġi estiż għal importazzjonijiet ta' roti u tipi oħrajn tagħhom (inkluż triċikletti għat-tqassim, imma esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati, ikkunsinjati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka kif ukoll jekk le, attwalment koperti mill-kodiċijiet NM ex 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċijiet TARIC 8712003010 u 8712007091) minn City Cycle Industries (kodiċi addizzjonali TARIC B131).
2. Id-dazju impost mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet ikkunsinnati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka kif ukoll jekk le, irreġistrati skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/678.
Artikolu 2
L-awtoritajiet doganali huma b'dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/678.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 tat-3 ta' Ottubru 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 261, 6.10.2011, p. 2).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 tad-29 ta' Mejju 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, 5.6.2013, p. 1).
(4) Il-kawża T-413/13, City Cycle Industries vs il-Kunsill
(5) ĠU C 146, 4.5.2015, p. 38.
(6) Il-kawża C-260/15 P il-Kunsill vs City Cycle Industries
(7) Il-kawża C-254/15 P il-Kummissjoni vs City Cycle Industries
(8) Il-kawża C-248/15 P Maxcom vs City Cycle Industries
(9) Fis-sentenza tagħha ta' dakinhar stess fil-Kawżi Magħquda C-247/15 P, C-253/15 P u C-259/15 P, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2015 fil-Kawża T-412/13 Chin Haur Indonesia PT vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (3), u ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Chin Haur kontra r-Regolament (UE) Nru 501/2013. Fil-paragrafu 98 tas-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li, f'dak il-każ, il-Kunsill kien spjega biżżejjed l-evidenza tiegħu dwar l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni fl-Indoneżja.
(10) Il-Kawża T-2/95 Industrie des poudres sphériques (IPS) vs il-Kunsill [1998] ECR II-3939.
(11) Il-Kawża C-458/98 P Industrie des poudres sphériques (IPS) vs il-Kunsill [2000] ECR I-08147.
(12) Avviż li jikkonċerna s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2015 fil-Kawża T-413/13 City Cycle Industries vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' Jannar 2017 fil-Kawżi C-248/15 P, C-254/15 P u C-260/15 P fir-rigward tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (2017/C 113/05), ĠU C 113, 11.4.2017, p. 4.
(13) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/678 tal-10 ta' April 2017 li jagħmel l-importazzjonijiet tal-bajsikils konsenjati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka u kemm jekk le, sakemm ikunu jikkonċernaw il-kumpanija Sri Lankana City Cycle Industries, suġġetti għal reġistrazzjoni (ĠU L 98, 11.4.2017, p. 7).
Rettifika
10.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/35 |
Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/996 tad-19 ta' Mejju 2015 li tistabbilixxi metodi komuni ta' valutazzjoni tal-istorbju skont id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 168 tal-1 ta' Lulju 2015 )
F'paġna 4, fl-Anness, fil-punt 2.1.1, fl-ewwel paragrafu:
minflok:
“fil-firxa tal-frekwenza minn 63 Hz sa 8 kHz”;
aqra:
“fil-firxa tal-frekwenza minn 63 Hz sa 8 kHz f'baned ta' ottava”.
F'paġna 8, fl-Anness, fil-punt 2.2.1, fit-tieni paragrafu taħt l-intestatura Fluss tat-traffiku:
minflok:
“kull banda ta' ottava i minn 125 Hz sa 4 kHz”;
aqra:
“kull banda ta' ottava i minn 63 Hz sa 8 kHz”.
F'paġna 19, fl-Anness, fil-punt 2.3.2, fit-tieni paragrafu taħt l-intestatura Definizzjoni:
minflok:
“u v hija l-veloċità tal-ferrovija f'km/h”;
aqra:
“u v hija l-veloċità tal-ferrovija f'm/s”.
F'paġna 19, fl-Anness, fil-punt 2.3.2, fil-ħames paragrafu taħt l-intestatura Definizzjoni:
minflok:
“A3(λ)”;
aqra:
“A3(λ)”.
F'paġna 21, fl-Anness, fil-punt 2.3.2, fit-tielet paragrafu taħt l-intestatura Storbju tal-impatt (qasmiet, devjaturi u ġonot):
minflok:
“u v hija l-veloċità tal-vettura numru s tat-tip ta' vettura numru t f'km/h”;
aqra:
“u v hija l-veloċità tal-vettura numru s tat-tip ta' vettura numru t f'm/s”.
F'paġna 35, fl-Anness, fil-punt 2.5.6, fl-ewwel paragrafu taħt l-intestatura Kalkolu f'kundizzjonijiet favorevoli, f'(b):
minflok:
“”;
aqra:
“”.
F'paġna 39, fl-Anness, fil-punt 2.5.6, fl-ewwel paragrafu taħt l-intestatura Kundizzjonijiet favorevoli:
minflok:
“SO, OR, u SR”;
aqra:
“, u”.
F'paġna 129, l-Appendiċi G tal-Anness għandu jinqara kif ġej:
Appendiċi G
Bażi tad-dejta għas-sors tal-ferroviji
Dan l-appendiċi jippreżenta l-bażi tad-dejta għall-biċċa l-kbira tas-sorsi eżistenti tal-istorbju mill-ferroviji li għandhom jintużaw biex jikkalkulaw l-istorbju mill-ferroviji bil-metodu deskritt f'2.3 Storbju tal-ferroviji.
Tabella G-1
Koeffċijenti Lr,TR,i u Lr,VEH,i għall-ħruxija tal-binarji u tar-roti
Lr,VEH,i |
|||
Medda tal-frekwenza |
Tip ta' brejk |
||
c |
k |
n |
|
Brejk għal wiċċ ir-roti tal-ħadid fondut |
Brejk kompożitu |
Diska tal-brejk |
|
1 000 mm |
2,2 |
– 4,0 |
– 5,9 |
800 mm |
2,2 |
– 4,0 |
– 5,9 |
630 mm |
2,2 |
– 4,0 |
– 5,9 |
500 mm |
2,2 |
– 4,0 |
– 5,9 |
400 mm |
2,2 |
– 4,0 |
– 5,9 |
315 mm |
2,2 |
– 4,0 |
– 5,9 |
250 mm |
2,2 |
– 4,0 |
2,3 |
200 mm |
2,2 |
– 4,0 |
2,8 |
160 mm |
2,4 |
– 4,0 |
2,6 |
120 mm |
0,6 |
– 4,0 |
1,2 |
100 mm |
2,6 |
– 4,0 |
2,1 |
80 mm |
5,8 |
– 4,3 |
0,9 |
63 mm |
8,8 |
– 4,6 |
– 0,3 |
50 mm |
11,1 |
– 4,9 |
– 1,6 |
40 mm |
11,0 |
– 5,2 |
– 2,9 |
31,5 mm |
9,8 |
– 6,3 |
– 4,9 |
25 mm |
7,5 |
– 6,8 |
– 7,0 |
20 mm |
5,1 |
– 7,2 |
– 8,6 |
16 mm |
3,0 |
– 7,3 |
– 9,3 |
12 mm |
1,3 |
– 7,3 |
– 9,5 |
10 mm |
0,2 |
– 7,1 |
– 10,1 |
8 mm |
– 0,7 |
– 6,9 |
– 10,3 |
6,3 mm |
– 1,2 |
– 6,7 |
– 10,3 |
5 mm |
– 1,0 |
– 6,0 |
– 10,8 |
4 mm |
0,3 |
– 3,7 |
– 10,9 |
3,2 mm |
0,2 |
– 2,4 |
– 9,5 |
2,5 mm |
1,3 |
– 2,6 |
– 9,5 |
2 mm |
3,1 |
– 2,5 |
– 9,5 |
1,6 mm |
3,1 |
– 2,5 |
– 9,5 |
1,2 mm |
3,1 |
– 2,5 |
– 9,5 |
1 mm |
3,1 |
– 2,5 |
– 9,5 |
0,8 mm |
3,1 |
– 2,5 |
– 9,5 |
Lr,TR,i |
||
Medda tal-frekwenza |
Ħruxija tal-binarji |
|
E |
M |
|
EN ISO 3095:2013 (Miżmum sew u lixx ħafna) |
Netwerk medju (normalment miżmum lixx) |
|
1 000 mm |
17,1 |
11,0 |
800 mm |
17,1 |
11,0 |
630 mm |
17,1 |
11,0 |
500 mm |
17,1 |
11,0 |
400 mm |
17,1 |
11,0 |
315 mm |
15,0 |
10,0 |
250 mm |
13,0 |
9,0 |
200 mm |
11,0 |
8,0 |
160 mm |
9,0 |
7,0 |
120 mm |
7,0 |
6,0 |
100 mm |
4,9 |
5,0 |
80 mm |
2,9 |
4,0 |
63 mm |
0,9 |
3,0 |
50 mm |
– 1,1 |
2,0 |
40 mm |
– 3,2 |
1,0 |
31,5 mm |
– 5,0 |
0,0 |
25 mm |
– 5,6 |
– 1,0 |
20 mm |
– 6,2 |
– 2,0 |
16 mm |
– 6,8 |
– 3,0 |
12 mm |
– 7,4 |
– 4,0 |
10 mm |
– 8,0 |
– 5,0 |
8 mm |
– 8,6 |
– 6,0 |
6,3 mm |
– 9,2 |
– 7,0 |
5 mm |
– 9,8 |
– 8,0 |
4 mm |
– 10,4 |
– 9,0 |
3,2 mm |
– 11,0 |
– 10,0 |
2,5 mm |
– 11,6 |
– 11,0 |
2 mm |
– 12,2 |
– 12,0 |
1,6 mm |
– 12,8 |
– 13,0 |
1,2 mm |
– 13,4 |
– 14,0 |
1 mm |
– 14,0 |
– 15,0 |
0,8 mm |
– 14,0 |
– 15,0 |
Tabella G-2:
Koeffiċjenti A3,i għall-filtru ta' kuntatt
A3,i |
|||||
Medda tal-frekwenza |
Tagħbija fuq il-fus 50kN - dijametru tar-rota 360 mm |
Tagħbija fuq il-fus 50kN - dijametru tar-rota 680 mm |
Tagħbija fuq il-fus 25kN - dijametru tar-rota 920 mm |
Tagħbija fuq il-fus 50kN - dijametru tar-rota 920 mm |
Tagħbija fuq il-fus 100kN - dijametru tar-rota 920 mm |
1 000 mm |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
800 mm |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
630 mm |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
500 mm |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
400 mm |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
315 mm |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
250 mm |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
200 mm |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
160 mm |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
120 mm |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
100 mm |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
80 mm |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
– 0,2 |
– 0,2 |
63 mm |
0,0 |
– 0,2 |
– 0,2 |
– 0,5 |
– 0,6 |
50 mm |
– 0,2 |
– 0,4 |
– 0,5 |
– 0,9 |
– 1,3 |
40 mm |
– 0,5 |
– 0,7 |
– 0,9 |
– 1,6 |
– 2,2 |
31,5 mm |
– 1,2 |
– 1,5 |
– 1,6 |
– 2,5 |
– 3,7 |
25 mm |
– 2,0 |
– 2,8 |
– 2,5 |
– 3,8 |
– 5,8 |
20 mm |
– 3,0 |
– 4,5 |
– 3,8 |
– 5,8 |
– 9,0 |
16 mm |
– 4,3 |
– 7,0 |
– 5,8 |
– 8,5 |
– 11,5 |
12 mm |
– 6,0 |
– 10,3 |
– 8,5 |
– 11,4 |
– 12,5 |
10 mm |
– 8,4 |
– 12,0 |
– 12,0 |
– 12,0 |
– 12,0 |
8 mm |
– 12,0 |
– 12,5 |
– 12,6 |
– 13,5 |
– 14,0 |
6,3 mm |
– 11,5 |
– 13,5 |
– 13,5 |
– 14,5 |
– 15,0 |
5 mm |
– 12,5 |
– 16,0 |
– 14,5 |
– 16,0 |
– 17,0 |
4 mm |
– 13,9 |
– 16,0 |
– 16,0 |
– 16,5 |
– 18,4 |
3,2 mm |
– 14,7 |
– 16,5 |
– 16,5 |
– 17,7 |
– 19,5 |
2,5 mm |
– 15,6 |
– 17,0 |
– 17,7 |
– 18,6 |
– 20,5 |
2 mm |
– 16,6 |
– 18,0 |
– 18,6 |
– 19,6 |
– 21,5 |
1,6 mm |
– 17,6 |
– 19,0 |
– 19,6 |
– 20,6 |
– 22,4 |
1,2 mm |
– 18,6 |
– 20,2 |
– 20,6 |
– 21,6 |
– 23,5 |
1 mm |
– 19,6 |
– 21,2 |
– 21,6 |
– 22,6 |
– 24,5 |
0,8 mm |
– 20,6 |
– 22,2 |
– 22,6 |
– 23,6 |
– 25,4 |
Tabella G-3
Koeffiċjenti LH,TR,i LH,VEH,i u LH,VEH,SUP,i għal funzjonijiet ta' trasferiment
(Il-valuri huma espressi f'Livell tal-Potenza Akustika għal kull fus)
LH,TR,i |
|||||||
Frekwenza |
Bażi tal-binarji/Tip ta' suletta |
||||||
B/S |
B/M |
B/H |
B/S |
B/M |
B/H |
B/H |
|
Traversa blokka waħda fuq suletta ratba |
Traversa blokka waħda fuq suletta ta' ebusija medja |
Traversa blokka waħda fuq suletta iebsa |
Traversa ta' żewġ blokok fuq suletta ratba |
Traversa ta' żewġ blokok fuq suletta ta' ebusija medja |
Traversa ta' żewġ blokok fuq suletta iebsa |
Traversi tal-injam |
|
50 Hz |
53,3 |
50,9 |
50,1 |
50,9 |
50,0 |
49,8 |
44,0 |
63 Hz |
59,3 |
57,8 |
57,2 |
56,6 |
56,1 |
55,9 |
51,0 |
80 Hz |
67,2 |
66,5 |
66,3 |
64,3 |
64,1 |
64,0 |
59,9 |
100 Hz |
75,9 |
76,8 |
77,2 |
72,3 |
72,5 |
72,5 |
70,8 |
125 Hz |
79,2 |
80,9 |
81,6 |
75,4 |
75,8 |
75,9 |
75,1 |
160 Hz |
81,8 |
83,3 |
84,0 |
78,5 |
79,1 |
79,4 |
76,9 |
200 Hz |
84,2 |
85,8 |
86,5 |
81,8 |
83,6 |
84,4 |
77,2 |
250 Hz |
88,6 |
90,0 |
90,7 |
86,6 |
88,7 |
89,7 |
80,9 |
316 Hz |
91,0 |
91,6 |
92,1 |
89,1 |
89,6 |
90,2 |
85,3 |
400 Hz |
94,5 |
93,9 |
94,3 |
91,9 |
89,7 |
90,2 |
92,5 |
500 Hz |
97,0 |
95,6 |
95,8 |
94,5 |
90,6 |
90,8 |
97,0 |
630 Hz |
99,2 |
97,4 |
97,0 |
97,5 |
93,8 |
93,1 |
98,7 |
800 Hz |
104,0 |
101,7 |
100,3 |
104,0 |
100,6 |
97,9 |
102,8 |
1 000 Hz |
107,1 |
104,4 |
102,5 |
107,9 |
104,7 |
101,1 |
105,4 |
1 250 Hz |
108,3 |
106,0 |
104,2 |
108,9 |
106,3 |
103,4 |
106,5 |
1 600 Hz |
108,5 |
106,8 |
105,4 |
108,8 |
107,1 |
105,4 |
106,4 |
2 000 Hz |
109,7 |
108,3 |
107,1 |
109,8 |
108,8 |
107,7 |
107,5 |
2 500 Hz |
110,0 |
108,9 |
107,9 |
110,2 |
109,3 |
108,5 |
108,1 |
3 160 Hz |
110,0 |
109,1 |
108,2 |
110,1 |
109,4 |
108,7 |
108,4 |
4 000 Hz |
110,0 |
109,4 |
108,7 |
110,1 |
109,7 |
109,1 |
108,7 |
5 000 Hz |
110,3 |
109,9 |
109,4 |
110,3 |
110,0 |
109,6 |
109,1 |
6 350 Hz |
110,0 |
109,9 |
109,7 |
109,9 |
109,8 |
109,6 |
109,1 |
8 000 Hz |
110,1 |
110,3 |
110,4 |
110,0 |
110,0 |
109,9 |
109,5 |
10 000 Hz |
110,6 |
111,0 |
111,4 |
110,4 |
110,5 |
110,6 |
110,2 |
LH,VEH,i |
||||
Frekwenza |
Rota b'dijametru ta' 920 mm, ebda kejl |
Rota b'dijametru ta' 840 mm, ebda kejl |
Rota b'dijametru ta' 680 mm, ebda kejl |
Rota b'dijametru ta' 1 200 mm, ebda kejl |
50 Hz |
75,4 |
75,4 |
75,4 |
75,4 |
63 Hz |
77,3 |
77,3 |
77,3 |
77,3 |
80 Hz |
81,1 |
81,1 |
81,1 |
81,1 |
100 Hz |
84,1 |
84,1 |
84,1 |
84,1 |
125 Hz |
83,3 |
82,8 |
82,8 |
82,8 |
160 Hz |
84,3 |
83,3 |
83,3 |
83,3 |
200 Hz |
86,0 |
84,1 |
83,9 |
84,5 |
250 Hz |
90,1 |
86,9 |
86,3 |
90,4 |
316 Hz |
89,8 |
87,9 |
88,0 |
90,4 |
400 Hz |
89,0 |
89,9 |
92,2 |
89,9 |
500 Hz |
88,8 |
90,9 |
93,9 |
90,1 |
630 Hz |
90,4 |
91,5 |
92,5 |
91,3 |
800 Hz |
92,4 |
91,5 |
90,9 |
91,5 |
1 000 Hz |
94,9 |
93,0 |
90,4 |
93,6 |
1 250 Hz |
100,4 |
98,7 |
93,2 |
100,5 |
1 600 Hz |
104,6 |
101,6 |
93,5 |
104,6 |
2 000 Hz |
109,6 |
107,6 |
99,6 |
115,6 |
2 500 Hz |
114,9 |
111,9 |
104,9 |
115,9 |
3 160 Hz |
115,0 |
114,5 |
108,0 |
116,0 |
4 000 Hz |
115,0 |
114,5 |
111,0 |
116,0 |
5 000 Hz |
115,5 |
115,0 |
111,5 |
116,5 |
6 350 Hz |
115,6 |
115,1 |
111,6 |
116,6 |
8 000 Hz |
116,0 |
115,5 |
112,0 |
117,0 |
10 000 Hz |
116,7 |
116,2 |
112,7 |
117,7 |
LH,VEH,SUP,i |
|
Frekwenza |
Tip tal-vettura |
a |
|
Standard UE |
|
50 Hz |
0,0 |
63 Hz |
0,0 |
80 Hz |
0,0 |
100 Hz |
0,0 |
125 Hz |
0,0 |
160 Hz |
0,0 |
200 Hz |
0,0 |
250 Hz |
0,0 |
316 Hz |
0,0 |
400 Hz |
0,0 |
500 Hz |
0,0 |
630 Hz |
0,0 |
800 Hz |
0,0 |
1 000 Hz |
0,0 |
1 250 Hz |
0,0 |
1 600 Hz |
0,0 |
2 000 Hz |
0,0 |
2 500 Hz |
0,0 |
3 160 Hz |
0,0 |
4 000 Hz |
0,0 |
5 000 Hz |
0,0 |
6 350 Hz |
0,0 |
8 000 Hz |
0,0 |
10 000 Hz |
0,0 |
Tabella G-4
Koeffiċjenti LR,IMPACT,i għall-istorbju tal-impatt
LR,IMPACT,i |
|
Medda tal-frekwenza |
Qalba/konġunzjoni/intersezzjoni unika/100 m |
1 000 mm |
22,4 |
800 mm |
22,4 |
630 mm |
22,4 |
500 mm |
23,8 |
400 mm |
24,7 |
315 mm |
24,7 |
250 mm |
23,4 |
200 mm |
21,7 |
160 mm |
20,2 |
120 mm |
20,4 |
100 mm |
20,8 |
80 mm |
20,9 |
63 mm |
19,8 |
50 mm |
18 |
40 mm |
16 |
31,5 mm |
13 |
25 mm |
10 |
20 mm |
6 |
16 mm |
1 |
12 mm |
– 4 |
10 mm |
– 11 |
8 mm |
– 16,5 |
6,3 mm |
– 18,5 |
5 mm |
– 21 |
4 mm |
– 22,5 |
3,2 mm |
– 24,7 |
2,5 mm |
– 26,6 |
2 mm |
– 28,6 |
1,6 mm |
– 30,6 |
1,2 mm |
– 32,6 |
1 mm |
– 34 |
0,8 mm |
– 34 |
Tabella G-5
Koeffiċjenti LW,0,idling għall-istorbju tat-trazzjoni
(Il-valuri huma espressi f'Livell tal-Potenza Akustika għal kull vettura)
LW,0,idling |
||||||||||
Frekwenza |
Tip tal-vettura |
|||||||||
d |
d |
d |
e |
e |
||||||
Lokomotiva diżil (c. 800 kW) |
Lokomotiva diżil (c. 2 200 kW) |
Unità multipla diżil |
Lokomotiva elettrika |
Unità multipla elettrika |
||||||
|
Sors A |
Sors B |
Sors A |
Sors B |
Sors A |
Sors B |
Sors A |
Sors B |
Sors A |
Sors B |
50 Hz |
98,9 |
103,2 |
99,4 |
103,7 |
82,6 |
86,9 |
87,9 |
92,2 |
80,5 |
84,8 |
63 Hz |
94,8 |
100,0 |
107,3 |
112,5 |
82,5 |
87,7 |
90,8 |
96,0 |
81,4 |
86,6 |
80 Hz |
92,6 |
95,5 |
103,1 |
106,0 |
89,3 |
92,2 |
91,6 |
94,5 |
80,5 |
83,4 |
100 Hz |
94,6 |
94,0 |
102,1 |
101,5 |
90,3 |
89,7 |
94,6 |
94,0 |
82,2 |
81,6 |
125 Hz |
92,8 |
93,3 |
99,3 |
99,8 |
93,5 |
94,0 |
94,8 |
95,3 |
80,0 |
80,5 |
160 Hz |
92,8 |
93,6 |
99,3 |
100,1 |
99,5 |
100,3 |
96,8 |
97,6 |
79,7 |
80,5 |
200 Hz |
93,0 |
92,9 |
99,5 |
99,4 |
98,7 |
98,6 |
104,0 |
103,9 |
79,6 |
79,5 |
250 Hz |
94,8 |
92,7 |
101,3 |
99,2 |
95,5 |
93,4 |
100,8 |
98,7 |
96,4 |
94,3 |
316 Hz |
94,6 |
92,4 |
101,1 |
98,9 |
90,3 |
88,1 |
99,6 |
97,4 |
80,5 |
78,3 |
400 Hz |
95,7 |
92,8 |
102,2 |
99,3 |
91,4 |
88,5 |
101,7 |
98,8 |
81,3 |
78,4 |
500 Hz |
95,6 |
92,8 |
102,1 |
99,3 |
91,3 |
88,5 |
98,6 |
95,8 |
97,2 |
94,4 |
630 Hz |
98,6 |
96,8 |
101,1 |
99,3 |
90,3 |
88,5 |
95,6 |
93,8 |
79,5 |
77,7 |
800 Hz |
95,2 |
92,7 |
101,7 |
99,2 |
90,9 |
88,4 |
95,2 |
92,7 |
79,8 |
77,3 |
1 000 Hz |
95,1 |
93,0 |
101,6 |
99,5 |
91,8 |
89,7 |
96,1 |
94,0 |
86,7 |
84,6 |
1 250 Hz |
95,1 |
92,9 |
99,3 |
97,1 |
92,8 |
90,6 |
92,1 |
89,9 |
81,7 |
79,5 |
1 600 Hz |
94,1 |
93,1 |
96,0 |
95,0 |
92,8 |
91,8 |
89,1 |
88,1 |
82,7 |
81,7 |
2 000 Hz |
94,1 |
93,2 |
93,7 |
92,8 |
90,8 |
89,9 |
87,1 |
86,2 |
80,7 |
79,8 |
2 500 Hz |
99,4 |
98,3 |
101,9 |
100,8 |
88,1 |
87,0 |
85,4 |
84,3 |
78,0 |
76,9 |
3 160 Hz |
92,5 |
91,5 |
89,5 |
88,5 |
85,2 |
84,2 |
83,5 |
82,5 |
75,1 |
74,1 |
4 000 Hz |
89,5 |
88,7 |
87,1 |
86,3 |
83,2 |
82,4 |
81,5 |
80,7 |
72,1 |
71,3 |
5 000 Hz |
87,0 |
86,0 |
90,5 |
89,5 |
81,7 |
80,7 |
80,0 |
79,0 |
69,6 |
68,6 |
6 350 Hz |
84,1 |
83,4 |
31,4 |
30,7 |
78,8 |
78,1 |
78,1 |
77,4 |
66,7 |
66,0 |
8 000 Hz |
81,5 |
80,9 |
81,2 |
80,6 |
76,2 |
75,6 |
76,5 |
75,9 |
64,1 |
63,5 |
10 000 Hz |
79,2 |
78,7 |
79,6 |
79,1 |
73,9 |
73,4 |
75,2 |
74,7 |
61,8 |
61,3 |
Tabella G-6
Koeffiċjenti LW,0,1 , LW,0,2 , α1 , α2 għal storbju ajrudinamiku
Il-valuri huma espressi f'Livell tal-Potenza Akustika għal kull vettura (għal tul ta' vettura ta' 20 m)
|
Storbju ajrudimaniku għal 300 km/h |
|
α1 |
α2 |
|
50 |
50 |
|
Frekwenza |
LW,0,1 |
LW,0,2 |
50 Hz |
112,6 |
36,7 |
63 Hz |
113,2 |
38,5 |
80 Hz |
115,7 |
39,0 |
100 Hz |
117,4 |
37,5 |
125 Hz |
115,3 |
36,8 |
160 Hz |
115,0 |
37,1 |
200 Hz |
114,9 |
36,4 |
250 Hz |
116,4 |
36,2 |
316 Hz |
115,9 |
35,9 |
400 Hz |
116,3 |
36,3 |
500 Hz |
116,2 |
36,3 |
630 Hz |
115,2 |
36,3 |
800 Hz |
115,8 |
36,2 |
1 000 Hz |
115,7 |
36,5 |
1 250 Hz |
115,7 |
36,4 |
1 600 Hz |
114,7 |
105,2 |
2 000 Hz |
114,7 |
110,3 |
2 500 Hz |
115,0 |
110,4 |
3 160 Hz |
114,5 |
105,6 |
4 000 Hz |
113,1 |
37,2 |
5 000 Hz |
112,1 |
37,5 |
6 350 Hz |
110,6 |
37,9 |
8 000 Hz |
109,6 |
38,4 |
10 000 Hz |
108,8 |
39,2 |
Tabella G-7
Koeffiċjenti Cbridge għal radjazzjoni strutturali
Cbridge |
|
Bażi tal-binarju |
|
N |
L |
Pontijiet predominatament tal- konkrit jew tal-ġebel għal kull forma ta' binarji |
Pontijiet predominatament tal- azzar għal binarji bil-ballast |
1 |
4 |