ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 347

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
28 ta' Diċembru 2017


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2017/2401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għad-ditti ta’ investiment

1

 

*

Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012

35

 

*

Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008

81

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

28.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/1


REGOLAMENT (UE) 2017/2401 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Diċembru 2017

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għad-ditti ta’ investiment

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

It-titolizzazzjonijiet huma parti kostitwenti importanti minn swieq finanzjarji li jiffunzjonaw sewwa sa fejn dawn jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament u d-diversifikazzjoni tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti ta’ investiment (“istituzzjonijiet”) u l-ħruġ tal-kapital regolatorju, li mbagħad jistgħu jiġu allokati mill-ġdid sabiex jappoġġaw self ulterjuri, b’mod partikolari l-finanzjament tal-ekonomija reali. Barra minn hekk, it-titolizzazzjonijiet jipprovdu lill-istituzzjonijiet u lil parteċipanti oħrajn fis-suq b’opportunitajiet ta’ investiment addizzjonali, sabiex b’hekk jippermettu d-diversifikazzjoni tal-portafoll u jiffaċilitaw il-fluss ta’ finanzjament lil negozji u individwi kemm fl-Istati Membri kif ukoll fuq bażi transfruntiera madwar l-Unjoni kollha. Madankollu, jenħtieġ li dawk il-benefiċċji jiġu mwieżna kontra l-ispejjeż u r-riskji potenzjali tagħhom, inkluż l-impatt tagħhom fuq l-istabbiltà finanzjarja. Kif deher matul l-ewwel fażi tal-kriżi finanzjarja li bdiet fis-sajf tal-2007, il-prattiki skorretti fis-swieq tat-titolizzazzjoni rriżultaw f’theddidiet sinifikanti għall-integrità tas-sistema finanzjarja, jiġifieri minħabba ingranaġġ eċċessiv, strutturi opaki u kumplessi li għamlu l-ipprezzar problematiku, dipendenza mekkanistika fuq klassifikazzjonijiet esterni jew allinjament ħażin bejn l-interessi tal-investituri u tal-oriġinaturi (“riskji tal-aġenzija”).

(2)

Fis-snin reċenti, il-volumi ta’ titolizzazzjonijiet maħruġa fl-Unjoni baqgħu taħt il-quċċata li kienu laħqu qabel il-kriżi għal numru ta’ raġunijiet, inkluż l-istigma ġeneralment assoċjata ma’ tali tranżazzjonijiet. Sabiex tiġi evitata r-rikorrenza taċ-ċirkostanzi li wasslu għall-kriżi finanzjarja, jenħtieġ li l-irkupru tas-swieq ta’ titolizzazzjoni jkun ibbażat fuq prattiki tas-swieq prudenti u korretti. Għal dan il-għan, ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi l-elementi sostantivi ta’ qafas ta’ titolizzazzjoni ewlieni, bi kriterji għall-identifikazzjoni ta’ titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati (“STS”) u sistema ta’ superviżjoni għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta ta’ dawk il-kriterji minn oriġinaturi, sponsors, emittenti u investituri istituzzjonali. Barra minn hekk, dak ir-Regolament jipprevedi sett ta’ rekwiżiti komuni dwar ir-ritenzjoni tar-riskji, id-diliġenza dovuta u l-iżvelar għas-setturi tas-servizzi finanzjarji kollha.

(3)

F’konformità mal-għanijiet tar-Regolament (UE) 2017/2402, jenħtieġ li r-rekwiżiti kapitali regolatorji stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għall-istituzzjonijiet li joriġinaw, jisponsorjaw jew jinvestu f’titolizzazzjonijiet jiġu emendati sabiex ikunu jirriflettu b’mod adegwat il-karatteristiċi speċifiċi tat-titolizzazzjonijiet STS meta dawn it-titolizzazzjonijiet jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti addizzjonali stipulati f’dan ir-Regolament u sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet li saru evidenti matul il-kriżi finanzjarja, jiġifieri d-dipendenza mekkanistika fuq klassifikazzjonijiet esterni, il-piżijiet tar-riskji eċċessivament baxxi għas-segmenti tat-titolizzazzjonijiet ikklassifikati bħala għoljin u, bil-maqlub, il-piżijiet tar-riskji eċċessivament għoljin għas-segmenti kklassifikati bħala baxxi, kif ukoll is-sensittività insuffiċjenti għar-riskji. Fil-11 ta’ Diċembru 2014, il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (il-“BCBS”) ippubblika r-“Reviżjonijiet għall-qafas ta’ titolizzazzjoni” (il-“Qafas ta’ Basel Rivedut”) tiegħu li jippreżenta d-diversi bidliet fl-istandards kapitali regolatorji għat-titolizzazzjonijiet bil-għan li jiġu indirizzati speċifikament dawk in-nuqqasijiet. Fl-11 ta’ Lulju 2016, il-BCBS ippubblika standard aġġornat għat-trattament regolatorju tal-kapital ta’ skoperturi ta’ titolizzazzjoni li jinkludi t-trattament regolatorju tal-kapital għal titolizzazzjonijiet “sempliċi, trasparenti u paragunabbli”. Dak l-istandard jemenda l-Qafas ta’ Basel Rivedut. Jenħtieġ li l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jieħdu kont tad-dispożizzjonijiet tal-Qafas Rivedut ta’ Basel, kif emendat.

(4)

Jenħtieġ li r-rekwiżiti kapitali għal pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu soġġetti għall-istess metodi ta’ kalkolu għall-istituzzjonijiet kollha. L-ewwel nett u biex titneħħa kull forma ta’ dipendenza mekkanistika fuq il-klassifikazzjonijiet esterni, jenħtieġ li istituzzjoni tuża l-kalkoli tagħha dwar ir-rekwiżiti kapitali regolatorji meta l-istituzzjoni jkollha permess biex tapplika l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (l-“Approċċ IRB”) fir-rigward ta’ skoperturi tal-istess tip bħal dawk sottostanti għat-titolizzazzjoni u tkun tista’ tikkalkula r-rekwiżiti kapitali regolatorji fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti bħallikieku dawn qatt ma kienu ġew titolizzati (“Kirb”), f’kull każ soġġetti għal ċerti inputs definiti minn qabel (l-Approċċ IRB tat-Titolizzazzjoni - “SEC-IRBA”). Jenħtieġ li mbagħad ikun disponibbli Approċċ Standardizzat tat-Titolizzazzjoni (SEC-SA) għal istituzzjonijiet li ma jistgħux jużaw is-SEC-IRBA fir-rigward tal-pożizzjonijiet tagħhom f’titolizzazzjoni partikolari. Jenħtieġ li s-SEC-SA jibbaża fuq formula li tuża bħala input ir-rekwiżiti kapitali li jiġu kkalkulati skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti daqs li kieku dawk ma kinux ġew titolizzati (“KSA”). Meta l-ewwel żewġ approċċi ma jkunux disponibbli, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu japplikaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Esterni ta’ Titolizzazzjoni (SEC-ERBA). Skont is-SEC-ERBA, jenħtieġ li r-rekwiżiti kapitali jiġu assenjati għal segmenti ta’ titolizzazzjoni fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni esterna tagħhom. Madankollu, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet dejjem jużaw is-SEC-ERBA bħala riżerva għal meta s-SEC-IRBA ma jkunx disponibbli għal segmenti bi klassifikazzjoni baxxa u għal ċerti segmenti bi klassifikazzjoni medja tat-titolizzazzjonijiet STS identifikati permezz ta’ parametri xierqa. Jenħtieġ li għal titolizzazzjonijiet mhux STS, jiġi ristrett aktar l-użu tas-SEC-SA wara s-SEC-IRBA. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jipprojbixxu l-użu tas-SEC-SA meta dan ma jkunx jista’ jittratta b’mod adegwat ir-riskji li t-titolizzazzjoni toħloq għas-solvenza tal-istituzzjoni jew għall-istabbiltà finanzjarja. Meta ssir notifika lill-awtorità kompetenti, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jużaw is-SEC-ERBA fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet klassifikati kollha li jkollhom, meta ma jkunux jistgħu jużaw is-SEC-IRBA.

(5)

Ir-riskji tal-aġenzija u tal-mudell huma aktar prevalenti għat-titolizzazzjonijiet milli għal assi finanzjarji oħrajn u jagħtu lok għal ċertu grad ta’ inċertezza fil-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għat-titolizzazzjonijiet, anki wara li jkunu ttieħdu f’kunsiderazzjoni l-ixprunaturi tar-riskji kollha xierqa. Sabiex dawk ir-riskji jinqabdu b’mod adegwat, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat sabiex jipprevedi limitu minimu tal-piż tar-riskju ta’ 15 % għall-pożizzjonijiet kollha ta’ titolizzazzjoni. Madankollu, ir-rititolizzazzjonijiet juru kumplessità u riskji akbar u, għaldaqstant, taħt ir-Regolament (UE) 2017/2402 huma permessi biss ċerti forom ta’ rititolizzazzjonijiet. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-pożizzjonijiet fir-rititolizzazzjonijiet ikunu soġġetti għal kalkolu aktar konservattiv tal-kapital regolatorju u għal limitu minimu tal-piż tar-riskju ta’ 100 %.

(6)

Jenħtieġ li istituzzjoni ma tintalabx tapplika piż ta’ riskju ogħla għal pożizzjoni superjuri minn dak li kienet tapplika li kieku din kienet qed iżżomm l-iskoperturi sottostanti direttament, sabiex b’hekk dan jirrifletti l-benefiċċju tat-titjib tal-kreditu li jirċievu l-pożizzjonijiet superjuri minn segmenti subordinati fl-istruttura tat-titolizzazzjoni. Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għalhekk jenħtieġ li jipprevedi approċċ ta’ ‘trasparenza’ li permezz tiegħu pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri jenħtieġ li tiġi assenjata piż ta’ riskju massimu ugwali għall-piż ta’ riskju medju ponderat skont l-iskopertura applikabbli għall-iskoperturi sottostanti, u jenħtieġ li tali approċċ ikun disponibbli irrispettivament minn jekk il-pożizzjoni rilevanti tkunx ikklassifikata jew mhux ikklassifikata u irrispettivament mill-approċċ użat għall-aggregazzjoni sottostanti (l-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB), soġġett għal ċerti kondizzjonijiet.

(7)

Limitu massimu ġenerali f’termini tal-ammonti massimi ta’ skopertura ponderata għar-riskji huwa disponibbli taħt il-qafas attwali għall-istituzzjonijiet li jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżiti kapitali għall-iskoperturi sottostanti skont l-Approċċ IRB bħallikieku dawk l-iskoperturi ma kinux ġew titolizzati (KIRB). Sakemm il-proċess ta’ titolizzazzjoni jnaqqas ir-riskju assoċjat mal-iskoperturi sottostanti, jenħtieġ li dan il-limitu massimu jkun disponibbli għall-istituzzjonijiet oriġinaturi u sponsors kollha, irrispettivament mill-approċċ li jużaw għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji għall-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni.

(8)

Kif ġie rrimarkat mill- Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (‘EBA’), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) fir-rapport dwar titolizzazzjoni li tikkwalifika tagħha ta’ Lulju 2015, l-evidenza empirika dwar l-inadempjenzi u t-telf turi li t-titolizzazzjonijiet STS urew prestazzjoni aħjar minn titolizzazzjonijiet oħrajn matul il-kriżi finanzjarja, li jirrifletti l-użu ta’ strutturi sempliċi u trasparenti u prattiki ta’ eżekuzzjoni robusti fit-titolizzazzjoni STS, li jwasslu għal riskji ta’ kreditu, operattivi u ta’ aġenzija aktar baxxi. Għalhekk, huwa xieraq li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat sabiex jipprevedi kalibrazzjoni xierqa sensittiva għar-riskji għat-titolizzazzjonijiet STS, sakemm dawn jissodisfaw ukoll rekwiżiti addizzjonali biex jimminimizzaw ir-riskju, bil-mod rakkomandat mill-EBA f’dak ir-Rapport li jinvolvi, b’mod partikolari, limitu minimu aktar baxx tal-piż tar-riskju ta’ 10 % għall-pożizzjonijiet superjuri.

(9)

Jenħtieġ li r-rekwiżiti kapitali aktar baxxi applikabbli għal titolizzazzjonijiet STS jiġu limitati għat-titolizzazzjonijiet meta s-sjieda tal-iskoperturi sottostanti tiġi ttrasferita lil entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni jew SSPE (“titolizzazzjonijiet tradizzjonali”). Madankollu, jenħtieġ ukoll li l-istituzzjonijiet li jżommu pożizzjonijiet superjuri f’titolizzazzjonijiet sintetiċi appoġġjati minn aggregazzjoni sottostanti ta’ self lil intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) jitħallew japplikaw għal dawn il-pożizzjonijiet ir-rekwiżiti kapitali aktar baxxi disponibbli għat-titolizzazzjonijiet STS meta tali tranżazzjonijiet jitqiesu bħala li huma ta’ kwalità għolja b’konformità ma’ ċerti kriterji stretti, inkluż dwar investituri eliġibbli. B’mod partikolari, jenħtieġ li tali subsett ta’ titolizzazzjonijiet sintetiċi jibbenifika mill-garanzija jew mill-kontrogaranzija jew mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali ta’ Stat Membru jew minn entità promozzjonali, jew minn investitur istituzzjonali dment li l-garanzija jew il-kontrogaranzija pprovduta minn dan tal-aħħar tkun kollateralizzata għalkollox permezz ta’ flus depożitati mal-istituzzjonijiet oriġinaturi. It-trattament tal-kapital regolatorju preferenzjali għal titolizzazzjonijiet STS li jkun disponibbli għal dawk it-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa mingħajr preġudizzju għall-konformità mal-qafas ta’ għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, kif stipulat fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(10)

Sabiex jiġu armonizzati l-prattiki superviżorji fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi ddelegata lill-Kummissjoni, wara li ttieħed kont tar-rapport mill-EBA, fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-kondizzjonijiet għat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi, in-nozzjoni tat-trasferiment proporzjonat ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi u r-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu, it-tnejn fir-rigward tat-titolizzazzjoni tradizzjonali u sintetika. Huwa ta’ importanza partikolari li, matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (8). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti ta’ delega, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b’mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti ta’ delega.

(11)

Jenħtieġ li l-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji jiżguraw protezzjoni adegwata għall-investituri u l-konsumaturi madwar l-Unjoni. Bħala entità b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li l-EBA tiġi fdata bl-elaborazzjoni ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet ta’ politika, li jiġu sottomessi lill-Kummissjoni.

(12)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-EBA, fir-rigward ta’ x’jikkostitwixxi metodu konservattiv adattat biex jitkejjel l-ammont tal-porzjon mhux miġbud tal-faċilitajiet ta’ avvanz ta’ flus fil-kuntest tal-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta’ titolizzazzjoni u fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-kondizzjonijiet sabiex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jikkalkulaw il-KIRB għall-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti ta’ titolizzazzjoni bħal fil-każ ta’ riċevibbli mixtrija. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ delegat skont l-Artikolu 290 TFUE u f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(13)

Jenħtieġ li jsiru biss bidliet konsegwenzjali fil-bqija tar-rekwiżiti kapitali regolatorji għat-titolizzazzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 sa fejn dawn ikunu neċessarji sabiex jirriflettu l-ġerarkija l-ġdida ta’ approċċi u d-dispożizzjonijiet speċifiċi għat-titolizzazzjonijiet STS. B’mod partikolari, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet relatati mar-rikonoxximent ta’ trasferiment ta’ riskju sinifikanti u r-rekwiżiti dwar il-valutazzjonijiet ta’ kreditu esterni jkomplu japplikaw b’mod ġenerali fl-istess termini hekk kif bħalissa. Madankollu, jenħtieġ li l-Ħames Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 titħassar fl-intier tagħha bl-eċċezzjoni tar-rekwiżit li jinżammu l-piżijiet ta’ riskji addizzjonali li jenħtieġ li jiġu imposti fuq l-istituzzjonijiet li jinstabu li qegħdin jiksru d-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

(14)

Huwa xieraq li l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 previsti f’dan ir-Regolament japplikaw għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kollha mħaddna minn istituzzjoni. Madankollu, sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-ispejjeż ta’ tranżizzjoni u sabiex ikun hemm migrazzjoni bla xkiel għall-qafas il-ġdid, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jitħallew japplikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2019, il-qafas preċedenti, jiġifieri d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li kienu japplikaw qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni pendenti kollha li huma jħaddnu fid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendar tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti (13) u (14) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(13)

‘oriġinatur’ tfisser oriġinatur kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 (*1);

(14)

‘sponsor’ tfisser sponsor kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(*1)  Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35.).”;"

(b)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(14a)

‘mutwanti oriġinali’ tfisser mutwanti oriġinali kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402”;

(c)

il-punti (61), (62) u (63) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(61)

‘titolizzazzjoni’ tfisser titolizzazzjoni kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(62)

‘pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni’ tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni kif definita fil-punt (19) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(63)

‘rititolizzazzjoni’ tfisser rititolizzazzjoni kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;”;

(d)

il-punti (66) u (67) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(66)

‘entità bi skop speċjali ta’ titolizzazzjoni’ jew ‘SSPE’ tfisser entità bi skop speċjali ta’ titolizzazzjoni jew SSPE kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(67)

‘segment’ tfisser segment kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 ;”;

(e)

jiżdied il-punt li ġej:

“(129)

‘ġestur’ tfisser ġestur kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.”.

(2)

Fil-punt (k) tal-Artikolu 36(1), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, skont il-punt (b) tal-Artikolu 244(1), il-punt (b) tal-Artikolu 245(1) u l-Artikolu 253;”.

(3)

L-Artikolu 109 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 109

Trattament ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-ammont ta’ skopertura ponderata għar-riskju għal pożizzjoni li għandhom f’titolizzazzjoni skont il-Kapitolu 5.”.

(4)

Fl-Artikolu 134, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Fejn istituzzjoni tipprovdi protezzjoni tal-kreditu għal għadd ta’ skoperturi soġġett għall-kondizzjoni li l-inadempjenza numru n (nth default) fost l-iskoperturi għandha tiskatta pagament u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jtemm il-kuntratt, il-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi inklużi fil-basket jiġu aggregati, esklużi l-iskoperturi n-1, sa massimu ta’ 1 250 % u mmultiplikati bl-ammont nominali tal-protezzjoni pprovdut mid-derivattiv ta’ kreditu sabiex jinkiseb l-ammont ta’ skopertura ponderata għar-riskju. L-iskoperturi n-1 li jiġu esklużi mill-aggregat għandhom jiġu determinati abbażi li dawn għandhom jinkludu dawk l-iskoperturi li kull waħda minnhom tipproduċi ammont inqas ta’ skoperturi ponderati għar-riskju mill-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ta’ kwalunkwe waħda mill-iskoperturi inkluża fl-aggregat.”.

(5)

Fl-Artikolu 142(1), il-punt (8) jitħassar.

(6)

Fl-Artikolu 153, il-paragrafi 7 u 8 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“7.   Għar-riċevibbli korporattivi mixtrija, l-iskontijiet rimborżabbli fil-prezz tax-xiri, il-garanziji kollaterali jew parzjali li jipprovdu protezzjoni tal-ewwel telf għal telf minħabba inadempjenza, telf minħabba dilwizzjoni, jew it-tnejn li huma, jistgħu jiġu ttrattati bħala protezzjoni tal-ewwel telf mix-xerrej tar-riċevibbli jew mill-benefiċjarju tal-garanzija kollaterali jew tal-garanzija parzjali f’konformità mas-Subtaqsimiet 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5. Il-bejjiegħ li jipprovdi l-iskont rimborżabbli fil-prezz tax-xiri u l-fornitur ta’ garanzija kollaterali jew parzjali għandhom jittrattawhom bħala skopertura għal pożizzjoni tal-ewwel telf f’konformità mas-Subtaqsimiet 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5.

8.   Fejn istituzzjoni tipprovdi protezzjoni tal-kreditu għal għadd ta’ skoperturi soġġett għall-kondizzjoni li l-inadempjenza numru n (nth default) fost l-iskoperturi għandha tiskatta pagament u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jtemm il-kuntratt, il-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi inklużi fil-basket ser jiġu aggregati, esklużi l-iskoperturi n-1, fejn is-somma tal-ammont tat-telf mistenni mmultiplikat bi 12,5 u l-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ma għandux jaqbeż l-ammont nominali tal-protezzjoni pprovduta mid-derivattiv tal-kreditu mmultiplikat bi 12,5. L-iskoperturi n-1 li għandhom jiġu esklużi mill-aggregat għandhom jiġu determinati abbażi li dawn għandhom jinkludu dawk l-iskoperturi li kull waħda minnhom tipproduċi ammont inqas ta’ skoperturi ponderati għar-riskju mill-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ta’ kwalunkwe waħda mill-iskoperturi inkluża fl-aggregat. Piż ta’ riskju ta’ 1 250 % għandu japplika għal pożizzjonijiet f’basket li għalihom istituzzjoni ma tistax tiddetermina l-piż tar-riskju skont l-Approċċ IRB.”.

(7)

Fl-Artikolu 154, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Għar-riċevibbli mixtrija fil-livell tal-konsumatur, l-iskontijiet rimborżabbli fil-prezz tax-xiri, il-garanziji kollaterali jew parzjali li jipprovdu protezzjoni tal-ewwel telf għal telf minħabba inadempjenza, telf minħabba dilwizzjoni, jew it-tnejn li huma, jistgħu jiġu ttrattati bħala protezzjoni tal-ewwel telf mix-xerrej tar-riċevibbli jew mill-benefiċjarju tal-garanzija kollaterali jew tal-garanzija parzjali f’konformità mas-Subtaqsimiet 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5. Il-bejjiegħ li jipprovdi l-iskont rimborżabbli fil-prezz tax-xiri u l-fornitur ta’ garanzija kollaterali jew parzjali għandhom jittrattawhom bħala skopertura għal pożizzjoni tal-ewwel telf f’konformità mas-Subtaqsimiet 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5.”

(8)

Fl-Artikolu 197(1), il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li mhumiex pożizzjonijiet ta’ rititolizzazzjoni u li huma soġġetti għal piż ta’ riskju ta’ 100 % jew inqas skont l-Artikoli minn 261 sa 264 rispettivament;”.

(9)

Il-Kapitolu 5 tat-Titolu II, fil-Parti Tlieta huwa sostitwit b’dan li ġej:

KAPITOLU 5

Titolizzazzjoni

Taqsima 1

Definizzjonijiet u kriterji għat-titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati

Artikolu 242

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘għażla eżerċitabbli eżawrjenti’ tfisser għażla kuntrattwali li tintitola lill-oriġinatur sabiex jeżerċita l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni qabel ma jkunu tħallsu lura l-iskoperturi titolizzati kollha, permezz ta’ riakkwist tal-iskoperturi sottostanti li jifdal fl-aggregazzjoni fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet tradizzjonali jew inkella permezz ta’ terminazzjoni tal-protezzjoni ta’ kreditu fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet sintetiċi, fiż-żewġ każijiet meta l-ammont ta’ skoperturi sottostanti pendenti jaqa’ f’ċertu livell jew taħt ċertu livell speċifikat minn qabel;

(2)

‘strip tal-imgħax biss għat-titjib tal-kreditu’ tfisser assi fil-karta tal-bilanċ li jirrappreżenta valutazzjoni tal-flussi tal-flus relatati mal-introjtu ta’ marġni futur u huwa segment subordinat fit-titolizzazzjoni;

(3)

‘faċilità ta’ likwidità’ tfisser faċilità ta’ likwidità kif definita fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(4)

‘pożizzjoni mhux klassifikata’ tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li ma għandhiex valutazzjoni tal-kreditu eliġibbli f’konformità mat-Taqsima 4;

(5)

‘pożizzjoni klassifikata’ tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li għandha valutazzjoni tal-kreditu eliġibbli f’konformità mat-Taqsima 4;

(6)

‘pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri’ tfisser pożizzjoni appoġġata jew garantita mill-ewwel pretensjoni fuq l-iskoperturi sottostanti kollha, li tinjora, għal dawn il-finijiet, l-ammonti dovuti taħt ir-rata tal-imgħax jew kuntratti derivattivi tal-muniti, miżati jew pagamenti simili oħrajn, u irrispettivament minn kwalunkwe differenza fil-maturità ma’ segment superjuri wieħed jew aktar li magħhom dik il-pożizzjoni tikkondividi telf pro-rata;

(7)

‘aggregazzjoni ta’ IRB’ tfisser aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti ta’ tip li fir-rigward tagħha l-istituzzjoni għandha permess li tuża l-Approċċ IRB u tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji skont il-Kapitolu 3 għal dawn l-iskoperturi kollha;

(8)

‘aggregazzjoni mħallta’ tfisser aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti ta’ tip li fir-rigward tagħha l-istituzzjoni għandha permess li tuża l-Approċċ IRB u tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji skont il-Kapitolu 3 għal uħud mill-iskoperturi, iżda mhux għal kollha kemm huma;

(9)

‘sovrakollateralizzazzjoni’ tfisser kull forma ta’ titjib tal-kreditu li permezz tagħha jiġu ppreżentati skoperturi sottostanti f’valur ogħla mill-valur tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;

(10)

‘titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata’ jew ‘titolizzazzjoni STS’ tfisser titolizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(11)

‘programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi’ jew ‘programm ABCP’ tfisser programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi jew programm ABCP kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(12)

‘tranżazzjoni ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi’ jew ‘tranżazzjoni ABCP’ tfisser tranżazzjoni ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi jew tranżazzjoni ABCP kif definita fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(13)

‘titolizzazzjoni tradizzjonali’ tfisser titolizzazzjoni tradizzjonali kif definita fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(14)

‘titolizzazzjoni sintetika’ tfisser titolizzazzjoni sintetika kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(15)

‘skopertura ċirkolanti’ tfisser skopertura ċirkolanti kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(16)

‘klawżola ta’ ammortizzament antiċipat’ tfisser klawżola ta’ ammortizzament antiċipat kif definita fil-punt (17) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(17)

‘segment tal-ewwel telf’ tfisser segment tal-ewwel telf kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(18)

‘pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni intermedja’ tfisser pożizzjoni fit-titolizzazzjoni li tkun subordinata għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri u għandha pożizzjoni ogħla mis-segment tal-ewwel telf, u li tkun soġġetta għal ponderazzjoni tar-riskju aktar baxxa minn 1 250 % u ogħla minn 25 % skont is-Subtaqsimiet 2 u 3 tat-Taqsima 3;

(19)

‘entità promozzjonali’ tfisser kwalunkwe impriża jew entità stabbilita mill-gvern ċentrali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru, li tagħti self promozzjonali jew tagħti garanziji promozzjonali, li l-għan ewlieni tagħha mhuwiex li jsir qligħ jew li jiżdied kemm jista’ jkun is-sehem mis-suq iżda li jiġu promossi l-objettivi tal-politika pubblika ta’ dak il-gvern, bil-kondizzjoni li, soġġett għal regoli dwar għajnuna mill-Istat, dak il-gvern ikollu l-obbligu li jipproteġi l-bażi ekonomika tal-impriża jew l-entità u jżomm il-vijabbiltà tagħha matul ħajjitha, jew li tal-anqas 90 % tal-kapital jew il-finanzjament oriġinali tagħha jew is-self promozzjonali mogħti minnha jkun direttament jew indirettament garantit mill-gvern ċentrali, reġjonali jew lokali tal-Istat Membru.

Artikolu 243

Kriterji għat-titolizzazzjonijiet STS li jikkwalifikaw għal trattament kapitali differenzjat

1.   Il-pożizzjonijiet fi programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP li jikkwalifikaw bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS għandhom ikunu eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikoli 260, 262 u 264, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-iskoperturi sottostanti jissodisfaw, fil-mument tal-inklużjoni tagħhom fil-programm ABCP, sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali, il-kondizzjonijiet li taħthom jiġu assenjati, skont l-Approċċ Standardizzat u b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu eliġibbli, piż ta’ riskju ugwali għal jew iżgħar minn 75 % fuq bażi ta’ skopertura individwali meta l-iskopertura tkun fil-livell tal-konsumatur jew 100 % għal kull skopertura oħra; u

(b)

il-valur aggregat tal-iskoperturi kollha lil obbligant waħdieni fil-livell tal-programm ABCP ma jaqbiżx it-2 % tal-valur aggregat tal-iskoperturi kollha fil-programm ABCP fil-mument li żdiedu l-iskoperturi fil-programm ABCP. Għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, is-self jew il-kirjiet lil grupp ta’ klijenti konnessi, sa fejn jaf l-isponsor, għandhom jitqiesu bħala skoperturi lil obbligant waħdieni.

Fil-każ ta’ riċevibbli tan-negozju, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma japplikax meta r-riskju tal-kreditu ta’ dawk ir-riċevibbli tan-negozju jkun kopert b’mod sħiħ mill-protezzjoni tal-kreditu eliġibbli b’konformità mal-Kapitolu 4, dment li, f’dak il-każ, il-fornitur tal-protezzjoni jkun istituzzjoni, impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni. Għall-finijiet ta’ dan is-subparagrafu, huwa biss il-porzjon tar-riċevibbli tan-negozju li jifdal wara li jiġi kkunsidrat l-effett ta’ kull skont fuq il-prezz tax-xiri u s-sovrakollateralizzazzjoni li għandu jintuża sabiex jiġi determinat jekk humiex koperti b’mod sħiħ u jekk jiġix issodisfat il-limitu ta’ konċentrazzjoni.

Fil-każ ta’ valuri residwi titolizzati tal-kiri, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn dawk il-valuri ma jkunux esposti għar-riskju ta’ rifinanzjament jew bejgħ mill-ġdid minħabba impenn legalment infurzabbli ta’ xiri mill-ġdid jew rifinanzjament tal-iskopertura f’ammont stabbilit minn qabel minn parti terza eliġibbli skont l-Artikolu 201(1).

Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, fejn istituzzjoni tapplika l-Artikolu 248(3), jew tkun ingħatat il-permess biex tapplika l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna f’konformità mal-Artikolu 265, il-piż tar-riskju li dik l-istituzzjoni tassenja għal faċilità ta’ likwidità li tkopri kompletament l-ABCP maħruġa taħt il-programm huwa ugwali għal 100 % jew inqas;

2.   Il-pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni, għajr programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP, li jikkwalifikaw bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS, għandhom ikunu eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikoli 260, 262 u 264, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fil-mument tal-inklużjoni fit-titolizzazzjoni, il-valur aggregat tal-iskoperturi kollha lil obbligant waħdieni fil-aggregazzjoni ma jaqbiżx it-2 % tal-valuri tal-iskopertura tal-valuri aggregati tal-iskoperturi pendenti tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti. Għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, is-self jew il-kirjiet lil grupp ta’ klijenti konnessi għandhom jitqiesu bħala skoperturi lil obbligant waħdieni.

Fil-każ ta’ valuri residwi titolizzati tal-kiri, l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt ma għandux japplika fejn dawk il-valuri ma jkunux esposti għar-riskju ta’ rifinanzjament jew bejgħ mill-ġdid minħabba impenn legalment infurzabbli ta’ xiri mill-ġdid jew rifinanzjament tal-iskopertura f’ammont stabbilit minn qabel minn parti terza eliġibbli skont l-Artikolu 201(1);

(b)

fil-mument tal-inklużjoni tagħhom fit-titolizzazzjoni, l-iskoperturi sottostanti jissodisfaw il-kondizzjonijiet li taħthom jiġu assenjati, skont l-Approċċ Standardizzat u b’kunsiderazzjoni ta’ kull mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu eliġibbli, piż ta’ riskju ugwali għal jew iżgħar minn:

(i)

40 % fuq bażi medja ponderata għall-valur tal-iskopertura għall-portafoll meta l-iskoperturi jkunu self garantit minn ipoteki residenzjali jew self residenzjali garantiti kompletament, kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 129(1);

(ii)

50 % fuq bażi ta’ skopertura individwali meta l-iskopertura tkun self garantit minn ipoteka kummerċjali;

(iii)

75 % fuq bażi ta’ skopertura individwali meta l-iskopertura tkun waħda fil-livell tal-konsumaturi;

(iv)

għal skoperturi oħrajn, 100 % fuq bażi ta’ skopertura individwali;

(c)

meta japplikaw il-punti (b)(i) u (b)(ii), is-self garantit minn drittijiet ta’ garanzija fi klassifikazzjoni aktar baxxa fuq assi partikolari għandu jiġi inkluż biss fit-titolizzazzjoni meta jkun ġie inkluż fit-titolizzazzjoni wkoll is-self kollu garantit minn drittijiet ta’ garanzija fi klassifikazzjoni preċedenti fuq dak l-assi;

(d)

meta japplika l-punt (b)(i) ta’ dan il-paragrafu, ebda self fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti ma għandu jkollu proporzjon bejn is-self u l-valur ogħla minn 100 %, fil-mument tal-inklużjoni fit-titolizzazzjoni, imkejjel skont il-punt (d)(i) tal-Artikolu 129(1) u l-Artikolu 229(1).

Taqsima 2

Rikonoxximent ta’ trasferiment ta’ riskju sinifikanti

Artikolu 244

Titolizzazzjoni tradizzjonali

1.   L-istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni tradizzjonali tista’ teskludi skoperturi sottostanti mill-kalkolu tagħha tal-ammonti ta’ skopertura ponderati għar-riskju u, fejn rilevanti, l-ammonti tat-telf mistenni jekk tiġi ssodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-riskju tal-kreditu sinifikanti assoċjat mal-iskoperturi sottostanti jkun ġie ttrasferit lil partijiet terzi;

(b)

l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika piż ta’ riskju ta’ 1 250 % għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kollha li għandha fit-titolizzazzjoni jew tnaqqas dawn il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1).

2.   Riskju tal-kreditu sinifikanti għandu jitqies bħala li ġie ttrasferit f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedja mħaddna mill-istituzzjoni oriġinatriċi fit-titolizzazzjoni ma jaqbżux il-50 % tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet kollha ta’ titolizzazzjoni intermedja li jeżistu f’din it-titolizzazzjoni;

(b)

l-istituzzjoni oriġinatriċi ma żżommx aktar minn 20 % tal-valur tal-iskopertura tas-segment tal-ewwel telf fit-titolizzazzjoni, bil-kondizzjoni li jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-oriġinatur jista’ juri li l-valur tal-iskopertura tas-segment tal-ewwel telf jaqbeż stima raġunata tat-telf mistenni fuq l-iskoperturi sottostanti b’marġni sostanzjali;

(ii)

ma hemmx pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedji.

Meta t-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, li l-istituzzjoni oriġinatriċi tikseb permezz tat-titolizzazzjoni skont il-punti (a) jew (b), ma jkunx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu fuq bażi ta’ każ b’każ li ma għandux jitqies bħala li ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi.

3.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet oriġinaturi jirrikonoxxu trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti fir-rigward ta’ titolizzazzjoni meta l-istituzzjoni oriġinatriċi turi f’kull każ li t-tnaqqis fir-rekwiżiti tal-fondi proprji miksub mill-oriġinatriċi permezz tat-titolizzazzjoni huwa ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi. Il-permess jista’ jingħata biss meta l-istituzzjoni tissodisfa iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni jkollha politiki u metodoloġiji adegwati għall-ġestjoni tar-riskji interni sabiex tkun tista’ tivvaluta t-trasferiment tar-riskju tal-kreditu;

(b)

l-istituzzjoni tkun irrikonoxxiet ukoll it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi f’kull każ għall-finijiet tal-immaniġġar tar-riskji interni tal-istituzzjoni u l-allokazzjoni interna tal-kapital tagħha.

4.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 1, 2 u 3, għandhom jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tirrifletti s-sustanza ekonomika tat-titolizzazzjoni;

(b)

il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni ma jkunux jikkostitwixxu obbligi ta’ ħlas tal-istituzzjoni oriġinatriċi;

(c)

l-iskoperturi sottostanti jitpoġġew f’pożizzjonijiet li ma jkunux jistgħu jintlaħqu mill-istituzzjoni oriġinatriċi u mill-kredituri tagħha b’tali mod li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(d)

l-istituzzjoni oriġinatriċi ma jkollhiex kontroll fuq l-iskoperturi sottostanti. Jiġi kkunsidrat li jinżamm il-kontroll fuq l-iskoperturi sottostanti meta l-oriġinatur ikollu d-dritt li jixtri lura mingħand iċ-ċessjonarju l-iskoperturi li jkunu ġew ittrasferiti qabel sabiex ikun jista’ jieħu l-benefiċċji tagħhom jew jekk dan ikun meħtieġ b’mod ieħor sabiex jirriassumi riskju ttrasferit. Iż-żamma mill-istituzzjoni oriġinatriċi tad-drittijiet jew tal-obbligi tal-ġestjoni (servicing) fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti minnha nnifisha ma tikkostitwixxix kontroll tal-iskoperturi;

(e)

id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni ma jkunx fiha termini jew kondizzjonijiet li:

(i)

jitolbu lill-istituzzjoni oriġinatriċi tbiddel l-iskoperturi sottostanti sabiex ittejjeb il-kwalità medja tal-aggregazzjoni; jew

(ii)

iżidu r-rendiment pagabbli lid-detenturi tal-pożizzjonijiet jew altrimenti jtejbu l-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni b’reazzjoni għal deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;

(f)

fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tagħmilha ċara li l-oriġinatur jew l-isponsor jistgħu biss jixtru jew jixtru lura pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, jew inkella jixtru lura, jirristrutturaw jew jissostitwixxu l-iskoperturi sottostanti lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tagħhom meta tali arranġamenti jiġu esegwiti skont il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u l-partijiet għalihom jaġixxu fl-interess tagħhom stess bħala partijiet liberi u indipendenti (f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta);

(g)

fejn hemm għażla eżerċitabbli eżawrjenti, dik l-għażla għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

tista’ tiġi eżerċitata skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni oriġinatriċi;

(ii)

tista’ tiġi eżerċitata biss meta 10 % jew inqas tal-valur oriġinali tal-iskoperturi sottostanti jibqa’ mhux ammortizzat;

(iii)

ma tkunx strutturata biex tevita l-allokazzjoni tat-telf għall-pożizzjonijiet ta’ titjib tal-kreditu jew għal pożizzjonijiet oħrajn imħaddna mill-investituri fit-titolizzazzjoni, u ma tkunx strutturata b’mod ieħor biex tipprovdi titjib tal-kreditu;

(h)

l-istituzzjoni oriġinatriċi rċeviet opinjoni minn professjonist legali kkwalifikat li tikkonferma li t-titolizzazzjoni hija konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-EBA b’dawk il-każijiet fejn ikunu ddeċidew li t-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ma kienx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi skont il-paragrafu 2, kif ukoll b’dawk il-każijiet fejn l-istituzzjonijiet ikunu għażlu li japplikaw il-paragrafu 3.

6.   L-EBA għandha timmonitorja l-firxa ta’ prattiki superviżorji fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ trasferiment ta’ riskju sinifikanti f’titolizzazzjonijiet tradizzjonali skont dan l-Artikolu. B’mod partikolari, l-EBA għandha tirrieżamina:

(a)

il-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4;

(b)

l-interpretazzjoni ta’ “trasferiment proporzjonat tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi” għall-finijiet tal-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti prevista fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3;

(c)

ir-rekwiżiti għal valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar tranżazzjonijiet tat-titolizzazzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-oriġinatur ifittex rikonoxximent ta’ trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi skont il-paragrafu 2 jew 3.

L-EBA għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Jannar 2021. Il-Kummissjoni tista’ tadotta, wara li tkun ikkunsidrat ir-rapport mill-EBA, att delegat skont l-Artikolu 462, biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar l-elementi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 245

Titolizzazzjoni sintetika

1.   L-istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni sintetika tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji u, fejn rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti skont l-Artikoli 251 u 252 meta tiġi ssodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikun ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi permezz ta’ protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata;

(b)

l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika piż ta’ riskju ta’ 1 250 % għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kollha li hija żżomm fit-titolizzazzjoni jew tnaqqas dawn il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni mill-Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1).

2.   Riskju tal-kreditu sinifikanti għandu jitqies bħala li ġie ttrasferit f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedja mħaddna mill-istituzzjoni oriġinatriċi fit-titolizzazzjoni ma jaqbżux il-50 % tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet kollha ta’ titolizzazzjoni intermedja li jeżistu f’din it-titolizzazzjoni;

(b)

l-istituzzjoni oriġinatriċi ma żżommx aktar minn 20 % tal-valur tal-iskopertura tas-segment tal-ewwel telf fit-titolizzazzjoni, bil-kondizzjoni li jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-oriġinatur jista’ juri li l-valur tal-iskopertura tas-segment tal-ewwel telf jaqbeż stima raġunata tat-telf mistenni fuq l-iskoperturi sottostanti b’marġni sostanzjali;

(ii)

ma hemmx pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedja.

Meta t-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, li l-istituzzjoni oriġinatriċi tikseb permezz tat-titolizzazzjoni, ma jkunx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta’ każ b’każ, li ma għandux jitqies bħala li ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi.

3.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet oriġinaturi jirrikonoxxu trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti fir-rigward ta’ titolizzazzjoni meta l-istituzzjoni oriġinatriċi turi f’kull każ li t-tnaqqis fir-rekwiżiti tal-fondi proprji miksub mill-oriġinatriċi permezz tat-titolizzazzjoni huwa ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi. Il-permess jista’ jingħata biss meta l-istituzzjoni tissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni jkollha politiki u metodoloġiji adegwati għall-immaniġġar tar-riskji interni sabiex tivvaluta t-trasferiment tar-riskju;

(b)

l-istituzzjoni tkun irrikonoxxiet ukoll it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi f’kull każ għall-finijiet tal-immaniġġar tar-riskji interni tal-istituzzjoni u l-allokazzjoni interna tal-kapital tagħha.

4.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 1, 2 u 3, għandhom jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tirrifletti s-sustanza ekonomika tat-titolizzazzjoni;

(b)

il-protezzjoni tal-kreditu li permezz tagħha jiġi ttrasferit ir-riskju tal-kreditu tkun konformi mal-Artikolu 249;

(c)

id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni ma jkunx fiha termini jew kondizzjonijiet li:

(i)

jimponu livelli limiti ta’ materjalità sinifikanti li inqas minnhom il-protezzjoni tal-kreditu titqies bħala li ma tiġix attivata jekk iseħħ avveniment ta’ kreditu;

(ii)

jippermettu li l-protezzjoni tiġi fi tmiemha minħabba d-deterjorament tal-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;

(iii)

jitolbu lill-istituzzjoni oriġinatriċi tbiddel il-kompożizzjoni tal-iskoperturi sottostanti sabiex ittejjeb il-kwalità medja tal-aggregazzjoni; jew

(iv)

iżidu l-kost tal-protezzjoni tal-kreditu għall-istituzzjoni jew ir-rendiment pagabbli lid-detenturi ta’ pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni b’reazzjoni għal deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-aggregazzjoni sottostanti;

(d)

il-protezzjoni tal-kreditu hija infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha;

(e)

fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tagħmilha ċara li l-oriġinatur jew l-isponsor jistgħu biss jixtru jew jixtru lura pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, jew inkella jixtru lura, jirristrutturaw jew jissostitwixxu l-iskoperturi sottostanti lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tagħhom meta tali arranġamenti jiġu esegwiti skont il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u l-partijiet għalihom jaġixxu fl-interess tagħhom stess bħala partijiet liberi u indipendenti (f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta);

(f)

fejn hemm għażla eżerċitabbli eżawrjenti, din l-għażla tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

tista’ tiġi eżerċitata skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni oriġinatriċi;

(ii)

tista’ tiġi eżerċitata biss meta 10 % jew inqas tal-valur oriġinali tal-iskoperturi sottostanti jibqa’ mhux ammortizzat;

(iii)

ma tkunx strutturata biex tevita l-allokazzjoni tat-telf għall-pożizzjonijiet ta’ titjib tal-kreditu jew għal pożizzjonijiet oħrajn imħaddna mill-investituri fit-titolizzazzjoni, kif ukoll ma tkunx strutturata b’mod ieħor biex tipprovdi titjib tal-kreditu;

(g)

l-istituzzjoni oriġinatriċi rċeviet opinjoni minn professjonist legali kkwalifikat li tikkonferma li t-titolizzazzjoni hija konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu;

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-EBA b’dawk il-każijiet fejn ikunu ddeċidew li t-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ma kienx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi skont il-paragrafu 2, kif ukoll b’dawk il-każijiet fejn l-istituzzjonijiet ikunu għażlu li japplikaw il-paragrafu 3.

6.   L-EBA għandha timmonitorja l-firxa ta’ prattiki superviżorji fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ trasferiment ta’ riskju sinifikanti f’titolizzazzjonijiet sintetiċi skont dan l-Artikolu. B’mod partikolari, l-EBA għandha tirrieżamina:

(a)

il-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4;

(b)

l-interpretazzjoni ta’ “trasferiment proporzjonat tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi” għall-finijiet tal-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti prevista fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3; u

(c)

ir-rekwiżiti għal valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar tranżazzjonijiet tat-titolizzazzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-oriġinatur ifittex rikonoxximent ta’ trasferiment sinifikanti ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi skont il-paragrafu 2 jew 3.

L-EBA għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Jannar 2021. Il-Kummissjoni tista’ tadotta, wara li tkun ikkunsidrat ir-rapport mill-EBA, att delegat skont l-Artikolu 462, biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar l-elementi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 246

Rekwiżiti operattivi għal klawżoli ta’ ammortizzament antiċipat

Meta t-titolizzazzjoni tkun tinkludi skoperturi ċirkolanti u klawżoli ta’ ammortizzament antiċipat jew klawżoli simili, għandu jiġi kkunsidrat li ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti mill-istituzzjoni oriġinatriċi biss meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 244 u 245 u meta l-klawżola ta’ ammortizzament antiċipat, ladarba tiġi attivata:

(a)

ma twassalx għal subordinazzjoni tal-pretensjoni superjuri jew pari passu tal-istituzzjoni fuq l-iskoperturi sottostanti għall-pretensjonijiet tal-investituri l-oħrajn;

(b)

ma twassalx għal subordinazzjoni ulterjuri tal-pretensjoni tal-istituzzjoni fuq l-iskoperturi sottostanti relattivi għall-pretensjonijiet tal-partijiet l-oħrajn; jew

(c)

ma żżidx b’mod ieħor l-iskopertura tal-istituzzjoni għat-telf assoċjat mal-iskoperturi ċirkolanti sottostanti.

Taqsima 3

Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju

Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 247

Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju

1.   Meta istituzzjoni oriġinatriċi tkun ittrasferiet riskju tal-kreditu sinifikanti assoċjat mal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni skont it-Taqsima 2, dik l-istituzzjoni tista:

(a)

fil-każ ta’ titolizzazzjoni tradizzjonali, teskludi l-iskoperturi sottostanti mill-kalkolu tagħha tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju u, fejn rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija;

(b)

fil-każ ta’ titolizzazzjoni sintetika, tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju u, fejn rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija, fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti skont l-Artikoli 251 u 252.

2.   Meta l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun iddeċidiet li tapplika l-paragrafu 1, hija għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju kif stabbilit f’dan il-Kapitolu għall-pożizzjonijiet li jista’ jkollha fit-titolizzazzjoni.

Fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi ma tkunx ittrasferiet riskju tal-kreditu sinifikanti jew tkun iddeċidiet li ma tapplikax il-paragrafu 1, din ma tkunx meħtieġa tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għal xi pożizzjoni li jista’ jkollha fit-titolizzazzjoni iżda għandha tkompli tinkludi l-iskoperturi sottostanti fil-kalkoli tagħha tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju u, fejn rilevanti, ammonti ta’ telf mistennija daqs li kieku ma kinux ġew titolizzati.

3.   Meta jkun hemm skopertura għal pożizzjonijiet f’segmenti differenti f’titolizzazzjoni, l-iskopertura għal kull segment għandha tiġi kkunsidrata bħala pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni separata. Il-fornituri tal-protezzjoni ta’ kreditu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom jitqiesu bħala li għandhom pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni. Il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom jinkludu skoperturi għal titolizzazzjoni li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi tal-munita jew tar-rata tal-imgħax li l-istituzzjoni tkun daħlet fihom permezz tat-tranżazzjoni.

4.   Sakemm pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni ma tkunx imnaqqsa mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1), l-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għandu jiġi inkluż fl-ammonti totali ta’ skoperturi ponderati għar-riskju tal-istituzzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 92(3).

5.   L-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni, ikkalkolat kif stabbilit fl-Artikolu 248, jiġi mmultiplikat bil-piż tar-riskju totali rilevanti.

6.   Il-piż tar-riskju totali għandu jiġi ddeterminat bħala s-somma tal-piż tar-riskju stabbilit f’dan il- Kapitolu u kwalunkwe piż tar-riskju addizzjonali skont l-Artikolu 270a.

Artikolu 248

Valur tal-iskopertura

1.   Il-valur ta’ skopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)

il-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fil-karta tal-bilanċ għandu jkun il-valur tal-kontabbiltà tagħha wara li jkun ġie applikat kwalunkwe aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu rilevanti fuq il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont l-Artikolu 110;

(b)

il-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ huwa l-valur nominali tagħha nieqes kwalunkwe aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu rilevanti fuq il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont l-Artikolu 110, immultiplikat bil-fattur ta’ konverżjoni rilevanti kif stabbilit f’dan il-punt. Il-fattur ta’ konverżjoni għandu jkun ta’ 100 %, ħlief fil-każ ta’ faċilitajiet ta’ avvanz ta’ flus. Sabiex jiġi determinat il-valur tal-iskopertura tal-porzjon mhux miġbud tal-faċilitajiet ta’ avvanz ta’ flus, jista’ jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 % għall-ammont nominali ta’ faċilità ta’ likwidità li jkun kanċellabbli inkondizzjonalment dment li r-ripagamenti tal-ġbid mill-faċilità jkunu superjuri għal kull pretensjoni oħra fuq il-flussi tal-flus li jirriżultaw mill-iskoperturi sottostanti, u l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li hija qed tapplika metodu konservattiv xieraq biex jitkejjel l-ammont tal-porzjon mhux miġbud;

(c)

il-valur tal-iskopertura għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti fir-rigward ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tirriżulta minn strument derivattiv elenkat fl-Anness II għandu jiġi ddeterminat skont il-Kapitolu 6;

(d)

istituzzjoni oriġinatriċi tista’ tnaqqas mill-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tkun assenjata piż tar-riskju ta’ 1 250 % skont is-Subtaqsima 3 jew imnaqqsa mill-Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1), l-ammont tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju tal-kreditu fuq l-iskoperturi sottostanti skont l-Artikolu 110, u kull skont mhux rimborżabbli fil-prezz tax-xiri marbut ma’ dawn l-iskoperturi sottostanti sa fejn tali skonti kkawżaw it-tnaqqis tal-fondi proprji.

L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika x’jikkostitwixxi metodu konservattiv xieraq għall-kejl tal-ammont tal-porzjon mhux miġbud imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.

Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

2.   Meta istituzzjoni jkollha żewġ pożizzjonijiet sovraposti jew aktar f’titolizzazzjoni, hija għandha tinkludi waħda biss mill-pożizzjonijiet fil-kalkolu tagħha tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju.

Fejn il-pożizzjonijiet huma parzjalment sovraposti, l-istituzzjoni tista’ taqsam il-pożizzjoni f’żewġ partijiet u tirrikonoxxi s-sovrapożizzjoni fir-rigward ta’ parti waħda biss f’konformità mal-ewwel subparagrafu. Alternattivament, l-istituzzjoni tista’ tittratta l-pożizzjonijiet daqslikieku kienu sovraposti b’mod sħiħ billi tespandi għall-finijiet tal-kalkolu tal-kapital, il-pożizzjoni li tipproduċi l-ogħla ammonti ta’ skoperturi ponderati skont ir-riskju.

L-istituzzjoni tista’ tirrikonoxxi wkoll sovrapożizzjoni bejn ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji f’riskju għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u r-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar, diment li l-istituzzjoni tkun tista’ tikkalkula u tqabbel ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-pożizzjonijiet rilevanti.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, żewġ pożizzjonijiet għandhom jitqiesu bħala sovraposti meta jkunu fi tpaċija reċiproka b’tali mod li l-istituzzjoni tkun tista’ tipprekludi t-telf li jirriżulta minn pożizzjoni waħda billi tesegwixxi l-obbligi meħtieġa taħt il-pożizzjoni l-oħra.

3.   Meta l-punt (d) tal-Artikolu 270c japplika għal pożizzjonijiet fl-ABCP, l-istituzzjoni tista’ tuża l-piż tar-riskju assenjat lil faċilità ta’ likwidità sabiex tikkalkula l-ammont ta’ skopertura ponderata għar-riskju għall-ABCP, dment li l-faċilità tal-likwidità tkopri 100 % tal-ABCP maħruġa mill-programm ABCP u l-faċilità tal-likwidità tikklassifika pari passu mal-ABCP b’mod li jifformaw pożizzjoni sovraposta. L-istituzzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti meta tkun applikat id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan il-paragrafu. Sabiex tiddetermina l-kopertura ta’ 100 % stabbilita f’dan il-paragrafu, l-istituzzjoni tista’ tqis faċilitajiet ta’ likwidità oħrajn fil-programm ABCP, dment li huma jifformaw pożizzjoni sovraposta mal-ABCP.

Artikolu 249

Rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni

1.   Istituzzjoni tista’ tirrikonoxxi protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata fir-rigward ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għall-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu stabbiliti f’dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu 4.

2.   Il-protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata eliġibbli tkun limitata għal kollateral finanzjarju li huwa eliġibbli għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont il-Kapitolu 2, kif stipulat fil-Kapitolu 4, u r-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu għandu jkun soġġett għal konformità mar-rekwiżiti rilevanti, kif stipulat fil-Kapitolu 4.

Il-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli u l-fornituri ta’ tali protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata jkunu limitati għal dawk li huma eliġibbli skont il-Kapitolu 4 u r-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu jkun soġġett għall-konformità mar-rekwiżiti rilevanti, kif stipulat fil-Kapitolu 4.

3.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, il-fornituri eliġibbli ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata msemmija fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 201(1) ikunu ġew assenjati valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI rikonoxxuta, li tkun skala 2 jew aktar tal-kwalità kreditizja fiż-żmien meta l-protezzjoni ta’ kreditu kienet rikonoxxuta għall-ewwel darba u skala 3 jew aktar tal-kwalità kreditizja minn hemm ’il quddiem. Ir-rekwiżit stabbilit f’dan is-subparagrafu ma japplikax għall-kontropartijiet ċentrali li jikkwalifikaw.

L-istituzzjonijiet li huma permessi japplikaw l-Approċċ IRB għal skopertura diretta għall-fornitur tal-protezzjoni jistgħu jivvalutaw l-eliġibbiltà skont l-ewwel subparagrafu abbażi tal-ekwivalenza tal-PD għall-fornitur tal-protezzjoni għall-PD assoċjat mal-iskali tal-kwalità kreditizja msemmija fl-Artikolu 136.

4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-SSPEs ikunu fornituri ta’ protezzjoni eliġibbli meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-SSPE jkollha assi li jikkwalifikaw bħala kollateral finanzjarju eliġibbli skont il-Kapitolu 4;

(b)

l-assi msemmija fil-punt (a) ma jkunux soġġetti għal pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti li jikklassifikaw quddiem jew pari passu mal-pretensjoni jew mal-pretensjoni kontinġenti tal-istituzzjoni li tirċievi protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata; u

(c)

jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha għar-rikonoxximent tal-kollateral finanzjarju stabbiliti fil-Kapitolu 4.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-ammont tal-protezzjoni aġġustat għal kwalunkwe diskrepanzi fil-munita u fil-maturità (Ga) skont il-Kapitolu 4 għandu jkun limitat għall-valur tas-suq aġġustat għall-volatilità ta’ dawk l-assi, filwaqt li l-piż tar-riskju tal-iskoperturi għall-fornitur tal-protezzjoni, kif speċifikat skont l-Approċċ Standardizzat (g), għandu jiġi ddeterminat bħala l-piż tar-riskju medju ponderat li japplika għal dawk l-assi bħala kollateral finanzjarju skont l-Approċċ Standardizzat.

6.   Meta pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tibbenifika minn protezzjoni sħiħa tal-kreditu jew protezzjoni parzjali tal-kreditu fuq bażi pro-rata, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni li tipprovdi protezzjoni tal-kreditu għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-porzjon tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tibbenifika mill-protezzjoni ta’ kreditu skont is-Subtaqsima 3 bħallikieku kienet qed iżżomm dak il-porzjon tal-pożizzjoni direttament;

(b)

l-istituzzjoni li tixtri l-protezzjoni tal-kreditu għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont il-Kapitolu 4 għall-porzjon protett.

7.   Fil-każijiet kollha li mhumiex koperti mill-paragrafu 6, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni li tipprovdi l-protezzjoni tal-kreditu għandha tittratta l-porzjon tal-pożizzjoni li jibbenefika mill-protezzjoni tal-kreditu bħala pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju bħallikieku kienet qed iżżomm dik il-pożizzjoni direttament skont is-Subtaqsima 3, soġġetta għall-paragrafi 8, 9 u 10;

(b)

l-istituzzjoni li tixtri l-protezzjoni tal-kreditu għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-porzjon protett tal-pożizzjoni msemmija fil-punt (a) skont il-Kapitolu 4. L-istituzzjoni għandha tittratta l-porzjon tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li ma jibbenefikax mill-protezzjoni tal-kreditu bħala pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni separata u għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont is-Subtaqsima 3, soġġetta għall-paragrafi 8, 9 u 10.

8.   L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni tat-Titolizzazzjoni (SEC-IRBA) jew l-Approċċ Standardizzat tat-Titolizzazzjoni (SEC-SA) taħt is-Subtaqsima 3 għandhom jiddeterminaw il-punt ta’ kuntatt (A) u l-punt ta’ distakkament (D) separatament għal kull waħda mill-pożizzjonijiet derivati skont il-paragrafu 7 bħallikieku dawn inħarġu bħala pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni separati fiż-żmien tal-oriġinar tat-tranżazzjoni. Il-valur ta’ KIRB jew KSA, rispettivament, għandu jiġi kkalkolat wara li tittieħed f’kunsiderazzjoni l-aggregazzjoni oriġinali tal-iskoperturi li huma l-bażi tat-titolizzazzjoni.

9.   L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Esterni tat- Titolizzazzjoni (SEC-ERBA) taħt is-Subtaqsima 3 għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni oriġinali għandhom jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-pożizzjonijiet derivati skont il-paragrafu 7 kif ġej:

(a)

meta l-pożizzjoni derivata jkollha l-ogħla superjorità, hija għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni oriġinali;

(b)

meta l-pożizzjoni derivata jkollha l-inqas superjorità, hija tista’ tiġi assenjata klassifikazzjoni inferita skont l-Artikolu 263(7). F’dak il-każ, l-input tal-ħxuna T għandu jiġi kkalkolat biss fuq il-bażi tal-pożizzjoni derivata.Meta ma tkunx tista’ tiġi inferita klassifikazzjoni, l-istituzzjoni tapplika l-ogħla piż tar-riskju li jirriżulta minn:

(i)

l-applikazzjoni tas-SEC-SA skont il-paragrafu 8 u s-Subtaqsima 3; jew

(ii)

il-piż tar-riskju tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni oriġinali skont is-SEC-ERBA.

10.   Il-pożizzjoni derivata bl-inqas superjorità għandha tkun ttrattata bħala pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni mhux superjuri anki jekk il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni oriġinali qabel il-protezzjoni tikkwalifika bħala waħda superjuri.

Artikolu 250

Appoġġ impliċitu

1.   Istituzzjoni sponsor, jew istituzzjoni oriġinatriċi li fir-rigward tat-titolizzazzjoni tkun għamlet użu mill-Artikolu 247(1) u (2) għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju jew tkun biegħet strumenti mill-portafoll tan-negozjar tagħha b’tali mod li ma tkunx aktar meħtieġa jkollha fondi proprji għar-riskji ta’ dawk l-istrumenti ma għandhiex tipprovdi appoġġ, direttament jew indirettament, lit-titolizzazzjoni lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tagħha bil-ħsieb li tnaqqas it-telf potenzjali jew reali tal-investituri.

2.   Tranżazzjoni ma għandhiex titqies bħala appoġġ għall-finijiet tal-paragrafu 1 meta t-tranżazzjoni tkun ġiet debitament ikkunsidrata fil-valutazzjoni ta’ trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti u meta ż-żewġ partijiet ikunu esegwew it-tranżazzjoni billi aġixxew fl-interess tagħhom bħala partijiet liberi u indipendenti (f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta). Għal dawn il-finijiet, l-istituzzjoni għandha twettaq reviżjoni kreditizja sħiħa tat-tranżazzjoni u, bħala minimu, tieħu f’kunsiderazzjoni l-fatturi kollha li ġejjin:

(a)

il-prezz tar-riakkwist;

(b)

il-pożizzjoni tal-kapital u tal-likwidità tal-istituzzjoni qabel u wara r-riakkwist;

(c)

il-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti;

(d)

il-prestazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;

(e)

l-impatt tal-appoġġ fuq it-telf li mistenni li jġarrab l-oriġinatur b’mod relattiv għall-investituri.

3.   L-istituzzjoni oriġinatriċi u l-istituzzjoni sponsor għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe tranżazzjoni li jidħlu fiha fir-rigward tat-titolizzazzjoni skont il-paragrafu 2.

4.   L-EBA għandha, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida dwar x’jikkostitwixxi “kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta” għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u ċ-ċirkostanzi taħt liema tranżazzjoni ma tkunx strutturata biex tipprovdi appoġġ.

5.   Jekk istituzzjoni oriġinatriċi jew istituzzjoni sponsor tonqos milli tikkonforma mal-paragrafu 1 fir-rigward ta’ titolizzazzjoni, l-istituzzjoni għandha tinkludi l-iskoperturi sottostanti kollha ta’ dik it-titolizzazzjoni fil-kalkolu tagħha tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju bħallikieku dawn ma kinux ġew titolizzati u tiżvela:

(a)

li hija pprovdiet appoġġ għat-titolizzazzjoni bi ksur tal-paragrafu 1; u

(b)

l-impatt tal-appoġġ ipprovdut f’termini tar-rekwiżiti tal-fondi proprji.

Artikolu 251

Kalkolu tal-istituzzjonijiet oriġinaturi tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju titolizzati f’titolizzazzjoni sintetika

1.   Għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-iskoperturi sottostanti, l-istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni sintetika għandha tuża l-metodoloġiji ta’ kalkolu stabbiliti f’din it-Taqsima, fejn ikunu applikabbli minflok dawk stabbiliti fil-Kapitolu 2. Għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju u, fejn rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti skont il-Kapitolu 3, l-ammont ta’ telf mistenni fir-rigward ta’ tali skoperturi għandu jkun żero.

2.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu japplikaw għall-aggregazzjoni sħiħa ta’ skoperturi li jappoġġjaw it-titolizzazzjoni. Soġġetta għall-Artikolu 252, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju fir-rigward tas-segmenti kollha fit-titolizzazzjoni skont din it-Taqsima, inklużi l-pożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni tista’ tirrikonoxxi l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikolu 249. Il-ponderazzjoni tar-riskju li jiġi applikat għall-pożizzjonijiet li jibbenifikaw minn mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu jista’ jiġi emendat skont il-Kapitolu 4.

Artikolu 252

Trattament ta’ diskrepanzi fil-maturitajiet f’titolizzazzjonjiet sintetiċi

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Artikolu 251, kwalunkwe diskrepanza fil-maturità bejn il-protezzjoni tal-kreditu li permezz tagħha jinkiseb it-trasferiment tar-riskju u l-iskoperturi sottostanti għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

(a)

il-maturità tal-iskoperturi sottostanti għandha titqies bħala l-itwal maturità ta’ kull waħda minn dawk l-iskoperturi soġġetta għal massimu ta’ ħames snin. Il-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu għandha tiġi ddeterminata skont il-Kapitolu 4;

(b)

istituzzjoni oriġinatriċi għandha tinjora kull diskrepanza fil-maturità meta tiġi biex tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni soġġetti għal ponderazzjoni tar-riskju ta’ 1 250 % skont din it-Taqsima. Għall-pożizzjonijiet l-oħrajn kollha, it-trattament tad-diskrepanza fil-maturità stabbilit fil-Kapitolu 4 għandu jiġi applikat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

RW*

=

l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 92(3);

RWAss

=

l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-iskoperturi sottostanti daqs li kieku ma jkunux ġew titolizzati, ikkalkolati fuq bażi pro-rata;

RWSP

=

l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju kkalkolati skont l-Artikolu 251 daqs li kieku ma kienx hemm diskrepanza fil-maturità;

T

=

il-maturità tal-iskoperturi sottostanti, espressa fi snin;

t

=

maturità tal-protezzjoni tal-kreditu, espressa fi snin;

t*

=

0,25

Artikolu 253

Tnaqqis fl-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju

1.   Meta pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tiġi assenjata ponderazzjoni tar-riskju ta’ 1 250 % taħt din it-Taqsima, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valur tal-iskopertura ta’ tali pożizzjoni mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1) bħala alternattiva għall-inklużjoni tal-pożizzjoni fil-kalkolu tagħhom tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju. Għal dak l-għan, il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura jista’ jirrifletti l-protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata eliġibbli skont l-Artikolu 249.

2.   Meta istituzzjoni tagħmel użu mill-alternattiva stabbilita fil-paragrafu 1, hija tista’ tnaqqas l-ammont imnaqqas skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1) mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 268 bħala rekwiżit ta’ kapital massimu li jiġi kkalkolat fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti bħallikieku dawn ma ġewx titolizzati.

Subtaqsima 2

Ġerarkija tal-metodi u l-parametri komuni

Artikolu 254

Ġerarkija tal-metodi

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jużaw wieħed mill-metodi stabbiliti fis-Subtaqsima 3 sabiex jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont il-ġerarkija li ġejja:

(a)

meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 258 jiġu ssodisfati, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-IRBA skont l-Artikoli 259 u 260;

(b)

meta s-SEC-ERBA ma jkunx jista’ jintuża, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-SA skont l-Artikoli 261 u 262;

(c)

meta s-SEC-SA ma jkunx jista’ jintuża, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-ERBA skont l-Artikoli 263 u 264 għal pożizzjonijiet klassifikati jew pożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom tista’ tintuża klassifikazzjoni inferita.

2.   Għal pożizzjonijiet klassifikati jew pożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom tista’tintuża klassifikazzjoni inferita, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-ERBA minflok is-SEC-SA f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-applikazzjoni tas-SEC-SA tirriżulta f’ponderazzjoni tar-riskju ogħla minn 25 % għal pożizzjonijiet li jikkwalifikaw bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS;

(b)

meta l-applikazzjoni tas-SEC-SA tirriżulta f’ponderazzjoni tar-riskju ogħla minn 25 % jew l-applikazzjoni tas-SEC-ERBA tirriżulta f’ponderazzjoni tar-riskju ogħla minn 75 % għal pożizzjonijiet li ma jikkwalifikawx bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS;

(c)

għal tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni garantiti b’aggregazzjoni ta’ self għall-karozzi, kirjiet ta’ karozzi u kirjiet ta’ tagħmir.

3.   F’każijiet li mhumiex koperti mill-paragrafu 2, u b’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, istituzzjoni tista’ tiddeċiedi li tapplika s-SEC-ERBA minflok is-SEC-SA għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni klassifikata kollha tagħha jew għall-pożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom tista’ tintuża klassifikazzjoni inferita.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard mis-17 ta’ Novembru 2018.

Kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti biex tbiddel ulterjorment l-approċċ applikat għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni klassifikata tagħha għandha tiġi notifikat mill-istituzzjoni lill-awtorità kompetenti tagħha qabel il-15 ta’ Novembru immedjatament wara dik id-deċiżjoni.

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe oġġezzjoni mill-awtorità kompetenti sal-15 ta’ Diċembru immedjatament wara d-data tal-għeluq imsemmija fit-tieni jew it-tielet subparagrafu, kif xieraq, id-deċiżjoni notifikata tal-istituzzjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara u għandha tkun valida sakemm deċiżjoni notifikata sussegwentament tidħol fis-seħħ. Istituzzjoni ma għandhiex tuża approċċ differenti matul l-istess sena.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprojbixxu lill-istituzzjonijiet, skont il-każ, milli japplikaw is-SEC-SA meta l-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni tas-SEC-SA ma jkunux proporzjonat mar-riskji maħluqa għall-istituzzjoni jew l-istabbiltà finanzjarja, inkluż iżda mhux limitat għar-riskju tal-kreditu inkorporat fl-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjoni. Fil-każ ta’ skoperturi li ma jikkwalifikawx bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS, għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari għal titolizzazzjonijiet b’karatteristiċi kumplessi ħafna u riskjużi.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, istituzzjoni tista’ tapplika l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna sabiex tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju fir-rigward ta’ pożizzjoni mhux klassifikata fi programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP skont l-Artikolu 266, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 265. Fejn istituzzjoni tkun irċeviet permess biex tapplika l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna f’konformità mal-Artikolu 265(2), u pożizzjoni speċifika fi programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP taqa’ fl-ambitu kopert minn tali permess, l-istituzzjoni għandha tapplika dak l-Approċċ biex- jiġi kkalkulat l-ammont ta’ skoperturi ponderat għar-riskju ta’ dik il-pożizzjoni.

6.   Għal pożizzjoni f’rititolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw is-SEC-SA skont l-Artikolu 261, bil-modifikazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 269.

7.   Fil-każijiet l-oħrajn kollha, għandha tiġi assenjata ponderazzjoni tar-riskju ta’ 1 250 % lill-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni.

8.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-EBA dwar kwalunkwe notifika magħmula skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. L-EBA għandha tissorvelja l-impatt ta’ dan l-Artikolu fuq ir-rekwiżiti kapitali u l-medda ta’ prattiki superviżorji b’konnessjoni mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u ta’ kull sena għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar is-sejbiet tagħha u toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 255

Determinazzjoni tal-KIRB u KSA

1.   Meta istituzzjoni tapplika s-SEC-IRBA skont is-Subtaqsima 3, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-KIRB skont il-paragrafi minn 2 sa 5.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-KIRB billi jimmultiplikaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 3 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti bħallikieku ma kinux ġew titolizzati bi 8 % diviżi bil-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi sottostanti. Il-KIRB għandha tiġi espressa f’forma deċimali bejn żero u wieħed.

3.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-KIRB, l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 3 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti, għandhom jinkludu:

(a)

l-ammont ta’ telf mistenni assoċjat mal-iskoperturi sottostanti kollha tat-titolizzazzjoni, inklużi l-iskoperturi sottostanti inadempjenti li għadhom parti mill-aggregazzjoni skont il-Kapitolu 3; u

(b)

l-ammont ta’ telf mhux mistenni assoċjat mal-iskoperturi sottostanti kollha, inklużi l-iskoperturi sottostanti inadempjenti fl-aggregazzjoni skont il-Kapitolu 3.

4.   L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkolaw il-KIRB fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 3 għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riċevibbli mixtrija. Għal dawn il-finijiet, l-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu ttrattati bħala riċevibbli mixtrija fil-livell tal-konsumatur u l-iskoperturi mhux fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu ttrattati bħala riċevibbli korporattivi mixtrija.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-KIRB separatament għar-riskju ta’ dilwizzjoni fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti ta’ titolizzazzjoni fejn ir-riskju ta’ dilwizzjoni jkun materjali għal tali skoperturi.

Meta t-telf mir-riskji ta’ dilwizzjoni u ta’ kreditu jiġi ttrattat b’mod aggregat fit-titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkombinaw il-KIRB rispettiva għar-riskju ta’ dilwizzjoni u għar-riskju tal-kreditu f’KIRB waħda għall-finijiet tas-Subtaqsima 3. Il-preżenza ta’ fond ta’ riżerva waħdieni jew ta’ sovrakollateralizzazzjoni disponibbli sabiex jiġi kopert it-telf minn riskju tal-kreditu jew ta’ dilwizzjoni tista’ titqies bħala indikazzjoni li dawn ir-riskji huma ttrattati b’mod aggregat.

Meta r-riskju ta’ dilwizzjoni u r-riskju tal-kreditu ma jiġux ittrattati b’mod aggregat fit-titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jimmodifikaw it-trattament stabbilit fit-tieni subparagrafu preċedenti sabiex jikkombinaw il-KIRB rispettiva għar-riskju ta’ dilwizzjoni u ta’ kreditu b’mod prudenti.

6.   Meta istituzzjoni tapplika s-SEC-SA skont is-Subtaqsima 3, din għandha tikkalkula l-KSA billi timmultiplika l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 2 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti bħallikieku ma kinux ġew titolizzati, bi 8 % diviżi bil-valur tal-iskoperturi sottostanti. Il-KSA għandha tiġi espressa f’forma deċimali bejn żero u wieħed.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi sottostanti mingħajr nettjar ta’ kwalunkwe aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu u ta’ kwalunkwe aġġustament speċifiku tal-valur addizzjonali skont l-Artikoli 34 u 110 u kull tnaqqis ieħor tal-fondi proprji.

7.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 6, meta struttura ta’ titolizzazzjoni tinvolvi l-użu ta’ SSPE, l-iskoperturi kollha tal-SSPE relatati mat-titolizzazzjoni jiġu ttrattati bħala skoperturi sottostanti. Mingħajr preġudizzju għal dak li ntqal qabel, l-istituzzjoni tista’ teskludi l-iskoperturi tal-SSPE mill-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti għall-finijiet tal-kalkolu tal-KIRB jew tal-KSA jekk ir-riskju mill-iskoperturi tal-SSPE jkun immaterjali jew jekk ma jaffettwax il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tal-istituzzjoni.

Fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet sintetiċi ffinanzjati, kull rikavat materjali mill-ħruġ ta’ noti marbuta ma’ kreditu jew obbligi ffinanzjati oħrajn tal-SSPE li jservu bħala kollateral għall-ħlas lura tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-KIRB jew tal-KSA jekk ir-riskju tal-kreditu tal-kollateral ikun soġġett għall-allokazzjoni tat-telf segmentata.

8.   Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-metodi xierqa għall-kombinazzjoni tal-KIRB għar-riskji ta’ dilwizzjoni u ta’ kreditu, meta dawn ir-riskji ma jiġux ittrattati b’mod aggregat f’titolizzazzjoni.

9.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment il-kondizzjonijiet li jippermettu lill-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-KIRB għall- aggregazzjonijiet ta’ skoperturi sottostanti f’konformità mal-paragrafu 4, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a)

politika u mudelli kreditizji interni għall-kalkolu tal-KIRB għal titolizzazzjonijiet;

(b)

l-użu ta’ fatturi ta’ riskju differenti fir-rigward tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti u, fejn ma tkunx disponibbli biżżejjed data preċiża jew affidabbli dwar dik l-aggregazzjoni, ta’ data proxy biex jiġu stmati l-PD u l-LGD; u

(c)

rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta biex jiġu ssorveljati l-azzjonijiet u l-politiki ta’ bejjiegħa tar-riċevibbli jew oriġinaturi oħra.

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 256

Determinazzjoni tal-punt ta’ akkoppjament (A) u tal-punt ta’ distakkament (D)

1.   Għall-finijiet tas-Subtaqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-punt ta’ akkoppjament (A) fil-limitu massimu fejn it-telf fl-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti jibda jiġi allokat għall-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni rilevanti.

Il-punt tal-akkoppjament (A) għandu jiġi espress bħala valur deċimali bejn żero u wieħed u jkun ugwali għall-akbar minn żero u l-proporzjon tal-bilanċ pendenti tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni nieqes il-bilanċ pendenti tas-segmenti kollha li jikklassifikaw bħala superjuri għal jew pari passu mas-segment li fih il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni rilevanti inkluża l-iskopertura stess mal-bilanċ pendenti tal-iskoperturi sottostanti kollha fit-titolizzazzjoni.

2.   Għall-finijiet tas-Subtaqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-punt ta’ distakkament (D) fil-limitu li fih it-telf fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti jirriżulta f’telf komplet tal-prinċipal għas-segment li fih il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni rilevanti.

Il-punt ta’ distakkament (D) għandu jiġi espress bħala valur deċimali bejn żero u wieħed u jkun ugwali għall-akbar minn żero u l-proporzjon tal-bilanċ pendenti tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni nieqes il-bilanċ pendenti tas-segmenti kollha li jikklassifikaw bħala superjuri għas-segment li fih il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni rilevanti għall-bilanċ pendenti tal-iskoperturi sottostanti kollha fit-titolizzazzjoni.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw is-sovrakollateralizzazzjoni u l-kontijiet ta’ riżerva ffinanzjati bħala segmenti u l-assi li fihom tali kontijiet ta’ riżerva bħala skoperturi sottostanti.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom jinjoraw il-kontijiet ta’ riżerva mhux iffinanzjati u l-assi li ma jipprovdux titjib tal-kreditu, bħal dawk li jipprovdu biss appoġġ ta’ likwidità, swaps tar-rati tal-imgħax jew bejn il-muniti u kontijiet ta’ kollateral fi flus relatati ma’ dawk il-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni. Għall-kontijiet ta’ riżerva ffinanzjati u għall-assi li jipprovdu titjib tal-kreditu, l-istituzzjoni għandha tittratta biss bħala pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni l-partijiet ta’ dawk il-kontijiet jew l-assi li jassorbu t-telf.

5.   Meta żewġ pożizzjonijiet jew aktar tal-istess tranżazzjoni jkollhom maturitajiet differenti iżda jikkondividu allokazzjoni tat-telf pro rata, il-kalkolu tal-punti ta’ akkoppjament (A) u l-punti ta’ distakkament (D) għandhom ikunu bbażati fuq il-bilanċ pendenti aggregat ta’ dawk il-pożizzjonijiet u l-punti ta’ akkoppjament (A) u l-punti ta’ distakkament (D) li jirriżultaw għandhom ikunu l-istess.

Artikolu 257

Determinazzjoni tal-maturità tas-segment (MT)

1.   Għall-finijiet tas-Subtaqsima 3 u soġġetti għall-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet jistgħu jkejlu l-maturità ta’ segment (MT) bħala:

(a)

il-maturità medja ponderata tal-pagamenti kuntrattwali dovuti taħt is-segment skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn CFt tirrappreżenta l-pagamenti kuntrattwali kollha (prinċipal, imgħaxijiet u miżati) pagabbli mill-mutwatarju matul il-perijodu t; jew

(b)

il-maturità legali finali tas-segment skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn ML hija l-maturità legali finali tas-segment.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-determinazzjoni tal-maturità ta’ segment (MT) tkun soġġetta, fil-każijiet kollha, għal limitu minimu ta’ sena waħda u limitu massimu ta’ ħames snin.

3.   Meta istituzzjoni tista’ ssir esposta għal telf potenzjali mill-iskoperturi sottostanti minħabba kuntratt, l-istituzzjoni għandha tiddetermina l-maturità tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni billi tieħu f’kunsiderazzjoni l-maturità tal-kuntratt flimkien mal-itwal maturità ta’ tali skoperturi sottostanti. Għall-iskoperturi ċirkolanti, tapplika l-itwal maturità kuntrattwalment possibbli li jifdal tal-iskopertura, li tista’ tiżdied matul il-perijodu ċirkolanti.

4.   L-EBA għandha tissorvelja l-firxa ta’ prattiki f’dan il-qasam, b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u għandha toħroġ linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sal-31 ta’ Diċembru 2019.

Subtaqsima 3

Metodi għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju

Artikolu 258

Il-kondizzjonijiet għall-użu tal-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (SEC-IRBA)

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jużaw is-SEC-IRBA biex jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju fir-rigward ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pożizzjoni tkun appoġġjata minn aggregazzjoni ta’ IRB jew aggregazzjoni mħallta, dment li, fil-każ tal-aħħar, l-istituzzjoni tkun tista’ tikkalkula l-KIRB skont it-Taqsima 3 fuq minimu ta’ 95 % tal-ammont ta’ skoperturi sottostanti;

(b)

ikun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni sabiex l-istituzzjoni tkun tista’ tikkalkula l-KIRB; u

(c)

l-istituzzjoni ma tkunx ġiet prekluża milli tuża s-SEC-IRBA fir-rigward ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni speċifikata skont il-paragrafu 2.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq bażi ta’ każ b’każ, jipprekludu l-użu tas-SEC-IRBA meta t-titolizzazzjonijiet ikollhom karatteristiċi riskjużi jew kumplessi ħafna. Għal dawn il-finijiet, dawn li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala karatteristiċi riskjużi jew kumplessi ħafna:

(a)

titjib tal-kreditu li jista’ jonqos għal raġunijiet oħrajn minbarra t-telf tal-portafoll;

(b)

aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti bi grad għoli ta’ korrelazzjoni interna bħala riżultat tal-iskoperturi kkonċentrati għal setturi jew żoni ġeografiċi uniċi;

(c)

tranżazzjonijiet meta l-ħlas lura tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni huwa dipendenti ħafna fuq il-motivaturi tar-riskju mhux riflessi fil-KIRB; jew

(d)

allokazzjonijiet ta’ telf kumplessi ħafna bejn is-segmenti.

Artikolu 259

Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont is-SEC-IRBA

1.   Skont is-SEC-IRBA, l-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni kkalkolat skont l-Artikolu 248 jiġi mmultiplikat bil-ponderazzjoni tar-riskju applikabbli ddeterminat kif ġej, fil-każijiet kollha soġġetti għal limitu minimu ta’ 15 %:

RW = 1 250  %

meta D ≤ KIRB

RW = 12.5 · KSSFA(KIRB)

meta A ≥ KIRB

Formula

meta A < KIRB < D

fejn:

KIRB

hija l-imposta kapitali tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti kif definita fl-Artikolu 255

D

huwa l-punt ta’ distakkament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256

A

huwa l-punt ta’ akkoppjament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256

Formula

fejn:

a

=

– (1/(p * KIRB))

u

=

D – KIRB

l

=

max (A – KIRB; 0)

fejn:

Formula

fejn:

N

huwa n-numru effettiv ta’ skoperturi fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti, ikkalkolat skont il-paragrafu 4;

LGD

huwa t-telf medju fil-każ ta’ inadempjenza ponderat skont l-iskopertura tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti, ikkalkolat skont il-paragrafu 5;

MT

hija l-maturità tas-segment kif iddeterminata skont l-Artikolu 257.

Il-parametri A, B, C, D u E għandhom jiġu ddeterminati skont it-tabella ta’ referenza li ġejja:

 

A

B

C

D

E

Mhux fil-livell tal-konsumatur

Superjuri, granulari (N ≥ 25)

0

3,56

–1,85

0,55

0,07

Superjuri, mhux granulari (N < 25)

0,11

2,61

–2,91

0,68

0,07

Mhux superjuri, granulari (N ≥ 25)

0,16

2,87

–1,03

0,21

0,07

Mhux superjuri, mhux granulari (N < 25)

0,22

2,35

–2,46

0,48

0,07

Fil-livell tal-konsumatur

Superjuri

0

0

–7,48

0,71

0,24

Mhux superjuri

0

0

–5,78

0,55

0,27

2.   Jekk l-aggregazzjoni tal-IRB sottostanti tkun tinkludi kemm skoperturi fil-livell tal-konsumatur kif ukoll mhux fil-livell tal-konsumatur, l-aggregazzjoni għandha tinqasam f’sottoaggregazzjoni fil-livell tal-konsumatur u waħda mhux fil-livell tal-konsumatur u, għal kull sottoaggregazzjoni, għandu jiġi stmat parametru p separat (u l-parametri tal-input korrispondenti N, KIRB u LGD). Sussegwentement, għandu jiġi kkalkolat parametru p medju ponderat għat-tranżazzjoni abbażi tal-parametri p ta’ kull sottoaggregazzjoni u d-daqs nominali tal-iskoperturi f’kull sottoaggregazzjoni.

3.   Meta istituzzjoni tapplika s-SEC-IRBA għal aggregazzjoni mħallta, il-kalkolu tal-parametru p għandu jkun ibbażat fuq l-iskoperturi sottostanti soġġett għall-Approċċ IRB biss. L-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ Standardizzat għandhom jiġu injorati għal dawn il-finijiet.

4.   In-numru effettiv ta’ skoperturi (N) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Formula

fejn EADi tirrappreżenta l-valur tal-iskopertura assoċjata mal-iskopertura fl-aggregazzjoni.

L-iskoperturi multipli għall-istess obbligant għandhom jiġu kkonsolidati u ttrattati bħala skopertura waħda.

5.   L-LGD medju ponderat skont l-iskopertura għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Formula

fejn LGDi jirrappreżenta l-LGD medju assoċjat mal-iskoperturi kollha għall-obbligant i.

Meta r-riskji ta’ kreditu u ta’ dilwizzjoni għar-riċevibbli mixtrija jiġu ġestiti b’mod aggregat f’titolizzazzjoni, l-input tal-LGD għandu jitqies bħala medja ponderata tal-LGD għar-riskju tal-kreditu u 100 % LGD għar-riskju ta’ dilwizzjoni. Il-ponderazzjonijiet għandhom ikunu r-rekwiżiti kapitali tal-Approċċ IRB awtonomi għar-riskju tal-kreditu u għar-riskju ta’ dilwizzjoni, rispettivament. Għal dawn il-finijiet, il-preżenza ta’ fond ta’ riżerva wieħed jew sovrakollateralizzazzjoni disponibbli biex jiġi kopert it-telf minn riskju tal-kreditu jew minn riskju ta’ dilwizzjoni tista’ titqies bħala indikazzjoni li dawn ir-riskji huma ġestiti b’mod aggregat.

6.   Meta s-sehem tal-akbar skopertura sottostanti fl-aggregazzjoni (C1) ma jkunx akbar minn 3 %, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu simplifikat li ġej sabiex jikkalkolaw N u l-LGDs medji ponderati skont l-iskopertura:

Formula

LGD = 0,50

fejn

Cm

jirrappreżenta s-sehem tal-aggregazzjoni li tikkorrispondi għas-somma tal-akbar skoperturi m; u

m

huwa stabbilit mill-istituzzjoni.

Jekk huwa disponibbli biss C1 u dan l-ammont mhuwiex aktar minn 0.03, mela allura l-istituzzjoni tista’ tistabbilixxi l-LGD bħala 0,50 u N bħala 1/C1.

7.   Meta l-pożizzjoni tiġi appoġġjata minn aggregazzjoni mħallta u l-istituzzjoni tkun tista’ tikkalkula l-KIRB fuq mill-inqas 95 % tal-ammonti ta’ skoperturi sottostanti skont il-punt (a) tal-Artikolu 258(1), l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-imposta kapitali għall-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti bħala:

Formula

fejn

d huwa s-sehem tal-ammont ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti li għalihom l-istituzzjoni tista’ tikkalkula l-KIRB fuq l-ammont ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti kollha.

8.   Meta istituzzjoni jkollha pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fil-forma ta’ derivattiva biex tiħħeġġja r-riskji tas-suq, inkluż ir-riskji tar-rata ta’ imgħax jew tal-munita, l-istituzzjoni tista’ tattribwixxi lil dik id-derivattiva ponderazzjoni tar-riskju inferit ekwivalenti għall-ponderazzjoni tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ referenza kkalkolat skont dan l-Artikolu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-pożizzjoni ta’ referenza għandha tkun il-pożizzjoni li hija pari passu f’kull aspett mad-derivattiva jew, fin-nuqqas ta’ tali pożizzjoni pari passu, il-pożizzjoni li hija immedjatament subordinata għad-derivattiva.

Artikolu 260

Trattament tat-titolizzazzjonijiet STS skont is-SEC-IRBA

Skont is-SEC-IRBA, il-ponderazzjoni tar-riskju għal pożizzjoni f’titolizzazzjoni STS għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 259, soġġett għall-modifiki li ġejjin:

limitu minimu tal-ponderazzjoni tar-riskju għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri = 10 %

Formula

Artikolu 261

Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat (SEC-SA)

1.   Skont is-SEC-SA, l-ammont ta’ skopertura ponderat għar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni kif ikkalkolata skont l-Artikolu 248 jiġi mmultiplikat bil-ponderazzjoni tar-riskju applikabbli ddeterminat kif ġej, fil-każijiet kollha soġġett għal limitu minimu ta’ 15 %:

RW = 1 250  %

meta D ≤ KA

RW = 12.5 · KSSFA(KA)

meta A ≥ KA

Formula

meta A < KA < D

fejn:

D

huwa l-punt ta’ distakkament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256;

A

huwa l-punt ta’ akkoppjament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256;

KA

huwa parametru kkalkolat skont il-paragrafu 2;

Formula

fejn:

a

=

– (1/(p · KA))

u

=

D – KA

l

=

max (A – KA; 0)

p

=

1 għal skopertura ta’ titolizzazzjoni li mhijiex skopertura ta’ rititolizzazzjoni

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, KA għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Formula

fejn:

KA hija l-imposta kapitali tal-aggregazzjoni sottostanti kif definita fl-Artikolu 255;

W = proporzjon:

(a)

tat-total tal-ammont nominali ta’ skoperturi sottostanti f’inadempjenza,

(b)

mas-somma tal-ammont nominali tal-iskoperturi sottostanti kollha.

Għal dawn il-finijiet, skopertura f’inadempjenza tfisser skopertura sottostanti li hija: (i) skaduta b’90 jum jew aktar; (ii) soġġetta għal proċedimenti ta’ falliment jew insolvenza; (iii) soġġetta għal preklużjoni jew proċediment simili; jew (iv) f’inadempjenza skont id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni.

Meta istituzzjoni ma tkunx taf l-istatus tad-delinkwenza għal 5 % jew inqas tal-iskoperturi sottostanti fl-aggregazzjoni, l-istituzzjoni tista’ tuża s-SEC-SA soġġetta għall-aġġustament li ġej fil-kalkolu tal-KA:

Formula

Meta l-istituzzjoni ma tkunx taf l-istatus tad-delinkwenza għal aktar minn 5 % tal-iskoperturi sottostanti fl-aggregazzjoni, il-pożizzjoni fit-titolizzazzjoni għandha tiġi ponderata għar-riskju b’1 250 %.

(3)   Meta istituzzjoni jkollha pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fil-forma ta’ derivattiva biex tiħħeġġja r-riskji tas-suq, inkluż ir-riskji tar-rata ta’ imgħax jew tal-munita, l-istituzzjoni tista’ tattribwixxi lil dik id-derivattiva ponderazzjoni tar-riskju inferit ekwivalenti għall-ponderazzjoni tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ referenza kkalkolat skont dan l-Artikolu.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-pożizzjoni ta’ referenza jenħtieġ li tkun il-pożizzjoni li hija pari passu f’kull aspett mad-derivattiva jew, fin-nuqqas ta’ tali pożizzjoni pari passu, il-pożizzjoni li hija immedjatament subordinata għad-derivattiva.

Artikolu 262

Trattament tat-titolizzazzjonijiet STS skont is-SEC-SA

Skont is-SEC-SA, il-ponderazzjoni tar-riskju għal pożizzjoni f’titolizzazzjoni STS għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 261, soġġett għall-modifiki li ġejjin:

 

limitu minimu tal-ponderazzjoni tar-riskju għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri = 10 %

 

p = 0,5

Artikolu 263

Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Esterni (SEC-ERBA)

1.   Skont is-SEC-ERBA, l-ammont ta’ skopertura ponderat għar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni kif ikkalkolat skont l-Artikolu 248 jiġi mmultiplikat bil-ponderazzjoni tar-riskju applikabbli skont dan l-Artikolu.

2.   Għall-iskoperturi b’valutazzjonijiet ta’ kreditu għal perijodu ta’ żmien qasir jew meta tkun tista’ tiġi inferita valutazzjoni ta’ kreditu għal perijodu ta’ żmien qasir skont il-paragrafu 7, japplikaw il-ponderazzjonijiet tar-riskju li ġejjin:

Tabella 1

Skala tal-Kwalità Kreditizja

1

2

3

Il-klassifikazzjonijiet l-oħrajn kollha

Ponderazzjoni tar-riskju

15  %

50  %

100  %

1 250  %

3.   Għall-iskoperturi b’valutazzjonijiet ta’ kreditu fit-tul jew meta tkun tista’ tiġi inferita klassifikazzjoni bbażata fuq valutazzjoni ta’ kreditu fit-tul skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, japplikaw il-ponderazzjonijiet tar-riskju stabbiliti fit-Tabella 2, aġġustati kif applikabbli għall-maturità tas-segment (MT) skont l-Artikolu 257 u l-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u għall-ħxuna tas-segment għal segmenti mhux superjuri skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu:

Tabella 2

Livell tal-Kwalità tal-Kreditu

Segment superjuri

Segment (irqiq) mhux superjuri

Maturità tas-segment (MT)

Maturità tas-segment (MT)

Sena

5 snin

Sena

5 snin

1

15  %

20  %

15  %

70  %

2

15  %

30  %

15  %

90  %

3

25  %

40  %

30  %

120  %

4

30  %

45  %

40  %

140  %

5

40  %

50  %

60  %

160  %

6

50  %

65  %

80  %

180  %

7

60  %

70  %

120  %

210  %

8

75  %

90  %

170  %

260  %

9

90  %

105  %

220  %

310  %

10

120  %

140  %

330  %

420  %

11

140  %

160  %

470  %

580  %

12

160  %

180  %

620  %

760  %

13

200  %

225  %

750  %

860  %

14

250  %

280  %

900  %

950  %

15

310  %

340  %

1 050  %

1 050  %

16

380  %

420  %

1 130  %

1 130  %

17

460  %

505  %

1 250  %

1 250  %

L-oħrajn kollha

1 250  %

1 250  %

1 250  %

1 250  %

4.   Sabiex jiddeterminaw il-ponderazzjoni tar-riskju għal segmenti b’maturità ta’ bejn sena u ħames snin, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw interpolazzjoni lineari bejn il-ponderazzjonijiet tar-riskju applikabbli għal maturità ta’ sena waħda u ħames snin, rispettivament, skont it-Tabella 2.

5.   Sabiex jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħxuna tas-segment, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-ponderazzjoni tar-riskju għal segmenti mhux superjuri kif ġej:

Formula

fejn

T = il-ħxuna tas-segment imkejla bħala D – A

fejn

D

huwa l-punt ta’ distakkament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256

A

huwa l-punt ta’ akkoppjament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256

6.   Il-ponderazzjonijiet tar-riskju għal segmenti mhux superjuri li jirriżultaw mill-paragrafi minn 3, 4 u 5 jkunu soġġetti għal limitu minimu ta’ 15 %. Barra minn hekk, il-ponderazzjonijiet tar-riskju li jirriżultaw għandhom ikunu mhux inqas mill-ponderazzjoni tar-riskju li jikkorrispondi għal segment superjuri ipotetiku tal-istess titolizzazzjoni bl-istess maturità u valutazzjoni ta’ kreditu.

7.   Għall-finijiet tal-użu tal-klassifikazzjonijiet inferiti, l-istituzzjonijiet għandhom jattribwixxu għal pożizzjoni mhux klassifikata klassifikazzjoni inferita ekwivalenti għall-valutazzjoni ta’ kreditu ta’ pożizzjoni ta’ referenza klassifikata li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-pożizzjoni ta’ referenza tikklassifika bħala pari passu fl-aspetti kollha għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni mhux klassifikata jew, fin-nuqqas ta’ pożizzjoni ta’ klassifikazzjoni pari passu, il-pożizzjoni ta’ referenza hija immedjatament subordinata għall-pożizzjoni mhux klassifikata.

(b)

il-pożizzjoni ta’ referenza ma tibbenifikax minn garanziji ta’ partijiet terzi jew titjib tal-kreditu ieħor li mhumiex disponibbli għall-pożizzjoni mhux klassifikata;

(c)

il-maturità tal-pożizzjoni ta’ referenza tkun ugwali għal jew itwal minn dik tal-pożizzjoni mhux klassifikata inkwistjoni;

(d)

fuq bażi kontinwa, kull klassifikazzjoni inferita tiġi aġġornata sabiex tkun tirrifletti kull bidla fil-valutazzjoni ta’ kreditu tal-pożizzjoni ta’ referenza.

8.   Meta istituzzjoni jkollha pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fil-forma ta’ derivattiva biex tiħħeġġja r-riskji tas-suq, inkluż ir-riskji tar-rata ta’ imgħax jew tal-munita, l-istituzzjoni tista’ tattribwixxi lil dik id-derivattiva ponderazzjoni tar-riskju inferit ekwivalenti għall-ponderazzjoni tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ referenza kkalkolat skont dan l-Artikolu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-pożizzjoni ta’ referenza għandha tkun il-pożizzjoni li hija pari passu f’kull aspett mad-derivattiva jew, fin-nuqqas ta’ tali pożizzjoni pari passu, il-pożizzjoni li hija immedjatament subordinata għad-derivattiva.

Artikolu 264

Trattament tat-titolizzazzjonijiet STS skont is-SEC-ERBA

1.   Skont is-SEC-ERBA, il-ponderazzjoni tar-riskju għal pożizzjoni f’titolizzazzjoni STS għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 263, soġġett għall-modifiki stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   Għall-iskoperturi b’valutazzjonijiet ta’ kreditu għal perijodu ta’ żmien qasir jew meta tkun tista’ tiġi inferita klassifikazzjoni bbażata fuq valutazzjoni ta’ kreditu għal perijodu ta’ żmien qasir skont l-Artikolu 263(7), japplikaw il-piżijiet tar-riskji li ġejjin:

Tabella 3

Skala tal-Kwalità Kreditizja

1

2

3

Il-klassifikazzjonijiet l-oħrajn kollha

Ponderazzjoni tar-riskju

10  %

30  %

60  %

1 250  %

3.   Għall-iskoperturi b’valutazzjonijiet ta’ kreditu fit-tul jew meta tkun tista’ tiġi inferita klassifikazzjoni bbażata fuq valutazzjoni ta’ kreditu fit-tul skont l-Artikolu 263(7), japplikaw il-ponderazzjonijiet tar-riskju ddeterminati skont it-Tabella 4, aġġustati għall-maturità tas-segment (MT) skont l-Artikolu 257 u l-Artikolu 263(4) u għall-ħxuna tas-segment għal segmenti mhux superjuri skont l-Artikolu 263(5):

Tabella 4

Skala tal-Kwalità Kreditizja

Segment superjuri

Segment (irqiq) mhux superjuri

Maturità tas-segment (MT)

Maturità tas-segment (MT)

Sena

5 snin

Sena

5 snin

1

10  %

10  %

15  %

40  %

2

10  %

15  %

15  %

55  %

3

15  %

20  %

15  %

70  %

4

15  %

25  %

25  %

80  %

5

20  %

30  %

35  %

95  %

6

30  %

40  %

60  %

135  %

7

35  %

40  %

95  %

170  %

8

45  %

55  %

150  %

225  %

9

55  %

65  %

180  %

255  %

10

70  %

85  %

270  %

345  %

11

120  %

135  %

405  %

500  %

12

135  %

155  %

535  %

655  %

13

170  %

195  %

645  %

740  %

14

225  %

250  %

810  %

855  %

15

280  %

305  %

945  %

945  %

16

340  %

380  %

1 015  %

1 015  %

17

415  %

455  %

1 250  %

1 250  %

L-oħrajn kollha

1 250  %

1 250  %

1 250  %

1 250  %

Artikolu 265

Kamp ta’ applikazzjoni u rekwiżiti operattivi għall-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna

1.   L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju fir-rigward ta’ pożizzjonijiet mhux klassifikati fi programmi ABCP jew tranżazzjonijiet ABCP skont l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna f’konformità mal-Artikolu 266, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Fejn istituzzjoni tkun irċeviet permess biex tapplika l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u pożizzjoni speċifika fi programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP taqa’ fl-ambitu kopert minn tali permess, l-istituzzjoni għandha tapplika dak l-Approċċ biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ skoperturi ponderat għar-riskju ta’ dik il-pożizzjoni.

(2)   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-istituzzjonijiet permess biex japplikaw l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna f’kamp ta’ applikazzjoni definit b’mod ċar meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-pożizzjonijiet kollha fil-karti kummerċjali maħruġa mill-programm ABCP huma pożizzjonijiet klassifikati;

(b)

il-valutazzjoni interna tal-kwalità kreditizja tal-pożizzjoni tirrifletti l-metodoloġija tal-valutazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta’ ECAI waħda jew aktar għall-klassifikazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni appoġġati minn skoperturi sottostanti tat-tip ta’ dawk titolizzati;

(c)

il-karta kummerċjali maħruġa mill-programm ABCP tkun fil-biċċa l-kbira maħruġa lil investituri terzi;

(d)

il-proċess tal-valutazzjoni interna tal-istituzzjoni tkun mill-inqas konservattiva daqs il-valutazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku ta’ dawk l-ECAIs li pprovdew klassifikazzjoni esterna għall-karti kummerċjali maħruġa mill-programm ABCP, b’mod partikolari fir-rigward ta’ fatturi ta’ stress u elementi kwantitattivi rilevanti oħra;

(e)

il-metodoloġija tal-valutazzjoni interna tal-istituzzjoni tieħu f’kunsiderazzjoni l-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni rilevanti kollha tal-ECAIs li huma disponibbli għall-pubbliku u li jikklassifikaw il-karti kummerċjali tal-programm ABCP u tinkludi l-gradi ta’ klassifikazzjoni li jikkorrespondu għall-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAIs. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta fir-rekords interni tagħha dikjarazzjoni ta’ spjegazzjoni li tiddeskrivi kif ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-punt ġew issodisfati u għandha taġġorna din id-dikjarazzjoni fuq bażi regolari;

(f)

l-istituzzjoni tuża l-metodoloġija tal-valutazzjoni interna għall-finijiet ta’ ġestjoni tar-riskji interni, inkluż fil-proċessi tagħha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, tal-informazzjoni ta’ ġestjoni u tal-allokazzjoni interna tal-kapital;

(g)

l-awdituri interni jew esterni, ECAI, jew il-funzjoni interna tal-istituzzjoni għall-ġestjoni tar-riskji jew ir-reviżjoni tal-kreditu jwettqu reviżjonijiet regolari tal-proċess ta’ valutazzjoni interna u tal-kwalità tal-valutazzjonijiet interni tal-kwalità kreditizja tal-iskoperturi tal-istituzzjoni għal programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP;

(h)

l-istituzzjoni tintraċċa l-prestazzjoni tal-klassifikazzjonijiet interni tagħha matul iż-żmien biex tevalwa l-prestazzjoni tal-metodoloġija tal-valutazzjoni interna tagħha u tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa għal dik il-metodoloġija meta l-prestazzjoni tal-iskoperturi tiddifferixxi sistematikament minn dik indikata mill-klassifikazzjonijiet interni;

(i)

il-programm ABCP jinkludi l-istandards ta’ sottoskrizzjoni u ġestjoni tar-responsabbiltà fil-forma ta’ linji gwida għall-amministratur tal-programm fuq, mill-inqas:

(i)

il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-assi, soġġetti għall-punt (j);

(ii)

it-tipi u l-valur monetarju tal-iskoperturi li jirriżultaw mill-provvediment tal-faċilitajiet tal-likwidità u t-titjib tal-kreditu;

(iii)

id-distribuzzjoni tat-telf bejn il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fil-programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP;

(iv)

l-iżolament legali u ekonomiku tal-assi ttrasferiti mill-entità li tbiegħ l-assi;

(j)

il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-assi fil-programm ABCP jipprevedu, mill-inqas:

(i)

l-esklużjoni tax-xiri tal-assi li huma skaduti jew inadempjenti b’mod sinifikanti;

(ii)

il-limitazzjoni ta’ konċentrazzjoni eċċessiva għal obbligant jew żona ġeografika individwali; u

(iii)

il-limitazzjoni tat-terminu tal-assi li jridu jinxtraw;

(k)

għandha titwettaq analiżi tal-profil kummerċjali u r-riskju tal-kreditu tal-bejjiegħ tal-assi inkluża, mill-inqas, valutazzjoni ta’ dawn li ġejjin tal-bejjiegħ:

(i)

il-prestazzjoni finanzjarja tal-imgħoddi u futura mistennija;

(ii)

il-pożizzjoni tas-suq attwali u l-kompetittività futura mistennija;

(iii)

l-ingranaġġ, il-fluss tal-flus, il-kopertura tal-imgħax u l-klassifikazzjoni tad-dejn; u

(iv)

l-istandards ta’ sottoskrizzjoni, il-kapaċitajiet tal-ġestjoni u l-proċessi tal-ġbir;

(l)

il-programm ABCP għandu politiki u proċessi ta’ ġbir li jieħdu f’kunsiderazzjoni l-kapaċità operattiva u l-kwalità kreditizja tal-ġestur u jinkludi karatteristiċi li jnaqqsu r-riskji relatati mal-prestazzjoni tal-bejjiegħ u tal-ġestur. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, ir-riskji relatati mal-prestazzjoni jistgħu jitnaqqsu permezz ta’ motivaturi bbażati fuq il-kwalità kreditizja attwali tal-bejjiegħ jew tal-ġestur sabiex jiġi evitat it-taħlit flimkien ta’ fondi fil-każ ta’ inadempjenza tal-bejjiegħ jew tal-ġestur;

(m)

l-istima aggregata tat-telf fuq aggregazzjoni ta’ assi li jistgħu jinxtraw taħt il-programm ABCP tieħu f’kunsiderazzjoni s-sorsi kollha ta’ riskju potenzjali, bħar-riskju tal-kreditu u r-riskju ta’ dilwizzjoni;

(n)

meta d-daqs tat-titjib tal-kreditu pprovdut mill-bejjiegħ ikun ibbażat biss fuq it-telf relatat mal-kreditu u r-riskju ta’ dilwizzjoni jkun materjali għall-aggregazzjoni ta’ assi partikolari, il-programm ABCP jinkludi riżerva separata għar-riskju ta’ dilwizzjoni;

(o)

id-daqs tal-livell ta’ titjib meħtieġ fil-programm ABCP jiġi kkalkolat billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni bosta snin ta’ informazzjoni storika, inkluż dwar it-telf, id-delinkwenzi, id-dilwizzjonijiet u r-rata tar-rotazzjoni tar-riċevibbli;

(p)

il-programm ABCP jinkludi karatteristiċi strutturali fix-xiri ta’ skoperturi sabiex jitnaqqas id-deterjorament tal-kreditu potenzjali tal-portafoll sottostanti. Tali karatteristiċi jistgħu jinkludu motivaturi ta’ stralċ speċifiċi għal aggregazzjoni ta’ skoperturi;

(q)

l-istituzzjoni tevalwa l-karatteristiċi tal-aggregazzjoni ta’ assi sottostanti, bħall-punteġġ tal-kreditu medju ponderat tagħha, filwaqt li tidentifika kwalunkwe konċentrazzjonijiet għal obbligant jew żona ġeografika individwali, kif ukoll il-granularità tal-aggregazzjoni ta’ assi.

3.   Meta l-funzjonijiet tal-istituzzjoni għall-verifika interna, ir-reviżjoni tal-kreditu jew il-ġestjoni tar-riskji jwettqu r-reviżjoni prevista fil-punt (g) tal-paragrafu 2, dawn il-funzjonijiet ikunu indipendenti mill-funzjonijiet interni tal-istituzzjoni li jittrattaw ir-relazzjonijiet tal-klijenti u kummerċjali tal-programm ABCP.

4.   L-istituzzjonijiet li ngħataw permess sabiex japplikaw l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna ma għandhomx jirrikorru għall-użu ta’ metodi oħrajn għall-pożizzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna, sakemm ma jiġux issodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-istituzzjoni għandha raġuni tajba għaliex tagħmel dan;

(b)

l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 266

Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna

1.   Skont l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna, l-istituzzjoni għandha tassenja l-pożizzjoni mhux klassifikata fil-programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP għal waħda mill-gradi ta’ klassifikazzjoni stipulati fil-punt (e) tal-Artikolu 265(2) abbażi tal-valutazzjoni interna tagħha. Il-pożizzjoni għandha tiġi attribwita klassifikazzjoni derivata li għandha tkun l-istess bħall-valutazzjonijiet ta’ kreditu li jikkorrispondu għal dak il-grad ta’ klassifikazzjoni kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikolu 265(2).

2.   Il-klassifikazzjoni derivata skont il-paragrafu 1 għandha tkun mill-inqas fil-livell tal-grad ta’ investiment jew aħjar fiż-żmien li tkun ġiet assenjata għall-ewwel darba u għandha titqies bħala valutazzjoni ta’ kreditu eliġibbli minn ECAI għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Artikolu 263 jew l-Artikolu 264, kif applikabbli.

Subtaqsima 4

Limiti massimi għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni

Artikolu 267

Il-ponderazzjoni tar-riskju massimu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri: ‘approċċ ta’ trasparenza’

1.   Istituzzjoni li jkollha għarfien f’kull ħin tal-kompożizzjoni tal-iskoperturi sottostanti tista’ tassenja lill-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri ponderazzjoni ta’ riskju massimu ugwali għall-iskopertura tal-ponderazzjoni tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura li jkun applikabbli għall-iskoperturi sottostanti, daqs li kieku l-iskoperturi sottostanti ma jkunux ġew titolizzati.

2.   Fil-każ ta’ aggregazzjonijiet ta’ skoperturi sottostanti fejn l-istituzzjoni tuża esklussivament l-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB, il-ponderazzjoni tar-riskju massimu tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri għandha tkun ugwali għall-ponderazzjoni tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura li tapplika għall-iskoperturi sottostanti skont il-Kapitolu 2 jew 3, rispettivament, bħallikieku dawn ma kinux ġew titolizzati.

Fil-każ ta’ aggregazzjonijiet imħalltin, il-ponderazzjoni tar-riskju massimu jiġi kkalkolat kif ġej:

(a)

meta l-istituzzjoni tapplika s-SEC-IRBA, il-porzjon tal-Approċċ Standardizzat u l-porzjon tal-Approċċ IRB tal-aggregazzjoni sottostanti jiġu assenjati l-ponderazzjoni tar-riskju tal-Approċċ Standardizzat u l-ponderazzjoni tar-riskju tal-Approċċ IRB korrispondenti, rispettivament;

(b)

meta l-istituzzjoni tapplika s-SEC-SA jew is-SEC-ERBA, il-ponderazzjoni tar-riskju massimu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri jkun ugwali għall-ponderazzjoni tar-riskju medju ponderat skont l-Approċċ Standardizzat tal-iskoperturi sottostanti.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-ponderazzjoni tar-riskju li jkun applikabbli fl-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3 jinkludi l-proporzjon ta’:

(a)

telf mistenni mmultiplikat bi 12,5

(b)

mal-valur tal-iskoperturi tal-iskoperturi sottostanti.

4.   Meta l-ponderazzjoni tar-riskju massimu kkalkolat skont il-paragrafu 1 jirriżulta f’piż ta’ riskju aktar baxx mill-piżijiet ta’ riskju minimi stabbiliti fl-Artikoli 259 sa 264, kif applikabbli, mela minflok għandu jintuża tal-ewwel.

Artikolu 268

Rekwiżiti kapitali massimi

1.   Istituzzjoni oriġinatriċi, istituzzjoni sponsor jew istituzzjoni oħra li tuża s-SEC-IRBA, jew istituzzjoni oriġinatriċi jew istituzzjoni sponsor li tuża s-SEC-SA jew is-SEC-ERBA tista’ tapplika rekwiżit kapitali massimu għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li hija tħaddan li jkun ugwali għar-rekwiżiti kapitali li jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 2 jew 3 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti daqs li kieku ma ġewx titolizzati. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ir-rekwiżit kapitali tal-Approċċ IRB jinkludi l-ammont tat-telf mistenni assoċjat ma’ dawk l-iskoperturi kkalkolat skont il-Kapitolu 3 u dak tat-telf mhux mistenni.

2.   Fil-każ ta’ aggregazzjonijiet imħalltin, ir-rekwiżit kapitali massimu għandu jiġi ddeterminat permezz tal-kalkolu tal-medja ponderata skont l-iskopertura tar-rekwiżiti kapitali tal-porzjonijiet tal-Approċċ IRB u tal-Approċċ Standardizzat tal-iskoperturi sottostanti skont il-paragrafu 1.

3.   Ir-rekwiżit kapitali massimu għandu jkun ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont ikkalkolat skont il-paragrafi 1 jew 2 bl-akbar proporzjon tal-imgħax li l-istituzzjoni żżomm fis-segmenti rilevanti (V), espress bħala perċentwal u kkalkolat kif ġej:

(a)

għal istituzzjoni li għandha pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni waħda jew aktar f’segment wieħed, V ikun ugwali għall-proporzjon tal-ammont nominali tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li l-istituzzjoni tħaddan f’dak is-segment partikolari għall-ammont nominali tas-segment;

(b)

għal istituzzjoni li għandha pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni f’segmenti differenti, V ikun ugwali għall-proporzjon massimu tal-imgħax fost is-segmenti. Għal dawn il-finijiet, il-proporzjon ta’ imgħax għal kull wieħed mis-segmenti differenti għandu jiġi kkalkolat kif stabbilit fil-punt (a).

4.   Meta jiġi kkalkolat ir-rekwiżit kapitali massimu għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont dan l-Artikolu, l-ammont sħiħ ta’ kull profitt fuq il-bejgħ u l-istrips tal-imgħax biss għat-titjib tal-kreditu li jirriżultaw mit-tranżazzjoni tat-titolizzazzjoni għandu jitnaqqas mill-entrati ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1).

Subtaqsima 5

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 269

Rititolizzazzjonijiet

1.   Għal pożizzjoni f’rititolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw is-SEC-SA skont l-Artikolu 261, bil-bidliet li ġejjin:

(a)

W = 0 għal kwalunkwe skopertura għal segment ta’ titolizzazzjoni fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti;

(b)

p = 1,5;

(c)

il-ponderazzjoni tar-riskju li jirriżulta jkun soġġett għal piż ta’ riskju minimu ta’ 100 %.

2.   Il-KSA għall-iskoperturi ta’ titolizzazzjoni sottostanti għandha tiġi kkalkolata skont is-Subtaqsima 2.

3.   Ir-rekwiżiti kapitali massimi stabbiliti fis-Subtaqsima 4 ma għandhomx jiġu applikati għall-pożizzjonijiet ta’ rititolizzazzjoni.

4.   Meta l-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti tkun tikkonsisti f’taħlita ta’ segmenti ta’ titolizzazzjoni u tipi oħrajn ta’ assi, il-parametru tal-KA għandu jiġi ddeterminat bħala l-medja ponderata skont l-iskopertura nominali tal-KA kkalkolata individwalment għal kull subsett ta’ skoperturi.

Artikolu 270

Pożizzjonijiet superjuri fit-titolizzazzjonijiet tal-SMEs

Istituzzjoni oriġinatriċi tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju fir-rigward ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont l-Artikoli 260, 262 jew 264, kif applikabbli, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti għat-titolizzazzjoni STS stabbilita fil-Kapitolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/2402, kif applikabbli, għajr l-Artikolu 20(1) sa (6) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

il-pożizzjoni tikkwalifika bħala l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri;

(c)

it-titolizzazzjoni tiġi appoġġata minn aggregazzjoni ta’ skoperturi għal impriżi, sakemm għallinqas 70 % minnhom f’termini tal-bilanċ tal-portafoll jikkwalifikaw bħala SMEs skont it-tifsira tal-Artikolu 501 fil-ħin tal-ħruġ tat-titolizzazzjoni jew fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet rotanti fil-ħin meta skopertura tiżdied mat-titolizzazzjoni;

(d)

ir-riskju tal-kreditu assoċjat mal-pożizzjonijiet mhux miżmuma mill-istituzzjoni oriġinatriċi jiġi ttrasferit permezz ta’ garanzija jew kontrogaranzija li tissodisfa r-rekwiżiti għal protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata stabbilita fil-Kapitolu 4 għall-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu;

(e)

il-parti terza li lilha jiġi ttrasferit ir-riskju tal-kreditu hija waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i)

il-gvern ċentrali jew il-bank ċentrali ta’ Stat Membru, bank għall-iżvilupp multilaterali, organizzazzjoni internazzjonali jew entità promozzjonali dment li l-iskoperturi għall-garanti jew għall-kontrogaranti jikkwalifikaw għal piż ta’ riskju ta’ 0 % skont il-Kapitolu 2;

(ii)

investitur istituzzjonali kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 dment li l-garanzija jew il-kontrogaranzija tkun kompletament kollateralizzata minn flus depożitati mal-istituzzjoni oriġinatriċi.

Artikolu 270a

Piż ta’ riskju addizzjonali

(1)   Meta istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 f’xi aspett materjali minħabba negliġenza jew ommissjoni mill-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu piż ta’ riskju addizzjonali proporzjonat ta’ mhux inqas minn 250 % tal-ponderazzjoni tar-riskju limitat għal 1 250 %, li japplika għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni rilevanti bil-mod speċifikat fl-Artikolu 247(6) jew fl-Artikolu 337(3) ta’ dan ir-Regolament rispettivament. Il-piż ta’ riskju addizzjonali jiżdied progressivament ma’ kull ksur sussegwenti tad-dispożizzjonijiet dwar id-diliġenza dovuta u dwar il-ġestjoni tar-riskju. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-eżenzjonijiet għal ċerti titolizzazzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 6(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402 billi jnaqqsu l-ponderazzjoni tar-riskju li altrimenti jiġi impost skont dan l-Artikolu fir-rigward ta’ titolizzazzjoni li għaliha japplika l-Artikolu 6(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

(2)   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tiffaċilita l-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, inklużi l-miżuri li jridu jittieħdu fil-każ ta’ ksur tal-obbligi li jikkonċernaw il-ġestjoni tar-riskji u d-diliġenza dovuta. L-EBA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Taqsima 4

Valutazzjonijiet ta’ kreditu esterni

Artikolu 270b

Użu ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn ECAIs

L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw biss il-valutazzjonijiet ta’ kreditu biex jiddeterminaw il-ponderazzjoni tar-riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont dan il-Kapitolu meta l-valutazzjoni ta’ kreditu tkun inħarġet jew ġiet approvata minn ECAI skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

Artikolu 270c

Rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAIs

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont it-Taqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biss valutazzjoni ta’ kreditu ta’ ECAI meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ma jkun hemm ebda diskrepanza bejn it-tipi ta’ pagamenti riflessi fil-valutazzjoni ta’ kreditu u t-tipi ta’ pagamenti li għalihom hija intitolata l-istituzzjoni skont il-kuntratt li jwassal għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni inkwistjoni;

(b)

l-ECAI tippubblika l-valutazzjonijiet ta’ kreditu u l-informazzjoni dwar l-analiżi tat-telf u tal-fluss tal-flus, is-sensittività tal-klassifikazzjonijiet għall-bidliet fis-suppożizzjonijiet sottostanti, inkluża l-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti, u dwar il-proċeduri, il-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-elementi ewlenin li huma l-bażi tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, l-informazzjoni għandha titqies bħala li hija disponibbli għall-pubbliku meta hija tkun ġiet ippubblikata f’format aċċessibbli. L-informazzjoni li tkun disponibbli biss għal numru limitat ta’ entitajiet ma għandhiex titqies bħala li hija disponibbli għall-pubbliku;

(c)

il-valutazzjonijiet ta’ kreditu jiġu inklużi fil-matriċi tat-transizzjoni tal-ECAI;

(d)

il-valutazzjonijiet ta’ kreditu mhumiex ibbażati jew parzjalment ibbażati fuq l-appoġġ mhux iffinanzjat ipprovdut mill-istituzzjoni nnifisha. Meta pożizzjoni tkun ibbażata jew parzjalment ibbażata fuq appoġġ mhux iffinanzjat, l-istituzzjoni għandha tikkunsidra dik il-pożizzjoni bħallikieku ma kinitx ikklassifikata għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għal din il-pożizzjoni skont it-Taqsima 3;

(e)

l-ECAI impenjat ruħha li tippubblika spjegazzjonijiet dwar kif il-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti taffettwa l-valutazzjoni ta’ kreditu.

Artikolu 270d

Użu ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu

1.   Istituzzjoni tista’ tiddeċiedi li tinnomina ECAI waħda jew aktar li l-valutazzjonijiet ta’ kreditu tagħhom għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi tagħha ponderati għar-riskju skont dan il-Kapitolu (“ECAI nominata”).

2.   L-istituzzjoni għandha tuża l-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tagħha b’mod konsistenti u b’mod mhux selettiv u, għal dawn il-finijiet, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

istituzzjoni ma għandhiex tuża l-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAI għall-pożizzjonijiet tagħha f’xi segmenti u l-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAI oħra għall-pożizzjonijiet tagħha f’segmenti oħrajn fl-istess titolizzazzjoni li jistgħu jkunu jew ma jkunux ikklassifikati mill-ewwel ECAI;

(b)

meta pożizzjoni jkollha żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu mill-ECAIs innominati, l-istituzzjoni għandha tuża dik il-valutazzjoni ta’ kreditu li hija l-inqas favorevoli;

(c)

meta pożizzjoni jkollha tliet valutazzjonijiet ta’ kreditu jew aktar minn ECAIs innominati, għandhom jintużaw l-aktar żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu favorevoli. Meta l-aktar żewġ valutazzjonijiet favorevoli jkunu differenti, għandha tintuża l-inqas waħda favorevoli mit-tnejn;

(d)

istituzzjoni ma għandhiex tissolleċita b’mod attiv it-tneħħija ta’ klassifikazzjonijiet inqas favorevoli.

3.   Meta l-iskoperturi li huma l-bażi ta’ titolizzazzjoni jibbenifikaw minn protezzjoni tal-kreditu eliġibbli sħiħa jew parzjali skont il-Kapitolu 4 u l-effett ta’ tali protezzjoni jkun ġie rifless fil-valutazzjoni ta’ kreditu ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni minn ECAI nominata, l-istituzzjoni għandha tuża l-ponderazzjoni tar-riskju assoċjat ma’ dik il-valutazzjoni ta’ kreditu. Meta l-protezzjoni tal-kreditu msemmija f’dan il-paragrafu ma tkunx eliġibbli skont il-Kapitolu 4, il-valutazzjoni ta’ kreditu ma għandhiex tiġi rikonoxxuta u l-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala mhux ikklassifikata.

4.   Meta pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tibbenifika minn protezzjoni ta’ kreditu eliġibbli skont il-Kapitolu 4 u l-effett ta’ tali protezzjoni jkun ġie rifless fil-valutazzjoni ta’ kreditu tagħha minn ECAI nnominata, l-istituzzjoni għandha tittratta l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni bħallikieku ma kinitx ikklassifikata u tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont il-Kapitolu 4.

Artikolu 270e

Immappjar tat-titolizzazzjoni

L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tidentifika b’mod oġġettiv u konsistenti l-iskali tal-kwalità kreditizja stabbiliti f’dan il-Kapitolu b’mod relattiv għall-valutazzjonijiet ta’ kreditu rilevanti tal-ECAIs kollha. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha, b’mod partikolari:

(a)

tiddistingwi bejn il-gradi ta’ riskju relattivi espressi minn kull valutazzjoni;

(b)

tikkunsidra fatturi kwantitattivi, bħar-rati ta’ inadempjenza jew telf u l-prestazzjoni storika tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ kull ECAI fost kategoriji ta’ assi differenti;

(c)

tikkunsidra fatturi kwalitattivi bħall-firxa ta’ tranżazzjonijiet ivvalutati mill-ECAI, il-metodoloġija tagħha u t-tifsira tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tagħha, b’mod partikolari, jekk tali valutazzjonijiet jikkunsidrawx it-telf mistenni jew l-ewwel telf tal-Euro, kif ukoll il-ħlas f’waqtu tal-imgħaxijiet jew il-ħlas aħħari tal-imgħaxijiet;

(d)

tfittex li tiżgura li l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li għalihom japplika l-istess piż ta’ riskju abbażi tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAIs ikunu soġġetti għal gradi ekwivalenti ta’ riskju tal-kreditu.

L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

(10)

L-Artikolu 337 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 337

Rekwiżit ta’ fondi proprji għal strumenti ta’ titolizzazzjoni

1.   Għall-istrumenti fil-portafoll tan-negozju li huma pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, l-istituzzjoni għandha tiżen il-pożizzjonijiet netti kif ikkalkolati skont l-Artikolu 327(1) bi 8 % tal-ponderazzjoni tar-riskju li l-istituzzjoni tapplika għall-pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozju tagħha skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu II.

2.   Meta jiġu ddeterminati l-ponderazzjonijiet tar-riskju għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-estimi tal-PD u tal-LGD jistgħu jiġu ddeterminati abbażi tal-estimi li jiġu derivati minn mudell intern tar-riskju inkrimentali ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni (mudell IRC) ta’ istituzzjoni li tkun ingħatat permess biex tuża mudell intern għal riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn. L-alternattiva msemmija l-aħħar tista’ tintuża biss bil-permess mill-awtoritajiet kompetenti, li għandu jingħata jekk dawk l-estimi jissodisfaw ir-rekwiżiti kwantitattivi għall-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3 tat-Titolu II.

B’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA għandha toħroġ linji gwida dwar l-użu ta’ stimi tal-PD u l-LGD bħala inputs meta dawk l-istimi jkunu bbażati fuq mudell IRC.

3.   Għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li huma soġġetti għal piż ta’ riskju addizzjonali skont l-Artikolu 247(6), għandu jiġi applikat 8 % tal-ponderazzjoni tar-riskju totali.

4.   L-istituzzjoni għandha tgħodd flimkien il-pożizzjonijiet ponderati tagħha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3, irrispettivament minn jekk humiex twal jew qosra, sabiex tkun tista’ tikkalkula r-rekwiżit tal-fondi proprji tagħha kontra riskju speċifiku, għajr għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni soġġetti għall-Artikolu 338(4).

5.   Meta istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni tradizzjonali ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għal trasferiment ta’ riskju sinifikanti stabbilit fl-Artikolu 244, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tinkludi l-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjoni fil-kalkolu tagħha tar-rekwiżit tal-fondi proprji bħallikieku dawk l-iskoperturi ma kinux ġew titolizzati.

Meta istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni sintetika ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għat-trasferiment ta’ riskju sinifikanti stabbilit fl-Artikolu 245, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tinkludi l-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjoni fil-kalkolu tagħha tar-rekwiżiti tal-fondi proprji bħallikieku dawk l-iskoperturi ma kinux ġew titolizzati u għandha tinjora l-effett tat-titolizzazzjoni sintetika għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-kreditu.”.

(11)

Titħassar il-Parti Ħamsa u r-referenzi kollha għall-Parti Ħamsa għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

(12)

Fl-Artikolu 457, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għal titolizzazzjoni stipulati fl-Artikoli 242 sa 270a;”.

(13)

L-Artikolu 462 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 462

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati qiegħda tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħat tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6) u fl-Artikoli 456 sa 460 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu indeterminat ta’ żmien mit-28 ta’ Ġunju 2013.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6) u l-Artikoli 456 sa 460 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni għal revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 244(6) u 245(6) u l-Artikoli 456 sa 460 għandu jidħol biss fis-seħħ jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill t-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni bil-fatt li mhumiex ser iqajmu oġġezzjoni. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”.

(14)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 519a

Rapportar u rieżami

Sa l-1 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta fid-dawl tal-iżviluppi fis-swieq tat-titolizzazzjoni, inkluż minn perspettiva makroprudenzjali u ekonomika. Dak ir-rapport għandu, jekk ikun adatt, ikun akkumpanjat minn proposta leġislattiva u għandu, b’mod partikolari, jivvaluta l-punti li ġejjin:

(a)

l-impatt tal-ġerarkija tal-metodi stabbiliti fl-Artikolu 254 u tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kif stabbilit fl-Artikoli 258 sa 266 dwar l-attività tal-ħruġ u l-investiment minn istituzzjonijiet fis-swieq tat-titolizzazzjoni fl-Unjoni;

(b)

l-effetti fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u l-Istati Membri, b’fokus partikolari fuq spekulazzjoni potenzjali fuq is-suq tal-proprjetà immobbli u interkonnettività akbar bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji;

(c)

liema miżuri jkunu meħtieġa biex jitnaqqas u jingħeleb kwalunkwe effett negattiv ta’ titolizzazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja filwaqt li jinżamm l-effett pożittiv tagħha fuq il-finanzjament, inkluż l-introduzzjoni possibbli ta’ limitu massimu fuq l-iskopertura għat-titolizzazzjonijiet; u

(d)

l-effetti fuq il-kapaċità tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu mezz ta’ finanzjament sostenibbli u stabbli għall-ekonomija reali, b’attenzjoni partikolari għall-SMEs.

Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll l-iżviluppi regolatorji f’fora internazzjonali, b’mod partikolari dawk marbutin mal-istandards internazzjonali dwar it-titolizzazzjoni.”.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżitorji li jirrigwardaw pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni pendenti

Fir-rigward ta’ titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu ġew ippubblikati qabel l-1 ta’ Jannar 2019, l-istituzzjonijiet għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u l-Artikolu 337 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sal-31 ta’ Diċembru 2019 fil-verżjoni applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2018.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet li ma jinvolvux il-ħruġ ta’ titoli, ir-referenza għal “titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu ġew ippubblikati” għandha titqies li tfisser titolizzazzjonijiet li nħolqu l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni inizjali tagħhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2019.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Diċembru 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)   ĠU C 219, 17.6.2016, p. 2.

(2)   ĠU C 82, 3.3.2016, p. 1.

(3)  3. Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2017 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2017.

(4)  Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).

(5)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)  1. Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(7)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(8)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.


28.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/35


REGOLAMENT (UE) 2017/2402 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Diċembru 2017

li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

It-titolizzazzjoni tinvolvi tranżazzjonijiet li jippermettu lil mutwant jew kreditur – normalment istituzzjoni ta’ kreditu jew korporazzjoni – jirrifinanzja sett ta’ self, skoperturi jew riċevibbli, bħal self residenzjali, self jew kirjiet għal karozzi, self lill-konsumatur, karti ta’ kreditu jew riċevibbli tan-negozju, billi jibdilhom f’titoli negozjabbli. Il-mutwant jaggrega u jerġa’ jippakkja portafoll tas-self tiegħu, u jorganizzahom f’kategoriji ta’ riskju differenti għal investituri differenti, biex b’hekk jagħti aċċess lill-investituri għal investimenti f’self u skoperturi oħrajn li normalment ma jkollhomx aċċess dirett għalihom. Ir-redditi għall-investituri huma ġġenerati mill-flussi tal-flus tas-self sottostanti.

(2)

Fil-komunikazzjoni tagħha tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li terġa’ tagħti l-ħajja lis-swieq ta’ titolizzazzjoni ta’ kwalità għolja, bla ma jiġu ripetuti l-iżbalji li saru qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008. L-iżvilupp ta’ suq tat-titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati jikkostitwixxi pedament tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) u jikkontribwixxi għall-objettiv prijoritarju tal-Kummissjoni li ssostni l-ħolqien tax-xogħol u ritorn għal tkabbir sostenibbli.

(3)

L-Unjoni biħsiebha ssaħħaħ il-qafas leġislattiv implimentat wara l-kriżi finanzjarja li jindirizza r-riskji inerenti f’titolizzazzjoni ferm kumplessa, opaka u riskjuża. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li r-regoli jiġu adottati sabiex wieħed jiddifferenzja aħjar prodotti sempliċi, trasparenti u standardizzati minn strumenti kumplessi, opaki u riskjużi u li jiġi applikat qafas prudenzjali iktar sensittiv għar-riskji.

(4)

It-titolizzazzjoni hija element importanti ta’ swieq finanzjarji li jaħdmu kif suppost. Titolizzazzjoni strutturata tajjeb hija mezz importanti kif jiġu diversifikati s-sorsi ta’ finanzjament u kif ir-riskju jiġi allokat b’mod aktar mifrux fi ħdan is-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Tippermetti distribuzzjoni usa’ tar-riskju tas-settur finanzjarju u tista’ tgħin sabiex tiffranka mill-karti bilanċjali tal-oriġinaturi biex ikunu jistgħu jsellfu iktar lill-ekonomija. B’mod ġenerali, tista’ ttejjeb l-effiċjenzi fis-sistema finanzjarja u tipprovdi opportunitajiet ikbar ta’ investiment. It-titolizzazzjoni tista’ toħloq pont bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-swieq tal-kapital b’benefiċċju indirett għan-negozji u ċ-ċittadini (permezz ta’, pereżempju, self u finanzjament tan-negozji, u krediti għall-proprjetà immobbli u karti ta’ kreditu li jiswew inqas flus). Madankollu, dan ir-Regolament jagħraf ir-riskji ta’ aktar interkonnettività u ta’ ingranaġġ eċċessiv li t-titolizzazzjoni toħloq u jtejjeb is-superviżjoni mikroprudenzjali mill-awtoritajiet kompetenti tal-parteċipazzjoni ta’ istituzzjoni finanzjarja fis-suq tat-titolizzazzjoni, kif ukoll is-sorveljanza makroprudenzjali ta’ dak is-suq permezz tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u mill-awtoritajiet nazzjonali nominati għal strumenti makroprudenzjali.

(5)

L-istabbiliment ta’ qafas prudenzjali iktar sensittiv għar-riskji għat-titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati (“STS”) jenħtieġ li l-Unjoni tiddefinixxi biċ-ċar x’inhi titolizzazzjoni STS, peress li nkella t-trattament regolatorju iktar sensittiv għar-riskji għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-kumpanniji tal-assigurazzjoni jkunu disponibbli għal tipi differenti ta’ titolizzazzjonijiet fi Stati Membri differenti. Dan iwassal għal kondizzjonijiet mhux ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u għal arbitraġġ regolatorju, filwaqt li huwa importanti li jiġi żgurat li l-Unjoni tiffunzjona bħala suq wieħed għat-titolizzazzjonijiet STS u li tiffaċilita t-tranżazzjonijiet transkonfinali.

(6)

B’konformità mad-definizzjonijiet eżistenti fil-leġislazzjoni settorjali tal-Unjoni, huwa iktar xieraq li jiġu pprovduti definizzjonijiet tal-kunċetti ewlenin kollha tat-titolizzazzjoni. B’mod partikolari, definizzjoni ċara u li tkopri kollox tat-titolizzazzjoni hija meħtieġa sabiex tiġi koperta kwalunkwe tranżazzjoni jew skema li biha r-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ skopertura jew pula ta’ skoperturi jiġi segmentat. Skopertura li toħloq obbligu ta’ pagament dirett għal tranżazzjoni jew skema użata għall-finanzjament jew l-operazzjoni tal-assi fiżiċi ma għandhiex titqies bħala skopertura għal titolizzazzjoni, anki jekk it-tranżazzjoni jew l-iskema jkollha obbligazzjonijiet ta’ pagamenti ta’ senjorità differenti.

(7)

Jenħtieġ li sponsor ikun jista’ jiddelega kompiti lil ġestur, iżda jenħtieġ li jibqa’ responsabbli għall-ġestjoni tar-riskju. B’mod partikolari sponsor ma għandux jittrasferixxi r-rekwiżit tar-retenzjoni tar-riskju lill-ġestur tiegħu. Jenħtieġ li l-ġestur ikun maniġer tal-assi regolat bħal maniġer ta’ impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFM) jew entità - msemmija fid-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (entità MiFID).

(8)

Dan ir-Regolament jintroduċi projbizzjoni fuq ir-rititolizzazzjoni, soġġett għal derogi għal ċerti każijiet ta’ rititolizzazzjonijiet li jintużaw għal skopijiet leġittimi u għal kjarifiki dwar jekk programmi ta’ ħruġ ta’ karta kummerċjali garantita b’assi (ABCP) jitqisux li huma rititolizzazzjonijiet. Ir-rititolizzazzjonijiet jistgħu jfixklu l-livell ta’ trasparenza li dan ir-Regolament jipprova jistabbilixxi. Madankollu, ir-rititolizzazzjonijiet jistgħu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, ikunu utli biex jiġu ppreservati l-interessi tal-investituri. Għalhekk, jenħtieġ li r-rititolizzazzjonijiet ikunu permessi biss f’każijiet speċifiċi kif stabbilit minn dan ir-Regolament. Barra minn hekk, huwa importanti għall-finanzjament tal-ekonomija reali li programmi ABCP appoġġati b’mod sħiħ li ma jintroduċux segmentazzjoni mill-ġdid fuq tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-programm jibqgħu barra mill-ambitu ta’ din il-projbizzjoni fuq ir-rititolizzazzjoni.

(9)

L-investimenti fit-titolizzazzjonijiet jew l-esponimenti għalihom mhux talli jesponu lill-investitur għar-riskji ta’ kreditu tas-self sottostanti jew l-esponimenti, iżda l-proċess ta’ strutturar tat-titolizzazzjonijiet jista’ jwassal ukoll għal riskji oħrajn bħar-riskju tal-aġenzija, riskju mudell, riskju legali u operazzjonali, riskju tal-kontroparti, riskju tal-ġestjoni (servicing), riskju tal-likwidità u riskju tal-konċentrazzjoni. Għalhekk, huwa essenzjali li l-investituri istituzzjonali jkunu soġġetti għar-rekwiżiti proporzjonati dwar id-diliġenza dovuta sabiex jiżguraw li jivvalutaw kif xieraq ir-riskji li jirriżultaw mit-tipi kollha ta’ titolizzazzjonijiet, għall-benefiċċju tal-investituri finali. B’hekk, id-diliġenza dovuta tista’ ssaħħaħ anki l-fiduċja fis-suq u bejn l-oriġinaturi, l-isponsors u l-investituri individwali. Jeħtieġ li l-investituri jeżerċitaw ukoll diliġenza dovuta xierqa fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet STS. Jistgħu jinfurmaw ruħhom bl-informazzjoni divulgata mill-partijiet għat-titolizzazzjoni, b’mod partikolari n-notifika STS u l-informazzjoni relatata ddivulgata f’dan il-kuntest, li jenħtieġ li tipprovdi lill-investituri bl-informazzjoni rilevanti kollha dwar kif jiġu ssodisfati l-kriterji STS. L-investituri istituzzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jpoġġu fiduċja xierqa fin-notifika STS u fl-informazzjoni divulgata mill-oriġinatur, l-isponsor u l-entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni (SSPE) dwar jekk titolizzazzjoni tissodisfax ir-rekwiżiti STS. Madankollu, ma għandhomx joqogħdu biss u mekkanikament fuq din in-notifika u tali informazzjoni.

(10)

Huwa essenzjali li jkunu allinjati l-interessi tal-oriġinaturi, l-isponsors, il-mutwanti oriġinali li huma involuti f’titolizzazzjoni u l-investituri. Biex jikseb dan, l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali jenħtieġ li jżomm interess sinifikanti fl-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni. Għalhekk huwa importanti li l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali jżomm skopertura ekonomika netta materjali għar-riskji sottostanti inkwistjoni. B’mod iktar ġenerali, it-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ma għandhomx ikunu strutturati b’tali mod li jevitaw l-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ retenzjoni. Dak ir-rekwiżit jenħtieġ li jkun applikabbli fis-sitwazzjonijiet kollha fejn tkun applikabbli s-sustanza ekonomika ta’ titolizzazzjoni, ikunu xi jkunu l-istrutturi legali jew l-istrumenti użati. Ma hemmx bżonn ta’ applikazzjonijiet multipli tar-rekwiżit ta’ retenzjoni. Għal kwalunkwe titolizzazzjoni jkun biżżejjed li l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali jkun soġġett għar-rekwiżit. B’mod simili, meta t-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni jkun fihom pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjonijiet oħrajn bħala skoperturi sottostanti, ir-rekwiżit ta’ retenzjoni għandu jiġi applikat biss għat-titolizzazzjoni li hija soġġetta għall-investiment. Jenħtieġ li n-notifika STS tindika lill-investituri li l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali jkun qiegħed iżomm skopertura ekonomika netta materjali għar-riskji sottostanti. Jenħtieġ li jsiru ċerti eċċezzjonijiet għal każijiet li fihom l-iskoperturi titolizzati jkunu ggarantiti b’mod sħiħ, inkondizzjonalment u b’mod irrevokabbli b’mod partikolari mill-awtoritajiet pubbliċi. Fejn jingħata appoġġ mir-riżorsi pubbliċi fil-forma ta’ titoli jew b’mezzi oħrajn, dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(11)

Jenħtieġ li oriġinaturi jew sponsors ma jieħdux vantaġġ mill-fatt li huma jista’ jkollhom aktar informazzjoni mill-investituri u l-investituri potenzjali dwar l-assi trasferiti lill-SSPE, u jenħtieġ li ma jittrasferixxu lill-SSPE, mingħajr ma jkunu jafu l-investituri jew l-investituri potenzjali, assi li l-profil tar-riskju tal-kreditu tagħhom huwa ogħla minn dak ta’ assi komparabbli miżmuma fil-karta bilanċjali tal-oriġinaturi. Kwalunkwe ksur ta’ dak l-obbligu jenħtieġ li jkun soġġett għal sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti mill-awtoritajiet kompetenti, iżda biss meta dan il-ksur ikun intenzjonat. Negliġenza weħidha ma għandhiex tkun soġġetta għal sanzjonijiet f’dak ir-rigward. Madankollu, jenħtieġ li dak l-obbligu ma jippreġudika bl-ebda mod id-dritt tal-oriġinaturi jew l-isponsors li jagħżlu assi li għandhom jiġu ttrasferiti lill-SSPE li ex-ante jkollhom profil tar-riskju tal-kreditu ogħla mill-medja meta mqabbel mal-medja tal-profil tar-riskju tal-kreditu ta’ assi komparabbli li jibqgħu fuq il-karta bilanċjali tal-oriġinatur, sakemm il-profil tar-riskju tal-kreditu ogħla tal-assi trasferiti lill-SSPE jkun ikkomunikat b’mod ċar lill-investituri jew lill-investituri potenzjali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw il-konformità ma’ dan l-obbligu billi jqabblu l-assi sottostanti ta’ titolizzazzjoni u assi komparabbli miżmuma fil-karta bilanċjali tal-oriġinatur.

Il-paragun tal-prestazzjoni jenħtieġ li jsir bejn assi li huma mistennija li ex ante jkollhom prestazzjoni simili, pereżempju bejn ipoteki residenzjali improduttivi trasferiti lill-SSPE u ipoteki residenzjali improduttivi miżmuma fuq il-karta bilanċjali tal-oriġinatur.

M’hemm l-ebda preżunzjoni li l-assi sottostanti għal titolizzazzjoni jenħtieġ li jkollhom prestazzjoni simili għall-medja tal-assi miżmuma fuq il-karta bilanċjali tal-oriġinatur.

(12)

Il-ħila tal-investituri u l-investituri potenzjali li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta u, b’hekk, jagħmlu valutazzjoni informata tal-affidabbiltà kreditizja ta’ strument ta’ titolizzazzjoni partikolari tiddependi mill-aċċess tagħhom għal informazzjoni fuq dawk l-istrumenti. Fuq il-bażi tal-acquis eżistenti, huwa importanti li tinħoloq sistema komprensiva li biha l-investituri u l-investituri potenzjali jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha tul il-ħajja kollha tat-tranżazzjonijiet, li jitnaqqsu l-kompiti ta’ rapportar tal-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs u li jiġi ffaċilitat aċċess kontinwu, faċli u liberu għal informazzjoni affidabbli dwar it-titolizzazzjonijiet. Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tas-suq, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas għal repożitorji tat-titolizzazzjonijiet biex jinġabru rapporti rilevanti, primarjament fuq skoperturi sottostanti f’titolizzazzjonijiet. Dawn ir-repożitorji tat-titolizzazzjoni jenħtieġ li jkunu awtorizzati u sorveljati mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (“ESMA”), stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Meta tispeċifika d-dettalji ta’ dan ir-rappurtar, l-ESMA jenħtieġ li tiżgura li l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata lil dawn ir-repożitorji tkun tirrifletti kemm jista’ jkun il-mudelli eżistenti għad-divulgazzjoni ta’ din l-informazzjoni.

(13)

L-iskop ewlieni tal-obbligu ġenerali għall-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE li jagħmel l-informazzjoni dwar titolizzazzjonijiet disponibbli permezz tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni hu li jipprovdi lill-investituri b’sors ta’ data uniku u sorveljat li huwa neċessarju biex iwettqu d-diliġenza dovuta tagħhom. Titolizzazzjonijiet privati huma spiss imfasslin apposta. Dawn huma importanti għax jippermettu lill-partijiet li jidħlu fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni mingħajr ma jiżvelaw lis-suq u lill-kompetituri informazzjoni kummerċjali sensittiva dwar it-tranżazzjoni (eż. l-iżvelar li ċerta kumpannija teħtieġ finanzjament biex tespandi l-produzzjoni jew li ditta tal-investiment dieħla f’suq ġdid, bħala parti mill-istrateġija tagħha) u/jew marbuta mal-assi sottostanti (eż. dwar it-tip ta’ kummerċ riċevibbli tan-negozju ġġenerat minn ditta industrijali). F’dawk il-każijiet, l-investituri huma f’kuntatt dirett mal-oriġinatur u/jew l-isponsor u jirċievu l-informazzjoni neċessarja sabiex iwettqu d-diliġenza dovuta tagħhom direttament mingħandhom. Għalhekk, hu adatt li jiġu eżentati titolizzazzjonijiet privati mir-rekwiżit li jinnotifikaw l-informazzjoni dwar it-tranżazzjoni lil repożitorju tat-titolizzazzjoni.

(14)

Oriġinaturi, sponsors u mutwanti oriġinali jenħtieġ li japplikaw l-istess kriterji sodi u definiti tajjeb għall-għoti tal-kreditu li huma japplikaw għal skoperturi mhux titolizzati. Madankollu, sakemm riċevibbli tan-negozju ma jkunux oriġinati f’forma ta’ self, il-kriterji għall-għoti tal-kreditu ma għandhomx għalfejn jiġu ssodisfati fir-rigward ta’ riċevibbli tan-negozju.

(15)

Ġeneralment, strumenti ta’ titolizzazzjoni mhumiex adatti għall-klijenti fil-livell tal-konsumatur fis-sens tad-Direttiva 2014/65/UE.

(16)

L-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jenħtieġ li jqiegħdu disponibbli fir-rapport għall-investituri d-data materjalment rilevanti kollha dwar il-kwalità kreditizja u l-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti, inkluża data li tippermetti lill-investituri jidentifikaw biċ-ċar id-delinkwenza u l-inadempjenza tad-debituri sottostanti, ir-ristrutturar tad-dejn, il-maħfra tad-dejn, it-trażżin, ir-riakkwisti, il-pawżi tal-pagamenti, it-telf, iċ-charge offs, l-irkupru u rimedji oħrajn tal-prestazzjoni tal-assi fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti. Ir-rapport għall-investituri jenħtieġ li jinkludi f’każ ta’ titolizzazzjoni li mhijiex tranżazzjoni ABCP id-data dwar il-flussi tal-flus iġġenerati mill-iskoperturi sottostanti u mill-obbligazzjonijiet tat-titolizzazzjoni, inkluża divulgazzjoni separata tal-introjtu u l-iżborż tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, jiġifieri l-kapital skedat, l-imgħax skedat, il-kapital bi ħlas antiċipat, imgħax u tariffi skaduti u imposti, u data marbuta mal-iskattar ta’ kwalunkwe avveniment li jimplika bidliet fil-prijorità tal-pagamenti jew sostituzzjoni ta’ kwalunkwe kontroparti kif ukoll id-data dwar l-ammont u l-forma ta’ tisħiħ tal-kreditu disponibbli għal kull segment. Għalkemm it-titolizzazzjonijiet li huma sempliċi, trasparenti u standardizzati fil-passat kellhom prestazzjoni tajba, is-sodisfazzjon ta’ kwalunkwe rekwiżit STS ma jfissirx li l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni hija ħielsa minn riskji, u lanqas jindika xejn dwar il-kwalità kreditizja sottostanti għat-titolizzazzjoni. Minflok, għandu jitqies li jindika li investitur prudenti u diliġenti ser ikun jista’ janalizza r-riskji involuti fit-titolizzazzjoni.

Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi strutturali differenti ta’ titolizzazzjonijiet fit-tul u titolizzazzjonijiet għal żmien qasir (jiġifieri l-programmi ABCP u t-tranżazzjonijiet ABCP), jenħtieġ li jkun hemm żewġ tipi ta’ rekwiżiti STS: waħda għal titolizzazzjonijiet fit-tul u waħda għal titolizzazzjonijiet għal żmien qasir li jikkorrispondu għal dawk iż-żewġ segmenti tas-suq li jiffunzjonaw b’mod differenti. Il-programmi ABCP jiddependu fuq għadd ta’ tranżazzjonijiet ABCP li jikkonsistu fi skoperturi għal terminu qasir li jeħtieġ li jiġu sostitwiti ladarba jimmaturaw. Fi tranżazzjoni ABCP, it-titolizzazzjoni tista’ tinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta’ ftehim dwar skont varjabbli tal-prezz tax-xiri fuq l-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti, jew il-ħruġ ta’ noti senior u junior minn SSPE fi struttura ta’ kofinanzjament fejn in-noti senior imbagħad jiġu trasferiti lejn l-entitajiet xerrejja ta’ programm ABCP wieħed jew aktar. Madankollu, tranżazzjonijiet ABCP li jikkwalifikaw bħala STS ma għandhomx jinkludu rititolizzazzjonijiet. Barra minn hekk, il-kriterji STS jenħtieġ li jirriflettu r-rwol speċifiku tal-isponsor fil-forniment ta’ appoġġ ta’ likwidità għall-programm ABCP, b’mod partikolari għal programmi ABCP li jkunu appoġġati b’mod sħiħ.

(17)

Kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni, diġà saret ħidma sostanzjali biex tiġi identifikata t-titolizzazzjoni STS. Fir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (7) u (UE) 2015/61 (8) diġà ġew stabbiliti kriterji għal titolizzazzjoni STS għal skopijiet speċifiċi li lilhom jingħata trattament prudenzjali iktar sensittiv għar-riskji.

(18)

Jenħtieġ li l-SSPEs jiġu stabbiliti biss f’pajjiżi terzi li mhumiex elenkati bħala ġurisdizzjonijiet nonkooperattivi u b’riskju għoli mit-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF). Jekk sa ma jkun sar rieżami ta’ dan ir-Regolament tkun ġiet adottata lista speċifika tal-Unjoni ta’ ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li jirrifjutaw li josservaw standards ta’ governanza tajba tat-taxxa, dik il-lista tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi kkunsidrata u tista’ ssir il-lista ta’ referenza għal pajjiżi terzi fejn l-SSPEs ma jkollhomx il-permess li jkunu stabbiliti.

(19)

Huwa essenzjali li tiġi stabbilita definizzjoni ġenerali u applikabbli b’mod transettorjali tat-titolizzazzjoni STS abbażi tal-kriterji eżistenti, kif ukoll fuq il-kriterji adottati mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet dwar it-Titolizzazzjonijiet (IOSCO) fit-23 ta’ Lulju 2015 għall-identifikazzjoni ta’ titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u paragunabbli fil-qafas tas-suffiċjenza kapitali għat-titolizzazzjonijiet, u b’mod partikolari abbażi tal-opinjoni dwar qafas Ewropew dwar il-kwalifikazzjoni tat-titolizzazzjoni ppubblikata fis-7 ta’ Lulju 2015 mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA), stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(20)

L-implimentazzjoni tal-kriterji STS fl-Unjoni kollha ma għandhiex twassal għal approċċi diverġenti. Approċċi diverġenti joħolqu ostakli potenzjali għall-investituri transfruntiera billi jġiegħluhom isiru jafu fid-dettalji l-oqfsa tal-Istati Membri, u b’hekk ixekklu l-fiduċja tal-investituri fil-kriterji STS. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-EBA tiżviluppa linji gwida biex tiżgura fehim komuni u konsistenti tar-rekwiżiti STS madwar l-Unjoni, sabiex jiġu indirizzati l-problemi potenzjali fl-interpretazzjoni. Tali sors uniku ta’ interpretazzjoni jiffaċilita l-adozzjoni tal-kriterji STS mill-oriġinaturi, l-isponsors u l-investituri. Jenħtieġ li l-ESMA ukoll ikollha rwol attiv fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet potenzjali fl-interpretazzjoni.

(21)

Sabiex ma jkunx hemm approċċi diverġenti fl-implimentazzjoni tal-kriterji STS, jenħtieġ li t-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, fil-qafas tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, jikkoordinaw il-ħidma tagħhom u dik tal-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw konsistenza transettorjali u jivvalutaw kwistjonijiet prattiċi li jistgħu jinqalgħu fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet STS. B’dan il-mod, il-fehmiet tal-parteċipanti fis-suq jenħtieġ li jintalbu wkoll u jridu jitqiesu kemm jista’ jkun. L-eżitu ta’ dawk it-taħditiet jenħtieġ li jiġi ppubblikat fuq is-siti web tal-ASE sabiex jgħin lill-oriġinaturi, l-isponsors, l-SSPEs u l-investituri fil-valutazzjoni tat-titolizzazzjonijiet STS qabel ma joħorġu jew jinvestu fit-tali pożizzjonijiet. Mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni bħal dan ikun ta’ importanza partikolari fil-perijodu li jwassal għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(22)

Dan ir-Regolament jippermetti li titolizzazzjonijiet ta’ “bejgħ veru” biss ikunu deżinjati bħala STS. F’titolizzazzjoni ta’ bejgħ veru, is-sjieda tal-iskoperturi sottostanti tiġi ttrasferita jew assenjata b’mod effettiv lil entità emittenti li hija SSPE. It-trasferiment jew l-assenjament tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE ma għandux ikun soġġett għal dispożizzjonijiet ta’ rkupru fil-każ ta’ insolvenza tal-bejjiegħ, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza li skonthom il-bejgħ ta’ skoperturi sottostanti konklużi f’ċertu perijodu qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tal-bejjiegħ tista’, taħt kondizzjonijiet stretti, tiġi invalidata.

(23)

Opinjoni legali mogħtija minn konsulent legali kkwalifikat tista’ tikkonferma l-bejgħ veru jew l-assenjament jew it-trasferiment bl-istess effett legali tal-iskoperturi sottostanti u l-eżegwibbiltà ta’ dak il-bejgħ veru, l-assenjament jew it-trasferiment bl-istess effett legali skont il-liġi applikabbli.

(24)

F’titolizzazzjonijiet li mhumiex ta’ “bejgħ veru”, l-iskoperturi sottostanti ma jiġux ittrasferiti lil entità emittenti li hija SSPE, iżda r-riskju ta’ kreditu marbut mal-iskoperturi sottostanti jiġi ttrasferit permezz ta’ garanzija jew kuntratt tad-derivattivi jew titoli. Dan jintroduċi riskju ta’ kreditu tal-kontroparti addizzjonali u l-kumplessità potenzjali marbuta b’mod partikolari mal-kontenut tal-kuntratt tad-derivattivi. Għal dawn ir-raġunijiet, il-kriterji STS ma għandhomx jippermettu titolizzazzjoni sintetika.

Il-progress li sar mill-EBA fir-rapport tagħha ta’ Diċembru 2015, fejn identifikat il-possibilità ta’ sett ta’ kriterji STS għat-titolizzazzjoni sintetika u ddefinixxiet “titolizzazzjoni sintetika tal-karta bilanċjali” u “titolizzazzjoni sintetika ta’ arbitraġġ”, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut. Ladarba l-EBA tkun iddeterminat b’mod ċar sett ta’ kriterji STS applikabbli speċifikament għat-titolizzazzjonijiet sintetiċi tal-karta bilanċjali, u bil-ħsieb li tippromwovi l-finanzjament lejn l-ekonomija reali u b’mod partikolari tal-SMEs li jibbenefikaw l-aktar minn titolizzazzjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni jenħtieġ li tabbozza rapport u, jekk ikun xieraq, tadotta proposta leġislattiva sabiex testendi l-qafas STS għal tali titolizzazzjonijiet. Madankollu ebda estensjoni ta’ dan it-tip ma għandha tkun proposta mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ titolizzazzjonijiet sintetiċi ta’ arbitraġġ.

(25)

L-iskoperturi sottostanti trasferiti mill-bejjiegħ lill-SSPE jenħtieġ li jissodisfaw kriterji ta’ eliġibbiltà predeterminati u ddefiniti b’mod ċar li ma jippermettux immaniġġar tal-portafoll attiv ta’ dawk l-iskoperturi fuq bażi diskrezzjonali. Fil-prinċipju, is-sostituzzjoni tal-iskoperturi li jiksru r-rappreżentazzjonijiet u t-titoli m’għandhiex titqies bħala immaniġġar tal-portafoll attiv.

(26)

Espożizzjonijiet sottostanti ma għandhomx jinkludu skoperturi f’inadempjenza jew skoperturi għal debituri jew garanti li, sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali, jinsabu f’sitwazzjonijiet speċifikati ta’ diffikultajiet marbuta ma’ kreditu (pereżempju, debituri li ġew iddikjarati falluti).

L-istandard tal-“aħjar għarfien” jenħtieġ li jitqies bħala sodisfatt fuq il-bażi ta’ tagħrif miksub minn debituri dwar l-oriġinazzjoni tal-iskoperturi, l-informazzjoni miksuba mingħand l-oriġinatur matul il-ġestjoni tal-iskoperturi, jew matul il-proċedura ta’ ġestjoni tar-riskju tiegħu jew l-informazzjoni innotifikata lill-oriġinatur minn parti terza.

Jenħtieġ li japplika approċċ prudenti għal skoperturi li kienu improduttivi u sussegwentement ġew ristrutturati. Madankollu, l-inklużjoni ta’ dawn tal-aħħar fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti ma għandhiex tiġi eskluża fejn tali skoperturi ma jkunux ippreżentaw arretrati ġodda mid-data tar-ristrutturar li kellu jseħħ għall-anqas sena qabel id-data tat-trasferiment jew l-assenjazzjoni tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE. F’każijiet bħal dawn l-iżvelar adegwat jenħtieġ li jiżgura trasparenza sħiħa.

(27)

Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jwettqu d-diliġenza dovuta robusta u biex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tar-riskji sottostanti, huwa importanti li t-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni jkunu sostnuti minn aggregazzjonijiet ta’ skoperturi li jkunu omoġeni fit-tip ta’ assi, bħal aggregazzjonijiet ta’ self residenzjali, jew aggregazzjonijiet ta’ self korporattiv, self għal proprjetà kummerċjali, kirjiet u faċilitajiet ta’ kreditu lil impriżi tal-istess kategorija, jew aggregazzjonijiet ta’ self għal karozzi u kirjiet, jew aggregazzjonijiet ta’ faċilitajiet ta’ kreditu lil individwi għal skopijiet ta’ konsum personali, tal-familja jew tal-unità domestika. L-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu titoli trasferibbli, kif definit fil-punt (44) fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE. Sabiex jittieħed kont ta’ dawk l-Istati Membri fejn hija prattika komuni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw bonds minflok ftehimiet ta’ self biex jipprovdu l-kreditu lill-impriżi mhux finanzjarji, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu inklużi tali bonds, dment li ma jkunux elenkati f’ċentru tan-negozjar.

(28)

Huwa essenzjali li tiġi evitata r-rikorrenza ta’ mudelli “oriġina biex tiddistribwixxi”. F’dawk is-sitwazzjonijiet, il-mutwanti jagħtu krediti billi japplikaw politiki ta’ sottoskrizzjoni batuti u dgħajfin peress li jkunu jafu minn qabel li r-riskji relatati eventwalment jinbiegħu lil partijiet terzi. B’hekk, l-iskoperturi li jridu jiġu titolizzati għandhom ikunu oriġinati matul il-perkors normali tan-negozju tal-oriġinatur jew tal-mutwant oriġinali skont standards dwar is-sottoskrizzjoni li ma għandhomx ikunu inqas strinġenti minn dawk li l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali japplika fil-mument tal-oriġinazzjoni għal skoperturi simili li mhumiex titolizzati. Il-bidliet materjali fl-istandards ta’ sottoskrizzjoni għandhom jiġu divulgati b’mod sħiħ lill-investituri potenzjali jew, fil-każ ta’ programmi ABCP appoġġati b’mod sħiħ, lill-isponsor u partijiet oħra esposti direttament għat-tranżazzjoni ABCP. L-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali għandu jkollu biżżejjed esperjenza fl-oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk li ġew titolizzati. Fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet li fihom l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali, l-aggregazzjoni ta’ self ma għandu jinkludi l-ebda self li kien kummerċjalizzat u sottoskritt bil-patt li l-applikant għas-self jew, meta applikabbli, l-intermedjarji, kienu ġew mgħarrfin li l-informazzjoni pprovduta jaf ma tkunx verifikata mill-mutwant. Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju għandha tissodisfa wkoll, meta applikabbli, ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi 2008/48/KE (10) jew 2014/17/UE (11) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew ir-rekwiżiti ekwivalenti f’pajjiżi terzi.

(29)

Id-dipendenza qawwija tar-ripagament ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fuq il-bejgħ ta’ assi li jassiguraw l-assi sottostanti toħloq vulnerabbiltajiet kif jidher mill-prestazzjoni fqira ta’ partijiet tas-suq tat-titoli abbażi ta’ ipoteka kummerċjali (CMBS) matul il-kriżi finanzjarja. Għalhekk, CMBS ma għandhomx jitqiesu li huma titolizzazzjonijiet STS.

(30)

Meta tkun disponibbli data dwar l-impatt ambjentali ta’ assi sottostanti għal titolizzazzjonijiet, l-oriġinatur u l-isponsor ta’ tali titolizzazzjonijiet jenħtieġ li jippubblikawhom.

Għalhekk, l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ta’ titolizzazzjoni STS fejn l-iskoperturi sottostanti huma self residenzjali jew self għal jew kirjiet ta’ karozzi jenħtieġ li jippubblikaw l-informazzjoni disponibbli relatata mal-prestazzjoni ambjentali tal-assi ffinanzjati permezz ta’ tali self residenzjali jew self għal jew kirjiet ta’ karozzi.

(31)

Meta l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs ikunu jixtiequ li t-titolizzazzjonijiet tagħhom jużaw id-deżinjazzjoni ta’ STS, l-investituri, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA jenħtieġ li jkunu notifikati li t-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti STS. In-notifika jenħtieġ li tinkludi spjegazzjoni dwar kif kull wieħed mill-kriterji tal-STS ikun ġiet osservat. Imbagħad, l-ESMA jenħtieġ tippubblika dan fuq lista ta’ titolizzazzjonijiet STS notifikati li tkun disponibbli fuq is-sit web tagħha għal skopijiet ta’ informazzjoni. L-inklużjoni ta’ ħruġ ta’ titolizzazzjoni fil-lista tal-ESMA ta’ titolizzazzjonijiet STS notifikati ma timplikax li l-ESMA jew awtoritajiet kompetenti oħrajn iċċertifikaw li t-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti STS. Il-konformità mar-rekwiżiti STS tibqa’ responsabbiltà tal-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs waħedhom. Dan jiżgura li l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jieħdu responsabbiltà għad-dikjarazzjoni tagħhom li t-titolizzazzjoni hija STS u li hemm trasparenza fis-suq.

(32)

Fejn titolizzazzjoni ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti STS, l-oriġinatur u l-isponsor jenħtieġ li jinnotifikaw minnufih lill-ESMA u lill-awtorità kompetenti rilevanti. Barra minn hekk, meta awtorità kompetenti tkun imponiet sanzjonijiet amministrattivi fir-rigward ta’ titolizzazzjoni nnotifikata bħala STS, dik l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tinnotifika minnufih lill-ESMA għall-inklużjoni tagħhom fuq il-lista ta’ notifiki STS li tippermetti li l-investituri jkunu infurmati dwar dawn is-sanzjonijiet u dwar l-affidabbiltà tan-notifiki STS. Għaldaqstant huwa fl-interess tal-oriġinaturi u tal-isponsors li jagħmlu notifiki maħsuba sew sabiex jiġu evitati konsegwenzi reputazzjonali.

(33)

L-investituri jenħtieġ li jwettqu d-diliġenza dovuta tagħhom fuq l-investimenti b’mod proporzjonali għar-riskji involuti iżda jenħtieġ li jkunu jistgħu joqogħdu fuq in-notifiki STS u fuq l-informazzjoni dwar il-konformità STS żvelata mill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE dwar jekk it-titolizzazzjoni tissodisfax r-rekwiżiti STS. Madankollu ma għandhomx joqogħdu biss u mekkanikament fuq tali notifiki u informazzjoni.

(34)

L-involviment ta’ partijiet terzi fl-għajnuna sabiex tiġi verifikata l-konformità ta’ titolizzazzjoni mar-rekwiżiti STS jista’ jkun siewi għall-investituri, l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs u jista’ jikkontribwixxi biex tiżdied il-fiduċja fis-suq għat-titolizzazzjonijiet STS. L-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jistgħu jużaw ukoll is-servizzi ta’ parti terza awtorizzata f’konformità ma’ dan ir-Regolament biex jivvalutaw jekk it-titolizzazzjoni tagħhom tikkonformax mal-kriterji STS. Dawk il-partijiet terzi jenħtieġ li jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni minn awtoritajiet kompetenti. In-notifika lill-ESMA u l-pubblikazzjoni sussegwenti fuq is-sit web tal-ESMA jenħtieġ li jsemmu jekk il-konformità STS kinitx awtorizzata minn parti terza. Madankollu, huwa essenzjali li l-investituri jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom stess, jieħdu responsabbiltà għad-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom u ma joqogħdux mekkanikament fuq it-tali partijiet terzi. L-involviment ta’ parti terza bl-ebda mod ma għandu jneħħi r-responsabbiltà legali aħħarija minn fuq l-oriġinaturi, l-isponsors u l-investituri istituzzjonali li jinnotifikaw u jittrattaw tranżazzjoni ta’ titolizzazzjoni bħala STS.

(35)

L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtoritajiet kompetenti u jagħtuhom is-setgħat ta’ superviżjoni, investigazzjoni u sanzjonar meħtieġa. Fil-prinċipju, is-sanzjonijiet amministrattivi jenħtieġ li jiġi ppubblikati. Peress li l-investituri, l-oriġinaturi, l-isponsors, il-mutwanti oriġinali u l-SSPEs jistgħu jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti u sorveljati minn awtoritajiet kompetenti settorjali differenti, il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fir-rigward tal-kompiti speċifiċi konferiti lilu bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (12), u mal-ASE, għandha tiġi żgurata bl-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni u assistenza f’attivitajiet superviżorji. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li japplikaw sanzjonijiet biss fil-każ ta’ ksur imwettaq intenzjonalment jew bi traskuraġni. L-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju ma għandhiex tiddependi minn evidenza ta’ intenzjoni jew negliġenza. Fid-determinazzjoni tat-tip u l-livell xieraq ta’ sanzjoni jew ta’ miżura ta’ rimedju, meta jittieħdu inkunsiderazzjoni s-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu, b’mod partikolari, il-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli.

(36)

L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkoordinaw mill-qrib is-superviżjoni tagħhom u jiżguraw deċiżjonijiet konsistenti, speċjalment f’każ ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament. Meta dan il-ksur jikkonċerna notifika mhux korretta jew qarrieqa, l-awtorità kompetenti li tidentifika dak il-ksur jenħtieġ li anke tinforma lill-ASE u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA, u, fejn xieraq, il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, jenħtieġ li jeżerċitaw is-setgħat vinkolanti ta’ medjazzjoni tagħhom.

(37)

Ir-rekwiżiti għall-użu tad-deżinjazzjoni “titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata” huma ġodda u ser jiġu speċifikati iktar permezz ta’ linji gwida tal-EBA u prassi superviżorja matul iż-żmien. Sabiex jiġi evitat li l-parteċipanti tas-suq jiġu diskoraġġuti milli jużaw din id-deżinjazzjoni l-ġdida, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħtu lill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE perijodu ta’ grazzja ta’ tlett xhur biex jirrettifikaw kwalunkwe użu żbaljat tad-deżinjazzjoni li jkunu użaw in bona fede. Jenħtieġ li tkun preżunta bona fede fejn l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ma setgħux ikunu jafu li titolizzazzjoni ma kinitx tissodisfa l-kriterji STS kollha biex tkun deżinjata bħala STS. Matul dak il-perijodu ta’ grazzja, it-titolizzazzjoni inkwistjoni jenħtieġ li tkompli titqies konformi mal-STS u ma għandhiex titħassar minn fuq il-lista stabbilita mill-ESMA f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

(38)

Dan ir-Regolament jippromwovi l-armonizzazzjoni ta’ għadd ta’ elementi ewlenin fis-suq tat-titolizzazzjoni mingħajr preġudizzju għal iktar armonizzazzjoni kumplimentari mmexxija mis-suq tal-proċessi u l-prattiki fis-swieq tat-titolizzazzjoni. Għal dik ir-raġuni, huwa essenzjali li l-parteċipanti fis-suq u l-assoċjazzjonijiet professjonali tagħhom ikomplu jistandardizzaw il-prattiki tas-suq, u b’mod partikulari l-istandardizzazzjoni tad-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjonijiet. Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja bir-reqqa u tirrapporta fuq l-isforzi ta’ standardizzazzjoni li jagħmlu l-parteċipanti fis-suq.

(39)

Id-Direttivi 2009/65/KE (13), 2009/138/KE (14) u 2011/61/UE (15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 (16) u (UE) Nru 648/2012 (17) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huma emendati kif xieraq sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-qafas legali tal-Unjoni ma’ dan ir-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet relatati mat-titolizzazzjoni li l-objettiv ewlieni tiegħu huwa l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, b’mod partikulari billi tiżgura kondizzjonijiet ekwi fis-suq intern għall-investituri istituzzjonali kollha.

(40)

Fir-rigward tal-emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012, il-kuntratti tad-derivattivi barra l-Borża (“OTC”) li jkunu daħlu fihom SSPEs ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar dment li jiġu ssodisfati ċerti kondizzjonijiet. Dan minħabba li kontropartijiet għall-kuntratti tad-derivattivi OTC li jkunu daħlu fihom SSPEs huma kredituri garantiti skont l-arranġamenti ta’ titolizzazzjoni u normalment tkun prevista protezzjoni xierqa kontra r-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti. Fir-rigward ta’ derivattivi kklerjati mhux ċentralment, il-livelli ta’ kollateral meħtieġa jenħtieġ li jqisu wkoll l-istruttura speċifika tal-arranġamenti ta’ titolizzazzjoni u l-protezzjonijiet diġà previsti fihom.

(41)

Hemm livell ta’ sostitwibbiltà bejn il-bonds koperti u t-titolizzazzjonijiet. Għalhekk, sabiex tiġi evitata l-possibbiltà ta’ distorsjoni jew arbitraġġ bejn l-użu tat-titolizzazzjonijiet u l-bonds koperti minħabba t-trattament differenti ta’ kuntratti ta’ derivattivi OTC li jidħlu fihom entitajiet ta’ bonds koperti jew SSPEs, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jenħtieġ li jiġi emendat sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fit-trattament bejn derivattivi assoċjati ma’ bonds koperti u derivattivi assoċjati ma’ titolizzazzjonijiet, fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar u tar-rekwiżiti tal-marġni dwar derivattivi OTC mhux ikklerjati ċentralment.

(42)

Sabiex jiġu armonizzati t-tariffi għas-superviżjoni li għandhom jiġu mposti mill-ESMA jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tispeċifika aktar it-tip ta’ tariffi, il-materji li għalihom it-tariffi jkunu dovuti, l-ammont tat-tariffi u l-metodu ta’ ħlas tagħhom. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (18). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(43)

Sabiex jiġi speċifikat ir-rekwiżit ta’ retenzjoni tar-riskju, kif ukoll sabiex jiġu ċċarati ulterjorment il-kriterji ta’ omoġenità u l-iskoperturi li għandhom jitqiesu omoġeni skont ir-rekwiżiti dwar is-sempliċità, filwaqt li jiġi żgurat li t-titolizzazzjoni tas-self tal-SME ma tiġix affettwata b’mod negattiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-EBA dwar l-modalitajiet biex ir-riskju jiġi ritenut, il-kejl tal-livell ta’ retenzjoni, ċerti projbizzjonijiet rigward ir-riskju ritenut, ir-retenzjoni fuq bażi konsolidata u l-eżenzjoni ta’ ċerti tranżazzjonijiet, u l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji ta’ omoġenità u liema skoperturi sottostanti jitqiesu omoġeni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE u f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA jenħtieġ li tikkonsulta mill-qrib maż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra.

(44)

Sabiex tiffaċilita l-aċċess kontinwu, faċli u ħieles tal-investituri għal informazzjoni affidabbli dwar it-titolizzazzjonijiet, kif ukoll biex tispeċifika t-termini tal-kooperazzjoni u l-obbligu tal-iskambju ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ESMA dwar: isl-informazzjoni paragunabbli dwar l-iskoperturi sottostanti u r-rapporti regolari tal-investituri; il-lista ta’ għanijiet leġittimi li taħthom huma permessi r-rititolizzazzjonijiet; il-proċeduri li jippermettu lir-repożitorji tat-titolizzazzjoni jivverifikaw il-kompletezza u l-konsistenza tad-dettalji rrapportati, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u l-applikazzjoni ssimplifikata għal estensjoni ta’ reġistrazzjoni; id-dettalji tat-titolizzazzjoni li għandhom jiġu pprovduti għal raġunijiet ta’ trasparenza, l-istandards operazzjonali meħtieġa għall-ġbir, l-aggregazzjoni u t-tqabbil ta’ data tul ir-repożitorji ta’ titolizzazzjoni, l-informazzjoni li għaliha għandhom aċċess l-entitajiet maħtura u t-termni u l-kondizzjonijiet għal aċċess dirett; l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fil-każ ta’ notifika STS; l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ verifikatur ta’ parti terza; u l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata u l-kontenut u l-ambitu tal-obbligi tan-notifika. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat- TFUE u f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA jenħtieġ li tikkonsulta mill-qrib maż-żewġ ASE l-oħra.

(45)

Sabiex tiffaċilita l-proċess għall-investituri, l-oriġinaturi, l-isponsors, u l-SSPEs, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa ukoll biex tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-ESMA, fir-rigward ta’: il-mudelli li għandhom jintużaw meta l-informazzjoni ssir disponibbli għad-detenturi ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni; il-format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u tal-applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni ta’ repożitorji ta’ titolizzazzjoni; mudell għall-għoti ta’ informazzjoni; il-mudelli li għandhom jintużaw biex tingħata informazzjoni lir-repożitorju tat-titolizzazzjoni, b’kont meħud tas-soluzzjonijiet żviluppati mill-kolletturi tad-data dwar it-titolizzazzjoni eżistenti; u l-mudell għan-notifiki STS li ser jipprovdu lill-investituri u lill-awtoritajiet kompetenti biżżejjed informazzjoni għall-valutazzjoni tagħhom tal-konformità mar-rekwiżiti STS. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA jenħtieġ li tikkonsulta mill-qrib maż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra.

(46)

Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, prinċipalment l-istabbiliment ta’ qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u l-ħolqien ta’ qafas speċifiku għal titolizzazzjoni STS, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba li s-swieq tat-titolizzazzjonijiet joperaw globalment u minħabba li jenħtieġ li jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq intern għall-investituri istituzzjonali u għall-entitajiet kollha involuti fit-titolizzazzjoni iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(47)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal titolizzazzjonijiet li jinħarġu fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara.

(48)

Għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni pendenti mill-1 ta’ Jannar 2019, l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw id-deżinjazzjoni ‘STS’ dment li t-titolizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti STS, għal ċerti rekwiżiti fil-mument tan-notifika u għal rekwiżiti oħrajn fil-ħin tal-oriġinazzjoni. Għaldaqstant, l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jenħtieġ li jkunu kapaċi jippreżentaw notifika STS lill-ESMA skont dan ir-Regolament. Kwalunkwe modifika sussegwenti għat-titolizzazzjoni jenħtieġ li tiġi aċċettata dment li t-titolizzazzjoni tkompli tissodisfa r-rekwiżiti STS kollha applikabbli.

(49)

Ir-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta li jkunu applikati f’konformità mal-liġi eżistenti tal-Unjoni qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jibqgħu japplikaw għal titolizzazzjonijiet maħruġin fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara, u għal titolizzazzjonijiet maħruġin qabel l-1 ta’ Jannar 2011 fejn wara l-31 ta’ Diċembru 2014 ikunu ġew sostitwiti jew żdiedu skoperturi sottostanti ġodda. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014 (19) li jispeċifikaw ir-rekwiżiti ta’ retenzjoni tar-riskju għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) jenħtieġ li jibqgħu applikabbli sa meta japplikaw l-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-retenzjoni tar-riskju skont dan ir-Regolament. Għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew id-ditti tal-investiment, l-impriżi tal-assigurazzjoni, l-impriżi tar-riassigurazzjoni u l-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv jenħtieġ li, għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni pendenti mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ikomplu jkunu soġġetti għall-Artikolu 405 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għall-Kapitoli I, II u III u għall-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014, għall-Artikoli 254 u 255 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 u għall-Artikolu 51 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 (21) rispettivament.

Sabiex jiżgura li l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jikkonformaw mal-obbligi ta’ trasparenza tagħhom, sakemm jidħlu fis-seħħ l-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, l-informazzjoni msemmija fl-Annessi I sa VIII għar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/3 (22) jenħtieġ li ssir disponibbli għall-pubbliku,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni. Huwa jiddefinixxi t-titolizzazzjoni u jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta, retenzjoni tar-riskju u trasparenza għall-partijiet involuti fit-titolizzazzjonijiet, kriterji għall-għoti ta’ kreditu, rekwiżiti għall-bejgħ ta’ titolizzazzjonijiet lil klijenti mhux professjonali, projbizzjoni tar-rititolizzazzjoni, rekwiżiti għal SSPEs kif ukoll kondizzjonijiet u proċeduri għal repożitorji tat-titolizzazzjoni. Dan joħloq ukoll qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata (‘STS’).

2.   Dan ir-Regolament japplika għal investituri istituzzjonali u għal oriġinaturi, sponsors, mutwanti oriġinali u entitajiet bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“titolizzazzjoni” tfisser tranżazzjoni jew skema, li biha riskju ta’ kreditu assoċjat mal-iskopertura jew aggregazzjoni ta’ skoperturi tkun segmentata, u jkollha karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

il-pagamenti fit-tranżazzjoni jew l-iskema jkunu dipendenti fuq il-prestazzjoni tal-iskopertura jew tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi;

(b)

is-subordinazzjoni tas-segmenti tiddetermina d-distribuzzjoni tat-telf matul il-ħajja kurrenti tat-tranżazzjoni jew skema;

(c)

it-tranżazzjoni jew l-iskema ma toħloqx skoperturi li għandhom il-karatteristiċi kollha elenkati fl-Artikolu 147(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(2)

“entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni” jew “SSPE” tfisser korporazzjoni, fiduċjarja jew entità oħra, għajr oriġinatur jew sponsor, stabbilita għall-fini ta’ twettiq ta’ titolizzazzjoni waħda jew iktar, li l-attivitajiet tagħha huma limitati għal dawk xierqa sabiex jintlaħaq dak l-objettiv, bi struttura li hija maħsuba sabiex tiżola l-obbligazzjonijiet tal-SSPE minn dawk tal-oriġinatur;

(3)

“oriġinatur” tfisser entità li:

(a)

hi stess jew permezz ta’ entitajiet relatati, b’mod dirett jew indirett, kienet involuta fil-ftehim oriġinali li ħoloq l-obbligazzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet potenzjali tad-debitur jew id-debitur potenzjali li wasslu għat-titolizzazzjoni tal-iskoperturi; jew

(b)

tixtri l-iskoperturi ta’ parti terza għan-nom tagħha stess u mbagħad tittitolizzahom;

(4)

“rititolizzazzjoni” tfisser titolizzazzjoni li biha tal-inqas waħda mill-iskoperturi sottostanti tkun pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;

(5)

“sponsor” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu, sew jekk lokalizzata fl-Unjoni u sew jekk le, kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew ditta tal-investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE għajr oriġinatur, li:

(a)

tistabbilixxi u tamministra programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi jew titolizzazzjoni oħra li tixtri skoperturi mingħand entitajiet terzi, jew

(b)

tistabbilixxi programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi jew titolizzazzjoni oħra li tixtri skoperturi mingħand entitajiet terzi u tiddelega l-immaniġġar ta’ kuljum ta’ portafoll attiv involut f’dik it-titolizzazzjoni lil entità awtorizzata biex twettaq tali attività f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2011/61/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;

(6)

“segment” tfisser segment, stabbilit b’kuntratt, tar-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ skopertura jew aggregazzjoni ta’ skoperturi, fejn pożizzjoni fis-segment tinvolvi riskju ta’ telf ta’ kreditu ikbar jew inqas minn pożizzjoni tal-istess ammont f’segment ieħor, bla ma titqies il-protezzjoni tal-kreditu pprovduta minn partijiet terzi direttament lid-detenturi tal-pożizzjonijiet fis-segment jew f’segmenti oħrajn;

(7)

“programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi” jew “programm ABCP” (asset-backed commercial paper) tfisser programm ta’ titolizzazzjonijiet, li t-titoli maħruġa minnu fil-biċċa l-kbira jieħdu l-forma ta’ karti kummerċjali garantita b’assi b’maturità oriġinali ta’ sena jew inqas;

(8)

“tranżazzjoni ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi” jew “tranżazzjoni ABCP” tfisser titolizzazzjoni fi ħdan programm ABCP;

(9)

“titolizzazzjoni tradizzjonali” tfisser titolizzazzjoni li tinvolvi t-trasferiment tal-interess ekonomiku fl-iskoperturi li qed jiġu titolizzati permezz tat-trasferiment tas-sjieda ta’ dawk l-iskoperturi mill-oriġinatur lil SSPE jew permezz ta’ sottoparteċipazzjoni minn SSPE, fejn it-titoli maħruġa ma jirrappreżentawx obbligi ta’ ħlas tal-oriġinatur;

(10)

“titolizzazzjoni sintetika” tfisser titolizzazzjoni li biha t-trasferiment tar-riskju jinkiseb bl-użu ta’ derivattivi tal-kreditu jew garanziji, u l-iskoperturi li jiġu titolizzati jibqgħu skoperturi tal-oriġinatur;

(11)

“investitur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika detentriċi ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;

(12)

“investitur istituzzjonali” tfisser investitur li huwa wieħed mis-segwenti:

(a)

impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)

impriża tar-riassigurazzjoni kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)

istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) skont l-Artikolu 2 tagħha, sakemm Stat Membru ma jkunx għażel li ma japplikax dik id-Direttiva sħiħa jew partijiet minnha għal dik l-istituzzjoni skont l-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva; jew maniġer tal-investiment jew entità awtorizzata maħtura minn istituzzjoni għall-provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali, skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;

(d)

maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv (AIFM) kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE li jimmaniġġa u/jew iqiegħed fis-swieq fondi ta’ investiment alternattiv fl-Unjoni;

(e)

impriża għall-investiment kollettiv f’kumpannija ta’ mmaniġġar ta’ titoli trasferibbli (UCITS) kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE;

(f)

UCITS immaniġġjata internament, li hija kumpannija tal-investiment awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE u li ma għażlitx kumpannija ta’ mmaniġġar awtorizzata skont dik id-Direttiva għall-immaniġġar tagħha;

(g)

istituzzjoni ta’ kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-finijiet ta’ dak ir-Regolament jew għad-ditti tal-investiment kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament;

(13)

“ġestur” tfisser entità li timmaniġġa aggregazzjoni ta’ riċevibbli mixtrija jew l-iskoperturi għall-kreditu sottostanti ta’ kuljum;

(14)

“faċilità ta’ likwidità” tfisser il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tirriżulta minn ftehim kuntrattwali sabiex jiġi pprovdut finanzjament li jiżgura l-prontezza tal-flussi tal-flus lill-investituri;

(15)

“skopertura ċirkolanti” tfisser skopertura fejn il-bilanċi pendenti tal-‘mutwatarji’ jitħallew ivarjaw skont id-deċiżjonijiet tagħhom ta’ teħid ta’ self u ripagament, sa limitu miftiehem;

(16)

“titolizzazzjoni ċirkolanti” tfisser titolizzazzjoni fejn l-istruttura nnifisha tat-titolizzazzjoni tkun ċirkolanti billi l-iskoperturi jiżdiedu jew jitneħħew mill-aggregazzjoni ta’ skoperturi irrispettivament milli jekk l-iskoperturi humiex ċirkolanti jew le;

(17)

“klawżola ta’ ammortizzament antiċipat” tfisser klawżola ta’ kuntratt f’titolizzazzjoni ta’ skoperturi ċirkolanti jew titolizzazzjoni ċirkolanti li teħtieġ, meta jseħħu avvenimenti definiti, li l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tal-investituri jinfdew qabel il-maturità stipulata oriġinarjament ta’ dawk il-pożizzjonijiet;

(18)

“segment tal-ewwel telf” tfisser is-segment l-aktar subordinat f’titolizzazzjoni li jkun l-ewwel segment li jġorr it-telf imġarrab fuq l-iskoperturi titolizzati u li b’hekk jipprovdi protezzjoni għat-tieni telf u, fejn rilevanti, segmenti kklassifikati ogħla.

(19)

“pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni” tfisser skopertura għal titolizzazzjoni;

(20)

“mutwant oriġinali” tfisser entità li kkonkludiet hi stess jew permezz ta’ entitajiet relatati, b’mod dirett jew indirett, il-ftehim oriġinali li ħoloq l-obbligazzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet potenzjali tad-debitur jew id-debitur potenzjali li wasslu għat-titolizzazzjoni tal-iskoperturi;

(21)

“programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ” tfisser programm ABCP li huwa appoġġat direttament u bis-sħiħ mill-isponsor tiegħu billi dan jipprovdi lill-SSPE(s) faċilità waħda jew aktar ta’ likwidità li tal-inqas tkopri dawn li ġejjin kollha:

(a)

ir-riskji kollha tal-likwidità u ta’ kreditu tal-programm ABCP;

(b)

kwalunkwe riskju ta’ dilwizzjoni materjali tal-iskoperturi li qed jiġu titolizzati;

(c)

kwalunkwe spejjeż oħra fil-livell ta’ tranżazzjoni ABCP u fil-livell ta’ programm ABCP jekk neċessarji sabiex ikun garantit lill-investitur il-ħlas sħiħ ta’ kwalunkwe ammont skont l-ABCP.

(22)

“tranżazzjoni ABCP appoġġata b’mod sħiħ” tfisser tranżazzjoni ABCP appoġġata b’faċilità ta’ likwidità, fil-livell tat-tranżazzjoni jew fil-livell tal-programm ABCP, li tkopri tal-inqas dawn kollha li ġejjin:

(a)

ir-riskji kollha tal-likwidità u ta’ kreditu tat-tranżazzjoni ABCP;

(b)

kwalunkwe riskju ta’ dilwizzjoni materjali tal-iskoperturi li jkunu qed jiġu titolizzati fit-tranżazzjoni ABCP;

(c)

kwalunkwe spejjeż oħra fil-livell ta’ tranżazzjoni ABCP u spejjeż fil-livell tal-programm ABCP jekk neċessarji sabiex ikun garantit lill-investitur il-ħlas sħiħ ta’ kwalunkwe ammont skont l-ABCP.

(23)

“repożitorju tat-titolizzazzjoni” tfisser persuna ġuridika li ċentralment tiġbor u żżomm ir-rekords tat-titolizzazzjonijiet.

Għall-fini tal-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi fl-Artikoli 61, 64, 65, 66, 73, 78, 79 u 80 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għal “repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet” għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal “repożitorju tat-titolizzazzjoni”.

Artikolu 3

Bejgħ ta’ titolizzazzjonijiet lil klijenti mhux professjonali

1.   Il-bejjiegħ ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni ma għandux ibiegħ tali pożizzjoni lil klijent mhux professjonali, kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, sakemm ma jiġux issodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-bejjiegħ tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni jkun wettaq test tal-adegwatezza f’konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b)

il-bejjiegħ tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni huwa sodisfatt, fuq il-bażi tat-test imsemmi fil-punt (a), li l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni hija adegwata għal dak il-klijent mhux professjonali;

(c)

il-bejjiegħ tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni jikkomunika immedjatament f’rapport lill-klijent mhux professjonali r-riżultat tat-test tal-adegwatezza.

2.   Meta l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ikunu ssodisfati u l-portafoll tal-istrumenti finanzjarji ta’ dak il-klijent mhux professjonali ma jaqbiżx EUR 500 000, il-bejjiegħ għandu jiżgura, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-klijent mhux professjonali skont il-paragrafu 3, li l-klijent mhux professjonali ma jinvestix ammont aggregat li jaqbeż l-10 % tal-portafoll tal-istrumenti finanzjarji ta’ dak il-klijent f’pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, u li l-ammont minimu inizjali investit f’pożizzjoni waħda jew aktar ta’ titolizzazzjoni huwa ta’ EUR 10 000.

3.   Il-klijent mhux professjonali għandu jipprovdi lill-bejjiegħ b’informazzjoni eżatta dwar il-portafoll tal-istrumenti finanzjarji tal-klijent mhux professjonali, li tinkludi kwalunkwe investimenti f’pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, il-portafoll tal-istrumenti finanzjarji tal-klijent mhux professjonali għandu jinkludi depożiti ta’ flus kontanti u strumenti finanzjarji, iżda għandu jeskludi kwalunkwe strument finanzjarju li ngħata bħala kollateral.

Artikolu 4

Rekwiżiti għall-SSPEs

L-SSPEs ma għandhomx ikunu stabbiliti f’pajjiż terz li għalih tapplika waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

il-pajjiż terz huwa elenkat bħala ġurisdizzjoni nonkooperattiva u b’riskju għoli mill-FATF;

(b)

il-pajjiż terz ma jkunx iffirma ftehim ma’ Stat Membru biex jiżgura li dak il-pajjiż terz jikkonforma kompletament mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni tat-Taxxa tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar id-Dħul u l-Kapital jew mill-Ftehim Mudell tal-OECD dwar l-Iskambju tal-Informazzjoni dwar Materji ta’ Taxxa, u jiżgura li jkun hemm skambju effettiv ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ taxxa, inkluż kwalunkwe ftehim multilaterali dwar it-taxxa.

KAPITOLU 2

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TITOLIZZAZZJONIJIET KOLLHA

Artikolu 5

Rekwiżiti dwar id-diliġenza dovuta għall-investituri istituzzjonali

1.   Qabel ma jkollu pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, investitur istituzzjonali, għajr l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali, għandu jivverifika li:

(a)

meta l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali stabbilit fl-Unjoni ma jkunx istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment kif definit fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jagħti l-krediti kollha tiegħu li jwasslu għall-iskoperturi sottostanti fuq il-bażi ta’ kriterji solidi u definiti sew u proċessi stabbiliti b’mod ċar għall-approvazzjoni, l-emenda, it-tiġdid u l-finanzjament ta’ dawk il-krediti u għandu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplika dawk il-kriterji u l-proċessi f’konformità mal-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

meta l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jkun stabbilit f’pajjiż terz, l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jagħti l-krediti kollha li jwasslu għall-iskoperturi sottostanti abbażi ta’ kriterji solidi u definiti sew u proċessi stabbiliti b’mod ċar għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u l-finanzjament ta’ dawk il-krediti u għandu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplika dawk il-kriterji u l-proċessi biex jiżgura li l-għoti ta’ kreditu huwa bbażat fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-affidabbiltà kreditizja tad-debitur;

(c)

jekk ikun stabbilit fl-Unjoni, l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali jżomm fuq bażi kontinwa interess materjali ekonomiku nett f’konformità mal-Artikolu 6 u r-retenzjoni tar-riskju tiġi żvelata lill-investitur istituzzjonali f’konformità mal-Artikolu 7;

(d)

jekk ikun stabbilit f’pajjiż terz, l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali jżomm fuq bażi kontinwa interess materjali ekonomiku nett li, fi kwalunkwe każ, ma għandux ikun inqas minn 5 %, iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 6, u jiżvela r-retenzjoni tar-riskju lill-investituri istituzzjonali;

(e)

l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE, fejn xieraq, għamel disponibbli l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 7 f’konformità mal-frekwenza u l-modalitajiet previsti f’dak l-Artikolu;

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ABCP appoġġati b’mod sħiħ, ir-rekwiżit speċifikat fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu japplika għall-isponsor. F’każijiet bħal dawn, l-isponsor għandu jivverifika li l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali li ma jkunx istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment jagħti l-krediti kollha li jwasslu għall-ħolqien tal-iskoperturi sottostanti abbażi ta’ kriterji solidi u definiti sew u proċessi stabbiliti b’mod ċar għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u l-finanzjament ta’ dawk il-krediti u jkollu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplikaw dawk il-kriterji u l-proċessi skont l-Artikolu 9(1).

3.   Qabel ma jkollu pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, investitur istituzzjonali, għajr l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali, għandu jwettaq stima tad-diliġenza dovuta li tippermettilu li jivvaluta r-riskji involuti. Din l-istima għandha tinkludi, minn tal-anqas, dawn kollha li ġejjin:

(a)

il-karatteristiċi tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni individwali u tal-iskoperturi sottostanti;

(b)

il-karatteristiċi strutturali kollha tat-titolizzazzjoni li jistgħu jħallu impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, inkluż il-prijoritajiet kuntrattwali tal-pagament u l-prijorità tal-ixkattaturi marbutin mal-pagament, it-titjibiet tal-kreditu, it-titjibiet tal-likwidità, l-ixkattaturi tal-valur tas-suq, u d-definizzjonijiet speċifiċi għat-tranżazzjoni tal-inadempjenza;

(c)

fir-rigward ta’ titolizzazzjoni notifikata bħala STS f’konformità mal-Artikolu 27, il-konformità ta’ dik it-titolizzazzjoni mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 19 sa 22 jew fl-Artikoli 23 sa 26, u l-Artikolu 27. L-investituri istituzzjonali jistgħu jafdaw sa ċertu punt fuq in-notifika STS skont l-Artikolu 27(1) u l-informazzjoni żvelata mill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE dwar il-konformità mar-rekwiżiti STS, mingħajr ma jafdaw unikament jew mekkanikament dik in-notifika jew l-informazzjoni.

Minkejja l-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, fil-każ ta’ programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ, l-investituri istituzzjonali fil-karta kummerċjali maħruġa minn dak il-programm ABCP għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi tal-programm ABCP u l-appoġġ sħiħ tal-likwidità.

4.   Investitur istituzzjonali, għajr l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali, li jkollu pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, għandu tal-inqas:

(a)

jistabbilixxi proċeduri bil-miktub xierqa li huma proporzjonati għall-profil tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u, fejn rilevanti, għall-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar tal-investituri istituzzjonali, sabiex isir monitoraġġ, fuq bażi kontinwa, tal-konformità mal-paragrafi 1 u 3 u l-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u tal-iskoperturi sottostanti.

Fejn rilevanti fir-rigward tat-titolizzazzjoni u l-iskoperturi sottostanti, dawk il-proċeduri bil-miktub għandhom jinkludu monitoraġġ tat-tip ta’ skopertura, il-perċentwal ta’ self skaduti b’iktar minn 30, 60 u 90 jum, ir-rati ta’ inadempjenza, ir-rati ta’ prepagament, is-self fi preklużjoni, ir-rati ta’ rkupru, ir-riakkwisti, il-modifiki tas-self, il-pawżi mill-pagamenti, it-tip ta’ kollateral u l-okkupanza, u d-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-punteġġi tal-kreditu jew miżuri oħrajn tal-affidabbiltà kreditizja bejn skoperturi sottostanti, l-industrija u d-diversifikazzjoni ġeografika, id-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-proporzjonijiet bejn is-self u l-valur b’firxiet li jiffaċilitaw analiżi adegwata tas-sensittività. Meta l-iskoperturi sottostanti huma stess ikunu pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, kif permess skont l-Artikolu 8, l-investituri istituzzjonali għandhom jissorveljaw ukoll l-iskoperturi sottostanti għal dawk il-pożizzjonijiet;

(b)

f’każ ta’ titolizzazzjoni għajr programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ, jagħmel b’mod regolari testijiet tal-istress fuq il-flussi tal-flus u l-valuri tal-kollateral li jappoġġaw l-iskoperturi sottostanti, jew, fin-nuqqas ta’ data suffiċjenti dwar il-flussi tal-flus u l-valuri tal-kollateral, testijiet tal-istress fuq suppożizzjonijiet ta’ telf, b’kunsiderazzjoni għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;

(c)

fil-każ ta’ programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ, iwettaq b’mod regolari testijiet tal-istress fuq is-solvenza u l-likwidità tal-isponsor;

(d)

jiżgura rapportar intern lill-korp maniġerjali tiegħu sabiex il-korp maniġerjali jkun jaf bir-riskji materjali li jirriżultaw mill-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u sabiex dawk ir-riskji jiġu mmaniġġati b’mod adegwat;

(e)

ikun kapaċi juri lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu, fuq talba, li għandu fehim komprensiv u profond tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u l-iskoperturi sottostanti tagħha u li implimenta politiki u proċeduri miktubin għall-immaniġġar tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u għaż-żamma ta’ reġistri għall-verifiki u d-diliġenza dovuta f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 u ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti; u

(f)

fil-każ ta’ skoperturi għal programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ, ikun kapaċi juri lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu, fuq talba, li għandu fehim komprensiv u dettaljat tal-kwalità kreditizja tal-isponsor u tat-termini tal-faċilità ta’ likwidità pprovduta.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, fejn investitur istituzzjonali jkun ta lil investitur istituzzjonali ieħor l-awtorità li jieħu deċiżjonijiet ta’ ġestjoni ta’ investiment li jistgħu jesponuh għal titolizzazzjoni, l-investitur istituzzjonali jista’ jagħti struzzjonijiet lil dik il-parti li qed tiġġestixxi biex twettaq l-obbligi tagħha taħt dan l-Artikolu fir-rigward ta’ kwalunkwe skopertura għal titolizzazzjoni li tirriżulta minn dawk id-deċiżjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn investitur istituzzjonali jkun ingħata struzzjoni skont dan il-paragrafu biex iwettaq l-obbligi ta’ investitur istituzzjonali ieħor u jonqos milli jagħmel dan, kwalunkwe sanzjoni skont l-Artikoli 32 u 33 tista’ tiġi imposta fuq il-parti li qed tiġġestixxi u mhux fuq l-investitur istituzzjonali li huwa espost għal titolizzazzjoni.

Artikolu 6

Żamma tar-riskju

1.   L-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali ta’ titolizzazzjoni għandu jżomm fuq bażi kontinwa interess materjali ekonomiku nett fit-titolizzazzjoni ta’ mhux inqas minn 5 %. Dak l-imgħax għandu jitkejjel fl-oriġinazzjoni u għandu jkun iddeterminat mill-valur nozzjonali għal elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ. Meta l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali ma jkunux qablu bejniethom dwar min ser iżomm l-interess materjali ekonomiku nett, l-oriġinatur għandu jżomm l-interess materjali ekonomiku nett. Ma għandu jkun hemm l-ebda applikazzjoni multipla tar-rekwiżiti ta’ retenzjoni għal xi titolizzazzjoni partikolari. L-interess materjali ekonomiku nett ma għandux jinqasam bejn tipi differenti ta’ min iżomm l-interess u ma għandux ikun soġġett għal ebda mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu jew iħħeġġjar.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, entità ma titqiesx li hija oriġinatur meta l-entità tkun ġiet stabbilita jew topera bl-uniku skop li tittitolizza skoperturi.

2.   L-oriġinaturi ma għandhomx jagħżlu l-assi li ser jiġu ttrasferiti lill-SSPE bil-għan li jagħmlu telf fuq l-assi ttrasferiti lill-SSPE, imkejla matul il-ħajja tat-tranżazzjoni, jew fuq massimu ta’ 4 snin fejn il-ħajja tat-tranżazzjoni hija itwal minn erba’ snin, ogħla mit-telf matul l-istess perijodu fuq assi komparabbli miżmuma fuq il-karta bilanċjali tal-oriġinatur. Fejn l-awtorità kompetenti ssib evidenza li tindika ksur ta’ dik il-projbizzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinvestigaw il-prestazzjoni tal-assi ttrasferiti lill-SSPE u assi komparabbli miżmuma fuq il-karta bilanċjali tal-oriġinatur. Jekk il-prestazzjoni tal-assi ttrasferiti tkun ferm aktar baxxa minn dik tal-assi komparabbli miżmuma fuq il-karta bilanċjali tal-oriġinatur bħala konsegwenza tal-intenzjoni tal-oriġinatur, l-awtorità kompetenti għandha timponi sanzjoni skont l-Artikoli 32 u 33.

3.   Huma biss dawn li ġejjin li għandhom jikkwalifikaw bħala retenzjoni tal-interess materjali ekonomiku nett ta’ mhux inqas minn 5 % skont it-tifsira tal-paragrafu 1:

(a)

ir-retenzjoni ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali ta’ kull wieħed mis-segmenti mibjugħin jew trasferiti lill-investituri;

(b)

fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet ċirkolanti jew titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi ċirkolanti, ir-retenzjoni tal-interess tal-oriġinatur ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali ta’ kull waħda mill-iskoperturi titolizzati;

(c)

ir-retenzjoni ta’ skoperturi magħżula b’mod aleatorju, ekwivalenti għal mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati, fejn tali skoperturi mhux titolizzati normalment kienu jkunu titolizzati fit-titolizzazzjoni, bil-kondizzjoni li n-numru ta’ skoperturi potenzjalment titolizzati ma jkunx inqas minn 100 fil-bidu;

(d)

ir-retenzjoni tas-segment tal-ewwel tat-telf u, meta t-tali retenzjoni ma tkunx tammonta għal 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati, jekk hemm bżonn, segmenti oħrajn bl-istess profil ta’ riskju jew wieħed iktar sever minn dawk ittrasferiti jew mibjugħin lil investituri u li ma jimmaturawx qabel dawk ittrasferiti jew mibjugħin lil investituri, sabiex ir-retenzjoni totali ma tkunx inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati; jew

(e)

ir-retenzjoni ta’ skopertura tal-ewwel telf ta’ mhux inqas minn 5 % ta’ kull skopertura titolizzata fit-titolizzazzjoni.

4.   Meta kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-Unjoni skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), istituzzjoni prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja stabbilita fl-Unjoni, jew waħda mis-sussidjarji tagħha skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bħala oriġinatur jew sponsor, tittitolizza skoperturi minn istituzzjoni ta’ kreditu, kumpannija tal-investiment jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew iktar li jkunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni fuq bażi konsolidata, ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu ssodisfati fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali, tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja, jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-Unjoni.

L-ewwel subparagrafu japplika biss meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment jew l-istituzzjonijiet finanzjarji li ħolqu l-iskoperturi titolizzati jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 79 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) u jfornu l-informazzjoni meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, fil-ħin, lill-oriġinatur jew lill-isponsor u lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tal-Unjoni, lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-Unjoni.

5.   Il-paragrafu 1 ma japplikax meta l-iskoperturi titolizzati jkunu skoperturi fuq garanzija jew skoperturi garantiti bis-sħiħ, inkondizzjonalment u b’mod irrevokabbli minn:

(a)

gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali;

(b)

gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku skont it-tifsira tal-punt (8) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Istati Membri;

(c)

istituzzjonijiet li għalihom jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 50 % jew inqas skont il-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali fit-tifsira tal-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26); jew

(e)

il-banek multilaterali tal-iżvilupp elenkati fl-Artikolu 117 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

6.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal tranżazzjonijiet ibbażati fuq indiċi ċar, trasparenti u aċċessibbli, fejn l-entitajiet referenzjarji sottostanti jkunu identiċi għal dawk li jifformaw indiċi ta’ entitajiet li jkun ikkummerċjalizzat ħafna, jew ikunu titoli kummerċjabbli oħra għajr pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni.

7.   L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika f’dettall ikbar ir-rekwiżit ta’ retenzjoni tar-riskju, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a)

il-modalitajiet għar-retenzjoni tar-riskju skont il-paragrafu 3, inkluż l-issodisfar permezz ta’ forma sintetika jew kontinġenti ta’ retenzjoni;

(b)

il-kejl tal-livell ta’ retenzjoni msemmi fil-paragrafu 1;

(c)

il-projbizzjoni ta’ ħħeġġjar jew bejgħ tal-imgħax ritenut;

(d)

il-kundizzjonijiet għar-retenzjoni fuq bażi konsolidata skont il-paragrafu 4;

(e)

il-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ tranżazzjonijiet ibbażati fuq indiċi ċar, trasparenti u aċċessibbli msemmi fil-paragrafu 6;

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 7

Rekwiżiti ta’ trasparenza għall-oriġinaturi, għall-isponsors u għall-SSPEs

1.   L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ta’ titolizzazzjoni għandu, f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jagħmlu disponibbli tal-inqas l-informazzjoni li ġejja għad-detenturi ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, għall-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 29 u, fuq talba, għal investituri potenzjali:

(a)

informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti fuq bażi trimestrali jew, fil-każ ta’ ABCP, informazzjoni dwar ir-riċevibbli sottostanti jew il-pretensjonijiet ta’ kreditu fuq bażi ta’ kull xahar;

(b)

kull dokumentazzjoni sottostanti li hija essenzjali għall-fehim tat-tranżazzjoni, inklużi iżda mhux limitati għal, fejn applikabbli, id-dokumenti li ġejjin:

(i)

id-dokument tal-offerta finali jew il-prospett flimkien mad-dokumenti tat-tranżazzjoni ta’ għeluq, esklużi opinjonijiet ġuridiċi;

(ii)

għal titolizzazzjoni tradizzjonali, il-ftehim ta’ bejgħ ta’ assi, l-assenjament, in-novazzjoni jew il-ftehim ta’ trasferiment u kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ fiduċja;

(iii)

il-ftehimiet tad-derivattivi u tal-garanzija, kif ukoll kwalunkwe dokument rilevanti dwar l-arranġamenti ta’ kollateralizzazzjoni li fihom l-iskoperturi titolizzati jibqgħu skoperturi tal-oriġinatur;

(iv)

il-ftehimiet ta’ ġestjoni (servicing), ġestjoni ta’ riserva, amministrazzjoni u mmaniġġar tal-flus;

(v)

l-att fiduċjarju, l-att ta’ sikurezza, il-ftehim tal-aġenzija, il-ftehim tal-kont tal-bank, il-kuntratt ta’ investiment garantit, it-termini inkorporati jew il-qafas fiduċjarju prinċipali jew il-ftehim ta’ definizzjonijiet prinċipali jew dokumentazzjoni legali bħal din b’valur legali ekwivalenti;

(vi)

kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-kredituri, dokumenti dwar id-derivattivi, ftehimiet ta’ self subordinat, ftehimiet ta’ self għall-bidu ta’ negozju u ftehimiet ta’ faċilità ta’ likwidità;

Dik id-dokumentazzjoni sottostantigħandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-prijorità tal-pagamenti tat-titolizzazzjoni;

(c)

meta ma jkunx tfassal prospett skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), sommarju tat-tranżazzjonijiet jew ħarsa ġenerali lejn il-karatteristiċi ewlenin tat-titolizzazzjoni, inklużi, fejn applikabbli:

(i)

dettalji dwar l-istruttura tal-ftehim, inklużi d-dijagrammi tal-istruttura li fihom ħarsa ġenerali lejn it-tranżazzjoni, il-flussi tal-flus u l-istruttura tas-sjieda;

(ii)

dettalji dwar il-karatteristiċi tal-iskopertura, il-flussi tal-flus, il-kaskata ta’ telf, it-titjib tal-kreditu u l-karatteristiċi tal-appoġġ ta’ likwidità;

(iii)

dettalji dwar id-drittijiet tal-vot tad-detenturi ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u r-relazzjoni tagħhom ma’ kredituri titolizzati oħrajn;

(iv)

lista tal-ixkattaturi u l-avvenimenti kollha msemmijin fid-dokumenti pprovduti skont il-punt (b) li jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;

(d)

fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet STS, in-notifika STS imsemmija fl-Artikolu 27;

(e)

rapporti trimestrali għall-investituri jew, fil-każ ta’ ABCP, rapporti ta’ kull xahar għall-investituri, li jkun fihom dawn li ġejjin:

(i)

id-data materjalment rilevanti kollha dwar il-kwalità kreditizja u l-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti;

(ii)

informazzjoni dwar avvenimenti li jiskattaw bidliet fil-prijorità ta’ pagamenti jew is-sostituzzjoni ta’ xi kontroparti, u, fil-każ ta’ titolizzazzjoni li mhix tranżazzjoni ABCP, data fuq il-flussi tal-flus iġġenerati mill-iskoperturi sottostanti u mill-obbligazzjonijiet tat-titolizzazzjoni;

(iii)

informazzjoni dwar ir-riskju miżmum, inkluż informazzjoni dwar liema mill-modalitajiet previsti fl-Artikolu 6(3) ġiet applikata, f’konformità mal-Artikolu 6.

(f)

kwalunkwe informazzjoni privileġġjata b’rabta mat-titolizzazzjoni li l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE hu obbligat jagħmel pubblika skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) dwar abbuż minn informazzjoni privileġġjata u manipulazzjoni tas-suq;

(g)

meta ma jkunx japplika l-punt (f), kwalunkwe avveniment sinifikanti bħal:

(i)

ksur materjali tal-obbligi previst fid-dokumenti magħmula disponibbli skont il-punt (b), inklużi kwalunkwe rimedju, rinunzja jew kunsens li jiġu pprovduti wara b’rabta mat-tali ksur;

(ii)

bidla fil-karatteristiċi strutturali li tista’ tħalli impatt materjali fuq il-prestazzjoni tat-titolizzazzjoni;

(iii)

bidla fil-karatteristiċi tar-riskju tat-titolizzazzjoni jew tal-iskoperturi sottostanti li jista’ jkollha impatt materjali fuq il-prestazzjoni tat-titolizzazzjoni;

(iv)

fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet STS, meta t-titolizzazzjoni ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti STS jew meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu azzjonijiet ta’ rimedju jew amministrattivi;

(v)

kwalunkwe emenda materjali għad-dokumenti ta’ tranżazzjoni.

L-informazzjoni deskritta fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun disponibbli qabel l-ipprezzar.

L-informazzjoni deskritta fil-punti (a) u (e) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun disponibbli simultanjament kull trimestru mhux iktar tard minn xahar wara d-data li fiha jrid jitħallas l-imgħax jew, fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ABCP, mhux iktar tard minn xahar wara tmiem il-perijodu kopert mir-rapport.

Fil-każ ta’ ABCP, l-informazzjoni deskritta fil-punti (a), (c)(ii) u (e)(i) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun disponibbli f’forma aggregata għal detenturi ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u, fuq talba, għal investituri potenzjali. Id-data f’livell ta’ self għandha tkun disponibbli għall-isponsor u, fuq talba, għall-awtoritajiet kompetenti.

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 596/2014, l-informazzjoni deskritta fil-punti (f) u (g) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun disponibbli mingħajr dewmien.

Meta jikkonforma ma’ dan il-paragrafu, l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ta’ titolizzazzjoni għandhom jikkonformaw mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni li tirregola l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u l-ipproċessar tad-data personali sabiex jiġi evitat ksur potenzjali ta’ tali liġi kif ukoll kwalunkwe obbligu ta’ kunfidenzjalità rigward informazzjoni dwar klijenti, mutwanti oriġinali jew debituri, sakemm tali informazzjoni kunfidenzjali ma tkunx anonimizzata jew aggregata.

B’mod partikolari, fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE jistgħu jipprovdu sinteżi tad-dokumentazzjoni kkonċernata.

L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 29 għandhom ikunu jistgħu jitolbu l-forniment lilhom ta’ tali informazzjoni kunfidenzjali sabiex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.

2.   L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ta’ titolizzazzjoni għandhom jaħtru bejniethom entità waħda li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni skont il-punti (a), (b), (d), (e), (f) u (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

L-entità maħtura skont l-ewwel subparagrafu għandha tagħmel l-informazzjoni għal tranżazzjoni ta’ titolizzazzjoni disponibbli permezz ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni.

L-obbligi msemmija fit-tieni u r-raba’ subparagrafi ma japplikawx għal titolizzazzjonijiet fejn ma jeħtieġ li jitfassal l-ebda prospett f’konformità mad-Direttiva 2003/71/KE.

Meta ma jkun irreġistrat l-ebda repożitorju tat-titolizzazzjoni skont l-Artikolu 10, l-entità maħtura biex tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tagħmel l-informazzjoni disponibbli permezz ta’ sit web:

(a)

jinkludi sistema ta’ kontroll tal-kwalità tad-data li taħdem kif suppost;

(b)

huwa soġġett għal standards ta’ governanza xierqa u għaż-żamma u l-operat ta’ struttura organizzattiva xierqa li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament kif suppost tas-sit web;

(c)

huwa soġġett għal sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa li jidentifikaw is-sorsi rilevanti kollha ta’ riskju operazzjonali;

(d)

jinkludi sistemi li jiżguraw il-protezzjoni u l-integrità tal-informazzjoni riċevuta u r-reġistrazzjoni minnufih tal-informazzjoni; u

(e)

jagħmilha possibbli li jinżamm reġistru tal-informazzjoni għal tal-inqas ħames snin wara d-data ta’ maturità tat-titolizzazzjoni.

L-entità responsabbli għar-rapportar tal-informazzjoni, u r-repożitorju tat-titolizzazzjoni fejn tkun disponibbli l-informazzjoni għandha tkun indikata fid-dokumentazzjoni rigward it-titolizzazzjoni.

3.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE għandhom jipprovdu sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-punti (a) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 b’kont meħud tal-utilità tal-informazzjoni għad-detentur tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, jekk il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni hix għal żmien qasir u, fil-każ ta’ tranżazzjoni ABCP, jekk hix appoġġata b’mod sħiħ minn sponsor;

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.   Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni għall-informazzjoni li għandha tiġi speċifikata skont il-paragrafu 3, l-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format tagħhom permezz ta’ mudelli standardizzati.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 8

Projbizzjoni tar-rititolizzazzjoni

1.   L-iskoperturi sottostanti użati f’titolizzazzjoni ma għandhomx jinkludu pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni.

B’deroga, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal:

(a)

kwalunkwe titolizzazzjoni li t-titoli tagħha jkunu nħarġu qabel l-1 ta’ Jannar 2019; u

(b)

kwalunkwe titolizzazzjoni, li ser tintuża għal skopijiet leġittimi kif stipulat fil-paragrafu 3, li t-titoli tagħha inħarġu fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2019.

2.   Awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29(2), (3) jew (4), kif applikabbli, tista’ tagħti permess lil entità taħt is-superviżjoni tagħha biex tinkludi pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni bħall-iskoperturi sottostanti f’titolizzazzjoni fejn dik l-awtorità kompetenti tqis li l-użu ta’ rititolizzazzjoni bħala li jkun għal finijiet leġittimi kif stabbilit fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Fejn tali entità taħt superviżjoni tkun istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment kif definit fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tikkonsulta mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u kwalunkwe awtorità oħra rilevanti għal dik l-entità qabel ma tagħti l-permess għall-inklużjoni ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni bħala skoperturi sottostanti f’titolizzazzjoni. Tali konsultazzjoni ma għandhiex iddum aktar minn 60 jum mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, u kwalunkwe awtorità oħra rilevanti għal dik l-entità, dwar il-ħtieġa għal konsultazzjoni.

Fejn il-konsultazzjoni tirriżulta f’deċiżjoni li jingħata permess għall-użu ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni bħala skoperturi sottostanti f’titolizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA b’dan.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu li huma għanijiet leġittimi:

(a)

il-faċilitazzjoni tal-istralċ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, ditta tal-investiment jew istituzzjoni finanzjarja,

(b)

li tiżgura l-vijabbiltà bħala negozju avvjat ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, ta’ ditta tal-investiment jew ta’ istituzzjoni finanzjarja sabiex jiġi evitat l-istralċ tagħha; jew

(c)

fejn l-iskoperturi sottostanti jkunu improduttivi, il-preservazzjoni tal-interessi tal-investituri.

4.   Programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ ma għandux jitqies bħala rititolizzazzjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, bil-kondizzjoni li l-ebda tranżazzjoni ABCP fi ħdan dak il-programm ma tkun rititolizzazzjoni u li t-titjib tal-kreditu ma jistabbilixxix it-tieni saff ta’ segmentar fil-livell tal-programm.

5.   Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi fis-suq ta’ rititolizzazzjonijiet oħra meħuda għal skopijiet leġittimi, u filwaqt li jitqiesu l-għanijiet ġenerali ta’ stabbiltà finanzjarja u l-preservazzjoni tal-aħjar interessi tal-investituri, l-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tissupplimenta l-lista ta’ finijiet leġittimi stabbiliti fil-paragrafu 3.

L-ESMA għandha tippreżenta kwalunkwe tali abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 9

Kriterji għall-għoti ta’ kreditu

1.   Għall-iskoperturi li ser jiġu titolizzati, l-oriġinaturi, l-isponsors u l-mutwanti oriġinali għandhom japplikaw l-istess kriterji sodi u definiti tajjeb għall-għoti tal-kreditu li huma japplikaw għal skoperturi mhux titolizzati. Għal dak il-għan, l-istess proċessi stabbiliti b’mod ċar għall-approvazzjoni u, fejn rilevanti, l-emendar, it-tiġdid u r-rifinanzjament ta’ krediti għandhom jiġu applikati. L-oriġinaturi, l-isponsors u l-mutwanti oriġinali għandu jkollhom sistemi effettivi stabbiliti biex japplikaw dawk il-kriterji u l-proċessi sabiex jiżguraw li l-għoti ta’ kreditu jkun imsejjes fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-affidabbiltà kreditizja tal-obbligant filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-fatturi rilevanti għall-verifika tal-prospett li l-obbligant jissodisfa l-obbligazzjonijiet tiegħu skont il-ftehim ta’ kreditu.

2.   Fejn l-iskoperturi sottostanti ta’ titolizzazzjonijiet jkunu self residenzjali magħmula wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/17/UE, l-aggregazzjoni ta’ dak is-self ma għandu jinkludi l-ebda self li jitqiegħed fis-suq u li ġie sottoskritt fuq il-bażi li l-applikant għas-self jew, fejn applikabbli, l-intermedjarji, kienu ġew infurmati li l-informazzjoni pprovduta mill-applikant għas-self jaf ma tkunx ġiet verifikata mill-mutwant.

3.   Meta oriġinatur jixtri l-iskoperturi ta’ parti terza għan-nom tiegħu stess u mbagħad jittitolizzahom, dak l-oriġinatur għandu jivverifika li l-entità li, direttament jew indirettament, kienet involuta fil-ftehim oriġinali li ħoloq l-obbligazzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet potenzjali li ser jiġu titolizzati tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1.

4.   Il-paragrafu 3 ma japplikax jekk;

(a)

il-ftehim oriġinali, li ħoloq l-obbligu jew l-obbligi potenzjali tad-debitur jew tad-debitur potenzjali, sar qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/17/UE; u

(b)

l-oriġinatur li jixtri l-iskoperturi ta’ parti terza għan-nom tiegħu stess u mbagħad jittitolizzahom jissodisfa l-obbligi li l-istituzzjonijiet tal-oriġinatur kienu obbligati li jissodisfaw taħt l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014 qabel l-1 ta’ Jannar 2019.

KAPITOLU 3

KONDIZZJONIJIET U PROĊEDURI GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA’ REPOŻITORJU TAT-TITOLIZZAZZJONI

Artikolu 10

Reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni

1.   Repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jirreġistra mal-ESMA għall-finijiet tal-Artikolu 5 skont il-kondizzjonijiet u l-proċedura stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Sabiex ikun eliġibbli biex jiġi rreġistrat skont dan l-Artikolu, repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jkun persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni, japplika proċeduri biex jivverifika l-kompletezza u l-konsistenza tal-informazzjoni magħmula disponibbli lilu skont l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament, u għandu jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 78, 79 u 80(1) sa (3), (5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ir-referenzi għall-Artikoli 78 u 80 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u għall-Artikolu 9 tiegħu għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Ir-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tkun effettiva għat-territorju kollu tal-Unjoni.

4.   Repożitorju tat-titolizzazzjoni rreġistrat għandu jikkonforma f’kull waqt mal-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni. Repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifika lill-ESMA bi kwalunkwe bidliet materjali fir-rigward tal-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni.

5.   Repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jippreżenta lill-ESMA waħda milli ġejjin:

(a)

applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;

(b)

applikazzjoni għal estensjoni ta’ reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament fil-każ ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet diġà reġistrat skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30).

6.   L-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni.

Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien sa meta r-repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.

Wara li tkun evalwat applikazzjoni bħala kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika b’dan lir-repożitorju tat-titolizzazzjoni.

7.   Sabiex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji ta’ dawn kollha li ġejjin:

(a)

il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li għandhom jiġu applikati mir-repożitorji ta’ titolizzazzjoni sabiex jivverifikaw il-kompletezza u l-konsistenza tal-informazzjoni magħmula disponibbli lilhom skont l-Artikolu 7(1);

(b)

l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5;

(c)

applikazzjoni simplifikata għal estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 5.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

8.   Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format tat-tnejn li ġejjin:

(a)

l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5;

(b)

applikazzjoni simplifikata għal estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 5.

Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tiżviluppa format simplifikat biex tevita proċeduri doppji.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 11

Notifika lill-awtoritajiet kompetenti u konsultazzjoni magħhom qabel ir-reġistrazzjoni jew l-estensjoni tar-reġistrazzjoni

1.   Meta repożitorju tat-titolizzazzjoni japplika għal reġistrazzjoni jew għal estensjoni tar-reġistrazzjoni tiegħu bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet u huwa entità awtorizzata jew irreġistrata minn awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn hija tkun stabbilita, l-ESMA għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tikkonsultaha qabel ir-reġistrazzjoni jew l-estensjoni tar-reġistrazzjoni tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni.

2.   L-ESMA u l-awtorità kompetenti rilevanti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa għar-reġistrazzjoni, jew għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni, tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni kif ukoll għas-superviżjoni tal-konformità tal-entità mal-kondizzjonijiet tar-reġistrazzjoni tagħha jew l-awtorizzazzjoni fl-Istat Membru fejn hija stabbilita.

Artikolu 12

Eżami tal-applikazzjoni

1.   L-ESMA għandha, fi żmien 40 jum ta’ xogħol min-notifika msemmija fl-Artikolu 10(6) teżamina l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, jew l-estensjoni għar-reġistrazzjoni, abbażi tal-konformità tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni ma’ dan il-Kapitolu u għandha tadotta deċiżjoni motivata b’mod sħiħ li taċċetta jew tirrifjuta r-reġistrazzjoni jew l-estensjoni tar-reġistrazzjoni.

2.   Deċiżjoni maħruġa mill-ESMA skont il-paragrafu 1 għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara dak tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 13

Notifika tad-deċiżjonijiet tal-ESMA relatati mar-reġistrazzjoni jew l-estensjoni tar-reġistrazzjoni

1.   Meta l-ESMA tadotta deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12 jew tirtira r-reġistrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(1), hija għandha tinnotifika r-repożitorju tat-titolizzazzjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol bi spjegazzjoni motivata b’mod sħiħ tad-deċiżjoni tagħha.

L-ESMA għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 11(1) bid-deċiżjoni tagħha.

2.   L-ESMA għandha tikkomunika, mingħajr dewmien żejjed, kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont il-paragrafu 1 lill-Kummissjoni.

3.   L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tar-repożitorji tat-titolizzazzjoni rreġistrati skont dan ir-Regolament. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont il-paragrafu 1.

Artikolu 14

Setgħat tal-ESMA

1.   Is-setgħat mogħtija lill-ESMA f’konformità mal-Artikoli 61 sa 68, 73 u 74 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, flimkien mal-Annessi I u II għalih, għandhom jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward ta’ dan ir-Regolament. Referenzi għall-Artikolu 81(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fl-Anness I għal dak ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Is-setgħat mogħtija lill-ESMA jew lil xi uffiċjal jew persuna oħra awtorizzata mill-ESMA skont l-Artikoli 61 sa 63 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma għandhomx jintużaw biex jesiġu d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni jew dokumenti li huma soġġetti għall-privileġġ legali.

Artikolu 15

Irtirar tar-reġistrazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni fejn ir-repożitorju tat-titolizzazzjoni:

(a)

ikun b’mod espliċitu rrinunzja r-reġistrazzjoni jew ma jkun ipprovda l-ebda servizz tal-kreditu għas-sitt xhur ta’ qabel;

(b)

ikun kiseb ir-reġistrazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew b’mezzi irregolari oħra; jew

(c)

ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet li kien ġie rreġistrat taħthom.

2.   L-ESMA għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 11(1) bid-deċiżjoni li tirtira r-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni.

3.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih repożitorju tat-titolizzazzjoni jwettaq is-servizzi u l-attivitajiet tiegħu u li tqis li waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tkun ġiet issodisfata, tista’ titlob lill-ESMA biex teżamina jekk il-kondizzjonijiet għall-irtirar tar-reġistrazzjoni tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni kkonċernat humiex issodisfati. Meta l-ESMA tiddeċiedi li ma tirtirax ir-reġistrazzjoni tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni kkonċernat, hija għandha tipprovdi raġunijiet dettaljati għad-deċiżjoni tagħha.

4.   L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun l-awtorità nnominata skont l-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Tariffi għas-superviżjoni

1.   L-ESMA għandha timponi tariffi għar-repożitorji tat-titolizzazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Dawk it-tariffi għandhom ikunu proporzjonati għall-fatturat tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni kkonċernat u għandhom ikopru għal kollox l-infiq tal-ESMA meħtieġ għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-repożitorji tat-titolizzazzjoni kif ukoll ir-rimborż ta’ kwalunkwe spiża li jistgħu jġarrbu l-awtoritajiet kompetenti bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega ta’ kompiti skont l-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm l-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament isemmi l-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ir-referenzi għall-Artikolu 72(3) ta’ dak ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Meta repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun diġà ġie rreġistrat skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew taħt il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2015/2365, it-tariffi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu aġġustati biss biex jirriflettu l-infiq u l-ispejjeż addizzjonali meħtieġa relatati mar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-repożitorji tat-titolizzazzjoni skont dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 47 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar it-tip ta’ tariffi, il-materji li għalihom it-tariffi jkunu dovuti, l-ammont tat-tariffi u l-metodu ta’ ħlas tagħhom.

Artikolu 17

Disponibbiltà tad-data miżmuma f’repożitorju tat-titolizzazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju tal-Artikolu 7(2), repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jiġbor u jżomm id-dettalji tat-titolizzazzjoni. Huwa għandu jipprovdi aċċess dirett u immedjat u mingħajr ħlas lill-entitajiet kollha li ġejjin biex ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet, il-mandati u l-obbligi rispettivi tagħhom:

(a)

l-ESMA;

(b)

l-EBA;

(c)

l-EIOPA;

(d)

il-BERS;

(e)

il-membri rilevanti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fit-twettiq tal-kompiti tiegħu fi ħdan mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(f)

l-awtoritajiet rilevanti li r-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji rispettivi tagħhom ikopru t-tranżazzjonijiet, is-swieq, il-parteċipanti u l-assi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(g)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31);

(h)

il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32);

(i)

l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 29;

(j)

investituri u investituri potenzjali.

2.   L-ESMA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA u filwaqt li tqis il-bżonnijiet tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)

id-dettalji tat-titolizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE għandhom jipprovdu sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 7(1);

(b)

l-istandards operazzjonali meħtieġa biex ikunu jistgħu jsiru fil-waqt dovut u b’mod strutturat u komprensiv:

(i)

ġbir ta’ data mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet; u

(ii)

aggregazzjoni u tqabbil ta’ data bejn repożitorju tat-titolizzazzjoni u ieħor;

(c)

id-dettalji tal-informazzjoni li jkollhom aċċess għaliha l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, b’kont meħud tal-mandat tagħhom u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom;

(d)

it-termini u l-kondizzjonijiet li bihom l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom aċċess dirett u immedjat għad-data miżmuma f’repożitorji tat-titolizzazzjonijiet.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni għall-paragrafu 2, l-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-mudelli standardizzati li permezz tagħhom l-oriġinatur, il-isponsor jew l-SSPE għandhom jipprovdu l-informazzjoni għar-repożitorju tat-titolizzazzjoni, b’kont meħud ta’ soluzzjonijiet żviluppati minn kolletturi tad-data eżistenti.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU 4

TITOLIZZAZZJONI SEMPLIĊI, TRASPARENTI U STANDARDIZZATA

Artikolu 18

Użu tad-deżinjazzjoni “titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata”

L-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jistgħu jużaw id-deżinjazzjoni “STS” jew “sempliċi, trasparenti u standardizzati”, jew deżinjazzjoni li tirreferi direttament jew indirettament għal dawk it-termini għat-titolizzazzjoni tagħhom, fil-każ biss li:

(a)

it-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha tat-Taqsima 1 jew it-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, u l-ESMA ġiet innotifikata skont l-Artikolu 27(1); u

(b)

it-titolizzazzjoni tkun inkluża fil-lista msemmija fl-Artikolu 27(5).

L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE involuti f’titolizzazzjoni kkunsidrata bħala STS għandhom ikunu stabbiliti fl-Unjoni.

TAQSIMA 1

Rekwiżiti għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata li ma tkunx ABCP

Artikolu 19

Titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata

1.   It-titolizzazzjonijiet, ħlief il-programmi ABCP u t-tranżazzjonijiet ABCP, li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 20, 21 u 22 għandhom jitqiesu STS.

2.   Sat-18 ta’ Ottubru 2018, l-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-EIOPA, għandha tadotta, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar interpretazzjoni u applikazzjoni armonizzata tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 20, 21 u 22.

Artikolu 20

Rekwiżiti relatati mas-sempliċità

1.   It-titolu għall-iskoperturi sottostanti għandu jiġi akkwistat mill-SSPE permezz ta’ bejgħ veru jew assenjament jew trasferiment bl-istess effett legali b’mod li jkun infurzabbli kontra l-bejjiegħ jew kwalunkwe parti terza oħra. It-trasferiment tat-titolu għall-SSPE ma għandux ikun soġġett għal dispożizzjonijiet severi ta’ rkupru fil-każ ta’ insolvenza tal-bejjiegħ.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dispożizzjonijiet ta’ rkupru severi:

(a)

dispożizzjonijiet li jippermettu lill-likwidatur tal-bejjiegħ li jinvalida l-bejgħ tal-iskoperturi sottostanti fuq il-bażi biss li dan ġie konkluż f’ċertu perijodu qabel id-dikjarazzjoni ta’ insolvenza tal-bejjiegħ;

(b)

dispożizzjonijiet fejn l-SSPE jista’ jipprevjeni l-invalidazzjoni msemmija fil-punt (a) fil-każ biss li jkun jista’ jiġi ppruvat li ma kienx jaf bl-insolvenza tal-bejjiegħ fil-mument tal-bejgħ.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dispożizzjonijiet ta’ rkupru fil-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza li jippermettu lil likwidatur jew qorti tinvalida l-bejgħ ta’ skoperturi sottostanti f’każ ta’ trasferimenti frawdolenti, ħsara żleali lill-kredituri jew ta’ trasferimenti maħsuba biex jiġu ffavoriti b’mod mhux xieraq kredituri partikolari fuq oħrajn, ma għandhomx jikkostitwixxu dispożizzjonijiet ta’rkupru severi.

4.   Jekk il-bejjiegħ mhuwiex il-mutwant oriġinali, il-bejgħ veru jew l-assenjament jew it-trasferiment bl-istess effett legali tal-iskoperturi sottostanti lil dak il-bejjiegħ, kemm jekk dak il-bejgħ veru jew l-assenjament jew it-trasferiment bl-istess effett legali jkun dirett jew permezz ta’ pass intermedjarju wieħed jew aktar, għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3.

5.   Meta t-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti jitwettaq permezz ta’ assenjament u jiġi pperfezzjonat fi stadju iktar tard mill-għeluq tat-tranżazzjoni, l-ixkattaturi li jeffettwaw tali perfezzjoni għandhom tal-anqas jinkludu l-avvenimenti li ġejjin:

(a)

deterjorament sever fis-sitwazzjoni tal-kwalità kreditizja tal-bejjiegħ;

(b)

insolvenza tal-bejjiegħ; u

(c)

ksur mhux rimedjat ta’ obbligi kuntrattwali mill-bejjiegħ, inkluża l-inadempjenza tal-bejjiegħ.

6.   Il-bejjiegħ għandu jipprovdi rappreżentazzjonijiet u garanziji li, sa fejn jaf hu, l-iskoperturi sottostanti inklużi fit-titolizzazzjoni mhumiex gravati jew inkella f’kundizzjoni li jista’ jiġi previst li taffettwa b’mod ħażin l-eżegwibbiltà tal-bejgħ veru jew l-assenjament jew it-trasferiment bl-istess effett legali.

7.   L-iskoperturi sottostanti trasferiti jew assenjati mill-bejjiegħ lill-SSPE għandhom jissodisfaw kriterji ta’ eliġibbiltà predeterminati, ċari u dokumentati li ma jippermettux immaniġġar tal-portafoll attiv ta’ dawk l-iskoperturi fuq bażi diskrezzjonali. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, is-sostituzzjoni tal-iskoperturi li jiksru r-rappreżentazzjonijiet u l-garanziji ma għandhiex titqies bħala immaniġġar tal-portafoll attiv. L-iskoperturi trasferiti lill-SSPE wara l-għeluq tat-tranżazzjoni għandhom jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà applikati għall-iskoperturi sottostanti inizjali.

8.   It-titolizzazzjoni għandha tkun appoġġjata minn aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti li huma omoġenji f’termini tat-tip ta’ assi, b’kont meħud tal-karatteristiċi speċifiċi relatati mal-flussi ta’ flus tat-tip ta’ assi inkluż il-karatteristiċi kuntrattwali, tar-riskju ta’ kreditu u ta’ prepagament. Aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti għandha tikkonsisti biss minn tip wieħed ta’ assi. L-iskoperturi sottostanti għandu jkun fihom obbligi li jkunu kuntrattwalment vinkolanti u eżegwibbli, b’rikors sħiħ għad-debituri u, fejn japplika, il-garanti.

L-iskoperturi sottostanti għandu jkollhom flussi ta’ pagament perjodiċi definiti, li l-pagamenti tagħhom jistgħu jvarjaw fl-ammonti, relatati mal-kiri, il-kapital jew il-pagamenti tal-imgħax, jew ma’ kwalunkwe dritt ieħor li jirċievu introjtu mill-assi li jappoġġaw dawn il-pagamenti. L-iskoperturi sottostanti jistgħu jiġġeneraw ukoll rikavati mill-bejgħ ta’ kwalunkwe assi finanzjati jew mikrija.

L-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu titoli trasferibbli, kif iddefinit fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE ħlief bonds maħruġa minn impriżi, li ma jkunux elenkati f’ċentru tan-negozjar.

9.   L-iskoperturi sottostanti ma għandhom jinkludu ebda pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni.

10.   L-iskoperturi sottostanti għandhom joriġinaw fil-perkors normali tan-negozju tal-oriġinatur jew tal-mutwant oriġinali skont standards ta’ sottoskrizzjoni li mhumiex inqas stretti minn dawk li l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jkun applika fil-mument tal-oriġinazzjoni għal skoperturi simili li mhumiex titolizzati. L-istandards ta’ sottoskrizzjoni li huma oriġinati konformement magħhom l-iskoperturi sottostanti u kwalunkwe bidla materjali minn standards ta’ sottoskrizzjoni preċedenti għandhom jiġu divulgati b’mod sħiħ mingħajr dewmien bla bżonn lill-investituri potenzjali.

Fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet li fihom l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali, l-aggregazzjoni ta’ self ma jinkludix ebda self li tqiegħed fis-suq u li ġie sottoskritt fuq il-bażi li l-applikant għas-self jew, fejn applikabbli, l-intermedjarji kienu jafu li l-informazzjoni pprovduta jaf ma tkunx ġiet verifikata mill-mutwant.

Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju għandha tissodisfa r-rekwiżiti mogħtija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48/KE jew fil-paragrafi 1 sa 4, il-punt (a) tal-paragrafu 5, u l-paragrafu 6 tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/17/UE jew, fejn applikabbli, rekwiżiti ekwivalenti f’pajjiżi terzi.

L-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali għandu jkollu għarfien espert fl-oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati.

11.   L-iskoperturi sottostanti għandhom jiġu ttrasferiti lill-SSPE wara l-għażla mingħajr dewmien bla bżonn u ma għandhomx jinkludu, fil-mument tal-għażla, skoperturi f’inadempjenza skont it-tifsira tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew skoperturi għal debitur jew garanti bi kreditu indebolit li, sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali:

(a)

ikun ġie ddikjarat insolventi jew kellu qorti li tat lill-kredituri tiegħu dritt finali mhux appellabbli ta’ infurzar jew danni materjali bħala riżultat ta’ pagament maqbuż fi żmien tliet snin qabel id-data ta’ oriġinazzjoni jew ikun għadda minn proċess ta’ ristrutturar tad-dejn fir-rigward tal-iskoperturi improduttivi tiegħu fi żmien tliet snin qabel id-data ta’ trasferiment jew assenjazzjoni tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE, ħlief jekk:

(i)

skopertura sottostanti ristrutturata ma tkunx ippreżentat arretrati ġodda mid-data tar-ristrutturar li kellu jseħħ għall-anqas sena qabel id-data tat-trasferiment jew l-assenjazzjoni tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE; u

(ii)

l-informazzjoni pprovduta mill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE skont il-punti (a) u (e)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tistabbilixxi b’mod espliċitu l-proporzjon tal-iskoperturi sottostanti ristrutturati, il-ħin u d-dettalji tar-ristrutturar kif ukoll il-prestazzjoni tagħhom mid-data tar-ristrutturar;

(b)

kien, fil-mument tal-oriġinazzjoni, fejn applikabbli, fuq reġistru ta’ kreditu pubbliku ta’ persuni bi storja kreditizja negattiva jew, fejn ma jkunx hemm tali reġistru ta’ kreditu pubbliku, reġistru ta’ kreditu ieħor li jkun disponibbli għall-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali; jew

(c)

għandu klassifikazzjoni tal-kreditu jew evalwazzjoni tal-kreditu li tindika li r-riskju li ma jsirux il-pagamenti kuntrattwalment maqbulin huwa ferm ogħla minn dak ta’ skoperturi komparabbli miżmuma mill-oriġinatur li mhumiex titolizzati.

12.   Id-debituri għandhom, fil-mument tat-trasferiment tal-iskoperturi, ikunu għamlu tal-inqas pagament wieħed, ħlief fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet rotanti garantiti bi skoperturi pagabbli f’pagament wieħed jew li jkollhom maturità ta’ inqas minn sena, inkluż mingħajr pagamenti fix-xahar ta’ limitazzjoni fuq krediti rotanti.

13.   Ir-ripagament mid-detenturi tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ma għandux ikun ġie strutturat biex jiddependi b’mod prevalenti mill-bejgħ ta’ assi li jkopru l-iskoperturi sottostanti. Dan ma għandux iwaqqaf lil tali assi milli sussegwentement jiġu riportati jew rifinanzjati.

Ir-ripagament mid-detenturi tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li l-iskoperturi sottostanti tagħhom huma koperti minn assi li l-valur tagħhom huwa garantit jew immitigat bis-sħiħ minn obbligu ta’ riakkwist mill-bejjiegħ tal-assi li jkopri l-iskoperturi sottostanti jew minn parti terza oħra ma għandux jitqies li jiddependi mill-bejgħ ta’ assi li jkopru dawk l-iskoperturi sottostanti.

14.   L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar liema skoperturi sottostanti msemmija fil-paragrafu 8 jitqiesu bħala omoġenji.

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikoli 21

Rekwiżiti relatati mat-titolizzazzjoni

1.   L-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali għandu jissodisfa r-rekwiżit tar-retenzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 6.

2.   Ir-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u tal-kambju li jirriżultaw mit-titolizzazzjoni għandhom jiġu mitigati kif xieraq u kwalunkwe miżura meħuda f’dan ir-rigward għandha tiġi ddivulgata. Ħlief għall-iskop tal-iħeġġjar tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew fir-rata tal-kambju, l-SSPE ma għandhiex tidħol f’kuntratti tad-derivattivi u għandha tiżgura li l-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti ma tinkludix derivattivi. Dawk id-derivattivi għandhom jiġu sottoskritti u dokumentati skont l-istandards komuni fil-finanzi internazzjonali.

3.   Kwalunkwe pagament tal-imgħax imsemmi fil-kuntest tal-assi u l-obbligi tat-titolizzazzjoni għandu jkun ibbażat fuq rati tal-imgħax ġeneralment użati fis-suq, jew rati settorjali ġeneralment użati li jirriflettu l-kost tal-fondi, u ma għandux jirreferi għal formuli jew derivattivi kumplessi.

4.   Fejn ikun inħareġ avviż ta’ eżekuzzjoni jew aċċellerazzjoni:

(a)

l-ebda ammont ta’ flus kontanti ma għandu jinqabad fl-SSPE lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiġi żgurat il-funzjonament operattiv tal-SSPE jew ir-ripagament ordnat lil investituri f’konformità mat-termini kuntrattwali tat-titolizzazzjoni, sakemm ċirkostanzi eċċezzjonali ma jesiġux li jiġi maqbud ammont sabiex jintuża, fl-aħjar interessi tal-investituri, għal spejjeż sabiex jiġi evitat id-deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;

(b)

ir-rikavati prinċipali mill-iskoperturi sottostanti għandhom jgħaddu lill-investituri permezz ta’ ammortizzament sekwenzjali tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, skont is-superjorità tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;

(c)

ir-ripagament tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ma għandux jiġi invertit fir-rigward tas-superjorità tagħhom; u

(d)

ma għandu jkun hemm ebda dispożizzjoni li tesiġi likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq.

5.   Tranżazzjonijiet li jinkludu prijorità mhux sekwenzjali ta’ pagamenti għandhom jinkludu xkattaturi relatati mal-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti li jirriżultaw f’li tiġi invertita l-prijorità ta’ pagamenti għall-pagamenti sekwenzjali fl-ordni tas-superjorità. Tali xkattaturi relatati mal-prestazzjoni għandhom jinkludu tal-inqas id-deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti taħt limitu minimu predefinit.

6.   Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tinkludi dispożizzjonijiet xierqa ta’ ammortizzament antiċipat jew xkattaturi għat-terminazzjoni tal-perijodu rotanti meta t-titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni rotanti, inkluż tal-inqas dawn li ġejjin:

(a)

deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti għal jew f’livell inqas mil-limitu predefinit;

(b)

l-okkorrenza ta’ avveniment relatat ma’ insolvenza fir-rigward tal-oriġinatur jew tal-ġestur;

(c)

il-valur tal-iskoperturi sottostanti miżmumin mill-SSPE jaqa’ taħt limitu predefinit (avveniment ta’ ammortizzament antiċipat); u

(d)

nuqqas milli jiġu ġġenerati biżżejjed skoperturi sottostanti ġodda li jissodisfaw il-kwalità kreditizja predefinita (xkattatur għat-tmiem tal-perijodu rotanti).

7.   Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika b’mod ċar:

(a)

l-obbligi kuntrattwali, id-dmirijiet u ir-responsabbiltajiet tal-ġestur u l-fiduċjarju, jekk ikun hemm, u fornituri oħrajn ta’ servizzi anċillari;

(b)

il-proċessi u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex ikun żgurat li inadempjenza jew insolvenza tal-ġestur ma tirriżultax fit-tmiem tal-ġestjoni, bħal dispożizzjoni kuntrattwali li tippermetti s-sostituzzjoni tal-ġestur f’każijiet bħal dawn; u

(c)

dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sostituzzjoni ta’ kontropartijiet derivattivi, ta’ fornituri tal-likwidità u tal-bank tal-kont f’każ tal-inadempjenza jew insolvenza tagħhom, u avvenimenti oħrajn speċifikati, meta jkun applikabbli.

8.   Il-ġestur għandu jkollu għarfien espert fil-ġestjoni ta’ skoperturi ta’ natura simili għal dawk titolizzati u għandu jkollu politiki, proċeduri u kontrolli tal-immaniġġar tar-riskju ddokumentati sew u adegwati relatati mal-ġestjoni tal-iskoperturi.

9.   Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tistabbilixxi f’termini ċari u konsistenti definizzjonijiet, rimedji u azzjonijiet marbutin mad-delinkwenza u l-inadempjenza tad-debituri, ir-ristrutturar tad-dejn, il-maħfra tad-dejn, it-tolleranza, il-pawżi mill-pagamenti, it-telf, iċ-charge offs, l-irkupri u rimedji oħrajn tal-prestazzjoni tal-assi. Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika b’mod ċar il-prijoritajiet tal-pagament, l-avvenimenti li bihom jixkattaw bidliet f’tali prijoritajiet ta’ pagament kif ukoll l-obbligu li jiġu rrappurtati tali avvenimenti. Kwalunkwe bidla fil-prijoritajiet li materjalment ser taffettwa b’mod negattiv ir-ripagament tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandha tiġi rrapportata lill-investituri mingħajr dewmien żejjed.

10.   Id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi dispożizzjonijiet ċari li jiffaċilitaw ir-riżoluzzjoni f’waqtha tal-kunflitti bejn klassijiet differenti ta’ investituri, id-drittijiet tal-vot għandhom ikunu definiti biċ-ċar u jiġu allokati lid-detenturi tal-bonds u r-responsabbiltajiet tal-fiduċjarju u entitajiet oħrajn bi dmirijiet fiduċjarji lejn l-investituri għandhom jiġu identifikati b’mod ċar.

Artikolu 22

Rekwiżiti relatati mat-trasparenza

1.   L-oriġinatur u l-isponsor għandhom jagħmlu disponibbli data dwar prestazzjoni statika u dinamika fil-passat fir-rigward ta’ inadempjenzi u telf, bħad-data dwar id-delinkwenza u l-inadempjenza, għal skoperturi sostanzjalment simili għal dawk li qed jiġu titolizzati, u s-sorsi ta’ dik id-data u l-bażi għad-dikjarazzjoni ta’ similarità, lil investituri potenzjali qabel l-ipprezzar. Dik id-data għandha tkopri perijodu ta’ mill-anqas ħames snin.

2.   Kampjun tal-iskoperturi sottostanti għandu jkun soġġett għal verifika esterna qabel il-ħruġ tat-titoli li jirriżultaw mit-titolizzazzjonijiet minn parti xierqa u indipendenti, inkluż verifika li d-data ddivulgata fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti hija preċiża.

3.   L-oriġinatur jew l-isponsor għandhom, qabel l-ipprezzar tat-titolizzazzjoni, jagħmlu disponibbli għal investituri potenzjali mudell tal-fluss tal-flus tal-obbligi li jirrappreżenta b’mod preċiż ir-relazzjoni kuntrattwali bejn l-iskoperturi sottostanti u l-pagamenti fi flussi bejn l-oriġinatur, l-isponsor, l-investituri, partijiet terzi oħra u l-SSPE u għandhom, wara l-ipprezzar, jipprovdu t-tali mudell għad-disponibbiltà tal-investituri fuq bażi kontinwa u lil investituri potenzjali fuq talba.

4.   Fil-każ ta’ titolizzazzjoni fejn l-iskoperturi sottostanti huma self residenzjali jew self jew kirjiet għal karozzi, l-oriġinatur u l-isponsor għandhom jippubblikaw l-informazzjoni disponibbli relatata mal-prestazzjoni ambjentali tal-assi ffinanzjati b’tali self residenzjali jew self jew kirjiet għal karozzi, bħala parti mill-informazzjoni ddivulgata skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1).

5.   L-oriġinatur u l-isponsor għandhom ikunu responsabbli għall-konformità mal-Artikolu 7. L-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) għandha tkun disponibbli għal investituri potenzjali qabel l-ipprezzar fuq talba tagħhom. L-informazzjoni meħtieġa skont il-punti (b) sa (d) tal- ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) għandha tkun disponibbli qabel l-ipprezzar mill-inqas f’forma abbozzata jew inizjali. Id-dokumentazzjoni finali għandha tkun disponibbli għall-investituri mhux iktar tard minn 15-il jum wara l-għeluq tat-tranżazzjoni.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata

Artikolu 23

Titolizzazzjoni ABCP sempliċi, trasparenti u standardizzata

1.   Tranżazzjoni ABCP għandha titqies bħala STS jekk tkun konformi mar-rekwiżiti tal-livell ta’ tranżazzjoni previsti fl-Artikolu 24.

2.   Programm ABCP għandu jitqies bħala STS jekk ikun konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 26 u l-isponsor tal-programm ABCP jikkonforma mar-rekwiżiti previsti fl-Artiklu 25.

Għall-fini ta’ din it-Taqsima, “bejjiegħ” ifisser “oriġinatur” jew “mutwant oriġinali”.

3.   Sat-18 ta’ Ottubru 2018, l-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-EIOPA, għandha tadotta skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni armonizzati tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24 u 26 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 24

Rekwiżiti fil-livell tat-tranżazzjoni

1.   It-titolu tal-iskoperturi sottostanti għandu jiġi akkwistat mill-SSPE permezz ta’ bejgħ veru jew assenjament jew trasferiment bl-istess effett legali b’mod li jkun eżegwibbli kontra l-bejjiegħ jew kwalunkwe parti terza oħra. It-trasferiment tat-titolu lill-SSPE ma għandux ikun soġġett għal dispożizzjonijiet ta’ rkupru severi fil-każ ta’ insolvenza tal-bejjiegħ.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dispożizzjonijiet ta’ rkupru severi:

(a)

dispożizzjonijiet li jippermettu lil-likwidatur tal-bejjiegħ li jinvalida l-bejgħ tal-iskoperturi sottostanti fuq il-bażi biss li dan ġie konkluż fi żmien ċertu perijodu qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tal-bejjiegħ;

(b)

dispożizzjonijiet fejn l-SSPE jista’ jipprevjeni l-invalidazzjoni msemmija fil-punt (a) fil-każ biss li jkun jista’ jiġi ppruvat li ma kienx jaf bl-insolvenza tal-bejjiegħ fil-mument tal-bejgħ.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dispożizzjonijiet ta’ rkupru fil-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza li jippermettu lil likwidatur jew qorti tinvalida l-bejgħ ta’ skoperturi sottostanti f’każ ta’ trasferimenti frawdolenti, ħsara żleali lill-kredituri jew ta’ trasferimenti maħsuba biex jiġu ffavoriti b’mod mhux xieraq kredituri partikolari fuq oħrajn, ma għandhomx jikkostitwixxu dispożizzjonijiet ta’rkupru severi.

4.   Jekk il-bejjiegħ mhuwiex il-mutwant oriġinali, il-bejgħ veru jew l-assenjament jew it-trasferiment bl-istess effett legali tal-iskoperturi sottostanti lill-bejjiegħ, kemm jekk dak il-bejgħ veru jew l-assenjament jew it-trasferiment bl-istess effett legali jkun dirett jew permezz ta’ pass intermedjarju wieħed jew aktar, għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3.

5.   Meta t-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti jitwettaq permezz ta’ assenjament u jiġi pperfezzjonat fi stadju iktar tard mill-għeluq tat-tranżazzjoni, l-ixkattaturi li jeffettwaw tali perfezzjoni għandhom mill-anqas jinkludu l-avvenimenti li ġejjin:

(a)

deterjorament sever fis-sitwazzjoni tal-kwalità kreditizja tal-bejjiegħ;

(b)

insolvenza tal-bejjiegħ; u

(c)

ksur mhux rimedjat ta’ obbligi kuntrattwali mill-bejjiegħ, inkluż l-inadempjenza tal-bejjiegħ.

6.   Il-bejjiegħ għandu jipprovdi rappreżentazzjonijiet u garanziji li, sa fejn jaf hu, l-iskoperturi sottostanti inklużi fit-titolizzazzjoni mhumiex gravati jew inkella f’kundizzjoni li jista’ jiġi previst li tkun affettwata b’mod negattiv l-eżegwibilità tal-bejgħ veru jew l-assenjament jew it-trasferiment bl-istess effett legali.

7.   L-iskoperturi sottostanti trasferiti jew assenjati mill-bejjiegħ lill-SSPE għandhom jissodisfaw kriterji ta’ eliġibbiltà predeterminati, ċari u dokumentati li ma jippermettux immaniġġar tal-portafoll attiv ta’ dawk l-iskoperturi fuq bażi diskrezzjonali. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, is-sostituzzjoni tal-iskoperturi li jiksru r-rappreżentazzjonijiet u l-garanziji ma għandhiex titqies bħala immaniġġar tal-portafoll attiv. L-iskoperturi trasferiti lill-SSPE wara l-għeluq tat-tranżazzjoni għandhom jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà applikati għall-iskoperturi sottostanti inizjali.

8.   L-iskoperturi sottostanti ma jinkludu ebda pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni.

9.   L-iskoperturi sottostanti li għandhom jiġu ttrasferiti lill-SSPE wara l-għażla mingħajr dewmien bla bżonn u ma għandhomx jinkludu, fil-mument tal-għażla, skoperturi f’inadempjenza skont it-tifsira tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew skoperturi għal debitur jew garanti bi kreditu indebolit li, sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali:

(a)

ikun ġie iddikjarat insolventi jew kellu qorti li tat lill-kredituri tiegħu dritt finali mhux appellabbli ta’ infurzar jew danni materjali bħala riżultat ta’ pagament maqbuż fi żmien tliet snin qabel id-data ta’ oriġinazzjoni jew ikun għadda minn proċess ta’ ristrutturar tad-dejn fir-rigward tal-iskoperturi improduttivi tiegħu fi żmien tliet snin qabel id-data tat-trasferiment jew l-assenjazzjoni tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE, ħlief jekk:

(i)

skopertura sottostanti ristrutturata ma tkunx ippreżentat arretrati ġodda mid-data tar-ristrutturar li kellu jseħħ għall-anqas sena qabel id-data tat-trasferiment jew l-assenjazzjoni tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE; u

(ii)

l-informazzjoni pprovduta mill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE skont il-punti (a) u (e)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1), b’mod espliċitu tistabbilixxi il-proporzjon tal-iskoperturi sottostanti ristrutturati, il-ħin u d-dettalji tar-ristrutturar kif ukoll il-prestazzjoni tagħhom mid-data tar-ristrutturar;

(b)

kien, fiż-żmien tal-oriġinazzjoni, fejn applikabbli, fuq reġistru ta’ kreditu pubbliku ta’ persuni bi storja kreditizja negattiva jew, fejn ma jkunx hemm tali reġistru ta’ kreditu pubbliku, reġistru ta’ kreditu ieħor li jkun disponibbli għall-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali; jew

(c)

għandu klassifikazzjoni tal-kreditu jew evalwazzjoni tal-kreditu li tindika li r-riskju li ma jsirux il-pagamenti kuntrattwalment maqbulin huwa ferm ogħla minn dak ta’ skoperturi komparabbli miżmuma mill-oriġinatur li mhumiex titolizzati.

10.   Id-debituri għandhom, fil-mument tat-trasferiment tal-iskoperturi, ikunu għamlu tal-inqas pagament wieħed, ħlief fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet rotanti garantiti bi skoperturi pagabbli f’pagament wieħed jew li għandhom maturità ta’ inqas minn sena, inkluż, mingħajr limitazzjoni, pagamenti fix-xahar fuq krediti rotanti.

11.   Ir-ripagament mid-detenturi tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ma għandux ikun ġie strutturat biex jiddependi, b’mod prevalenti, fuq il-bejgħ ta’ assi li jkopru l-iskoperturi sottostanti. Dan ma għandux iwaqqaf lil tali assi milli sussegwentement jiġu riportati jew rifinanzjati.

Ir-ripagament mid-detenturi tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li l-iskoperturi sottostanti tagħhom huma koperti minn assi li l-valur tagħhom huwa garantit jew immitigat bis-sħiħ minn obbligu ta’ riakkwist mill-bejjiegħ tal-assi li jkopri l-iskoperturi sottostanti jew minn parti terza oħra ma għandux jitqies li jiddependi mill-bejgħ ta’ assi li jkopru dawk l-iskoperturi sottostanti.

12.   Ir-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u tal-kambju li jirriżultaw mit-titolizzazzjoni għandhom jiġu mitigati kif xieraq u kwalunkwe miżura meħuda f’dan ir-rigward għandha tiġi ddivulgata. Ħlief għall-iskop tal-iħeġġjar tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħaxx jew tal-kambju, l-SSPE ma għandhiex tidħol f’kuntratti tad-derivattivi u għandha tiżgura li l-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti ma tinkludix derivattivi. Dawk id-derivattivi għandhom jiġu sottoskritti u dokumentati skont l-istandards komuni fil-finanzi internazzjonali.

13.   Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tistabbilixxi f’termini ċari u konsistenti definizzjonijiet, rimedji u azzjonijiet marbutin mad-delinkwenza u l-inadempjenza tad-debituri, ir-ristrutturar tad-dejn, il-maħfra tad-dejn, it-tolleranza, il-pawżi mill-pagamenti, it-telf, iċ-charge offs, l-irkupri u rimedji oħrajn tal-prestazzjoni tal-assi. Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika b’mod ċar il-prijoritajiet tal-pagament, l-avvenimenti li bihom jixkattaw bidliet f’tali prijoritajiet ta’ pagament kif ukoll l-obbligi li jiġu rrappurtati tali avvenimenti. Kwalunkwe bidla fil-prijoritajiet tal-pagamenti li materjalment ser taffettwa b’mod negattiv ir-ripagament tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandha tiġi rrapportata lill-investituri mingħajr dewmien żejjed.

14.   L-oriġinatur u l-isponsor għandhom jagħmlu disponibbli data dwar prestazzjoni statika u dinamika fil-passat fir-rigward ta’ inadempjenzi u telf, bħad-data dwar id-delinkwenza u l-inadempjenza, għal skoperturi sostanzjalment simili għal dawk li qed jiġu titolizzati, u s-sorsi ta’ dik id-data u l-bażi għad-dikjarazzjoni ta’ similarità, lil investituri potenzjali qabel l-ipprezzar. Fejn l-isponsor ma jkollux aċċess għal tali data, huwa għandu jikseb mingħand il-bejjiegħ l-aċċess għad-data, fuq bażi statika jew dinamika, dwar il-prestazzjoni storika, bħad-data dwar id-delinkwenza jew l-inadempjenza, għal skoperturi sostanzjalment simili għal dawk li jkunu qed jiġu titolizzati. Tali data għandha tkopri perijodu ta’ mhux anqas minn ħames snin, ħlief għal data rigward riċevibbli tan-negozju u riċevibbli oħrajn fuq żmien qasir li għalihom il-perijodu storiku ma għandux ikun iqsar minn tliet snin.

15.   Tranżazzjonijiet ABCP għandhom ikunu appoġġjati minn aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti li huma omoġenji f’termini tat-tip ta’ assi, b’kont meħud tal-karatteristiċi relatati mal-flussi ta’ flus tat-tipi ta’ assi differenti inkluż il-karatteristiċi kuntrattwali, tar-riskju ta’ kreditu u ta’ prepagament tagħhom. Aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti għandha tikkonsisti biss minn tip wieħed ta’ assi.

L-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti għandu jkollha ħajja medja peżata li jifdal ta’ mhux aktar minn sena waħda u l-ebda waħda mill-iskoperturi sottostanti ma għandu jkollha maturità residwa ta’ aktar minn tliet snin.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, aggregazzjonijiet ta’ self għal karozzi, kiri ta’ karozzi u tranżazzjonijiet ta’ kiri ta’ tagħmir għandu jkollhom ħajja medja ppeżata li jifdal ta’ mhux aktar minn tliet snin u nofs u l-ebda waħda mil-iskoperturi sottostanti ma għandu jkollha maturità residwa ta’ aktar minn sitt snin.

L-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu self garantit minn ipoteki residenzjali jew kummerċjali jew self residenzjali garantit bis-sħiħ, kif imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-iskoperturi sottostanti għandhom jinkludu obbligi li huma kuntrattwalment vinkolanti u eżegwibbli, b’rikors sħiħ għad-debituri bi flussi ta’ pagamenti definiti marbutin mal-kiri, mal-kapital, mal-imgħax, jew relatati ma’ kwalunkwe dritt ieħor li jirċievu introjtu minn li jiggarantixxu dawn il-pagamenti. L-iskoperturi sottostanti jistgħu jiġġeneraw ukoll rikavati mill-bejgħ ta’ kwalunkwe assi finanzjati jew mikrija. L-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu titoli trasferibbli kif definiti fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE ħlief bonds maħruġa minn impriżi, li ma jkunux elenkati f’ċentru tan-negozjar.

16.   Kwalunkwe pagament tal-imgħax imsemmi fil-kuntest tal-assi u l-obbligi tat-tranżazzjoni ABCP għandu jkun ibbażat fuq rati tal-imgħax ġeneralment użati fis-suq, jew rati settorjali ġeneralment użati li jirriflettu l-kost tal-fondi, iżda ma għandux jirreferi għal formuli jew derivattivi kumplessi. Il-pagamenti tal-imgħax imsemmija fil-kuntest tal-obbligi tat-tranżazzjoni ABCP jistgħu jkunu bbażati fuq rati tal-imgħax li jirriflettu l-kost tal-fondi ta’ programm ABCP.

17.   Wara l-inadempjenza tal-bejjiegħ jew avveniment ta’ aċċellerazzjoni:

(a)

ebda ammont ta’ flus kontanti ma għandu jinqabad fl-SSPE lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiġi żgurat il-funzjonament operattiv tal-SSPE jew ir-ripagament ordnat ta’ investituri f’konformità mat-termini kuntrattwali tat-titolizzazzjoni sakemm ċirkostanzi eċċezzjonali ma jesiġux li jinqabad ammont sabiex jintuża, fl-aħjar interessi tal-investituri, għal spejjeż sabiex jiġi evitat id-deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;

(b)

rikavati prinċipali mill-iskoperturi sottostanti għandhom jgħaddu lill-investituri li jżommu pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni permezz ta’ pagament sekwenzjali tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, kif determinat mis-superjorità tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni; u

(c)

ma għandu jkun hemm ebda dispożizzjoni li tesiġi likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq.

18.   L-iskoperturi sottostanti għandhom joriġinaw fil-perkors ordinarju tan-negozju tal-bejjiegħ skont l-istandards tas-sottoskrizzjoni li mhumiex inqas stretti minn dawk li japplika l-bejjiegħ japplika fil-mument tal-oriġinazzjoni ta’ skoperturi simili li mhumiex titolizzati. L-istandards ta’ sottoskrizzjoni li huma oriġinati konformement magħhom l-iskoperturi sottostanti u kwalunkwe bidla materjali minn standards ta’ sottoskrizzjoni preċedenti għandhom jiġu divulgati b’mod sħiħ mingħajr dewmien bla bżonn lill-isponsor u l-partijiet l-oħra esposti direttament għat-tranżazzjoni ABCP. Il-bejjiegħ għandu jkollu għarfien espert fl-oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ għamla simili għal dawk titolizzati.

19.   Fejn tranżazzjoni ABCP tkun titolizzazzjoni rotanti, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tinkludi xkattaturi għat-terminazzjoni tal-perijodu rotanti, li tal-inqas jinkludu:

(a)

deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti għal jew f’livell inqas mil-limitu predefinit; u

(b)

l-okkorrenza ta’ avveniment relatat ma’ insolvenza fir-rigward tal-bejjiegħ jew tal-ġestur.

20.   Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika b’mod ċar:

(a)

l-obbligi kuntrattwali, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-isponsor, il-ġestur u l-fiduċjarju, jekk ikun hemm, u fornituri oħrajn ta’ servizzi anċillari;

(b)

il-proċessi u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex ikun żgurat li inadempjenza jew insolvenza tal-ġestur ma tirriżultax fit-tmiem tal-ġestjoni;

(c)

dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sostituzzjoni ta’ kontropartijiet derivattivi u tal-bank tal-kont f’każ ta’ inadempjenza, insolvenza u avvenimenti oħrajn speċifikati, meta jkun applikabbli; u

(d)

kif l-isponsor jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 25(3).

21.   L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar liema skoperturi sottostanti msemmija fil-paragrafu 15 jitqiesu bħala omoġeni.

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 25

Sponsor ta’ programm ABCP

1.   L-isponsor tal-programm ABCP ikun istituzzjoni ta’ kreditu taħt is-superviżjoni tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   L-isponsor ta’ programm ABCP għandu jkun fornitur tal-faċilità ta’ likwidità u jappoġġa l-pożizzjonijiet kollha ta’ titolizzazzjoni fuq livell ta’ programm ABCP billi jkopri r-riskji kollha tal-likwidità u ta’ kreditu u kwalunkwe riskji ta’ dilwizzjoni materjali tal-iskoperturi titolizzati kif ukoll kwalunkwe spiża oħra tat-tranżazzjoni u spejjeż imġarrba mill-programm kollu kemm hu jekk neċessarji sabiex ikun garantit lill-investitur il-ħlas sħiħ ta’ kwalunkwe ammont skont l-ABCP b’tali appoġġ. L-isponsor għandu jiddivulga deskrizzjoni tal-appoġġ ipprovdut fil-livell tat-tranżazzjoni lill-investituri inkluża deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ likwidità pprovduti.

3.   Qabel ma tkun tista’ tisponsorja programm ABCP STS, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha turi lill-awtorità kompetenti tagħha li r-rwol tagħha skont il-paragrafu 2 ma jipperikolax is-solvenza jew il-likwidità tagħha, anki f’sitwazzjoni ta’ stress estrem fis-suq.

Ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jitqies li jkun sodisfatt meta l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat abbażi tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 97(3) tad-Direttiva (UE) 2013/36/UE li l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati minn dik l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-fondi proprji u l-likwidità miżmuma minnha jiżguraw l-immaniġġar tajjeb u l-kopertura tar-riskji tagħha.

4.   L-isponsor għandu jwettaq id-diliġenza dovuta tiegħu u għandu jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) u (3) ta’ dan ir-Regolament, skont kif ikun applikabbli. Huwa għandu jivverifika wkoll li l-bejjiegħ għandu stabbiliti kapaċitajiet ta’ ġestjoni u proċessi ta’ ġbir li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fil-punti (h) sa (p) tal-Artikolu 265(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew rekwiżiti ekwivalenti f’pajjiżi terzi.

5.   Il-bejjiegħ, fil-livell ta’ tranżazzjoni, jew l-isponsor, fil-livell tal-programm ABCP, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ retenzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6.

6.   L-isponsor għandu jkun responsabbli għall-konformità mal-Artikolu 7 fil-livell tal-programm ABCP u biex jagħmel disponibbli għall-investituri potenzjali qabel l-ipprezzar fuq talba tagħhom:

(a)

l-informazzjoni aggregata meħtieġa mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1); u

(b)

l-informazzjoni meħtieġa mill-punti (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1), tal-inqas f’forma inizjali jew ta’ abbozz.

7.   F’każ li l-isponsor ma jġeddidx l-impenn ta’ finanzjament tal-faċilità ta’ likwidità qabel l-iskadenza tiegħu, il-faċilità ta’ likwidità għandha tiġi prelevata u t-titoli li jimmaturaw għandhom jitħallsu lura.

Artikolu 26

Rekwiżiti fil-livell tal-programm

1.   It-tranżazzjonijiet ABCP kollha fi programm ABCP għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 24 (1) sa (8) u (12) sa (20).

Massimu ta’ 5 % tal-ammont aggregat tal-iskoperturi sottostanti għat-tranżazzjonijiet ABCP u li huma ffinanzjati mill-programm ABCP jista’ jkun temporanjament mhux konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 24(9), (10) u (11) mingħajr ma jaffettwa l-istatus STS tal-programm ABCP.

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu kampjun tal-iskoperturi sottostanti għandu b’mod regolari jkun soġġett għal verifika esterna tal-konformità minn parti xierqa u indipendenti.

2.   Il-ħajja medja peżata li jifdal tal-iskoperturi sottostanti ta’ programm ABCP ma għandhiex tkun aktar minn sentejn.

3.   Il-programm ABCP għandu jkun appoġġat bis-sħiħ minn sponsor f’konformità mal-Artikolu 25(2).

4.   Il-programm ABCP ma għandu jinkludi l-ebda rititolizzazzjoni u t-titjib tal-kreditu ma għandux jistabbilixxi it-tieni saff ta’ segmentar fil-livell tal-programm.

5.   It-titoli maħruġin minn programm ABCP ma għandhomx jinkludu għażla eżerċitabbli, klawżoli ta’ estensjoni jew klawżoli oħrajn li jkollhom effett fuq il-maturità finali tagħhom, fejn tali għażliet jew klawżoli jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-bejjiegħ, l-isponsor jew l-SSPE.

6.   Ir-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u tal-munita li jirriżultaw fil-livell tal-programm ABCP għandhom jiġu mitigati b’mod xieraq u kwalunkwe miżura li tittieħed f’dan ir-rigward għandha tiġi ddivulgata. Ħlief għall-iskop tal-iħeġġjar tar-riskju tal-imgħax jew tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-munita, l-SSPE ma għandhiex tidħol f’kuntratti tad-derivattivi u għandha tiżgura li l-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti ma tinkludix derivattivi. Dawk id-derivattivi għandhom jiġu sottoskritti u dokumentati skont l-istandards komuni fil-finanzi internazzjonali.

7.   Id-dokumentazzjoni relatata mal-programm ABCP għandha tispeċifika b’mod ċar:

(a)

ir-responsabbiltajiet tal-fiduċjarju u entitajiet oħrajn bi dmirijiet ta’ fiduċjarju, jekk ikollhom, għall-investituri;

(b)

l-obbligi kuntrattwali, dmirijiet u responsabbiltajiet tal-isponsor li għandu jkollu għarfien espert fis-sottoskrizzjoni ta’ krediti, il-fiduċjarju, jekk ikun hemm, u fornituri oħrajn ta’ servizzi anċillari;

(c)

il-proċessi u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex ikun żgurat li inadempjenza jew insolvenza tal-ġestur ma tirriżultax fit-tmiem tal-ġestjoni;

(d)

id-dispożizzjonijiet għas-sostituzzjoni ta’ kontropartijiet derivattivi u tal-bank tal-kont fil-livell tal-programm ABCP f’każ tal-inadempjenza jew insolvenza tagħhom, u avvenimenti oħrajn speċifikati, fejn il-faċilità ta’ likwidità ma tkoprix tali avvenimenti;

(e)

li, malli jseħħu avvenimenti speċifikati, inadempjenza jew insolvenza tal-isponsor, għandhom jiġu previsti passi ta’ rimedju sabiex tinkiseb kif xieraq kollateralizzazzjoni tal-impenn ta’ finanzjament jew is-sostituzzjoni tal-fornitur ta’ faċilità ta’ likwidità; u

(f)

li l-faċilità ta’ likwidità għandha tiġi prelevata u t-titoli li jimmaturaw għandhom jitħallsu lura f’każ li l-isponsor ma jġeddidx l-impenn ta’ finanzjament tal-faċilità ta’ likwidità qabel l-iskadenza tiegħu.

8.   Il-ġestur għandu jkollu għarfien espert fil-ġestjoni ta’ skoperturi ta’ natura simili għal dawk titolizzati u għandu jkollu politiki, proċeduri u kontrolli tal-immaniġġar tar-riskju ddokumentati sew relatati mal-ġestjoni tal-iskoperturi.

TAQSIMA 3

Notifika STS

Artikolu 27

Rekwiżiti ta’ notifika STS

1.   L-oriġinaturi u l-isponsors, għandhom jinnotifikaw b’mod konġunt lill-ESMA permezz tal-mudell imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu fejn titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 19 sa 22 jew l-Artikoli 23 sa 26 (‘notifika STS’). Fil-każ ta’ programm ABCP, l-isponsor biss għandu jkun responsabbli għan-notifika ta’ dak il-programm u, fi ħdan dak il-programm, tat-tranżazzjonijiet tal-ABCP li jikkonformaw mal-Artikolu 24.

In-notifika STS għandha tinkludi spjegazzjoni mill-oriġinatur u l-isponsor ta’ kif kull wieħed mill-kriterji STS stabbiliti fl-Artikoli 20 sa 22 jew l-Artikoli 24 sa 26 ġew rispettati.

L-ESMA għandha tippubblika n-notifika STS fuq is-sit web uffiċjali tagħha skont il-paragrafu 5. L-oriġinaturi u l-isponsors ta’ titolizzazzjoni għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar in-notifika STS u jaħtru bejniethom entità waħda li tkun l-ewwel punt ta’ kuntatt għall-investituri u l-awtoritajiet kompetenti.

2.   L-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE jistgħu jużaw is-servizz ta’ parti terza awtorizzata skont l-Artikolu 28 biex jikkontrollaw jekk titolizzazzjoni tikkonformax mal-Artikoli 19 sa 22 jew l-Artikoli 23 sa 26. Madankollu, l-użu ta’ servizz bħal dan ma għandu, taħt ebda ċirkostanza, jolqot ir-responsabbiltà tal-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE fir-rigward tal-obbligi legali tagħhom skont dan ir-Regolament. L-użu ta’ tali servizz ma għandux jaffettwa l-obbligi imposti fuq investituri istituzzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 5.

Meta l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE jużaw is-servizz ta’ parti terza awtorizzata skont l-Artikolu 28 biex jivverifikaw jekk titolizzazzjoni tikkonformax mal-Artikoli 19 sa 22 jew l-Artikoli 23 sa 26, in-notifika STS għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-konformità mal-kriterji STS kienet ikkonfermata minn dik il-parti terza awtorizzata. In-notifika għandha tinkludi l-isem tal-parti terza awtorizzata, il-post ta’ stabbiliment tagħha u l-isem tal-awtorità kompetenti li awtorizzatha.

3.   Meta l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali ma jkunx istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment, kif definiti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, stabbilita fl-Unjoni, in-notifika skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn dan li ġej:

(a)

konferma mill-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali li l-għoti tal-kreditu tagħha jsir fuq il-bażi ta’ kriterji sodi u definiti kif suppost u proċessi stabbiliti ċari għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u l-finanzjament ta’ krediti u li l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali għandu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplika dawn il-proċessi f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament; u

(b)

dikjarazzjoni mill-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali dwar jekk l-għoti ta’ kreditu msemmi fil-punt (a) huwiex soġġett għal superviżjoni.

4.   L-oriġinatur u l-isponsor għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u jinformaw lill-awtorità kompetenti tagħhom minnufih meta titolizzazzjoni ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti la tal-Artikoli 19 sa 22 u lanqas tal-Artikoli 23 sa 26.

5.   L-ESMA għandha żżomm fuq is-sit web uffiċjali tagħha lista tat-titolizzazzjonijiet kollha li fir-rigward tagħhom l-oriġinaturi u l-isponsors ikunu nnotifikawha li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 19 sa 22 jew l-Artikoli 23 sa 26. L-ESMA għandha żżid kull titolizzazzjoni notifikata b’dan il-mod ma’ dik il-lista immedjatament u għandha taġġorna l-lista meta t-titolizzazzjonijiet ma jibqgħux jitqiesu li jkunu STS wara deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew notifika mill-oriġinatur jew sponsor. Meta l-awtorità kompetenti tkun imponiet sanzjonijiet amministrattivi skont l-Artikolu 32, hija għandha tinnotifika lill-ESMA dwarhom immedjatament. L-ESMA għandha immedjatament tindika fuq il-lista li awtorità kompetenti tkun imponiet sanzjonijiet amministrattivi fir-rigward tat-titolizzazzjoni kkonċernata.

6.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE huma meħtieġa jipprovdu sabiex jikkonformaw mal-obbligi msemmija fil-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.   Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudelli li għandhom jintużaw biex tingħata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards regolatorji ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 28

Parti terza li tivverifika l-konformità STS

1.   Parti terza msemmija fl-Artikolu 27(2) għandha tkun awtorizzata mill-awtorità kompetenti biex tivvaluta l-konformità tat-titolizzazzjonjiet mal-kriterji STS previsti fl-Artikoli 19 sa 22 jew l-Artikoli 23 sa 26. L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-awtorizzazzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-parti terza timponi biss imposti mhux diskriminatorji u bbażati fuq l-ispejjeż fuq l-oriġinaturi, l-isponsors jew SSPEs involuti fit-titolizzazzjonijiet li l-parti terza tivvaluta mingħajr differenzi bejn tariffi skont, jew marbuta ma’, ir-riżultati tal-valutazzjoni tagħha;

(b)

il-parti terza la hija entità regolata kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE u lanqas ma hija aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kif definita fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, u t-twettiq tal-attivitajiet l-oħra tal-parti terza ma jikkompromettux l-indipendenza jew l-integrità tal-valutazzjoni tagħha;

(c)

il-parti terza ma għandha tipprovdi ebda forma ta’ servizz ta’ konsulenza, awditu jew servizz ekwivalenti lill-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE involuti fit-titolizzazzjonijiet li l-parti terza tivvaluta;

(d)

il-membri tal-korp maniġerjali ta’ parti terza jkollhom il-kwalifiki, l-għarfien u l-esperjenza professjonali li jkunu xierqa għall-kompitu tal-parti terza u jkunu ta’ reputazzjoni tajba u ta’ integrità;

(e)

il-korp maniġerjali tal-parti terza jinkludi mill-inqas terz, iżda mhux inqas minn żewġ diretturi indipendenti;

(f)

il-parti terza tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-verifika ta’ konformità STS ma tkunx affettwata minn xi kunflitt ta’ interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni ta’ negozju li tinvolvi l-parti terza, l-azzjonisti jew membri tagħha, il-maniġers, l-impjegati jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-parti terza. Għal dak l-għan, il-parti terza għandha tistabbilixxi, iżżomm, tinforza, u tiddokumenta sistema effettiva ta’ kontroll intern li tirregola l-implimentazzjoni ta’ politiki u proċeduri għall-identifikazzjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali. Kunflitti ta’ interess potenzjali jew eżistenti li jkunu ġew identifikati għandhom jiġu eliminati jew mitigati u żvelati mingħajr dewmien. Il-parti terza għandha tistabbilixxi, iżżomm, tinforza u tiddokumenta proċeduri u proċessi adegwati biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-valutazzjoni tal-konformità STS. Il-parti terza għandha timmonitorja perjodikament u teżamina dawk il-politiki u proċeduri sabiex tiġi vvalutata l-effettività tagħhom u sabiex jiġi vvalutat jekk dawn għandhomx jiġu aġġornati; u

(g)

il-parti terza tista’ turi li għandha salvagwardji operazzjonali u proċessi interni xierqa li jippermettulha tevalwa l-konformità STS.

L-awtorità kompetenti għandha tirtira l-awtorizzazzjoni meta tqis li l-parti terza ma tkunx materjalment konformi mal-ewwel subparagrafu.

2.   Parti terza awtorizzata skont il-paragrafu 1 għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tagħha mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla materjali fl-informazzjoni prevista f’dak il-paragrafu, jew kwalunkwe bidla oħra li tista’ raġonevolment titqies li taffettwa l-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti tagħha.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ timponi miżati bbażati fuq l-ispejjeż lill-parti terza msemmija fil-paragrafu 1, sabiex tkopri l-infiq meħtieġ relatat mal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u l-monitoraġġ sussegwenti tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.

4.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ parti terza f’konformità mal-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU 5

SUPERVIŻJONI

Artikolu 29

Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Il-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ssorveljata mill-awtoritajiet kompetenti li ġejjin f’konformità mas-setgħat mogħtijin mill-atti legali rilevanti:

(a)

għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-punt (10) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)

għal maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv, l-awtorità kompetenti responsabbli maħtura f’konformità mal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(c)

għall-UCITS u kumpanniji maniġerjali tal-UCITS, l-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 97 tad-Direttiva 2009/65/KE;

(d)

għal istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, l-awtorità kompetenti maħtura skont l-punt (g) tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33);

(e)

għal istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment, l-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż il-BĊE fir-rigward ta’ kompiti speċifiċi mwettqa fuqu mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

2.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-isponsors skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż il-BĊE fir-rigward ta’ kompiti speċifiċi konferiti lilu mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, għandhom jissorveljaw il-konformità tal-isponsors mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Meta l-oriġinaturi, il-mutwanti oriġinali u l-SSPEs ikunu entitajiet taħt superviżjoni skont id-Direttivi 2003/41/KE, 2009/138/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti maħtura skont dawk l-atti, inkluż il-BĊE fir-rigward ta’ kompiti speċifiċi konferiti lilu mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, għandhom jissorveljaw il-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ dan ir-Regolament.

4.   Għall-oriġinaturi, il-mutwanti oriġinali u l-SSPEs stabbiliti fl-Unjoni u mhux koperti mill-atti leġislattivi tal-Unjoni msemmijin fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew iktar biex jissorveljaw il-konformità mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 6, 7, 8 u 9. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA bil-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti skont dan il-paragrafu sal-1 ta’ Jannar 2019. Dak l-obbligu ma għandux japplika fir-rigward ta’ dawk l-entitajiet li sempliċiment ibigħu skoperturi taħt programm ABCP jew tranżazzjoni jew skema oħra ta’ titolizzazzjoni u mhumiex attivament fl-oriġinazzjoni ta’ skoperturi għall-iskop primarju tat-titolizzazzjoni tagħhom fuq bażi regolari.

5.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar biex jissorveljaw il-konformità tal-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs mal-Artikoli 18 sa 27, u l-konformità ta’ partijiet terzi mal-Artikolu 28. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA bil-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti skont dan il-paragrafu sat-18 ta’ Jannar 2019.

6.   Il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward ta’ dawk l-entitajiet li sempliċiment ibigħu skoperturi taħt programm ABCP jew tranżazzjoni jew skema oħra ta’ titolizzazzjoni u mhumiex attivament fl-oriġini tal-iskoperturi għall-iskop primarju tat-titolizzazzjoni tagħhom fuq bażi regolari. F’każ bħal dan l-oriġinatur jew l-isponsor għandu jivverifika li dawk l-entitajiet jissodisfaw l-obbligi rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 18 sa 27.

7.   L-ESMA għandha tiżgura l-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 18 sa 27 ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-kompiti u s-setgħat stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha timmonitorja s-suq tat-titolizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34) u, fejn xieraq, tapplika s-setgħat ta’ intervent temporanju tagħha skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

8.   L-ESMA għandha tippubblika u żżomm aġġornata fuq is-sit web tagħha lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 30

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti, maħtura skont l-Artikolu 29(1) sa (5) għandha s-setgħat superviżorji, investigatorji u ta’ sanzjonar meħtieġa biex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità kompetenti għandha teżamina b’mod regolari l-arranġamenti, il-proċess u l-mekkaniżmi li l-oriġinaturi, -isponsors, l-SSPEs u l-mutwanti oriġinali implimentaw sabiex tikkonforma ma’ dan ir-Regolament.

L-eżami msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi:

(a)

l-proċessi u l-mekkaniżmi biex l-interess materjali ekonomiku nett jitkejjel b’mod korrett u jinżamm fuq bażi kontinwa, il-ġbir u l-iżvelar f’waqtu tal-informazzjoni kollha li għandha tkun disponibbli f’konformità mal-Artikolu 7 u l-kriterji għall-għoti ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu 9;

(b)

għat-titolizzazzjonijiet STS li mhumiex titolizzazzjonijiet fi programm ABCP, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex tiġi żgurata konformità mal-Artikolu 20(7) sa (12), l-Artikolu 21(7) u l-Artikolu 22; u

(c)

għat-titolizzazzjonijiet STS li huma titolizzazzjonijiet fi programm ABCP, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jiġi żgurat, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ABCP, konformità mal-Artikolu 24 u, fir-rigward tal-programmi ABCP, konformità mal-Artikolu 26(7) u (8).

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jesiġu li r-riskji li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, inklużi r-riskji għar-reputazzjoni, jiġu evalwati u indirizzati permezz ta’ politiki u proċeduri xierqa tal-oriġinaturi, l-isponsors, l-SSPEs u l-mutwanti oriġinali.

4.   L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja, kif applikabbli, l-effetti speċifiċi li l-parteċipazzjoni fis-suq tat-titolizzazzjoni għandha fuq l-istabbiltà tal-istituzzjoni finanzjarja li topera bħala mutwant oriġinali, oriġinatur, sponsor jew investitur bħala parti mis-superviżjoni prudenzjali tagħha fil-qasam tat-titolizzazzjoni, waqt li tqis, mingħajr preġudizzju għal regolamentazzjoni settorjali aktar stretta:

(a)

id-daqs tal-bafers kapitali;

(b)

id-daqs tal-bafers ta’ likwidità; u

(c)

ir-riskju tal-likwidità għall-investituri minħabba diskrepanza fil-maturità bejn il-finanzjament tagħhom u l-investimenti.

F’każijiet fejn l-awtorità kompetenti tidentifika riskju materjali għall-istabbiltà finanzjarja ta’ istituzzjoni finanzjarja jew tas-sistema finanzjarja kollha kemm hi, irrispettivament mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 36, hija għandha tieħu azzjoni biex ittaffi dawk ir-riskji, tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-awtorità kompetenti maħtura għall-istrumenti makroprudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-BERS.

5.   L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja kwalunkwe evażjoni possibbli tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(2) u tiżgura li jiġu applikati sanzjonijiet skont l-Artikoli 32 u 33.

Artikolu 31

Sorveljanza makroprudenzjali tas-suq tat-titolizzazzjoni

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu, il-BERS għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza makroprudenzjali tas-suq tat-titolizzazzjoni tal-Unjoni.

2.   Sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tar-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni li jirriżultaw minn żviluppi fis-sistema finanzjarja u b’kont meħud tal-iżviluppi makroekonomiċi, bl-għan li jiġu evitati perijodi ta’ diffikultà finanzjarja mifruxa, il-BERS għandu kontinwament jissorvelja l-iżviluppi fis-swieq tat-titolizzazzjoni. Meta l-BERS iqis li huwa meħtieġ, jew mill-inqas kull 3 snin, sabiex jiġu enfasizzati r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja, il-BERS għandu, f’kollaborazzjoni mal-EBA, jippubblika rapport dwar l-implikazzjonijiet tas-suq tat-titolizzazzjoni għall-istabbiltà finanzjarja. Jekk jiġu osservati riskji materjali, il-BERS għandu jipprovdi twissijiet u, fejn ikun xieraq, joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ta’ rimedju b’reazzjoni għal dawk ir-riskji skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, inkluż dwar jekk ikunux opportuni modifika tal-livelli ta’ retenzjoni tar-riskju, jew it-teħid ta’ miżuri makroprudenzjali oħra, lill-Kummissjoni, lill-ASE u lill-Istati Membri. Il-Kummissjoni, l-ASE u l-Istati Membri għandhom, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, jikkomunikaw lill-BERS, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-azzjonijiet li ttieħdu b’rispons għar-rakkomandazzjoni u għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni adegwata għal kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni fi żmien tliet xhur mid-data ta’ trasmissjoni tar-rakkomandazzjoni lid-destinatarji.

Artikolu 32

Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta’ rimedju

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-Istati Membri jipprevedu għal u jimponu sanzjonijiet kriminali skont l-Artikolu 34, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jfasslu sanzjonijiet amministrattivi xierqa f’każ ta’ negliġenza jew ksur intenzjonali, u miżuri ta’ rimedju xierqa li tal-inqas ikunu applikabbli għal sitwazzjonijiet fejn:

(a)

oriġinatur, sponsor jew mutwant oriġinali jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 6;

(b)

oriġinatur, sponsor jew SSPE jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 7;

(c)

oriġinatur, sponsor jew mutwant oriġinali jkun naqas milli jissodisfa l-kriterji previsti fl-Artikolu 9;

(d)

oriġinatur, sponsor jew SSPE jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 18;

(e)

titolizzazzjoni tiġi deżinjata bħala STS u oriġinatur, sponsor, jew SSPE ta’ dik it-titolizzazzjoni jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 19 sa 22 jew l-Artikoli 23 sa 26;

(f)

oriġinatur jew sponsor jagħmel notifika qarrieqa skont l-Artikolu 27(1);

(g)

oriġinatur jew sponsor ikun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 27(4); jew

(h)

parti terza awtorizzata skont l-Artikolu 28 naqset milli tinnotifika l-bidliet materjali tal-informazzjoni previsti skont l-Artikolu 28(1), jew kwalunkwe bidla oħra li tista’ raġonevolment titqies li taffettwa l-valutazzjoni mill-awtorità kompetenti tagħha.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet amministrattivi u/jew il-miżuri ta’ rimedju huma implimentati b’mod effettiv.

Dawk is-sanzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw tal-inqas is-sanzjonijiet u l-miżuri li ġejjin f’każ tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1:

(a)

dikjarazzjoni pubblika, li tindika l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur skont l-Artikolu 37;

(b)

ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex tieqaf minn din l-imġiba u ma tirrepetihiex;

(c)

projbizzjoni temporanja li tipprevjeni kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li nżammet responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet maniġerjali fit-tali impriżi;

(d)

fil-każ ta’ ksur kif imsemmi fil-punt (e) jew (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, projbizzjoni temporanja li tipprevjeni lill-oriġinatur u lill-isponsor milli jinnotifikaw skont l-Artikolu 27(1) li titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 22 jew l-Artikoli 23 sa 26;

(e)

fil-każ ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi għall-inqas ta’ EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri fejn il-munita mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Jannar 2018;

(f)

fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi tal-anqas ta’ EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Jannar 2018 jew sa mhux aktar minn 10 % tal-fatturat annwali totali nett tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35), il-fatturat annwali totali nett rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali nett jew it-tip korrispondenti ta’ dħul b’konformità mal-atti leġiżlattivi kontabilistiċi rilevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali finali;

(g)

sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi li tal-inqas jilħqu d-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista’ jiġi stabbilit, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (e) u (f);

(h)

f’każ ta’ ksur kif imsemmi fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, irtirar temporanju tal-awtorizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 28 għall-parti terza awtorizzata biex tivverifika l-konformità ta’ titolizzazzjoni mal-Artikoli 19 sa 22 jew l-Artikoli 23 sa 26.

3.   Meta d-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-ewwel paragrafu japplikaw għal persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jikkonferixxu fuq l-awtoritajiet kompetenti s-setgħa li japplikaw is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju stabbiliti fil-paragrafu 2, soġġett għall-kondizzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali, fuq membri tal-korp maniġerjali, u fuq individwi oħrajn li huma responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni li timponi sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri ta’ rimedju stabbiliti fil-paragrafu 2 tkun motivata kif xieraq u tkun soġġetta għal dritt ta’ appell.

Artikolu 33

Eżerċitar tas-setgħa biex timponi sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta’ rimedju

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat li jimponu s-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju msemmijin fl-Artikolu 32 skont l-oqfsa legali nazzjonali tagħhom, kif xieraq:

(a)

direttament;

(b)

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;

(c)

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil awtoritajiet oħra;

(d)

b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.   Meta jistabbilixxu t-tip u l-livell ta’ sanzjoni amministrattiva jew miżura ta’ rimedju imposta skont l-Artikolu 32, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu sa fejn il-ksur huwiex intenzjonat jew jirriżultax minn negliġenza u ċ-ċirkustanzi rilevanti l-oħra kollha, inkluż, u fejn xieraq:

(a)

il-materjalità, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b)

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur;

(c)

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(d)

l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e)

it-telf għal partijiet terzi kkaġunati mill-ksur, meta jkun jista’ jiġi stabbilit;

(f)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-bżonn li jiġi żgurat li jiġu ċeduti l-profitti miksubin jew it-telf evitat minn dik il-persuna;

(g)

il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

Artikolu 34

Sanzjonijiet kriminali

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għas-sanzjonijiet amministrattivi jew għall-miżuri ta’ rimedju għal ksur li jkun soġġett għal sanzjonijiet kriminali skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

2.   Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 32(1), għandhom jiżguraw li jkun hemm miżuri xierqa fis-seħħ sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa kollha biex ikollhom kuntatt mal-awtoritajiet ġudizzjarji, tal-prosekuzzjoni jew tal-ġustizzja kriminali fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika marbuta ma’ investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali mibdijin għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 32(1), u biex jipprovdu l-istess informazzjoni lil awtoritajiet kompetenti oħrajn kif ukoll lill-ESMA, l-EBA u l-EIOPA biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom ta’ kooperazzjoni għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 35

Obbligi ta’ notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw dan il-Kapitolu, inkluża kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tal-liġi kriminali, lill-Kummissjoni, l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA sat-18 ta’ Jannar 2019. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

Artikolu 36

Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti u l-ASE

1.   L-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 29 u l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u jiskambjaw informazzjoni biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-Artikoli 30 sa 34.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw mill-qrib is-superviżjoni tagħhom sabiex jidentifikaw u jirrimedjaw il-ksur ta’ dan ir-Regolament, jiżviluppaw u jippromwovu l-aħjar prassi, jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni, irawmu l-konsistenza fl-interpretazzjoni u jipprovdu valutazzjonijiet transġurisdizzjonali f’każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ qbil.

3.   Għandu jkun stabbilit kumitat ta’ titolizzazzjoni speċifiku fi ħdan il-qafas tal-kumitat konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, fejn l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib, sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-Artikoli 30 sa 34.

4.   Meta awtorità kompetenti ssib li rekwiżit wieħed jew aktar taħt l-Artikoli 6 sa 27 ikun inkiser jew ikollha raġun biex temmen hekk, hija għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-entità jew entitajiet issuspettati bit-tali ksur bis-sejbiet tagħha b’mod dettaljat biżżejjed. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkoordinaw is-superviżjoni tagħhom mill-qrib sabiex jiżguraw deċiżjonijiet konsistenti.

5.   Meta l-ksur imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jikkonċerna, b’mod partikolari, notifika żbaljata jew qarrieqa skont l-Artikolu 27(1), l-awtorità kompetenti li ssib dak il-ksur għandha tinnotifika mingħajr dewmien, lill-awtorità kompetenti tal-entità maħtura bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt taħt l-Artikolu 27(1) bis-sejbiet tagħha. L-awtorità kompetenti tal-entità maħtura bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt taħt l-Artikolu 27(1) għandha, min-naħa tagħha tinforma lill-ESMA, l-EBA u l-EIOPA u għandha ssegwi l-proċedura prevista fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tal-entità ssuspettata mill-ksur għandha tieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa fi żmien 15-il jum ta’ xogħol biex tindirizza l-ksur identifikat u tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, b’mod partikolari dawk tal-oriġinatur, l-isponsor u, l-SSPE u l-awtoritajiet kompetenti tad-detentur b’pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, meta tkun magħrufa. Meta awtorità kompetenti ma taqbilx ma’ awtorità kompetenti oħra dwar il-proċedura jew il-kontenut tal-azzjoni jew in-nuqqas ta’ azzjoni tagħha, hija għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha involuti dwar in-nuqqas ta’ qbil tagħha mingħajr dewmien żejjed. Jekk dak in-nuqqas ta’ qbil ma jkunx riżolt fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti jkunu notifikati, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-ESMA skont l-Artikolu 19 u, fejn applikabbli, l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Il-perijodu ta’ konċiljazzjoni msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandu jkun ta’ xahar wieħed.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jonqsu milli jilħqu ftehim fi żmien il-fażi ta’ konċiljazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fi żmien xahar wieħed. Matul il-proċedura msemmija f’dan l-Artikolu titolizzazzjoni li tidher fil-lista miżmuma mill-ESMA skont l-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament għandha tkompli titqies bħala STS skont il-Kapitolu 4 ta’ dan ir-Regolament u għandha tinżamm fuq tali lista.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jaqblu li l-ksur huwa relatat man-nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 18 in bona fede, huma jistgħu jiddeċiedu li jagħtu lill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE perijodu massimu ta’ tliet xhur biex jirrimedja l-ksur identifikat, li jibda mill-ġurnata li fiha l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ġew infurmati bil-ksur mill-awtorità kompetenti. Matul dan il-perijodu, titolizzazzjoni li tidher fil-lista miżmuma mill-ESMA skont l-Artikolu 27 għandha tkompli titqies bħala STS skont il-Kapitolu 4 u għandha tinżamm fuq tali lista.

Fejn awtorità kompetenti involuta waħda jew aktar tkun tal-opinjoni li l-ksur ma jkunx ġie rimedjat adegwatament fi żmien il-perijodu stabbilit fit-tielet -subparagrafu, għandu japplika l-ewwel subparagrafu.

7.   Tliet snin wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-ESMA għandha twettaq evalwazzjoni bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 dwar l-implimentazzjoni tal-kriterji previsti fl-Artikoli 19 sa 26 ta’ dan ir-Regolament.

8.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-obbligu ta’ kooperazzjoni ġenerali u l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata skont il-paragrafu 1 u l-obbligi ta’ notifika skont il-paragrafi 4 u 5.

L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 37

Pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mingħajr dewmien żejjed l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fuq is-siti web uffiċjali tagħhom u bħala minimu, kwalunkwe deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva li għaliha ma hemmx appell u li tiġi imposta għal ksur tal-Artikoli 6, 7, 9 jew 27(1) wara li d-destinatarju tas-sanzjoni jkun ġie nnotifikat b’dik id-deċiżjoni.

2.   Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi informazzjoni fuq it-tip u l-għamla tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli u s-sanzjonijiet imposti.

3.   Meta l-pubblikazzjoni tal-identità, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, jew tal-identità u ta’ data personali, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, titqies mill-awtorità kompetenti li mhijiex proporzjonata wara valutazzjoni ta’ każ b’każ, jew meta l-awtorità kompetenti tqis li l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja, jew meta l-pubblikazzjoni, sa fejn jista’ jkun stabbilit, tikkawża ħsara sproporzjonata lill-persuna involuta, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti:

(a)

jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva sakemm ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni;

(b)

jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva fuq bażi anonima, skont il-liġi nazzjonali; jew

(c)

ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva f’każ li l-opzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jiżguraw:

(i)

li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx imxekkla; jew

(ii)

il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tat-tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-miżuri li jitqiesu li huma ta’ xorta minuri.

4.   Fil-każ ta’ deċiżjoni biex tiġi ppubblikata sanzjoni fuq bażi anonima, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi posposta. Meta awtorità kompetenti tippubblika deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva li għaliha jkun hemm appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll iżidu immedjatament fuq is-sit web uffiċjali tagħhom dik l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar l-eżitu ta’ dak l-appell. Kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja li tħassar deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva għandha tiġi ppubblikata wkoll.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandha tibqa’ fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal tal-anqas ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm biss fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perijodu li hu meħtieġ f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-ESMA dwar is-sanzjonijiet amministrattivi kollha imposti, inkluż, fejn xieraq, kwalunkwe appell b’rabta magħhom u l-eżitu ta’ dan.

7.   L-ESMA għandha żżomm bażi ċentrali ta’ data ta’ sanzjonijiet amministrattivi kkomunikati lilha. Dik il-bażi ta’ data għandha tkun aċċessibbli biss għall-ESMA, l-EBA, l-EIOPA u l-awtoritajiet kompetenti u għandha tiġi aġġornata fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 6.

KAPITOLU 6

EMENDI

Artikolu 38

Emenda għad-Direttiva 2009/65/KE

L-Artikolu 50a tad-Direttiva 2009/65/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 50a

Meta kumpanniji maniġerjali UCITS jew UCITS immaniġġata internament jiġu esposti għal titolizzazzjoni li m’għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti previsti fir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), għandhom, fl-aħjar interess tal-investituri fil-UCITS rilevanti, jaġixxu u jieħdu azzjoni korrettiva, jekk ikun xieraq.

Artikolu 39

Emenda għad-Direttiva 2009/138/KE

Id-Direttiva 2009/138/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 135, il-paragrafi 2 u 3 huma mibdula b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a ta’ din id-Direttiva li jissupplimentaw din id-Direttiva billi jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet għaċ-ċirkustanzi li fihom tista’ tiġi ordnata imposta kapitali addizzjonali proporzjonata meta jinkisru r-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 5 jew 6 tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 101(3) ta’ din id-Direttiva.

3.   Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti b’rabta mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA, soġġetta għall-Artikolu 301b, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-metodoloġiji għall-kalkolu tal-imposta kapitali addizzjonali proporzjonata msemmija hemm.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.”

(*2)  Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).” "

(2)

L-Artikolu 308b(11) huwa mħassar.

Artikolu 40

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-premessi 22 u 41, fl-Artikolu 8c u fil-punt 1 tal-Parti II Taqsima D tal-Anness I„ “strument finanzjarju strutturat” hija mibdula bi “strument ta’ titolizzazzjoni”.

(2)

Fil-premessi 34 u 40, fl-Artikoli 8(4), 8c, 10(3) u 39(4) kif ukoll fil-ħames paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, il-punt 5 tat-Taqsima B tal-Anness I, it-titolu u l-punt 2 tal-Parti II tat-Taqsima D tal-Anness I, il-punti 8, 24 u 45 tal-Parti I tal-Anness III u l-punt 8 tal-Parti III tal-Anness III, “strumenti finanzjarji strutturati” hija mibdula bi “strumenti ta’ titolizzazzjoni”.

(3)

fl-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-obbligi għall-emittenti u l-partijiet terzi relatati stabbiliti fl-Unjoni rigward l-istrumenti ta’ titolizzazzjoni.”

(4)

Fl-Artikolu 3(1), il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(l)

“strument ta’ titolizzazzjoni” tfisser strument finanzjarju jew assi oħrajn li jirriżultaw minn tranżazzjoni jew skema ta’ titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402[ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];”.

(5)

L-Artikolu 8b huwa mħassar.

(6)

fil-punt (b) tal-Artikolu 4(3), il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) u l-Artikolu 25a, ir-referenza għall-Artikolu 8b hija mħassra.

Artikolu 41

Emenda għad-Direttiva 2011/61/UE

L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2011/61/UE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 17

“Meta AIFMs jiġu esposti għal titolizzazzjoni li m’għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti previsti fir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), għandhom, fl-aħjar interess tal-investituri fl-AIFs rilevanti, jaġixxu u jieħdu azzjoni korrettiva, jekk ikun xieraq.

Artikolu 42

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2 jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(30)

‘bond kopert’ tfisser bond li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”

(31)

‘entità ta’ bonds koperti’ tfisser l-emittent tal-bonds koperti jew l-ippuljar ta’ kopertura ta’ bond kopert.”

(2)

fl-Artikolu 4 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li ma jiġux konklużi minn entitajiet ta’ bonds koperti b’rabta ma’ bond kopert, jew minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta ma’ titolizzazzjoni, skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament u tal-Kunsill (*4) dment li:

(a)

fil-każ ta’ entitajiet bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni, l-entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni għandha toħroġ biss titolizzazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 18, u tal-Artikoli 19 sa 22 jew l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402 [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

(b)

il-kuntratt tad-derivattivi OTC jintuża biss għal hedgeing ta’ rati ta’ interessi jew spariġġi fil-munita fil-bond kopert jew fit-titolizzazzjoni; u

(c)

l-arranġamenti fil-bond kopert jew fit-titolizzazzjoni jimmitigaw b’mod adegwat ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi mill-entità ta’ bonds koperti jew l-entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta mal-bond kopert jew it-titolizzazzjoni.

6.   Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, u filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġi evitat arbitraġġ regolatorju, l-ASE għandhom jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-istabbiliment ta’ liema arranġamenti f’bonds koperti jew titolizzazzjonijiet jimmitigaw b’mod adegwat ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, skont it-tifsira tal-paragrafu 5.

L-ASE għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010.

(*4)  Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35)” "

(3)

fl-Artikolu 11, il-paragrafu 15 huwa mibdul b’dan li ġej:

“15.   Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandhom jiżviluppaw abbozz komuni ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)

il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, inklużi l-livelli u t-tip ta’ kollateral u l-arranġamenti tas-segregazzjoni, meħtieġa għall-osservanza tal-paragrafu 3;

(b)

il-proċeduri għall-kontrapartijiet u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti li għandhom jiġu segwiti fl-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet skont il-paragrafi 6 sa 10;

(c)

il-kriterji applikabbli msemmija fil-paragrafi 5 sa 10 inkluż, b’mod partikulari, x’għandu jitqies bħala impediment prattiku jew legali għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji u għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontrapartijiet.

Il-livell u t-tip ta’ kollateral meħtieġ fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li huma konklużi minn entitajiet ta’ bonds koperti b’rabta ma’ bond kopert, jew minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta ma’ titolizzazzjoni skont it-tifsira ta’ [dan ir-Regolament] u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 18, u fl-Artikoli 19 sa 22 jew fl-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402 [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni] għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jittieħed f’kunsiderazzjoni kwalunkwe xkiel affaċċjat fl-iskambju tal-kollateral fir-rigward ta’ arranġamenti kollaterali eżistenti fil-bond kopert jew it-titolizzazzjoni.

L-ASE għandhom jippreżentaw dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.

Skont in-natura legali tal-kontroparti, is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu b’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010.”

Artikolu 43

Dispożizzjonijiet transitorji

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu ġew ippubblikati fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara, soġġett għall-paragrafi 7 u 8.

2.   Fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu nħarġu qabel l-1 ta’ Jannar 2019, l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jistgħu jużaw id-deżinjazzjoni “STS” jew “sempliċi, trasparenti u standardizzata” jew deżinjazzjoni li tirreferi direttament jew indirettament għal dawn it-termini fil-każ biss li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 18 u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ikunu ssodisfati.

3.   Titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu nħarġu qabel l-1 ta’ Jannar 2019 [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], għajr pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni marbuta ma’ tranżazzjoni ABCP jew programm ABCP, għandhom jitqiesu bħala “STS” dment li:

(a)

fil-mument tal-ħruġ ta’ dawk it-titoli, ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20(1) sa (5), (7) sa (9) u (11) sa (13) u l-Artikolu 21(1) u (3); u

(b)

jissodisfaw, fil-mument tan-notifika skont l-Artikolu 27(1), ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20(6) u (10), l-Artikolu 21(2) u (4) sa (10) u l-Artikolu 22(1) sa (5).

4.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 3, japplika dan li ġej:

(a)

fl-Artikolu 22(2) “qabel jinħarġu” għandhom jitqiesu li jinqraw “qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)”;

(b)

fl-Artikolu 22(3) “qabel l-ipprezzar tat-titolizzazzjoni” għandhom jitqiesu li jinqraw “qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)”;

(c)

fl-Artikolu 22(5):

(i)

fit-tieni sentenza, “qabel l-ipprezzar” għandha titqies li taqra “qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)”;

(ii)

“qabel l-ipprezzar għall-inqas fl-abbozz jew fil-forma inizjali” għandha titqies li taqra “qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)”;

(iii)

ir-rekwiżit stipulat fir-raba’ sentenza ma għandux japplika;

(iv)

referenzi għall-konformità mal-Artikolu 7 għandhom jitqiesu bħallikieku l-Artikolu 7 japplika għal dawk it-titolizzazzjonijiet minkejja l-Artikolu 43(1).

5.   Fir-rigward ta’ titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom inħarġu fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara, iżda qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u fir-rigward ta’ titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom inħarġu qabel l-1 ta’ Jannar 2011 fejn żdiedu jew ġew sostitwiti skoperturi sottostanti ġodda wara l-31 ta’ Diċembru 2014, ir-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta kif previst fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, fir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 u r-Regolament Delegat (UE) Nru 231/2013 rispettivament għandhom ikomplu japplikaw fil-verżjoni applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2018.

6.   Fir-rigward ta’ titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom inħarġu qabel l-1 ta’ Jannar 2019, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew id-ditti tal-investiment kif definiti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 4(1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-impriżi tal-assigurazzjoni kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi ta’ riassigurazzjoni kif definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE u maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv (AIFMs) kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom jibqgħu japplikaw l-Artikolu 405 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Kapitoli I, II u III u l-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014, l-Artikoli 254 u 255 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 u l-Artikolu 51 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 231/2013, rispettivament, fil-verżjoni applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2018.

7.   Sakemm japplikaw l-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6(7) ta’ dan ir-Regolament, l-oriġinaturi, l-isponsors jew il-mutwant oriġinali għandhom, għall-finijiet tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, japplikaw il-Kapitoli I, II u III u l-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014 għat-titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu ġew ippubblikati fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2019.

8.   Sakemm japplikaw l-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament, l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs, għandhom, għall-finijiet tal-obbligi stabbiliti fil-punti (a) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament, jagħmlu l-informazzjoni msemmija fl-Annessi I sa VIII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/3 disponibbli skont l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament.

9.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet li ma jinvolvux il-ħruġ ta’ titoli, kwalunkwe referenza għal “titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu nħarġu” għandha titqies li tfisser “titolizzazzjonijiet li l-pożizzjonijiet tat-titoli inizjali tagħhom huma maħluqa”, dment li dan ir-Regolament japplika għal kwalunkwe titolizzazzjonijiet li joħolqu pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ġodda fid-data jew wara l-1 ta' Jannar 2019.

Artikolu 44

Rapporti

Sal-1 ta’ Jannar 2021 u kull tliet snin wara dik id-data, il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jippubblika rapport dwar:

(a)

l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti STS kif previst fl-Artikoli 18 sa 27;

(b)

valutazzjoni tal-azzjonijiet li wettqu l-awtoritajiet kompetenti, dwar ir-riskji materjali u l-vulnerabbiltajiet il-ġodda li setgħu tfaċċaw u dwar l-azzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq sabiex ikomplu jistandardizzaw id-dokumenti tat-titolizzazzjonijiet;

(c)

il-funzjonament tar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta previsti fl-Artikolu 5 u r-rekwiżiti ta’ trasparenza previsti fl-Artikolu 7 u l-livell ta’ trasparenza tas-suq tat-titolizzazzjoni fl-Unjoni, inkluż dwar jekk ir-rekwiżiti ta’ trasparenza previsti fl-Artikolu 7 jippermettux lill-awtoritajiet kompetenti li jkollhom stampa ġenerali suffiċjenti tas-suq sabiex iwettqu l-mandati rispettivi tagħhom;

(d)

ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 6, inkluż il-konformità magħhom mill-parteċipanti tas-suq u l-modalitajiet għar-retenzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 6(3).

Artikolu 45

Titolizzazzjonijiet sintetiċi

1.   Sat-2 ta’ Lulju 2019, l-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-EIOPA, għandha tippubblika rapport dwar il-fattibbiltà ta’ qafas speċifiku rigward titolizzazzjoni sintetika sempliċi, trasparenti u standardizzata, limitat għal titolizzazzjoni sintetika mdaħħla fil-karta tal-bilanċ.

2.   Sat-2 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis ir-rapport tal-EBA msemmi fil-paragrafu 1, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ qafas speċifiku rigward titolizzazzjoni sintetika sempliċi, trasparenti u standardizzata, limitat għal titolizzazzjoni sintetika mdaħħla fil-karta tal-bilanċ, flimkien ma’ proposta leġislattiva jekk ikun xieraq.

Artikolu 46

Rieżami

Sal-1 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġislattiva.

Dak ir-rapport għandu jikkunsidra b’mod partikolari s-sejbiet tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 44, u għandu jivvaluta:

(a)

l-effetti ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-introduzzjoni tad-deżinjazzjoni ta’ titolizzazzjoni STS, fuq il-funzjonament tas-suq għat-titolizzazzjonijiet fl-Unjoni, il-kontribuzzjoni tat-titolizzazzjoni għall-ekonomija reali, b’mod partikolari dwar l-aċċess għall-kreditu għall-SMEs u l-investimenti, u l-interkonnettività bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-istabbiltà tas-settur finanzjarju;

(b)

id-differenzi fl-użu tal-modalitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(3), abbażi ta’ data rrappurtata skont il-punt (e)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1). Jekk is-sejbiet juru żieda ta’ riskji prudenzjali kkawżati mill-użu tal-modalitajiet imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Artikolu 6(3), imbagħad għandhom jiġu kkunsidrati passi rimedjali xierqa;

(c)

jekk kienx hemm żieda sproporzjonata fl-għadd ta’ tranżazzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2), sa mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jekk il-parteċipanti fis-suq strutturawx it-tranżazzjonijiet b’mod li jevadu l-obbligu skont l-Artikolu 7 li jagħmlu disponibbli informazzjoni permezz ta’ repożitorji tat-titolizzazzjoni;

(d)

jekk hemmx il-ħtieġa li jiġu estiżi r-rekwiżiti tal-iżvelar skont l-Artikolu 7 biex ikopru t-tranżazzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2), u l-pożizzjonijiet tal-investituri;

(e)

jekk fil-qasam tat-titolizzazzjonijiet STS jistax jiġi introdott reġim ta’ ekwivalenza għal oriġinaturi, sponsors u SSPEs ta’ pajjiżi terzi, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi internazzjonali fil-qasam tat-titolizzazzjoni, b’mod partikolari inizjattivi dwar titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u komparabbli;

(f)

l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 22(4) u jekk hemmx bżonn li jiġu estiżi għal titolizzazzjoni fejn l-iskoperturi sottostanti mhumiex self residenzjali jew self jew kirjiet għal karozzi, bil-ħsieb tal-integrazzjoni tad-divulgazzjoni ambjentali, soċjali u ta’ governanza;

(g)

l-adegwatezza tar-reġim tal-verifika tal-parti terza kif previst fl-Artikoli 27 u 28, u jekk ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni għal partijiet terzi previsti fl-Artikolu 28 irawwimx kompetizzjoni suffiċjenti fost partijiet terzi u jikkunsidrax jekk iridux jiġu introdotti bidliet fil-qafas superviżorju sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja; u

(h)

jekk hemmx il-ħtieġa li jiġi kkomplementat il-qafas dwar it-titolizzazzjoni stipulat f’dan ir-Regolament billi tiġi stabbilita sistema ta’ banek b'liċenzji limitati, li jwettqu l-funzjonijiet ta’ SSPEs u li għandhom id-dritt esklużiv li jixtru skoperturi minn oriġinaturi u jbigħu pretensjonijiet appoġġati mill-iskoperturi mixtrija lil investituri.

Artikolu 47

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni skont il-kondizzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16(2) għal perijodu ta’ żmien indeterminat mis-17 ta’ Jannar 2018.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 16(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 16(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 48

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Diċembru 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)   ĠU C 219, 17.6.2016, p. 2.

(2)   ĠU C 82, 3.3.2016, p. 1.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2017 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2017.

(4)  Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).

(5)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(6)  Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(7)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).

(8)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).

(9)  Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(10)  Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

(11)  Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).

(12)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(13)  Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(14)  Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(15)  Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(16)  Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).

(17)  Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(18)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(19)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014 tat-13 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-istituzzjonijiet investituri, sponsors, mutwanti oriġinali u oriġinaturi marbuta ma’ skoperturi għar-riskju tal-kreditu trasferit (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 16).

(20)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(21)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, l-ingranaġġ, it-trasparenza u s-superviżjoni (ĠU L 83, 22.3.2013, p. 1).

(22)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/3 tat-30 ta’ Settembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għal strumenti finanzjarji strutturati. (ĠU L 2, 6.1.2015, p. 57).

(23)  Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).

(24)  Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta’l-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).

(25)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(26)  Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).

(27)  Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(28)  Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).

(29)  Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(30)  Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ transazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(31)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(32)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

(33)  Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235,23.9.2003, p. 10).

(34)  Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(35)  Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE and 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).


28.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/81


REGOLAMENT (UE) 2017/2403 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Diċembru 2017

dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (3) (il-“FAR”) stabbilixxa sistema dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra mill-ilmijiet tal-Unjoni u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Unjoni,

(2)

L-Unjoni hija parti kontraenti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 (4) (UNCLOS) u rratifikat il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti tal-4 ta’ Awwissu 1995 għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar relattivament għall-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ stokkijiet ta’ ħut tranżonali u stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna (5). Dawk id-dispożizzjonijiet internazzjonali jistabbilixxu l-prinċipju li l-Istati kollha għandhom jadottaw miżuri xierqa sabiex jiżguraw il-ġestjoni ssostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar u sabiex jikkooperaw bejniethom għal dak il-fini.

(3)

L-Unjoni aċċettat il-Ftehim għall-promozzjoni tal-konformità mal-miżuri internazzjonali ta’ konservazzjoni u ġestjoni minn bastimenti tas-sajd fl-ibħra miftuħa tal-24 ta’ Novembru 1993 tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Alimentazzjoni u l-Agrikoltura (6). Dak il-Ftehim jistipula li parti kontraenti għandha tastjeni milli tagħti awtorizzazzjoni għall-użu ta’ bastiment għas-sajd fl-ibħra miftuħa jekk ċerti kondizzjonijiet ma jiġux sodisfati, kif ukoll timplimenta sanzjonijiet jekk ċerti obbligi ta’ rappurtar ma jkunux sodisfati.

(4)

L-Unjoni approvat il-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO biex is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux iddikjarat ikun prevenut, skoraġġut u eliminat (“IPOA-IUU”) adottat fl-2001. L-IPOA-IUU u l-Linji Gwida Volontarji tal-FAO għall-prestazzjoni tal-Istat tal-bandiera approvati fl-2014 jenfasizzaw ir-responsabbiltà tal-Istat tal-bandiera li jiżgura l-konservazzjoni fit-tul u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi ħajjin tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar. L-IPOA-IUU jipprevedi li Stat tal-bandiera jenħtieġ li joħroġ awtorizzazzjonijiet tas-sajd f’ilmijiet ’il barra mis-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu lil bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu. Dawk il-Linji Gwida Volontarji jirrakkomandaw ukoll li tingħata awtorizzazzjoni mill-Istati tal-bandiera u l-Istat kostali meta l-attivitajiet tas-sajd isiru taħt ftehim ta’ aċċess għas-sajd jew anki barra ftehim bħal dan. Jenħtieġ li dawn it-tnejn li huma jkunu sodisfati li tali attivitajiet mhumiex se jdgħajfu s-sostenibbiltà tal-istokkijiet fl-ilmijiet tal-Istat tal-kosta.

(5)

Fl-2014, il-membri kollha tal-FAO, inklużi l-Unjoni u l-pajjiżi msieħba tagħha li qed jiżviluppaw, adottaw b’mod unanimu l-Linji Gwida Volontarji għall-Iżgurar tas-Sostenibbiltà tas-Sajd fuq Skala Żgħira fil-Kuntest tas-Sigurtà Alimentari u l-Qerda tal-Faqar. Il-punt 5.7 ta’ dawk il-Linji Gwida jenfasizza li s-sajd fuq skala żgħira jenħtieġ li jingħata l-kunsiderazzjoni dovuta qabel ma jsiru ftehimiet dwar l-aċċess għar-riżorsi ma’ pajjiżi terzi u partijiet terzi. Dawk il-Linji Gwida jitolbu l-adozzjoni ta’ miżuri għall-konservazzjoni fit-tul u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd u biex jiġi żgurat il-pedament ekoloġiku għall-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li jenfasizzaw l-importanza ta’ standards ambjentali għall-attivitajiet tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni li jinkludu approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd flimkien mal-approċċ ta’ prekawzjoni.

(6)

Jekk ikun hemm evidenza li l-kondizzjonijiet li abbażi tagħhom tkun inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd ma jiġux sodisfati aktar, L-Istat Membru tal-bandiera jenħtieġ li jieħu azzjoni adattata, inkluż l-emendar jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni u, jekk neċessarju, billi jimponi sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. Fis-sajd taħt xi Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd (“RFMO”, Regional Fisheries Management Organisation) jew Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (“SFPA”, Sustainable Fisheries Partnership Agreement), jekk bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jkunx konformi mal-kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd u l-Istat Membru jonqos milli jieħu l-azzjoni adatta biex jirrimedja s-sitwazzjoni, anki wara li jkun intalab mill-Kummissjoni biex jagħmel dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonkludi li ma tkun ittieħdet ebda azzjoni adatta. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu azzjoni addizzjonali biex tiżgura li l-bastiment ikkonċernat jenħtieġ li ma jibqax jistad sakemm ma jiġux sodisfati l-kondizzjonijiet.

(7)

Fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta’ Settembru 2015 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, l-Unjoni impenjat ruħha li timplimenta r-riżoluzzjoni li fiha d-dokument ta’ eżitu intitolat “Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli”, inkluż l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 14 li huwa “l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli”, kif ukoll l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 12 li huwa “l-iżgurar ta’ tendenzi ta’ konsum u produzzjoni sostenibbli” u l-miri tagħhom.

(8)

L-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (ir-“Regolament Bażiku”), huwa li jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd huma ambjentalment, ekonomikament u soċjalment sostenibbli u jiġu ġestiti b’mod konsistenti mal-għanijiet tal-kisba ta’ benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, u tar-restawr u s-sostenn ta’ stokkijiet tal-ħut f’livelli ogħla minn dawk li jistgħu jipproduċu rendiment sostenibbli massimu u li jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel. Huwa neċessarju wkoll, fl-implimentazzjoni ta’ din il-politika, li jitqiesu l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 208(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”).

(9)

Ir-Regolament Bażiku jeħtieġ ukoll li s-SFPAs ikunu limitati għal qabdiet żejda kif imsemmi fl-Artikolu 62(2) u (3) tal-UNCLOS.

(10)

Ir-Regolament Bażiku jenfasizza l-ħtieġa tal-promozzjoni tal-għanijiet tal-PKS internazzjonalment, u li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni huma bbażati fuq l-istess prinċipji u standards bħal dawk applikabbli taħt il-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jkunu promossi kondizzjonijiet ugwali għal operaturi mill-Unjoni u operaturi minn pajjiżi terzi.

(11)

Il-FAR kien maħsub biex jistabbilixxi bażi komuni għall-awtorizzazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd li jitwettqu minn bastimenti tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni bil-għan li tiġi appoġġata l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux iddikjarat (“IUU”) u li jkun hemm kontroll u monitoraġġ aħjar tal-flotta tal-Unjoni madwar id-dinja, kif ukoll kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-bastimenti ta’ pajjiżi terzi li jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni.

(12)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (8) (ir-“Regolament IUU”) kien adottat b’mod parallel mal-FAR, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (9) (“ir-Regolament tal-Kontroll”) kien adottat sena wara. Dawk ir-Regolamenti huma t-tliet pilastri ta’ implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ kontroll u infurzar tal-PKS.

(13)

Madankollu, ir-Regolament IUU, il-FAR u r-Regolament tal-Kontroll ma kinux implimentati b’mod konsistenti; b’mod partikolari kien hemm inkonsistenzi bejn il-FAR u r-Regolament tal-Kontroll. Permezz tal-implimentazzjoni tal-FAR feġġew għadd ta’ lakuni, peress li xi sfidi f’termini ta’ kontroll, ta’ chartering, tal-għoti ta’ bandiera ġdida u tal-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz lil bastiment tas-sajd tal-Unjoni barra mill-qafas ta’ SFPA (“awtorizzazzjonijiet diretti”), ma kinux koperti. Barra minn hekk, xi obbligi ta’ rappurtar rriżultaw li kienu diffiċli, kif anke rriżulta t-tqassim ta’ rwoli amministrattivi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(14)

Il-prinċipju ewlieni ta’ dan ir-Regolament huwa li kwalunkwe bastiment tal-Unjoni li jistad barra l-ilmijiet tal-Unjoni jenħtieġ li jkun awtorizzat mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu u mmonitorjat kif meħtieġ, irrispettivament minn fejn jopera u l-qafas li jopera taħtu. Il-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni jenħtieġ li jiddependi mill-adempiment ta’ sett bażiku ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà komuni. It-tagħrif miġbur mill-Istati Membri u mogħti lill-Kummissjoni jenħtieġ li jippermetti lill-Kummissjoni li tintervjeni fil-monitoraġġ tal-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd kollha tal-Unjoni fi kwalunkwe żona partikolari barra l-ilmijiet tal-Unjoni fi kwalunkwe ħin.

(15)

Dawn l-aħħar snin raw titjib konsiderevoli fil-politika esterna tal-Unjoni tas-sajd, f’termini tal-kondizzjonijiet u t-termini ta’ SFPAs u d-diliġenza li biha jiġu infurzati d-dispożizzjonijiet. Jenħtieġ għalhekk li s-salvagwardja tal-interessi tal-Unjoni f’termini tad-drittijiet u l-kondizzjonijiet ta’ aċċess fi ħdan il-qafas tas-SFPAs tkun objettiv prijoritarju tal-politika esterna tal-Unjoni tas-sajd u jenħtieġ li jiġu applikati kondizzjonijiet simili għall-attivitajiet tal-Unjoni barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-SFPAs.

(16)

Il-bastimenti ta’ appoġġ jista’ jkollhom impatt sostanzjali fuq il-mod kif il-bastimenti tas-sajd jistgħu jwettqu l-operazzjonijiet tas-sajd tagħhom u dwar il-kwantità ta’ ħut li jkunu jistgħu jirkupraw. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jittieħed kont tagħhom fil-proċessi tal-awtorizzazzjoni u tar-rappurtar stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(17)

L-operazzjonijiet ta’ għoti ta’ bandiera ġdida jsiru problematiċi meta l-għan tagħhom ikun li jiġu evitati r-regoli tal-PKS jew miżuri eżistenti ta’ konservazzjoni u ġestjoni. Għaldaqstant, l-Unjoni jenħtieġ li tkun tista’ tiddefinixxi, tiskopri u tostakola operazzjonijiet bħal dawn. It-traċċabbiltà u s-segwitu xieraq tal-istorja ta’ konformità jenħtieġ li jiġu żgurati tul il-ħajja kollha ta’ bastiment li jkun il-proprjetà ta’ operatur tal-Unjoni irrispettivament mill-bandiera jew bnadar li jopera taħthom. Ir-rekwiżit li jingħata numru uniku tal-bastiment mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) fejn meħtieġ taħt il-liġi tal-Unjoni għandu jkollu dak l-għan ukoll.

(18)

F’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu joperaw jew taħt dispożizzjonijiet ta’ SFPAs konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew bil-kisba ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd diretti minn pajjiżi terzi jekk ma jkun fis-seħħ l-ebda SFPA. Fiż-żewġ każijiet dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jitwettqu b’mod trasparenti u sostenibbli. L-Istati Membri tal-bandiera jistgħu jawtorizzaw lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom biex ifittxu u jiksbu awtorizzazzjonijiet diretti minn pajjiżi terzi li huma Stati kostali, taħt ġabra definita ta’ kriterji u soġġett għal monitoraġġ. L-operat tas-sajd jenħtieġ li jiġi awtorizzat ladarba l-Istat Membru tal-bandiera jkun sodisfat li dan mhuwiex ser idgħajjef is-sostenibbiltà u fejn il-Kummissjoni ma jkollha ebda oġġezzjoni debitament iġġustifikata. L-operatur jenħtieġ li jitħalla jibda l-operazzjoni tas-sajd tiegħu biss wara li jkun ingħata l-awtorizzazzjoni kemm mill-Istat Membru tal-bandiera kif ukoll mill-Istat kostali.

(19)

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma jitħallewx jistadu f’ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni jew is-sovranità ta’ pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni jkollha ftehim iżda l-ebda protokoll fis-seħħ. Fil-każ ta’ tali ftehim, fejn l-ebda protokoll ma jkun ilu fis-seħħ għal mill-inqas tliet snin, jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina r-raġunijiet għas-sitwazzjoni u tieħu azzjoni xierqa, li tista’ tinkludi proposta li jiġi nnegozjat protokoll ġdid.

(20)

Kwistjoni speċifika dwar l-SFPAs hija r-riallokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd mhux utilizzati biżżejjed li jseħħu meta l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri bir-Regolamenti tal-Kunsill relevanti ma jintużawx kollha. Billi l-ispejjeż tal-aċċess stabbiliti fl-SFPAs huma fil-biċċa l-kbira ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, sistema temporanja ta’ riallokazzjoni u suballokazzjoni hija importanti biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jiġi żgurat li l-ebda opportunità ta’ sajd li jkun sar ħlas għaliha tinħela. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġu ċċarati u mtejba dawk is-sistemi ta’ allokazzjoni, u dan jenħtieġ li jkun mekkaniżmu aħħari. L-applikazzjoni tagħha jenħtieġ li tkun temporanja u jenħtieġ li ma taffettwax l-allokazzjoni inizjali tal-opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri f’konformità ma’ prinċipji relattivi applikabbli ta’ stabbiltà. Ir-riallokazzjoni jenħtieġ li sseħħ biss ladarba l-Istati Membri rilevanti jkunu rrinunzjaw id-drittijiet tagħhom li jiskambjaw l-opportunitajiet tas-sajd bejniethom, u jenħtieġ li tiġi indirizzata primarjament fil-kuntest ta’ SFPAs b’mod li jingħata aċċess għal sajd imħallat.

(21)

Fejn pajjiż terz ma jkunx parti għal RFMO, l-Unjoni tista’ tagħmel ħilitha biex tipprovdi, mal-pajjiż terz li miegħu tkun qed tiġi kkunsidrata SFPA, għall-allokazzjoni ta’ proporzjon tal-finanzjament settorjali ta’ appoġġ biex jiffaċilita s-sħubija ma’ dik l-RFMO mill-pajjiż terz ikkonċernat.

(22)

L-operazzjonijiet tas-sajd taħt l-awspiċji ta’ RFMOs u fl-ibħra miftuħa jenħtieġ li jkunu wkoll awtorizzati mill-Istat Membru tal-bandiera u jikkonformaw mar-regoli speċifiċi tal-RFMO jew mal-liġi tal-Unjoni li jirregolaw l-operazzjonijiet tas-sajd fl-ibħra miftuħa.

(23)

Sabiex jiġu implimentati l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fl-RFMOs u skont l-objettivi msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament Bażiku, l-Unjoni jenħtieġ li tinkoraġġixxi valutazzjonijiet perjodiċi tal-prestazzjoni minn korpi indipendenti, u jenħtieġ li taqdi rwol attiv fil-ħolqien u t-tisħiħ ta’ kumitati ta’ implimentazzjoni fl-RFMOs kollha li għalihom hija tkun parti kontraenti. B’mod partikolari jenħtieġ li hija tiżgura li dawk il-kumitati ta’ implimentazzjoni jagħmlu superviżjoni ġenerali tal-implimentazzjoni tal-politika esterna tas-sajd u tal-miżuri deċiżi fi ħdan RFMOs.

(24)

Il-ġestjoni effettiva ta’ arranġamenti ta’ chartering hija importanti biex jiġi żgurat li l-effettività tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni ma tiddgħajjifx, kif ukoll biex jiġi żgurat l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi stabbilit qafas legali li jgħin lill-Unjoni timmonitorja aħjar l-attivitajiet ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu chartered minn operaturi li jkunu jew ta’ pajjiż terz jew tal-Unjoni abbażi ta’ dak li ġie adottat mill-RFMO rilevanti.

(25)

It-trasbordi fuq il-baħar jaħarbu minn kwalunkwe kontroll xieraq mill-Istati tal-bandiera jew kostali u b’hekk jikkostitwixxu possibbiltà li l-operaturi jġorru qabdiet illegali. It-tTrasbordi minn bastimenti tal-Unjoni f’ibħra miftuħa u taħt awtorizzazzjonijiet diretti jenħtieġ li jkunu soġġetti għal notifika minn qabel meta jitwettqu barra l-port. L-Istati Membri jenħtieġ li darba fis-sena jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet kollha ta’ trasbord imwettqa mill-bastimenti tagħhom.

(26)

Jenħtieġ li l-proċeduri jkunu trasparenti u prevedibbli għall-operaturi tal-Unjoni u ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll għall-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom.

(27)

Jenħtieġ li jiġi żgurat l-iskambju ta’ data f’forma elettronika bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, kif previst fir-Regolament tal-Kontroll. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru d-data kollha mitluba dwar il-flotot u l-operazzjonijiet tas-sajd tagħhom, jiġġestixxu dik id-data u jagħmluha disponibbli għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jikkoperaw ma’ xulxin, mal-Kummissjoni u ma’ pajjiżi terzi fejn rilevanti biex jikkoordinaw dawk l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ data.

(28)

Bil-ħsieb li jittejbu t-trasparenza u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi bażi tad-data elettronika ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd, li tinkludi kemm parti pubblika kif ukoll parti sikura. L-informazzjoni fil-bażi tad-data ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd tkun tinkludi data personali. L-ipproċessar ta’ data personali bbażat fuq dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u mal-liġi nazzjonali applikabbli.

(29)

Bil-għan li jkun indirizzat adegwatament l-aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni ta’ bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz, ir-regoli rilevanti jenħtieġ li jkunu konsistenti ma’ dawk applikabbli għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, b’konformità mar-Regolament tal-Kontroll. B’mod partikolari, l-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament dwar ir-rappurtar ta’ data dwar qabdiet u data relatata mal-qabdiet jenħtieġ li japplika wkoll għal bastimenti ta’ pajjiżi terzi li jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni.

(30)

Jenħtieġ li bastimenti tas-sajd minn pajjiżi terzi mingħajr awtorizzazzjoni taħt dan ir-Regolament, waqt in-navigazzjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni, ikunu obbligati li jiżguraw li l-irkaptu tagħhom tas-sajd ikun stivat b’tali mod li ma jkunx jista’ jintuża mall-ewwel faċilment f’operazzjonijiet tas-sajd.

(31)

L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu responsabbli mill-kontroll tal-operazzjonijiet tas-sajd ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi fl-ilmijiet tal-Unjoni u, f’każ ta’ ksur, mir-reġistrazzjoni tagħhom fir-reġistru nazzjonali previst fl-Artikolu 93 tar-Regolament tal-Kontroll.

(32)

Il-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi li jistadu taħt ftehimiet dwar skambju jew ġestjoni konġunta għandhom jirrispettaw il-kwoti allokati lilhom mill-Istati tal-bandiera tagħhom stess fl-ilmijiet tal-Unjoni. Meta bastimenti ta’ pajjiżi terzi jistadu iżjed mill-kwoti allokati lilhom għal stokkijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li topera tnaqqis mill-kwoti allokati lil dawk il-pajjiżi terzi fi snin sussegwenti. F’dawk il-każijiet, it-tnaqqis tal-kwoti li għandu jiġi operat mill-Kummissjoni f’każ ta’ sajd żejjed għandu jinftiehem bħala l-kontribut li l-Kummissjoni tipprovdi fil-qafas tal-konsultazzjoni ma’ Stati kostali.

(33)

Sabiex ikunu simplifikati l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jużaw sistema komuni ta’ skambju ta’ data u ta’ ħażna ta’ data biex jipprovdu informazzjoni u aġġornamenti meħtieġa filwaqt li jkun qed jitnaqqas il-piż amministrattiv.

(34)

Sabiex jittieħed kont tal-progress teknoloġiku u rekwiżiti tal-liġi internazzjonali ġodda sussegwenti possibbli, jenħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ modifiki tal-Anness ta’ dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-lista ta’ informazzjoni li għandha tingħata mill-operatur biex jikseb awtorizzazzjoni tas-sajd, u fir-rigward tas-supplimentar tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd fl-Artikolu 10 sa fejn meħtieġ biex fil-liġi tal-Unjoni jiġi rifless l-eżitu tal-konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim, jew ta’ arranġamenti ma’ stati kostali li magħhom huma maqsuma stokkijiet ta’ ħut. Huwa ta’ importanza partikolari li, matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (12). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(35)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-reġistrazzjoni, tal-format u tat-trażmissjoni ta’ data relatata ma’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-bażi tad-data tal-Unjoni ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd, kif ukoll biex tittieħed deċiżjoni dwar ir-riallokazzjoni temporanja ta’ opportunitajiet tas-sajd mhux użati taħt protokolli eżistenti għal SFPAs bħala miżura transizzjonali korrispondenti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tal-FAR. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(36)

Biex issir operazzjonali l-bażi tad-data tal-Unjoni ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ trażmissjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri kkonċernati biex dawn ikunu jistgħu jittrasferixxu d-data elettronikament. L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(37)

Minħabba n-numru u l-importanza tal-emendi li jeħtieġu jsiru, jenħtieġ li l-FAR jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-ħruġ u l-ġestjoni ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal:

(a)

bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jwettqu operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz, taħt l-awspiċi ta’ RFMO li għaliha l-Unjoni tkun parti kontraenti, fi jew barra mill-ilmijiet tal-Unjoni, jew f’ibħra miftuħa; u

(b)

bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi li jwettqu operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni.

Artikolu 2

Rabta mal-liġi internazzjonali u tal-Unjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet:

(a)

f’SFPAs u ftehimiet oħrajn dwar is-sajd konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi;

(b)

adottati minn RFMOs li għalihom l-Unjoni tkun parti kontraenti;

(c)

fil-liġi tal-Unjoni li timplimenta jew tittrasponi dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-fini ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Bażiku u fil-punti 1 sa 4, 15, 16 u 22 tal-Artikolu 2 tar-Regolament IUU, għajr kif previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

2.   Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“bastiment ta’ appoġġ” tfisser bastiment, li mhuwiex opra tal-baħar li tinġarr abbord, li mhuwiex mgħammar b’tagħmir tas-sajd operazzjonali mfassal biex jaqbad jew jiġbed lejh il-ħut u li jiffaċilita, jgħin jew iħejji l-operazzjonijiet tas sajd;

(b)

“awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser, fir-rigward ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni, awtorizzazzjoni:

fis-sens tal-punt (10) tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kontroll,

maħruġa minn pajjiż terz li tagħti d-dritt lil bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jwettaq operazzjonijiet speċifiċi tas-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ dak il-pajjiż terz, matul perjodu speċifikat, f’żona partikolari jew għal sajd partikolari taħt kondizzjonijiet speċifiċi,

u, fir-rigward ta’ bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz, awtorizzazzjoni li tagħtih id-dritt li jwettaq operazzjonijiet speċifiċi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni matul perjodu speċifikat, f’żona partikolari jew għal sajd partikolari taħt kondizzjonijiet speċifiċi;

(c)

“awtorizzazzjoni diretta” tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz lil bastiment tas-sajd tal-Unjoni barra mill-qafas ta’ SFPA jew ta’ ftehim dwar l-iskambju tal-opportunitajiet tas-sajd u l-ġestjoni konġunta ta’ speċijiet ta’ interess komuni;

(d)

“ilmijiet ta’ pajjiż terz” tfisser ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz. L-ilmijiet ta’ Stat Membru li mhumiex ilmijiet tal-Unjoni huma meqjusa bħala ilmijiet ta’ pajjiż terz għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament;

(e)

“programm ta’ osservatur” tfisser skema taħt l-awspiċi ta’ RFMO, SFPA, pajjiż terz jew Stat Membru li jipprovdi osservaturi abbord bastimenti tas-sajd inkluż, fejn speċifikament ipprovdut fl-iskema applikabbli ta’ osservatur, biex tiġi verifikata l-konformità tal-bastiment mar-regoli adottati minn dik l-RFMO jew dak il-pajjiż terz, jew taħt dak l-SFPA;

(f)

chartering” tfisser arranġament li permezz tiegħu bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru jingħata kuntratt għal perjodu definit minn operatur fi Stat Membru ieħor jew pajjiż terz mingħajr ma jibdel il-bandiera;

(g)

“operazzjoni tas-sajd” tfisser l-attivitajiet kollha b’rabta mat-tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar u l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd attiv, l-irranġar, it-tbaħbiħ, it-tneħħija jew l-irranġar mill-ġdid ta’ rkaptu tas-sajd passiv u t-tneħħija ta’ kwalunkwe qabda mill-irkaptu tas-sajd, mix-xibka ta’ lqugħ, jew minn gaġġa tat-trasport għal gaġeġ tat-tismin u tat-trobbija.

TITOLU II

OPERAZZJONIJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI BARRA MILL-ILMIJIET TAL-UNJONI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 4

Prinċipju ġenerali

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li tinkiseb awtorizzazzjoni mill-organizzazzjoni kompetenti jew mill-pajjiż terz, bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma għandux iwettaq operazzjonijiet tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni sakemm ma jkunx ġie awtorizzat mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu, u sakemm l-operazzjonijiet tas-sajd ma jkunux indikati f’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa f’konformità mal-Kapitoli II sa V, kif adatt.

Artikolu 5

Kriteriji ta’ eliġibbiltà

1.   Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ biss awtorizzazzjoni tas-sajd għal operazzjonijiet tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni jekk:

(a)

ikun irċieva informazzjoni sħiħa u preċiża, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness jew tal-SFPA kkonċernat jew tal-RFMO kkonċernata, dwar il-bastiment tas-sajd u l-bastiment jew bastimenti ta’ appoġġ assoċjati, inklużi bastimenti ta’ appoġġ mhux tal-Unjoni;

(b)

il-bastiment tas-sajd ikollu liċenzja tas-sajd valida taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kontroll;

(c)

il-bastiment tas-sajd u kwalunkwe bastiment ta’ appoġġ assoċjat japplikaw l-iskema rilevanti għan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vapuri tal-IMO sa fejn ikun meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni;

(d)

il-bastiment tas-sajd ma jkunx inkluż f’lista ta’ bastimenti IUU adottata minn RFMO u/jew mill-Unjoni skont ir-Regolament IUU;

(e)

fejn applikabbli, l-opportunitajiet tas-sajd ikunu disponibbli għall-Istat Membru tal-bandiera taħt il-ftehim tas-sajd ikkonċernat jew id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-RFMO; u

(f)

fejn applikabbli, il-bastiment tas-sajd jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 44, għall-fini li temenda l-Anness biex tiżgura monitoraġġ adatt tal-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari permezz ta’ rekwiżiti ġodda tad-data li jirriżultaw minn ftehimiet tas-sajd jew mill-iżvilupp ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni.

Artikolu 6

Operazzjonijiet ta’ għoti ta’ bandiera ġdida

1.   Dan l-Artikolu japplika għal bastimenti li, matul il-ħames snin qabel l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd, ikunu:

(a)

ħarġu mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni u ngħataw bandiera ġdida f’pajjiż terz; u

(b)

sussegwentement marru lura għar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni.

2.   Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd biss jekk ikun ivverifika li matul il-perjodu li l-bastiment imsemmi fil-paragrafu 1 ikun opera taħt bandiera ta’ pajjiż terz, dan ma kienx:

(a)

involut f’sajd IUU;

(b)

opera fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz identifikat bħala pajjiż li jippermetti s-sajd mhux sostenibbli skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1026/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15);

(c)

opera fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz elenkat bħala wieħed li ma jikkooperax skont l-Artikolu 33 tar-Regolament IUU; u

(d)

opera fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz identifikat bħala wieħed li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont l-Artikolu 31 tar-Regolament IUU wara perjodu ta’ sitt ġimgħat wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tidentifika lil dak il-pajjiż terz bħala tali, ħlief għal kwalunkwe operazzjoni mwettqa f’każ li l-Kunsill ikun irrifjuta proposta biex dak il-pajjiż terz jiġi ddeżinjat bħala wieħed li ma jikkooperax skont l-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament.

3.   Għal dak l-għan, l-operatur għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja relatata mal-perjodu li matulu l-bastiment ikun opera taħt bandiera ta’ pajjiż terz meħtieġa minn Stat Membru tal-bandiera:

(a)

dikjarazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd matul il-perjodu rilevanti kif mitlub mill-Istat tal-bandiera li jkun pajjiż terz;

(b)

kopja ta’ kull awtorizzazzjoni tas-sajd li tippermetti operazzjonijiet tas-sajd matul il-perjodu rilevanti;

(c)

dikjarazzjoni uffiċjali mill-pajjiż terz fejn il-bastiment ikun ingħata bandiera ġdida li telenka s-sanzjonijiet li kien soġġett għalihom il-bastiment jew l-operatur matul il-perjodu rilevanti;

(d)

l-istorja sħiħa tal-bandiera matul il-perjodu li fih il-bastiment ħalla r-reġistru tal-flotta tal-Unjoni.

4.   Stat Membru tal-bandiera ma għandux joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment li jkun ingħata bandiera ġdida f’pajjiż terz:

(a)

elenkat bħala wieħed li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont l-Artikolu 33 tar-Regolament IUU;

(b)

identifikat bħala wieħed li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont l-Artikolu 31 tar-Regolament IUU wara perjodu ta’ sitt ġimgħat wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tidentifika lil dak il-pajjiż terz bħala tali, ħlief għal kwalunkwe operazzjoni mwettqa f’każ li l-Kunsill ikun irrifjuta proposta biex dak il-pajjiż terz jiġi ddeżinjat bħala wieħed li ma jikkooperax skont l-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament; jew

(c)

identifikat bħala pajjiż li jippermetti sajd mhux sostenibbli skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1026/2012.

5.   Il-paragrafu 4 ma għandux japplika jekk l-Istat Membru tal-bandiera jkun sodisfat li, hekk kif iċ-ċirkostanzi deskritti fil-punti (b) sa (d) tal-paragrafu 2 jew fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 4 saru applikabbli, l-operatur:

(a)

temm l-operazzjonijiet tas-sajd; u

(b)

beda immedjatament il-proċeduri amministrattivi rilevanti biex ineħħi l-bastiment mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-pajjiż terz.

Artikolu 7

Ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.   Meta japplika għal awtorizzazzjoni tas-sajd, operatur għandu jipprovdi lill-Istat Membru tal-bandiera b’data kompleta u preċiża.

2.   Operatur għandu immedjatament jinforma lill-Istat Membru tal-bandiera dwar kull bdil fid-data relatata.

3.   Stat Membru għandu fuq bażi regolari jimmonitorja jekk il-kondizzjonijiet li abbażi tagħhom tkun inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd baqgħux jiġu sodisfati matul il-perjodu ta’ validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

4.   Jekk, b’riżultat tal-eżitu finali tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 3, ikun hemm evidenza li l-kondizzjonijiet li abbażi tagħhom tkun inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd ma jkunux għadhom sodisfati, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jieħu azzjoni adatta, inkluż l-emendar jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni u, jekk neċessarju, jimponi sanzjonijiet. Is-sanzjonijiet applikati mill-Istat Membru tal-bandiera fir-rigward ta’ ksur għandhom ikunu stretti biżżejjed biex jiżguraw konformità effettiva mar-regoli, biex jevitaw ksur u biex it-trasgressuri jiġu mċaħħda mill-benefiċċji li jiġu mill-ksur. L-Istat Membru tal-bandiera għandu minnufih jinnotifika lill-operatur u lill-Kummissjoni b’dan. Fejn rilevanti, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lis-segretarjat tal-RFMO jew lill-pajjiż terz ikkonċernat kif meħtieġ.

5.   Fuq talba motivata tal-Kummissjoni, Stat Membru tal-bandiera għandu jieħu azzjoni adatta kif previst fil-paragrafu 4, fil-każ ta’ ksur ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni ta’ riżorsi bijoloġiċi tal-baħar adottati minn RFMO li għaliha l-Unjoni tkun parti kontraenti, jew taħt SFPAs.

6.   Fejn l-Unjoni tkun parti kontraenti għal RFMO u bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jkunx konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 21 kif ikun stabbilit fir-rapport ta’ spezzjoni finali rikonoxxut mill-RFMO, u fejn l-Istat Membru tal-bandiera jonqos milli jieħu l-azzjoni xierqa kif previst fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ deċiżjoni, tobbliga lill-Istat Membru tal-bandiera kkonċernat jiżgura li l-bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat, jissodisfa dawk il-kondizzjonijiet.

Fejn l-Istat Membru tal-bandiera kkonċernat ma jkunx ħa azzjoni adatta biex jikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien 15-il jum, il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dettalji aġġornati tal-bastimenti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 22 lis-Segretarjat tal-RFMO biex jindirizza lill-bastiment ikkonċernat. Il-Kummssjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru tal-bandiera bl-azzjoni tagħha. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika lill-operatur bl-azzjoni tal-Kummissjoni.

7.   Fejn l-Unjoni tkun ikkonkludiet SFPA ma’ pajjiż terz u bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jkunx konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 10 kif ikun stabbilit fir-rapport ta’ spezzjoni finali rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti, u fejn l-Istat Membru tal-bandiera jonqos milli jieħu l-azzjoni adatta kif previst fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ deċiżjoni, tobbliga lill-Istat Membru tal-bandiera kkonċernat jiżgura li l-bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat jissodisfa dawk il-kondizzjonijiet.

Fejn l-Istat Membru tal-bandiera kkonċernat ma jkunx ħa azzjoni adatta biex jikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien 15-il jum, il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dettalji aġġornati tal-bastimenti tas-sajd lill-pajjiż terz biex jindirizza lill-bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat. Il-Kummsssjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru tal-bandiera bl-azzjoni tagħha. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika lill-operatur bl-azzjoni tal-Kummissjoni.

KAPITOLU II

Operazzjonijiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz

Taqsima 1

Operazzjonijiet tas-sajd taħt sfpas

Artikolu 8

Kamp ta’ applikazzjoni

Din it-Taqsima għandha tapplika għall-operazzjonijiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz taħt SFPA.

Artikolu 9

Sħubija fl-RFMO

Bastiment tas-sajd tal-Unjoni jista’ jwettaq biss operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz fuq stokkijiet ġestiti minn RFMO jekk dak il-pajjiż terz ikun parti kontraenti għal dik l-RFMO.

Artikolu 10

Kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera

Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa f’ibħra ta’ pajjiż terz taħt SFPA biss jekk:

(a)

il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 5 jkunu sodisfati;

(b)

il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-SFPA rilevanti jkunu sodisfati;

(c)

l-operatur ikun ħallas it-tariffi kollha dovuti taħt il-ftehimiet rilevanti, u fejn applikabbli, taħt is-sanzjonijiet finanzjarji relatati stabbiliti minn deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva b’effett finali u vinkolanti; u

(d)

il-bastiment tas-sajd ikollu awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-pajjiż terz li jkollu s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-operazzjonijiet tas-sajd.

Artikolu 11

Proċedura biex jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd tal-pajjiż terz

1.   Għall-finijiet tal-punt (d) tal-Artikolu 10, Stat Membru tal-bandiera li jkun ivverifika li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 10 ġew sodisfati għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-applikazzjoni korrispondenti għall-awtorizzazzjoni tal-pajjiż terz.

2.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa taħt l-SFPA.

3.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat l-applikazzjoni lill-Kummissjoni mill-inqas 10 ijiem kalendarji qabel l-iskadenzi għat-trasmissjoni ta’ applikazzjonijiet stipulati fl-SFPA. Il-Kummissjoni tista’ tibgħat talba debitament ġustifikata lill-Istat Membru tal-bandiera għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jiġu vverifikati l-kondizzjonijiet.

4.   Malli tirċievi l-applikazzjoni jew kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha twettaq eżami preliminari biex jiġi ddeterminat jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 10 humiex sodisfati. Il-Kummissjoni konsegwentement għandha:

(a)

tibgħat l-applikazzjoni lill-pajjiż terz mingħajr dewmien u, fi kwalunkwe każ, qabel tgħaddi d-data tal-iskadenza għat-trasmissjoni ta’ applikazzjonijiet stabbilita fl-SFPA, dment li tkun ġiet osservata d-data tal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu; jew

(b)

tinnotifika lill-Istat Membru li l-applikazzjoni ġiet miċħuda.

5.   Jekk pajjiż terz jinforma lill-Kummissjoni li ddeċieda li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni taħt il-ftehim, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru tal-bandiera b’dan, jekk possibbli b’mezzi elettroniċi.

Artikolu 12

Riallokazzjoni temporanja ta’ opportunitajiet tas-sajd mhux użati fil-qafas ta’ SFPAs

1.   Matul sena speċifika jew kwalunkwe perjodu rilevanti ieħor tal-implimentazzjoni ta’ protokoll ta’ SFPA b’kont meħud tal-perjodi ta’ validità tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u tal-istaġuni tas-sajd, il-Kummissjoni tista’ tidentifika opportunitajiet tas-sajd mhux użati u tinforma lill-Istati Membri li jibbenefikaw mill-ishma korrispondenti tal-allokazzjoni kif adatt.

2.   Fi żmien 10 jiem kalendarji mir-riċezzjoni ta’ din l-informazzjoni mill-Kummissjoni, l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu:

(a)

jinfurmaw lill-Kummissjoni li ser jużaw l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom aktar tard matul il-perjodu rilevanti ta’ implimentazzjoni billi jipprovdu pjan tas-sajd b’informazzjoni dettaljata dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd mitluba, il-qabdiet stmati, iż-żona u l-perjodu tas-sajd; jew

(b)

jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tal-opportunitajiet tas-sajd tagħhom permezz ta’ skambji ta’ opportunitajiet tas-sajd, skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament Bażiku.

3.   Jekk ċerti Stati Membri ma jkunux infurmaw lill-Kummissjoni dwar waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, jew jekk infurmawha dwar użu parzjali tal-opportunitajiet tas-sajd tagħhom biss, u jekk b’riżultat ta’ dan, l-opportunitajiet tas-sajd jibqgħu ma jintużawx, il-Kummissjoni tista’ tniedi sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-opportunitajiet tas-sajd mhux użati disponibbli fost l-Istati Membri l-oħra li jibbenefikaw minn sehem fl-allokazzjoni. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kollha dwar it-tnedija tas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess.

4.   Fi żmien 10 jiem kalendarji mir-riċezzjoni tas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess imsemmija fil-paragrafu 3, l-Istati Membri li jibbenefikaw minn sehem fl-allokazzjoni jistgħu jikkomunikaw l-interess tagħhom fl-opportunitajiet tas-sajd mhux użati disponibbli lill-Kummissjoni. B’appoġġ għat-talba tagħhom, huma għandhom jipprovdu pjan tas-sajd b’informazzjoni dettaljata dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd mitluba, il-qabdiet stmati, iż-żona u l-perjodu tas-sajd.

5.   Jekk meqjus meħtieġ għall-valutazzjoni tat-talba, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri kkonċernati għal aktar informazzjoni.

6.   Fin-nuqqas ta’ interess fl-ammont totali ta’ opportunitajiet tas-sajd mhux użati disponibbli mill-Istati Membri li jibbenefikaw minn sehem fl-allokazzjoni fi tmiem il-perjodu ta’ 10 ijiem imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tista’ testendi s-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-Istati Membri kollha. Stat Membru jista’ jikkomunika l-interess tiegħu fl-opportunitajiet tas-sajd mhux użati taħt il-kondizzjonijiet imsemmija f’dak il-paragrafu.

7.   Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafi 4 jew 6 ta’ dan l-Artikolu, l-opportunitajiet tas-sajd mhux użati għandhom jiġu riallokati mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 43(3) TFUE, fuq bażi temporanja biss għall-perjodu ta’ żmien rilevanti msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-Istati Membri li lilhom saret ir-riallokazzjoni u l-kwantitajiet riallokati.

8.   Ir-riallokazzjoni temporanja tal-opportunitajiet tas-sajd għandha tkun ibbażata fuq kriterji trasparenti u oġġettivi inklużi, fejn applikabbli, dawk ta’ natura ambjentali, soċjali u ekonomika. Dawk il-kriterji jistgħu jinkludu:

(a)

l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal riallokazzjoni;

(b)

l-għadd ta’ Stati Membri li jagħmlu t-talba;

(c)

is-sehem assenjat lil kull Stat Membru li jagħmel it-talba fl-allokazzjoni inizjali ta’ opportunitajiet tas-sajd;

(d)

il-qabda storika u l-livelli tal-isforz ta’ kull Stat Membru li jagħmel it-talba, fejn applikabbli;

(e)

il-vijabbiltà tal-pjanijiet tas-sajd ipprovduti mill-Istati Membri li jagħmlu t-talba, fid-dawl tal-għadd, it-tip u l-karatteristiċi tal-bastimenti u l-irkaptu użat.

Artikolu 13

Suballokazzjoni ta’ kwota annwali maqsuma f’għadd ta’ limiti tal-qabda suċċessivi

1.   Fejn protokoll għal SFPA jistabbilixxi limiti tal-qbid ta’ kull xahar jew ta’ kull tliet xhur jew subdiviżjonijiet oħra tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għas-sena rilevanti, u fejn l-opportunitajiet tas-sajd allokati ma jintużawx kollha matul l-istess perjodu ta’ żmien ta’ kull xahar jew ta’ kull tliet xhur jew perjodu ta’ żmien applikabbli b’mod ieħor, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli korrispondenti għandhom jiġu suballokati mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 43(3) tat-TFUE fost l-Istati Membri kkonċernati għall-perjodi ta’ żmien rilevanti.

2.   Is-suballokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għandha ssir bl-użu ta’ kriterji trasparenti u oġġettivi. Din għandha tkun konsistenti mal-opportunitajiet annwali tas-sajd allokati lil Stati Membri taħt ir-Regolament tal-Kunsill rilevanti.

Taqsima 2

Operazzjonijiet tas-sajd taħt ftehimiet dwar skambju jew ġestjoni konġunta

Artikolu 14

Dispożizzjonijiet applikabbli

1.   L-Artikoli 8 sa 11 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz taħt ftehim dwar l-iskambju tal-opportunitajiet tas-sajd jew il-ġestjoni konġunta tal-istokkijiet ta’ ħut ta’ interess komuni.

2.   B’deroga mill-Artikolu 11, Stat Membru tal-bandiera jista’ jagħti lill-Kummissjoni d-dettalji tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma eliġibbli biex iwettqu operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz taħt il-ftehim rilevanti. Meta jiġi stabbilit li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 10 huma sodisfati, il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dettalji tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni rilevanti lill-pajjiż terz mingħajr dewmien. Hekk kif il-pajjiż terz jinforma lill-Kummissjoni li d-dettalji ta’ dawk il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jkunu ġew approvati, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru tal-bandiera b’dan. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li għalihom ikunu ngħataw id-dettalji mitluba għandhom jitqiesu li għandhom awtorizzazzjoni tas-sajd valida għall-finijiet tal-punt (d) tal-Artikolu 10. Il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lill-Istat Membru tal-bandiera mingħajr dewmien b’mezzi elettroniċi dwar kwalunkwe notifika mill-pajjiż terz li bastiment tas-sajd tal-Unjoni mhuwiex eliġibbli biex iwettaq operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet tiegħu.

Artikolu 15

Konsultazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi fir-rigward ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 44, sabiex tissupplimenta l-Artikolu 10 billi timplimenta fil-liġi tal-Unjoni l-eżitu tal-konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim, jew ta’ arranġamenti ma’ Stati kostali li magħhom huma kondiviżi stokkijiet tal-ħut, fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd.

Taqsima 3

Operazzjonijiet tas-sajd taħt awtorizzazzjonijiet diretti

Artikolu 16

Kamp ta’ applikazzjoni

Din it-Taqsima għandha tapplika għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz barra mill-qafas ta’ ftehim imsemmi fit-Taqsima 1 jew 2.

Artikolu 17

Kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri tal-bandiera

1.   Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz barra l-qafas ta’ ftehim imsemmi fit-Taqsima 1 jew 2 fil-każ biss jekk:

(a)

il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 5 jkunu sodisfati;

(b)

ma jkun hemm fis-seħħ jew m’hu qed jiġi applikat b’mod proviżorju l-ebda SFPA jew ftehim dwar skambju ta’ opportunitajiet tas-sajd jew ġestjoni konġunta mal-pajjiż terz kkonċernat;

(c)

l-operatur ikun ipprovda kull wieħed minn dawn li ġejjin:

kopja tal-leġiżlazzjoni dwar is-sajd applikabbli jew referenza preċiża għaliha kif ipprovduta lill-operatur mill-pajjiż terz li jkollu sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn l-attivitajiet qed jitwettqu;

evalwazzjoni xjentifika li turi s-sostenibbiltà tal-operazzjonijiet tas-sajd ippjanati, inkluża l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 62 tal-UNCLOS, fejn applikabbli;

uffiċjal nominat, numru ta’ kont tal-bank pubbliku għall-ħlas tat-tariffi kollha;

(d)

fil-każ li l-operazzjonijiet tas-sajd għandhom jitwettqu fuq speċijiet ġestiti minn RFMO, il-pajjiż terz ikun parti kontraenti għal dik l-organizzazzjoni; u

(e)

l-operatur ikun ipprovda jew;

awtorizzazzjoni tas-sajd valida għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat, maħruġa mill-pajjiż terz li jkollu s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-operazzjonijiet tas-sajd; jew

konferma bil-miktub maħruġa mill-pajjiż terz li jkollu s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-operazzjonijiet tas-sajd, wara d-diskussjonijiet bejn l-operatur u dak il-pajjiż terz, tat-termini tal-awtorizzazzjoni diretta maħsuba li tagħti lill-operatur aċċess għar-riżorsi tas-sajd tiegħu, inklużi t-tul ta’ żmien, il-kondizzjonijiet, u l-opportunitajiet tas-sajd espressi bħala sforz jew limiti ta’ qbid.

2.   Fi kwalunkwe każ, l-operazzjonijiet tas-sajd ma għandhomx jinbdew qabel il-pajjiż terz ikun ħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd valida imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi l-awtorizzazzjoni tiegħu jekk l-awtorizzazzjoni tal-pajjiż terz ma tkunx inħarġet sa meta jibdew l-operazzjonijiet tas-sajd ippjanati.

3.   L-evalwazzjoni xjentifika msemmija fit-tieni inċiż tal-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta minn RFMO jew minn korp reġjonali tas-sajd b’kompetenzi xjentifiċi jew għandha tiġi pprovduta mill-pajjiż terz jew f’kooperazzjoni miegħu. L-evalwazzjoni xjentifika li toriġina fil-pajjiż terz għandha tiġi rieżaminata minn istitut jew korp xjentifiku ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni.

Artikolu 18

Proċedura biex jinkisbu awtorizzazzjonijiet tas-sajd tal-pajjiż terz

1.   Stat Membru tal-bandiera li jkun ivverifika li ġew sodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 17(1), għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti elenkata fl-Anness, u informazzjoni relatata mal-adempiment tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 17(1).

2.   Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx biżżejjed biex jiġi vvalutat l-adempiment tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17, hija għandha titlob aktar informazzjoni jew ġustifikazzjoni fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol minn meta tirċievi dik l-informazzjoni.

3.   Jekk, wara t-talba għal aktar informazzjoni jew ġustifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u wara diskussjonijiet mal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni ssib li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17 ma jkunux sodisfati, hija tista’ toġġezzjona għall-għoti tal-awtorizzazzjoni tas-sajd fi żmien 30 jum kalendarju minn meta tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa jew il-ġustifikazzjoni. Jekk il-Kummissjoni ssib li dawk il-kondizzjonijiet ikunu sodisfati, hija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat mingħajr dewmien bl-intenzjoni tagħha li ma toġġezzjonax.

4.   L-Istat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd hekk kif jiskadi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 2. Fejn il-Kummissjoni tkun talbet aktar informazzjoni f’konformità ma’ dak il-paragrafu, l-Istat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd jekk il-Kummissjoni ma tkun qajmet l-ebda oġġezzjoni sal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3 jew qabel dik l-iskadenza, dment li l-Kummissjoni tkun informat lill-Istat Membru bl-intenzjoni tagħha li ma toġġezzjonax.

5.   B’deroga mill-paragrafi 1 sa 4, f’każ li awtorizzazzjoni tas-sajd tiġġedded bl-istess termini u kondizzjonijiet u fi żmien sentejn minn meta tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni tas-sajd inizjali, l-Istat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd hekk kif jivverifika l-informazzjoni li jirċievi fir-rigward tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b), (d) u (e) tal-Artikolu 17(1) u għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan mingħajr dewmien.

6.   Jekk pajjiż terz jinforma lill-Kummissjoni li jkun iddeċieda li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni diretta għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru tal-bandiera b’dan.

7.   Jekk pajjiż terz jinforma lill-Istat Membru tal-bandiera li jkun iddeċieda li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni diretta għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjoni b’dan.

8.   Operatur għandu jipprovdi lill-Istat Membru tal-bandiera kopja tal-kondizzjonijiet finali miftiehma bejnu u l-pajjiż terz, inkluża kopja tal-awtorizzazzjoni diretta.

KAPITOLU III

Operazzjonijiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni taħt l-awspiċi ta’ RFMOs

Artikolu 19

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-operazzjonijiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu għal stokkijiet taħt l-awspiċi ta’ RFMO, fl-ilmijiet tal-Unjoni jew barra, sa fejn l-operazzjonijiet tagħhom ikunu soġġetti għal sistema ta’ awtorizzazzjoni mdaħħla fis-seħħ mill-RFMO.

Artikolu 20

Awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.   Bastiment tas-sajd tal-Unjoni li l-operazzjonijiet tas-sajd tiegħu jkunu soġġetti għal sistema ta’ awtorizzazzjoni adottata mill-RFMO ma għandux iwettaq operazzjonijiet tas-sajd taħt l-awspiċi tal-RFMO ħlief jekk:

(a)

l-Unjoni tkun parti kontraenti għall-RFMO;

(b)

ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu;

(c)

ikun ġie inkluż fir-reġistru jew fil-lista rilevanti ta’ bastimenti awtorizzati tal-RFMO; u

(d)

fejn l-operazzjonijiet tas-sajd jitwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz, ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd mill-pajjiż terz rilevanti f’konformità mal-Kapitolu II.

2.   Il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu esklużivament fl-ilmijiet tal-Unjoni li jkunu diġà ngħataw awtorizzazzjoni tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kontroll.

Artikolu 21

Kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri tal-bandiera

Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd biss jekk:

(a)

il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 5 jkunu sodisfati;

(b)

ir-regoli stabbiliti mill-RFMO jew il-liġi tal-Unjoni li tittrasponihom jiġu osservati; u

(c)

fejn l-operazzjonijiet tas-sajd jitwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz, il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10 jew 17 jiġu osservati.

Artikolu 22

Reġistrazzjoni minn RFMOs

1.   Stat Membru tal-bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni d-dettalji tal-bastimenti li jkun awtorizza għal operazzjonijiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament jew, fil-każ tal-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kontroll.

2.   Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-RFMO u jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni mitluba minn dik l-organizzazzjon i .

3.   Il-Kummissjoni tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jidhrilha li tkun meħtieġa mill-Istat Membru tal-bandiera fi żmien 10 ijiem wara li tirċievi d-dettalji msemmija fil-paragrafu 1. Hija għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għal kwalunkwe tali talba.

4.   Meta l-Kummissjoni tkun sodisfata li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 huma osservati, u fi żmien perijodu ta’ 15-il jum wara li tirċievi d-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dettalji tal-bastimenti awtorizzati lill-RFMO.

5.   Jekk ir-reġistru jew il-lista tal-RFMO ma jkunux pubbliċi, il-Kummissjoni għandha tiċċirkola d-dettalji tal-bastimenti awtorizzati lill-Istati Membri involuti fl-attività tas-sajd rilevanti.

KAPITOLU IV

Operazzjonijiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ibħra miftuħa

Artikolu 23

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-operazzjonijiet tas-sajd imwettqa fl-ibħra miftuħa li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu III minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ aktar minn 24 metru.

Artikolu 24

Kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri tal-bandiera

Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal operazzjonijiet tas-sajd fl-ibħra miftuħa biss jekk:

(a)

il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 5 jkunu sodisfati;

(b)

l-operazzjonijiet tas-sajd ippjanati jkunu:

f’konformità ma’ evalwazzjoni xjentifika, li turi s-sostenibbiltà tal-operazzjonijiet tas-sajd ippjanati, ipprovduta jew ivvalidata minn istitut xjentifiku fl-Istat Membru tal-bandiera; jew

parti minn programm ta’ riċerka, li jinkludi skema għall-ġbir ta’ data, organizzata minn korp xjentifiku. Il-protokoll xjentifiku tar-riċerka, li ser ikun meħtieġ fi kwalunkwe każ, għandu jiġi vvalidat minn istitut xjentifiku fl-Istat Membru tal-bandiera.

Artikolu 25

Proċedura għall-kisba ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.   Stat Membru tal-bandiera li jkun ivverifika li ġew osservati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24 għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni elenkata fl-Anness, u l-informazzjoni relatata mal-adempiment tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5.

2.   Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx biżżejjed biex jiġi vvalutat l-adempiment tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24, hija għandha titlob aktar informazzjoni jew ġustifikazzjoni fi żmien 10 ijiem kalendarji minn meta tirċievi dik l-informazzjoni.

3.   Jekk, wara li tirċievi l-informazzjoni jew il-ġustifikazzjoni addizzjonali mitluba, imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni ssib li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24 ma jkunux sodisfati, hija tista’ toġġezzjona għall-għoti tal-awtorizzazzjoni tas-sajd fi żmien ħamest ijiem kalendarji minn meta tirċievi l-informazzjoni jew il-ġustifikazzjoni addizzjonali. Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kondizzjonijiet huma sodisfati, hija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat mingħajr dewmien bl-intenzjoni tagħha li ma toġġezzjonax.

4.   L-Istat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd hekk kif jiskadi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 2. Fejn il-Kummissjoni tkun talbet aktar informazzjoni f’konformità ma’ dak il-paragrafu, l-Istat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd jekk il-Kummissjoni ma tkun qajmet l-ebda oġġezzjoni sal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3 jew qabel dik l-iskadenza, dment li l-Kummissjoni tkun informat lill-Istat Membru bl-intenzjoni tagħha li ma toġġezzjonax.

KAPITOLU V

Chartering ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni

Artikolu 26

Prinċipji

1.   Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma għandux iwettaq operazzjonijiet tas-sajd taħt arranġamenti ta’ chartering f’ilmijiet fejn ikun hemm SFPA fis-seħħ jew applikat b’mod proviżorju.

2.   Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma għandux iwettaq operazzjonijiet tas-sajd taħt aktar minn arranġament wieħed ta’ chartering fl-istess żmien jew ikun involut f’subchartering.

3.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom joperaw taħt ftehimiet ta’ chartering f’ilmijiet taħt l-awspiċi ta’ RFMO biss jekk l-Istat li lilu jiġi chartered il-bastiment ikun parti kontraenti għal dik l-organizzazzjoni.

4.   Bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkun chartered ma għandux juża l-opportunitajiet tas-sajd tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu matul il-perijodu ta’ applikazzjoni taċ-charter. Il-qabdiet ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkun chartered għandhom jingħaddu mal-opportunitajiet tas-sajd tal-Istat taċ-chartering.

5.   Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jnaqqas ir-responsabbiltajiet tal-Istat Membru tal-bandiera fir-rigward tal-obbligi tiegħu taħt id-dritt internazzjonali, ir-Regolament tal-Kontroll, ir-Regolament IUU jew dispożizzjonijiet oħra tal-PKS, inklużi rekwiżiti ta’ rappurtar.

6.   Id-detentur tal-liċenzja tas-sajd ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni li ser jiġi chartered għandu jinforma lill-Istat Membru tal-bandiera bl-arranġament ta’ chartering qabel il-bidu tal-arranġament. Dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan mingħajr dewmien.

Artikolu 27

Ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd taħt arranġament ta’ chartering

Meta joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment f’konformità mal-Artikoli 17, 21 jew 24, u meta l-operazzjonijiet tas-sajd rilevanti jitwettqu taħt arranġament ta’ chartering, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jivverifika li:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-Istat taċ-chartering tkun ikkonfermat uffiċjalment li l-arranġament huwa f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu; u

(b)

id-dettalji tal-arranġament taċ-chartering ikunu speċifikati fl-awtorizzazzjoni tas-sajd inklużi l-perijodu taż-żmien, l-opportunitajiet tas-sajd u ż-żona tas-sajd.

KAPITOLU VI

Operazzjonijiet ta’ trasbord

Artikolu 28

Operazzjonijiet ta’ trasbord

1.   Kwalunkwe operazzjoni ta’ trasbord imwettqa minn bastiment tas-sajd tal-Unjoni fl-ibħra miftuħa jew taħt awtorizzazzjonijiet diretti għandha ssir f’konformità mal-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament tal-Kontroll. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jipprovdi lill-Kummissjoni sal-aħħar ta’ Marzu ta’ kull sena, għal trasbordi li jkunu seħħu fis-sena ta’ qabel, bl-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tat-trasbord, id-data tat-trasbord, il-pożizzjoni ġeografika u ż-żona fejn sar it-trasbord.

2.   Il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni taħt awtorizzazzjonijiet diretti jew fl-ibħra miftuħa għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom qabel it-trasbord:

(a)

l-isem u n-numru ta’ identifikazzjoni esterna tal-bastiment riċevitur;

(b)

il-ħin u l-pożizzjoni ġeografika tal-operazzjoni tat-trasbord ippjanata; u

(c)

il-kwantitajiet stmati tal-ispeċijiet li ser jiġu ttrasbordati.

3.   Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal trasbordi imwettqa fil-portijiet minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

KAPITOLU VII

Obbligi ta’ osservazzjoni u rrappurtar

Artikolu 29

Data tal-programm ta’ osservaturi

Jekk tinġabar data abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni taħt programm ta’ osservaturi, għandhom jintbagħtu rapporti relatati, f’konformità mar-regoli ta’ trasmissjoni speċifikati fil-programm ta’ osservaturi, mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera.

Artikolu 30

Informazzjoni lil pajjiżi terzi

1.   Meta jkun qed iwettaq operazzjonijiet tas-sajd taħt dan it-Titolu, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni jew ir-rappreżentant ta’ dak il-kaptan għandu jagħmel id-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet rilevanti u d-dikjarazzjonijiet ta’ ħatt l-art disponibbli għall-pajjiż terz, kif ukoll jibgħat lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu kopja elettronika ta’ dik id-data.

2.   Stat Membru tal-bandiera għandu jivvaluta, permezz ta’ kontroverifika f’konformità mal-Artikolu 109 tar-Regolament tal-Kontroll, il-konsistenza tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, mad-data li jkun irċieva f’konformità ma’ dak ir-Regolament u, fejn applikabbli, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-SFPA.

3.   In-nuqqas ta’ trasmissjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-qabdiet jew ta’ dikjarazzjonijiet ta’ ħatt l-art lill-pajjiż terz imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu wkoll jitqies bħala ksur serju għall-fini tal-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kontroll skont il-gravità tal-ksur inkwistjoni li għandha tiġi deċiża mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandier a , b’kont meħud ta’ kriterji bħan-natura tal-ħsara, il-valur tagħha, is-sitwazzjoni ekonomika tal-awtur tal-ksur u l-livell tal-ksur jew ir-ripetizzjoni tiegħu.

TITOLU III

OPERAZZJONIJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAS-SAJD TA’ PAJJIŻ TERZ FL-ILMIJIET TAL-UNJONI

Artikolu 31

Rekwiżiti tas-Sħubija fl-RFMO

Bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz jista’ jwettaq operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni fuq stokkijiet li huma ġestiti minn RFMO biss jekk il-pajjiż terz ikun parti kontraenti għal dik l-RFMO.

Artikolu 32

Prinċipji Ġenerali

1.   Bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz ma għandux ikun involut f’operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni sakemm ma tkunx inħarġitlu awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Kummissjoni. Għandha tinħariġlu tali awtorizzazzjoni biss jekk jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 5.

2.   Bastiment ta’ pajjiż terz awtorizzat biex jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jikkonforma mar-regoli li jirregolaw l-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd li fiha huwa jopera. Jekk id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tas-sajd rilevanti jkunu differenti, id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu stipulati b’mod espliċitu jew f’dak il-ftehim jew permezz ta’ regoli maqbula mal-pajjiż terz li jimplimenta dak l-ftehim.

3.   Jekk bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz ikun qed ibaħħar fl-ilmijiet tal-Unjoni mingħajr awtorizzazzjoni maħruġa taħt dan ir-Regolament, l-irkaptu tas-sajd tiegħu għandu jintrabat u jiġi stivat f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kontroll sabiex ma jkunx jista’ jintuża mall-ewwel faċilment f’operazzjonijiet tas-sajd.

Artikolu 33

Kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.   Il-Kummissjoni tista’ toħroġ awtorizzazzjoni lil bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz għal operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni biss jekk:

(a)

ikun hemm eċċess tal-qabda permissibbli li jkopri l-opportunitajiet tas-sajd proposti kif meħtieġ taħt l-Artikolu 62(2) u (3) tal-UNCLOS;

(b)

jiġu osservati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim dwar is-sajd rilevanti u l-bastiment tas-sajd ikun eliġibbli taħt il-ftehim dwar is-sajd mal-pajjiż terz ikkonċernat u, fejn rilevanti, ikun fuq il-lista ta’ bastimenti taħt dak il-ftehim;

(c)

l-informazzjoni mitluba taħt il-ftehim għall-bastiment tas-sajd u l-bastiment jew bastimenti ta’ appoġġ assoċjati tkun kompluta u preċiża, u l-bastiment u kwalunkwe bastiment jew bastimenti ta’ appoġġ assoċjati jkollhom numru OMI meta jkun meħtieġ taħt il-liġi tal-Unjoni;

(d)

il-bastiment tas-sajd ma jkunx inkluż f’lista ta’ bastimenti IUU adottata minn RFMO u/jew mill-Unjoni skont ir-Regolament IUU;

(e)

il-pajjiż terz ma jkunx elenkat bħala li ma jikkooperax skont ir-Regolament IUU jew bħala li jippermetti sajd mhux sostenibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012.

2.   Il-punt (a) tal-paragrafu 1 m’għandux japplika għal bastimenti ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed iwettqu operazzjonijiet tas-sajd taħt ftehim dwar l-iskambju ta’ opportunitajiet tas-sajd jew il-ġestjoni konġunta ta’ stokkijiet ta’ ħut ta’ interess komuni.

Artikolu 34

Proċedura biex jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.   Il-pajjiż terz ikkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-applikazzjonijiet għall-bastimenti tas-sajd tiegħu qabel l-iskadenza stabbilita fil-ftehim ikkonċernat jew dik stabbilita mill-Kummissjoni.

2.   Il-Kummissjoni tista’ titlob mill-pajjiż terz informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jiġi vverifikat li l-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 33 ġew sodisfati.

3.   Meta jiġi stabbilit li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ikunu ġew sodisfati, il-Kummissjoni għandha toħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd u tinforma lill-pajjiż terz u lill-Istati Membri kkonċernati b’dan mingħajr dewmien.

Artikolu 35

Ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.   Jekk xi kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 33 ma tibqax tiġi sodisfata, il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjoni adatta, inkluż l-emendar jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni, u tinforma lill-pajjiż terz u lill-Istati Membri kkonċernati b’dan.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni maħruġa lill-bastiment tas-sajd tal-pajjiż terz f’każijiet fejn tkun seħħet bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi jew f’każijiet ta’ theddida serja għall-isfruttar, il-ġestjoni u l-konservazzjoni sostenibbli ta’ riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, jew fejn dan ikun essenzjali sabiex jiġi pprevenut jew imwaqqaf sajd IUU, jew f’każijiet fejn l-Unjoni tkun iddeċidiet li tissospendi jew taqta’ r-relazzjonijiet mal-pajjiż terz ikkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-pajjiż terz ikkonċernat fil-każ li tirrifjuta, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 36

Għeluq tal-operazzjonijiet tas-sajd

1.   Fejn l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lil pajjiż terz jitqiesu li ġew eżawriti, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah immedjatament u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ spezzjoni tal-Istati Membri b’dan. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd fir-rigward ta’ opportunitajiet tas-sajd mhux eżawriti, li jistgħu jaffettwaw ukoll l-opportunitajiet eżawriti, il-pajjiż terz għandu jippreżenta lill-Kummissjoni miżuri tekniċi li jipprevjenu kwalunkwe impatt negattiv fuq l-opportunitajiet tas-sajd eżawriti.

2.   Mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ dak il-pajjiż terz ikkonċernat għandhom jitqiesu bħala sospiżi għall-operazzjonijiet tas-sajd ikkonċernati u l-bastimenti ma għandhomx jibqgħu involuti f’dawk l-operazzjonijiet tas-sajd.

3.   L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jitqiesu li ġew irtirati fejn sospensjoni ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd f’konformità mal-paragrafu 2 tkun tikkonċerna l-operazzjonijiet kollha li għalihom huma jkunu ngħataw.

4.   Il-pajjiż terz għandu jiżgura li l-bastimenti tas-sajd ikkonċernati jiġu infurmati immedjatament li qed jiġi applikat dan l-Artikolu u li huma jwaqqfu l-operazzjonijiet tas-sajd kollha kkonċernati. Il-pajjiż terz għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni mingħajr dewmien meta bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jkunu temmew l-operazzjonijiet tas-sajd tagħhom.

Artikolu 37

Sajd eċċessiv tal-kwoti f’ilmijiet tal-Unjoni

1.   Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li pajjiż terz ikun eċċeda l-kwoti li lilu jkunu ġew allokati għal stokk jew grupp ta’ stokkijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmel tnaqqis mill-kwoti allokati lil dak il-pajjiż għal dak l-istokk jew grupp ta’ stokkijiet fis-snin sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li l-ammont tat-tnaqqis ikun konsistenti mat-tnaqqis impost fuq l-Istati Membri f’ċirkostanzi simili.

2.   Jekk ma jkunx jista’ jsir tnaqqis f’konformità mal-paragrafu 1 fuq il-kwota għal stokk jew grupp ta’ stokkijiet li tagħhom ikun sar sajd eċċessiv minħabba li dik il-kwota għal stokk jew grupp ta’ stokkijiet ma tkunx disponibbli biżżejjed għall-pajjiż terz ikkonċernat, il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, tnaqqas il-kwoti fis-snin sussegwenti għal stokkijiet jew gruppi ta’ stokkijiet oħra disponibbli għal dak il-pajjiż terz fl-istess żona ġeografika, jew għall-valur kummerċjali korrispondenti.

Artikolu 38

Kontroll u infurzar

1.   Bastiment ta’ pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jikkonforma mar-regoli ta’ kontroll li jirregolaw l-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd li fiha huwa jopera.

2.   Bastiment ta’ pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jipprovdi lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha, u, fejn rilevanti, lill-Istat Membru kostali, id-data li l-bastimenti tal-Unjoni huma mitluba jibagħtu lill-Istat Membru tal-bandiera skont ir-Regolament tal-Kontroll.

3.   Il-Kummissjoni, jew il-korp maħtur minnha, għandhom jibagħtu d-data msemmija fil-paragrafu 2 lill-Istat Membru kostali.

4.   Bastiment ta’ pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jipprovdi, fuq talba, lill-Kummissjoni, jew lill-korp maħtur minnha, ir-rapporti tal-osservaturi prodotti taħt programmi ta’ osservaturi applikabbli.

5.   Stat Membru kostali għandu jirreġistra kull ksur imwettaq minn bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi, inklużi s-sanzjonijiet relatati, fir-reġistru nazzjonali previst fl-Artikolu 93 tar-Regolament tal-Kontroll.

TITOLU IV

DATA U INFORMAZZJONI

Artikolu 39

Bażi tad-data tal-Unjoni għal awtorizzazzjonijiet maħruġa taħt dan ir-Regolament

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornata bażi tad-data elettronika ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd tal-Unjoni li jkun fiha l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd kollha mogħtija f’konformità mat-Titoli II u III, li tkun magħmula minn parti pubblika u parti sikura. Dik il-bażi tad-data għandha:

(a)

tirreġistra l-informazzjoni kollha ppreżentata f’konformità mal-Anness u informazzjoni oħra ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini li jinħarġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd taħt it-Titoli II u III, inkluż l-isem, il-belt, il-pajjiż ta’ residenza tas-sid u ta’ mhux aktar minn ħames sidien benefiċjarji ewlenin, u turi l-istatus ta’ kull awtorizzazzjoni mill-aktar fis possibbli;

(b)

tintuża għall-iskambju ta’ data u ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u Stat Membru; u

(c)

tintuża għall-finijiet ta’ ġestjoni sostenibbli tal-flotot tas-sajd u għall-finijiet ta’ kontroll biss.

2.   Il-lista tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd kollha fil-bażi tad-data li jkunu nħarġu taħt it-Titoli II u III għandha tkun aċċessibbli pubblikament u għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

l-isem u l-bandiera tal-bastiment u n-numri CFR u IMO tiegħu fejn meħtieġa taħt il-liġi tal-Unjoni;

(b)

it-tip ta’ awtorizzazzjoni inklużi l-ispeċijiet jew grupp(i) ta’ speċijiet fil-mira; u

(c)

il-ħin u ż-żona awtorizzati tal-operazzjoni tas-sajd (dati tal-bidu u tat-tmiem; żona tas-sajd).

3.   Stat Membru għandu juża l-bażi tad-data biex jippreżenta applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-Kummissjoni u biex iżomm id-dettalji tiegħu aġġornati, kif meħtieġ taħt l-Artikoli 11, 18, 22 u 26, u pajjiż terz għandu juża l-bażi tad-data biex jippreżenta applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd kif meħtieġ taħt l-Artikolu 34.

Artikolu 40

Rekwiżiti tekniċi

1.   L-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fit-Titoli II u III u f’dan it-Titolu għandu jsir f’format elettroniku.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), li jistabbilixxu rekwiżiti operazzjonali tekniċi għar-reġistrar, l-ifformattjar u t-trasmissjoni tal-informazzjoni msemmija fit-Titoli II u III u f’dan it-Titolu. Ir-rekwiżiti operazzjonali tekniċi għandhom isiru applikabbli mhux qabel sitt xhur, u mhux aktar tard minn 18-il xahar, wara l-adozzjoni tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 45(2).

Artikolu 41

Aċċess għad-data

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 110 tar-Regolament tal-Kontroll, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandhom jagħtu aċċess għall-parti sikura tal-bażi tad-data tal-Unjoni għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd tal-flotot tas-sajd esterni msemmija fl-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament lis-servizzi amministrattivi kompetenti rilevanti involuti fil-ġestjoni tal-flotot tas-sajd.

Artikolu 42

Ġestjoni tad-data, protezzjoni ta’ data personali u kunfidenzjalità

Id-data miksuba taħt dan ir-Regolament għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikoli 112 u 113 tar-Regolament tal-Kontroll, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE u r-regoli ta’ implimentazzjoni nazzjonali.

Artikolu 43

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u RFMOs

1.   Meta Stat Membru jirċievi informazzjoni minn pajjiż terz jew RFMO li tkun rilevanti għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, dan għandu jikkomunika dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha, u, fejn adatt, lil Stati Membri oħra kkonċernati, dment li jitħalla jagħmel dan taħt ftehimiet bilaterali ma’ dak il-pajjiż terz jew ir-regoli tal-RFMO ikkonċernata.

2.   Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha jistgħu, fil-qafas tal-ftehimiet dwar is-sajd konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, taħt l-awspiċi ta’ RFMOs li għalihom l-Unjoni tkun parti kontraenti, jikkomunikaw informazzjoni rilevanti dwar nonkonformità mar-regoli ta’ dan ir-Regolament, jew ksur serju, lil partijiet oħra għal dawk il-ftehimiet jew organizzazzjonijiet soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru li jkun ipprovda l-informazzjoni u f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

TITOLU V

PROĊEDURI, MIŻURI TA’ DELEGA U TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 44

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(2) u 15 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-17 ta’ Jannar 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem dak il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(2) u 15 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar ’il quddiem speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(2) u 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 45

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit skont l-Artikolu 47 tar-Regolament Bażiku. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 8 flimkien mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 46

Tħassir

1.   Il-FAR huwa b’dan imħassar.

2.   Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 47

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar ir-riallokazzjoni temporanja ta’ opportunitajiet tas-sajd taħt protokolli eżistenti

1.   B’deroga mill-Artikolu 12, għal dawk il-protokolli għal SFPAs li jkunu fis-seħħ jew li jkunu proviżorjament applikati fis-17 ta’ Jannar 2018, il-proċedura għar-riallokazzjoni temporanja ta’ opportunitajiet tas-sajd stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tintuża sa meta jiskadi l-protokoll inkwistjoni.

2.   Fil-kuntest ta’ SFPA, jekk, abbażi tat-talbiet għat-trasmissjoni ta’ applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11, ikun jidher li n-numru ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd jew l-ammont ta’ opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni taħt protokoll ma jintużawx kollha, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati u għandha titlobhom jikkonfermaw li mhumiex qed jagħmlu użu minn dawk l-opportunitajiet tas-sajd. In-nuqqas ta’ risposta fil-limiti tal-iskadenzi, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill mal-konklużjoni tal-SFPA, għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhumiex qed jagħmlu użu mill-opportunitajiet tas-sajd tagħhom fil-perjodu speċifiku.

3.   Wara konferma mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tevalwa t-total tal-opportunitajiet tas-sajd mhux użati u għandha tagħmel dik l-evalwazzjoni disponibbli lill-Istati Membri.

4.   L-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu mill-opportunitajiet tas-sajd mhux użati msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni lista tal-bastimenti kollha li għalihom ikollhom il-ħsieb jitolbu awtorizzazzjonijiet tas-sajd, kif ukoll it-talba għat-trasmissjoni ta’ applikazzjonijiet għal kull wieħed minn dawk il-bastimenti, f’konformità mal-Artikolu 11.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-riallokazzjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

Jekk xi Stat Membru joġġezzjona għal dik ir-riallokazzjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi dwar ir-riallokazzjoni billi tieħu kont tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, u għandha tinnotifika lill-Istati Membri kkonċernati b’dan. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 45(2).

6.   It-trasmissjoni ta’ applikazzjonijiet f’konformità ma’ dan l-Artikolu ma għandha bl-ebda mod taffettwa l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd jew l-iskambju tagħhom fost Stati Membri, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament Bażiku.

7.   Il-Kummissjoni ma għandhiex tiġi ostakolata milli tapplika l-mekkaniżmu msemmi fil-paragrafi 2 sa 5 sa meta jkunu finalizzati l-iskadenzi msemmija fil-paragrafu 2.

8.   Għar-riallokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd taħt dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tieħu kont, b’mod partikolari, ta’:

(a)

id-data meta tirċievi kull waħda mit-talbiet;

(b)

l-opportunitajiet tas-sajd li jkunu disponibbli għar-riallokazzjoni;

(c)

in-numru ta’ talbiet riċevuti;

(d)

in-numru ta’ Stati Membri li jagħmlu t-talba; u

(e)

jekk l-opportunitajiet tas-sajd ikunu bbażati kompletament jew parzjalment fuq ammonti ta’ sforz tas-sajd jew qabdiet, l-isforz tas-sajd mistenni li jintuża jew il-qabdiet mistennija li jsiru minn kull bastiment ikkonċernat.

Artikolu 48

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Diċembru 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)   ĠU C 303, 19.8.2016, p. 116.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Frar 2017 (għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Ottubru 2017 (ĠU C 390, 17.11.2017, p. 1). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2017 (għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta’ Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta’ Lulju 1994 li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE tat-8 ta’ Ġunju 1998 dwar ir-ratifika mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim sabiex jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 li għandha x’taqsam mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 14).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/428/KE tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar l-aċċettazzjoni mill-Komunità tal-Ftehim li jippromwovi l-osservanza tal-miżuri internazzjonali ta’ konservazzjoni u maniġġar minn bastimenti tas-sajd fl-ibħra internazzjonali (ĠU L 177, 16.7.1996, p. 24).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(11)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(12)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

(15)  Ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ċerti miżuri għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 34).

(16)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).


ANNESS

Lista tad-data li għandha tingħata

I

APPLIKANT

1

Isem l-operatur ekonomiku

2

Email

3

Indirizz

4

Fax

5

Tel.

6

Isem is-sid

7

Email

8

Indirizz

9

Fax

10

Tel.

11

Isem l-assoċjazzjoni jew l-aġent li jirrappreżenta lill-operatur ekonomiku

12

Email

13

Indirizz

14

Fax

15

Tel.

16

Ismijiet tal-kaptani

17

Email

18

Indirizz

19

Fax

20

Tel.


II

BASTIMENT TAS-SAJD

21

Isem il-bastiment

22

Identifikatur tal-bastiment (numru OMI, numru CFR, eċċ.)

23

Metodu ta’ preservazzjoni tal-ħut abbord

24

Tip ta’ bastiment (kodiċi FAO)

25

Tip ta’ tagħmir (kodiċi FAO)


III

KATEGORIJA TAS-SAJD LI GĦALIHA HIJA MITLUBA AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD

26

Tip ta’ awtorizzazzjoni (awtorizzazzjoni diretta; ibħra miftuħa; appoġġ)

27

Żona tas-sajd (Żona(i), Subżona(i), Diviżjoni(jiet), Subdiviżjoni(jiet) tal-FAO, kif adatt)

28

Żona tal-operazzjoni (ibħra miftuħa; pajjiż terz — speċifika)

29

Portijiet tal-ħatt l-art

30

Kodiċi(jiet) tal-FAO tal-ispeċijiet fil-mira (jew il-kategorija tas-sajd għall-SFPA)

31

Perjodu tal-awtorizzazzjoni mitlub (dati tal-bidu u tat-tmiem)

32

Lista ta’ bastimenti ta’ appoġġ (isem il-bastiment; numru OMI; numru CFR)


IV

CHARTERING

33

Bastiment li qed jopera taħt arranġament ta’ charter (Iva / Le)

34

Tip ta’ arranġament ta’ charter

35

Perjodu taċ-charter (dati tal-bidu u tat-tmiem)

36

Opportunitajiet tas-sajd (tunnellati metriċi) allokati lill-bastiment taħt charter

37

Il-pajjiż terz li jalloka l-opportunitajiet tas-sajd lill-bastiment taħt charter