ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 2

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
5ta' Jannar 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/3 tal-4 ta' Jannar 2018 li jiffissa l-volumi indikattivi għas-snin 2018 u 2019 għall-finijiet tal-applikazzjoni possibbli ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/4 tat-18 ta' Diċembru 2017 dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

5

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/5 tat-3 ta' Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE fir-rigward tas-sintomi tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix papa sp. n., l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) u l-istabbiliment ta' żoni demarkati rilevanti (notifikata bid-dokument C(2017) 8788)

11

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/841 tas-17 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfa-ċipermetrina, ir-razza Ampelomyces quisqualis: aq 10, benalaksil, bentażon, bifenażat, bromossinil, etil tal-karfentrażon, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dikwat, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), etossażol, famoksadon, fenamidon, flumjoksażina, foramsulfuron, ir-razza Gliocladium catenulatum: j1446, imażamoks, imażosulfuron, isossaflutol, laminarin, metalaksil-m, metossifenożid, milbemektin, oksasulfuron, pendimetalin, fenmedifam, pimetrożina, s-metolaklor, u triflossistrobin ( ĠU L 125, 18.5.2017 )

14

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/842 tas-17 ta' Mejju 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ta' riskju baxx tar-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( ĠU L 125, 18.5.2017 )

15

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 2/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/3

tal-4 ta' Jannar 2018

li jiffissa l-volumi indikattivi għas-snin 2018 u 2019 għall-finijiet tal-applikazzjoni possibbli ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 39 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 (2) jipprevedi li dazju tal-importazzjoni addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jista' jiġi applikat għall-prodotti u matul il-perjodi elenkati fl-Anness VII ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni. Dak id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali jrid japplika jekk il-kwantità ta' kwalunkwe wieħed mill-prodotti mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni libera għal kwalunkwe wieħed mill-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti f'dak l-Anness taqbeż il-volum indikattiv ta' importazzjonijiet f'sena għal dak il-prodott. Dazji tal-importazzjoni addizzjonali ma għandhomx jiġu imposti meta l-importazzjonijiet ma jkunux mistennija jfixklu s-suq tal-Unjoni, jew meta l-effetti jkunu sproporzjonati għall-objettiv maħsub.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-volumi indikattivi tal-importazzjonijiet għall-applikazzjoni possibbli ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex huma bbażati fuq dejta dwar l-importazzjoni u fuq dejta dwar il-konsum domestiku tul l-aħħar tliet snin. Abbażi tad-dejta nnotifikata mill-Istati Membri għas-snin 2014, 2015 u 2016, il-volumi indikattivi għal ċertu frott u ħaxix jenħtieġ li jiġu ffissati għas-snin 2018 u 2019.

(3)

Filwaqt li jitqies li dak il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali possibbli, kif stipulat fl-Anness VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, jibda għal għadd ta' prodotti fl-1 ta' Jannar, dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018, u għaldaqstant jenħtieġ li jidħol fis-seħħ mill-iktar fis,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-snin 2018 u 2019, il-volumi indikattivi msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-prodotti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 huma stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 tat-13 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 57).


ANNESS

Volumi indikattivi għall-prodotti u l-perjodi stipulati fl-Anness VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, għall-applikazzjoni possibbli ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali

Mingħajr ħsara għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa indikattiva biss. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, il-kamp ta' applikazzjoni tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali jiġi ddeterminat mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

Numru tal-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-applikazzjoni

Volum indikattiv (f'tunnellati)

2018

2019

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

 

39 326

78.0020

Mill-1 ta' Ottubru

sal-31 ta' Mejju

483 376

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru

 

26 505

78.0075

Mill-1 ta' Novembru

sat-30 ta' April

20 482

78.0085

0709 91 00

Qaqoċċ

Mill-1 ta' Novembru

sat-30 ta' Ġunju

6 587

78.0100

0709 93 10

Zukkini (qarabagħli żgħir)

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Dicembru

 

55 037

78.0110

0805 10 22

0805 10 24

0805 10 28

Larinġ

Mill-1 ta' Diċembru

sal-31 ta' Mejju

302 643

78.0120

0805 22 00

Klementina

Mill-1 ta' Novembru

sa tmiem Frar

90 771

78.0130

0805 21

0805 29 00

Mandolina (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

Mill-1 ta' Novembru

sa tmiem Frar

86 317

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju

 

32 823

78.0160

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru

 

306 804

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mis-16 ta' Lulju sas-16 ta' Novembru

 

78 324

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu

 

432 630

78.0180

Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru

 

39 724

78.0220

0808 30 90

Lanġas

Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April

 

155 417

78.0235

Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru

 

19 187

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

 

4 630

78.0265

0809 29 00

Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

Mis-16 ta' Mejju sal-15 ta' Awwissu

 

33 718

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

Mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

 

3 150

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

Mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

 

17 254


DEĊIŻJONIJIET

5.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 2/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/4

tat-18 ta' Diċembru 2017

dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-punt (b) tal-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea (3), iffirmat fil-25 ta' Lulju 2007, emenda l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE sabiex mal-lista tal-lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdiedu l-Bulgaru u r-Rumen.

(3)

Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (4) (“il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014”), iffirmat fil-11 ta' April 2014, emenda l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE sabiex mal-lista ta' lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdied il-Kroat.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, li ġew adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 (5) u emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2005 tat-8 ta' Frar 2005 (6), jiġu emendati skont dan.

(5)

Il-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014 ilu japplika proviżorjament għall-firmatarji tiegħu mit-12 ta' April 2014, u jenħtieġ li għaldaqstant id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tapplika proviżorjament sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014.

(6)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz mehmuż tad-deċiżjonijiet,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tar-regoli ta' proċedura għall-Ftehim Konġunt taż-ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  ĠU L 221, 25.8.2007, p. 15.

(4)  ĠU L 170, 11.6.2014, p. 18.

(5)  ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.

(6)  ĠU L 161, 23.6.2005, p. 54.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2017

ta' …

li temenda r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 92(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea (1), iffirmat fil-25 ta' Lulju 2007, emenda l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE sabiex mal-lista tal-lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdiedu l-Bulgaru u r-Rumen.

(2)

Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea daħal fis-seħħ fid-9 ta' Novembru 2011.

(3)

Fir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, li ġew adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 (2) u emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2005 tat-8 ta' Frar 2005 (3), jenħtieġ li l-Bulgaru u r-Rumen jiżdiedu mal-lista tal-lingwi. Konsegwentement, jenħtieġ li l-lista tal-lingwi għar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għaldaqstant tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 hija emendata kif ġej:

1.

It-test tal-Artikolu 6(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“It-testi tal-atti tal-KE li jkunu integrati fl-Annessi tal-Ftehim skont l-Artikolu 102(1) huma ugwalment awtentiċi bil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriżkif ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jitfasslu bl-Iżlandiż u n-Norveġiż u għandhom ikunu awtentikati mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE flimkien mad-deċiżjonijiet rilevanti msemmija fil-paragrafu 1.”;

2.

It-test tal-Artikolu 11(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jemendaw l-Annessi jew il-Protokolli għall-Ftehim għandhom jiġu ppubblikati bil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fl-Iżlandiż u n-Norveġiż fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 221, 25.8.2007, p. 15.

(2)  ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.

(3)  ĠU L 161, 23.6.2005, p. 54.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2017

ta' …

li temenda r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 92(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (1) (“Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014”) iffirmat fil-11 ta' April 2014, għandu jemenda l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE sabiex mal-lista tal-lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdied il-Kroat.

(2)

Fir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, li ġew adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 (2), emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2005 tat-8 ta' Frar 2005 (3), u emendati ulterjorment bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru […] ta' […] (4), jenħtieġ li l-Kroat jiżdied mal-lista tal-lingwi. Konsegwentement, jenħtieġ li l-lista tal-lingwi tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(3)

Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014 għall-firmatarji tiegħu ilu japplika proviżjorjament mit-12 ta' April 2014, u din id-Deċiżjoni għalhekk tapplika proviżorjament sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 hija emendata kif ġej:

1.

It-test tal-Artikolu 6(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“It-testi tal-atti tal-KE li jkunu integrati fl-Annessi tal-Ftehim skont l-Artikolu 102(1) huma ugwalment awtentiċi fil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż kif ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jitfasslu fl-Iżlandiż u n-Norveġiż u għandhom ikunu awtentikati mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE flimkien mad-deċiżjonijiet rilevanti msemmija fil-paragrafu 1.”;

2.

It-test tal-Artikolu 11(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jemendaw l-Annessi jew il-Protokolli għall-Ftehim jiġu ppubblikati bil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fl-Iżlandiż u n-Norveġiż fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014, skont liema data tkun l-iżjed tard.

Għandha tapplika proviżorjament mit-12 ta' April 2014.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 170, 11.6.2014, p. 18.

(2)  ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.

(3)  ĠU L 161, 23.6.2005, p. 54.

(4)  ĠU L …


5.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 2/11


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/5

tat-3 ta' Jannar 2018

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE fir-rigward tas-sintomi tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix papa sp. n., l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) u l-istabbiliment ta' żoni demarkati rilevanti

(notifikata bid-dokument C(2017) 8788)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Mill-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE (2) bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1359 (3), l-esperjenza wriet li l-passaġġi superfiċjali u t-toqob żgħar assoċjati li jħaffru l-larva taħt l-epidermide tat-tuberi tal-patata huma sinjali affidabbli ta' infestazzjoni tal-organiżmi speċifikati. Għalhekk jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE, fir-rigward tal-miżuri ta' spezzjoni, stħarriġ, notifika u demarkazzjoni mhux biss japplikaw għall-preżenza tal-organiżmi speċifikati fuq it-tuberi tal-patata iżda wkoll fejn dawn is-sinjali ġew osservati mingħajr l-organiżmi speċifikati.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE tiġi emendata skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Il-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(a)

monitoraġġ intensiv għall-preżenza tal-organiżmi speċifikati u tas-sinjali ta' infestazzjoni minn dawk l-organiżmi fuq it-tuberi tal-patata, permezz ta' spezzjonijiet addattati fuq il-pjanti tal-patata u, fejn huwa xieraq, fuq pjanti ospitanti oħra, inklużi l-għelieqi fejn jitkabbru dawn il-pjanti, mill-inqas fi ħdan raġġ ta' 100 m mill-faċilità tal-ippakkjar;”

(2)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Sondaġġi u notifiki fir-rigward tal-organiżmi speċifikati

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu sondaġġi uffiċjali annwali għall-preżenza tal-organiżmi speċifikati u tas-sinjali ta' infestazzjoni minn dawk l-organiżmi fuq it-tuberi tal-patata u, fejn huwa xieraq, fuq pjanti ospitanti oħra, inklużi għelieqi fejn jitkabbru t-tuberi tal-patata, fit-territorji tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati ta' dawk is-sondaġġi sat-30 ta' April ta' kull sena.

2.   Kull preżenza jew preżenza ssuspettata ta' organiżmu speċifikat, jew is-sinjali ta' infestazzjoni minn dak l-organiżmu fuq it-tuberi tal-patata għandhom jiġu mgħarrfa mill-ewwel lill-korp uffiċjali responsabbli.”

(3)

L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Fejn abbażi tar-riżultati tas-sondaġġi msemmija fl-Artikolu 4(1) jew ta' evidenza oħra, Stat Membru jikkonferma l-preżenza ta' organiżmu speċifikat jew is-sinjali ta' infestazzjoni minn dak l-organiżmu fuq it-tuberi tal-patata f'parti mit-territorju tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi żona demarkata mingħajr telf ta' żmien li tkun tikkonsisti f'żona infestata u f'żona ta' lqugħ, kif stipulat fit-Taqsima 1 tal-Anness II.

Huwa għandu jieħu l-miżuri, kif stipulat fit-Taqsima 2 tal-Anness II.”

(4)

L-Annessi I u II huma emendati f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/270/UE tas-16 ta' Mejju 2012 fir-rigward ta' miżuri ta' emerġenza li jevitaw l-introduzzjoni u t-tixrid tal- Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) fl-Unjoni (ĠU L 132, 23.5.2012, p. 18).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1359 tat-8 ta' Awwissu 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE fir-rigward ta' miżuri ta' emerġenza li jevitaw l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) fl-Unjoni (ĠU L 215, 10.8.2016, p. 29).


ANNESS

L-Anness I u II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, it-Taqsima 1, il-punt (3)(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

għandu jinkludi l-informazzjoni li t-tuberi tal-patata nstabu ħielsa mill-organiżmi speċifikati kkonċernati u mis-sinjali ta' infestazzjoni minn dawk l-organiżmi fuq it-tuberi tal-patata u ma fihomx aktar minn 0,1 % ħamrija fuqhom f'eżami uffiċjali mwettaq eżatt qabel l-esportazzjoni;”

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima 1 hija emendata kif ġej:

(i)

Il-punt (1)(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

żona infestata li tinkludi tal-anqas l-għelieqi fejn hija kkonfermata l-preżenza tal-organiżmu speċifikat jew is-sinjali ta' infestazzjoni minn dak l-organiżmu fuq it-tuberi tal-patata, kif ukoll għelieqi fejn tkabbru t-tuberi tal-patata infestati; u”

(ii)

Il-punti (3), (4) u (5) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(3)

Fid-definizzjoni taż-żona infestata u ż-żona ta' lqugħ, l-Istati Membri għandhom iqisu l-elementi li ġejjin: il-bijoloġija tal-organiżmi speċifikati, il-livell tal-infestazzjoni, id-distribuzzjoni tal-pjanti ospitanti, l-evidenza tal-istabbiliment tal-organiżmi speċifikati u l-kapaċità li għandhom l-organiżmi speċifikati biex jixterdu b'mod naturali.

(4)

Jekk tiġi kkonfermata l-preżenza ta' organiżmu speċifikat jew is-sinjali ta' infestazzjoni minn dak l-organiżmu fuq it-tuberi tal-patata 'l barra miż-żona infestata, id-delimitazzjoni taż-żona infestata u taż-żona ta' lqugħ għandha tiġi rriveduta u mibdula kif xieraq.

(5)

Fejn fir-rigward ta' żona demarkata, abbażi tas-sondaġġi msemmija fl-Artikolu 4(1), ma tkunx instabet il-preżenza tal-organiżmu speċifikat ikkonċernat u lanqas is-sinjali ta' infestazzjoni minn dak l-organiżmu fuq it-tuberi tal-patata għal perjodu ta' sentejn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonferma li l-organiżmu ma għadux preżenti f'dik iż-żona u li ż-żona ma għadhiex demarkata. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.”

(b)

Fit-Taqsima 2, il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(2)

monitoraġġ intensiv għall-preżenza tal-organiżmi speċifikati jew tas-sinjali ta' infestazzjoni minn dawk l-organiżmi fuq it-tuberi tal-patata permezz ta' spezzjonijiet addattati;”.


Rettifika

5.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 2/14


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/841 tas-17 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfa-ċipermetrina, ir-razza Ampelomyces quisqualis: aq 10, benalaksil, bentażon, bifenażat, bromossinil, etil tal-karfentrażon, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dikwat, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), etossażol, famoksadon, fenamidon, flumjoksażina, foramsulfuron, ir-razza Gliocladium catenulatum: j1446, imażamoks, imażosulfuron, isossaflutol, laminarin, metalaksil-m, metossifenożid, milbemektin, oksasulfuron, pendimetalin, fenmedifam, pimetrożina, s-metolaklor, u triflossistrobin

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU L 125 tat-18 ta' Mejju 2017 )

Fil-paġna tal-qoxra, fil-Werrej, u f'Paġna 12, fit-titolu tad-Deċiżjoni,

minflok:

“REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/841 tas-17 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal- estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfa-ċipermetrina, ir-razza Ampelomyces quisqualis: aq 10, benalaksil, bentażon, bifenażat, bromossinil, etil tal-karfentrażon, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dikwat, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), etossażol, famoksadon, fenamidon, flumjoksażina, foramsulfuron, ir-razza Gliocladium catenulatum: j1446, imażamoks, imażosulfuron, isossaflutol, laminarin, metalaksil-m, metossifenożid, milbemektin, oksasulfuron, pendimetalin, fenmedifam, pimetrożina, s-metolaklor, u triflossistrobin”,

aqra:

“REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/841 tas-17 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfa-ċipermetrina, ir-razza Ampelomyces quisqualis: aq 10, benalaksil, bentażon, bifenażat, bromossinil, etil tal-karfentrażon, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dikwat, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), etossażol, famoksadon, fenamidon, flumjoksażina, foramsulfuron, ir-razza Gliocladium catenulatum: j1446, imazamox, isossaflutol, laminarin, metalaksil-m, metossifenożid, milbemektin, oksasulfuron, pendimetalin, fenmedifam, pimetrożina, smetolaklor, u triflossistrobin”;

F'paġna 12, fil-premessa (4),

minflok:

“Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfa-ċipermetrina, ir-razza Ampelomyces quisqualis: aq 10, benalassil, bifenażat, bromossinil, klorprofam, desmedifam, etossażol, ir-razza Gliocladium catenulatum: J1446, imażosulfuron, laminarin, metossifenożid, milbemektin, fenmedifam, u s-metolaklor ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2012 (7). L-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se tiskadi fil- 31 ta' Lulju 2017.”,

aqra:

“Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfa-ċipermetrina, ir-razza Ampelomyces quisqualis: aq 10, benalassil, bifenażat, bromossinil, klorprofam, desmedifam, etossażol, ir-razza Gliocladium catenulatum: j1446, laminarin, metossifenożid, milbemektin, fenmedifam, u s-metolaklor ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2012 (7). L-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se tiskadi fil-31 ta' Lulju 2017.”.


5.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 2/15


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/842 tas-17 ta' Mejju 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ta' riskju baxx tar-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 125 tat-18 ta' Mejju 2017 )

F'paġna 19, fl-Anness I, fit-tielet kolonna tat-tabella,

minflok:

“Kontenut minimu ta' spori vijabbli: 1 × 1012 CFU/kg”,

aqra:

“Kontenut minimu ta' spori vijabbli: 1,17 × 1012 CFU/kg”;

F'paġna 20, fl-Anness II, fl-emendi għall-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, fir-raba' kolonna tat-tabella,

minflok:

“Kontenut minimu ta' spori vijabbli: 1 × 1012 CFU/kg”,

aqra:

“Kontenut minimu ta' spori vijabbli: 1,17 × 1012 CFU/kg”.