ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 348

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
29 ta' Diċembru 2017


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2454 tal-5 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

1

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti

7

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2456 tat-18 ta' Diċembru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2457 tat-18 ta' Diċembru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2458 tat-18 ta' Diċembru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)

27

 

 

Ftehim għal Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)

29

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2459 tal-5 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

32

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2460 tat-30 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali, rigward il-lista tal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni ( 1 )

34

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/2461 tat-12 ta' Diċembru 2017 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

36

 

*

Deċiżjoni Tal-Kunsill (UE) 2017/2462 tat-18 ta' Diċembru 2017 li tawtorizza lil-Lussemburgu u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2463 tat-18 ta' Diċembru 2017 li tawtorizza lill-Kroazja, lin-Netherlands, lill-Portugall u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni ta' San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2464 tat-18 ta' Diċembru 2017 li tawtorizza lill-Awstrija u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta' El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

43

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat Konġunt dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tad-29 ta' Novembru 2017 li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2017/2465]

46

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/2454

tal-5 ta' Diċembru 2017

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (3) jistabbilixxi r-regoli dwar l-iskambju u l-ħżin ta' informazzjoni mill-Istati Membri sabiex jiġu stabbiliti l-iskemi speċjali previsti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (4).

(2)

L-estensjoni mill-1 ta' Jannar 2021 ta' dawk l-iskemi speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti u ta' servizzi għajr servizzi ta' telekomunikazzjoni, ta' xandir jew servizzi fornuti b'mod elettroniku teħtieġ l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli ta' dan ir-Regolament dwar il-forniment ta' informazzjoni u t-trasferiment ta' flus bejn l-Istat Membru tal-identifikazzjoni u l-Istati Membri tal-konsum.

(3)

Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni estiż tal-iskemi speċjali biex ikopru wkoll il-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti u s-servizzi kollha, l-għadd ta' tranżazzjonijiet li jridu jiġu rrapportati fid-denunzja tal-VAT ser jiżdied b'mod konsiderevoli. Sabiex l-Istat Membru ta' identifikazzjoni jkollu żmien suffiċjenti biex jittratta d-denunzji tal-VAT sottomessi minn persuni taxxabbli taħt l-iskema speċjali, jenħtieġ li l-iskadenza għat-trasferiment tal-informazzjoni tad-denunzja tal-VAT u l-ammont ta' VAT imħallas lil kull Stat Membru ta' konsum tiġi estiża b'10 ijiem.

(4)

L-estensjoni tal-iskemi speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi teħtieġ li l-awtorità doganali tal-Istat Membru tal-importazzjoni tkun tista' tidentifika l-importazzjonijiet ta' oġġetti f'konsenji żgħar li għalihom it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) trid titħallas permezz ta' waħda mill-iskemi speċjali. Għalhekk jenħtieġ li n-numru ta' identifikazzjoni li taħtu titħallas il-VAT jiġi kkomunikat bil-quddiem sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jivverifikaw il-validità tiegħu mal-importazzjoni tal-oġġetti.

(5)

Il-persuni taxxabbli li jużaw tali skemi speċjali jistgħu jkunu soġġetti għal talbiet għal rekords u għal inkjesti amministrattivi mill-Istat Membru ta' identifikazzjoni u mill-Istati Membri kollha tal-konsum fejn jiġu fornuti l-oġġetti jew is-servizzi. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u l-kostijiet tal-konformità għan-negozji kif ukoll għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa ta' diversi talbiet għal rekords u inkjesti amministrattivi u sabiex jiġi evitat xogħol doppju, jenħtieġ li tali talbiet u inkjesti jkunu kkoordinati kemm jista' jkun mill-Istat Membru ta' identifikazzjoni.

(6)

Sabiex jiġi ssimplifikat il-ġbir tad-data statistika rigward l-applikazzjoni tal-iskemi speċjali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun awtorizzata tieħu informazzjoni aggregata ta' statistika u dijanjostika, bħall-għadd ta' tipi differenti ta' messaġġi elettroniċi skambjati bejn l-Istati Membri, relatati mal-iskemi speċjali, bl-eċċezzjoni tad-data fir-rigward ta' persuni taxxabbli individwali.

(7)

Jenħtieġ li l-informazzjoni li trid tiġi sottomessa mill-persuna taxxabbli u li trid tintbagħat bejn l-Istati Membri għall-applikazzjoni tal-iskemi speċjali, kif ukoll dettalji tekniċi, inkluż messaġġi elettroniċi komuni, għas-sottomissjoni mill-persuna taxxabbli jew għat-trasmissjoni ta' din l-informazzjoni bejn l-Istati Membri tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' komitoloġija prevista f'dan ir-Regolament.

(8)

B'kont meħud taż-żmien meħtieġ sabiex jiddaħħlu fis-seħħ il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u sabiex l-Istati Membri jadattaw is-sistema informatika tagħhom għar-reġistrazzjoni u għad-dikjarazzjoni u ħlas tal-VAT kif ukoll sabiex jieħdu kont tal-emendi introdotti mill-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 (5), jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-data tal-applikazzjoni ta' dawk l-emendi.

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 904/2010 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli u proċeduri għall-iskambju b'mezzi elettroniċi ta' informazzjoni dwar il-VAT fuq oġġetti u servizzi fornuti skont l-iskemi speċjali previsti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE u wkoll għal kwalunkwe skambju sussegwenti ta' informazzjoni u, safejn ikunu kkonċernati oġġetti u servizzi koperti mill-iskemi speċjali, għat-trasferiment ta' flus bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.”.

(2)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 358, 358a, 369a u 369 l tad-Direttiva 2006/112/KE għall-finijiet ta' kull skema speċjali għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.”.

(3)

fl-Artikolu 17(1), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

l-informazzjoni li huwa jiġbor skont l-Artikoli 360, 361, 364, 365, 369c, 369f, 369 g, 369o, 369p, 369s u 369t tad-Direttiva 2006/112/KE.”.

(4)

fl-Artikolu 17(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(e)

data dwar in-numri ta' identifikazzjoni tal-VAT imsemmija fl-Artikolu 369q tad-Direttiva 2006/112/KE li tkun ħarġet u, għal kull numru ta' identifikazzjoni tal-VAT maħruġ minn kwalunkwe Stat Membru, il-valur totali ta' importazzjonijiet ta' oġġetti eżentati taħt l-Artikolu 143(1), punt (ca), matul kull xahar.”.

(5)

fl-Artikolu 17, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Id-dettalji tekniċi li jikkonċernaw it-tiftix awtomatizzat tal-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2).”.

(6)

l-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jiżguraw li persuni involuti fil-provvista intra-Komunitarja ta' oġġetti jew servizzi u persuni taxxabbli mhux stabbiliti li jfornu servizzi, huma permessi jiksbu, għall-finijiet ta' tali tranżazzjonijiet, konferma elettronika tal-validità tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT ta' kwalunkwe persuna speċifikata kif ukoll l-isem u indirizz assoċjati. Din l-informazzjoni għandha tikkorrispondi mad-data msemmija fl-Artikolu 17.”;

(b)

jitħassar il-paragrafu 3.

(7)

il-Kapitolu XI huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura tat-Taqsima 2 tinbidel b'dan li ġej:

“Dispożizzjonijiet applikabbli mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2020”;

(b)

tiżdied it-Taqsima li ġejja:

“TAQSIMA 3

Dispożizzjonijiet applikabbli mill-1 ta' Jannar 2021

Subtaqsima 1

Dispożizzjoni ġenerali

Artikolu 47a

Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021.

Subtaqsima 2

Skambju ta' informazzjoni

Artikolu 47b

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-informazzjoni pprovduta mill-persuna taxxabbli li tuża l-iskema speċjali fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni meta tibda l-attivitajiet tagħha skont l-Artikolu 361 ta' dik id-Direttiva għandha tiġi ppreżentata b'mezzi elettroniċi. Dettalji simili għall-identifikazzjoni tal-persuna taxxabbli li tuża l-iskema speċjali fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE meta tibda l-attivitajiet tagħha skont l-Artikolu 369c ta' dik id-Direttiva għandhom jiġu ppreżentati b'mezzi elettroniċi. Kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 361(2) u 369c tad-Direttiva 2006/112/KE għandha wkoll tiġi ppreżentata b'mezzi elettroniċi.

2.   L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jittrasmetti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b'mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn fi żmien 10 ijiem mill-aħħar tax-xahar li matulu kienet riċevuta l-informazzjoni mill-persuna taxxabbli li tuża waħda mill-iskemi speċjali fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE. Bl-istess mod, l-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn dwar in-numri ta' identifikazzjoni tal-VAT imsemmija f'dawn it-taqsimiet 2 u 3.

3.   L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jgħarraf b'mezzi elettroniċi mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn jekk il-persuna taxxabbli li tuża waħda mill-iskemi speċjali fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE tkun eskluża minn dik l-iskema speċjali.

Artikolu 47c

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-informazzjoni pprovduta mill-persuna taxxabbli li tuża l-iskema speċjali fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE jew l-intermedjarju tagħha, lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni meta tibda l-attivitajiet tagħha skont l-Artikolu 369p(1), (2) u (2a) ta' dik id-Direttiva għandha tiġi ppreżentata b'mezzi elettroniċi. Kwalunkwe bidla f'din l-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 369p(3) tad-Direttiva 2006/112/KE għandha wkoll tiġi ppreżentata b'mezzi elettroniċi.

2.   L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b'mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn fi żmien 10 ijiem mill-aħħar tax-xahar li matulu kienet riċevuta l-informazzjoni mill-persuna taxxabbli li tuża l-iskema speċjali fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE jew, fejn applikabbli, l-intermedjarju tagħha. Bl-istess mod, l-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn bin-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT individwali allokat għall-applikazzjoni ta' din l-iskema speċjali.

3.   L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu mingħajr dewmien jgħarraf b'mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn jekk il-persuna taxxabbli li tuża l-iskema speċjali fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE jew, fejn applikabbli, l-intermedjarju tagħha, ikunu imħassra mir-reġistru ta' identifikazzjoni.

Artikolu 47d

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li d-denunzja tal-VAT bid-dettalji msemmija fl-Artikoli 365, 369 g u 369t tad-Direttiva 2006/112/KE għandha tiġi ppreżentata b'mezzi elettroniċi.

2.   L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b'mezzi elettroniċi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-konsum ikkonċernat mhux aktar tard minn 20 jum wara l-aħħar tax-xahar li fih kienet riċevuta d-denunzja.

L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jibgħat ukoll l-informazzjoni prevista fil-paragrafi 2 tal-Artikolu 369 g tad-Direttiva 2006/112/KE lill-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru ieħor li minnu ntbagħtu jew kienu ttrasportati l-oġġetti u l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 369 g tad-Direttiva 2006/112/KE lill-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru tal-istabbiliment ikkonċernat.

L-Istati Membri li jeżiġu li d-denunzja tal-VAT issir f'munita nazzjonali għajr l-euro, għandhom jikkonvertu l-ammonti f'euro permezz tar-rata tal-kambju valida għall-aħħar ġurnata tal-perijodu tat-taxxa. Il-kambju għandu jsir wara li jkunu ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew ir-rati tal-kambju għal dik il-ġurnata, jew, jekk m'hemmx pubblikazzjoni f'dik il-ġurnata, fil-ġurnata ta' pubblikazzjoni li jkun imiss.

Artikolu 47e

L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu mingħajr dewmien jittrasmetti b'mezzi elettroniċi lill-Istat Membru tal-konsum l-informazzjoni meħtieġa biex kull ħlas jitqabbel ma' denunzja rilevanti tal-VAT.

Artikolu 47f

1.   L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jiżgura li l-ammont li ħallsu l-persuna taxxabbli li tuża waħda mill-iskemi speċjali stipulati fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE jew, jekk applikabbli, l-intermedjarju tagħha, huwa ttrasferit fil-kont tal-bank denominat f'euro li ntgħażel mill-Istat Membru tal-konsum li lilu huwa dovut il-pagament.

L-Istati Membri li jeżiġu li l-pagamenti jsiru f'munita nazzjonali għajr l-euro għandhom jikkonvertu l-ammonti f'euro permezz tar-rata ta' kambju valida għall-aħħar data tal-perijodu tat-taxxa. Il-kambju għandu jsir wara li jkunu ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew ir-rati tal-kambju għal dik il-ġurnata, jew, jekk m'hemmx pubblikazzjoni f'dik il-ġurnata, fil-ġurnata ta' pubblikazzjoni li jkun imiss.

It-trasferiment għandu jsir mhux aktar tard minn 20 jum wara l-aħħar tax-xahar li fih sar il-ħlas.

2.   Jekk il-persuna taxxabbli li tagħmel użu minn waħda mill-iskemi speċjali jew, jekk applikabbli, l-intermedjarju tagħha, ma jħallsux it-taxxa kollha dovuta, l-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jiżgura li l-pagament jiġi ttrasferit lill-Istati Membri tal-konsum b'mod proporzjonat għat-taxxa dovuta f'kull Stat Membru. L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jinforma b'mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-konsum b'dan.

Artikolu 47g

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw b'mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn dwar in-numri ta' kontijiet bankarji rilevanti għar-riċezzjoni tal-pagamenti skont l-Artikolu 47f.

L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw b'mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar tibdil fir-rati tat-taxxa applikabbli għal provvisti ta' oġġetti u servizzi li għalihom japplikaw l-iskemi speċjali.

Subtaqsima 3

Kontroll ta' tranżazzjonijiet u ta' persuni taxxabbli

Artikolu 47h

Mal-importazzjoni tal-oġġetti li fuqhom għandha tkun iddikjarata l-VAT taħt l-iskema speċjali prevista fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri għandhom jagħmlu verifika elettronika tal-validità tan-numru ta' identifikazzjoni individwali tal-VAT allokat skont l-Artikolu 369q ta' dik id-Direttiva u kkomunikat mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni.

Artikolu 47i

1.   Sabiex jikseb ir-rekords miżmuma minn persuna taxxabbli jew minn intermedjarju skont l-Artikoli 369, 369k u 369x tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istat Membru tal-konsum għandu l-ewwel jagħmel talba lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni b'mezzi elettroniċi.

2.   Fejn l-Istat Membru ta' identifikazzjoni jirċievi talba msemmija fil-paragrafu 1, huwa għandu jibgħat dik it-talba b'mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien lill-persuna taxxabbli jew lill-intermedjarju tagħha.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, fuq talba, persuna taxxabbli jew l-intermedjarju tagħha jippreżentaw ir-rekords mitlubin b'mezzi elettroniċi lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jaċċettaw li r-rekords jistgħu jiġu ppreżentati permezz ta' formola standard.

4.   L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jibgħat ir-rekords miksuba b'mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien lill-Istat Membru rikjedenti tal-konsum.

5.   Fejn l-Istat Membru rikjedenti tal-konsum ma jirċevix ir-rekords fi żmien 30 jum mid-data li fiha tkun saret it-talba, dak l-Istat Membru jista' jieħu kwalunkwe azzjoni skont il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu sabiex jikseb tali rekords.

Artikolu 47j

1.   Jekk l-Istat Membru ta' identifikazzjoni jiddeċiedi li jwettaq fit-territorju tiegħu inkjesta amministrattiva fuq persuna taxxabbli li tuża waħda mill-iskemi speċjali pprovduti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE jew, jekk applikabbli, fuq intermedjarju, huwa għandu jinforma bil-quddiem lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn kollha rigward l-inkjesta.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss fir-rigward ta' inkjesta amministrattiva li tikkonċerna skemi speċjali.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(4), jekk l-Istat Membru tal-konsum jiddeċiedi li hemm bżonn li ssir inkjesta amministrattiva, huwa għandu l-ewwel jikkonsulta mal-Istat Membru ta' identifikazzjoni dwar il-bżonn li ssir tali inkjesta.

F'każijiet fejn jintlaħaq qbil fuq il-bżonn li ssir inkjesta amministrattiva, l-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħrajn.

Dan m'għandux jipprekludi lill-Istati Membri milli jieħdu kwalunkwe azzjoni skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.

3.   Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni d-dettalji tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-koordinazzjoni tal-inkjesti amministrattivi fi ħdan dak l-Istat Membru.

Subtaqsima 4

Informazzjoni statistika

Artikolu 47k

L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-Kummissjoni tieħu informazzjoni direttament minn messaġġi ġġenerati mis-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 53 għal finijiet ta' statistika u dijanjostiċi aggregati skont il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 17(1). Din l-informazzjoni ma għandhiex tinkludi data rigward il-persuni taxxabbli individwali.

Subtaqsima 5

L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni

Artikolu 47l

Għall-iskop tal-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri li ġejjin skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 58(2):

(a)

id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 47b(1), 47c(1), u 47d(1), u l-formola standard kif imsemmija fl-Artikolu 47i(3);

(b)

id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 47b(2) u (3), 47c(2) u (3), 47d(2), 47e, 47f(2), 47i(1), (2) u (4) u 47j(1), (2) u (4) kif ukoll il-mezzi tekniċi għat-trasmissjoni ta' din l-informazzjoni;

(c)

id-dettalji tekniċi għat-trasmissjoni bejn l-Istati Membri tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47 g;

(d)

id-dettalji tekniċi li jikkonċernaw il-verifika tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47h mill-Istat Membru tal-importazzjoni;

(e)

l-informazzjoni ta' statistika u dijanjostika aggregata li trid tittieħed mill-Kummissjoni kif imsemmija fl-Artikolu 47k kif ukoll il-mezzi tekniċi biex tittieħed din l-informazzjoni.”.

(8)

fl-Anness I, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

il-bejgħ mill-bogħod (l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2006/112/KE);”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TÕNISTE


(1)  Opinjoni tat-30 ta' Novembru 2017 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 345, 13.10.2017, p. 79.

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(5)  Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti (ara paġna 7 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


DIRETTIVI

29.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/7


DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2017/2455

tal-5 ta' Diċembru 2017

li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3) tipprevedi skemi speċjali għall-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti li jipprovdu servizzi ta' telekomunikazzjoni, ta' xandir jew dawk fornuti b'mod elettroniku lil persuni mhux taxxabbli.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE (4) tipprevedi eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjonijiet ta' kunsinni żgħar b'valur negliġibbli.

(3)

Il-valutazzjoni ta' dawk l-iskemi speċjali kif introdotti fl-1 ta' Jannar 2015 identifikat numru ta' oqsma fejn hemm lok għal titjib. L-ewwel nett, jenħtieġ li jitnaqqas il-piż għan-negozji mikro stabbiliti fi Stat Membru li kultant jipprovdu tali servizzi lil Stati Membri oħrajn sabiex jikkonformaw mal-obbligi tal-VAT fi Stati Membri oħrajn li mhumiex l-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġi introdott limitu li japplika madwar il-Komunità kollha li, f'ammonti mhux iżjed minnu, dawk il-provvisti jibqgħu soġġetti għall-VAT fl-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. It-tieni, ir-rekwiżit ta' konformità mar-rekwiżiti tal-fatturar tal-Istati Membri kollha li lilhom jintbagħtu l-provvisti huwa wieħed li joħloq piżijiet kbar. B'hekk, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet fuq in-negozji, jenħtieġ li r-regoli dwar il-fatturazzjoni jkunu dawk applikabbli fl-Istat Membru ta' identifikazzjoni tal-fornitur li juża l-iskemi speċjali. It-tielet, il-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità iżda li għandhom reġistrazzjoni tal-VAT fi Stat Membru, per eżempju għaliex iwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali soġġetti għall-VAT f'dak l-Istat Membru, la jistgħu jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità, u lanqas l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità. Konsegwentement, jenħtieġ li tali persuni taxxabbli jitħallew jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fi ħdan l-Unjoni.

(4)

Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-iskemi speċjali għall-intaxxar tas-servizzi ta' telekomunikazzjoni, ta' xandir jew dawk fornuti b'mod elettroniku introdotti fl-1 ta' Jannar 2015 uriet li r-rekwiżit tal-preżentazzjoni tad-denunzja tal-VAT fi żmien 20 jum wara tmiem il-perijodu tat-taxxa kopert mid-denunzja huwa limitu ta' żmien qasir wisq, speċjalment għall-provvisti permezz ta' netwerk ta' telekomunikazzjoni, interfaċċa jew portal, fejn is-servizzi pprovduti minn fuq dak in-netwerk, dik l-interfaċċa jew dak il-portal ikunu preżunti li ġew ipprovduti mill-operatur tan-netwerk, interfaċċa jew portal, li jrid jiġbor l-informazzjoni sabiex jimla d-denunzja tal-VAT mingħand kull fornitur individwali tas-servizz. Il-valutazzjoni wriet ukoll li r-rekwiżit li jsiru korrezzjonijiet fid-denunzja tal-VAT tal-perijodu tat-taxxa kkonċernat huwa ta' piż kbir għall-persuni taxxabbli, peress li jista' jkollhom bżonn jerġgħu jippreżentaw diversi denunzji tal-VAT kull trimestru. Konsegwentement, jenħtieġ li l-iskadenza għall-preżentazzjoni tad-denunzja tal-VAT tiġi estiża minn 20 jum sal-aħħar tax-xahar wara tmiem il-perijodu tat-taxxa u jenħtieġ li l-persuni taxxabbli jitħallew jikkoreġu d-denunzji preċedenti tal-VAT f'denunzja sussegwenti minflok fid-denunzji tal-perijodi tat-taxxa li magħhom huma relatati l-korrezzjonijiet.

(5)

Sabiex jiġi evitat li l-persuni taxxabbli li jipprovdu servizzi, li mhumiex is-servizzi ta' telekomunikazzjoni, ta' xandir jew dawk fornuti b'mod elettroniku, lil persuni mhux taxxabbli jkollhom jiġu identifikati, għal finijiet tal-VAT, f'kull Stat Membru individwali fejn dawk is-servizzi huma soġġetti għall-VAT, jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu lill-persuni taxxabbli li jipprovdu tali servizzi sabiex jużaw is-sistema informatika għar-reġistrazzjoni u għad-denunzja u l-ħlas tal-VAT li tippermettilhom jiddikjaraw u jħallsu l-VAT fuq dawk is-servizzi fi Stat Membru wieħed.

(6)

Ir-realizzazzjoni tas-suq intern, il-globalizzazzjoni u t-tibdil teknoloġiku wasslu għat-tkabbir enormi tal-kummerċ elettroniku, u miegħu l-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti, kemm dak provdut minn Stat Membru għal ieħor, kif ukoll dak minn territorji terzi jew minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi 2006/112/KE u 2009/132/KE jenħtieġ li jiġu adattati għal din l-evoluzzjoni, waqt li jitqiesu l-prinċipju ta' tassazzjoni fid-destinazzjoni, il-bżonn tal-protezzjoni tad-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri, il-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għan-negozji kkonċernati u t-tnaqqis tal-piżijiet fuqhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-iskema speċjali għas-servizzi ta' telekomunikazzjoni, ta' xandir jew dawk fornuti b'mod elettroniku provduti minn persuni taxxabbli stabbiliti fl-Unjoni iżda mhux fl-Istat Membru tal-konsum tiġi estiża għall-bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti u jenħtieġ li tiddaħħal skema speċjali simili għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi. Sabiex jiġi determinat b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri li japplikaw għall-bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti u bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi, dawk il-kunċetti għandhom jiġu ddefiniti.

(7)

Sehem maġġuri ta' bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti, kemm fornuti minn Stat Membru għal ieħor kif ukoll minn territorji terzi jew pajjiżi terzi lejn l-Unjoni huwa ffaċilitat permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, li spiss jirrikorru għat-twettiq ta' arranġamenti tal-ħażna. Filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li persuna oħra li mhix il-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT għandha tinżamm obbligata in solidum għall-ħlas tal-VAT f'tali każijiet, dan wera li kien insuffiċjenti biex jiġi żgurat ġbir effettiv u effiċjenti tal-VAT. Sabiex jinkiseb dak l-objettiv u jitnaqqas il-piż amministrattiv għal bejjiegħa, għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa u għall-konsumaturi, huwa għalhekk meħtieġ li jiġu involuti l-persuni taxxabbli li jiffaċilitaw il-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti permezz tal-użu ta' tali interfaċċa elettronika fil-ġbir tal-VAT fuq dak il-bejgħ billi jipprovdu li huma l-persuni li huma meqjusa li jagħmlu dak il-bejgħ. Għal bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi lejn l-Unjoni, dan għandu jkun ristrett għal bejgħ ta' oġġetti li huma mibgħuta jew ittrasportati f'kunsinni jew ta' valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150, li għaliha dikjarazzjoni doganali sħiħa fuq l-importazzjoni hija meħtieġa għal finijiet doganali.

(8)

Iż-żamma ta' rekords għal perijodu ta' mill-anqas għaxar snin fil-każ ta' provvisti minn persuni taxxabbli li jkunu ffaċilitati permezz ta' interfaċċa elettronika bħal suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili hija meħtieġa biex tgħin lill-Istati Membri biex jivverifikaw li l-VAT tkun ġiet kontabbilizzata b'mod korrett fuq dawk il-provvisti. Il-perijodu ta' għaxar snin huwa konsistenti ma' dispożizzjonijiet eżistenti dwar iż-żamma ta' rekords. Fejn ir-rekords jikkonsistu minn data personali, huma għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

(9)

Sabiex jitnaqqas il-piż għan-negozji li jużaw l-iskema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti, jenħtieġ li jitneħħa l-obbligu li tinħareġ fattura għat-tali bejgħ. Sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali lit-tali negozji, jenħtieġ li d-definizzjoni ta' dawk il-provvisti tal-oġġetti tiddikjara biċ-ċar li tapplika wkoll fejn l-oġġetti jiġu ttrasportati jew jintbagħtu għan-nom tal-fornitur inkluż meta l-fornitur jintervjeni indirettament fit-trasport tal-oġġetti jew biex jintbagħtu.

(10)

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi jenħtieġ li jkun ristrett għall-bejgħ ta' oġġetti b'valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150 li jintbagħtu direttament minn territorju terz jew pajjiż terz lil klijent fl-Unjoni, li fir-rigward ta' ammonti akbar minnu tkun meħtieġa dikjarazzjoni doganali sħiħa għal skopijiet doganali mal-importazzjoni. Oġġetti soġġetti għad-dazju tas-sisa għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha peress li d-dazju tas-sisa huwa parti mill-ammont taxxabbli għall-VAT fuq l-importazzjoni. Sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja, jenħtieġ li tiddaħħal eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud mal-importazzjoni tal-oġġetti ddikjarati taħt dik l-iskema speċjali.

(11)

Barra minn hekk, sabiex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-fornituri ġewwa l-Komunità u dawk barra minnha, u sabiex jiġi evitat telf ta' dħul mit-taxxa, hemm bżonn li titneħħa l-eżenzjoni għall-importazzjonijiet ta' oġġetti f'kunsinni żgħar b'valur negliġibbli prevista fid-Direttiva 2009/132/KE.

(12)

Jenħtieġ li persuna taxxabbli li tuża l-iskema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi titħalla tinnomina intermedjarju stabbilit fl-Unjoni bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT u biex tissodisfa l-obbligi stabbiliti f'dik l-iskema speċjali f'isimha u għan-nom tagħha.

(13)

Sabiex ikun protett id-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri, jenħtieġ li persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Unjoni li tuża din l-iskema speċjali tkun obbligata tinnomina intermedjarju. Madankollu, jenħtieġ li dak l-obbligu ma japplikax jekk il-persuna tkun stabbilita f'pajjiż li miegħu l-Unjoni kkonkludiet ftehim dwar l-assistenza reċiproka.

(14)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-istabbiliment tal-lista ta' pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehim dwar l-assistenza reċiproka b'kamp ta' applikazzjoni simili għad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE (5) u għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (6), jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Peress li l-istabbiliment tal-lista ta' pajjiżi terzi huwa marbut direttament mal-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, huwa xieraq li l-Kummissjoni tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva mwaqqaf bl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.

(15)

Wara t-tkabbir enormi tal-kummerċ elettroniku u ż-żieda li rriżultat fin-numru ta' kunsinni żgħar importati fl-Unjoni b'valur intrinsiku li ma jaqbiżx il-EUR 150, jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu b'mod sistematiku l-użu ta' arranġamenti speċjali għad-denunzja u għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni. Dawk l-arranġamenti jistgħu jiġu applikati fejn ma tintużax l-iskema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi. Fejn l-Istat Membru ta' importazzjoni ma jipprevedix l-applikazzjoni sistematika ta' rati mnaqqsa tal-VAT taħt dan l-arranġament speċjali, jenħtieġ li l-klijent aħħari jkun jista' jagħżel il-proċedura standard ta' importazzjoni sabiex jibbenefika minn rata potenzjalment imnaqqsa tal-VAT.

(16)

Fejn rilevanti, id-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandha tqis iż-żmien meħtieġ sabiex jiġu implimentati l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u sabiex l-Istati Membri jadattaw is-sistema informatika tagħhom għar-reġistrazzjoni u għad-denunzja u l-ħlas tal-VAT.

(17)

Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri s-simplifikazzjoni tal-obbligi tal-VAT, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(18)

Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (8), l-Istati Membri ħadu l-impenn li f'każijiet ġustifikati jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew iktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trasmissjoni ta' tali dokumenti hija ġustifikata.

(19)

Jenħtieġ għalhekk li d-Direttivi 2006/112/KE u 2009/132/KE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE b'effett mill-1 ta' Jannar 2019

B'effett mill-1 ta' Jannar 2019, id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 58 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 58

1.   Il-post ta' provvista tas-servizzi li ġejjin lil persuna mhux taxxabbli għandu jkun il-post fejn hija stabbilita dik il-persuna, għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn normalment tirrisjedi:

(a)

servizzi ta' telekomunikazzjoni;

(b)

servizzi ta' xandir fuq ir-radju u t-televiżjoni;

(c)

servizzi fornuti b'mod elettroniku, b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Anness II.

Fejn il-fornitur ta' servizz u l-klijent jikkomunikaw permezz tal-posta elettronika, dak m'għandux fih innifsu jfisser li s-servizz provdut huwa servizz fornut b'mod elettroniku.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fornitur huwa stabbilit jew, fin-nuqqas ta' stabbiliment, għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment jirrisjedi fi Stat Membru wieħed biss; u

(b)

is-servizzi jiġu fornuti lil persuni mhux taxxabbli li huma stabbiliti, jew għandhom l-indirizz permanenti tagħhom jew normalment jirrisjedu fi kwalunkwe Stat Membru minbarra l-Istat Membru msemmi fil-punt (a); u

(c)

il-valur totali, mingħajr VAT, tal-provvisti msemmija fil-punt (b) ma jaqbiżx EUR 10 000 fis-sena kalendarja kurrenti, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, u ma għamilx dan matul is-sena kalendarja preċedenti.

3.   Fejn, matul sena kalendarja, jinqabeż il-limitu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2, il-paragrafu 1 għandu japplika minn dak iż-żmien.

4.   L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-fornituri msemmijin fil-paragrafu 2 huma stabbiliti jew, fin-nuqqas ta' stabbiliment, għandhom l-indirizz permanenti tagħhom jew normalment jirrisjedu, għandu jagħti lil dawk il-fornituri d-dritt li jagħżlu li l-post ta' provvista jiġi ddeterminat skont il-paragrafu 1, li fi kwalunkwe każ għandu jkopri sentejn kalendarji.

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jissorveljaw l-adempiment mill-persuna taxxabbli tal-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4.

6.   Il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali tal-ammont imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2 għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fid-data tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 (*1).

(*1)  Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 7).”;"

(2)

l-Artikolu 219a huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 219a

1.   Il-fatturazzjoni għandha tkun soġġetta għar-regoli li japplikaw fl-Istat Membru fejn ikun meqjus li tkun saret il-provvista ta' oġġetti jew servizzi, skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, il-fatturazzjoni għandha tkun soġġetta għar-regoli li ġejjin:

(a)

ir-regoli li japplikaw fl-Istat Membru fejn il-fornitur stabbilixxa n-negozju tiegħu jew fejn għandu stabbiliment fiss mnejn issir il-provvista jew, fin-nuqqas ta' tali post ta' stabbiliment jew ta' stabbiliment fiss, l-Istat Membru fejn il-fornitur għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment jirrisjedi, fejn:

(i)

il-fornitur ma jkunx stabbilit fl-Istat Membru fejn ikun meqjus li tkun saret il-provvista tal-oġġetti jew is-servizzi, skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V, jew l-istabbiliment tiegħu f'dak l-Istat Membru ma jintervjenix fil-provvista fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 192a, u l-persuna responsabbli mill-ħlas tal-VAT tkun il-persuna li lilha jkunu ġew ipprovduti l-oġġetti jew is-servizzi sakemm il-klijent ma joħroġx il-fattura (awtofatturar);

(ii)

il-provvista ta' oġġetti jew servizzi ma tkunx meqjusa li saret ġewwa l-Komunità, skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V;

(b)

ir-regoli li japplikaw fl-Istat Membru fejn huwa identifikat il-fornitur li jagħmel użu minn waħda mill-iskemi speċjali msemmijin fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 244 sa 248.”;

(3)

fl-Artikolu 358a, il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(1)

‘persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-Komunità’ tfisser persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilixxiet in-negozju tagħha fit-territorju tal-Komunità u li ma jkollha l-ebda stabbiliment fiss hemmhekk;”;

(4)

fl-Artikolu 361(1), il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

dikjarazzjoni li l-persuna ma tkunx stabbilixxiet in-negozju tagħha fit-territorju tal-Komunità u li ma jkollha l-ebda stabbiliment fiss hemmhekk.”.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE b'effett mill-1 ta' Jannar 2021

B'effett mill-1 ta' Jannar 2021, id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti” tfisser provvisti ta' oġġetti mibgħuta jew ittrasportati mill-fornitur, jew għan-nom tiegħu, inkluż fejn il-fornitur jintervjeni indirettament biex l-oġġetti jiġu ttrasportati jew jintbagħtu, minn Stat Membru li mhuwiex dak li fih jintemm it-tluq jew it-trasport tal-oġġetti għand il-klijent, fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista tal-oġġetti ssir lil persuna taxxabbli, jew persuna legali mhux taxxabbli, li l-akkwisti intra-Komunitarji tagħha mhumiex soġġetti għall-VAT skont l-Artikolu 3(1), jew għal kull persuna oħra li mhix taxxabbli;

(b)

l-oġġetti pprovduti la huma mezz ġdid ta' trasport u lanqas oġġetti pprovduti wara l-immuntar jew l-installazzjoni, bi prova jew mingħajr, mill-fornitur jew għan-nom tiegħu;

(2)

“bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi” tfisser provvisti ta' oġġetti mibgħuta jew ittrasportati mill-fornitur, jew għan-nom tiegħu, inkluż fejn il-fornitur jintervjeni indirettament biex l-oġġetti jiġu ttrasportati jew jintbagħtu, minn territorju terz jew pajjiż terz, lil klijent fi Stat Membru, fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista tal-oġġetti ssir lil persuna taxxabbli, jew persuna legali mhux taxxabbli, li l-akkwisti intra-Komunitarji tagħha mhumiex soġġetti għall-VAT skont l-Artikolu 3(1), jew għal kull persuna oħra mhux taxxabbli;

(b)

l-oġġetti pprovduti la huma mezz ġdid ta' trasport u lanqas oġġetti pprovduti wara l-immuntar jew l-installazzjoni, bi prova jew mingħajr, mill-fornitur jew għan-nom tiegħu.”;

(2)

jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 14a

1.   Fejn persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi f'kunsinni ta' valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150, dik il-persuna taxxabbli għandha titqies li rċeviet u forniet dawk l-oġġetti hi stess.

2.   Fejn persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-provvista ta' oġġetti fi ħdan il-Komunità minn persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-Komunità lil persuna mhux taxxabbli, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha titqies li rċeviet u forniet dawk l-oġġetti hi stess.”;

(3)

l-Artikolu 33 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 33

B'deroga mill-Artikolu 32:

(a)

il-post tal-forniment f'bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti għandu jitqies li hu l-post fejn jinsabu l-oġġetti fil-mument fil-ħin li jintemm it-tluq jew it-trasport tal-oġġetti lill-klijent.

(b)

il-post tal-forniment f'bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi fi Stat Membru ieħor li ma jkunx dak fejn jintemm it-tluq jew it-trasport tal-oġġetti lill-klijent, għandu jitqies li hu l-post fejn jinsabu l-oġġetti fil-ħin li jintemm it-tluq jew it-trasport tal-oġġetti lill-klijent.

(c)

il-post tal-forniment ta' bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi fl-Istat Membru li fih jintemm it-tluq jew it-trasport tal-oġġetti lill-klijent għandu jitqies li qiegħed f'dak l-Istat Membru, dment li l-VAT fuq dawk l-oġġetti għandha tiġi ddikjarata taħt l-iskema speċjali tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII.”;

(4)

l-Artikolu 34 jitħassar;

(5)

l-Artikolu 35 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 35

L-Artikolu 33 ma għandux japplika għal provvisti ta' oġġetti użati, xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet, kif iddefiniti fil-punti (1) sa (4) tal-Artikolu 311(1), lanqas għal provvisti ta' mezzi ta' trasport użati, kif iddefiniti fl-Artikolu 327(3), soġġetti għall-VAT skont l-arranġamenti speċjali rilevanti.”;

(6)

fl-Artikolu 58, jitħassru l-paragrafi 2 sa 6;

(7)

fit-Titolu V, jiżdied il-Kapitolu li ġej:

“KAPITOLU 3a

Limitu għall-persuni taxxabbli li jagħmlu provvisti ta' oġġetti koperti mill-punt (a) tal-Artikolu 33 u provvisti ta' servizzi koperti mill-Artikolu 58

Artikolu 59c

1.   Il-punt (a) tal-Artikolu 33 u l-Artikolu 58 ma għandhomx japplikaw fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fornitur huwa stabbilit jew, fin-nuqqas ta' stabbiliment, għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment jirrisjedi fi Stat Membru wieħed biss;

(b)

is-servizzi jiġu fornuti lil persuni mhux taxxabbli li huma stabbiliti, għandhom l-indirizz permanenti tagħhom jew normalment jirrisjedu fi kwalunkwe Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru msemmi fil-punt (a) jew l-oġġetti jintbagħtu jew huma ttrasportati lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat Membru msemmi fil-punt (a); u

(c)

il-valur totali, mingħajr VAT, tal-provvisti msemmija fil-punt (b) ma jaqbiżx fis-sena kalendarja kurrenti EUR 10 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, lanqas ma għamel dan matul is-sena kalendarja preċedenti.

2.   Fejn, matul sena kalendarja, jinqabeż il-limitu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, il-punt (a) tal-Artikolu 33 u l-Artikolu 58 għandhom japplikaw minn dak iż-żmien.

3.   L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsabu l-oġġetti fil-ħin li jibda t-tluq jew it-trasport tagħhom jew fejn huma stabbiliti l-persuni taxxabbli li jipprovdu servizzi ta' telekomunikazzjoni, ta' xandir fuq ir-radju u t-televiżjoni u servizzi fornuti b'mod elettroniku għandu jagħti lill-persuni taxxabbli li jwettqu l-provvisti eliġibbli taħt il-paragrafu 1, id-dritt li jagħżlu li l-post ta' provvista jiġi stabbilit skont il-punt (a) tal-Artikolu 33 u l-Artikolu 58, li fi kwalunkwe każ għandu jkopri sentejn kalendarji.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jimmonitorjaw l-adempiment mill-persuna taxxabbli tal-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3.

5.   Il-valur korrispondenti tal-ammont fil-munita nazzjonali msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fid-data tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/2455.”;

(8)

jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 66a

B'deroga mill-Artikoli 63, 64 u 65, fir-rigward ta' provvisti ta' oġġetti li għalihom il-VAT titħallas mill-persuna li tiffaċilita l-provvista skont l-Artikolu 14a, l-avveniment li jagħti lok għal ħlas għandu jseħħ u l-VAT għandha tiġi imposta malli l-ħlas ikun ġie aċċettat.”;

(9)

fl-Artikolu 143(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ca)

l-importazzjoni ta' oġġetti fejn il-VAT għandha tiġi ddikjarata taħt l-iskema speċjali fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII u fejn, sa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT individwali għall-applikazzjoni tal-iskema speċjali tal-fornitur jew tal-intermedjarju li jaġixxi għan-nom tiegħu allokat taħt l-Artikolu 369q ġie pprovdut lill-uffiċċju doganali kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni;”;

(10)

fl-Artikolu 220(1), il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(2)

il-provvisti ta' oġġetti kif imsemmija fl-Artikolu 33 ħlief meta persuna taxxabbli tuża l-iskema speċjali fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII;”;

(11)

jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 242a

1.   Fejn persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-provvista ta' oġġetti jew servizzi lil persuna mhux taxxabbli fi ħdan il-Komunità skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha tkun obbligata li żżomm reġistri ta' dawk il-provvisti. Dawk ir-reġistri għandhom ikunu f'dettall suffiċjenti sabiex jippermettu lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri fejn dawk il-provvisti huma taxxabbli biex jivverifikaw li l-VAT tkun ġiet kontabilizzata b'mod korrett.

2.   Dawk ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli b'mezzi elettroniċi fuq talba għall-Istati Membri kkonċernati.

Dawk ir-reġistri għandhom jinżammu għal perijodu ta' għaxar snin mill-aħħar tas-sena li matulha saret it-transazzjoni.”;

(12)

l-intestatura tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII hija sostitwita b'dan li ġej:

“Skemi speċjali għal persuni taxxabbli li jipprovdu servizzi lil persuni mhux taxxabbli jew li jagħmlu bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti”;

(13)

fl-Artikolu 358, jitħassru l-punti 1, 2 u 3;

(14)

l-intestatura tat-Taqsima 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

“Skema speċjali għal servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità”;

(15)

fl-Artikolu 358a, jiżdied il-punt li ġej:

“(3)

“Stat Membru tal-konsum” tfisser l-Istat Membru fejn il-provvista ta' servizzi titqies li sseħħ skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu V.”;

(16)

l-Artikolu 359 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 359

L-Istati Membri għandhom jippermettu lil kwalunkwe persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fil-Komunità li tipprovdi servizzi lil persuna mhux taxxabbli li hija stabbilita fi Stat Membru jew għandha l-indirizz permanenti tagħha jew normalment tirrisjedi fi Stat Membru, sabiex tuża din l-iskema speċjali. Din l-iskema tapplika għal dawk is-servizzi kollha pprovduti fil-Komunità.”;

(17)

l-Artikolu 362 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 362

L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jalloka lill-persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-Komunità numru ta' identifikazzjoni tal-VAT individwali għall-applikazzjoni ta' din l-iskema speċjali u għandu jinnotifikaha b'dak in-numru permezz ta' mezzi elettroniċi. Abbażi tal-informazzjoni użata għal dik l-identifikazzjoni, l-Istati Membri tal-konsum jistgħu jużaw is-sistemi ta' identifikazzjoni tagħhom.”;

(18)

fl-Artikolu 363, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

jekk tinnotifika lil dak l-Istat Membru li ma għadhiex tipprovdi servizzi koperti minn din l-iskema speċjali;”;

(19)

l-Artikoli 364 u 365 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 364

Il-persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-Komunità li tuża din l-iskema speċjali għandha tippreżenta permezz ta' mezzi elettroniċi lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni denunzja tal-VAT għal kull tliet xhur kalendarji kemm jekk ġew ipprovduti servizzi koperti minn din l-iskema speċjali kif ukoll jekk le. Id-denunzja tal-VAT għandha tiġi ppreżentata sa tmiem ix-xahar sussegwenti għat-tmiem tal-perijodu tat-taxxa kopert mid-denunzja.

Artikolu 365

Id-denunzja tal-VAT għandha turi n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT individwali għall-applikazzjoni ta' din l-iskema speċjali u, għal kull Stat Membru ta' konsum fejn il-VAT hija dovuta, il-valur totali, mingħajr VAT, ta' provvisti ta' servizzi koperti minn din l-iskema speċjali mwettqa matul il-perijodu tat-taxxa u l-ammont totali għal kull rata tal-VAT korrispondenti. Ir-rati tal-VAT applikabbli u l-VAT totali dovuta għandhom jiġu indikati wkoll fid-denunzja.

Fejn ikunu meħtieġa xi emendi fid-denunzja tal-VAT wara li tkun ġiet preżentata, tali emendi għandhom ikunu inklużi f'denunzja sussegwenti fi żmien tliet snin wara d-data li fiha d-denunzja inizjali kienet meħtieġa tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 364. Dik id-denunzja sussegwenti tal-VAT għandha tidentifika l-Istat Membru ta' konsum rilevanti, il-perijodu tat-taxxa u l-ammont tal-VAT li għalih l-emendi jkunu meħtieġa.”;

(20)

l-Artikolu 368 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 368

Il-persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fil-Komunità li tuża din l-iskema speċjali ma tistax tnaqqas il-VAT skont l-Artikolu 168 ta' din id-Direttiva. Minkejja l-punt (1) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 86/560/KEE, il-persuna taxxabbli inkwistjoni għandha tiġi rimborżata skont dik id-Direttiva. L-Artikolu 2(2) u (3), u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 86/560/KEE ma għandhomx japplikaw għal rifużjonijiet li jirrigwardaw servizzi koperti minn din l-iskema speċjali.

Jekk il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali tkun meħtieġa tkun reġistrata fi Stat Membru għal attivitajiet li mhumiex koperti minn din l-iskema speċjali, hija għandha tnaqqas il-VAT imħallsa f'dak l-Istat Membru fir-rigward tal-attivitajiet taxxabbli tagħha li huma koperti minn din l-iskema speċjali fid-denunzja tal-VAT li għandha tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 250 ta' din id-Direttiva.”;

(21)

l-intestatura tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII hija sostitwita b'dan li ġej:

“Skema speċjali għal bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti u għal servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità iżda mhux fl-Istat Membru tal-konsum”;

(22)

fl-Artikolu 369a, jiżdied il-punt li ġej:

“(3)

‘Stat Membru tal-konsum’ tfisser l-Istat Membru fejn titqies li ssir il-provvista tas-servizzi skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu V jew, fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti, l-Istat Membru fejn jintemm it-tluq jew it-trasport ta' oġġetti lill-klijent.”;

(23)

l-Artikoli 369b u 369c huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 369b

L-Istati Membri għandhom jippermettu lil kwalunkwe persuna taxxabbli twettaq bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti u lil kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru tal-konsum tipprovdi servizzi lil persuna mhux taxxabbli sabiex jużaw din l-iskema speċjali. Din l-iskema speċjali għandha tapplika għal dawk l-oġġetti jew servizzi kollha pprovduti fil-Komunità.

Artikolu 369c

Persuna taxxabbli għandha tiddikjara lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni meta tibda u tieqaf mill-attivitajiet taxxabbli tagħha koperti b'din l-iskema speċjali, jew tbiddel dawk l-attivitajiet b'tali mod li ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta' din l-iskema speċjali. Hi għandha tikkomunika dik l-informazzjoni b'mezzi elettroniċi.”;

(24)

l-Artikolu 369e huwa emendat kif ġej:

(a)

il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jeskludi lil persuna taxxabbli mill-iskema speċjali fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:”;

(b)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

jekk tinnotifika li ma għadhiex twettaq bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti u provvisti ta' servizzi koperti minn din l-iskema speċjali;”;

(25)

l-Artikoli 369f u 369 g huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 369f

Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali għandha tippreżenta lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi denunzja tal-VAT għal kull tliet xhur kalendarji, kemm jekk sar bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti jew kemm jekk ġew ipprovduti servizzi koperti minn din l-iskema speċjali jew le. Id-denunzja tal-VAT għandha tiġi ppreżentata sa tmiem ix-xahar sussegwenti għat-tmiem tal-perijodu tat-taxxa kopert mid-denunzja.

Artikolu 369g

1.   Id-denunzja tal-VAT għandha turi n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT imsemmi fl-Artikolu 369d u, għal kull Stat Membru ta' konsum fejn hi dovuta l-VAT, il-valur totali, mingħajr VAT, tal-bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti kif ukoll tal-provvisti ta' servizzi koperti minn din l-iskema speċjali mwettqa matul il-perijodu tat-taxxa u l-ammont totali skont ir-rata tal-VAT korrispondenti. Ir-rati tal-VAT applikabbli u l-VAT totali dovuta jridu jiġu indikati wkoll fid-denunzja. Id-denunzja tal-VAT għandha tinkludi wkoll emendi relatati mal-perijodi tat-taxxa preċedenti kif previst fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

2.   Fejn, fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti kopert minn din l-iskema speċjali, l-oġġetti jintbagħtu jew jiġu ttrasportati minn Stati Membri oħrajn li mhumiex l-Istat Membru ta' identifikazzjoni, id-denunzja tal-VAT għandha tinkludi wkoll il-valur totali tat-tali bejgħ għal kull Stat Membru mnejn jintbagħtu jew jiġu ttrasportati l-oġġetti, flimkien man-numru ta' identifikazzjoni individwali tal-VAT jew in-numru ta' referenza tat-taxxa allokat minn kull tali Stat Membru. Id-denunzja tal-VAT għandha tinkludi din l-informazzjoni għal kull Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta' identifikazzjoni, disaggregata skont l-Istat Membru tal-konsum.

3.   Fejn il-persuna taxxabbli li tipprovdi servizzi koperti minn din l-iskema speċjali jkollha stabbiliment fiss wieħed jew aktar, li mhumiex dawk fl-Istat Membru ta' identifikazzjoni, li minnhom jiġu pprovduti s-servizzi, id-denunzja tal-VAT għandha tinkludi wkoll il-valur totali ta' tali provvisti, għal kull Stat Membru li fih hija jkollha stabbiliment, flimkien man-numru ta' identifikazzjoni individwali tal-VAT jew in-numru ta' referenza tat-taxxa ta' dan l-istabbiliment, disaggregat skont l-Istat Membru ta' konsum.

4.   Fejn tkun meħtieġa kwalunkwe emenda għad-denunzja tal-VAT wara l-preżentazzjoni tagħha, tali emenda għandha tiġi inkluża f'denunzja sussegwenti fi żmien tliet snin wara d-data li fiha kien jeħtieġ li tiġi ppreżentata d-denunzja inizjali skont l-Artikolu 369f. Dik id-denunzja sussegwenti tal-VAT għandha tidentifika l-Istat Membru ta' konsum rilevanti, il-perijodu tat-taxxa u l-ammont tal-VAT li għalih l-emendi jkunu meħtieġa.”;

(26)

fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 369h(1), it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Jekk il-provvisti jkunu saru f'muniti oħrajn, il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali għandha, għall-finijiet li timla' d-denunzja tal-VAT, tuża r-rata tal-kambju li tapplika fl-aħħar data tal-perijodu tat-taxxa.”;

(27)

fl-Artikolu 369i, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali għandha tħallas il-VAT, filwaqt li tagħmel referenza għad-denunzja tal-VAT rilevanti, mhux aktar tard mill-iskadenza sa meta d-denunzja trid tiġi ppreżentata.”;

(28)

l-Artikolu 369j huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 369j

Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali ma tistax, fir-rigward tal-attivitajiet taxxabbli tagħha koperti minn din l-iskema speċjali, tnaqqas il-VAT imposta fl-Istat Membru tal-konsum skont l-Artikolu 168 ta' din id-Direttiva. Minkejja l-Artikolu 2(1), l-Artikolu 3 u l-punt (e) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/9/KE, il-persuna taxxabbli inkwistjoni għandha tingħata rifużjoni skont dik id-Direttiva.

Jekk il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali tkun meħtieġa tkun reġistrata fi Stat Membru għal attivitajiet li mhumiex koperti minn din l-iskema speċjali, hija għandha tnaqqas il-VAT imposta f'dak l-Istat Membru fir-rigward tal-attivitajiet taxxabbli tagħha li huma koperti minn din l-iskema speċjali fid-denunzja tal-VAT li għandha tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 250 ta' din id-Direttiva.”;

(29)

fl-Artikolu 369k, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali għandha żżomm reġistri tat-transazzjonijiet koperti minn din l-iskema speċjali. Dawk ir-reġistri għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru tal-konsum jivverifikaw li d-denunzja tal-VAT hija korretta.”;

(30)

fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII, tiżdied it-Taqsima 4 li ġejja:

“TAQSIMA 4

Skema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi

Artikolu 369l

Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, il-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi għandu jkopri biss oġġetti, minbarra oġġetti soġġetti għad-dazju tas-sisa, f'kunsinni ta' valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150.

Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet Komunitarji oħrajn, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-Komunità’ tfisser persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilixxiet in-negozju tagħha fit-territorju tal-Komunità u li ma jkollha l-ebda stabbiliment fiss hemmhekk;

(2)

‘intermedjarju’ tfisser persuna stabbilita fil-Komunità maħtura mill-persuna taxxabbli li twettaq il-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT u għall-adempiment tal-obbligi stabbiliti f'din l-iskema speċjali f'isem il-persuna taxxabbli jew għan-nom tagħha;

(3)

‘Stat Membru ta' identifikazzjoni’ tfisser dan li ġej:

(a)

fejn il-persuna taxxabbli ma tkunx stabbilita fil-Komunità, l-Istat Membru li fih hija tagħżel li tkun reġistrata;

(b)

fejn il-persuna taxxabbli tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha barra l-Komunità, iżda jkollha stabbiliment fiss wieħed jew aktar fiha, l-Istat Membru bi stabbiliment fiss fejn il-persuna taxxabbli tindika li ser tuża din l-iskema speċjali;

(c)

fejn il-persuna taxxabbli tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha fi Stat Membru, dak l-Istat Membru;

(d)

fejn l-intermedjarju jkun stabbilixxa n-negozju tiegħu fi Stat Membru, dak l-Istat Membru;

(e)

fejn l-intermedjarju jkun stabbilixxa n-negozju tiegħu barra l-Komunità, iżda jkollu stabbiliment fiss wieħed jew aktar fiha, l-Istat Membru bi stabbiliment fiss fejn l-intermedjarju jindika li ser juża din l-iskema speċjali.

Għall-finijiet tal-punti (b) u (e), fejn il-persuna taxxabbli jew l-intermedjarju jkollu aktar minn stabbiliment wieħed fiss fil-Komunità huwa għandu jkun marbut bid-deċiżjoni li jindika l-Istat Membru ta' stabbiliment għas-sena kalendarja konċernata u għas-sentejn kalendarji ta' wara;

(4)

‘Stat Membru tal-konsum’ tfisser l-Istat Membru fejn jintemm it-tluq jew it-trasport ta' oġġetti lill-klijent.

Artikolu 369m

1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-persuni taxxabbli li ġejjin li jwettqu bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi biex jużaw din l-iskema speċjali:

(a)

kwalunkwe persuna taxxabbli stabbilita fil-Komunità li twettaq bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi;

(b)

kwalunkwe persuna taxxabbli sew jekk stabbilita fil-Komunità jew le li twettaq bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi u li hija rappreżentata minn intermedjarju stabbilit fil-Komunità;

(c)

kwalunkwe persuna taxxabbli stabbilita f'pajjiż terz li miegħu l-Unjoni kkonkludiet ftehim dwar l-assistenza reċiproka b'kamp ta' applikazzjoni simili għad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE (*2) u għar-Regolament (UE) Nru 904/2010 u li twettaq bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn dak il-pajjiż terz.

Dawk il-persuni taxxabbli għandhom japplikaw din l-iskema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod tagħhom kollu ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi.

2.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, kwalunkwe persuna taxxabbli ma tistax taħtar aktar minn intermedjarju wieħed fl-istess waqt.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-lista ta' pajjiżi terzi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u, għal dan l-għan, il-kumitat għandu jkun il-kumitat stabbilit mill-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.

Artikolu 369n

Għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi li fuqhom hija ddikjarata l-VAT taħt din l-iskema speċjali, l-avveniment li jagħti lok għal ħlas għandu jseħħ u l-VAT għandha tiġi imposta fil-mument tal-provvista. L-oġġetti għandhom jitqiesu li ġew ipprovduti malli l-ħlas ikun ġie aċċettat.

Artikolu 369o

Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali jew intermedjarju li jaġixxi għan-nom tagħha għandhom jiddikjaraw lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni meta hija tibda u tieqaf mill-attivitajiet tagħha taħt din l-iskema speċjali, jew meta tbiddel dik l-attività b'tali mod li ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta' din l-iskema speċjali. Dik l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata b'mezzi elettroniċi.

Artikolu 369p

1.   L-informazzjoni li l-persuna taxxabbli li ma tużax intermedjarju trid tipprovdi lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni qabel ma tibda tuża din l-iskema speċjali għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin:

(a)

isem;

(b)

indirizz postali;

(c)

indirizz elettroniku u siti tal-Internet;

(d)

numru ta' identifikazzjoni tal-VAT jew numru tal-kodiċi fiskali nazzjonali.

2.   L-informazzjoni li l-intermedjarju jrid jipprovdi lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni qabel ma jibda juża din l-iskema speċjali għan-nom ta' persuna taxxabbli għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin:

(a)

isem;

(b)

indirizz postali;

(c)

indirizz elettroniku;

(d)

numru ta' identifikazzjoni tal-VAT.

3.   L-informazzjoni li l-intermedjarju għandu jipprovdi lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni fir-rigward ta' kull persuna taxxabbli li huwa jirrappreżenta qabel dik il-persuna taxxabbli tibda l-użu ta' din l-iskema speċjali għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin:

(a)

isem;

(b)

indirizz postali;

(c)

indirizz elettroniku u siti tal-Internet;

(d)

numru ta' identifikazzjoni tal-VAT jew numru tal-kodiċi fiskali nazzjonali;

(e)

in-numru ta' identifikazzjoni individwali tiegħu allokat skont l-Artikolu 369q(2a).

4.   Kwalunkwe persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali jew, fejn applikabbli, l-intermedjarju tagħha, għandhom jinnotifikaw lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta.

Artikolu 369q

1.   L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jalloka lill-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali numru ta' identifikazzjoni tal-VAT individwali għall-applikazzjoni ta' din l-iskema speċjali u għandu jinnotifikaha b'dak in-numru permezz ta' mezzi elettroniċi.

2.   L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jalloka lill-intermedjarju numru ta' identifikazzjoni individwali u għandu jinnotifikah b'dak in-numru permezz ta' mezzi elettroniċi.

3.   L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jalloka numru ta' identifikazzjoni individwali tal-VAT għall-applikazzjoni ta' din l-iskema speċjali lill-intermedjarju fir-rigward ta' kull persuna taxxabbli li għaliha huwa jkun inħatar.

4.   In-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT allokat taħt il-paragrafi 1, 2 u 2a għandu jintuża biss għall-finijiet ta' din l-iskema speċjali.

Artikolu 369r

1.   L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jħassar lill-persuna taxxabbli li ma tużax intermedjarju mir-reġistru ta' identifikazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

jekk hija tinnotifika lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni li ma għadhiex twettaq bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi;

(b)

jekk b'xi mod ieħor jista' jiġi preżunt li waqfu l-attivitajiet taxxabbli tagħha ta' bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi;

(c)

jekk hija ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta' din l-iskema speċjali;

(d)

jekk b'mod persistenti hija ma tikkonformax mar-regoli relatati ma' din l-iskema speċjali.

2.   L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jħassar lill-intermedjarju mir-reġistru ta' identifikazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

jekk għal perijodu ta' sitt xhur kalendarji konsekuttivi huwa ma jkunx aġixxa bħala intermedjarju għan-nom ta' persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali;

(b)

jekk huwa ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet l-oħrajn neċessarji biex jaġixxi bħala intermedjarju;

(c)

jekk b'mod persistenti huwa ma jikkonformax mar-regoli relatati ma' din l-iskema speċjali.

3.   L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jħassar lill-persuna taxxabbli rrappreżentata minn intermedjarju mir-reġistru ta' identifikazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

jekk l-intermedjarju jinnotifika lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni li din il-persuna taxxabbli ma għadhiex twettaq bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi;

(b)

jekk b'xi mod ieħor jista' jiġi preżunt li waqfu l-attivitajiet taxxabbli ta' bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importata minn territorji terzi jew pajjiżi terzi ta' din il-persuna taxxabbli;

(c)

jekk din il-persuna taxxabbli ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta' din l-iskema speċjali;

(d)

jekk din il-persuna taxxabbli b'mod persistenti ma tikkonformax mar-regoli relatati ma' din l-iskema speċjali;

(e)

jekk l-intermedjarju jinnotifika lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni li huwa m'għadux jirrappreżenta din il-persuna taxxabbli.

Artikolu 369s

Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali jew l-intermedjarju tagħha għandhom jippreżentaw b'mezzi elettroniċi lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni denunzja tal-VAT għal kull xahar, kemm jekk sar bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi kif ukoll jekk le. Id-denunzja tal-VAT għandha tiġi ppreżentata sa tmiem ix-xahar sussegwenti għat-tmiem tal-perijodu tat-taxxa kopert mid-denunzja.

Fejn denunzja tal-VAT trid tiġi ppreżentata f'konformità mal-ewwel paragrafu, l-Istati Membri ma għandhomx jimponu, għall-finijiet tal-VAT, kwalunkwe obbligu addizzjonali jew xi formalità oħra mal-importazzjoni.

Artikolu 369t

1.   Id-denunzja tal-VAT għandha turi n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT imsemmi fl-Artikolu 369q u, għal kull Stat Membru ta' konsum fejn hi dovuta l-VAT, il-valur totali, mingħajr VAT, tal-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi li fuqhom tiġi imposta l-VAT matul il-perijodu tat-taxxa u l-ammont totali skont ir-rata tal-VAT korrispondenti. Ir-rati tal-VAT applikabbli u l-VAT totali dovuta għandhom jiġu indikati wkoll fid-denunzja.

2.   Fejn tkun meħtieġa kwalunkwe emenda għad-denunzja tal-VAT wara l-preżentazzjoni tagħha, tali emenda għandha tiġi inkluża f'denunzja sussegwenti fi żmien tliet snin wara d-data li fiha kien jeħtieġ li tiġi ppreżentata d-denunzja inizjali skont l-Artikolu 369 s. Dik id-denunzja sussegwenti tal-VAT għandha tidentifika l-Istat Membru ta' konsum rilevanti, il-perijodu tat-taxxa u l-ammont tal-VAT li għalih l-emendi jkunu meħtieġa.

Artikolu 369u

1.   Id-denunzja tal-VAT għandha ssir bl-euro.

L-Istati Membri li l-munita tagħhom m'hijiex l-euro jistgħu jitolbu li d-denunzja tal-VAT issir bil-munita nazzjonali tagħhom. Jekk il-provvisti jkunu saru b'muniti oħrajn, il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali jew l-intermedjarju tagħha għandhom, għall-finijiet ta' mili tad-denunzja tal-VAT, jużaw ir-rata tal-kambju li tapplika fl-aħħar data tal-perijodu tat-taxxa.

2.   Il-konverżjoni għandha ssir bl-applikazzjoni tar-rati tal-kambju ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew għal dak il-jum, jew, jekk ma jkun hemm l-ebda pubblikazzjoni f'dak il-jum, fil-jum tal-pubblikazzjoni li jmiss.

Artikolu 369v

Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali jew l-intermedju tagħha għandhom iħallsu l-VAT, filwaqt li jagħmlu referenza għad-denunzja tal-VAT rilevanti mhux aktar tard mill-iskadenza sa meta d-denunzja trid tiġi ppreżentata.

Il-ħlas għandu jsir f'kont bankarju denominat fl-euro, magħżul mill-Istat Membru ta' identifikazzjoni. L-Istati Membri li ma adottawx l-euro jistgħu jitolbu li l-ħlas isir f'kont bankarju denominat fil-munita tagħhom stess.

Artikolu 369w

Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali ma tistax, fir-rigward tal-attivitajiet taxxabbli tagħha koperti minn din l-iskema speċjali, tnaqqas il-VAT imposta fl-Istati Membri tal-konsum skont l-Artikolu 168 ta' din id-Direttiva. Minkejja l-punt (1) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 86/560/KEE u l-punt (1) tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/9/KE, il-persuna taxxabbli inkwistjoni għandha tiġi rimborżata f'konformità ma' dawk id-Direttivi. L-Artikolu 2(2) u (3) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 86/560/KEE ma għandhomx japplikaw għal rifużjonijiet li jirrigwardaw oġġetti koperti minn din l-iskema speċjali.

Jekk il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali tkun meħtieġa tkun reġistrata fi Stat Membru għal attivitajiet mhux koperti minn din l-iskema speċjali, hija għandha tnaqqas il-VAT imposta f'dak l-Istat Membru fir-rigward tal-attivitajiet taxxabbli tagħha li huma koperti minn din l-iskema speċjali fid-denunzja tal-VAT li għandha tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 250 ta' din id-Direttiva.

Artikolu 369x

1.   Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali għandha żżomm reġistri tat-transazzjonijiet koperti minn din l-iskema speċjali. Intermedjarju għandu jżomm reġistri għal kull persuna taxxabbli li jirrappreżenta. Dawk ir-reġistri għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru tal-konsum jivverifikaw li d-denunzja tal-VAT hija korretta.

2.   Ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli b'mezzi elettroniċi fuq talba għall-Istat Membru ta' konsum u għall-Istat Membru ta' identifikazzjoni.

Dawk ir-reġistri għandhom jinżammu għal perijodu ta' għaxar snin mill-aħħar tas-sena li matulha saret it-transazzjoni.

(*2)  Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma' taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1).”;"

(31)

fit-Titolu XII, jiżdiedu l-Kapitoli li ġejjin:

“KAPITOLU 7

Arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjonijiet

Artikolu 369y

Fejn, għall-importazzjoni ta' oġġetti, minbarra oġġetti soġġetti għad-dazji tas-sisa, f'kunsinni ta' valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150, ma tintużax l-iskema speċjali msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6, l-Istat Membru ta' importazzjoni għandu jippermetti lill-persuna li tippreżenta l-oġġetti lid-dwana għan-nom tal-persuna li għaliha huma destinati l-oġġetti fit-territorju tal-Komunità biex tuża l-arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjonijiet fir-rigward ta' oġġetti li għalihom it-tluq jew it-trasport jintemm f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 369z

1.   Għall-finijiet ta' dan l-arranġament speċjali, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

il-persuna li għaliha jkunu destinati l-oġġetti għandha tkun responsabbli għall-ħlas tal-VAT;

(b)

il-persuna li tippreżenta l-oġġetti lid-dwana fit-territorju tal-Komunità għandha tiġbor il-VAT mingħand il-persuna li għaliha jkunu destinati l-oġġetti u tħallas tali VAT.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-persuna li tippreżenta l-oġġetti lid-dwana fit-territorju tal-Komunità tieħu l-miżuri adatti sabiex tiżgura li titħallas it-taxxa korretta mill-persuna li għaliha huma destinati l-oġġetti.

Artikolu 369za

B'deroga mill-Artikolu 94(2), l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li r-rata standard tal-VAT applikabbli fl-Istat Membru ta' importazzjoni tkun applikabbli meta jintuża dan l-arranġament speċjali.

Artikolu 369zb

1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-VAT miġbura taħt dan l-arranġament speċjali tiġi rrapportata b'mezzi elettroniċi f'dikjarazzjoni ta' kull xahar. Id-dikjarazzjoni għandha turi l-VAT totali miġbura matul ix-xahar kalendarju rilevanti.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-VAT imsemmija fil-paragrafu 1 titħallas sa tmiem ix-xahar ta' wara l-importazzjoni.

3.   Il-persuni li jużaw dan l-arranġament speċjali għandhom iżommu reġistri tat-tranżazzjonijiet koperti minn dan l-arranġament speċjali għal perijodu ta' żmien li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta' importazzjoni. Dawk ir-reġistri għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex jippermettu lill-awtoritajiet tat-taxxa jew dawk doganali tal-Istat Membru ta' importazzjoni jivverifikaw li l-VAT iddikjarata hija korretta u li ssir disponibbli b'mod elettroniku fuq talba għall-Istat Membru ta' importazzjoni.

KAPITOLU 8

Il-valuri tal-kambju

Artikolu 369zc

1.   Il-valur tal-kambju tal-euro fil-munita nazzjonali li għandu jiġi kkunsidrat għall-ammont imsemmi fl-Artikoli 369 l u 369y għandu jkun stabbilit darba fis-sena. Ir-rati li għandhom ikunu applikati għandhom ikunu dawk applikabbli fl-ewwel ġurnata tax-xogħol f'Ottubru u għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

2.   L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw għad-dritt l-ammont fil-munita nazzjonali billi jikkonvertu l-ammonti f'euro.

3.   L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw l-ammont fis-seħħ fil-ħin tal-aġġustament annwali previst fil-paragrafu 1, jekk il-konverżjoni tal-ammont espress f'euro twassal, qabel ma jsir l-aġġustament għad-dritt kif previst fil-paragrafu 2, għal alterazzjoni ta' inqas minn 5 % fl-ammont espress fil-munita nazzjonali jew għal tnaqqis f'dak l-ammont.”.

Artikolu 3

Emenda għad-Direttiva 2009/132/KE

Mill-1 ta' Jannar 2021, jitħassar it-Titolu IV tad-Direttiva 2009/132/KE.

Artikolu 4

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta' Diċembru 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta' Diċembru 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 2 u 3 ta' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw il-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva mill-1 ta' Jannar 2019.

Huma għandhom japplikaw il-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2 u 3 ta' din id-Direttiva mill-1 ta' Jannar 2021.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Indirizzati

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TÕNISTE


(1)  Opinjoni tat-30 ta' Novembru 2017 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 345, 13.10.2017, p. 79.

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE tad-19 ta' Ottubru 2009 li tiddetermina l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta' ċerti oġġetti (ĠU L 292, 10.11.2009, p. 5).

(5)  Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma' taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1).

(6)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).

(7)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(8)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

29.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2456

tat-18 ta' Diċembru 2017

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistipula l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (“PRIMA”) li jipparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri.

(2)

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija (“l-Alġerija”) esprimiet ix-xewqa tagħha li tissieħeb fi PRIMA bħala Stat Parteċipant u fl-istess livell tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati ma' Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) li jipparteċipaw fi PRIMA.

(3)

Skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324, l-Alġerija ssir Stat Parteċipant fi PRIMA soġġett għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Unjoni li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Alġerija fi PRIMA.

(4)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2209 (3) il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fis-26 ta' Ottubru 2017, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar 'il quddiem.

(5)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għanduj, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON


(1)  Kunsens tat-30 ta' Novembru 2017 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri (ĠU L 185, 18.7.2017, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2209 tal-25 ta' Settembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (ĠU L 316, 1.12.2017, p. 1).

(4)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 316, 1.12.2017, p. 3 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


29.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2457

tat-18 ta' Diċembru 2017

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistipula l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri.

(2)

Ir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu (“l-Eġittu”) esprimiet ix-xewqa tagħha li tissieħeb fi PRIMA bħala Stat Parteċipant u fl-istess livell tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati ma' Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) li jipparteċipaw fi PRIMA.

(3)

Skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324, l-Eġittu jsir Stat Parteċipant fi PRIMA soġġett għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Unjoni li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Eġittu fi PRIMA.

(4)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2210 (3) il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fis-27 ta' Ottubru 2017, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar 'il quddiem.

(5)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON


(1)  Kunsens tat-30 ta' Novembru 2017 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri (ĠU L 185, 18.7.2017, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2210 tal-25 ta' Settembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (ĠU L 316, 1.12.2017, p. 7).

(4)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 316, 1.12.2017, p. 9 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


29.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2458

tat-18 ta' Diċembru 2017

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistipula l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri.

(2)

Ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (“il-Ġordan”) esprima x-xewqa tiegħu li jissieħeb fi PRIMA bħala Stat Parteċipant u fl-istess livell tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati ma' Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) li jipparteċipaw fi PRIMA.

(3)

Skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324, il-Ġordan isir Stat Parteċipant fi PRIMA soġġett għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Unjoni li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Ġordan fi PRIMA.

(4)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2211 (3) il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fl-10 ta' Novembru 2017, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar 'il quddiem.

(5)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim (4).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON


(1)  Kunsens tat-30 ta' Novembru 2017 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri (ĠU L 185, 18.7.2017, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2211 tal-25 ta' Settembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (ĠU L 316, 1.12.2017, p. 13).

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


29.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/29


FTEHIM

għal Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

minn naħa waħda,

u

R-RENJU ĦAXEMITA TAL-ĠORDAN, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ġordan”,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem imsejin “il-Partijiet”,

Billi l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim Ewro-Mediterranju”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2002, jipprevedi kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika;

Billi l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika (2), li daħal fis-seħħ fid-29 ta' Marzu 2011, jistabbilixxi qafas formali għall-kooperazzjoni tal-Partijiet fir-riċerka xjentifika u teknoloġika;

Billi d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tirregola t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni u pajjiżi terzi assoċjati ma' Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) li huma Stati Parteċipanti tal-inizjattiva, b'mod partikolari l-obbligi finanzjarji tagħhom u l-parteċipazzjoni fl-istrutturi regolatorji tal-inizjattiva;

Billi skont id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324, il-Ġordan isir Stat Parteċipant fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (“PRIMA”) soġġett għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Unjoni li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-Ġordan fi PRIMA;

Billi l-Ġordan esprima x-xewqa tiegħu li jissieħeb fi PRIMA bħala Stat Parteċipant, fl-istess livell tal-Istati Membri tal-Unjoni u tal-pajjiżi terzi assoċjati ma' Orizzont 2020 li jipparteċipaw fi PRIMA;

Billi huwa meħtieġ ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u l-Ġordan biex jiġu rregolati d-drittijiet u l-obbligi tal-Ġordan bħala Stat Parteċipant fi PRIMA;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iskop

L-iskop ta' dan il-Ftehim huwa li jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (“PRIMA”).

Artikolu 2

Termini u kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-Ġordan fi PRIMA

It-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Ġordan fi PRIMA għandhom ikun dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324. Il-Partijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti bid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 u għandhom jieħdu l-miżuri xierqa, b'mod partikolari billi jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa sabiex jiżguraw l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(3) u (4) ta' dik id-Deċiżjoni. L-arranġamenti dettaljati għall-assistenza għandhom jiġu miftiehma bejn il-Partijiet, peress li dawn l-arranġamenti huma essenzjali għall-kooperazzjoni ta' bejniethom skont dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom jiġu applikati t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Ġordan.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u durata

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess.

2.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha ż-żewġ Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin permezz tal-kanali diplomatiċi li l-proċeduri msemmija fil- paragrafu 1 ġew konklużi.

3.   Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ sakemm id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tibqa' fis-seħħ, diment li ma jiġix terminat minn waħda mill-Partijiet skont l-Artikolu 5.

Artikolu 5

Terminazzjoni

1.   Kwalunkwe Parti tista' tittermina dan il-Ftehim fi kwalunkwe mument b'avviż bil-miktub li jinforma lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni li tittermina dan il-Ftehim.

It-terminazzjoni għandha ssir effettiva sitt xhur wara d-data li fiha l-avviż bil-miktub ikun wasal għand id-destinatarju.

2.   Il-proġetti u l-attivitajiet li jkunu għaddejjin fil-mument tat-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jissoktaw sakemm jitlestew skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim.

3.   Il-Partijiet għandhom jirriżolvu b'kunsens komuni kwalunkwe konsegwenza oħra tat-terminazzjoni.

Artikolu 6

Riżoluzzjoni tat-tilwim

Il-proċedura ta' riżoluzzjoni tat-tilwim prevista fl-Artikolu 97 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju għandha tapplika għat-tilwim kollu marbut mal-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Dan il-Ftehim għandu jitfassal b'kopji duplikati bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bl-Ungeriż, bl-Isvediż u bl-Għarbi, bit-testi kollha ugwalment awtentiċi.

Съставено в Суейме на десети ноември две хиляди и седемнадесета година.

Hecho en Sweimeh el diez de noviembre de dos mil diecisiete.

Ve Sweimehu dne desátého listopadu dva tisíce sedmnáct.

Udfærdiget i Sweimeh den tiende november i år to tusind og sytten.

Geschehen zu Sweimeh am zehnten November zweitausendsiebzehn.

Kahe tuhande seitsmeteistkümnenda aasta novembrikuu kümnendal päeval Sweimeh’s.

Sweimeh, τη δέκατη ημέρα του Νοεμβρίου του έτους δύο χιλιάδες δεκαεπτά.

Done at Sweimeh on the tenth day of November in the year two thousand and seventeen.

Fait à Sweimeh, le dix novembre deux mille dix-sept.

Sastavljeno u Sweimehu desetog studenoga dvije tisuće sedamnaeste.

Fatto a Sweimeh, addì 10 novembre duemiladiciassette.

Sveimē, divi tūkstoši septiņpadsmitā gada desmitajā novembrī.

Priimta du tūkstančiai septynioliktųjų metų lapkričio dešimtą dieną Sveimoje.

Kelt Sweimehben, a kétezer-tizenhetedik év november havának tizedik napján.

Magħmul fi Sweimeh fl-għaxar jum ta' Novembru fis-sena elfejn u sbatax.

Gedaan te Sweimeh, tien november tweeduizend zeventien.

Sporządzono w Sweimeh w dniu dziesiątego listopada dwa tysiące siedemnastego roku.

Feito em Sweimeh, aos dez dias do mês de novembro do ano dois mil e dezassete.

Întocmit la Sweimeh, la zece noiembrie două mii șaptesprezece.

V meste Sweimeh, desiateho novembra dvetisícsedemnásť.

V Sweimehu, dne desetega novembra leta dva tisoč sedemnajst.

Tehty Sweimehissä kymmenentenä päivänä marraskuuta vuonna kaksituhattaseitsemäntoista.

Utfärdat i Sweimeh den tionde november år tjugohundrasjutton.

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

За Хашемитското кралство Йордания

Por el Reino Hachemí de Jordania

Za Jordánské hášimovské království

For Det Hashemitiske Kongerige Jordan

Für das Haschemitische Königreich Jordanien

Jordaania Hašimiidi Kuningriigi nimel

Για το Χασεμιτικό Βασίλειο της Ιορδανίας

For the Hashemite Kingdom of Jordan

Pour le Royaume hachémite de Jordanie

Za Hašemitsku Kraljevinu Jordan

Per il Regno hascemita di Giordania

Jordānijas Hāšimītu Karalistes vārdā –

Jordanijos Hašimitų Karalystės vardu

A Jordán Hásimita Királyság részéről

Għar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan

Voor het Hasjemitisch Koninkrijk Jordanië

W imieniu Jordańskiego Królestwa Haszymidzkiego

Pelo Reino Hachemita da Jordânia

Pentru Regatul Hașemit al Iordaniei

Za Jordánske hášimovské král'ovstvo

Za Hašemitsko kraljevino Jordanijo

Jordanian hašemiittisen kuningaskunnan puolesta

För Hashemitiska konungariket Jordanien

Image

Image


(1)  ĠUUE L 129, 15.5.2002, p. 3.

(2)  ĠUUE L 159, 17.6.2011, p. 108.

(3)  Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri (ĠUUE L 185, 18.7.2017, p. 1).


REGOLAMENTI

29.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2459

tal-5 ta' Diċembru 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 397 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 (2) jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-preżunzjoni tal-post fejn ikun il-klijent biex jiġi ddeterminat il-lok tal-forniment ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir jew tas-servizzi fornuti b'mod elettroniku mogħtija lil persuni mhux taxxabbli.

(2)

L-evalwazzjoni tar-rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' dawk il-preżunzjonijiet uriet li huwa estremament ta' piż għall-persuna taxxabbli li tkun stabbilita fi Stat Membru u li tforni tali servizzi lil persuna mhux taxxabbli fi Stati Membri oħra biex tikseb, f'ċerti ċirkostanzi, żewġ elementi ta' evidenza mhux kontradittorji tal-post fejn il-klijent tagħha jkun stabbilit jew ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment jirrisjedi.

(3)

Il-piż huwa partikolarment oneruż għal kumpaniji żgħar u ta' daqs medju. Jenħtieġ li r-rekwiżit għal element wieħed ta' evidenza jissimplifika l-obbligi għal tali kumpaniji li l-forniment intra-Komunitarju minnhom lil konsumaturi fi Stati Membri oħra jkun taħt ċertu limitu.

(4)

Is-simplifikazzjoni tar-rekwiżit għall-prova tal-post fejn ikun il-klijent hija komplementarja għall-emendi introdotti bl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 (3) fl-iskemi speċjali stabbiliti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE u għalhekk jenħtieġ li tapplika mill-istess data.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 24b tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 jinbidel kif ġej:

“Artikolu 24b

Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/112/KE, fejn ikunu fornuti servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir jew servizzi fornuti b'mod elettroniku lil persuna mhux taxxabbli:

(a)

permezz tal-linja fissa tat-telefon tiegħu, għandu jkun preżunt li l-klijent huwa stabbilit, jew għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment hu residenti fil-post fejn tkun installata l-linja fissa;

(b)

permezz ta' netwerks mobbli, għandu jkun preżunt li l-post fejn il- klijent ikun stabbilit, jew għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment hu residenti fil-pajjiż identifikat mill-kodiċi ċellulari nazzjonali tal-kard tas-SIM li tintuża meta jiġu rċevuti dawk is-servizzi;

(c)

li għaliha jkun meħtieġ l-użu ta' decoder jew apparat simili jew ta' kard ta' riċezzjoni u mingħajr ma tintuża linja tat-telefon fissa, għandu jkun preżunt li l-klijent huwa stabbilit, jew għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment hu residenti fil-post fejn ikun jinsab dak id-decoder jew apparat simili, jew jekk dak il-post ma jkunx magħruf, il-post fejn tintbagħat il-kard ta' riċezzjoni bil-ħsieb li tintuża hemmhekk;

(d)

f'ċirkostanzi li mhumiex dawk imsemmijin fl-Artikolu 24a u fil- punti (a), (b) u (c) ta' dan l-Artikolu, għandu jkun preżunt li l-klijent huwa stabbilit, jew għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment hu residenti fil-post identifikat bħala tali mill-fornitur abbażi ta' żewġ elementi ta' evidenza mhux kontradittorji kif elenkati fl-Artikolu 24f ta' dan ir-Regolament.

Mingħajr preġudizzju għall-punt (d) tal-ewwel paragrafu, għall-fornimenti ta' servizzi li jaqgħu taħt dak il-punt, fejn il-valur totali ta' tali fornimenti, mingħajr VAT, ipprovduti minn persuna taxxabli mill-istabbiliment tan-negozju tagħha jew stabbiliment fiss li jinsab fi Stat Membru, li ma jaqbżux il-EUR 100 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, fis-sena kalendarja kurrenti u preċedenti, il-preżunzjoni għandha tkun li l-klijent huwa stabbilit, jew għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment hu residenti fil-post identifikat bħala tali mill-fornitur abbażi ta' element wieħed ta' evidenza pprovdut minn persuna involuta fil-forniment tas-servizzi li ma tkunx il-fornitur jew il-klijent, kif elenkat fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 24f.

Fejn, matul sena kalendarja, ikun inqabeż il-livell previst fit-tieni paragrafu, dak il-paragrafu ma għandux japplika minn dak il-mument u sa meta l-kondizzjonijiet previsti f'dak il-paragrafu jerġgħu jkunu sodisfatti.

Il-valur korrispondenti tal-ammont fil-munita nazzjonali għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fid-data tal-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2459 (*1).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TÕNISTE


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 77, 23.3.2011, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 7).


29.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2460

tat-30 ta' Ottubru 2017

li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali, rigward il-lista tal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jippreskrivi r-regoli ġenerali għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità, inter alia, mar-regoli dwar l-iġjene tal-ikel. Skont dak ir-Regolament, il-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea (“il-laboratorji ta' referenza tal-UE”) huma responsabbli, b'mod partikolari, biex jipprovdu d-dettalji tal-metodi analitiċi lil-laboratorji ta' referenza nazzjonali, u biex jikkoordinaw l-applikazzjoni ta' tali metodi. Il-laboratorji ta' referenza tal-UE huma elenkati fl-Anness VII ta' dak ir-Regolament.

(2)

Il-programm ta' ħidma tal-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib huwa essenzjalment immirat biex jipprovdi metodi analitiċi u biex jiżgura approċċ komuni għat-testijiet tal-profiċjenza interlaboratorji mwettqa mil-laboratorji ta' referenza nazzjonali fuq l-indikaturi tal-kwalità, bħall-għadd taċ-ċelloli somatiċi u l-mikrobi. L-għarfien espert l-aktar aġġornat dwar kif jitwettqu b'mod xieraq dawk l-analiżijiet issa huwa stabbilit sew, kemm mal-laboratorji uffiċjali li jwettqu l-kontrolli uffiċjali kif ukoll mal-laboratorji li qed jintużaw dejjem aktar min-negozji tal-ikel biex janalizzaw dawk l-indikaturi, li huma fattur li jiddetermina l-prezz tal-ħalib miġbur fir-razzett.

(3)

Il-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ma għadux meħtieġ fi ħdan l-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jitneħħa mil-lista tal-laboratorji ta' referenza tal-UE stabbilita fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(4)

L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, jitħassar il-punt 1.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.


DEĊIŻJONIJIET

29.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2017/2461

tat-12 ta' Diċembru 2017

li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (1),

Billi:

(1)

Meta jkun meħtieġ li att jiġi adottat mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi verifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

(2)

Dak il-perċentwal jiġi kkalkolat skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stipulati fl-Anness III tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (“ir-Regoli ta' Proċedura”).

(3)

L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura jipprevedi li, b'effett mill-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati f'dak l-Anness, f'konformità mad-data disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regoli ta' Proċedura jiġu emendati kif meħtieġ għas-sena 2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regoli ta' Proċedura huwa sostitwit b'dan li ġej:

ANNESS III

Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4) TUE u tal-Artikolu 238(2) u (3) TFUE, il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, kif ukoll il-perċentwal tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru relattivament għall-popolazzjoni tal-Unjoni, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018, għandhom ikunu kif ġej:

Stat Membru

Popolazzjoni

Perċentwal tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni (%)

Ġermanja

82 437 641

16,10

Franza

67 024 633

13,09

Renju Unit

65 808 573

12,85

Italja

61 219 113

11,95

Spanja

46 528 966

9,08

Polonja

37 972 964

7,41

Rumanija

19 638 309

3,83

Netherlands

17 220 721

3,36

Belġju

11 365 834

2,22

Greċja

10 757 293

2,10

Repubblika Ċeka

10 467 628

2,04

Portugall

10 309 573

2,01

Ungerija

10 080 000

1,97

Żvezja

9 797 561

1,91

Awstrija

8 752 500

1,71

Bulgarija

7 101 859

1,39

Danimarka

5 743 947

1,12

Finlandja

5 499 447

1,07

Slovakkja

5 435 343

1,06

Irlanda

4 774 833

0,93

Kroazja

4 154 213

0,81

Litwanja

2 847 904

0,56

Slovenja

2 065 895

0,40

Latvja

1 950 116

0,38

Estonja

1 315 635

0,26

Ċipru

854 802

0,17

Lussemburgu

589 370

0,12

Malta

440 433

0,09

UE 28

512 155 106

 

Livell limitu (65 %)

332 900 819

 

”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

S. MIKSER


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).


29.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2462

tat-18 ta' Diċembru 2017

li tawtorizza lil-Lussemburgu u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 81(3), flimkien mal-Artikolu 218 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet bħala wieħed mill-għanijiet tagħha l-promozzjoni tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-minuri, kif iddikjarat fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-miżuri għall-protezzjoni tal-minuri kontra t-teħid jew żamma illeċiti huma parti essenzjali minn dik il-politika.

(2)

Il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (2) (“Regolament Brussell IIa”), li għandu l-għan li jħares lill-minuri mill-effetti dannużi tat-teħid jew żamma illeċiti u li jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura r-ritorn minnufih tagħhom lejn l-Istat tar-residenza abitwali tagħhom, kif ukoll li jiżgura l-ħarsien tad-drittijiet tal-aċċess u tad-drittijiet tal-kustodja.

(3)

Ir-Regolament Brussell IIa jikkumplimenta u jirrinforza l-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (“il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980”) li tistabbilixxi, fil-livell internazzjonali, sistema ta' obbligi u kooperazzjoni fost l-Istati kontraenti u bejn l-awtoritajiet ċentrali u għandha l-għan li tiżgura r-ritorn minnufih ta' minuri li jittieħdu jew jinżammu illeċitament.

(4)

L-Istati Membri kollha tal-Unjoni huma partijiet għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980.

(5)

L-Unjoni tinkoraġġixxi lil Stati terzi biex jaċċedu għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 u tappoġġa l-implimentazzjoni korretta tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 billi tieħu sehem, flimkien mal-Istati Membri, fost oħrajn, fil-kummissjonijiet speċjali organizzati fuq bażi regolari mill-Konferenza tal-Aja dwar id-dritt internazzjonali privat.

(6)

Qafas legali komuni applikabbli bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u Stati terzi jista' jkun l-aħjar soluzzjoni għal każijiet sensittivi ta' ħtif internazzjonali ta' minuri.

(7)

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 tistipula li hija tapplika bejn l-Istat aderenti u dawk l-Istati kontraenti li jkunu ddikjaraw li aċċettaw l-adeżjoni.

(8)

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 ma tippermettix li organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika bħall-Unjoni jsiru partijiet għaliha. Għalhekk, l-Unjoni la tista' taderixxi ma' dik il-Konvenzjoni, u lanqas ma tista' tiddepożita dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' Stat aderenti.

(9)

Skont l-Opinjoni 1/13 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (3), id-dikjarazzjonijiet ta' aċċettazzjoni taħt il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 jaqgħu taħt il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni.

(10)

Il-Georgia ddepożitat l-istrument ta' adeżjoni tagħha għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fl-24 ta' Lulju 1997. Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 daħlet fis-seħħ għall-Georgia fl-1 ta' Ottubru 1997.

(11)

L-Istati Membri kkonċernati kollha, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka, tal-Lussemburgu u tar-Rumanija, diġà aċċettaw l-adeżjoni tal-Georgia mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. Il-Georgia aċċettat l-adeżjoni tal-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u Malta mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni fil-Georgia wasslet għall-konklużjoni li l-Lussemburgu u r-Rumanija jinsabu f'pożizzjoni li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni, l-adeżjoni tal-Georgia skont it-termini tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980.

(12)

L-Afrika t'Isfel ddepożitat l-istrument ta' adeżjoni tagħha għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fit-8 ta' Lulju 1997. Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 daħlet fis-seħħ għall-Afrika t'Isfel fl-1 ta' Ottubru 1997.

(13)

L-Istati Membri kkonċernati kollha, bl-eċċezzjoni tal-Lussemburgu u tar-Rumanija, diġà aċċettaw l-adeżjoni tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. L-Afrika t'Isfel aċċettat l-adeżjoni tal-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u Malta mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni fl-Afrika t'Isfel wasslet għall-konklużjoni li l-Lussemburgu u r-Rumanija jinsabu f'pożizzjoni li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni, l-adeżjoni tal-Arika t'Isfel skont it-termini tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980.

(14)

Għalhekk jenħtieġ li l-Lussemburgu u r-Rumanija jkunu awtorizzati jiddepożitaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom ta' aċċettazzjoni tal-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fl-interess tal-Unjoni skont it-termini stipulati f'din id-Deċiżjoni. L-Istati Membri l-oħrajn tal-Unjoni li diġà aċċettaw l-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 ma jeħtiġux li jiddepożitaw dikjarazzjonijiet ġodda ta' aċċettazzjoni billi d-dikjarazzjonijiet eżistenti jibqgħu validi taħt il-liġi internazzjonali pubblika.

(15)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbutin bir-Regolament Brussell IIa u qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(16)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Lussemburgu u r-Rumanija huma b'dan awtorizzati li jaċċettaw l-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fl-interess tal-Unjoni.

2.   Il-Lussemburgu u r-Rumanija għandhom, sa mhux aktar tard mid-19 ta' Diċembru 2018, jiddepożitaw dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni tal-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980, fl-interess tal-Unjoni, li għandha tkun ifformulata kif ġej:

“[L-isem sħiħ tal-ISTAT MEMBRU] jiddikjara li jaċċetta l-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2462”.

3.   Il-Lussemburgu u r-Rumanija għandhom jinfurmaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bid-depożitu tad-dikjarazzjonijiet tagħhom ta' aċċettazzjoni tal-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 u għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dikjarazzjonijiet fi żmien xahrejn minn meta jiddepożitawhom lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Dawk l-Istati Membri li ddepożitaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom ta' aċċettazzjoni tal-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiddepożitaw dikjarazzjonijiet ġodda.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil-Lussemburgu u lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON


(1)  Opinjoni tat-30 ta' Novembru 2017 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1).

(3)  ECLI:EU:C:2014:2303.


29.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/41


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2463

tat-18 ta' Diċembru 2017

li tawtorizza lill-Kroazja, lin-Netherlands, lill-Portugall u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni ta' San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 81(3), flimkien mal-Artikolu 218 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet bħala wieħed mill-għanijiet tagħha l-promozzjoni tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-minuri, kif iddikjarat fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-miżuri għall-protezzjoni tal-minuri kontra t-teħid jew żamma illeċiti huma parti essenzjali minn dik il-politika.

(2)

Il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (2) (“Regolament Brussell IIa”), li għandu l-għan li jħares lill-minuri mill-effetti dannużi tat-teħid jew żamma illeċiti u li jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura r-ritorn minnufih tagħhom lejn l-Istat tar-residenza abitwali tagħhom, kif ukoll li jiżgura l-ħarsien tad-drittijiet tal-aċċess u tad-drittijiet tal-kustodja.

(3)

Ir-Regolament Brussell IIa jikkumplimenta u jirrinforza l-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (“il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980”) li tistabbilixxi, fil-livell internazzjonali, sistema ta' obbligi u kooperazzjoni fost l-Istati kontraenti u bejn l-awtoritajiet ċentrali u għandha l-għan li tiżgura r-ritorn minnufih ta' minuri li jittieħdu jew jinżammu illeċitament.

(4)

L-Istati Membri kollha tal-Unjoni huma partijiet għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980.

(5)

L-Unjoni tinkoraġġixxi lil Stati terzi biex jaċċedu għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 u tappoġġa l-implimentazzjoni korretta tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 billi tieħu sehem, flimkien mal-Istati Membri, fost oħrajn, fil-kummissjonijiet speċjali organizzati fuq bażi regolari mill-Konferenza tal-Aja dwar id-dritt internazzjonali privat.

(6)

Qafas legali komuni applikabbli bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u Stati terzi jista' jkun l-aħjar soluzzjoni għal każijiet sensittivi ta' ħtif internazzjonali ta' minuri.

(7)

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 tistipula li hija tapplika bejn l-Istat aderenti u dawk l-Istati kontraenti li jkunu ddikjaraw li aċċettaw l-adeżjoni.

(8)

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 ma tippermettix li organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika bħall-Unjoni jsiru partijiet għaliha. Għalhekk, l-Unjoni la tista' taderixxi ma' dik il-Konvenzjoni, u lanqas ma tista' tiddepożita dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' Stat aderenti.

(9)

Skont l-Opinjoni 1/13 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (3), id-dikjarazzjonijiet ta' aċċettazzjoni taħt il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 jaqgħu taħt il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni.

(10)

San Marino ddepożita l-istrument ta' adeżjoni tiegħu mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fl-14 ta' Diċembru 2006. Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 daħlet fis-seħħ għal San Marino fl-1 ta' Marzu 2007.

(11)

L-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni tal-Kroazja, tad-Danimarka, tan-Netherlands, tal-Portugall u tar-Rumanija, diġà aċċettaw l-adeżjoni ta' San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. Valutazzjoni tas-sitwazzjoni f'San Marino wasslet għall-konklużjoni li l-Kroazja, in-Netherlands, il-Portugall u r-Rumanija jinsabu f'pożizzjoni li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni, l-adeżjoni ta' San Marino skont it-termini tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980.

(12)

Għalhekk jenħtieġ li l-Kroazja, in-Netherlands, il-Portugall u r-Rumanija jkunu awtorizzati li jiddepożitaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom ta' aċċettazzjoni tal-adeżjoni ta' San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fl-interess tal-Unjoni skont it-termini stipulati f'din id-Deċiżjoni. L-Istati Membri l-oħrajn tal-Unjoni li diġà aċċettaw l-adeżjoni ta' San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 ma jeħtiġux li jiddepożitaw dikjarazzjonijiet ġodda ta' aċċettazzjoni, peress li d-dikjarazzjonijiet eżistenti jibqgħu validi taħt il-liġi internazzjonali pubblika.

(13)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbutin bir-Regolament Brussell IIa u qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(14)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Kroazja, in-Netherlands, il-Portugall u r-Rumanija huma b'dan awtorizzati biex jaċċettaw l-adeżjoni ta' San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fl-interess tal-Unjoni.

2.   L-Istati Membri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom, sa mhux aktar tard mid-19 ta' Diċembru 2018, jiddepożitaw dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni tal-adeżjoni ta' San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fl-interess tal-Unjoni, li għandha tkun ifformulata kif ġej:

“[L-isem sħiħ tal-ISTAT MEMBRU] jiddikjara li jaċċetta l-adeżjoni ta' San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2463”.

3.   L-Istati Membri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bid-depożitu tad-dikjarazzjonijiet tagħhom ta' aċċettazzjoni tal-adeżjoni ta' San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 u għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dikjarazzjonijiet fi żmien xahrejn minn meta jiddepożitawhom lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Dawk l-Istati Membri li ddepożitaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom ta' aċċettazzjoni tal-adeżjoni ta' San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiddepożitaw dikjarazzjonijiet ġodda.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kroazja, lin-Netherlands, lill-Portugall u lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON


(1)  Opinjoni tat-30 ta' Novembru 2017 (għadha mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1).

(3)  ECLI:EU:C:2014:2303.


29.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/43


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2464

tat-18 ta' Diċembru 2017

li tawtorizza lill-Awstrija u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta' El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 81(3), flimkien mal-Artikolu 218 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet bħala wieħed mill-għanijiet tagħha l-promozzjoni tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-minuri, kif iddikjarat fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-miżuri għall-protezzjoni tal-minuri kontra t-teħid jew żamma illeċiti huma parti essenzjali minn dik il-politika.

(2)

Il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (2) (“Regolament Brussell IIa”), li għandu l-għan li jħares lill-minuri mill-effetti dannużi tat-teħid jew żamma illeċiti u li jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura r-ritorn minnufih tagħhom lejn l-Istat tar-residenza abitwali tagħhom, kif ukoll li jiżgura l-ħarsien tad-drittijiet tal-aċċess u tad-drittijiet tal-kustodja.

(3)

Ir-Regolament Brussell IIa jikkumplimenta u jirrinforza l-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (“il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980”) li tistabbilixxi, fil-livell internazzjonali, sistema ta' obbligi u kooperazzjoni fost l-Istati kontraenti u bejn l-awtoritajiet ċentrali u għandha l-għan li tiżgura r-ritorn minnufih ta' minuri li jittieħdu jew jinżammu illeċitament.

(4)

L-Istati Membri kollha tal-Unjoni huma partijiet għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980.

(5)

L-Unjoni tinkoraġġixxi lil Stati terzi biex jaċċedu għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 u tappoġġa l-implimentazzjoni korretta tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 billi tieħu sehem, flimkien mal-Istati Membri, fost oħrajn, fil-kummissjonijiet speċjali organizzati fuq bażi regolari mill-Konferenza tal-Aja dwar id-dritt internazzjonali privat.

(6)

Qafas legali komuni applikabbli bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u Stati terzi jista' jkun l-aħjar soluzzjoni għal każijiet sensittivi ta' ħtif internazzjonali ta' minuri.

(7)

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 tistipula li hija tapplika bejn l-Istat aderenti u dawk l-Istati kontraenti li jkunu ddikjaraw li aċċettaw l-adeżjoni.

(8)

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 ma tippermettix li organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika bħall-Unjoni jsiru partijiet għaliha. Għalhekk, l-Unjoni la tista' taderixxi ma' dik il-Konvenzjoni, u lanqas ma tista' tiddepożita dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' Stat aderenti.

(9)

Skont l-Opinjoni 1/13 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (3), id-dikjarazzjonijiet ta' aċċettazzjoni taħt il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 jaqgħu taħt il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni.

(10)

Il-Panama ddepożita l-istrument ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fit-2 ta' Frar 1994. Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 daħlet fis-seħħ għall-Panama fl-1 ta' Mejju 1994.

(11)

L-Istati Membri kkonċernati kollha, bl-eċċezzjoni tal-Awstrija u tar-Rumanija, diġà aċċettaw l-adeżjoni tal-Panama mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. Il-Panama aċċettat l-adeżjoni tal-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta u s-Slovenja mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni fil-Panama wasslet għall-konklużjoni li l-Awstrija u r-Rumanija jinsabu f'pożizzjoni li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni, l-adeżjoni tal-Panama skont it-termini tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980.

(12)

L-Urugwaj iddepożita l-istrument ta' adeżjoni tiegħu mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fit-18 ta' Novembru 1999. Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 daħlet fis-seħħ għall-Urugwaj fl-1 ta' Frar 2000.

(13)

L-Istati Membri kkonċernati kollha, bl-eċċezzjoni tal-Awstrija u tar-Rumanija, diġà aċċettaw l-adeżjoni tal-Urugwaj mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. L-Urugwaj aċċetta l-adeżjoni tal-Bulgarija, l-Estonja, l-Latvja u l-Litwanja mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni fl-Urugwaj wasslet għall-konklużjoni li l-Awstrija u r-Rumanija jinsabu f'pożizzjoni li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni, l-adeżjoni tal-Urugwaj skont it-termini tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980.

(14)

Il-Kolombja ddepożitat l-istrument tal-adeżjoni tagħha mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fit-13 ta' Diċembru 1995. Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 daħlet fis-seħħ għall-Kolombja fl-1 ta' Marzu 1996.

(15)

L-Istati Membri kkonċernati kollha, bl-eċċezzjoni tal-Awstrija u tar-Rumanija, diġà aċċettaw l-adeżjoni tal-Kolombja mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. Il-Kolombja aċċettat l-adeżjoni tal-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u Malta mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni fil-Kolombja wasslet għall-konklużjoni li l-Awstrija u r-Rumanija jinsabu f'pożizzjoni li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni, l-adeżjoni tal-Kolombja skont it-termini tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980.

(16)

El Salvador ddepożita l-istrument ta' adeżjoni tiegħu mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fil-5 ta' Frar 2001. Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 daħlet fis-seħħ għal El Salvador fl-1 ta' Mejju 2001.

(17)

L-Istati Membri kkonċernati kollha, bl-eċċezzjoni tal-Awstrija u tar-Rumanija, diġà aċċettaw l-adeżjoni ta' El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. El Salvador aċċetta l-adeżjoni tal-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni f'El Salvador wasslet għall-konklużjoni li l-Awstrija u r-Rumanija jinsabu f'pożizzjoni li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni, l-adeżjoni ta' El Salvador skont it-termini tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980.

(18)

Għalhekk jenħtieġ li l-Awstrija u r-Rumanija jkunu awtorizzati jiddepożitaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom ta' aċċettazzjoni tal-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta' El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fl-interess tal-Unjoni skont it-termini stipulati f'din id-Deċiżjoni. L-Istati Membri l-oħrajn tal-Unjoni li diġà aċċettaw l-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta' El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 ma jeħtiġux li jiddepożitaw dikjarazzjonijiet ġodda ta' aċċettazzjoni billi d-dikjarazzjonijiet eżistenti jibqgħu validi taħt il-liġi internazzjonali pubblika.

(19)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbutin bir-Regolament Brussell IIa u qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(20)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Awstrija u r-Rumanija huma b'dan awtorizzati li jaċċettaw l-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta' El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fl-interess tal-Unjoni.

2.   L-Awstrija u r-Rumanija għandhom, sa mhux aktar tard mid-19 ta' Diċembru 2018, jiddepożitaw dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni tal-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta' El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980, fl-interess tal-Unjoni, li għandha tkun ifformulata kif ġej:

“[L-isem sħiħ tal-ISTAT MEMBRU] jiddikjara li jaċċetta l-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta' El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2464”.

3.   L-Awstrija u r-Rumanija għandhom jinformaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bid-depożitu tad-dikjarazzjoni tagħhom ta' aċċettazzjoni tal-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta' El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 u għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dikjarazzjonijiet fi żmien xahrejn minn meta jiddepożitawhom lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Dawk l-Istati Membri li ddepożitaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom ta' aċċettazzjoni tal-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta' El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiddepożitaw dikjarazzjonijiet ġodda.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Awstrija u lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON


(1)  Opinjoni tat-30 ta' Novembru 2017 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1).

(3)  ECLI:EU:C:2014:2303.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

29.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/46


ID-DEĊIŻJONI Nru 1/2017 TAL-KUMITAT KONĠUNT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA STABBILIT PERMEZZ TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

tad-29 ta' Novembru 2017

li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2017/2465]

IL-KUMITAT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn 'il quddiem magħruf bħala “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim, mill-1 ta' Frar 2018.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Novembru 2017.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Filip CORNELIS

Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera

Christian HEGNER


ANNESS

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

Bis-saħħa tat-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tissostitwixxi u tissuċċedi l-Komunità Ewropea;

Kull fejn l-atti speċifikati f'dan l-Anness fihom referenzi għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, kif sostitwita bl-Unjoni Ewropea, jew rekwiżit għal rabta ma' tal-aħħar, ir-referenzi għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim, jinftiehmu li japplikaw b'mod ugwali għall-Iżvizzera jew għar-rekwiżit tar-rabta mal-Iżvizzera;

Ir-referenzi għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 u (KEE) Nru 2408/92 li saru fl-Artikoli 4, 15, 18, 27 u 35 tal-Ftehim, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta' dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur tal-ajru Komunitarju” li ssir referenza għalih fid-direttivi u fir-regolamenti tal-Komunità li ġejjin għandu jinkludi trasportatur tal-ajru li huwa liċenzjat u li għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu u, jekk jeżisti, l-uffiċju reġistrat tiegħu fl-Iżvizzera f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Kwalunkwe referenza għar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008;

Kwalunkwe referenza fit-testi li ġejjin għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jew għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tinftiehem li tfisser l-Artikoli 8 u 9 ta' dan il-Ftehim.

1.   Liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli tal-avjazzjoni ċivili oħrajn

Nru 1008/2008

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità.

Nru 2000/79

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Ajru (IACA).

Nru 93/104

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1993 dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif emendata permezz ta':

Id-Direttiva 2000/34/KE.

Nru 437/2003

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru.

Nru 1358/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Annessi I u II tiegħu, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 158/2007.

Nru 785/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010.

Nru 95/93

Ir-Regolament tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12), kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament (KE) Nru 793/2004.

Nru 2009/12

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti

Nru 96/67

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità

(l-Artikoli 1-9, 11-23, u 25).

Nru 80/2009

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89

2.   Regoli tal-kompetizzjoni

Nru 1/2003

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (l-Artikoli 1-13, 15-45)

(Sal-punt li dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan il-ftehim. L-inserzjoni ta' dan ir-Regolament ma taffettwax it-tqassim tal-kompiti skont dan il-ftehim)

Nru 773/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008.

Nru 139/2004

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet)

(l-Artikoli 1-18, 19(1)-(2), u 20-23).

Fir-rigward tal-Artikoli 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet għandu japplika li ġej bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera:

(1)

Fir-rigward ta' konċentrazzjoni kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li ma għandux dimensjoni tal-Komunità fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 1 ta' dak ir-Regolament u li jista' jiġi rieżaminat skont il-liġijiet tal-kompetizzjoni nazzjonali ta' mill-inqas tliet Stati Membri tal-KE u tal-Konfederazzjoni Żvizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikoli 4(2) ta' dak ir-Regolament jistgħu, qabel kwalunkwe notifika mill-awtoritajiet kompetenti, jinformaw lill-Kummissjoni tal-KE permezz ta' sottomissjoni motivata li l-konċentrazzjoni jenħtieġ li tiġi eżaminata mill-Kummissjoni.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti s-sottomissjonijiet kollha skont l-Artikoli 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti lill-Konfederazzjoni Żvizzera mingħajr dewmien.

(3)

Fejn il-Konfederazzjoni Żvizzera tkun esprimiet in-nuqqas ta' qbil tagħha fir-rigward tat-talba biex tirreferi l-każ, l-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera għandha żżomm il-kompetenza tagħha, u l-każ ma għandux jiġi riferut mill-Konfederazzjoni Żvizzera skont dan il-paragrafu.

Fir-rigward tal-limiti ta' żmien msemmija fl-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikoli 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet:

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti d-dokumenti rilevanti kollha skont l-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6) u l-Artikolu 22(2) lill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera mingħajr dewmien.

(2)

Il-kalkolu tal-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jibda, għall-Konfederazzjoni Żvizzera, mal-wasla tad-dokumenti rilevanti mill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera.

Nru 802/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-21 ta' April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (l-Artikoli 1-24), kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013

Nru 2006/111

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi

Nru 487/2009

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru

3.   Sikurezza tal-avjazzjoni

Nru 216/2008

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2009,

Ir-Regolament (KE) Nru 1108/2009,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 6/2013,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/4.

L-Aġenzija għandha tgawdi wkoll fl-Iżvizzera mis-setgħat mogħtija lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tgawdi wkoll fl-Iżvizzera mis-setgħat mogħtija lilha għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 14(5),(7), l-Artikolu 24(5), l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 38(3)(i), l-Artikolu 39(1), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3),(5), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 54(1) u l-Artikolu 61(3).

Minkejja l-adattament orizzontali previst fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” magħmula fl-Artikolu 65 tar-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE imsemmija f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.

Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jitqies sabiex isir trasferiment lejn l-awtorità EASA biex taġixxi f'isem l-Iżvizzera taħt ftehimiet internazzjonali għal skopijiet oħra milli li tassisti fil-qadi tal-obbligi tagħha skont tali ftehimiet.

It-test tar-Regolament għandu, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqara bl-adattamenti li ġej:

(a)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”;

(ii)

fil-paragrafu 2(a), il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”;

(iii)

fil-paragrafu 2 jitħassru l-punti (b) u (c);

(iv)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Kull meta l-Komunità tinnegozja ma' pajjiż terz sabiex tikkonkludi ftehim sakemm Stat Membru jew l-Aġenzija jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati abbażi ta' ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet ajrunawtiċi ta' dak il-pajjiż terz, għandha tagħmel ħilitha biex tikseb għall-Iżvizzera offerta ta' ftehim simili mal-pajjiż terz inkwistjoni. L-Iżvizzera għandha, min-naħa tagħha, tagħmel ħilitha biex tikkonkludi ftehimiet ma' pajjiżi terzi li jikkorrispondu għal dawk ta' mal-Komunità”.

(b)

Fl-Artikolu 29 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjiegi għal Impjegati Oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej, iċ-ċittadini Żvizzeri li jgawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu impjegati taħt kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.”

(c)

Fl-Artikolu 30 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-Iżvizzera għandha tapplika għall-Aġenzija l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, li huwa stabbilit fl-Anness A tal-Anness preżenti, f'konformità mal-Appendiċi tal-Anness A.”

(d)

Fl-Artikolu 37 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-Iżvizzera għandha tipparteċipa kompletament fil-Bord Amministrattiv u fih għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ħlief id-dritt li tivvota”.

(e)

Fl-Artikolu 59 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“12.   L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1(b), skont il-formula li ġejja:

 

S (0,2/100) + S [1 – (a + b) 0,2/100] c/C

fejn:

S

=

il-parti tal-baġit tal-Aġenzija mhux koperta mit-tariffi u mill-imposti msemmija fil-paragrafu 1(c) u (d),

a

=

l-għadd ta' Stati Assoċjati,

b

=

l-għadd ta' Stati Membri tal-UE,

c

=

il-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għall-baġit tal-ICAO,

C

=

il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati Assoċjati għall-baġit tal-ICAO.”

(f)

Fl-Artikolu 61 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet marbuta mal-kontroll finanzjarju mill-Komunità fl-Iżvizzera li jikkonċernaw lill-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness B tal-Anness preżenti.”

(g)

L-Anness II tar-Regolament għandu jkun estiż biex jinkludi l-inġenji tal-ajru li ġejjin bħala prodotti koperti mill-Artikolu 2(3)(a)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (1):

 

A/c - [HB-IMY, HB-IWY] – tip Gulfstream G-IV,

 

A/c - [HB-IMJ, HB-IVZ, HB-JES] – tip Gulfstream G-V,

 

A/c - [HB-ZCW, HB-ZDF] – tip MD900.

Nru 1178/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 70/2014,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2014,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/445,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/539.

Nru 3922/91

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-3, 4(2), (5-11, u 13), kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006,

Ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008.

Nru 996/2010

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014.

Nru 104/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea.

Nru 2111/2005

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE.

Nru 473/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Nru 474/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/830.

Nru 1332/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/583.

Nru 646/2012

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u ħlasijiet penali perjodiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Nru 748/2012

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 7/2013,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 69/2014,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1039,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/5.

Nru 965/2012

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2014,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/140,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1329,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2338,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1199,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/363.

Nru 2012/780

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar id-drittijiet ta' aċċess għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza u t-tweġibiet tagħhom stabbilit bl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE.

Nru 628/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar metodi ta' operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006.

Nru 139/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2017/161.

Nru 319/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2014 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 593/2007.

Nru 376/2014

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007.

Nru 452/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1158.

Nru 1321/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1088,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1536,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/334.

Nru 2015/340

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011.

Nru 2015/640

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta' operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Nru 2015/1018

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta' klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b'mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Nru 2016/2357

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar in-nuqqas ta' konformità effettiva mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċertifikati maħruġin mill-akkademja Ellenika tat-taħriġ fil-qasam tal-avjazzjoni msejħa “Hellenic Aviation Training Academy” (HATA) u ma' liċenzji tal-Parti-66 maħruġin abbażi ta' dawn iċ-ċertifikati.

4.   Sigurtà tal-Avjazzjoni

Nru 300/2008

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002.

Nru 272/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013.

Nru 1254/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2096.

Nru 18/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-8 ta' Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.

Nru 72/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/472.

Nru 2015/1998

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2426.

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/815.

Nru C(2015) 8005

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2015 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li fihom it-tagħrif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, kif emendata permezz ta':

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3030.

5.   Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

Nru 549/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas), kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009.

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Iżvizzera mis-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8, 10, 11 u 12.

L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, il-kliem “fil-livell tal-Komunità” jenħtieġ li jinbidel bil-kliem “fil-livell tal-Komunità, bl-involviment tal-Iżvizzera”.

Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” magħmula fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE imsemmija f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.

Nru 550/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta' Servizz), kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009.

B'rabta mal-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi mis-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 9a, 9b, 15, 15a, 16 u 17.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu u fil-paragrafu 6, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(c)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(d)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(e)

L-Artikolu 16(3) jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u tinforma lill-fornitur tas-servizz dwarha, sa fejn jikkonċernah legalment.”

Nru 551/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Ispazju tal-Arja), kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009.

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Iżvizzera mis-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 3a, 6 u 10.

Nru 552/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta' Interoperabilità), kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009.

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Iżvizzera mis-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 4, 7 u 10(3).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 4, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(c)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

Fit-taqsima 3, it-tieni u l-aħħar inċiż, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

Nru 2150/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru.

Nru 1033/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjiriet fil-fażi ta' qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012.

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2013.

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2120.

Nru 1032/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta' Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta' tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta' notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta' titjiriet, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009.

Nru 219/2007

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008,

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014.

Nru 633/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' protokoll ta' trasferiment ta' messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' titjiriet bejn ċentri ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011.

Nru 2017/373  (2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta' servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011.

Nru 29/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310.

It-test tar-Regolament għandu, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqara bl-adattament li ġej:

“UIR tal-Iżvizzera” tiżdied fl-Anness I, il-parti A.

Nru 262/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta' kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345.

Nru 73/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2014.

Nru 255/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1006.

Nru C(2010)5134

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 2010 dwar il-ħatra ta' Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew.

Nru 176/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2011 dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbilment u l-modifikazzjoni ta' blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali.

Nru 677/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 970/2014.

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373.

Nru 2011/4130

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 dwar in-nomina ta' Maniġer tan-Netwerk għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew.

Nru 1034/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2011 dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010.

Nru 1035/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2014.

Nru 1206/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta' inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew.

It-test tar-Regolament għandu, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqara bl-adattament li ġej:

“UIR tal-Iżvizzera” tiżdied fl-Anness I.

Nru 1207/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1028/2014.

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/386.

Nru 923/2012

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1185.

Nru 1079/2012

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta' spazjar bejn il-kanali ta' komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 657/2013.

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345.

Nru 390/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk.

Nru 391/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru.

Nru 409/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta' proġetti komuni, it-twaqqif ta' governanza u l-identifikazzjoni ta' inċentivi li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru.

Nru 2014/132

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019.

Nru 716/2014

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Pilota Komuni li jsostni l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru.

Nru 2015/2224

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Novembru 2015 dwar il-ħatra tal-President, tal-membri u tas-sostituti tagħhom tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tieni perjodu ta' referenza (2015-2019).

Nru 2016/1373

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Awwissu 2016 li tapprova l-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019).

6.   Ambjent u storbju

Nru 2002/30

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12, u 14-18).

(L-emendi tal-Anness I, li jirriżultaw mill-Anness II, il-Kapitolu 8 (Politika tat-Trasport), it-Taqsima G (Trasport bl-Ajru), il-punt 2 tal-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw).

Nru 89/629

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta' ħsejjes minn ajruplani ċivili jet subsoniċi.

(l-Artikoli 1-8)

Nru 2006/93

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988).

7.   Protezzjoni tal-konsumaturi

Nru 90/314

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż

(l-Artikoli 1-10).

Nru 93/13

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur

(l-Artikoli 1-11).

Nru 2027/97

Ir-Regolament tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti (l-Artikoli 1-8), kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2002.

Nru 261/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

(l-Artikoli 1-18).

Nru 1107/2006

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru.

8.   Mixxellanja

Nru 2003/96

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku

(l-Artikolu 14(1)(b), u l-Artikolu 14(2).

9.   Annessi

A

:

Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

B

:

Dispożizzjonijiet dwar il-kontroll finanzjarju mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-parteċipanti Żvizzeri li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-EASA.


(1)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

(2)  Ir-Regolament 2017/373 huwa applikabbli biss minn Jannar 2020. Madankollu, l-Artikolu 9(2) huwa applikabbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament 2017/373; fir-rigward tal-Aġenzija l-Artikolu 4(1), (2), (5), (6) u (8) u l-Artikolu 5 se japplikaw ukoll mid-data tad-dħul fis-seħħ. Fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi tad-dejta, l-Artikolu 6 se japplika mill-1 ta' Jannar 2019 u, fejn tali fornitur japplika għal u jingħata ċertifikat f'konformità mal-Artikolu 6, mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament 2017/373. Fil-frattemp jibqgħu japplikaw ukoll l-artikoli rilevanti tar-Regolament 482/2008.


ANNESS A

PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJIN,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, f'konformità mal-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“KEEA”), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri tali privileġġi u immunitajiet kif inhuwa neċessarju għall-qadi tal-kompiti tagħhom,

QABLU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;

KAPITOLU I

PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U OPERAZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 1

Il-postijiet u l-binjiet tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Għandhom ikunu eżentati minn tiftix, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma għandhomx ikunu suġġett għal kwalunkwe miżura legali jew amministrattiva ta' restrizzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 2

L-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli.

Artikolu 3

L-Unjoni, l-assi, l-introjtu u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżentati mit-taxxi diretti kollha.

Il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, kull fejn possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa biex iħallsu jew jagħtu lura l-ammont tat-taxxi indiretti jew tat-taxxi tal-bejgħ inkluż fil-prezz tal-proprjetà mobbli jew immobbli, fejn l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xiri sostanzjali li l-prezz tiegħu jinkludi taxxi ta' dan it-tip. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati, madankollu, sabiex ikollhom effett ta' distorsjoni fuq il-kompetizzjoni fl-Unjoni.

Ma għandha tingħata l-ebda eżenzjoni fir-rigward tat-taxxi u tad-dovuti li jammontaw għal sempliċiment imposti għal servizzi ta' utilità pubblika.

Artikolu 4

L-Unjoni għandha tkun eżentata mid-dazji doganali, il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet kollha fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-oġġetti maħsuba għall-użu uffiċjali tagħha: l-oġġetti importati b'dan il-mod ma għandhomx jintremew, irrispettivament hux bi ħlas jew le, fit-territorju tal-pajjiż li fih ġew importati, ħlief taħt kundizzjonijiet approvati mill-gvern ta' dak il-pajjiż.

L-Unjoni għandha tkun eżentata wkoll minn kwalunkwe dazji doganali u kwalunkwe projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.

KAPITOLU II

KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ-PASSER

Artikolu 5

Għall-komunikazzjonijiet uffiċjali tagħhom u t-trażmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom igawdu fit-territorju ta' kull Stat Membru t-trattament akkordat minn dak l-Istat għall-missjonijiet diplomatiċi.

Il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħrajn tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għaċ-ċensura.

Artikolu 6

Il-membri u l-impjegati tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jista' jinħarġilhom laissez-passer fil-forma preskritta mill-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' maġġoranza sempliċi, li għandu jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, mill-Presidenti ta' dawn l-istituzzjonijiet. Dawn il-laissez-passer għandhom jinħarġu lill-uffiċjali u impjegati oħrajn taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' impjegati oħrajn tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi ftehimiet għal dawn il-laissez-passer biex jiġu rikonoxxuti bħala dokumenti validi tal-ivvjaġġar fi ħdan it-territorju ta' pajjiżi terzi.

KAPITOLU III

MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 7

Ma għandha tiġi imposta l-ebda restrizzjoni amministrattiva jew oħra fuq il-moviment liberu tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn jew mill-post tal-laqgħa tal-Parlament Ewropew.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward tad-dwana u kontroll fuq il-kambju, jingħataw:

(a)

mill-gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk li jingħataw lill-uffiċjali anzjani li jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;

(b)

mill-gvern ta' Stati Membri oħrajn, l-istess faċilitajiet bħal dawk li jingħataw lir-rappreżentanti ta' gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji.

Artikolu 8

Il-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe forma ta' inkjesta, detenzjoni jew proċedimenti legali fir-rigward tal-opinjonijiet espressi jew tal-voti magħmula minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom.

Artikolu 9

Matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu:

(a)

fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-Parlament tagħhom;

(b)

fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor, l-immunità minn kwalunkwe miżura ta' detenzjoni u minn proċedimenti legali.

L-immunità bl-istess mod għandha tapplika għall-Membri meta jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post tal-laqgħa tal-Parlament Ewropew.

L-immunità ma tistax tintalab meta Membru jinstab fl-att tat-twettiq ta' reat u ma għandhiex twaqqaf lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja l-immunità ta' wieħed mill-Membri tiegħu.

KAPITOLU IV

RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI LI QED JIPPARTEĊIPAW FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 10

Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fit-twettiq ta' dmirijiethom u matul il-vjaġġi tagħhom lejn u mill-post tal-laqgħa, igawdu mill-privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet abitwali.

Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni.

KAPITOLU V

UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRAJN TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 11

Fit-territorju ta' kull Stat Membru u rrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni għandhom:

(a)

soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati marbuta, minn naħa waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali u impjegati oħrajn lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'tilwim bejn l-Unjoni u l-uffiċjali u impjegati oħrajn tagħha, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward tal-atti mwettqa minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inkluż kliemhom mitkellem jew miktub. Għandhom ikomplu jgawdu minn din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom;

(b)

flimkien mal-konjugi tagħhom u l-membri dipendenti tal-familja tagħhom, mhux soġġetti għal restrizzjonijiet ta' immigrazzjoni jew għal formalitajiet għar-reġistrazzjoni tal-persuni barranin;

(c)

fir-rigward tar-regolamenti tal-munita jew tal-iskambju, jingħataw l-istess faċilitajiet kif jingħataw b'mod abitwali lill-uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom l-ewwel darba li jibdew jaħdmu fil-pajjiż konċernat, u d-dritt li jesportaw mill-ġdid mingħajr dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom, mat-tmiem ta' dmirijiethom f'dak il-pajjiż, soġġett fi kwalunkwe każ għall-kundizzjonijiet ikkunsidrati neċessarji mill-gvern tal-pajjiż fejn dan id-dritt huwa eżerċitat;

(e)

għandhom id-dritt jimportaw mingħajr dazju karozza għall-użu personali tagħhom, miksuba fil-pajjiż tal-aħħar residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma ċittadini skont it-termini ta' amministrazzjoni fis-suq domestiku f'dak il-pajjiż, u li jesportawha mill-ġdid mingħajr dazju, soġġett fi kwalunkwe każ għall-kundizzjonijiet ikkunsidrati neċessarji mill-gvern tal-pajjiż konċernat.

Artikolu 12

L-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni għandhom ikunu responsabbli għal taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq is-salarji, il-pagi jew l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, f'konformità mal-kundizzjonijiet u mal-proċedura stabbilita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu permezz tar-regolamenti f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni tal-istituzzjonijiet konċernati.

Għandhom ikunu eżentati mit-taxxi nazzjonali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa mill-Unjoni.

Artikolu 13

Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, tat-taxxa fuq il-ġid u tad-dazji tal-mewt u fl-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-tassazzjoni doppja konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, l-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni li, sempliċiment minħabba l-qadi ta' dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru ieħor li mhux il-pajjiż ta' domiċilju tagħhom għal finijiet ta' taxxa fil-mument li jibdew jaħdmu mal-Unjoni, għandhom jiġu kkunsidrati, kemm fil-pajjiż tar-residenza proprja tagħhom u fil-pajjiż ta' domiċilju għal finijiet ta' taxxa, li żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar dment li huwa membru tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għall-konjugi, sal-punt li tal-aħħar ma jkunx/tkunx separatament impjegat(a) f'impjieg bi ħlas, u għat-tfal dipendenti fuq u fil-kura tal-persuni msemmija f'dan l-Artikolu.

Il-proprjetà mobbli li tappartjeni għall-persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li jinsabu fit-territorju tal-pajjiż fejn qed jgħixu għandhom ikunu eżentati mid-dazji tal-mewt f'dak il-pajjiż; tali proprjetà għandha, għall-valutazzjoni ta' tali dazju, tiġi kkunsidrata bħala li tinsab fil-pajjiż ta' domiċilju għall-finijiet ta' taxxa, soġġett għad-drittijiet tal-pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-tassazzjoni doppja.

Kwalunkwe domiċilju miksub biss minħabba l-qadi ta' dmirijiet fis-servizz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn ma għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz tar-regolamenti f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet konċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u għal impjegati oħrajn tal-Unjoni.

Artikolu 15

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz tar-regolamenti f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet oħrajn konċernati, għandhom jiddeterminaw il-kategoriji tal-uffiċjali u ta' impjegati oħrajn tal-Unjoni li għalihom għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 u l-Artikolu 13, kompletament jew parti minnhom.

L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi tal-uffiċjali u ta' impjegati oħrajn inklużi fit-tali kategoriji għandhom jiġu kkomunikati perjodikament lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

KAPITOLU VI

PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TAL-MISSJONIJIET TA' PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 16

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni għandha s-sede tagħha għandu jagħti l-immunitajiet u l-privileġġi diplomatiċi abitwali lill-missjonijiet ta' pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 17

Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-uffiċjali u lil impjegati oħra tal-Unjoni biss fl-interessi tal-Unjoni.

Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tkun meħtieġa tirrinunzja l-immunità mogħtija lil uffiċjal jew impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni tikkunsidra li dik ir-rinunzja ta' tali immunità mhix kuntrarja għall-interessi tal-Unjoni.

Artikolu 18

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom, għall-fini tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri konċernati.

Artikolu 19

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.

Artikolu 20

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, għall-Avukati Ġenerali, għar-Reġistraturi u għall-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea marbut mal-immunità minn proċedimenti legali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.

Artikolu 21

Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-istaff tiegħu u għar-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu, addizzjonalment ikun eżentat minn kwalunkwe forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni ta' natura simili fl-okkażjoni ta' kwalunkwe żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu konnessi miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. B'mod simili, ix-xoljiment jew il-likwidazzjoni tiegħu mhux se jagħtu lok għal xi impożizzjoni. Finalment, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa f'konformità mal-Istatut tiegħu ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe taxxa fuq id-dħul minn negozju.

Artikolu 22

Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi u tal-istaff tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu, addizzjonalment, ikun eżentat minn kwalunkwe forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni ta' natura simili fl-okkażjoni ta' kwalunkwe żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu konnessi miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa f'konformità mal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhiex tkun soġġetta għal kwalunkwe taxxa fuq id-dħul minn negozju.

Appendiċi

Proċeduri għall-applikazzjoni fl-Iżvizzera tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

1.   Estensjoni tal-applikazzjoni għall-Iżvizzera

Kull fejn il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”) fih referenzi għall-Istati Membri, ir-referenzi għandhom jinftiehmu li japplikaw b'mod ugwali għall-Iżvizzera, sakemm id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma jiddeterminawx mod ieħor.

2.   Eżenzjoni tal-Aġenzija mit-tassazzjoni indiretta (inkluż il-VAT).

L-oġġetti u s-servizzi esportati mill-Iżvizzera ma għandhomx ikunu soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) Żvizzera. Fil-każ ta' oġġetti u servizzi fornuti lill-Aġenzija fl-Iżvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, f'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, l-eżenzjoni mill-VAT hija permezz ta' rifużjoni. L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz proprju tax-xiri tal-oġġetti u tas-servizzi msemmija fl-irċevuta jew dokument ekwivalenti għandu total ta' mill-inqas 100 frank Żvizzeru.

Ir-rifużjoni tal-VAT trid tingħata mal-preżentazzjoni tal-formoli Żvizzeri pprovduti għal dan il-għan lid-Diviżjoni Prinċipali tal-VAT tal-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa. Bħala regola, l-applikazzjonijiet tar-rifużjoni jridu jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha ġew reġistrati flimkien mad-dokumenti ta' appoġġ neċessarji.

3.   Proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli marbuta mal-persunal tal-Aġenzija

Fir-rigward tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, l-Iżvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tad-dritt nazzjonali tagħha, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 (1) minn taxxi federali, kantonali u komunali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni Ewropea u soġġett għal taxxa interna għall-benefiċċju tagħha.

L-Iżvizzera ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala Stat Membru fis-sens tat-tifsira tal-punt 1 hawn fuq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll.

L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom li huma membri tas-sistema ta' assigurazzjoni soċjali applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea ma humiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Żvizzera.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni esklussiva fi kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna r-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija jew il-Kummissjoni u l-istaff tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2) u d-dispożizzjonijiet l-oħrajn tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.


(1)  Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).


ANNESS B

KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI ŻVIZZERI FL-ATTIVITAJIET TAL-FTEHIM EWROPEW TAL-AVJAZZJONI

Artikolu 1

Komunikazzjoni diretta

L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew mal-entitajiet kollha stabbiliti fl-Iżvizzera u li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija, bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, riċevituri ta' pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità, jew sottokuntratturi. Tali persuni jistgħu jibgħatu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma meħtieġa jissottomettu abbażi tal-istrumenti msemmija f'din id-deċiżjoni u tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjonijiet meħuda skonthom.

Artikolu 2

Kontrolli

1.   F'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija fis-26 ta' Marzu 2003, mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) u mal-istrumenti l-oħrajn msemmija f'din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprovdu għal awditi xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew oħrajn li se jitwettqu fi kwalunkwe mument fil-post tal-benefiċjarji u tas-sottokuntratturi tagħhom mill-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni jew minn persuni oħra b'mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni.

2.   L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni u persuni oħra b'mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, għax-xogħlijiet u għad-dokumenti u għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu tali awditi, inkluż fil-forma elettronika. Dan id-dritt ta' aċċess għandu jkun dikjarat b'mod espliċitu fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.

3.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni.

4.   L-awditi jistgħu jsiru sa ħames snin wara l-iskadenza ta' din id-Deċiżjoni jew skont it-termini tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

5.   L-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi jrid jiġi informat minn qabel dwar l-awditi li jsiru fit-territorju Żvizzeru. Din l-informazzjoni mhux se tkun kundizzjoni legali għat-twettiq ta' tali awditi.

Artikolu 3

Kontrolli fuq il-post

1.   Skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (OLAF) hija awtorizzata twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Żvizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (3).

2.   Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitwettqu mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi u ma' awtoritajiet Żvizzeri kompetenti oħrajn maħtura mill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi, li għandhom ikunu notifikati minn qabel biżżejjed dwar l-oġġett, l-iskop u l-bażi legali tal-verifiki u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha neċessarja. Għal dan il-fini, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri hekk ikunu jixtiequ, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jitwettqu b'mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri.

4.   Fejn il-parteċipanti fil-programm jirreżistu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, filwaqt li jaġixxu f'konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu tali assistenza lill-ispetturi tal-Kummissjoni kif ikunu jeħtieġu biex jippermettulhom iwettqu d-dover tagħhom fit-twettiq tal-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post.

5.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta malajr kemm jista' jkun lill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi kwalunkwe fatt jew suspett marbut ma' irregolarità li nnotat matul il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post. Fi kwalunkwe każ il-Kummissjoni hija meħtieġa tinforma lill-awtorità msemmija qabel bir-riżultat ta' tali verifiki u spezzjonijiet.

Artikolu 4

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri u tal-Komunità jistgħu jagħmlu skambju tal-informazzjoni regolarment u, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, għandhom iwettqu l-konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jinformaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe fatt jew suspett li nnutaw marbut ma' irregolarità f'konnessjoni mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma tkun xi tkun, skont dan l-Anness se tkun koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u protetta fl-istess mod bħal ma hija protetta informazzjoni simili mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Iżvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni minbarra dawk fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Komunità, fl-Istati Membri, jew fl-Iżvizzera li l-funzjoni tagħhom tirrikjedilhom li jkunu jafuha, lanqas ma tista' tintuża għal skopijiet oħra minbarra dawk biex tiżgura l-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Miżuri amministrattivi u penali

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri u penali amministrattivi mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4) u mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (5).

Artikolu 7

Irkupru u rinforz

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li jimponu obbligu pekunarju fuq il-persuni minbarra mill-Istati għandhom ikunu inforzabbli fl-Iżvizzera.

L-ordni ta' infurzar trid tinħareġ, mingħajr kwalunkwe kontroll ieħor minbarra l-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Żvizzeru, li jrid jinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni dwarha. L-infurzar jrid iseħħ f'konformità mar-regoli Żvizzeri ta' proċedura. Il-legalità tad-deċiżjoni ta' infurzar hija soġġetta għal kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Il-ġudizzji mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont klawżola tal-arbitraġġ huma inforzabbli fuq l-istess termini.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(3)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.