ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 331

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
14 ta' Diċembru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2307 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi

1

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi

4

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2308 tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes mhux miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Chr. Hansen A/S) ( 1 )

19

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2309 tat-13 ta' Diċembru 2017 għat-twettiq ta' tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2017 minħabba sajd eċċessiv ta' stokkijiet oħrajn fis-snin ta' qabel u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345

23

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2310 tat-13 ta' Diċembru 2017 li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2018 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

36

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2311 tat-13 ta' Diċembru 2017 li jistipula l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni ta' telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2292 ( 1 )

39

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2312 tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni ta' Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa, għall-ħnienes mhux miftuma u għall-klieb (detentur tal-awtorizzazzjoni, Asahi Calpis Wellness Co. Ltd., irrappreżentat minn Asahi Calpis Wellness Co. Ltd. Europe Representative Office) ( 1 )

41

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2313 tat-13 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tal-format tal-passaport tal-pjanti għaċ-ċaqliq fit-territorju tal-Unjoni u tal-passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni u għaċ-ċaqliq f'żona protetta

44

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2314 tat-13 ta' Diċembru 2017 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2017 sat-30 ta' Novembru 2017 u li jiddeterminaw il-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

53

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta' Diċembru 2017 li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta' Stati Membri Parteċipanti

57

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2316 tat-12 ta' Diċembru 2017 li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/176/KEE li tikkonċerna l-mappi li għandhom jiġu pprovduti għan-network Animo (notifikata bid-dokument C(2017) 8316)  ( 1 )

78

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2317 tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema volontarja msejħa Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

79

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2318 tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar l-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju fl-Awstralja li japplika għas-swieq finanzjarji f'konformita mad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

81

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2319 tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar l-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju applikabbli għal boroż rikonoxxuti fir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong f'konformità mad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

87

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2320 tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar l-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju tal-Istati Uniti tal-Amerika għall-boroż nazzjonali tat-titoli u sistemi alternattivi tan-negozju skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

94

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2307

tad-9 ta' Ottubru 2017

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/436 (2), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fis-27 ta' April 2017, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

Fil-Ftehim, l-Unjoni u Repubblika taċ-Ċilì jirrikonoxxu l-ekwivalenza tar-regoli rispettivi tagħhom dwar il-produzzjoni organika u s-sistemi ta' kontroll fir-rigward tal-prodotti organiċi.

(3)

Il-Ftehim għandu l-għan li jrawwem il-kummerċ ta' prodotti organiċi, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-espansjoni tas-settur organiku fl-Unjoni u fir-Repubblika taċ-Ċili u li jikseb livell għoli ta' rispett għall-prinċipji tal-produzzjoni organika, ta' garanzija tas-sistemi ta' kontroll u ta' integrità tal-prodotti organiċi. Huwa għandu wkoll l-għan li jtejjeb il-protezzjoni tal-logos rispettivi għall-prodotti organiċi tal-Unjoni u Repubblika taċ-Ċilì u li jsaħħaħ il-kooperazzjoni regolatorja bejn il-Partijiet fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-produzzjoni organika.

(4)

Il-Kumitat Konġunt dwar il-Prodotti Organiċi (“il-Kumitat Konġunt”), stabbilit skont l-Artikolu 8(1) tal-Ftehim, jittratta ċerti aspetti tal-implimentazzjoni tal-Ftehim. B'mod partikolari, il-Kumitat Konġunt għandu s-setgħa li jemenda l-listi ta' prodotti fl-Annessi I u II tal-Ftehim. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun awtorizzata biex tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt.

(5)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tapprova, f'isem l-Unjoni, emendi għal-listi ta' prodotti fl-Annessi I u II tal-Ftehim, bil-kundizzjoni li tinforma minn qabel lir-rappreżentanti tal-Istati Membri bl-emendi li għalihom ikollha l-intenzjoni li tagħti l-approvazzjoni tagħha fil-Kumitat Konġunt u li tipprovdi lir-rappreżentanti tal-Istati Membri bl-informazzjoni rilevanti kollha li tkun wasslitha biex tikkonkludi li l-ekwivalenza tista' tiġi aċċettata.

(6)

Barra minn hekk, sabiex ikun hemm reazzjoni fil-pront fejn il-kundizzjonijiet għall-ekwivalenza ma jkunux qed jiġu sodisfatti aktar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissospendi unilateralment ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza, bil-kundizzjoni li tinforma minn qabel lir-rappreżentanti tal-Istati Membri qabel ma tagħmel dan.

(7)

Fil-każijiet fejn ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu jirrappreżentaw minoranza li timblokka joġġezzjonaw għall-pożizzjoni ppreżentata mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex titħalla tapprova emendi għal-listi ta' prodotti fl-Annessi I u II u lanqas li tissospendi r-rikonoxximent ta' ekwivalenza. F'tali każijiet, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 218(9) tat-Trattat.

(8)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

2.   It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 15 tal-Ftehim (3).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt.

Artikolu 4

L-emendi li jsiru fil-listi ta' prodotti fl-Annessi I u II tal-Ftehim skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(3) tal-Ftehim għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni.

Qabel l-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta' tali emendi, hija għandha tinforma lir-rappreżentanti tal-Istati Membri dwar il-pożizzjoni prevista tal-Unjoni billi tipprovdi dokument ta' informazzjoni li jagħti r-riżultati tal-valutazzjoni tal-ekwivalenza mwettqa fir-rigward tal-lista ta' prodotti ġdida jew aġġornata fl-Anness I jew II, inklużi:

(a)

il-lista ta' prodotti kkonċernati, flimkien ma' indikazzjoni tal-kwantitajiet previsti għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni;

(b)

ir-regoli tal-produzzjoni applikati għall-prodotti kkonċernati fir-Repubblika taċ-Ċilì, flimkien ma' indikazzjoni dwar kif tkun ġiet solvuta kwalunkwe differenza sostanzjali mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni;

(c)

jekk rilevanti, sistema ta' kontroll ġdida jew aġġornata applikata għall-prodotti kkonċernati, flimkien ma' indikazzjoni dwar kif tkun ġiet solvuta kwalunkwe differenza sostanzjali mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni;

(d)

kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa rilevanti mill-Kummissjoni.

Fejn ikun hemm numru ta' rappreżentanti ta' Stati Membri, li jirrappreżentaw minoranza li timblokka taħt it-tieni subparagrafu tal-punt (a) tal-Artikolu 238(3) tat-Trattat, li joġġezzjonaw, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta taħt l-Artikolu 218(9) tat-Trattat.

Artikolu 5

Kwalunkwe deċiżjoni mill-Unjoni biex tissospendi unilateralment, taħt l-Artikolu 3(4) u (5) tal-Ftehim, ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-liġijiet u r-regolamenti elenkati fl-Anness IV tal-Ftehim, inklużi l-verżjonijiet aġġornati u kkonsolidati ta' dawk il-liġijiet u r-regolamenti, kif imsemmi fl-Anness V tal-Ftehim, għandha tittieħed mill-Kummissjoni.

Qabel ma l-Kummissjoni tieħu tali deċiżjoni, hija għandha tinforma lir-rappreżentanti tal-Istati Membri skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2018.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

S. KIISLER


(1)  Il-Kunsens tal-14 ta' Settembru 2017 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/436 tas-6 ta' Marzu 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi (ĠU L 67, 14.3.2017, p. 33).

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/4


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

minn naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAĊ-ĊILÌ, minn hawn 'il quddiem imsejħa “iċ-Ċilì”,

min-naħa l-oħra,

kollettivament imsejħin “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU s-sħubija kummerċjali bejniethom li ilha teżisti u b'saħħitha bbażata fuq il-prinċipji komuni u l-valuri riflessi fil-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra;

DETERMINATI li jikkontribwixxu għall-iżvilupp u l-espansjoni tas-setturi organiċi tagħhom billi joħolqu opportunitajiet ġodda għall-esportazzjoni;

DETERMINATI li jrawmu l-kummerċ ta' prodotti organiċi u konvinti li dan il-Ftehim sejjer jiffaċilita l-kummerċ ta' prodotti mkabbra u manifatturati b'mod organiku bejn il-Partijiet;

FILWAQT LI JFITTXU li jiksbu livell għoli ta' rispett għall-prinċipji tal-produzzjoni organika, tal-garanzija tas-sistemi tal-kontroll u tal-integrità tal-prodotti organiċi;

IMPENJATI li jsaħħu l-kooperazzjoni regolatorja dwar kwistjonijiet relatati mal-produzzjoni organika;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza tar-reċiproċità u t-trasparenza fil-kummerċ internazzjonali għall-benefiċċju tal-partijiet ikkonċernati kollha;

FILWAQT li jżommu f'moħħhom li l-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ jinkoraġġixxi lill-Membri tad-WTO biex jikkunsidraw pożittivament li jaċċettaw bħala ekwivalenti regolamenti tekniċi ta' Membri oħrajn, anke jekk dawn ikunu differenti minn tagħhom, kemm-il darba jkunu sodisfatti li dawk ir-regolamenti jwettqu adegwatament l-għanijiet tar-regolamenti tagħhom stess;

FILWAQT LI JINNUTAW li l-kunfidenza permanenti fl-affidabbiltà kontinwa tal-proċeduri ta' valutazzjoni u tas-sistema ta' kontroll tal-Parti l-oħra hija element essenzjali ta' tali aċċettazzjoni ta' ekwivalenza;

FILWAQT LI JIBNU fuq id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom taħt il-Ftehim li jistabbilixxi d-WTO u ftehimiet u arranġamenti multilaterali, reġjonali u bilaterali oħrajn li għalihom huma Partijiet;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Skop

L-għan ta' dan il-Ftehim huwa li jitrawwem il-kummerċ tal-prodotti agrikoli u ikel magħmula b'mod organiku bejn l-Unjoni u ċ-Ċilì, skont il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u tar-reċiproċità.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ekwivalenza” tfisser il-kapaċità ta' liġijiet u regolamenti differenti, kif ukoll ta' sistemi ta' spezzjoni u ta' ċertifikazzjoni differenti, li jilħqu l-istess għanijiet;

(2)

“awtorità kompetenti” tfisser aġenzija uffiċjali li jkollha ġurisdizzjoni fuq il-liġijiet u r-regolamenti elenkati fl-Anness III jew IV u li tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(3)

“awtorità ta' kontroll” tfisser awtorità ta' Stat Membru tal-Unjoni li lilha l-awtorità rilevanti tkun ikkonferixxiet, bis-sħiħ jew b'mod parzjali, il-kompetenza tagħha għall-ispezzjonijiet jew iċ-ċertifikazzjoni fil-qasam tal-produzzjoni organika skont il-liġijiet u r-regolamenti elenkati fl-Anness III;

(4)

“korp ta' kontroll” tfisser entità privata indipendenti li twettaq spezzjonijiet u ċertifikazzjoni fil-qasam tal-produzzjoni organika skont il-liġijiet u r-regolamenti elenkati fl-Anness III jew IV.

Artikolu 3

Rikonoxximent ta' ekwivalenza

1.   Fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness I, l-Unjoni tirrikonoxxi l-liġijiet u r-regolamenti taċ-Ċilì elenkati fl-Anness IV bħala ekwivalenti għal-liġijiet u r-regolamenti tagħha elenkati fl-Anness III.

2.   Fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness II, iċ-Ċilì jirrikonoxxi l-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni elenkati fl-Anness III bħala ekwivalenti għal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu elenkati fl-Anness IV.

3.   Fil-każ ta' modifika, revoka jew sostituzzjoni ta', jew żieda ma', il-liġijiet u r-regolamenti elenkati fl-Anness III jew IV, ir-regoli l-ġodda għandhom jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għar-regoli tal-Parti l-oħra sakemm il-Parti l-oħra ma toġġezzjonax skont il-proċeura stipulata fil-paragrafu 4.

4.   Jekk Parti tikkunsidra li l-liġijiet, regolamenti jew proċeduri amministrattivi u l-prattiki tal-Parti l-oħra ma jibqgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-ekwivalenza, hija għandha toħroġ talba raġunata lill-Parti l-oħra biex temenda l-liġi, ir-regolament jew il-proċedura jew prattika amministrattiva rilevanti u tipprovdi qafas ta' żmien adegwat, li m'għandux ikun ta' inqas minn tliet xhur, biex tiġi żgurata l-ekwivalenza. Jekk, wara l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parti kkonċernata tkun għadha tqis li r-rekwiżiti għall-ekwivalenza ma ġewx sodisfatti, din tista' tissospendi b'mod unilaterali r-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-liġijiet u r-regolamenti elenkati fl-Anness III jew IV fir-rigward tal-prodotti rilevanti elenkati fl-Anness I jew II.

5.   Tista' tittieħed ukoll deċiżjoni li jiġi sospiż unilateralment ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-liġijiet u r-regolamenti elenkati fl-Anness III jew IV fir-rigward tal-prodotti rilevanti elenkati fl-Anness I jew II, wara l-iskadenza ta' perjodu ta' avviż ta' tliet xhur, meta Parti waħda ma tkunx ipprovdiet l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 6 jew ma taqbilx dwar reviżjoni bejn il-pari taħt l-Artikolu 7.

6.   Fir-rigward ta' prodotti mhux elenkati fl-Anness I jew II, u skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(3), l-ekwivalenza għandha tiġi eżaminata fuq talba ta' Parti waħda mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 8(1).

Artikolu 4

L-importazzjoni u t-tqegħid fis-suq

1.   L-Unjoni għandha taċċetta l-importazzjoni fit-territorju tagħha, u t-tqegħid fis-suq bħala prodotti organiċi, tal-prodotti elenkati fl-Anness I, sakemm dawk il-prodotti huma konformi mal-liġijiet u mar-regolamenti taċ-Ċilì elenkati fl-Anness IV u huma akkumpanjati minn ċertifikat ta' spezzjoni, kif previst fl-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi, maħruġ minn korp ta' kontroll rikonoxxut miċ-Ċilì u indikat lill-Unjoni taħt il-paragrafu 3.

2.   Iċ-Ċilì għandu jaċċetta l-importazzjoni fit-territorju tiegħu, u t-tqegħid fis-suq bħala prodotti organiċi, tal-prodotti elenkati fl-Anness II, sakemm dawk il-prodotti huma konformi mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Unjoni elenkati fl-Anness III u huma akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ minn awtorità ta' kontroll jew korp ta' kontroll tal-Unjoni skont ir-Riżoluzzjoni Nru 7880 tad-Direttorat Nazzjonali tas-Servizz Agrikolu u t-Trobbija tal-Annimali, tad-29 ta' Novembru 2011, li jistabbilixxi l-kontenut minimu għaċ-ċertifikati tal-agrikoltura organika, fil-qafas tal-Liġi 20.089.

3.   Kull Parti tirrikonoxxi lill-awtoritajiet ta' kontroll jew lill-korpi ta' kontroll indikati mill-Parti l-oħra bħala responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli rilevanti fir-rigward ta' prodotti organiċi koperti mir-rikonoxximent ta' ekwivalenza kif imsemmi fl-Artikolu 3 u għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' spezzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu bil-għan li jiġu importati u mqiegħda fis-suq fit-territorju tal-Parti l-oħra.

Il-Parti importatriċi, b'kooperazzjoni mal-Parti l-oħra, għandha tassenja kodiċijiet numeriċi lil kull awtorità ta' kontroll u korp ta' kontroll rilevanti indikati mill-Parti l-oħra.

Artikolu 5

Tikkettar

1.   Prodotti importati minn Parti waħda mill-Parti l-oħra skont dan il-Ftehim għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar it-tikkettar stipulati fil-liġijiet u fir-regolamenti tal-Parti l-oħra elenkati fl-Annessi III u IV. Dawk il-prodotti jista' jkollhom il-logo organiku tal-Unjoni, il-logo organiku taċ-Ċilì jew iż-żewġ logos, kif stipulat fil-liġijiet u fir-regolamenti rilevanti, sakemm jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tikkettar għal-logo rispettiv jew għaż-żewġ logos.

2.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom biex jiġi evitat kwalunkwe użu ħażin tat-termini li jirreferu għall-produzzjoni organika, inklużi derivattivi jew diminuttivi bħal “bijo” u “eko”, fir-rigward ta' prodotti li huma koperti mir-rikonoxximent tal-ekwivalenza msemmi fl-Artikolu 3.

3.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jipproteġu l-logo organiku tal-Unjoni u l-logo organiku taċ-Ċilì stipulati fil-liġijiet u fir-regolamenti rilevanti kontra kwalunkwe użu ħażin jew imitazzjoni. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-logo organiku tal-Unjoni u l-logo organiku taċ-Ċilì jintużaw biss għat-tikkettar, għar-reklamar jew għad-dokumenti kummerċjali ta' prodotti li jikkonformaw mal-liġijiet u mar-regolamenti elenkati fl-Annessi III u IV.

Artikolu 6

Skambju ta' informazzjoni

Il-Partijiet għandhom iwettqu skambji tat-tagħrif rilevanti kollu li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. B'mod partikolari, sal-31 ta' Marzu tat-tieni sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, u sussegwentement sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, kull Parti għandha tibgħat lill-oħra:

rapport li jkun fih informazzjoni fir-rigward tat-tipi u l-kwantitajiet ta' prodotti organiċi esportati taħt dan il-Ftehim, li jkopri l-perjodu minn Jannar sa Diċembru tas-sena ta' qabel; kif ukoll

rapport dwar l-attivitajiet ta' monitoraġġ u ta' superviżjoni mwettqa mill-awtorità kompetenti, ir-riżultati miksuba u l-miżuri korrettivi meħuda, li jkopri l-perjodu minn Jannar sa Diċembru tas-sena ta' qabel.

Fi kwalunkwe ħin, kull Parti għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parti l-oħra dwar:

kwalunkwe aġġornament tal-lista tal-awtoritajiet kompetenti, awtoritajiet ta' kontroll u korpi ta' kontroll tagħhom, inklużi d-dettalji rilevanti tal-kuntatt (b'mod partikolari l-indirizz u l-indirizz tal-Internet);

kwalunkwe bidliet jew revoki li tkun beħsiebha twettaq fir-rigward ta' liġijiet jew regolamenti elenkati fl-Annessi III u IV, kwalunkwe proposti għal liġijiet jew regolamenti ġodda jew kwalunkwe bidliet rilevanti fi proċeduri u prattiki amministrattivi relatati ma' prodotti organiċi elenkati fl-Annessi I u II;

kwalunkwe bidliet jew revoki li adottat għal liġijiet jew regolamenti elenkati fl-Annessi III u IV, kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida jew bidliet rilevanti fi proċeduri u prattiki amministrattivi relatati ma' prodotti organiċi elenkati fl-Annessi I u II; kif ukoll dwar

kwalunkwe bidliet fl-indirizzi tal-Internet stabbiliti fl-Anness V.

Artikolu 7

Reviżjonijiet bejn il-pari

1.   Wara avviż bil-quddiem ta' mill-inqas tliet xhur, kull Parti għandha tippermetti lill-uffiċjali jew esperti nominati mill-Parti l-oħra jwettqu reviżjonijiet bejn il-pari fit-territorju tagħha biex tivverifika li l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll rilevanti jkunu qed iwettqu l-kontrolli meħtieġa taħt dan il-Ftehim.

2.   Kull Parti għandha tikkoopera ma', u tassisti lil, il-Parti l-oħra, safejn huwa permess skont il-liġi applikabbli, fit-twettiq tar-reviżjonijiet bejn il-pari msemmija fil-paragrafu 1, li jistgħu jinkludu żjarat f'uffiċċji tal-awtoritajiet ta' kontroll u tal-korpi ta' kontroll rilevanti, ta' faċilitajiet tal-ipproċessar u ta' operaturi ċertifikati.

Artikolu 8

Kumitat Konġunt dwar il-Prodotti Organiċi

1.   Il-Partijiet b'dan jistabbilixxu Kumitat Konġunt dwar il-Prodotti Organiċi (“il-Kumitat Konġunt”) magħmul minn rappreżentanti, maħturin kif xieraq, tal-Unjoni, minn naħa waħda, u tal-Gvern taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra.

2.   Għandhom isiru konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt sabiex l-implimentazzjoni tiġi faċilitata u biex l-għan ta' dan il-Ftehim jitmexxa 'l-quddiem.

3.   Il-funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu li:

(a)

jimmaniġġja dan il-Ftehim, billi jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-funzjonament tajjeb tiegħu;

(b)

jeżamina kwalunkwe talba minn Parti waħda biex jaġġorna, jew jestendi għal prodotti ġodda, il-lista ta' prodotti fl-Anness I jew II u li jadotta deċiżjoni biex jimmodifika l-Anness I jew II jekk l-ekwivalenza tkun rikonoxxuta mill-Parti l-oħra;

(c)

jsaħħaħ il-kooperazzjoni dwar il-liġijiet, ir-regolamenti, l-istandards u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità fir-rigward tal-produzzjoni organika, li għaliha għandu jiddiskuti kwalunkwe kwistjoni teknika jew regolatorja oħra relatata mar-regoli tal-produzzjoni organika u mas-sistemi ta' kontroll bil-ħsieb li tiżdied il-konverġenza bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u l-istandards;

(d)

jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni oħra fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

4.   Il-Partijiet għandhom, skont il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom, jimplimentaw id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt taħt il-punt (b) tal-paragrafu 3 u jinfurmaw lil xulxin b'dan fi żmien tliet xhur mid-data tal-adozzjoni tagħhom (1).

5.   Il-Kumitat Konġunt għandu jopera permezz ta' konsensus. Għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Jista' jistabbilixxi sottokumitati u gruppi ta' ħidma biex jittrattaw kwistjonijiet speċifiċi.

6.   Il-Kumitat Konġunt għandu jinforma lill-Kumitat dwar Standards, Regolamenti Tekniċi u Stima ta' Konformità stabbilit fl-Artikolu 88 tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, dwar id-deċiżjonijiet u x-xogħol tiegħu.

7.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' darba f'sena, fl-Unjoni u fiċ-Ċilì b'mod alternat, f'data li dwarha jsir qbil reċiprokament. Jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu, tista' ssir laqgħa tal-Kumitat Konġunt permezz ta' vidjo jew telekonferenza.

8.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiġi kopresedut miż-żewġ Partijiet.

Artikolu 9

Soluzzjoni ta' tilwim

Kwalunkwe tilwima dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tiġi riżolta permezz ta' konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt. Il-Partijiet għandhom jippreżentaw lill-Kumitat Konġunt l-informazzjoni rilevanti meħtieġa għal eżami bir-reqqa tal-kwistjoni, bil-għan li tiġi riżolta t-tilwima.

Artikolu 10

Kunfidenzjalità

Ir-rappreżentanti, esperti u aġenti oħra tal-Partijiet għandhom ikunu meħtieġa, anke wara li jkunu temmew id-doveri tagħhom, li ma jiżvelaw ebda tagħrif miksub fil-qafas ta' dan il-Ftehim li jkun kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali.

Artikolu 11

Reviżjoni

1.   Fejn xi waħda mill-Partijiet tfittex li ssir reviżjoni ta' dan il-Ftehim, għandha tissottometti talba raġunata lill-Parti l-oħra.

2.   Il-Partijiet jistgħu jafdaw lill-Kumitat Konġunt bil-kompitu li jikkunsidra kwalunkwe tali talba u, jekk xieraq, li jagħmel rakkomandazzjonijiet, b'mod partikolari bil-għan li jinfetħu negozjati fuq partijiet ta' dan il-Ftehim li ma jistgħux jinbidlu skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(3).

Artikolu 12

Implimentazzjoni tal-Ftehim

Il-Partijiet għandhom jieħdu l-passi kollha, kemm jekk ġenerali kif ukoll jekk speċifiċi, biex jiżguraw il-konformità mal-obbligi taħt dan il-Ftehim. Huma għandhom jastjenu minn kwalunkwe miżura li tkun tista' tipperikola t-twettiq tal-għan ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 13

Annessi

L-Annessi ta' dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.

Artikolu 14

Kamp ta' applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom jiġi applikat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju taċ-Ċilì.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ u tul ta' żmien

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara l-aħħar notifika tat-tlestija tal-proċeduri interni meħtieġa minn kull Parti.

Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizjali ta' tliet snin. Huwa jiġi mġedded indefinittivament sakemm l-Unjoni jew iċ-Ċilì ma jinnotifikawx lill-Parti l-oħra b'oġġezzjoni tagħhom għal tali tiġdid qabel jiskadi l-perjodu inizjali.

Kwalunkwe Parti tista' tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li tiddenunzja dan il-Ftehim. Id-denunzja għandha ssir effettiva tliet xhur wara n-notifika.

Artikolu 16

Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa ffirmat f'żewġ eżemplari bl-Ingliż u bl-Ispanjol, b'kull test ikun ugwalment awtentiku.

Magħmul fi Brussell fis-sebgħa u għoxrin jum ta' April tas-sena elfejn u sbatax.

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċilì


(1)  Iċ-Ċilì għandu jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt permezz tal-Acuerdos de Ejecución, skont l-Artikolu 54, punt 1, ir-raba' paragrafu tal-Kostituzzjoni Politika tar-Repubblika taċ-Ċilì (Constitución Política de la República de Chile).


ANNESS I

Prodotti organiċi miċ-Ċilì li għalihom l-Unjoni tirrikonoxxi l-ekwivalenza

Kodiċi u deskrizzjoni tan-nomenklatura tas-SistemaArmonizzata

Kummenti

0409

Għasel naturali

 

06

SIĠAR ĦAJJIN U XTIELI OĦRA; BASAL, GĦERUQ U BĦALHOM; FJURI MAQTUGĦIN U WERAQ ORNAMENTALI

 

Il-kodiċijiet li ġejjin ta' dan il-kapitolu huma inklużi biss jekk mhux ipproċessati

 

0603

Fjuri maqtugħin u blanzuni ta' fjuri ta' tip adatti għal bukketti u għal għanijiet ornamentali, friski, nixfin, miżbugħin, ibbliċjati, mimlijin jew ippreparati mod ieħor

 

0603 90

Oħrajn

 

0604

Weraq, friegħi u partijiet oħrajn ta' pjanti, mingħajr fjuri jew blanzuni, u ħaxix, ħażiż u likeni, li huma oġġetti adattati għal bukketti jew għal għanijiet ornamentali, friski, nixfin, miżbugħin, ibbliċjati, mimlijin jew ippreparati mod ieħor

 

0604 90

Oħrajn

 

07

VEĠETALI U ĊERTI GĦERUQ U TUBERI TAJBIN GĦALL-IKEL

 

08

FROTT U ĠEWŻ TAJBIN GĦALL-IKEL; QOXRA TAL-FROTT TAĊ-ĊITRU JEW BETTIEĦ

 

09

KAFÈ, TE, MATÈ* U ĦWAWAR

* Esklużi

10

ĊEREALI

 

11

PRODOTTI TAL-INDUSTRIJA TAT-TĦIN; XGĦIR; LAMTI; INULINA; GLUTINA TAL-QAMĦ

 

12

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT OLEAĠINUŻ; QMUĦ VARJI, ŻRIERAGĦ U FROTT; PJANTI INDUSTRIJALI JEW MEDIĊINALI; TIBEN U MAGĦLEF

 

Il-kodiċi li ġejjin ta' dan il-kapitolu huma esklużi jew limitati:

 

1211

Pjanti u partijiet tagħhom (inklużi żerriegħa u frott), ta' kwalità użata l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta' insettiċidi, funġiċidi jew għal għanijiet simili oħrajn, friski jew imnixxfin, maqtugħin jew le, misħuqin jew trab

Inklużi biss jekk mhux ipproċessati jew jekk ipproċessati għall-użu bħala ikel

1212 21

Alka tal-baħar u alki oħrajn

Esklużi

1212 21

Tajbin għall-konsum uman

Esklużi

1212 29

Oħrajn

Esklużi

13

GOMMALAKKA; GOMOM, RAŻI, U LINEF U ESTRATTI VEĠETALI OĦRAJN

 

Il-kodiċi li ġejjin ta' dan il-kapitolu huma esklużi jew limitati:

 

1301

Gommalakka; gomom naturali, rażi, rażi tal-gomma u oleoreżini (pereżempju, balzmi)

Esklużi

1302

Linef u estratti veġetali; sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati; agar-agar u muċilaġni u materjali li jgħaqqdu oħrajn, kemm jekk modifikati kif ukoll jekk le, li ġejjin minn prodotti veġetali

Inklużi biss jekk ipproċessati għall-użu bħala ikel

1302 11

Loppju

Esklużi

1302 19

Oħrajn

Esklużi

14

MATERJALI VEĠETALI TAT-TRIZZA; PRODOTTI VEĠETALI LI MHUMIEX IMSEMMIJIN JEW INKLUŻI BAND'OĦRA

 

15

XAĦMIJIET U ŻJUT TA' ANNIMALI JEW ĦXEJJEX U PRODOTTI MILL-QSIM TAGĦHOM; XAĦMIJIET IPPREPARATI TAJBIN GĦALL-IKEL; XEMGĦAT TA' ANNIMALI JEW ĦXEJJEX

 

Il-kodiċi li ġejjin ta' dan il-kapitolu huma esklużi jew limitati:

 

1501

Xaħam tal-majjal (inkluż lardu) u xaħam tat-tjur, minbarra dak tal-intestatura 0209 jew 1503

Inklużi biss jekk ipproċessati għall-użu bħala ikel

1502

Xaħmijiet ta' annimali bovini, nagħaġ jew mogħoż, minbarra dawk tal-intestatura 1503

Inklużi biss jekk ipproċessati għall-użu bħala ikel

1503

Stearina tax-xaħam, żejt tax-xaħam, oleostearina, żejt oleo u żejt tax-xaħam ta' dam, mhux emulsifikati jew imħallta jew ippreparati mod ieħor

Inklużi biss jekk ipproċessati għall-użu bħala ikel

1505

Xaħam tas-suf u sustanzi xaħmija li ġejjin minnu (inkluża l-lanolina)

Esklużi

1506

Xaħam u żjut oħrajn ta' annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

Esklużi

1515 30

Żejt ir-riġnu u l-frazzjonijiet tiegħu

Esklużi

1515 90

Oħrajn

Għal dan is-sottokapitolu, iż-żejt tal-ġoġoba huwa eskluż. Prodotti oħra huma inklużi biss jekk ipproċessati għall-użu bħala ikel.

1516 20

Xaħmijiet u żjut ta' veġetali u l-frazzjonijiet tagħhom

Inklużi biss jekk ipproċessati għall-użu bħala ikel

1518

Żjut u xaħmijiet tal-annimali u veġetali u l-frazzjonijiet tagħhom, mgħollija, ossidati, deidratati, kubritizzati, imneffħa, polimerizzati bis-sħana f'vakwu jew f'gass inerti jew immodifikati kimikament b'mod ieħor, minbarra dawk tal-intestatura 1516 ; taħlitiet jew preparazzjonijiet li ma jittiklux ta' xaħmijiet u żjut tal-annimali jew veġetali jew ta' frazzjonijiet ta' diversi xaħmijiet u żjut ta' dan il-kapitolu, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra

Esklużi

1520

Gliċerina, grezza; ilmijiet tal-gliċerol u lissiji tal-gliċerol

Esklużi

1521

Xemgħat veġetali (minbarra t-trigliċeridi), xema' tan-naħal, xemgħat ta' insetti oħrajn u spermaċeti, kemm jekk raffinati jew ikkuluriti kif ukoll jekk le

Esklużi ħlief għal xemgħat veġetali jekk ipproċessati għall-użu bħala ikel

17

ZOKKOR U ĦELU TAZ-ZOKKOR

 

18

KAWKAW U PREPARAZZJONIJIET TAL-KAWKAW

 

19

PREPARATI TAĊ-ĊEREALI, DQIQ, LAMTU JEW ĦALIB; PRODOTTI TAL-FURNARA

 

20

PREPARAZZJONIJIET TA' ĦXEJJEX, FROTT, ĠEWŻ U PARTIJIET OĦRAJN TA' PJANTI

 

21

PREPARAZZJONIJIET DIVERSI TAJBIN GĦALL-IKEL

 

22

XORB, SPIRTI U ĦALL

 

Il-kodiċi li ġejjin ta' dan il-kapitolu huma esklużi jew limitati:

 

2201

Ilmijiet, inkluż ilmijiet minerali naturali jew artifiċjali u ilmijiet effervexxenti, li ma fihomx zokkor miżjud jew materjal ieħor ta' ħlewwa u lanqas togħmiet; silġ u borra

Esklużi

2202

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawrin, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, mhux meraq tal-frott jew tal-ħxejjex ta' titlu 2009

Esklużi

2208

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż

Inklużi biss jekk ipproċessati minn prodotti agrikoli, għall-użu bħala ikel

3301

Żjut essenzjali (mingħajr terpene jew bit-terpene), inklużi l-konkreti u l-assoluti; reżinojdi; oleoreżini estratti; konċentrati ta' żjut essenzjali fix-xaħam, fi żjut fissi, fix-xemgħa jew hekk, magħmulin permezz ta' enfleurage jew maċerazzjoni; prodotti sekondarji terpeniċi tad-deterpenazzjoni ta' żjut essenzjali; distillati ta' ilma u soluzzjonijiet ta' ilma ta' żjut essenzjali

Inklużi biss jekk użati għall-ikel

Il-kundizzjonijiet:

Prodotti organiċi elenkati f'dan l-Anness għandhom ikunu prodotti agrikoli mhux ipproċessati fiċ-Ċilì u prodotti agrikoli ipproċessati għall-użu bħala ikel li ġew ipproċessati fiċ-Ċilì b'ingredjenti mkabbra b'mod organiku li ġew prodotti fiċ-Ċilì jew li ġew importati fiċ-Ċilì jew mill-Unjoni jew minn pajjiż terz fil-qafas ta' reġim li huwa rikonoxxut bħala ekwivalenti mill-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91.


ANNESS II

Prodotti organiċi mill-Unjoni li għalihom iċ-Ċilì jirrikonoxxi l-ekwivalenza

Kodiċi u deskrizzjoni tan-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata

Kummenti

01

ANNIMALI ĦAJJIN

Il-prodotti tal-kaċċa u s-sajd ta' annimali salvaġġi ma' għandhomx jiġu kkunsidrati bħala produzzjoni organika.

02

LAĦAM U ĠEWWIENI LI JITTIEKEL

Laħam u fdalijiet tal-laħam li jittieklu mill-kaċċa u s-sajd ta' annimali selvaġġi huma esklużi.

03

ĦUT U KRUSTAĊJI, MOLLUSKI U INVERTEBRATI AKKWATIĊI OĦRAJN

Is-sajd ta' annimali selvaġġi huwa eskluż.

04

PRODOTTI TAL-ĦALIB; BAJD TAT-TJUR; GĦASEL NATURALI; PRODOTTI TAJBIN GĦALL-IKEL ĠEJJIN MINN ANNIMALI, LI MHUMIEX IMSEMMIJIN JEW INKLUŻI BAND'OĦRA

 

05

PRODOTTI ĠEJJIN MILL-ANNIMALI LI MHUMIEX SPEĊIFIKATI JEW INKLUŻI BAND'OĦRA

 

Il-kodiċijiet li ġejjin ta' dan il-kapitolu huma esklużi:

 

0501

Xagħar uman, mhux maħdum, kemm jekk maħsul u mnaddaf u kemm jekk le; skart ta' xagħar uman

 

0502

Lanżit u xagħar tal-ħnieżer, majjali tas-simna (hogs) jew ċingjali; ix-xagħar tal-baġer u xagħar ieħor li bih jagħmlu l-ixkupilji; l-iskart ta' lanżit jew xagħar ta' din ix-xorta

 

0502 10

Lanżit u xagħar tal-ħnieżer, ħnieżer imsewwija jew ħnieżer selvaġġi u skart tagħhom

 

0502 90

Oħrajn

 

0505

Ġlud u partijiet oħrajn minn għasafar, bir-rix, rix u bċejjeċ tar-rix (kemm bit-trufijiet mirqumin kif ukoll le), mhux maħdumin aktar minn imnaddfin, disinfettati jew trattati għall-preservazzjoni; trab u skart tar-rix jew partijiet tar-rix

 

0506

Għadam u ċ-ċentru tal-qrun, mhux maħdumin, bix-xaħam imneħħi, sempliċiment ippreparati (iżda mhux maqtugħin f'għamla), trattati bl-aċtu jew deġelatinizzati; trab u skart ta' dawn il-prodotti

 

0507

Ivorju, qoxra tal-fekruna, (għadma tal-) baliena u xagħar tal-baliena, qran, qran imsaġġra, qawqab, dwiefer, dwiefer tal-annimali u mnaqar, li mhumiex maħduma jew li huma sempliċement imħejjija imma ma humiex maqtugħa f'xi forma; trab u skart ta' dawn il-prodotti

 

0510

Ambra griża, kastorew, żibett u misk; kantaridi; bili, niexfa jew le; glandoli u prodotti oħrajn tal-annimali użati fil-preparazzjoni ta' prodotti farmaċewtiċi, friski, imkessħa, iffriżati jew ippreservati provviżorjament mod ieħor

 

0511 91

Oħrajn

 

0511 99

Sponoż naturali ġejjin minn annimali

 

06

SIĠAR ĦAJJIN U XTIELI OĦRA; BASAL, GĦERUQ U BĦALHOM; FJURI MAQTUGĦIN U WERAQ ORNAMENTALI

 

Il-kodiċijiet li ġejjin ta' dan il-kapitolu huma inklużi biss jekk mhux ipproċessati:

 

0603

Fjuri maqtugħin u blanzuni ta' fjuri ta' tip adatti għal bukketti u għal għanijiet ornamentali, friski, nixfin, miżbugħin, ibbliċjati, mimlijin jew ippreparati mod ieħor

 

0603 90

Oħrajn

 

0604

Weraq, friegħi u partijiet oħrajn ta' pjanti, mingħajr fjuri jew blanzuni, u ħaxix, ħażiż u likeni, li huma oġġetti adattati għal bukketti jew għal għanijiet ornamentali, friski, nixfin, miżbugħin, ibbliċjati, mimlijin jew ippreparati mod ieħor

 

0604 90

Oħrajn

 

07

VEĠETALI U ĊERTI GĦERUQ U TUBERI TAJBIN GĦALL-IKEL

 

08

FROTT U ĠEWŻ TAJBIN GĦALL-IKEL; QOXRA TAL-FROTT TAĊ-ĊITRU JEW BETTIEĦ

 

09

KAFÈ, TE, MATÈ* U ĦWAWAR

* Eskluż

10

ĊEREALI

 

11

PRODOTTI TAL-INDUSTRIJA TAT-TĦIN; XGĦIR; LAMTI; INULINA; GLUTINA TAL-QAMĦ

 

12

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT OLEAĠINUŻ; QMUĦ VARJI, ŻRIERAGĦ U FROTT; PJANTI INDUSTRIJALI JEW MEDIĊINALI; TIBEN U MAGĦLEF

 

Il-kodiċi li ġejjin ta' dan il-kapitolu huma esklużi jew limitati:

 

1211

Pjanti u partijiet tagħhom (inklużi żerriegħa u frott), ta' kwalità użata l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta' insettiċidi, funġiċidi jew għal għanijiet simili oħrajn, friski jew imnixxfin, maqtugħin jew le, misħuqin jew trab

Inklużi biss jekk mhux ipproċessati jew ipproċessati għall-użu bħala ikel jew għalf

13

GOMMALAKKA; GOMOM, RAŻI, U LINEF U ESTRATTI VEĠETALI OĦRAJN

 

Il-kodiċi li ġejjin ta' dan il-kapitolu huma esklużi jew limitati:

 

1301

Gommalakka; gomom naturali, rażi, rażi tal-gomma u oleoreżini (pereżempju, balzmi)

Esklużi

1302

Linef u estratti veġetali; sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati; agar-agar u muċilaġni u materjali li jgħaqqdu oħrajn, kemm jekk modifikati kif ukoll jekk le, li ġejjin minn prodotti veġetali

Inklużi biss jekk ipproċessati għall-użu bħala ikel jew għalf

1302 11

Loppju

Esklużi

1302 19

Oħrajn

Esklużi

14

MATERJALI VEĠETALI TAT-TRIZZA; PRODOTTI VEĠETALI LI MHUMIEX IMSEMMIJIN JEW INKLUŻI BAND'OĦRA

 

15

XAĦMIJIET U ŻJUT TA' ANNIMALI JEW ĦXEJJEX U PRODOTTI MILL-QSIM TAGĦHOM; XAĦMIJIET IPPREPARATI TAJBIN GĦALL-IKEL; XEMGĦAT TA' ANNIMALI JEW ĦXEJJEX

 

Il-kodiċi li ġejjin ta' dan il-kapitolu huma esklużi jew limitati:

 

1501

Xaħam tal-majjal (inkluż lardu) u xaħam tat-tjur, minbarra dak tal-intestatura 0209 jew 1503

Inklużi biss jekk ipproċessati għall-użu bħala ikel jew għalf

1502

Xaħmijiet ta' annimali bovini, nagħaġ jew mogħoż, minbarra dawk tal-intestatura 1503

Inklużi biss jekk ipproċessati għall-użu bħala ikel jew għalf

1503

Stearina tax-xaħam, żejt tax-xaħam, oleostearina, żejt oleo u żejt tax-xaħam ta' dam, mhux emulsifikati jew imħallta jew ippreparati mod ieħor.

Inklużi biss jekk ipproċessati għall-użu bħala ikel jew għalf

1505

Xaħam tas-suf u sustanzi xaħmija li ġejjin minnu (inkluża l-lanolina)

Esklużi

1506

Xaħam u żjut oħrajn ta' annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

Esklużi

1515 30

Żejt ir-riġnu u l-frazzjonijiet tiegħu

Esklużi

1515 90

Oħrajn

Għal dan is-sottokapitolu, iż-żejt tal-ġoġoba huwa eskluż. Prodotti oħrajn huma esklużi biss jekk ipproċessati għall-użu bħala ikel jew għalf.

1520

Gliċerina, grezza; ilmijiet tal-gliċerol u lissiji tal-gliċerol

Inkluż biss jekk ipproċessati għall-użu bħala ikel jew għalf.

1521

Xemgħat veġetali (minbarra t-trigliċeridi), xema' tan-naħal, xemgħat ta' insetti oħrajn u spermaċeti, kemm jekk raffinati jew ikkuluriti kif ukoll jekk le

Xemgħat veġetali inklużi biss jekk ipproċessati għall-użu bħala ikel jew għalf

16

PREPARAZZJONIJIET TA' LAĦAM, TA' ĦUT JEW TA' KRUSTAĊEJ, MOLLUSKI JEW INVERTEBRATI AKKWATIĊI OĦRAJN

 

17

ZOKKOR U ĦELU TAZ-ZOKKOR

 

18

KAWKAW U PREPARAZZJONIJIET TAL-KAWKAW

 

19

PREPARATI TAĊ-ĊEREALI, DQIQ, LAMTU JEW ĦALIB; PRODOTTI TAL-FURNARA

 

20

PREPARAZZJONIJIET TA' ĦXEJJEX, FROTT, ĠEWŻ U PARTIJIET OĦRAJN TA' PJANTI

 

21

PREPARAZZJONIJIET DIVERSI TAJBIN GĦALL-IKEL

 

22

XORB, SPIRTI U ĦALL

 

Il-kodiċi li ġejjin ta' dan il-kapitolu huma esklużi jew limitati:

 

2201

Ilmijiet, inkluż ilma minerali naturali jew artifiċjali u ilma ggassjat, li ma fihx zokkor miżjud jew materjal ieħor ta' ħlewwa u lanqas togħmiet; silġ u borra

Esklużi

2202

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawrin, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, mhux meraq tal-frott jew tal-ħxejjex ta' titlu 2009

Esklużi

2208

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż

Inklużi biss jekk ipproċessati minn prodotti agrikoli, għall-użu bħala ikel

23

FDAL U SKART MILL-INDUSTRIJA TAL-IKEL; GĦALF TAL-ANNIMALI PPREPARAT

 

Il-kodiċi li ġej ta' dan il-kapitolu huwa limitat:

 

2307

Fond tal-inbid; argol

L-argol huwa eskluż

3301

Żjut essenzjali (mingħajr terpene jew bit-terpene), inklużi l-konkreti u l-assoluti; reżinojdi; oleoreżini estratti; konċentrati ta' żjut essenzjali fix-xaħam, fi żjut fissi, fix-xemgħa jew hekk, magħmulin permezz ta' enfleurage jew maċerazzjoni; prodotti sekondarji terpeniċi tad-deterpenazzjoni ta' żjut essenzjali; distillati ta' ilma u soluzzjonijiet ta' ilma ta' żjut essenzjali

Inklużi biss jekk użati għall-ikel

45

SUFRA U OĠĠETTI TA' SUFRA

Inklużi biss jekk mhux ipproċessati

53

FIBRI TESSILI VEĠETALI OĦRAJN; ĦJUT TAL-KARTI U DRAPP MINSUĠ MILL-ĦJUT TAL-KARTI

Inklużi biss jekk mhux ipproċessati

Il-kundizzjonijiet:

Il-prodotti organiċi elenkati f'dan l-Anness għandhom ikunu prodotti agrikoli mhux ipproċessati u pproċessati li jiġu prodotti jew ipproċessati fl-Unjoni.


ANNESS III

Leġiżlazzjoni organika applikabbli fl-Unjoni

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/2013.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku, kif emendat l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2014.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi, kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/931.


ANNESS IV

Leġiżlazzjoni organika applikabbli fiċ-Ċilì

Il-Liġi 20.089 tas-17 ta' Jannar 2006, li toħloq Sistema ta' Ċertifikazzjoni Nazzjonali għall-Prodotti Organiċi Agrikoli.

Id-Digriet Nru 03 tad-29 ta' Jannar 2016, tal-Ministeru tal-Agrikoltura, li japprova r-Regolament tal-Liġi 20.089 li joħloq Sistema ta' Ċertifikazzjoni Nazzjonali għall-Prodotti Organiċi Agrikoli.

Id-Digriet Nru 02 tat-22 ta' Jannar 2016, tal-Ministeru tal-Agrikoltura, li japprova r-Regoli Tekniċi tal-Liġi 20.089 li toħloq Sistema ta' Ċertifikazzjoni Nazzjonali għall-Prodotti Organiċi Agrikoli.

Ir-Riżoluzzjoni Nru 569 tad-Direttorat Nazzjonali tas-Servizz Agrikolu u tat-Trobbija tal-Annimali, tas-7 ta' Frar 2007, li jistabbilixxi l-istandards għar-reġistrazzjoni tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti organiċi.

Ir-Riżoluzzjoni Nru 1110 tad-Direttorat Nazzjonali tas-Servizz Agrikolu u tat-Trobbija tal-Annimali, tal-4 ta' Marzu 2008, li japprova t-tikketta uffiċjali għall-prodotti organiċi u ekwivalenti tagħhom.

Ir-Riżoluzzjoni Nru 7880 tad-Direttorat Nazzjonali tas-Servizz Agrikolu u tat-Trobbija tal-Annimali, tad-29 ta' Novembru 2011, li jistabbilixxi l-kontenut minimu għaċ-ċertifikati agrikoli organiċi, fil-qafas tal-Liġi 20.089.


ANNESS V

Indirizzi tal-Internet fejn jistgħu jiġu kkonsultati l-liġijiet u r-regolamenti elenkati fl-Annessi III u IV inklużi kwalunkwe modifika, revoka, sostituzzjoni jew żieda, kif ukoll verżjonijiet konsolidati, u kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida għal prodotti li ġew elenkati fl-Annessi I u II skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(3):

L-Unjoni:

http://eur-lex.europa.eu

Iċ-Ċilì:

http://www.sag.gob.cl/ambitos-de-accion/certificacion-de-productos-organicos-agricolas/132/normativas


REGOLAMENTI

14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2308

tat-13 ta' Diċembru 2017

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes mhux miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Chr. Hansen A/S)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-preparat ta' Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) kien awtorizzat bla limitu ta' żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf, għall-ħnieżer tat-tismin u għall-ħnienes bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 (3). Għaldaqstant, dak il-preparat iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dan il-preparat kien awtorizzat għal għaxar snin għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer tas-simna, għall-ħnieżer nisa, għall-għoġġiela għat-trobbija u għad-dundjani għat-tismin bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/447 (4).

(3)

B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-preparat ta' Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes. L-applikazzjoni kienet ukoll għall-valutazzjoni ta' dan il-preparat għal użu ġdid fl-ilma tax-xorb. L-applikant talab li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-12 ta' Lulju 2016 (5), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparat ta' Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) ma għandux effett avvers fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-awtorità qieset li l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb iż-żieda fil-piż tal-ħnienes mhux miftuma meta jintuża fl-għalf jew fl-ilma tax-xorb. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparat ta' Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dak il-preparat jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, huwa awtorizzat bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 tas-16 ta' Diċembru 2004 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta' ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta' użi ġodda ta' addittiv diġà awtorizzat fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/447 tal-14 ta' Marzu 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa, għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għas-simna, għall-għoġġiela għat-trobbija u għad-dundjani għas-simna u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 2148/2004 u (KE) Nru 600/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Chr. Hansen A/S) (ĠU L 69, 15.3.2017, p. 19).

(5)  EFSA Journal 2016; 14(9):4558.


ANNESS

In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formula kimika, deskrizzjoni, il-metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

CFU/l tal-ilma tax-xorb

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana

4b1700i

Chr.Hansen A/S

Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749)

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta' Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) li fih minimu ta' 3,2 × 1010 CFU/g ta' addittiv

(proporzjon 1:1)

Għamla solida

Il-Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori vijabbli ta' Bacillus subtilis

(DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749)

Il-metodu analitiku  (1)

Identifikazzjoni u enumerazzjoni ta' Bacillus subtilis (DSM 5750) u Bacillus licheniformis (DSM 5749) fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf u fl-ilma:

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

Enumerazzjoni: Il-metodu tat-tifrix bl-użu tat-tryptone soya agar - EN 15784.

Ħnienes mhux miftuma

1,3 × 109

6,5 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

L-addittiv jista' jintuża fl-ilma tax-xorb.

3.

Għall-użu tal-addittiv fl-ilma tax-xorb, għandu jiġi żgurat it-tixrid omoġenju tal-addittiv.

4.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu indika:

“L-addittiv għandu jintagħlef lill-ħnieżer li jreddgħu u ħnienes mhux miftuma simultanjament”

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu kemm jista' jkun permezz ta' proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, wieħed għandu jilbes it-tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs u l-protezzjoni għall-ġilda meta juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel.

It-3 ta' Jannar 2028


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2309

tat-13 ta' Diċembru 2017

għat-twettiq ta' tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2017 minħabba sajd eċċessiv ta' stokkijiet oħrajn fis-snin ta' qabel u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2), (3) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2016 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 (2),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2072 (3),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (4), u

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/73 (5).

(2)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2017 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1903 (6),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 (7),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2372 (8), u

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (9).

(3)

Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta' dak l-Istat Membru.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1345 (10) stabbilixxa tnaqqis ta' kwoti tas-sajd għal ċerti stokkijiet fl-2017 minħabba sajd eċċessiv ta' dawk l-istokkijiet fis-snin ta' qabel.

(5)

Madankollu, għal ċerti Stati Membri ma seta' jsir ebda tnaqqis bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345 mill-kwoti allokati għall-istokkijiet li nstadu b'mod eċċessiv, għaliex dawn il-kwoti mhumiex disponibbli għal dawk l-Istati Membri fis-sena 2017.

(6)

L-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jistipula li, jekk ma jkunx possibbli li jsir tnaqqis fuq l-istokk li nstad b'mod eċċessiv fis-sena ta' wara dik is-sena fejn sar is-sajd eċċessiv, għaliex l-Istat Membru kkonċernat ma għandux kwota disponibbli, it-tnaqqis għandu jsir fuq stokkijiet oħrajn fl-istess żona ġeografika jew bl-istess valur kummerċjali. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 72/07 (11) jenħtieġ li t-tali tnaqqis preferibbilment isir minn kwoti allokati għal stokkijiet mistada mill-istess flotta li tkun wettqet is-sajd li jeċċedi l-kwota, filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġi evitat l-iskartar tal-ħut fis-sajd imħallat.

(7)

L-Istati Membri kkonċernati ġew ikkonsultati dwar it-tnaqqis propost minn kwoti allokati għal stokkijiet oħrajn differenti minn dawk li kienu suġġetti għas-sajd eċċessiv.

(8)

Fl-2016, Spanja stadet aktar mill-kwota tagħha għall-marlin abjad fl-Oċean Atlantiku (WHM/ATLANT). It-tnaqqis dovut ġie applikat wara r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345 sal-massimu tal-kwota disponibbli għall-marlin abjad fl-2017, f'konformità mal-linji gwida stabbiliti fil-Komunikazzjoni 2012/C 72/07. Billi l-kwota tal-marlin abjad għall-2017 fl-Oċean Atlantiku mhijiex suffiċjenti, Spanja, permezz ta' ittra bid-data tad-9 ta' Awwissu 2017, talbet li jiġi applikat it-tnaqqis li jifdal, inkluż tnaqqis pendenti mis-snin preċedenti, fuq il-kwota tal-pixxispad għall-2017 fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N (SWO/AN05N). Dik it-talba jenħtieġ li tiġi aċċettata f'konformità mal-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(9)

Fl-2016, Spanja stadet aktar mill-kwota tagħha għall-alonga fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N (ALB/AN05N). Permezz ta' ittra tal-20 ta' Lulju 2017, Spanja talbet li jitqassam it-tnaqqis dovut fuq tliet snin. Fid-dawl tal-informazzjoni li ngħatat u meta wieħed iqis li l-paragrafu 5 tar-Rakkomandazzjoni Supplementari 13-05 tal-ICCAT, fir-rigward tal-programm ta' reabilitazzjoni tal-alonga tat-Tramuntana tal-Atlantiku (12), jistabbilixxi li s-sajd żejjed għandu jitnaqqas fi żmien massimu ta' sentejn, it-tixrid ugwali tat-tnaqqis fuq perjodu ta' sentejn jista'eċċezzjonalment jiġi aċċettat b'mod alternattiv.

(10)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet tas-sajd Spanjoli skoprew li ċ-ċifri dwar il-qbid għall-2016 mibgħuta lill-Kummissjoni għall-alonga fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N, kienu żbaljati. Abbażi tad-dejta kkoreġuta trażmessa minn Spanja fl-4 ta' Awwissu 2017, jidher li l-kwota ta' Spanja għall-alonga fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N, inqabżet b'ammont iżgħar minn dak ikkunsidrat għat-tnaqqis stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345. It-tnaqqis mill-kwota Spanjola tal-2017 għall-alonga fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N, għalhekk jenħtieġ li jiġi aġġustat.

(11)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345, l-awtoritajiet Portugiżi sabu li ċ-ċifri għall-qabda tal-2016 trażmessi lill-Kummissjoni għall-pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N, (SWO/AN05N) kienu żbaljati. Abbażi tad-dejta kkoreġuta mibgħuta mill-Portugall fit-22 ta' Awwissu 2017, jidher li l-kwota Portugiża għall-pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N, inqabżet b'ammont iżgħar minn dak ikkunsidrat għat-tnaqqis stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345. It-tnaqqis fil-kwota Portugiża għall-2017 għall-pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N, għalhekk jenħtieġ li jiġi aġġustat.

(12)

Fis-17 ta' Mejju 2017, il-Litwanja talbet biex jiġu aġġornati id-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet tagħha rigward il-kavalli fl-ilmijiet tal-Unjoni IIa; l-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet Norveġiżi IVa (MAC/* 4 A-EN). Abbażi ta' dejta aġġornata mibgħuta mil-Litwanja fl-istess data, jidher li l-kwota Litwana għall-2016 inqabżet għall-kavalli fl-ilmijiet tal-Unjoni IIa; L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet Norveġiżi IVa kif ukoll l-istokk ġenitur, jiġifieri l-kavalli fiż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali ta' Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta' IIa, XII u XIV (MAC/2CX14-). It-tnaqqis korrispondenti għaldaqstant jenħtieġ li jiġi miżjud mal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345.

(13)

Fl-10 ta' Awwissu 2017, ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni li l-qabdiet inċidentali ta' mazzola griża fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'dawk internazzjonali taż-żoni I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV (DGS/* 15X14) kienu ġew irrappurtati b'mod żbaljat. Wara l-korrezzjonijiet ippreżentati fit-30 ta' Awwissu 2017 mir-Renju Unit f'sistema ta' rappurtar tad-dejta dwar il-qabdiet aggregati, jidher li l-użu ta' qabdiet inċidentali ta' mazzola griża fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'dawk internazzjonali taż-żoni I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV, baqa' taħt il-kwota allokata għall-2016. Għalhekk, jenħtieġ li t-tnaqqis korrispondenti jitneħħa mill-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345.

(14)

F'Ottubru 2017, korrezzjoni fl-algoritmi tas-sistema ta' rappurtar tad-dejta dwar il-qabdiet aggregati kixfet is-sajd żejjed mid-Danimarka tal-gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet ta' Greenland fiż-żona NAFO 1 (PRA/N1GRN.). Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345 jiġi emendat skont dan.

(15)

Wara bidliet fid-definizzjonijiet taż-żoni tal-istokk stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/127 sabiex jippermettu r-rappurtar preċiż tal-qabdiet, it-tnaqqis applikabbli lin-Netherlands għal sajd żejjed tal-pollakkju iswed fiż-żoni III u IV; fl-ilmijiet tal-Unjoni IIa, IIIb, IIIc u fl-ilmijiet tas-subdiviżjonijiet 22-32 (POK/2A34) fis-sena 2016 jenħtieġ li issa jiġi applikat għall-kwota tal-pollakkju iswed għall-2017 fiż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni IIa (POK/2C3A4).

(16)

Fl-2017, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), fil-parir tiegħu u skont il-punt ta' riferiment għall-2016, kien emenda ż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell. Għalhekk, it-tnaqqis dovut mid-Danimarka u r-Renju Unit wara s-sajd żejjed għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni fiż-żona ta' ġestjoni 1 għaċ-ċiċċirell (SAN/234_1) fl-2016 huwa mħaddem fuq il-kwota tal-2017 għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona tal-ġestjoni taċ-ċiċċirell 1r (SAN234_1R).

(17)

Barra minn hekk, ċertu tnaqqis stipulat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345 jidher li huwa akbar mill-kwota addattata disponibbli għas-sena 2017 u, b'riżultat ta' dan, it-tnaqqis ma jistax isir kollu f'dik is-sena. Skont il-Komunikazzjoni Nru 2012/C 72/07, jenħtieġ li l-ammonti li jifdal jitnaqqsu mill-kwoti addattati disponibbli għas-snin ta' wara sa ma jintradd lura l-ammont kollu tas-sajd eċċessiv.

(18)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2017 li huma stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2016/1903, (UE) 2016/2285, (UE) 2016/2372 u (UE) 2017/127 li hemm referenza għalihom fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom jitnaqqsu permezz tat-twettiq tat-tnaqqis tal-istokkijiet alternattivi stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345 jinbidel bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2072 tas-17 ta' Novembru 2015 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1221/2014 u (UE) 2015/104 (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/73 tat-18 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 16, 23.1.2016, p. 1).

(6)  ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1903 tat-28 ta' Ottubru 2016 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2017 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 295, 29.10.2016, p. 1).

(7)  ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).

(8)  ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2372 tad-tad-19 ta' Diċembru 2016 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2017 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 26).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1345 tat-18 ta' Lulju 2017 li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2017 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti (ĠU L 186, 19.7.2017, p. 6).

(11)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (2012/C 72/07) (ĠU C 72, 10.3.2012, p. 27).

(12)  https://www.iccat.int/Documents/Recs/compendiopdf-e/2013-05-e.pdf


ANNESS I

TNAQQIS MILL-KWOTI GĦALL-ISTOKKIJIET ALTERNATTIVI

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Il-ħatt l-art permess għall-2016 (Il-kwantità totali addattata f'kilogrammi) (1)

Qabdiet totali 2016 (kwantità f'kilogrammi)

Konsum tal-kwota (%)

Sajd eċċessiv relatat mal-ħatt l-art permess (kwantità f'kilogrammi)

Fattur ta' Multiplikazzjoni (2)

Fattur ta' Multiplikazzjoni addizzjonali (3)  (4)

Tnaqqis pendenti mis-snin preċedenti (5) (kwantità f'kilogrammi)

Tnaqqis 2017 (kwantità f'kilogrammi)

Tnaqqis diġà applikat fl-2017 fuq l-istess stokk (kwantità f'kilogrammi) (6)

Kwantità li jifdal li għandha titnaqqas fuq stokk alternattiv (f'kilogrammi)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

(15)

 

DE

DGS

2AC4-C

Mazzola griża

L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV

0

2 118

Ma japplikax

2 118

/

/

/

2 118

0

2 118

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

DE

ARU

34-C.

Arġentina silus

L-ilmijiet tal-Unjoni III u IV

/

/

/

/

/

/

/

/

/

2 118

 

DK

DGS

2AC4-C

Mazzola griża

L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV

0

1 350

Ma japplikax

1 350

/

/

/

1 350

0

1 350

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

DK

NEP

2AC4-C

Skampu

L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV

/

/

/

/

/

/

/

/

/

1 350

 

DK

NOP

04-N.

Merluzz tan-Norveġja

L-ilmijiet Norveġiżi IV

0

22 880

Ma japplikax

22 880

/

/

/

22 880

/

22 880

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

DK

NOP

2A3A4.

Merluzz tan-Norveġja

IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV

/

/

/

/

/

/

/

/

/

22 880

 

DK

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

L-ilmijiet Norveġiżi I u II

0

3 920

Ma japplikax

3 920

/

/

/

3 920

/

3 920

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

DK

POK

2C3A4

Pollakkju iswed

IIIa and IV; L-ilmijiet tal-Unjoni IIa

/

/

/

/

/

/

/

/

/

3 920

 

DK

SAN

04-N.

Ċiċċirella

L-ilmijiet Norveġiżi IV

0

19 860

Ma japplikax

19 860

/

/

/

19 860

/

19 860

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

DK

SAN

234_2R

Ċiċċirella

L-ilmijiet tal-Unjoni IIa, IIIa u IV (żona ta' ġestjoni 2 taċ-ċiċċirella)

/

/

/

/

/

/

/

/

/

19 860

 

ES

BUM

ATLANT

Marlin blu

L-Oċean Atlantiku

0

13 396

Ma japplikax

13 396

/

A

/

20 094

/

20 094

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

SWO

AN05N

Pixxispad

L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N

/

/

/

/

/

/

/

/

/

20 094

 

ES

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Groenlandja

L-ilmijiet Norveġiżi I u II

9 000

27 600

306,67 %

18 600

1.0

A

/

27 900

/

27 900

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

RED

1N2AB

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi I u II

/

/

/

/

/

/

/

/

/

27 900

 

ES

WHM

ATLANT

Marlin abjad

L-Oċean Atlantiku

2 460

9 859

400,77 %

7 399

1,0

A

138 994

150 092

2 427

147 665

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

SWO

AN05N

Pixxispad

L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N

/

/

/

/

/

/

/

/

/

147 665

 

FR

POK

1/2/INT

Pollakkju iswed

L-ilmijiet internazzjonali I u II

0

2 352

Ma japplikax

2 352

/

/

/

2 352

/

2 352

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

FR

POK

2C3A4

Pollakkju iswed

IIIa u IV; L-ilmijiet tal-Unjoni IIa

 

 

 

 

/

/

/

/

/

2 352

 

FR

RED

51214S

Redfish (pelaġiku tal-baxx)

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali V; l-ilmijiet internazzjonali XII u XIV

0

29 827

Ma japplikax

29 827

/

/

/

29 827

/

29 827

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

FR

BLI

5B67-

Linarda

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali Vb, VI u VII

 

 

 

 

/

/

/

/

/

29 827

 

IE

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

L-ilmijiet Norveġiżi I u II

0

5 969

Ma japplikax

5 969

/

/

/

5 969

/

5 969

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

IE

HER

1/2-

Aringi

L-ilmijiet tal-Unjoni, tal-Gżejjer Faeroe, Norveġiżi u internazzjonali I u II

 

 

 

 

/

/

/

/

/

5 969

 

NL

DGS

2AC4-C

Mazzola griża

L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV

0

1 260

Ma japplikax

1 260

/

/

/

1 260

/

1 260

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

NL

COD

2A3AX4

Bakkaljaw

IV; L-ilmijiet tal-Unjoni IIa; dik il-parti taż-żona IIIa li mhijiex koperta minn Skagerrak u minn Kattegat

/

/

/

/

/

/

/

/

/

1 260

 

NL

HAD

7X7A34

Merluzz tal-linja sewda

VIIIb-k, VIII, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

559

26 220

Ma japplikax

25 661

/

/

/

25 661

/

25 661

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

NL

HAD

2AC4.

Merluzz tal-linja sewda

IV; L-ilmijiet tal-Unjoni IIa

/

/

/

/

/

/

/

/

/

25 661

 

PT

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Groenlandja

L-ilmijiet Norveġiżi I u II

0

18 487

Ma japplikax

18 487

/

/

/

18 487

/

18 487

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

PT

RED

1N2AB

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi I u II

/

/

/

/

/

/

/

/

/

18 487

 

UK

DGS

2AC4-C

Mazzola griża

L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV

0

17 776

Ma japplikax

17 776

/

/

/

17 776

/

17 776

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

UK

PLE

2A3AX4

Barbun tat-tbajja'

IV; L-ilmijiet tal-Unjoni IIa; dik il-parti taż-żona IIIa li mhijiex koperta minn Skagerrak u minn Kattegat

/

/

/

/

/

/

/

/

/

17 776


(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet għas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2015 għall-2016 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) skont l-Artikolu 5a tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 16), skont l-Artikolu 18a tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1) jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. It-tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd eċċessiv li jkun daqs 100 tunnellata jew inqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv jaqbeż l-10 %.

(4)  L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 minħabba snin konsekuttivi ta' sajd żejjed fis-snin 2014, 2015 u 2016. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.

(5)  Il-kwantitajiet li fadal li ma setgħux jitnaqqsu fl-2016 skont ir-Regolament (UE) 2016/2226 kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/162 billi ma kienx hemm kwota disponibbli, jew ma kienx hemm kwota biżżejjed

(6)  Il-kwantitajiet li jistgħu jitnaqqsu fuq l-istess stokk permezz tal-iskambju ta' opportunitajiet tas-sajd konklużi skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.


ANNESS II

ANNESS

TNAQQIS MILL-KWOTI TAL-ISTOKKIJIET LI SAR SAJD EĊĊESSIV TAGĦHOM

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwota oriġinali tal-2016 (f'kilogrammi)

Il-ħatt l-art permess għall-2016 (Il-kwantità totali addattata f'kilogrammi) (1)

Qabdiet totali 2016 (kwantità f'kilogrammi)

Il-konsum tal-kwota relatat mal-ħatt l-art permess

Sajd eċċessiv relatat mal-ħatt l-art permess (kwantità f'kilogrammi)

Fattur ta' Multiplikazzjoni (2)

Fattur addizzjonali ta' multiplikazzjoni (3)  (4)

Tnaqqis pendenti mis-snin preċedenti (5) (kwantità f'kilogrammi)

Tnaqqis li għandu jsir fl-2017 (kwantità f'kilogrammi) (6)

Tnaqqis diġà applikat fl-2017 (kwantità f'kilogrammi (7)

Għandu jitnaqqas fl-2018 u fis-sena/snin ta' wara (kwantità f'kilogrammi)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

(15)

(16)

BE

SOL

7FG.

Lingwata komuni

VIIf u VIIg

487 000

549 565

563 401

102,52 %

13 836

/

/

/

13 836

13 836

/

BE

SOL

8AB.

Lingwata komuni

VIIIa u VIIIb

42 000

281 638

287 659

102,14 %

6 021

/

C (8)

/

6 021

6 021

/

BE

SRX

07D.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni VIId

87 000

86 919

91 566

105,35 %

4 647

/

/

/

4 647

4 647

/

BE

T/B

2AC4-C

Barbun imperjali u barbun lixx

L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV

329 000

481 000

514 275

106,92 %

33 275  (9)

/

/

/

33 275

33 275

/

DE

DGS

2AC4-C

Mazzola griża

L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV

0

0

2 118

Ma japplikax

2 118

/

/

/

2 118

2 118

/

DE

MAC

2CX14-

Kavalli

VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta' IIa, XII u XIV

22 751 000

21 211 759

22 211 517

104,71 %

999 758

/

/

/

999 758

999 758

/

DK

DGS

2AC4-C

Mazzola griża

L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV

0

0

1 350

Ma japplikax

1 350

/

/

/

1 350

1 350

/

DK

HER

1/2-

Aringi

L-ilmijiet tal-Unjoni, tal-Gżejjer Faeroe, Norveġiżi u internazzjonali I u II

7 069 000

10 331 363

10 384 320

100,51 %

52 957

/

/

/

52 957

52 957

/

DK

JAX

4BC7D

Sawrell u ħut ieħor assoċjat

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' IVb, IVc u VIId

5 519 000

264 664

265 760

100,42 %

1 096

/

/

/

1 096

1 096

/

DK

MAC

2A34.

Kavalli

IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni IIa, IIIb, IIIc u l-ilmijiet tas-subdiviżjonijiet 22-32

19 461 000

13 354 035

14 677 440

109,91 %

1 323 405

/

/

/

1 323 405

1 323 405

/

DK

MAC

2A4 A-N

Kavalli

L-ilmijiet Norveġiżi IIa u IV

14 043 000

14 886 020

16 351 930

109,85 %

1 465 910

/

/

/

1 465 910

1 465 910

/

DK

NOP

04-N.

Merluzz tan-Norveġja

L-ilmijiet Norveġiżi IV

0

0

22 880

Ma japplikax

22 880

/

/

/

22 880

22 880

/

DK

OTH

*2AC4C

Speċijiet oħra

L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV

6 018 300

3 994 920

4 508 050

112,84 %

513 130

1.2

/

/

615 756

615 756

/

DK

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

L-ilmijiet Norveġiżi I u II

/

0

3 920

Ma japplikax

3 920

/

/

/

3 920

3 920

/

DK

PRA

N1GRN.

Gamblu tat-Tramuntana

Ilmijiet Greenlandiżi ta' NAFO 1

1 300 000

2 700 000

2 727 690

101,03 %

27 690

/

/

/

27 690

27 690

/

DK

SAN

04-N.

Ċiċċirella

L-ilmijiet Norveġiżi IV

0

0

19 860

Ma japplikax

19 860

/

/

/

19 860

19 860

/

DK

SAN

234_1 (11)

Ċiċċirella

Żona ta' ġestjoni 1 taċ-ċiċċirella fl-ilmijiet tal-Unjoni

12 263 000

12 517 900

12 525 750

100,06 %

7 850

/

/

/

7 850

7 850

/

ES

ALB

AN05N

Alonga tat-Tramuntana

L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N

14 917 370

14 754 370

16 645 498

112,82 %

1 891 128

1.2

/

/

2 269 354

1 134 677  (12)

1 134 677  (12)

ES

ALF

3X14-

Fonsa ħamra

L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

67 000

86 159

79 185

91,90 %

– 6 974

/

/

817

0

0

/

ES

BSF

8910-

Ċinturin Iswed

L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali VIII, IX u X

12 000

24 004

16 419

68,41 %

– 7 585

/

/

2 703

0

0

/

ES

BUM

ATLANT

Marlin blu

L-Oċean Atlantiku

0

0

13 396

Ma japplikax

13 396

/

A

/

20 094

20 094

/

ES

COD

1/2B.

Bakkaljaw

I u IIb

13 192 000

9 730 876

9 731 972

100,01 %

1 096

/

/

/

1 096

1 096

/

ES

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Groenlandja

L-ilmijiet Norveġiżi I u II

/

9 000

27 600

306,67 %

18 600

1.0

A

/

27 900

27 900

/

ES

GHL

N3LMNO

Ħalibatt tal-Groenlandja

Iż-żona 3LMNO tan-NAFO

4 067 000

4 070 000

4 072 999

100,07 %

2 999

/

C (8)

/

2 999

2 999

/

ES

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

876 000

459 287

469 586

102,24 %

10 299

/

/

/

10 299

10 299

/

ES

SRX

89-C.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni VIII u IX

1 057 000

925 232

956 878

103,42 %

31 646

/

A

131 767

179 236

179 236

/

ES

WHM

ATLANT

Marlin abjad

L-Oċean Atlantiku

2 460

2 460

9 859

400,77 %

7 399

1.0

A

138 994

150 092

150 092  (13)

/

FR

LIN

04-C.

Lipp

L-ilmijiet tal-Unjoni IV

162 000

262 351

304 077

115,91 %

41 726

1.0

/

/

41 726

41 726

/

FR

POK

1/2/INT

Pollakkju iswed

L-ilmijiet internazzjonali I u II

0

0

2 352

Ma japplikax

2 352

/

/

/

2 352

2 352

/

FR

RED

51214S

Redfish (pelaġiku tal-baxx)

L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali V; l-ilmijiet internazzjonali XII u XIV

0

0

29 827

Ma japplikax

29 827

/

/

/

29 827

29 827

/

FR

SBR

678-

Paġella ħamra

L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali V, VII u VIII

6 000

28 817

31 334

108,72 %

2 517

/

/

/

2 517

2 517

/

FR

SRX

07D.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni VIId

663 000

630 718

699 850

110,96 %

69 132

1,0

A

/

103 698

103 698

/

FR

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

3 255 000

3 641 000

39 254

101,08 %

39 254

/

/

/

39 254

39 254

/

FR

WHG

08.

Merlangu

VIII

1 524 000

2 406 000

2 441 333

101,47 %

35 333

/

/

/

35 333

35 333

/

IE

PLE

7FG.

Barbun tat-tbajja'

VIIf u VIIg

200 000

66 332

67 431

101,66 %

1 099

/

/

/

1 099

1 099

/

IE

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

L-ilmijiet Norveġiżi I u II

/

0

5 969

Ma japplikax

5 969

/

/

/

5 969

5 969

/

IE

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

1 048 000

949 860

980 960

103,27 %

31 056

/

A (8)

/

31 056

31 056

/

LT

MAC

*4 A-EN

Kavalli

L-ilmijiet tal-Unjoni IIa; L-ilmijiet tal-Unjoni u Norveġiżi IVa.

0

900 000

901 557

100,17 %

1 557

/

/

/

1 557

1 557

/

LT

MAC

2CX14-

Kavalli

VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali Vb; l-ilmijiet internazzjonali IIa, XII u XIV

140 000

2 027 000

2 039 332

100,61 %

12 332

/

/

/

12 332

12 332

/

NL

DGS

2AC4-C

Mazzola griża

L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV

0

0

1 260

Ma japplikax

1 260

/

/

/

1 260

1 260

/

NL

HAD

7X7A34

Merluzz tal-linja sewda

VIIb-k, VIII, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

/

559

26 220

Ma japplikax

25 661

/

/

/

25 661

25 661

/

NL

HER

*25B-F

Aringi

II, Vb fit-Tramuntana ta' 62° N (l-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe)

736 000

477 184

476 491

99,86 %

– 693

/

/

23 551

22 858

22 858

/

NL

OTH

*2 A-14

Qabdiet aċċessorji assoċjati mas-sawrell (minfaħ, merlangu u kavall)

l-ilmijiet tal-Unjoni IIa, IVa, VI, VIIa-c, VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali Vb; l-ilmijiet internazzjonali XII u XIV

1 663 800

1 777 300

2 032 689

114,37 %

255 389

1,2

/

/

306 467

306 467

/

NL

POK

2A34. (14)

Pollakkju iswed

IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni IIa, IIIb, IIIc u l-ilmijiet tas-subdiviżjonijiet 22-32

68 000

110 846

110 889

100,04 %

43 (10)

/

/

1 057

1 057

1 057

/

NL

T/B

2AC4-C

Barbun imperjali u barbun lixx

L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV

2 493 000

2 551 261

2 737 636

107,31 %

186 375

/

/

/

186 375

186 375

/

PT

BUM

ATLANT

Marlin blu

L-Oċean Atlantiku

49 550

49 550

50 611

102,14 %

1 061

/

/

/

1 061

1 061

/

PT

GHL

1N2AB

Ħalibatt tal-Groenlandja

L-ilmijiet Norveġiżi I u II

/

0

18 487

Ma japplikax

18 487

/

/

/

18 487

18 487

/

PT

MAC

8C3411

Kavalli

VIIIc, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

6 971 000

6 313 658

6 823 967

108,08 %

510 309

/

/

/

510 309

510 309

/

PT

SRX

89-C.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni VIII u IX

1 051 000

1 051 000

1 068 676

101,68 %

17 676

/

/

/

17 676

17 676

/

PT

SWO

AN05N

Pixxispad

L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N

1 161 950

1 541 950

1 560 248

101,19 %

18 298

/

/

/

18 298

18 298

/

UK

DGS

2AC4-C

Mazzola griża

L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV

0

0

17 776

Ma japplikax

17 776

/

/

/

17 776

17 776

/

UK

HER

4AB.

Aringi

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N

70 348 000

70 710 390

73 419 998

103,83 %

2 709 608

/

/

 

2 709 608

2 709 608

/

UK

MAC

2CX14-

Kavalli

VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali Vb; l-ilmijiet internazzjonali IIa, XII u XIV

208 557 000

195 937 403

209 143 232

106,74 %

13 205 829

/

A (8)

/

13 205 829

13 205 829

/

UK

SAN

234_1 (11)

Ċiċċirella

Żona ta' ġestjoni 1 taċ-ċiċċirella fl-ilmijiet tal-Unjoni

268 000

0

0

Ma japplikax

0

/

/

1 466 168

1 466 168

1 466 168

/

UK

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

2 076 000

2 006 000

2 008 431

100,12 %

2 431

/

/

/

2 431

2 431

/

UK

T/B

2AC4-C

Barbun imperjali u barbun lixx

L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV

693 000

522 000

544 680

104,34 %

22 680

/

/

/

22 680

22 680

/


(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet għas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2015 għall-2016 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) skont l-Artikolu 5a tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 16), skont l-Artikolu 18a tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1) mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. It-tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd eċċessiv li jkun daqs 100 tunnellata jew inqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv jaqbeż l-10 %.

(4)  L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 minħabba snin konsekuttivi ta' sajd żejjed fis-snin 2014, 2015 u 2016. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.

(5)  Il-kwantitajiet li fadal li ma setgħux jitnaqqsu fl-2016 skont ir-Regolament (UE) 2016/2226 kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/162 billi ma kienx hemm kwota disponibbli, jew ma kienx hemm kwota biżżejjed.

(6)  Tnaqqis li għandu jsir fl-2017

(7)  It-tnaqqis li għandu jsir fl-2017 li jista' jiġi effettivament applikat filwaqt li titqies il-kwota disponibbli fil-jum tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(8)  Il-fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ma jistax jiġi applikat billi s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-ħatt l-art permess.

(9)  Fuq talba tal-Belġju, il-Kummissjoni ppermettiet ħatt l-art addizzjonali sa 10 % tal-kwota għal T/B skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

(10)  Il-kwantitajiet ta' inqas minn tunnellata waħda ma jitqisux.

(11)  Għandu jitnaqqas minn (SAN/234_1R) (żona tal-ġestjoni 1r taċ-ċiċċirella).

(12)  Fuq talba ta' Spanja, it-tnaqqis ta' 2 269 354 kilo li jrid isir fl-2017 se jitqassam nofs b'nofs fuq sentejn (l-2017 u l-2018).

(13)  Li minnhom jitnaqqsu 2 427 kilo mill-kwota WHM/ATLANT għall-2017 u 147 665 kilo jitnaqqsu mill-kwota SWO/AN05N għall-2017.

(14)  Għandu jitnaqqas minn POK/2C3A4.


14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/36


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2310

tat-13 ta' Diċembru 2017

li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2018 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja tal-14 ta' Mejju 1973 (3) (“il-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja”) u l-Protokoll 3 tal-Ftehim ŻEE (4) jiddeterminaw l-arranġamenti kummerċjali għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati bejn il-Partijiet Kontraenti.

(2)

Il-Protokoll 3 għall-Ftehim ŻEE jipprevedi dazju b'rata żero għall-ilmijiet li jkollhom iz-zokkor jew materjal ta' taħlil ieħor miżjud magħhom jew li jkunu mogħtija t-togħma, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2202 10 00, u għal xarbiet mhux alkoħoliċi oħrajn, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2202 91 00 u 2202 99 li ma fihomx prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0404 jew xaħam miksub minn prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0404.

(3)

Id-dazju b'rata żero għal dawk l-ilmijiet u għal dawk ix-xarbiet l-oħra ġie sospiż temporanjament għan-Norveġja għal perjodu ta' żmien illimitat permezz tal-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (5) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri”), li ġie approvat bid-Deċiżjoni 2004/859/KE. F'konformità mal-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri, l-importazzjonijiet bla dazju ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2202 10 00, ex 2202 91 00 u ex 2202 99 li joriġinaw fin-Norveġja għandhom jiġu permessi biss fil-limiti ta' kwota bla dazju. Għandu jitħallas dazju fuq l-importazzjonijiet li jaqbżu l-allokazzjoni tal-kwota.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2034 (6) fetaħ kwota tariffarja għall-2017 għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2202 10 00, ex 2202 91 00 u ex 2202 99 li joriġinaw min-Norveġja.

(5)

Il-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri jeżiġi li jekk il-kwota tariffarja msemmija hawn fuq tkun ġiet eżawrita sal-31 ta' Ottubru 2017, il-kwota tariffarja applikabbli mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara tiżdied b'10 %. Skont id-dejta mogħtija lill-Kummissjoni, il-kwota annwali għall-2017 għall-ilmijiet u x-xarbiet ikkonċernati miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2034, ġiet eżawrita fil-5 ta' Settembru 2017.

(6)

Għalhekk, għandha tinfetaħ kwota tariffarja miżjuda għall-ilmijiet u x-xarbiet ikkonċernati mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2018, skont il-Ftehim fl-Għamla ta' Skambju ta' Ittri. Il-kwota annwali miftuħa għall-2017 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2034 kellha volum ta' 17,303 miljun litru. Għalhekk, il-kwota għall-2018 se tkun miftuħa b'volum 10 % ogħla ta' 19,033 miljun litru.

(7)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (7) jistipula r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Il-kwota tariffarja miftuħa b'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi ġestita skont dawk ir-regoli.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex elenkati fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2018, il-kwota tariffarja bla dazju stipulata fl-Anness se tkun miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li huma elenkati f'dak l-Anness, skont il-kundizzjonijiet speċifikati fih.

2.   Ir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokoll 3 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja tal-14 ta' Mejju 1973 għandhom japplikaw għall-oġġetti elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

3.   Għall-kwantitajiet importati li jaqbżu l-volum tal-kwota stabbilit fl-Anness, għandu japplika dazju preferenzjali ta' EUR 0,047 għal kull litru.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja bla dazju msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.

(3)  ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.

(4)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(5)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2034 tal-21 ta' Novembru 2016 li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2017 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 314, 21.11.2016, p. 4).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


ANNESS

Kwota tariffarja bla dazju għall-2018 li tapplika għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja

Nru tal-Ordni

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Volum tal-Kwota

09.0709

2202 10 00

 

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawwrin

19,033 miljun litru

ex 2202 91 00

10

Birra mhux alkoħolika li fiha z-zokkor

ex 2202 99 11

11

19

Xarbiet ibbażati fuq is-sojja b'kontenut ta' proteina ta' 2,8 % jew aktar skont il-piż, li fihom iz-zokkor (is-sukrożju jew iz-zokkor invertit)

ex 2202 99 15

11

19

Xarbiet ibbażati fuq is-sojja b'kontenut ta' proteina inqas minn 2,8 % skont il-piż; xarbiet ibbażati fuq il-ġewż tal-Kapitolu 8, ċereali tal-Kapitolu 10 jew żerriegħa tal-Kapitolu 12 li fihom iz-zokkor (is-sukrożju jew iz-zokkor invertit)

ex 2202 99 19

11

19

Xarbiet mhux alkoħoliċi oħrajn li fihom iz-zokkor (is-sukrożju jew iz-zokkor invertit)


14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/39


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2311

tat-13 ta' Diċembru 2017

li jistipula l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni ta' telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2292

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6e(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 531/2012, mill-15 ta' Ġunju 2017, il-fornituri domestiċi ma għandhom jimponu ebda ħlas supplimentari addizzjonali mal-prezz bl-imnut domestiku fuq il-klijenti tar-roaming fi kwalunkwe Stat Membru għal kwalunkwe telefonata roaming regolata rċevuta, fil-limiti permessi minn politika ta' użu ġust.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 jippermetti li l-fornituri domestiċi, wara l-15 ta' Ġunju 2017, japplikaw ħlas supplimentari flimkien mal-prezz domestiku bl-imnut, għall-konsum ta' servizzi regolati ta' roaming bl-imnut li jaqbeż kwalunkwe limitu stipulat taħt politika ta' użu ġust.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 jillimita kwalunkwe ħlas supplimentari applikat għal telefonati tar-roaming regolati rċevuti għall-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni ta' telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2292 (2) jistabbilixxi l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni ta' telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni li għandha tiġi applikata fl-2017 abbażi tal-valuri tad-data kif kienu fl-1 ta' Lulju 2016.

(5)

Il-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi pprovda lill-Kummissjoni b'informazzjoni aġġornata miġbura mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri dwar il-livell massimu tar-rati għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile li jkunu imponew, skont l-Artikoli 7 u 16 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), f'kull suq nazzjonali għat-terminazzjoni ta' telefonati bil-vuċi bl-ingrossa fuq networks individwali tal-mobile; u l-għadd totali ta' abbonati f'kull Stat Membru.

(6)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 531/2012, il-Kummissjoni kkalkulat il-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni ta' telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni billi: (i) tiġi mmultiplikata r-rata massima għat-terminazzjoni ta' telefonati bil-mobile permessa fi Stat Membru partikolari bl-għadd totali ta' abbonati f'dak l-Istat Membru; (ii) dan il-prodott jingħadd fost l-Istati Membri kollha; u (iii) issir diviżjoni tas-somma totali miksuba bl-għadd totali ta' abbonati fl-Istati Membri kollha, abbażi tal-valuri tad-data tal-1 ta' Lulju 2017. Għal Stati Membri mhux fiż-żona tal-Euro, ir-rata tal-kambju rilevanti hija l-medja tat-tieni kwart tal-2017 miksuba mill-bażi tad-dejta tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(7)

Għalhekk jenħtieġ li jkun aġġornat il-valur tal-medja pponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni ta' telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni stabbiliti skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2292.

(8)

Għalhekk ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2292 jenħtieġ li jitħassar.

(9)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 531/2012, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni ta' telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni kull sena.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Komunikazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni ta' telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni hija stabbilita għal EUR 0,0091 kull minuta.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2292 jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2292 tas-16 ta' Diċembru 2016 li jistipula l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni ta' telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/2352 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 77).

(3)  Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

(4)  Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Id-Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).


14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/41


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2312

tat-13 ta' Diċembru 2017

dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni ta' Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa, għall-ħnienes mhux miftuma u għall-klieb (detentur tal-awtorizzazzjoni, Asahi Calpis Wellness Co. Ltd., irrappreżentat minn Asahi Calpis Wellness Co. Ltd. Europe Representative Office)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtu applikazzjonijiet għal użu ġdid tal-preparat tal-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544). Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni ta' Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer nisa, għall-ħnienes mhux miftuma u għall-klieb, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta' “addittivi żootekniċi”.

(4)

Il-preparazzjoni ta' Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544),, li tinsab fil-kategorija tal-addittivi “addittivi zootekniċi”, ġiet awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006 (2); għall-ħnienes miftuma, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2010 (3); għat-tiġieġ imrobbija biex ibidu, għad-dundjani, għall-ispeċijiet tat-tjur minuri u għasafar ornamentali u selvaġġi oħrajn, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2011 (4), u għat-tiġieġ tal-bajd u għall-ħut ornamentali permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/897 (5).

(5)

Fl-opinjoni tagħha tal-21 ta' Marzu 2017 (6), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem u fuq l-ambjent. Hija kkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb il-parametri tal-kapaċità żooteknika tal-ħnieżer nisa u tal-ħnienes mhux miftuma u li jżid il-materja niexfa fil-ħmieġ tal-klieb. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dik il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana”, huwa awtorizzat bħala addittiv għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102 (Calsporin) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 19).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2010 tat-22 ta' April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għal Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Calpis Co. Ltd., il-Ġappun, irrappreżentat fl-Unjoni Ewropea minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office) (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 19).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2011 tal-25 ta' Frar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta' Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imkabbra biex ibidu, għad-dundjani, għall-ispeċi tat-tjur minuri u għasafar ornamentali u selvaġġi oħrajn, (detentur tal-awtorizzazzjoni Calpis Co. Ltd. il-Ġappun, irrappreżentat minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office) (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 33).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/897 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Bacillus subtilis (C-3102) (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd u għall-ħut ornamentali, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1444/2006, (UE) Nru 333/2010 u (UE) Nru 184/2011 rigward id-detentur tal-awtorizzazzjoni (li huwa Asahi Calpis Wellness Co. Ltd.) (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 7).

(6)  EFSA Journal 2017; 15(4):4760 u EFSA Journal 2017; 15(4):4761.


ANNESS

In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana

4b1820

Asahi Calpis Wellness Co. Ltd, irrappreżentata minn Asahi Calpis Wellness Co. Ltd Europe Representative Office

Bacillus subtilis

DSM 15544

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102

DSM 15544 li fiha minimu ta' 1 × 1010 CFU/g ta' addittiv f'forma solida

Il-Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Bacillus subtilis

DSM 15544

Il-metodu analitiku

Enumerazzjoni: metodu tat-tifrix b'agar tat-triptonju tas-soja fil-matriċi kollha fil-mira (EN 15784:2009)

Identifikazzjoni: elettroforeżi bil-ġell f'kamp pulsat (PFGE).

Ħnieżer nisa

Ħnienes mhux miftuma

3 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Fl-istruzzjoni għall-użu indika:

“L-addittiv għandu jintgħalef lill-ħnieżer li jreddgħu u lill-ħnienes mhux miftuma simultanjament”

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u b'miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'apparat ta' protezzjoni personali, inkluża l-protezzjoni tan-nifs.

It-3 ta' Jannar 2028

Klieb

1 × 109


14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/44


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2313

tat-13 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tal-format tal-passaport tal-pjanti għaċ-ċaqliq fit-territorju tal-Unjoni u tal-passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni u għaċ-ċaqliq f'żona protetta

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 83(7) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 83(7) tar-Regolament (UE) 2016/2031 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-format tal-passaporti tal-pjanti għaċ-ċaqliq fit-territorju tal-Unjoni u tal-passaporti tal-pjanti għall-introduzzjoni u għaċ-ċaqliq f'żona protetta. Sabiex il-passaporti tal-pjanti ikollhom viżibilità faċli u jkunu jistgħu jinqraw sewwa, għandu jkollhom formati standardizzati. Dan jiżgura wkoll li l-passaporti tal-pjanti jkunu jistgħu jiġu distinti faċilment minn kull informazzjoni jew tikketta oħra.

(2)

Minħabba d-differenzi fid-daqs u fil-karatteristiċi tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti jew ta' oġġetti oħra li għalihom ikun meħtieġ passaport tal-pjanti, jenħtieġ li jiġi żgurat ċertu livell ta' flessibilità fejn jidħlu l-ispeċifikazzjonijiet tal-format tal-passaporti tal-pjanti. Għalhekk, f'kull kategorija ta' passaporti tal-pjanti stabbilita fil-Partijiet A sa D tal-Anness, jenħtieġ li jkunu disponibbli diversi mudelli alternattivi sabiex ikunu jistgħu jitqiesu d-differenzi tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti jew ta' oġġetti oħra li għalihom ikun meħtieġ passaport tal-pjanti. Barra minn hekk, dawk il-mudelli ma jenħtieġx li jipprevedu speċifikament id-daqs tal-passaport tal-pjanti, l-użu ta' burdura, il-proporzjonijiet tad-daqs tal-elementi tagħhom u t-tipa li tintuża fihom.

(3)

L-elementi tal-passaport tal-pjanti jenħtieġ li jkunu maqsuma f'għamla rettangolari jew kwadra, u jenħtieġ li jkunu separati b'mod ċar minn kull kitba jew stampa oħra b'burdura jew xi ħaġa oħra. L-esperjenza wriet li dan huwa importanti biex tissaħħaħ il-viżibilità tal-passaporti tal-pjanti u l-karatteristiċi distintivi tagħhom minn kull informazzjoni jew tikketta oħra.

(4)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data bħar-Regolament (UE) 2016/2031.

(5)

Ħafna pjanti, prodott mill-pjanti u oġġetti oħra li għalihom se jinħarġu passaporti skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (2) qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament se jkunu għadhom fis-suq jew se jiġu mċaqilqa wara dik id-data. Billi ma hemmx tħassib għas-saħħa li jirrikjedi bidla immedjata tal-ispeċifikazzjonijiet tal-format, jenħtieġ li l-passaport tal-pjanti maħruġa qabel l-14 ta' Diċembru 2019 jibqgħu validi sal-14 ta' Diċembru 2023.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mudelli għall-passaport tal-pjanti

1.   Il-passaporti tal-pjanti għaċ-ċaqliq fit-territorju tal-Unjoni għandhom jikkonformaw ma' wieħed mill-mudelli previsti fil-Parti A tal-Anness.

2.   Il-passaporti tal-pjanti għall-introduzzjoni u għaċ-ċaqliq f'żona protetta għandhom jikkonformaw ma' wieħed mill-mudelli previsti fil-Parti B tal-Anness.

3.   Il-passaporti tal-pjanti għaċ-ċaqliq fit-territorju tal-Unjoni, flimkien ma' tikketta taċ-ċertifikazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(5) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għandhom jikkonformaw ma' wieħed mill-mudelli previsti fil-Parti C tal-Anness.

4.   Il-passaporti tal-pjanti għall-introduzzjoni u għaċ-ċaqliq f'żona protetta, flimkien ma' tikketta taċ-ċertifikazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(5) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għandhom jikkonformaw ma' wieħed mill-mudelli previsti fil-Parti D tal-Anness.

Artikolu 2

Rekwiżiti għall-elementi tal-passaporti tal-pjanti

L-elementi tal-passaport tal-pjanti, kif stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament (UE) 2016/2031, għandhom jitqassmu f'għamla rettangolari jew kwadra, u għandhom ikunu jistgħu jinqraw mingħajr l-użu ta' għajnuniet viżivi.

Għandhom ikunu mdawra b'burdura, jew isseparati b'mod ieħor minn kull kitba jew stampa oħra, sabiex ikunu viżibbli faċilment u jkunu distinti b'mod ċar.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.

Il-passaporti tal-pjanti maħruġa qabel l-14 ta' Diċembru 2019, skont id-Direttiva 92/105/KEE, għandhom jibqgħu validi sal-14 ta' Diċembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta' standardizzazzjoni għal passaporti ta' pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti ta' pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta' passaporti simili u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom (ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22).


ANNESS

Speċifikazzjoni teknika: Id-daqs tal-passaport tal-pjanti, l-użu ta' bordura, il-proporzjonijiet tad-daqs tal-elementi tagħhom u t-tipa li jintużaw fil-mudelli huma biss eżempji.

Il-bandiera tal-Unjoni tista' tkun stampata bil-kulur jew iswed u abjad, bl-istilel bojod fuq sfond iswed jew bil-kontra.

Didaskalija

1.

Il-kelmiet “Plant Passport” jew “Plant Passport – PZ” bl-Ingliż u, jekk relevanti, b'lingwa uffiċjali waħda oħra tal-Unjoni, irid ikun hemm sing bejniethom.

2.

L-isem botaniku (ismijiet botaniċi) tal-ispeċi (speċijiet) jew tal-unità tassonomika (unitajiet tassonomiċi) pjanta (pjanti) in kwistjoni, fil-każ tal-pjanti u tal-prodotti mill-pjanti, jew, fejn ikun il-każ, l-isem tal-oġġett ikkonċernat u, mhux bilfors, l-isem tal-varjetà.

3.

Il-kodiċi b'żewġ ittri indikat fin-norma ISO 3166-1-alpha-2 (1), msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2016/2031, għall-Istat Membru li fih ikun irreġistrat l-operatur professjonist li ħareġ il-passaport tal-pjanti.

4.

In-numru alfabetiku, numeriku jew alfanumeriku nazzjonali tal-operatur professjonist ikkonċernat.

5.

Fejn applikabbli, il-kodiċi tat-traċċabilità tal-pjanta, tal-prodott mill-pjanti jew tal-oġġett l-ieħor ikkonċernat.

6.

Fejn applikabbli, il-barcode uniku, il-kodiċi QR, l-ologramma, iċ-ċippa jew tagħmir ieħor li jġorr id-dejta, li jissupplimenta l-kodiċi tat-traċċabilità.

7.

Fejn applikabbli, il-kodiċi b'żewġ ittri indikat fin-norma ISO 3166-1-alpha-2, msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2016/2031, tal-Istat Membru tal-oriġini.

8.

Fejn applikabbli, l-isem (ismijiet) tal-pajjiż jew pajjiżi terzi tal-oriġini jew il-kodiċi b'żewġ ittri tiegħu jew tagħhom indikat fin-norma ISO 3166-1-alpha-2.

9.

L-isem xjentifiku/l-ismijiet xjentifiċi tal-pest/pesti ta' kwarantina f'żona protetta jew, alternattivament, il-kodiċijiet attribwiti speċifikament lil dawk il-pesti, imsemmija fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) 2016/2031.

10.

L-informazzjoni meħtieġa għal tikketta uffiċjali għaż-żerriegħa jew matejral propagattiv ieħor imsemmi rispettivament fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE (2), l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE (3), l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE (4), l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE (5), l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE (6), l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE (7), l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (8), jew it-tikketta għall-materjal prebażiku, bażiku jew iċċertifikat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE (9).

PARTI A

Mudelli għall-passaport tal-pjanti għaċ-ċaqliq fit-territorju tal-Unjoni, imsemmi fl-Artikolu 1(1)

Image Image

PARTI B

Mudelli għall-passaporti tal-pjanti għall-introduzzjoni u għaċ-ċaqliq f'żona protetta, imsemmija fl-Artikolu 1(2)

Image Image

PARTI C

Mudelli għall-passaporti tal-pjanti għaċ-ċaqliq fit-territorju tal-Unjoni, flimkien ma' tikketta taċ-ċertifikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 1(3)

Image

PARTI D

Mudelli għall-passaporti tal-pjanti għall-introduzzjoni u għaċ-ċaqliq f'żona protetta, flimkien ma' tikketta taċ-ċertifikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 1(4)

Image

(1)  ISO 3166-1:2006, Kodiċijiet għar-rappreżentazzjoni tal-ismijiet tal-pajjiżi u s-sottodiviżjonijiet tagħhom – il-Parti 1: Kodiċijiet tal-pajjiżi. L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, Ġinevra.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta' April 1968 dwar il-marketing ta' materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (ĠU 93, 17.4.1968, p. 15).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta' żerriegħa tal-pitravi (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 2).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta' Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8).


14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/53


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2314

tat-13 ta' Diċembru 2017

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2017 sat-30 ta' Novembru 2017 u li jiddeterminaw il-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2017 sat-30 ta' Novembru 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Ġunju 2018 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2017 sat-30 ta' Novembru 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Ġunju 2018 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn il-kwantitajiet jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti.

(4)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Ġunju 2018 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li ma tressqux skont ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Lulju 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

I.A

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2018 sat-30.6.2018

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2018 sal-31.12.2018

(f'kg)

09.4590

09.4599

09.4591

09.4592

09.4593

09.4594

09.4595

09.4596

I.F

Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2018 sat-30.6.2018

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2018 sal-31.12.2018

(f'kg)

09.4155

I.H

Prodotti li joriġinaw min-Norveġja

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2018 sat-30.6.2018

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2018 sal-31.12.2018

(f'kg)

09.4179

2 707 600

I.I

Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2018 sat-30.6.2018

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2018 sal-31.12.2018

(f'kg)

09.4205

09.4206

I.K

Prodotti li joriġinaw min-New Zealand

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2018 sat-30.6.2018

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2018 sal-31.12.2018

(f'kg)

09.4514

7 000 000

09.4515

4 000 000

09.4182

16 806 000

09.4195

20 540 500

I.L

Prodotti li joriġinaw mill-Ukraina

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2018 sat-30.6.2018

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2018 sal-31.12.2018

(f'kg)

09.4600

3 777 000

09.4601

1 250 000

09.4602

0,608872


DEĊIŻJONIJIET

14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/57


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2315

tal-11 ta' Diċembru 2017

li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta' Stati Membri Parteċipanti

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 10 dwar il-koperazzjoni strutturata permanenti stabbilita bl-Artikolu 42 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika Taljana,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-Rappreżentant Għoli),

Billi:

(1)

L-Artikolu 42(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jipprevedi li dawk l-Istati Membri li l-kapaċitajiet militari tagħhom jissodisfaw kriterji ogħla, u li jkunu ħadu impenji aktar vinkolanti lejn xulxin f'dan il-qasam bil-ħsieb tal-missjonijiet l-aktar impenjattivi għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) fil-qafas tal-Unjoni.

(2)

Fit-13 ta' Novembru 2017, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli rċevew notifika konġunta f'konformità mal-Artikolu 46(1) TUE minn 23 Stat Membru, u fis-7 ta' Diċembru 2017 minn żewġ Stati Membri oħra, li dawk l-Istati Membri kollha għandhom l-intenzjoni li jipparteċipaw fil-PESCO fuq il-bażi li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq u li ħadu l-impenji aktar vinkolanti ma' xulxin f'dan il-qasam kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni u fuq il-bażi tal-elementi l-oħrajn kollha fin-notifika, inkluż il-preambolu u l-prinċipji gwida tal-PESCO indikati fl-Anness I għan-notifika, li huma jibqgħu impenjati fl-intier tagħha, u tfakkar ukoll fl-Artikolu 42 tat-TUE, inkluż l-Artikolu 42(7) (1).

(3)

L-impenji aktar vinkolanti indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huma konsistenti mal-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 10 għat-Trattati u l-kompiti msemmija fl-Artikolu 2 ta' dak il-Protokoll.

(4)

Id-deċiżjoni tal-Istati Membri li jipparteċipaw fil-PESCO hija volontarja u fiha nnifisha ma taffettwax is-sovranità nazzjonali jew il-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u difiża ta' ċerti Stati Membri. Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri parteċipanti biex jissodisfaw l-impenji aktar vinkolanti taħt il-PESCO isiru f'konformità mad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali applikabbli tagħhom.

(5)

Iż-żieda fil-proġetti konġunti u kollaborattivi ta' żvilupp tal-kapaċitajiet ta' difiża, hija fost l-impenji vinkolanti taħt il-PESCO. Tali proġetti jistgħu jiġu appoġġati b'kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Unjoni f'konformità mat-Trattati u skont l-istrumenti u l-programmi rilevanti tal-Unjoni.

(6)

L-Istati Membri parteċipanti stabbilixxew fil-Pjanijiet Nazzjonali ta' Implimentazzjoni rispettivi tagħhom il-kapaċità tagħhom li jissodisfaw l-impenji aktar vinkolanti li ħadu lejn xulxin.

(7)

Ladarba l-kondizzjonijiet neċessarji ġew issodisfati, huwa għaldaqstant xieraq li l-Kunsill jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi PESCO.

(8)

Kwalunkwe Stat Membru ieħor li jkun jixtieq li jipparteċipa aktar 'il quddiem fil-PESCO jista' jinnotifika l-intenzjoni tiegħu li jagħmel dan lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli f'konformità mal-Artikolu 46(3) TUE.

(9)

Ir-Rappreżentant Għoli ser ikun involut bis-sħiħ fil-proċedimenti relatati mal-PESCO.

(10)

Jenħtieġ li jkun hemm konsistenza bejn l-azzjonijiet meħuda fil-qafas tal-PESCO u azzjonijiet oħrajn tal-PESK u politiki oħrajn tal-Unjoni. Il-Kunsill u, fl-oqsma ta' responsabbiltà rispettivi tagħhom, ir-RGħ u l-Kummissjoni, jenħtieġ li jikkooperaw sabiex jimmassimizzaw is-sinerġiji fejn applikabbli.

(11)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-TUE u mat- Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża. Għalhekk id-Danimarka mhijiex marbuta b'din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment ta' Kooperazzjoni Strutturata Permanenti

Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) fil-qafas tal-Unjoni hija b'dan stabbilita bejn dawk l-Istati Membri li l-kapaċitajiet militari tagħhom jissodisfaw kriterji ogħla kif imsemmi fl-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 10, u li jkunu ħadu impenji lejn xulxin f'dan il-qasam kif imsemmi f'Artikolu 2 ta' dak il-Protokoll, bil-ħsieb tal-missjonijiet l-aktar impenjattivi, u biex isir kontribut għall-issodisfar tal-livell ta' ambizzjoni tal-Unjoni.

Artikolu 2

Stati Membri Parteċipanti

L-Istati Membri li jipparteċipaw fil-PESCO għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Belġju,

Bulgarija,

Repubblika Ċeka,

Ġermanja,

Estonja,

Irlanda,

Greċja,

Spanja,

Franza,

Kroazja,

Italja,

Ċipru,

Latvja,

Litwanja,

Lussemburgu,

Ungerija,

Netherlands,

Awstrija,

Polonja,

Portugall,

Rumanija,

Slovenja,

Slovakkja,

Finlandja,

Żvezja.

Artikolu 3

Impenji aktar vinkolanti f'konformità mal-Protokoll Nru 10

1.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 10 u l-kompiti msemmija fl-Artikolu 2 ta' dak il-Protokoll, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jagħmlu kontribuzzjonijiet li jissodisfaw l-impenji aktar vinkolanti li jkunu ħadu lejn xulxin kif indikat fl-Anness.

2.   Għal dan il-għan, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jirrevedu annwalment, u għandhom jaġġornaw kif xieraq, il-Pjanijiet Nazzjonali ta' Implimentazzjoni tagħhom fejn għandhom jiddeskrivu kif ser jilħqu l-impenji aktar vinkolanti, filwaqt li jispeċifikaw kif ser jissodisfaw l-objettivi aktar preċiżi li għandhom jiġu stabbiliti f'kull fażi. Il-Pjanijiet Nazzjonali ta' Implimentazzjoni aġġornati għandhom jiġu kkomunikati annwalment lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), u għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri parteċipanti kollha.

Artikolu 4

Governanza PESCO

1.   Il-governanza tal-PESCO għandha tiġi organizzata:

fil-livell tal-Kunsill u;

fil-qafas ta' proġetti implimentati minn gruppi ta' dawk l-Istati Membri parteċipanti li jkunu qablu bejniethom li jwettqu tali proġetti.

2.   F'konformità mal-Artikolu 46(6) TUE, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet li:

(a)

jipprovdu direzzjoni u gwida strateġika għall-PESCO;

(b)

jistabbilixxu s-sekwenza tal-issodisfar tal-impenji aktar vinkolanti indikati fl-Anness matul iż-żewġ fażijiet inizjali konsekuttivi (is-snin 2018 – 2020 u 2021 – 2025) u jispeċifikaw fil-bidu ta' kull fażi l-objettivi aktar preċiżi għal-issodisfar tal-impenji aktar vinkolanti indikati fl-Anness;

(c)

jaġġornaw, u jsaħħu jekk neċessarju, l-impenji aktar vinkolanti indikati fl-Anness fid-dawl tal-kisbiet li jkunu saru permezz tal-PESCO, sabiex jirriflettu l-kuntest tas-sigurtà tal-Unjoni kif jevolvi. Tali deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod partikolari fi tmiem il-fażijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, abbażi ta' proċess ta' rieżami strateġiku li jivvaluta l-issodisfar tal-impenji tal-PESCO;

(d)

jivvalutaw il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri parteċipanti biex jissodisfaw l-impenji maqbula, f'konformità mal-mekkaniżmu deskritt fl-Artikolu 6;

(e)

jistabbilixxu l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO, li jirriflettu kemm appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet kif ukoll il-forniment ta' appoġġ sostanzjali skont il-mezzi u l-kapaċitajiet għal operazzjonijiet u missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni;

(f)

jistabbilixxu sett ta' regoli ta' governanza komuni għall-proġetti, li l-Istati Membri parteċipanti li jkunu qed jieħdu sehem fi proġett individwali jistgħu jadattaw bħala neċessarji għal dak il-proġett;

(g)

jistabbilixxu, fi żmien debitu, f'konformità mal-Artikolu 9(1), il-kondizzjonijiet ġenerali li skonthom Stati terzi jkunu jistgħu b'mod eċċezzjonali jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fi proġetti individwali; u li jiddeterminaw f'konformità mal-Artikolu 9(2) jekk Stat terz partikolari jissodisfax dawn il-kondizzjonijiet; u

(h)

jipprevedu kwalunkwe miżura oħra meħtieġa biex tkompli tiġi implimentata din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Proġetti PESCO

1.   Wara proposti mill-Istati Membri parteċipanti li biħsiebhom jieħdu sehem fi proġett individwali, ir-Rappreżentant Għoli jista' jagħmel rakkomandazzjoni rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' proġetti PESCO, abbażi ta' valutazzjonijiet mogħtija f'konformità mal-Artikolu 7, għal deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill li għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Artikolu 4(2)(e), wara parir militari mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC).

2.   L-Istati Membri Parteċipanti li jkollhom l-intenzjoni li jipproponu xi proġett individwali għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri parteċipanti l-oħra fi żmien debitu qabel ma jippreżentaw il-proposta tagħhom, sabiex jinġabar appoġġ u tingħatalhom l-opportunità li jissieħbu sabiex iressqu l-proposta b'mod kollettiv.

Il-membri ta' proġett għandhom ikunu dawk l-Istati Membri parteċipanti li jkunu ressqu l-proposta. Il-lista tal-membri ta' proġett ta' kull proġett individwali għandha tinhemeż mad-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4(2)(e).

L-Istati Membri parteċipanti li jieħdu sehem fi proġett jistgħu jaqblu bejniethom li jaċċettaw Stati Membri parteċipanti oħra li sussegwentement jixtiequ jieħdu sehem fil-proġett.

3.   L-Istati Membri parteċipanti li jieħdu sehem fi proġett għandhom jaqblu bejniethom dwar l-arranġamenti għall-kooperazzjoni tagħhom u l-ambitu ta' dik il-kooperazzjoni, u l-ġestjoni ta' dak il-proġett. L-Istati Membri parteċipanti li jieħdu sehem fi proġett għandhom jinfurmaw regolarment lill-Kunsill dwar l-iżvilupp tal-proġett, kif xieraq.

Artikolu 6

Arranġamenti dwar superviżjoni, valutazzjoni u rapportar

1.   Il-Kunsill, fil-qafas tal-Artikolu 46(6) TUE, għandu jiżgura l-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-PESCO. Ir-Rappreżentant Għoli għandu wkoll jikkontribwixxi lejn dawk l-objettivi.

2.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun involut bis-sħiħ fil-proċedimenti relatati mal-PESCO, f'konformità mal-Protokoll Nru 10.

3.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta rapport annwali dwar il-PESCO lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq il-kontributi mill-EDA, skont l-Artikolu 7(3)(a), u mis-SEAE, skont l-Artikolu 7(2)(a). Ir-rapport tar-Rappreżentant Għoli għandu jiddeskrivi l-istat tal-implimentazzjoni tal-PESCO, inkluż l-issodisfar, minn kull Stat Membru parteċipanti, tal-impenji tiegħu skont il-Pjan Nazzjonali ta' Implimentazzjoni tiegħu.

L-EUMC għandu jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet militari lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rigward il-proċess ta' valutazzjoni annwali tal-PESCO.

Abbażi tar-rapport annwali dwar il-PESCO ippreżentat mir-Rappreżentant Għoli, il-Kunsill għandu jirrieżamina darba fis-sena jekk l-Istati Membri parteċipanti għadhomx jissodisfaw l-impenji aktar vinkolanti msemmija fl-Artikolu 3.

4.   Kwalunkwe deċiżjoni dwar is-sospensjoni tal-parteċipazzjoni ta' Stat Membru għandha tiġi adottata f'konformità mal-Artikolu 46(4) TUE biss wara li l-Istat Membru jkun ingħata żmien iddefinit b'mod ċar għal konsultazzjoni individwali u miżuri ta' reazzjoni.

Artikolu 7

Appoġġ mis-SEAE u l-EDA

1.   Taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli, ukoll fil-kapaċità tiegħu ta' Kap tal-EDA, is-SEAE, inkluż l-Istat Maġġur tal-UE (EUMS), u l-EDA għandhom jipprovdu b'mod konġunt il-funzjonijiet segretarjali neċessarji għall-PESCO ħlief fil-livell tal-Kunsill, u f'dan ir-rigward punt ta' kuntatt uniku.

2.   Is-SEAE, inkluż l-EUMS, għandu jappoġġa l-funzjonament tal-PESCO b'mod partikolari billi:

(a)

jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tar-Rappreżentant Għoli, fir-rapport annwali tiegħu dwar il-PESCO, tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri parteċipanti fir-rigward tal-aspetti operazzjonali, f'konformità mal-Artikolu 6.

(b)

jikkoordina l-valutazzjoni ta' proposti għal proġetti previsti fl-Artikolu, 5 b'mod partikolari fl-oqsma ta' disponibbiltà, interoperabbiltà, flessibbiltà u skjerament ta' forzi. B'mod partikolari, is-SEAE, inkluż l-EUMS, għandu jivvaluta l-konformità tal-proġetti proposti mal-ħtiġijiet operazzjonali u l-kontribut tiegħu għalihom.

3.   L-EDA għandha tappoġġa l-PESCO, b'mod partikolari billi:

(a)

tikkontribwixxi għall-valutazzjoni tar-Rappreżentant Għoli, fir-rapport annwali tiegħu, tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri parteċipanti, f'konformità mal-Artikolu 6, fir-rigward tal-kapaċitajiet, b'mod partikolari kontribuzzjonijiet li jkunu saru f'konformità mal-impenji aktar vinkolanti msemmija fl-Artikolu 3.

(b)

tiffaċilita proġetti ta' żvilupp tal-kapaċitajiet, b'mod partikolari billi tikkoordina l-valutazzjoni tal-proposti għal proġetti previsti fl-Artikolu 5, b'mod partikolari fil-qasam tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet. B'mod partikolari, l-EDA għandha tappoġġa lill-Istati Membri biex jiġi żgurat li ma jkun hemm ebda duplikazzjoni mhux neċessarja ma' inizjattivi eżistenti anke f'kuntesti istituzzjonali oħra.

Artikolu 8

Finanzjament

1.   L-infiq amministrattiv tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE li jirriżulta mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandu jiġġarrab mill-baġit tal-Unjoni. L-infiq amministrattiv tal-EDA għandu jkun soġġett għar-regoli rilevanti dwar il-finanzjament tal-EDA f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 (2).

2.   L-infiq amministrattiv li jirriżulta minn proġetti mwettqa fil-qafas tal-PESCO għandu jiġi appoġġat primarjament mill-Istati Membri parteċipanti li jieħdu sehem fi proġett individwali. Kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni jistgħu jsiru lil tali proġetti f'konformità mat-Trattati u f'konformità mal-istrumenti rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 9

Parteċipazzjoni ta' Stati terzi fi proġetti individwali

1.   Il-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' Stati terzi fi proġetti individwali għandhom jiġu speċifikati f'deċiżjoni tal-Kunsill adottata f'konformità mal-Artikolu 4(2), li tista' tinkludi mudell għal arranġamenti amministrattivi ma' Stati terzi.

2.   Il-Kunsill għandu jiddeċiedi f'konformità mal-Artikolu 46(6) TUE jekk Stat terz, li l-Istati Membri parteċipanti li jieħdu sehem fi proġett ikunu jixtiequ jistiednu biex jieħu sehem f'dak il-proġett, jissodisfax ir-rekwiżiti indikati fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Wara deċiżjoni pożittiva kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri parteċipanti li jieħdu sehem fi proġett jistgħu jidħlu f'arranġamenti amministrattivi mal-Istat terz ikkonċernat għall-fini tal-parteċipazzjoni tiegħu f'dak il-proġett. Tali arranġamenti għandhom jirrispettaw il-proċeduri u l-awtonomija deċiżjonali tal-Unjoni.

Artikolu 10

Regoli ta' sigurtà

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (3) għandhom japplikaw fil-kuntest tal-PESCO.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  In-notifika hija pubblikata flimkien ma' din id-Deċiżjoni (ara paġna ta' 65 dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 tat-12 ta' Ottubru 2015 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (ĠU L 266, tat-13 ta' Ottubru 2015, p. 55).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


ANNESS

Lista ta' impenji komuni ambizzjużi u aktar vinkolanti meħuda mill-Istati Membri parteċipanti fil-ħames oqsma stabbiliti mill-Artikolu 2 tal-Protokoll 10

“a)

jikkooperaw, sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi approvati dwar il-livell ta' infiq għall-investiment f'tagħmir ta' difiża, u jirrevedu dawn l-objettivi regolarment fid-dawl taċ-ċirkostanzi tas-sigurtà u tar-responsabbiltajiet internazzjonali tal-Unjoni.”

Abbażi tal-punti ta' riferiment kollettivi identifikati fl-2007, l-Istati Membri parteċipanti jissottoskrivu l-impenji li ġejjin:

1.

Jiżdiedu b'mod regolari l-baġits għad-difiża f'termini reali, sabiex jintlaħqu l-objettivi maqbula.

2.

Żieda suċċessiva fuq terminu medju fin-nefqa tal-investiment fid-difiża sa 20 % tal-ispiża totali fid-difiża (punt ta' riferiment kollettiv) sabiex jiġu indirizzati l-lakuni fil-kapaċitajiet strateġiċi permezz ta' parteċipazzjoni fi proġetti ta' kapaċitajiet tad-difiża f'konformità mas-CDP u mar-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża (CARD).

3.

Jiżdiedu l-proġetti strateġiċi konġunti u “kollaborattivi” ta' kapaċitajiet tad-difiża. Jenħtieġ li tali proġetti konġunti u kollaborattivi jkunu appoġġati permezz tal-Fond Ewropew għad-Difiża jekk ikun meħtieġ u kif adatt.

4.

Jiżdied is-sehem tal-infiq allokat lir-riċerka u t-teknoloġija fil-qasam tad-difiża bil-għan li joqrob lejn it-2 % tal-ispiża totali fid-difiża (punt ta' riferiment kollettiv).

5.

Jiġi stabbilit rieżami regolari ta' dawn l-impenji (bil-għan li jiġu approvati mill-Kunsill).

“b)

kemm jista' jkun jallinjaw l-apparat tad-difiża tagħhom ma' xulxin, b'mod partikolari billi jarmonizzaw l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet militari tagħhom, billi jiġbru flimkien u, fejn xieraq, jispeċjalizzaw il-mezzi u l-kapaċitajiet tad-difiża tagħhom, kif ukoll billi jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni fl-oqsma tat-taħriġ u l-loġistika.”

6.

Jinqeda rwol sostanzjali fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet fi ħdan l-UE, inkluż fil-qafas tal-CARD, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet meħtieġa biex jintlaħaq il-livell ta' ambizzjoni fl-Ewropa.

7.

Impenn lejn appoġġ għall-CARD sal-ogħla livell possibbli filwaqt li tiġi rikonoxxuta n-natura volontarja tar-rieżami u l-limitazzjonijiet individwali tal-Istati Membri parteċipanti.

8.

Impenn lejn l-involviment intensiv ta' Fond Ewropew għad-Difiża futur f'akkwist multinazzjonali b'valur miżjud identifikat tal-UE.

9.

Impenn lejn it-tfassil ta' rekwiżiti armonizzati għall-proġetti kollha ta' żvilupp tal-kapaċitajiet maqbula mill-Istati Membri parteċipanti.

10.

Impenn lejn il-konsiderazzjoni tal-użu konġunt ta' kapaċitajiet eżistenti sabiex jiġu ottimizzati r-riżorsi disponibbli u titjieb l-effikaċja ġenerali tagħhom.

11.

Impenn lejn l-iżgurar ta' sforzi akbar fil-kooperazzjoni dwar iċ-ċiberdifiża, bħall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, it-taħriġ u l-appoġġ operazzjonali.

“c)

jieħdu miżuri konkreti sabiex isaħħu d-disponibbiltà, l-interoperabbiltà, il-flessibbiltà u l-kapaċità fl-insedjament tal-forzi tagħhom, b'mod partikolari billi jidentifikaw l-objettivi komuni fl-impenn ta' forzi, inkluż possibbilment ir-reviżjoni tal-proċeduri deċiżjonali nazzjonali tagħhom.”

12.

Fir-rigward tad-disponibbiltà u l-iskjerabbiltà tal-forzi, l-Istati Membri parteċipanti huma impenjati li:

Jqiegħdu għad-dispożizzjoni formazzjonijiet, li huma strateġikament skjerabbli, sabiex ikun jista' jintlaħaq il-livell ta' ambizzjoni tal-UE flimkien mal-iskjerament potenzjali ta' grupp tattiku tal-UE (EU BG). Dan l-impenn la jkopri forza operattivament disponibbli, la forza permanenti u lanqas forza ta' intervent fil-pront.

Jiżviluppaw strument sod (eż. bażi ta' data) li jkun aċċessibbli biss għall-Istati Membri parteċipanti u n-nazzjonijiet kontribwenti biex jiġu reġistrati l-kapaċitajiet disponibbli u rapidament skjerabbli sabiex jiġi ffaċilitat u aċċellerat il-Proċess tal-Ġenerazzjoni tal-Forzi.

Jimmiraw għal impenn politiku aċċellerat fil-livell nazzjonali, inkluż possibbilment ir-rieżami tal-proċeduri deċiżjonali nazzjonali tagħhom.

Jipprovdu appoġġ sostanzjali skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħhom għall-operazzjonijiet (eż. EUFOR) u l-missjonijiet (eż Missjonijiet ta' Taħriġ tal-UE) tal-PSDK - permezz ta' persunal, materjal, taħriġ, appoġġ għall-eżerċizzji, infrastruttura jew mod ieħor - li jkunu ġew deċiżi unanimament mill-Kunsill, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni dwar il-kontribuzzjonijiet għall-operazzjonijiet tal-PSDK u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni kostituzzjonali.

Jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għal EU BG billi jikkonfermaw il-kontribuzzjonijiet, fil-prinċipju, mill-inqas erba' snin bil-quddiem, b'perijodu ta' stennija skont il-kunċett ta' EU BG, bl-obbligu li jwettqu eżerċizzji ta' EU BG għall-pakkett ta' forza tal-EU BG (nazzjon qafas) u/jew billi jipparteċipaw f'dawn l-eżerċizzji (l-Istati Membri kollha tal-UE li jipparteċipaw f'EU BG).

Jissimplifikaw u jistandardizzaw it-trasport militari transfruntiera fl-Ewropa biex ikun possibbli l-iskjerament rapidu ta' materjal u persunal militari.

13.

Fir-rigward tal-interoperabbiltà tal-forzi, l-Istati Membri parteċipanti huma impenjati li:

Jiżviluppaw l-interoperabbiltà tal-forzi tagħhom permezz ta':

Impenn lejn qbil dwar kriterji komuni ta' evalwazzjoni u validazzjoni għall-pakkett ta' forza tal-EU BG allinjati mal-istandards tan-NATO filwaqt li tinżamm iċ-ċertifikazzjoni nazzjonali.

Impenn lejn qbil dwar standards tekniċi u operazzjonali komuni tal-forzi filwaqt li jiġi rikonoxxut li dawn iridu jiżguraw interoperabbiltà man-NATO.

Jottimizzaw l-istrutturi multinazzjonali: l-Istati Membri parteċipanti jistgħu jimpenjaw ruħhom li jingħaqdu mal-istrutturi ewlenin eżistenti u futuri possibbli li jipparteċipaw fl-azzjoni esterna Ewropea fil-qasam militari (EUROCORPS, EUROMARFOR, EUROGENDFOR, MCCE/ATARES/SEOS) u li jkollhom rwol attiv fihom.

14.

L-Istati Membri parteċipanti ser jistinkaw favur approċċ ambizzjuż għall-finanzjament komuni ta' operazzjonijiet u missjonijiet militari tal-PSDK, lil hinn minn dik li ser tiġi ddefinita bħala spiża komuni skont id-deċiżjoni tal-kunsill Athena.

“d)

jaħdmu flimkien sabiex jassiguraw li jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jagħmlu tajjeb, inkluż permezz ta' approċċi multinazzjonali, u mingħajr preġudizzju għall-impenji f'dan ir-rigward fi ħdan l-Organizzazzjoni tat-Trattat tan-Nord Atlantiku, għan-nuqqasijiet li jidhru fil-qafas tal-“Mekkaniżmu tal-Iżvilupp tal-Kapaċità.””

15.

Għajnuna biex jingħelbu n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet identifikati taħt il-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet (CDP) u l-CARD. Dawn il-proġetti ta' kapaċità għandhom iżidu l-awtonomija strateġika tal-Ewropa u jsaħħu l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB).

16.

Jitqies, bħala prijorità, approċċ kollaborattiv Ewropew sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet identifikati fil-livell nazzjonali u, bħala regola ġenerali, jintuża biss approċċ esklużivament nazzjonali jekk ikun twettaq diġà tali eżami.

17.

Parteċipazzjoni f'mill-anqas proġett wieħed taħt il-PESCO li jiżviluppa jew jipprovdi kapaċitajiet identifikati bħala strateġikament rilevanti mill-Istati Membri.

“e)

tieħdu sehem, fejn ikun xieraq, fl-iżvilupp ta' programmi konġunti jew Ewropej maġġuri ta' tagħmir fil-qafas tal-Aġenzija Ewropea tad-Difiża.”

18.

Impenn li l-EDA tintuża bħala l-forum Ewropew għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet konġunti u li l-OCCAR titqies bħala l-organizzazzjoni kollaborattiva preferuta għall-ġestjoni ta' programmi.

19.

Jiġi żgurat li l-proġetti kollha fir-rigward tal-kapaċitajiet immexxija mill-Istati Membri parteċipanti jrendu l-industrija tad-difiża Ewropea aktar kompetittiva permezz ta' politika industrijali xierqa li tevita sovrappożizzjoni bla bżonn.

20.

Jiġi żgurat li l-programmi ta' kooperazzjoni - li minnhom għandhom jibbenefikaw biss entitajiet li jistgħu juru valur miżjud fuq it-territorju tal-UE - u l-istrateġiji ta' akkwist adottati mill-Istati Membri parteċipanti jkollhom impatt pożittiv fuq l-EDTIB


TRADUZZJONI

Notifika rigward il-kooperazzjoni strutturata permanenti (pesco) lill-kunsill u lir-rappreżentant għoli tal-unjoni għall-affarijiet barranin u l-politika ta' sigurtà

Preambolu

L-Istati Membri parteċipanti,

Filwaqt li jfakkru li l-Unjoni qed taħdem favur politika estera u ta' sigurtà komuni bbażata fuq il-kisba ta' “konverġenza dejjem akbar tal-azzjonijiet tal-Istati Membri” (Art. 24(2) TUE) u li l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) hija parti integrali mill-politika estera u ta' sigurtà komuni;

Filwaqt li jqisu li l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni tipprovdi lill-Unjoni l-kapaċità operazzjonali abbażi ta' assi ċivili u militari u li t-tisħiħ tal-politika estera u ta' sigurtà ser jirrikjedi sforzi mill-Istati Membri fil-qasam tal-kapaċitajiet;

Filwaqt li jfakkru l-impenn tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha għall-promozzjoni ta' ordni globali bbażat fuq ir-regoli bil-multilateraliżmu bħala l-prinċipju ewlieni tiegħu u n-Nazzjonijiet Uniti fil-qalba tiegħu;

Filwaqt li jfakkru l-Artikolu 42(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li skontu dawk “l-Istati Membri li l-kapaċitajiet militari tagħhom jissodisfaw kriterji ogħla u li jkunu ħadu impenji aktar vinkolanti ma' xulxin fil-qasam 'bil-ħsieb tat-twettiq tal-missjonijiet l-aktar impenjattivi' għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) fil-qafas tal-Unjoni”;

Filwaqt li jqisu li l-PESCO tista' tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jinkiseb il-Livell ta' Ambizzjoni tal-UE inkluż bil-ħsieb tat-twettiq tal-missjonijiet u tal-operazzjonijiet l-aktar impenjattivi u li din tista' tiffaċilita l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tad-difiża tal-Istati Membri permezz ta' involviment intensiv fi proġetti ta' akkwist multinazzjonali u ma' entitajiet industrijali adegwati, inkluż intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u ssaħħaħ il-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tad-difiża, filwaqt li jsir użu sħiħ mit-Trattati;

Filwaqt li jikkunsidraw l-objettivi ta' kooperazzjoni strutturata permanenti u l-impenji meħuda mill-Istati Membri biex jiksbuhom kif stabbilit fil-Protokoll Nru 10 dwar il-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti u msemmi fl-Artikolu 46 TUE;

Filwaqt li jinnotaw li l-Kunsill Ewropew li sar fil-15 ta' Diċembru 2016 ikkonkluda li l-Ewropej għandhom jieħdu responsabbiltà akbar għas-sigurtà tagħhom u li, sabiex jissaħħu s-sigurtà u d-difiża tal-Ewropa f'ambjent ġeopolitiku mimli sfidi u biex iċ-ċittadini tagħha jiġu mħarsa aħjar, u filwaqt li kkonferma impenji preċedenti f'dan ir-rigward, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-ħtieġa għal aktar ħidma, inkluż billi jiġu impenjati riżorsi addizzjonali suffiċjenti, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċirkostanzi nazzjonali, l-impenji legali, u għall-Istati Membri li huma wkoll membri tan-NATO, linji gwida rilevanti tan-NATO dwar in-nefqa għad-difiża;

Filwaqt li jfakkru, barra minn hekk, li l-Kunsill Ewropew appella wkoll għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet meħtieġa kif ukoll għall-impenn biex dawn il-kapaċitajiet isiru disponibbli meta jkun neċessarju, u li sostna li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom ikunu kapaċi jikkontribwixxu b'mod deċiżiv għal sforzi kollettivi, kif ukoll li jaġixxu b'mod awtonomu meta u fejn ikun neċessarju u ma' sħab kull fejn ikun possibbli;

Filwaqt li jqisu li l-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2017 appella li l-iżvilupp konġunt ta' proġetti ta' kapaċità maqbula b'mod komuni mill-Istati Membri biex ikunu indirizzati n-nuqqasijiet sinifikanti eżistenti u jiġu żviluppati t-teknoloġiji tal-ġejjieni, huwa kruċjali biex jiġi ssodisfat il-livell ta' ambizzjoni tal-UE approvat mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2016; laqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Fond Ewropew għad-Difiża, magħmul minn tieqa għar-riċerka u tieqa għall-kapaċitajiet; u appella lill-Istati Membri biex jidentifikaw proġetti ta' kapaċità adatti għall-Fond Ewropew għad-Difiża u għall-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża;

Filwaqt li jfakkru b'mod partikolari li l-Kunsill Ewropew talab li r-Rappreżentant Għoli tressaq proposti fir-rigward tal-elementi u l-opzjonijiet għal Kooperazzjoni Strutturata Permanenti inklużiva abbażi ta' approċċ modulari u d-deskrizzjoni ta' proġetti potenzjali;

Filwaqt li jfakkru li l-Kunsill Affarijiet Barranin fis-6 ta' Marzu 2017 qabel dwar il-ħtieġa li titkompla l-ħidma fir-rigward tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti inklużiva abbażi ta' approċċ modulari, li għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha li huma lesti jieħdu l-impenji vinkolanti neċessarji u li jissodisfaw il-kriterji, abbażi tal-Artikoli 42(6) u 46 u l-Protokoll 10 tat-Trattat;

Determinati li jilħqu livell ġdid fit-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni tal-Unjoni kif mitlub fl-Artikolu 42(2) TUE permezz tal-istabbiliment ta' kooperazzjoni strutturata permanenti fil-qafas tal-Unjoni; filwaqt li jieħdu kont tal-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża tal-Istati Membri kollha;

Filwaqt li jfakkru l-obbligu skont l-Artikolu 42(7) TUE tal-għajnuna u l-assistenza reċiproċi;

Filwaqt li jfakkru li f'konformità mal-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-impenji u l-kooperazzjoni fil-qasam tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni “għandhom ikunu konsistenti mal-impenji meħuda fl-Organizzazzjoni tat-Trattat tan-Nord Atlantiku, li, għal dawk l-Istati Membri li huma membri tagħha, tibqa' s-sisien tad-difiża kollettiva tagħhom u l-forum għall-implimentazzjoni tagħha”;

Filwaqt li jenfasizzaw li l-Kunsill Ewropew tat-22/23 ta' Ġunju 2017 qabel dwar il-ħtieġa għat-tnedija ta' Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) li tkun inklużiva u ambizzjuża u b'rispons għall-mandat tal-Kunsill Ewropew biex ifasslu fi żmien tliet xhur “lista komuni ta' kriterji u impenji vinkolanti, kompletament konformi mal-Artikoli 42(6) u 46 TUE u mal-Protokoll 10 għat-Trattat - inkluż bil-ħsieb li jitwettqu l-missjonijiet l-aktar impenjattivi […], b'kalendarju preċiż u mekkaniżmi ta' valutazzjoni speċifiċi, sabiex l-Istati Membri li huma f'pożizzjoni li jagħmlu dan, ikunu jistgħu jinnotifikaw l-intenzjonijiet tagħhom li jipparteċipaw mingħajr dewmien”;

B'DAN JINNOTIFIKAW lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar l-intenzjoni tagħhom li jipparteċipaw f'Kooperazzjoni Strutturata Permanenti;

JAPPELLAW lill-Kunsill biex jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Protokoll 10 tat-Trattat, u abbażi tal-prinċipji speċifikati fl-Anness I, l-impenji aktar vinkolanti komuni li jinsabu fl-Anness II kif ukoll il-proposti għall-governanza li jinsabu fl-Anness III;

GĦANDHOM IRESSQU, qabel l-adozzjoni mill-Kunsill tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-PESCO, pjan ta' implimentazzjoni nazzjonali li juri l-kapaċità tagħhom li jonoraw l-impenji l-aktar vinkolanti li jinsabu fl-Anness II.

Magħmul fi Brussell fit-tlettax-il jum ta' Novembru fis-sena elfejn u sbatax.

*

L-Irlanda, fis-7 ta' Diċembru 2017, innotifikat lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa fil-PESCO u assoċjat ruħha ma' din in-Notifika konġunta.

*

Ir-Repubblika Portugiża, fis-7 ta' Diċembru 2017, innotifikat lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa fil-PESCO u assoċjat ruħha ma' din in-Notifika konġunta.

ANNESS I - PRINĊIPJI TAL-PESCO

Il-“Kooperazzjoni Strutturata Permanenti” hija prevista fl-Artikoli 42 u 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Protokoll Nru 10 tat-Trattat. Din tista' tiġi attivata darba biss u hija stabbilita permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tiġi adottata b'maġġoranza kwalifikata, sabiex iġġib flimkien l-Istati Membri kollha li lesti jipparteċipaw fil-qasam tad-difiża, “li l-kapaċitajiet militari tagħhom jissodisfaw kriterji ogħla” u li jkunu ħadu “impenji aktar vinkolanti bil-ħsieb tat-twettiq tal-missjonijiet” u l-operazzjonijiet “l-aktar impenjattivi”.

Il-PESCO hija qafas legali Ewropew ambizzjuż, vinkolanti u inklużiv għal investimenti fis-sigurtà u d-difiża tat-territorju tal-UE u ċ-ċittadini tagħha. Il-PESCO tipprevedi wkoll qafas politiku kruċjali għall-Istati Membri kollha biex itejbu l-assi militari u l-kapaċitajiet ta' difiża rispettivi tagħhom permezz ta' inizjattivi kkoordinati tajjeb u proġetti konkreti bbażati fuq impenji aktar vinkolanti. Kapaċitajiet ta' difiża msaħħa tal-Istati Membri tal-UE ser ikunu wkoll ta' benefiċċju għan-NATO. Huma ser isaħħu l-pilastru Ewropew fi ħdan l-Alleanza u ser iwieġbu talbiet ripetuti għal kondiviżjoni transatlantika msaħħa tal-piżijiet.

Il-PESCO hija pass kruċjali lejn it-tisħiħ tal-politika ta' difiża komuni. Tista' tkun element ta' żvilupp possibbli lejn difiża komuni, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk b'vot unanimu (kif stipulat fl-Artikolu 42(2) TUE). Viżjoni fit-tul għall-PESCO tista' tkun il-kisba ta' pakkett koerenti ta' forzi fuq medda sħiħa - f'komplementarjetà man-NATO, li ser tibqa' s-sies tad-difiża kollettiva tal-membri tagħha.

Aħna nqisu PESCO inklużiv bħala l-aktar strument importanti biex titrawwem politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni f'qasam fejn huma meħtieġa aktar koerenza, kontinwità, koordinazzjoni u kollaborazzjoni. Jenħtieġ li l-isforzi Ewropej għal dan il-għan ikunu magħquda, ikkoordinati, u sinifikanti u għandhom ikunu bbażati fuq il-linji gwida politiċi miftiehma b'mod komuni.

Il-PESCO toffri qafas legali affidabbli u vinkolanti fi ħdan il-qafas istituzzjonali tal-UE. L-Istati Membri parteċipanti ser jonoraw l-impenji vinkolanti tagħhom, u b'hekk jikkonfermaw li l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' Kooperazzjoni Strutturata Permanenti ser jitwettqu f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tat-TUE u l-protokolli tiegħu u fir-rispett tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri.

In-natura vinkolanti tal-impenji tal-PESCO ser tiġi żgurata permezz ta' valutazzjoni regolari annwali mwettqa mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u appoġġata, b'mod partikolari, mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), għall-aspetti tal-iżvilupp tal-kapaċità (notevolment deskritti fl-Artikolu 3 tal-Protokoll 10), u s-SEAE, inkluż l-EUMS u strutturi oħra tal-PSDK, għall-aspetti operazzjonali tal-PESCO. Permezz tal-PESCO, l-Unjoni tista' taħdem lejn pakkett koerenti ta' forzi fuq medda sħiħa minħabba li l-PESCO għandha żżid il-koordinazzjoni u l-gwida dixxendenti għal strutturi u linji ta' sforz axxendenti eżistenti jew futuri.

Il-PESCO għandha tipprovdi opportunitajiet biex l-Istati Membri jtejbu l-kapaċitajiet ta' difiża permezz tal-parteċipazzjoni f'inizjattivi kkoordinati tajjeb u proġetti komuni konkreti, potenzjalment li jisfruttaw raggruppamenti reġjonali eżistenti. Il-parteċipazzjoni fil-PESCO hija volontarja u tħalli is-sovranità nazzjonali mhux mittiefsa.

PESCO inklużiva hija sinjal politiku qawwi għaċ-ċittadini tagħna u d-dinja esterna: gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE qed jieħdu s-sigurtà u d-difiża komuni bis-serjetà u jippromwovuhom. Għaċ-ċittadini tal-UE dan ifisser aktar sigurtà u sinjal ċar tar-rieda tal-Istati Membri kollha biex irawmu s-sigurtà u d-difiża komuni biex jilħqu l-miri stipulati mill-Istrateġija Globali tal-UE.

Il-PESCO ser tkun orjentata lejn ir-riżultati u għandha tippermetti li jintlaħaq progress tanġibbli fil-livell ta' infiq għall-investiment fuq tagħmir għad-difiża, fil-miri kollaborattivi għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet u d-disponibbiltà ta' kapaċitajiet ta' difiża li jistgħu jiġu skjerati għal missjonijiet u operazzjonijiet kombinati b'rikonoxximent tal-prinċipju ta' ġabra waħda ta' forzi. L-ixprun ewlieni tal-iżvilupp tal-kapaċità tal-PESCO ser ikun l-issodisfar tan-nuqqasijiet fil-kapaċità relatati mal-Livell ta' Ambizzjoni tal-UE u l-objettivi u l-prijoritajiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni.

In-natura “inklużiva” u “modulari” tal-PESCO, kif deskritta mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2016, ma għandhiex twassal biex jitbaxxa l-livell tal-kooperazzjoni. L-objettiv ta' PESCO “ambizzjuż” jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fil-PESCO jkunu konformi ma' lista komuni ta' objettivi u impenji. Kif imfakkar mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2017, il-PESCO hija “inklużiva u ambizzjuża”.

Il-lista ta' impenji li ġejja għandha tgħin biex jintlaħaq il-livell ta' ambizzjoni tal-UE kif definit fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2016, approvati mill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2016, u b'hekk issaħħaħ l-awtonomija strateġika kemm taċ-ċittadini Ewropej kif ukoll tal-UE.

ANNESS II - LISTA TA' IMPENJI KOMUNI AMBIZZJUŻI U AKTAR VINKOLANTI FIL-ĦAMES OQSMA STABBILITI MILL-ARTIKOLU 2 TAL-PROTOKOLL NRU 10

“(a)

jikkooperaw, sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi approvati dwar il-livell ta' infiq għall-investiment f'tagħmir ta' difiża, u jirrevedu dawn l-objettivi regolarment fid-dawl taċ-ċirkostanzi tas-sigurtà u tar-responsabbiltajiet internazzjonali tal-Unjoni.”

Abbażi tal-punti ta' riferiment kollettivi identifikati fl-2007, l-Istati Membri parteċipanti jaqblu mal-impenji li ġejjin:

1.

Jiżdiedu b'mod regolari l-baġits għad-difiża f'termini reali, sabiex jintlaħqu l-objettivi maqbula.

2.

Żieda suċċessiva fuq terminu medju fin-nefqa tal-investiment fid-difiża sa 20 % tal-ispiża totali fid-difiża (punt ta' riferiment kollettiv) sabiex jiġu indirizzati l-lakuni fil-kapaċitajiet strateġiċi permezz ta' parteċipazzjoni fi proġetti ta' kapaċitajiet tad-difiża f'konformità mas-CDP u mar-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża (CARD).

3.

Jiżdiedu l-proġetti strateġiċi konġunti u “kollaborattivi” ta' kapaċitajiet tad-difiża. Jenħtieġ li tali proġetti konġunti u kollaborattivi jkunu appoġġati permezz tal-Fond Ewropew għad-Difiża jekk ikun meħtieġ u kif adatt.

4.

Jiżdied is-sehem tal-infiq allokat lir-riċerka u t-teknoloġija fil-qasam tad-difiża bil-għan li joqrob lejn it-2 % tal-ispiża totali fid-difiża (punt ta' riferiment kollettiv).

5.

Jiġi stabbilit rieżami regolari ta' dawn l-impenji (bil-għan li jiġu approvati mill-Kunsill).

“(b)

kemm jista' jkun jallinjaw l-apparat tad-difiża tagħhom ma' xulxin, b'mod partikolari billi jarmonizzaw l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet militari tagħhom, billi jiġbru flimkien u, fejn xieraq, jispeċjalizzaw il-mezzi u l-kapaċitajiet tad-difiża tagħhom, kif ukoll billi jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni fl-oqsma tat-taħriġ u l-loġistika.”

6.

Jinqeda rwol sostanzjali fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet fi ħdan l-UE, inkluż fi ħdan il-qafas tal-CARD, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet meħtieġa biex jintlaħaq il-livell ta' ambizzjoni fl-Ewropa.

7.

Impenn lejn appoġġ għall-CARD sal-ogħla livell possibbli filwaqt li tiġi rikonoxxuta n-natura volontarja tar-rieżami u l-limitazzjonijiet individwali tal-Istati Membri parteċipanti.

8.

Impenn lejn l-involviment intensiv ta' Fond Ewropew għad-Difiża futur f'akkwist multinazzjonali b'valur miżjud identifikat tal-UE.

9.

Impenn lejn it-tfassil ta' rekwiżiti armonizzati għall-proġetti kollha ta' żvilupp tal-kapaċitajiet maqbula mill-Istati Membri parteċipanti.

10.

Impenn lejn il-konsiderazzjoni tal-użu konġunt ta' kapaċitajiet eżistenti sabiex jiġu ottimizzati r-riżorsi disponibbli u titjieb l-effikaċja ġenerali tagħhom.

11.

Impenn lejn l-iżgurar ta' sforzi akbar fil-kooperazzjoni dwar iċ-ċiberdifiża, bħall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, it-taħriġ u l-appoġġ operazzjonali.

“(c)

jieħdu miżuri konkreti sabiex isaħħu d-disponibbiltà, l-interoperabbiltà, il-flessibbiltà u l-kapaċità fl-insedjament tal-forzi tagħhom, b'mod partikolari billi jidentifikaw l-objettivi komuni fl-impenn ta' forzi, inkluż possibbilment ir-reviżjoni tal-proċeduri deċiżjonali nazzjonali tagħhom.”

12.

Fir-rigward tad-disponibbiltà u l-iskjerabbiltà tal-forzi, l-Istati Membri parteċipanti huma impenjati li:

Iqiegħdu għad-dispożizzjoni formazzjonijiet, li huma strateġikament skjerabbli, sabiex ikun jista' jintlaħaq il-livell ta' ambizzjoni tal-UE flimkien mal-iskjerament potenzjali ta' grupp tattiku tal-UE (EU BG). Dan l-impenn la jkopri forza operattivament disponibbli, la forza permanenti u lanqas forza ta' intervent fil-pront.

Jiżviluppaw strument sod (eż. bażi ta' data) li jkun aċċessibbli biss għall-Istati Membri parteċipanti u n-nazzjonijiet kontribwenti biex jiġu reġistrati l-kapaċitajiet disponibbli u rapidament skjerabbli sabiex jiġi ffaċilitat u aċċellerat il-Proċess tal-Ġenerazzjoni tal-Forzi.

Jimmiraw għal impenn politiku aċċellerat fil-livell nazzjonali, inkluż possibbilment ir-rieżami tal-proċeduri deċiżjonali nazzjonali tagħhom.

Jipprovdu appoġġ sostanzjali, skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħhom, għall-operazzjonijiet (eż. EUFOR) u l-missjonijiet (eż Missjonijiet ta' Taħriġ tal-UE) tal-PSDK - permezz ta' persunal, materjal, taħriġ, appoġġ għall-eżerċizzji, infrastruttura jew mod ieħor - li jkunu ġew deċiżi unanimament mill-Kunsill, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni dwar il-kontribuzzjonijiet għall-operazzjonijiet tal-PSDK u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni kostituzzjonali.

Jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għal EU BG billi jikkonfermaw il-kontribuzzjonijiet, fil-prinċipju, mill-inqas erba' snin bil-quddiem, b'perijodu ta' stennija skont il-kunċett ta' EU BG, bl-obbligu li jwettqu eżerċizzji ta' EU BG għall-pakkett ta' forza tal-EU BG (nazzjon qafas) u/jew billi jipparteċipaw f'dawn l-eżerċizzji (l-Istati Membri kollha tal-UE li jipparteċipaw f'EU BG).

Jissimplifikaw u jistandardizzaw it-trasport militari transfruntier fl-Ewropa biex ikun possibbli l-iskjerament rapidu ta' materjal u persunal militari.

13.

Fir-rigward tal-interoperabbiltà tal-forzi, l-Istati Membri parteċipanti huma impenjati li:

Jiżviluppaw l-interoperabbiltà tal-forzi tagħhom permezz ta':

Impenn lejn qbil dwar kriterji komuni ta' evalwazzjoni u validazzjoni għall-pakkett ta' forza tal-EU BG allinjati mal-istandards tan-NATO filwaqt li tinżamm iċ-ċertifikazzjoni nazzjonali.

Impenn lejn qbil dwar standards tekniċi u operazzjonali komuni tal-forzi filwaqt li jiġi rikonoxxut li dawn iridu jiżguraw interoperabbiltà man-NATO.

Jottimizzaw l-istrutturi multinazzjonali: l-Istati Membri parteċipanti jistgħu jimpenjaw ruħhom li jingħaqdu mal-istrutturi ewlenin eżistenti u futuri possibbli li jipparteċipaw fl-azzjoni esterna Ewropea fil-qasam militari (EUROCORPS, EUROMARFOR, EUROGENDFOR, MCCE/ATARES/SEOS) u li jkollhom rwol attiv fihom.

14.

L-Istati Membri parteċipanti ser jistinkaw favur approċċ ambizzjuż għall-finanzjament komuni ta' operazzjonijiet u missjonijiet militari tal-PSDK, lil hinn minn dik li ser tiġi ddefinita bħala spiża komuni skont id-deċiżjoni Athena tal-kunsill.

“(d)

jaħdmu flimkien sabiex jassiguraw li jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jagħmlu tajjeb, inkluż permezz ta' approċċi multinazzjonali, u mingħajr preġudizzju għall-impenji f'dan ir-rigward fi ħdan l-Organizzazzjoni tat-Trattat tan-Nord Atlantiku, għan-nuqqasijiet li jidhru fil-qafas tal-‘Mekkaniżmu tal-Iżvilupp tal-Kapaċità’.”

15.

Għajnuna biex jingħelbu n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet identifikati taħt il-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet (CDP) u l-CARD. Dawn il-proġetti ta' kapaċità għandhom iżidu l-awtonomija strateġika tal-Ewropa u jsaħħu l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB).

16.

Jitqies, bħala prijorità, approċċ kollaborattiv Ewropew sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet identifikati fil-livell nazzjonali u, bħala regola ġenerali, jintuża biss approċċ esklużivament nazzjonali jekk ikun twettaq diġà tali eżami.

17.

Parteċipazzjoni f'mill-anqas proġett wieħed taħt il-PESCO li jiżviluppa jew jipprovdi kapaċitajiet identifikati bħala strateġikament rilevanti mill-Istati Membri.

“(e)

jieħdu sehem, fejn ikun xieraq, fl-iżvilupp ta' programmi konġunti jew Ewropej maġġuri ta' tagħmir fil-qafas tal-Aġenzija Ewropea tad-Difiża.”

18.

Impenn li l-EDA tintuża bħala l-forum Ewropew għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet konġunti u li l-OCCAR titqies bħala l-organizzazzjoni kollaborattiva preferuta għall-ġestjoni ta' programmi.

19.

Jiġi żgurat li l-proġetti kollha fir-rigward tal-kapaċitajiet immexxija mill-Istati Membri parteċipanti jrendu l-industrija tad-difiża Ewropea aktar kompetittiva permezz ta' politika industrijali xierqa li tevita sovrapożizzjoni bla bżonn.

20.

Jiġi żgurat li l-programmi ta' kooperazzjoni - li minnhom għandhom jibbenefikaw biss entitajiet li jistgħu juru valur miżjud fuq it-territorju tal-UE - u l-istrateġiji ta' akkwist adottati mill-Istati Membri parteċipanti jkollhom impatt pożittiv fuq l-EDTIB.

ANNESS III – GOVERNANZA

1.   L-Istati Membri parteċipanti jibqgħu fil-qalba tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet filwaqt li jkun hemm koordinazzjoni mar-Rappreżentant Għoli

Il-PESCO hija qafas immexxi mill-Istati Membri parteċipanti u tibqa' primarjament kompetenza tagħhom. It-trasparenza hija żgurata għall-Istati Membri tal-UE mhux parteċipanti.

Sabiex tkun żgurata koordinazzjoni xierqa mal-politika ġenerali ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK), li tagħha hija parti integrali, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ser tkun involuta bis-sħiħ fil-proċedimenti marbuta mal-PESCO. Ir-Rappreżentant Għoli ser tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-valutazzjoni annwali mitluba mill-Kunsill Ewropew spjegata fil-parti 4 hawn taħt. Is-SEAE, inkluż l-Istat Maġġuri tal-UE (EUMS), u l-EDA ser jiżguraw is-Segretarjat tal-PESCO f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Viċi Segretarju Ġenerali tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar il-PSDK u r-Reazzjoni għall-Kriżijiet.

F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 10 TUE u mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża, l-EDA ser tappoġġa lir-Rappreżentant Għoli f'dak li għandu x'jaqsam mal-aspetti tal-iżvilupp tal-kapaċità. Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli, b'mod partikolari dwar l-aspetti operazzjonali tal-PESCO, inkluż permezz tal-Istat Maġġuri tal-UE u strutturi oħra tal-PSDK.

Qed tinġibed l-attenzjoni għall-Artikolu 41(1) TUE li skontu l-“ispiża amministrattiva li tinqala' minħabba l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għall-istituzzjonijiet għandha titħallas mill-baġit tal-Unjoni”.

2.   Il-governanza hija magħmula minn żewġ livelli, b'livell sovrastanti responsabbli miż-żamma tal-koerenza u tal-ambizzjoni tal-PESCO, ikkomplementat minn proċeduri speċifiċi għall-proġetti tal-PESCO

2.1.   Il-livell sovrastanti ser ikun responsabbli mill-koerenza u l-implimentazzjoni kredibbli tal-PESCO.

Huwa ser ikun ibbażat fuq strutturi eżistenti. Meta jiltaqgħu f'laqgħa konġunta tal-Kunsill Affarijiet Barranin/Difiża (normalment darbtejn fis-sena), il-Ministri għall-Affarijiet Barranin u għad-Difiża tal-UE jistgħu jittrattaw il-kwistjonijiet tal-PESCO. Meta l-Kunsill jiltaqa' biex jittratta kwistjonijiet tal-PESCO, id-drittijiet tal-vot huma riservati għar-rappreżentanti tal-Istati Membri parteċipanti. F'din l-okkażjoni, l-Istati Membri parteċipanti jistgħu jadottaw proġetti ġodda b'unanimità (f'konformità mal-Artikolu 46(6) TUE), jirċievu valutazzjonijiet tal-isforzi tal-Istati Membri parteċipanti, speċjalment dawk li jidhru fid-dettall fil-parti 3 ta' dan l-Anness, u jistgħu jikkonfermaw il-parteċipazzjoni ta' Stat Membru ieħor b'maġġoranza kwalifikata wara li jikkonsultaw mar-Rappreżentant Għoli, f'konformità mal-Artikolu 46(3) TUE.

Jekk ma jkunx jista' jagħmel mod ieħor, il-Kunsill jista' jissospendi l-parteċipazzjoni ta' Stat Membru li ma jibqax jissodisfa l-kriterji, li minn qabel ikun ta perijodu ta' żmien definit ċar għal konsultazzjoni individwali u għal miżuri ta' reazzjoni, jew li ma jkunx jista' jew ma jridx jissodisfa aktar l-impenji u l-obbligi tal-PESCO, f'konformità mal-Artikolu 46(4) TUE.

Il-korpi preparatorji rilevanti eżistenti tal-Kunsill ser jiltaqgħu fil-“format PESCO”, jiġifieri bl-Istati Membri tal-UE kollha preżenti, iżda b'arranġament li juri l-fatt li l-Istati Membri parteċipanti biss ikollhom id-dritt tal-vot. Il-laqgħat tal-KPS fil-“format PESCO” jistgħu jitlaqqgħu biex jindirizzaw kwistjonijiet komuni ta' interess għall-Istati Membri parteċipanti, biex jippjanaw u jiddiskutu proġetti, jew biex jiddiskutu sħab ġodda fil-PESCO. Il-ħidma tiegħu ser tkun appoġġata mil-laqgħat tal-PMG fil-format PESCO. Il-Kumitat Militari tal-UE wkoll ser jitlaqqa' fil-format PESCO u b'mod partikolari jintalab jagħti pariri militari. Barra minn hekk laqgħat informali jistgħu jsiru mal-Istati Membri parteċipanti biss.

2.2.   Il-governanza ta' proġetti

2.2.1.   L-iskrutinju tal-proġetti PESCO ser ikun ibbażat fuq il-valutazzjoni mir-Rappreżentant Għoli, b'dipendenza fuq is-SEAE, inkluż l-EUMS, u l-EDA, l-għażla ta' proġetti ser tkun teħtieġ deċiżjoni tal-Kunsill

L-Istati Membri parteċipanti huma ħielsa li jippreżentaw kwalunkwe proġett li jqisu li huwa bżonnjuż għall-iskopijiet tal-PESCO. Huma ser jippubbliċizzaw l-intenzjoni tagħhom sabiex jiksbu l-appoġġ u jippreżentaw il-proġetti b'mod kollettiv lis-Segretarjat tal-PESCO, u fl-istess ħin jaqsmuhom mal-Istati Membri parteċipanti l-oħra kollha.

Il-proġetti għandhom jgħinu jissodisfaw l-impenji msemmija fl-Anness II tan-notifika, li ħafna minnhom jappellaw għall-iżvilupp, jew il-forniment, ta' ħiliet identifikati mill-Istati Membri bħala strateġikament rilevanti u b'valur miżjud tal-UE maqbul minn kulħadd, kif ukoll jitolbu li jingħataw appoġġ sostanzjali bil-mezzi u l-kapaċitajiet tal-operazzjonijiet (EUFOR) u l-missjonijiet tal-PSDK (pereżempju l-missjonijiet ta' taħriġ tal-UE) f'konformità mal-Artikolu 42(6) TUE.

Biex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza tal-proġetti varji tal-PESCO, aħna nissuġġerixxu għadd limitat ta' proġetti b'attenzjoni speċifika fuq il-missjoni u l-operazzjoni f'konformità mal-livell ta' ambizzjoni tal-UE. Proġetti oħra ser jappoġġaw dawn il-proġetti billi jaqdu rwol ta' faċilitaturi għalihom u permezz tagħhom ikunu jistgħu jsiru. Il-proġetti għandhom jinġabru skont dan.

Is-Segretarjat tal-PESCO ser jikkoordinaw il-valutazzjoni tal-proġetti proposti. Fir-rigward ta' proġetti ta' żvilupp ta' kapaċitajiet, l-EDA ser tiżgura li ma jkunx hemm duplikazzjoni ma' inizjattivi eżistenti wkoll f'kuntesti istituzzjonali oħra. Għall-proġetti b'attenzjoni fuq l-operazzjoni u l-missjoni, il-EUMS ser jivvaluta kemm dawn jikkonformaw u jikkontribwixxu għall-ħtiġijiet operazzjonali tal-UE u tal-Istati Membri tagħha. Fuq din il-bażi, ir-Rappreżentant Għoli ser tagħti rakkomandazzjoni li tidentifika dawk il-proposti għall-proġetti li huma l-aktar ambizzjużi, li jikkontribwixxu għal-livell ta' ambizzjoni tal-UE u li huma l-aħjar biex imexxu 'l quddiem l-awtonomija strateġika tal-Ewropa. Il-portafoll ta' proġetti għandu jirrifletti bilanċ xieraq bejn proġetti li huma aktar fil-qasam tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet u dawk li huma aktar fil-qasam tal-operazzjonijiet u l-missjonijiet.

Ir-rakkomandazzjoni tar-Rappreżentant Għoli ser tikkontribwixxi biex, fil-qafas tal-PESCO, il-Kunsill jiddeċiedi dwar il-lista ta' proġetti tal-PESCO wara l-parir militari tal-EUMC fil-format PESCO u permezz tal-KPS fil-format PESCO. Il-Kunsill għandu jiddeċiedu b'unanimità, kif magħmula mill-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri parteċipanti, f'konformità mal-Artikolu 46(6) TUE.

L-Istati Membri mhux parteċipanti tal-UE jistgħu dejjem jindikaw l-intenzjoni tagħhom li jipparteċipaw fi proġetti billi jwiegħdu l-impenn tagħhom u jingħaqdu mal-PESCO.

Stati Terzi jistgħu eċċezzjonalment jiġu mistiedna mill-parteċipanti tal-proġetti, skont l-arranġamenti ġenerali li għandha tittieħed deċiżjoni dwarhom fiż-żmien dovut mill-Kunsill skont l-Artikolu 46(6) TUE. Ikun jeħtieġ li jipprovdu valur miżjud sostanzjali għall-proġett, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-PESCO u l-PSDK u jissodisfaw impenji aktar diffiċli. Dan mhux ser jagħti setgħat ta' deċiżjoni lil Stati Terzi bħal dawn fil-governanza tal-PESCO. Barra minn hekk, il-Kunsill f'format tal-PESCO ser jiddeċiedi jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-arranġamenti ġenerali jkunux ġew issodisfati minn kull Stat Terz mistieden mill-parteċipanti tal-proġett rispettivi.

2.2.2.   Il-governanza tal-proġetti hija qabel xejn f'idejn l-Istati Membri parteċipanti

Meta tkun qed tittieħed deċiżjoni dwar il-lista tal-proġetti tal-PESCO mill-Kunsill, trid tinhemeż il-lista tal-Istati Membri parteċipanti assoċjati mal-proġett. Dawk l-Istati Membri parteċipanti fi proġett ser ikunu ppreżentaw il-proġett minn qabel b'mod kollettiv.

L-Istati Membri parteċipanti assoċjati ma' proġett ser jaqblu b'unanimità bejniethom dwar il-modalitajiet u l-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni tagħhom, inkluż il-kontribuzzjoni meħtieġa biex jingħaqdu mal-proġett. Huma ser jistabbilixxu r-regoli tal-governanza tal-proġett u ser jiddeċiedu dwar l-ammissjoni ta' Stati Membri parteċipanti oħra matul iċ-ċiklu tal-proġett, bi status ta' parteċipant jew osservatur. Madankollu, jenħtieġ li jiġi żviluppat sett komuni ta' regoli ta' governanza li jkun jista' jiġi adattat fi proġetti individwali. Dan ser jiżgura forma ta' standardizzazzjoni fil-governanza fost il-proġetti kollha u jħaffef il-bidu tagħhom. Għal proġetti ta' żvilupp ta' kapaċitajiet b'mod partikolari, il-ġestjoni tal-proġetti (l-ispeċifikazzjonijiet, l-istrateġija tal-akkwist, l-għażla tal-aġenzija eżekuttiva, l-għażla tal-kumpanniji industrijali, eċċ) ser tibqa' responsabbiltà esklużiva tal-Istati Membri parteċipanti assoċjati mal-proġett.

L-Istati Membri parteċipanti għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri mhux parteċipanti dwar il-proġetti kif xieraq.

3.   Approċċ f'fażijiet preċiżi b'objettivi realistiċi u vinkolanti għal kull fażi

L-impenji meħuda mill-Istati Membri parteċipanti ser jiġu ssodisfati permezz ta' sforzi nazzjonali, u proġetti konkreti.

Approċċ realistiku f'fażijiet huwa essenzjali biex tiġi ppreservata l-parteċipazzjoni ta' Stati Membri minn ta' quddiem fil-PESCO u b'hekk, jitħarsu l-prinċipji ta' ambizzjoni u inklużività. Filwaqt li l-Istati Membri parteċipanti ser jaħdmu biex jiksbu l-impenji kollha tagħhom malli PESCO jitnieda uffiċjalment, ċerti impenji jistgħu jinkisbu qabel l-oħrajn. Għal dak il-għan, approċċ f'fażijiet għandu jkun maqbul mill-Istati Membri parteċipanti.

Il-fażijiet ser iqisu elementi oħra eżistenti fuq il-kalendarju (bħall-implimentazzjoni tal-EDAP, it-tnedija tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss fl-2021, u l-impenji diġà meħuda mill-Istati Membri f'oqfsa oħra). Żewġ fażijiet rispettivi (2018-2021 u 2021-2025) ser jippermettu s-sekwenza fl-impenji. Wara l-2025, ser ikun hemm proċess ta' rieżami. Għal dak l-għan, l-Istati Membri parteċipanti ser jivvalutaw li l-impenji kollha ġew issodisfati u ser jiddeċiedu dwar impenji ġodda, bil-ħsieb li jvaraw fażi ġdida għas-sigurtà Ewropea u l-integrazzjoni tad-difiża.

4.   Il-Governanza tal-PESCO teħtieġ mekkaniżmu ta' valutazzjoni ambizzjuż u mfassal sew imsejjes fuq pjanijiet ta' implimentazzjoni nazzjonali

L-Istati Membri parteċipanti kollha huma garanti u r-Rappreżentant Għoli ser tirrapporta dwar l-issodisfar tal-impenji, f'konformità mal-prinċipju tal-valutazzjoni regolari stipulat mill-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 10. In-natura vinkolanti u l-kredibbiltà tal-impenji miftiehma ser tkun żgurata permezz ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni fuq żewġ livelli:

4.1.   Il-“Pjan ta' Implimentazzjoni Nazzjonali”

Sabiex tintwera l-kapaċità u r-rieda ta' kull Stat Membru parteċipanti li jissodisfa l-impenji miftiehma, kull Stat Membri parteċipanti ser jieħu l-impenn li qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-PESCO, jippreżenta Pjan ta' Implimentazzjoni nazzjonali li jiddeskrivi l-kapaċità tagħhom li jissodisfaw l-impenji vinkolanti. Għall-finijiet ta' trasparenza, l-aċċess għal dawk il-Pjanijiet ta' Implimentazzjoni ser jingħata lill-Istati Membri parteċipanti kollha.

Il-valutazzjoni tad-dispożizzjoni tal-Istati Membri parteċipanti li jissodisfaw l-impenji miftiehma ser issir kull sena abbażi tal-Pjanijiet ta' Implimentazzjoni nazzjonali, permezz tas-Segretarjat tal-PESCO taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli (appoġġata mill-EDA fir-rigward tal-investimenti fid-difiża u l-iżvilupp tal-kapaċità u mis-SEAE, inkluż l-EUMS, fir-rigward tal-aspetti operazzjonali). Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, din il-valutazzjoni għandha tintbagħat lill-KPS (fil-format PESCO) kif ukoll lill-EUMC (fil-format PESCO) għal parir tiegħu.

Dawk li jivvalutaw ser jiffokaw fuq il-kredibbiltà tal-impenji tal-PESCO billi jiskrinjaw il-Pjanijiet ta' Implimentazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet fattwali u l-kontribuzzjonijiet għall-proġetti.

Wara t-tnedija tal-PESCO, l-Istati Membri parteċipanti ser jaġġornaw il-Pjanijiet ta' Implimentazzjoni nazzjonali tagħhom kif xieraq skont ir-rekwiżit ta' approċċ f'fażijiet.

Fil-bidu ta' kull fażi, l-impenji ser jiġu ddettaljati permezz ta' objettivi aktar preċiżi stabbiliti minn fost l-Istati Membri parteċipanti sabiex il-proċess ta' valutazzjoni jkun eħfef.

4.2.   Rieżami Strateġiku annwali fi tmiem kull fażi

Mill-inqas darba fis-sena, il-Kunsill konġunt Affarijiet Barranin/Difiża ser jirċievi rapport mir-Rappreżentant Għoli, ibbażat fuq il-kontributi tal-EDA (f'konformità mal-Artikolu tal-Protokoll Nru 10) u tas-SEAE, inkluż l-EUMS. Dan ir-rapport ser jiddeskrivi fid-dettall l-istatus tal-implimentazzjoni tal-PESCO, inkluż ir-rispett tal-impenji li jkun ħa kull Stat Membri parteċipanti, f'koerenza mal-Pjan ta' Implimentazzjoni nazzjonali tiegħu. Dan ir-rapport, wara l-parir tal-EUMC, ser iservi ta' bażi għar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati f'konformità mal-Artikolu 46 TUE.

Fi tmiem kull fażi (2021; 2025) ser isir eżerċizzju ta' Rieżami Strateġiku li jivvaluta r-rispett għall-impenji previsti bħala ssodisfati matul dik il-fażi, jiddeċiedi dwar it-tnedija tal-fażi li jmiss u, jekk meħtieġ, jaġġorna l-impenji għall-fażi li jmiss.


14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/78


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2316

tat-12 ta' Diċembru 2017

li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/176/KEE li tikkonċerna l-mappi li għandhom jiġu pprovduti għan-network Animo

(notifikata bid-dokument C(2017) 8316)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 20(3) tagħha,

Billi:

(1)

Biex tintroduċi sistema kompjuterizzata li tgħaqqad l-awtoritajiet veterinarji (in-network Animo) il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjonijiet 91/398/KEE (2), 92/175/KEE (3), u 92/176/KEE (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 91/398/KEE u d-Deċiżjoni 92/175/KEE tħassru u n-network Animo ġie sostitwit mill-għodda tal-ġestjoni online, is-Sistema Veterinarja Kompjuterizzata u Integrata (TRACES) li tkopri r-rekwiżiti sanitarji kollha fuq il-kummerċ intra-UE u l-importazzjoni ta' annimali, semen u embrijuni, ikel, għalf u pjanti.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni 92/176/KEE titħassar.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 92/176/KEE hija mħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/398/KEE tad-19 ta' Lulju 1991 dwar network komputerizzat li jgħaqqad flimkien l-awtoritajiet veterinarji (Animo) (ĠU L 221, 9.8.1991, p. 30).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/175/KEE tal-21 ta' Frar 1992 li tistabbilixxi l-lista u l-identita tal-unitajiet tax-xibka kompjuterizzata Animo (ĠU L 80, 25.3.1992, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/176/KEE tat-2 ta' Marzu 1992 li tikkonċerna l-mappi li għandhom jiġu pprovduti għan-network Animo (ĠU L 80, 25.3.1992, p. 33).


14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/79


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2317

tat-13 ta' Diċembru 2017

dwar ir-rikonoxximent tal-iskema volontarja msejħa “Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (1), u b'mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7c(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (2), u b'mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikoli 7b u 7c u l-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikoli 17 u 18 u l-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE jistipulaw kriterji simili tas-sostenibbiltà għall-bijofjuwils u għall-bijolikwidi, u proċeduri simili għall-verifika tal-konformità tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi ma' dawk il-kriterji.

(2)

Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jkunu jridu jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2009/28/KE, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jkunu konformi mal-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) ta' dik id-Direttiva.

(3)

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-iskemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu l-istandards għall-produzzjoni tal-prodotti tal-bijomassa fihom dejta preċiża għall-iskopijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE, u/jew juru li l-konsenji tal-bijofjuwils jew tal-bijolikwidi jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà stipulati fl-Artikolu 17(3), (4) u (5), u/jew li ebda materjal ma ġie modifikat jew imwarrab intenzjonalment sabiex il-kunsinna jew parti minnha tkun tista' taqa' taħt l-Anness IX. Meta operatur ekonomiku jagħti provi jew jipprovdi dejta miksuba skont skema volontarja rikonoxxuta mill-Kummissjoni, safejn ikun kopert bid-deċiżjoni tar-rikonoxximent, Stat Membru ma jistax jitlob lill-fornitur jipprovdi aktar evidenza ta' konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà.

(4)

It-talba biex jiġi rikonoxxut li l-iskema volontarja msejħa “Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet” turi li l-konsenji tal-bijofjuwils jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tressqet lill-Kummissjoni fis-27 ta' Settembru 2017. L-iskema li hija bbażata f'5-11 Lavington Street, Londra SE1 0NZ, ir-Renju Unit, tkopri ċ-ċereali, iż-żrieragħ taż-żejt u l-pitravi taz-zokkor, prodotti fir-Renju Unit sal-ewwel punt tal-kunsinna ta' dawn l-għelejjel. Jenħtieġ li d-dokumenti tal-iskema rikonoxxuta jkunu disponibbli fil-pjattaforma ta' trasparenza stabbilita skont id-Direttiva 2009/28/KE.

(5)

Hija u tivvaluta l-iskema volontarja msejħa “Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet”, il-Kummissjoni sabet li din tkopri kif xieraq il-kriterji kollha ta' sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE, u wkoll li din tapplika metodoloġija ta' bilanċ tal-massa skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(6)

Mill-valutazzjoni tal-iskema volontarja msejħa “Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet” irriżulta li din tilħaq standards xierqa ta' affidabbiltà, ta' trasparenza u ta' awditjar indipendenti, u wkoll li hija tikkonforma mar-rekwiżiti metodoloġiċi stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils u tal-Bijolikwidi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema volontarja msejħa “Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet” (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-iskema”), li tressqet lill-Kummissjoni fis-27 ta' Settembru 2017 għar-rikonoxximent, turi li l-konsenji taċ-ċereali, taż-żrieragħ taż-żejt u tal-pitravi taz-zokkor prodotti skont l-istandards għall-produzzjoni tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi stabbiliti fl-iskema jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà kif stabbiliti fl-Artikolu 7b(3), (4) u (5) tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Artikolu 17(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2009/28/KE.

L-iskema fiha wkoll dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE f'dak li jirrigwarda l-emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art (e l ), imsemmija fil-punt 1 tal-parti C tal-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u fil-punt 1 tal-parti C tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE, li hija turi li huma ugwali għal żero.

Artikolu 2

Jekk il-kontenut tal-iskema, kif imressaq lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent fis-27 ta' Settembru 2017, jinbidel b'tali mod li jista' jaffettwa l-bażi ta' din id-Deċiżjoni, dan it-tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat biex tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha tkopri kif xieraq il-kriterji tas-sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet rikonoxxuta.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni tista' tħassar din id-Deċiżjoni, fost l-oħrajn, fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

jekk ikun intwera biċ-ċar li l-iskema ma tkunx implimentat elementi meqjusa bħala deċiżivi għal din id-Deċiżjoni jew jekk ikun twettaq ksur serju u strutturali ta' dawk l-elementi;

(b)

jekk l-iskema ma tibgħatx rapporti annwali lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7c(6) tad-Direttiva 98/70/KE u skont l-Artikolu 18(6) tad-Direttiva 2009/28/KE;

(c)

jekk l-iskema ma timplimentax l-istandards tal-awditjar indipendenti speċifikati fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7c(5) tad-Direttiva 98/70/KE u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 18(5) tad-Direttiva 2009/28/KE jew ma ttejjibx l-elementi l-oħrajn tal-iskema meqjusa bħala deċiżivi għall-issuktar tar-rikonoxximent.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika sal-15 ta' Diċembru 2022.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(2)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.


14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/81


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2318

tat-13 ta' Diċembru 2017

dwar l-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju fl-Awstralja li japplika għas-swieq finanzjarji f'konformita mad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 25(4)(a) tiagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeħtieġ li d-ditti tal-investiment jiżguraw li n-negozji li jagħmlu f'ishma ammessi għan-negozjar fis-swieq regolati, jew innegozzjati f'ċentri tan-negozjar għandhom isiru fi swieq regolati, faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (Multilateral Trading Facilities - MTF) jew internalizzaturi sistematiċi, jew inkella ċentri tan-negozjar ta' pajjiż terz valutat mill-Kummissjoni bħala ekwivalenti skont l-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(2)

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplika obbligu tan-negozjar biss fir-rigward tal-ishma. L-obbligu tan-negozjar ma jinkludix strumenti ta' ekwita oħrajn, bħal riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji oħrajn simili.

(3)

Il-proċedura ta' ekwivalenza għal ċentri tan-negozjar stabbiliti f'pajjiżi terzi stabbilita fl-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE għandha l-għan li tippermetti lid-ditti tal-investiment iwettqu negozji f'ishma li huma soġġetti għall-obbligu tan-negozjar fl-Unjoni, f'ċentri tan-negozjar ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti bħala ekwivalenti. Jentħieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk il-qafas legali u superviżorju ta' pajjiż terz jiżgurax il-konformità ta' ċentru tan-negozjar awtorizzat f'dak il-pajjiż terz ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li jkunu ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), mit-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE, mit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u mid-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u li jkunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f'dak il-pajjiż. Dan jenħtieġ li jinqara fid-dawl tal-objettivi li dak l-att għandu l-għan li jikseb, b'mod partikolari l-kontribuzzjoni tiegħu għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investituri u fl-aħħar mill-aħħar, iżda xejn inqas importanti, l-istabbiltà finanzjarja.

(4)

F'konformità mar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE, qafas legali u superviżorju ta' pajjiż terz jista' jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti meta dak il-qafas ikun jissodisfa tal-anqas il-kondizzjonijiet li (a) is-swieq huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa, (b) is-swieq ikollhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni tat-titoli għan-negozjar sabiex tali titoli jkunu jistgħu jiġu nnegozjati b'mod ġust, ordnat u effiċjenti, u jkunu liberament negozjabbli, (c) l-emittenti ta' titoli huma soġġetti għal rekwiżiti ta' informazzjoni perjodika u kontinwa li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-investitur, u (d) it-trasparenza u l-integrità tas-suq jiġu żgurati permezz tal-prevenzjoni ta' abbuż tas-suq fil-forma ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

(5)

L-għan ta' din il-valutazzjoni ta' ekwivalenza hu li tivvaluta, fost l-oħrajn, jekk ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli fl-Awstralja għas-swieq finanzjarji stabbiliti u awtorizzati bħala boroż tat-titoli hemmhekk taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni Awstraljana għat-Titoli u l-Investimenti (Australian Securities and Investments Commission ASIC) humiex ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 596/2014, mit-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE, mit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u mid-Direttiva 2004/109/KE, li jkunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f'dak il-pajjiż terz.

(6)

Il-Corporations Act 2001 (l-Att dwar il-Korporazzjonijiet) jiddefinixxi suq finanzjarju bħala faċilità li permezz tagħha offerti għall-akkwist jew id-disponiment ta' prodotti finanzjarji jsiru jew jiġu aċċettati regolarment. Is-suq finanzjarju jrid jopera sistema multilaterali f'konformità ma' regoli mhux diskrezzjonali. Huwa ma għandux is-setgħa diskrezzjonali dwar kif jeżegwixxi n-negozji u mhuwiex permess jinnegozja jew jieħu sehem f'negozjar matched principal. Barra minn hekk, suq finanzjarju rikonoxxut irid jagħti lill-membri tiegħu aċċess imparzjali għas-swieq u s-servizzi tiegħu. Il-kriterji tal-aċċess iridu jkunu imparzjali, trasparenti u applikati b'mod nondiskriminatorju. Għal dan l-għan, ir-regoli tal-operazzjoni ta' suq finanzjarju jrid ikollhom standards raġonevoli u nondiskriminatorji għar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà u l-aċċess. Dawn ir-regoli jiġu eżaminati minn ASIC.

(7)

L-erba' kundizzjonijiet stipulati fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE jridu jiġu sodisfatti sabiex jiġi ddeterminat li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' pajjiż terz rigward il-boroż awtorizzati fih huma ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 2014/65/UE.

(8)

Skont l-ewwel kundizzjoni, ċentri tan-negozjar f'pajjiżi terzi jridu jkunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa.

(9)

Biex topera suq finanzjarju, huwa meħtieġ li persuna jkollha liċenzja għas-suq Awstraljana (Australian Market Licence – AML). Skont l-Att dwar il-Korporazzjonijiet, is-setgħa li tingħata AML hija tal-Ministru. Skont it-Taqsima 795 A tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet, applikazzjoni għal AML trid issir mal-ASIC, li tagħti pariri lill-Ministru dwar l-applikazzjoni. L-Awtorizzazzjoni tingħata biss, fost l-oħrajn, jekk il-Ministru jkun konvint li l-applikant ikollu arranġamenti adegwati biex jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli u li l-applikant ikun jista' jissorvelja s-suq, jimmonitorja l-kondotta tal-parteċipanti u jinforza l-konformità mar-regoli tal-operat tas-suq (it-Taqsima 795B tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet). Ladarba jiġu liċenzjati, s-suq finanzjarji huma meħtieġa jkunu konformi kontinwament mal-kundizzjonijiet tal-liċenzja u li jżommu arranġamenti adegwati biex joperaw is-suq, inklużi arranġamenti għall-monitoraġġ u l-infurzar tal-konformita mar-regoli tal-operat (it-Taqsima 792 A tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet).

(10)

L-ASIC hija awtorità pubblika mwaqqfa skont l-Australian Securities and Investments Commission Act 2001 (l-Att dwar l-ASIC) u hija responsabbli għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġi dwar is-swieq finanzjarji Awstraljani. Is-setgħat superviżorji u ta' infurzar tal-ASIC jinkludu l-investigazzjoni ta' ksur suspettat tal-liġi, il-ħruġ ta' avviżi ta' ksur, u t-talba ta' penali ċivili mill-qrati. L-ASIC tista' tibda prosekuzzjonijiet kriminali għall-obbligi taħt l-Att dwar il-Korporazzjonijiet li jiġu infurzati bħala reati kriminali. Barra minn hekk, l-ASIC għandha s-setgħa li tispezzjoni s-swieq finanzjarji mingħajr ma tavża minn qabel. Dan jinkludi s-setgħa li teżamina r-reġistri, ir-rekords u d-dokumenti. Barra minn hekk, il-Ministru għas-Servizzi Finanzjarji jista' jagħti struzzjonijiet bil-miktub lill-operatur ta' suq finanzjarju sabiex jieħu miżuri speċifikati sabiex jiżgura l-konformità mal-obbligi tiegħu bħala detentur ta' liċenzja ta' suq finanzjarju meta l-Ministru jkun tal-fehma li dawn l-obbligi ma jkunux qegħdin jiġu ssodisfati (it-Taqsima 794a tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet). Jekk is-suq finanzjarju ma jikkonformax ma' dawk l-istruzzjonijiet, l-ASIC tista' tapplika lill-qorti għal ordni li teħtieġ konformità (it-Taqsima 794 A tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet). L-ASIC għandha wkoll is-setgħa li tagħti struzzjoni lil entità (inklużi l-operaturi tas-suq u l-parteċipanti ta' swieq liċenzjati), fejn hija tqis li huwa meħtieġ, jew fl-interess pubbliku, biex tipproteġi lin-nies li jinnegozjaw fi prodott finanzjarju jew klassijiet ta' prodotti finanzjarji (it-Taqsima 798J tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet). Minbarra dan, l-ASIC tista' titlob ordnijiet u tirreferi kwistjonijiet għal proċedimenti sabiex tinforza l-miżuri regolatorji u investigattivi tagħha. L-ASIC tista' tapplika għand qorti għal ordni li tirrikjedi konformità mal-miżuri tal-ASIC meħuda fuq il-bażi tas-setgħat regolatorji u investigattivi tagħha (it-Taqsima 70 tal- Att dwar l-ASIC). Barra minn hekk, meta entità tonqos milli tikkonforma ruħha ma' direzzjoni maħruġa skont l-Att dwar il-Korporazzjonijiet, l-ASIC tista' tapplika għal ordni li tirrikjedi konformità ma' dik l-istruzzjoni. Fl-aħħar, l-Att dwar il-Korporazzjonijiet jirrikjedi wkoll li s-swieq finanzjarji jkunu kapaċi jinfurzaw il-konformità mill-membri tagħhom mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet, ir-regoli u r-regolamenti taħtu, u r-regoli tal-operazzjoni tas-suq tagħhom (it-taqsima 792 A tal-Att). Huwa wkoll id-dmir ta' borża liċenzjata li tindirizza kull ksur potenzjali tar-regoli tal-operat ta' suq jew l-Att dwar il-Korporazzjonijiet mill-membri tagħha u tirrapporta tali ksur potenzjali lill-ASIC.

(11)

Għalhekk jista' jiġi konkluż li l-boroż tat-titoli fl-Awstralja huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi fuq bażi kontinwa.

(12)

Skont it-tieni kundizzjoni, ċentri tan-negozjar ta' pajjiżi terzi jrid ikollhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni ta' titoli għan-negozjar sabiex tali titoli jkunu jistgħu jiġu negozjati b'mod ġust, ordnat u effiċjenti, u jkunu liberament negozjabbli.

(13)

Hemm obbligi ġenerali li jirrikjedu lill-operatur ta' suq finanzjarju biex jikkunsidra jekk it-titoli ammessi għan-negozjar fis-suq li jopera jistgħux jiġu negozjati b'mod ordnat u trasparenti. It-Taqsima 793 A tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet tinkludi rekwiżiti legament vinkolanti li jkun hemm regoli tal-operazzjoni li jirregolaw l-ammissjoni ta' titoli. Ir-regoli tal-operazzjoni tas-swieq finanzjarji jistipulaw il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodifati biex ishma ta' entità elenkata jiġu kkwotati fis-suq. L-entità trid tapplika għall-ammissjoni għall-kummerċ fejn it-titoli tagħha se jiġu nnegozjati u trid tapplika u tingħata permess biex it-titoli kollha fil-klassi ewlenija ta' titoli tagħha jiġu kkwotati fil-lista uffiċjali tas-suq finanzjarju. Il-lista ta' entitajiet ammessi għan-negozjar tiġi ppubblikata mill-operatur tas-suq u tiġi aġġornata kull jum ta' negozjar. L-ASIC teżamina jekk is-swieq finanzjarji ikollhomx regoli, sistemi u proċessi adegwati biex jindirizzaw jekk prodott finanzjarju jilħaqx il-kriterji tas-suq finanzjarju u statutorji għall-ammissjoni għan-negozjar fis-suq, inkluż li tiżgura li ma hemmx restrizzjonijiet indebiti fuq in-negozjar ta' titoli. It-titoli kollha negozjati f'boroż liċenzjati jridu jissodisfaw ċerti regoli tal-elenkar, li jiġu ppreżentati lill-ASIC biex teżaminahom. It-Titoli jridu jkunu liberament negozjabbli u jridu jissodisfaw ċerti kriterji rigward id-distribuzzjoni tat-titoli lill-pubbliku u l-emittent meħtieġ biex jiġi valwat it-titolu. Borża liċenzjata ma tistax telenka titoli li dwarhom ma hemmx informazzjoni disponibbli pubblikament dwar it-titoli maħruġin u l-emittent. Fl-aħħar, biex jiġi żgurat in-negozjar ordnat ta' titoli f'boroż liċenzjati, l-ASIC u l-Ministru jistgħu jissospendu n-negozjar fi prodott finanzjarju jew fi klassi ta' prodotti finanzjarji.

(14)

L-obbligu legalment vinkolanti fl-Att dwar il-Korporazzjonijiet għal negozjar “ġust, ordnat u trasparenti” jirrekjedi li s-swieq finanzjarji jagħmlu l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet, it-talbiet u l-offerti disponibbli pubblikament. Barra minn hekk hemm obbligu li parteċipant ma jistax jidħol fi tranżazzjoni sakemm it-tranżazzjoni ma jidħolx fiha billi titqabbel ordni trasparenti ta' qabel in-negozjar fuq ktieb tal-ordnijiet. Hemm eżenzjonijiet għal ċerti negozji, bħal negozjar ta' blokok jew negozjar b'titjib tal-prezz. Jekk parteċipant fis-suq jiddependi fuq waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet, huwa meħtieġ li jżomm rekords li juru li t-tranżazzjoni ssodisfat il-kriterji għall-eċċezzjoni li tkun intużat. Ir-Regoli dwar l-Integrità tas-Suq dwar il-Kompetizzjoni jirrikjedu li s-swieq finanzjarji jagħmlu disponibbli minnufih informazzjoni ta' qabel in-negozjar irċevuta waqt il-ħinijiet tan-negozjar b'mod kontinwu u f'ħin reali, b'termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja. Għal informazzjoni li tasal wara l-ħinijiet ta' negozjar, l-operatur tas-suq huwa meħtieġ jagħmel l-informazzjoni ta' qabel in-negozjar disponibbli mhux iktar tard mill-issoktar tal-ħinijiet ta' negozjar li jmiss. Il-qafas regolatorju Awstraljan jinkludi wkoll rekwiżiti għall-għoti kontinwu u f'ħin reali ta' informazzjoni ta' wara n-negozjar. Is-swieq finanzjarji huma meħtieġa li jagħmlu disponibbli l-informazzjoni ta' wara n-negozjar fuq sit web aċċessibbli mill-pubbliku, mingħajr ħlas, u b'dewmien ta' mhux aktar minn 20 minuta.

(15)

Għaldaqstant jista' jiġi konkluż li l-boroż tat-titoli fl-Awstralja għandhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni ta' titoli għan-negozjar sabiex tali titoli jkunu jistgħu jiġu negozjati b'mod ġust, ordnat u effiċjenti, u jkunu liberament negozjabbli.

(16)

Skont it-tielet kundizzjoni, l-emittenti ta' titoli jridu jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' informazzjoni perjodiċi u kontinwi, li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-investituri.

(17)

Il-qafas regolatorju Awstraljan għandu rekwiżiti ta' żvelar ċari, komprensivi u speċifiċi li japplikaw għar-rapporti annwali u interim. L-emittenti li t-titoli tagħhom jiġu ammessi għan-negozjar f'boroż tat-titoli Awstraljani huma meħtieġa li jippubblikaw rapporti finanzjarji annwali u interim (f'nofs is-sena) (it-Taqsimiet 292 u 302). Ir-rapporti jridu jkunu konformi mal-istandards kontabilistiċi (it-Taqsimiet 296 u 304 tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet) u jippreżentaw veduta veritiera u ċara tal-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni tal-entità (it-Taqsimiet 297 u 305 tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet). Barra minn hekk, huwa meħtieġ li r-rapporti finanzjarji annwali jiġu awditjati u jrid jinkiseb rapport tal-awditur (it-Taqsima 301 tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet). L-ASIC iżżomm rekord tal-informazzjoni dwar il-kumpanija, inkluż il-prospett u l-kontijiet annwali tal-kumpanija. L-iżvelar ta' informazzjoni komprensiva u f'waqtha dwar l-emittenti tat-titotli tippermetti lill-investituri jivvalutaw il-prestazzjoni tan-negozju tal-emittenti u jiżguraw it-trasparenza xierqa għall-investituri permezz ta' fluss regolari ta' informazzjoni.

(18)

Għalhekk jista' jiġi konkluż li l-emittenti tat-titoli ammessi f'boroż liċenzjati mill-ASIC huma soġġetti għal rekwiżiti ta' informazzjoni perjodiċi u kontinwi, li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-investituri.

(19)

Skont ir-raba' kundizzjoni, il-qafas legali u superviżorju tal-pajjiż terz irid jiżgura t-trasparenza u l-integrità tas-suq billi jipprevjeni l-abbuż tas-suq fil-forma ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

(20)

Il-liġijiet dwar it-titoli Awstraljani jistabbilixxu qafas regolatorju u superviżorju komprensiv biex tiġi żgurata l-integrità tas-suq, tiġi pprojbita l-imġiba frodulenta jew qarrieqa f'boroż liċenzjati u t-tixrid ta' informazzjoni falza jew qarrieqa rigward it-titoli jew l-emittenti, kif ukoll biex jipprevjeni l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq. Id-dispożizzjonijiet dwar l-abbuż tas-suq huma stipulati taħt il-Parti 7.10 tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet. Xi wħud mill-projbizzjonijiet huma wkoll stipulati taħt ir-Regoli dwar l-Integrità tas-Suq (Market Integrity Rules – MIRs), li ġew maħluqa taħt is-Sottotaqsima 798G(1) tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet li japplikaw għas-swieq finanzjarji regolati u l-parteċipanti fis-suq f'dawk is-swieq. Taħt it-Taqsimiet 1041E u 1041F tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet, li tagħmel dikjarazzjonijiet foloz jew qarrieqa dwar prodotti finanzjarji, u li twassal lil ħaddieħor li jinnegozja fi prodotti finanzjari bl-użu ta' informazzjoni falza jew qarrieqa, kif ukoll li tieħu sehem f'imġiba diżonesta b'rabta ma' prodott finanzjarju u/jew bħala detentur ta' liċenzja tas-servizzi finanzjarji (it-Taqsimiet 1041G u 1041H) huwa pprojbit. Id-Diviżjoni 2 tal-Parti 7.10 tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet fih għadd ta' projbizzjonijiet dwar il-manipulazzjoni tas-suq. Barra minn hekk, id-Diviżjoni 3 tal-Parti 7.10 tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet espliċitament tipprojbixxi l-abbuż minn informazzjoni privileġġata. L-ASIC tinforza dawn ir-regoli billi tuża s-setgħat estensivi tagħha biex tinvestiga attività tas-suq suspettuża u tagħmel prosekuzzjoni tal-każi li jkunu meqjusa li jiksru r-regoli.

(21)

Għaldaqstant jista' jiġi konkluż li l-qafas legali u superviżorju Awstraljan jiżgura t-trasparenza u l-integrità tas-suq billi jipprevjeni l-abbuż tas-suq fil-forma ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

(22)

Għalhekk jista' jiġi konkluż ukoll li l-qafas legali u superviżorju li jirregola s-swieq finanzjarji operati fl-Awstralja taħt is-superviżjoni tal-ASIC huwa konformi mal-erba' kundizzjonijiet għall-arranġamenti legali u superviżorji, u għalhekk għandu jkun meqjus li jipprovdi għal sistema ekwivalenti għar-rekwiżiti għal ċentri tan-negozjar stipulati fid-Direttiva 2014/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u d-Direttiva 2004/109/KE.

(23)

Ladarba hemm għadd sinfikanti ta' ishma li jiġu maħruġa u ammessi għan-negozjar fl-Awstralja li huma wkoll innegozjati f'ċentri tan-negozjar fl-UE, din id-deċiżjoni hija neċessarja biex jiġi żgurat li d-ditti tal-investiment kollha li huma soġġetti għall-obbligu ta' negozjar kif stipulat fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jibqa' jkollhom l-abbiltà li jagħmlu negozji fl-ishma ammessi fil-boroż Awstraljani. Minħabba li hemm puli ta' likwidità sinifikanti disponibbli f'dawk l-ishma fil-boroż Awstraljani, huwa neċessarju li l-qafas legali u superviżorju tal-Awstralja jiġi rikonoxxut, partikolarment biex id-ditti tal-investiment ikunu jistgħu jaqdu l-obbligu tal-aħjar eżekuzzjoni fir-rigward tal-klijenti tagħhom.

(24)

Din id-deċiżjoni hija bbażata fuq data li turi li n-negozjar tal-UE kumplessivament f'għadd ta' ishma ammessi fil-boroż Awstraljani huwa ta' frekwenza tali li ditti tal-MiFID ma setgħux jagħmlu użu mill-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 23(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Dan jimplika li l-obbligu tan-negozjar stipulat fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplika għal għadd sinifikanti ta' ishma ammessi għan-negozjar fl-Awstralja.

(25)

Din id-Deċiżjoni se tkun komplementata minn arranġamenti ta' kooperazzjoni biex jiġi żgurat l-iskambju effettiv tal-informazzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-ASIC.

(26)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq ir-rekwiżiti legalment vinkolanti relatati mas-swieq finanzjarji applikabbli fl-Awstralja fiż-żmien tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli timmonitorja fuq bażi regolari l-evoluzzjoni tal-arranġamenti legali u superviżorji għas-swieq regolati, l-iżviluppi fis-suq, l-effettività tal-kooperazzjoni superviżorja b'rabta mal-monitoraġġ u l-infurazar u s-sodisfar tal-kundizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ittieħdet din id-Deċiżjoni.

(27)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq rieżami regolari tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għas-swieq finanzjarji fl-Awstralja. Dan ikun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni twettaq rieżami speċifiku fi kwalunkwe ħin, meta żviluppi rilevanti jagħmluha neċessarja li l-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-ekwivalenza mogħtija b'din id-Deċiżjoni. Valutazzjoni mill-ġdid tista' twassal għat-tħassir ta' din id-Deċiżjoni.

(28)

Minħabba li r-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mit-3 ta' Jannar 2018, huwa neċessarju li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(29)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-qafas legali u superviżorju fl-Awstralja applikabbli għas-swieq finanzjarji awtorizzati fiha, u kif stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, għandu jitqies bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-Direttiva 2014/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u d-Direttiva 2004/109/KE u li huwa soġġett għal superviżjoni u infurzar effettivi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).


ANNESS

Swieq finanzjarji:

(a)

ASX Limited

(b)

Chi-X Awstralja Pty Ltd


14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/87


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2319

tat-13 ta' Diċembru 2017

dwar l-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju applikabbli għal boroż rikonoxxuti fir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong f'konformità mad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 25(4)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeħtieġ li d-ditti tal-investiment jiżguraw li n-negozji li jagħmlu f'ishma ammessi għan-negozjar fis-swieq regolati, jew innegozzjati f'ċentri tan-negozjar għandhom isiru fi swieq regolati, faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (MTF) jew internalizzaturi sistematiċi, jew inkella ċentri tan-negozjar ta' pajjiż terz valutat bħala ekwivalenti skont l-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(2)

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplika l-obbligu tan-negozjar biss fir-rigward tal-ishma. L-obbligu tan-negozjar ma jinkludix strumenti ta' ekwità oħrajn, bħal riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji oħrajn simili.

(3)

Il-proċedura ta' ekwivalenza għal ċentri tan-negozjar stabbiliti f'pajjiżi terzi stabbilita fl-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE għandha l-għan li tippermetti lid-ditti tal-investiment iwettqu negozji f'ishma li huma soġġetti għall-obbligu tan-negozjar fl-Unjoni, f'ċentri tan-negozjar ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti bħala ekwivalenti. Jentħieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk il-qafas legali u superviżorju ta' pajjiż terz jiżgurax il-konformità ta' ċentru tan-negozjar awtorizzat f'dak il-pajjiż terz ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li jkunu ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), mit-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE, mit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u mid-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u li jkunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f'dak il-pajjiż. Dan jenħtieġ li jinqara fid-dawl tal-objettivi li dak l-att għandu l-għan li jikseb, b'mod partikolari l-kontribuzzjoni tiegħu għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investituri u fl-aħħar mill-aħħar, iżda xejn inqas importanti, l-istabbiltà finanzjarja.

(4)

F'konformità mar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE, qafas legali u superviżorju ta' pajjiż terz jista' jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti meta dak il-qafas ikun jissodisfa tal-anqas il-kundizzjonijiet li (a) is-swieq huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa, (b) is-swieq ikollhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni tat-titoli għan-negozjar sabiex tali titoli jkunu jistgħu jiġu nnegozjati b'mod ġust, ordnat u effiċjenti, u jkunu liberament negozjabbli, (c) l-emittenti ta' titoli huma soġġetti għal rekwiżiti ta' informazzjoni perijodika u kontinwa li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-investitur, u (d) it-trasparenza u l-integrità tas-suq jiġu żgurati permezz tal-prevenzjoni ta' abbuż tas-suq fil-forma ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

(5)

L-għan ta' din il-valutazzjoni ta' ekwivalenza hu li tivvaluta, fost l-oħrajn, jekk ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli f'Hong Kong biex jiġu rikonoxxuti boroż stabbiliti u awtorizzati skont il-Hong Kong Securities and Futures Ordinance (“SFO”) (“boroż rikonoxxuti”) u sorveljati mis-Securities and Futures Commission (“SFC”) humiex ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 596/2014, mit-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE, mit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u mid-Direttiva 2004/109/KE, li jkunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f'dak il-pajjiż.

(6)

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet li s-swieq ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni, u għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa, taħt l-SFO (il-Kapitolu 571 tal-Liġijiet ta' Hong Kong) il-borża rikonoxxuta trid topera sistema multilaterali skont regoli mhux diskrezzjonali. Il-kumpanija ma għandhiex is-setgħa diskrezzjonali dwar kif teżegwixxi n-negozji u ma tistax tinnegozja jew tieħu sehem f'negozjar matched principal. Barra minn hekk, borża rikonoxxuta trid tagħti lill-membri tagħha aċċess imparzjali għas-swieq u għas-servizzi tagħha. Il-kriterji tal-aċċess iridu jkunu imparzjali, trasparenti u applikati b'mod nondiskriminatorju. Għal dan l-għan, ir-regoli tal-operazzjoni ta' kumpanija rikonoxxuta tal-borża jrid ikollhom standards raġonevoli u nondiskriminatorji għar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà u l-aċċess. Ir-Regoli tal-Borża huma eżaminati u approvati mill-SFC. Biex taċċessa s-sistema ta' negozjar ta' borża rikonoxxuta, huwa meħtieġ li ssir parteċipant tal-borża tal-borża rikonoxxuta. Il-parteċipanti fil-borża jridu jissodisfaw ċerti kriterji. Fost affarijiet oħra, iridu jkunu kumpanija inkorporata f'Hong Kong, liċenzjati taħt it-Taqsima 116(1) tal-SFO u jkollhom ċertifikat tar-reġistrazzjoni tan-negozju skont il-Business Registration Ordinance.

(7)

L-erba' kundizzjonijiet stipulati fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE jridu jiġu sodisfatti sabiex jiġi ddeterminat li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' pajjiż terz rigward iċ-ċentri tan-negozjar awtorizzati fih huma ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 2014/65/UE.

(8)

Skont l-ewwel kundizzjoni, ċentri tan-negozjar f'pajjiżi terzi jridu jkunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa.

(9)

It-Taqsima 19(1)(a) tal-SFO tipprevedi li l-ebda persuna ma tista' topera suq azzjonarju sakemm il-persuna ma tkunx borża rikonoxxuta. L-SFC tista' tirrikonoxxi kumpanija bħala borża jekk tkun konvinta li jekk tagħmel dan ikun fl-interess tal-pubbliku li jinvesti jew fl-interess pubbliku jew għar-regolamentazzjoni xierqa tas-suq tat-titoli. L-SFC tista', wara li tikkonsulta mal-pubbliku u mbagħad mas-Segretarju Finanzjarju tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong, tirrikonoxxi kumpanija bħala borża. L-SFC jista' wkoll, bil-kunsens tas-Segretarju Finanzjarju, jagħti r-rikonoxximent lil kontrollur tal-borża. Ir-rikonoxximent jista' jkun soġġett għal kundizzjonijiet imposti mill-SFC. Ladarba tiġi rikonoxxuta, borża rikonoxxuta li topera suq azzjonarju jkollha d-dmir li tiżgura suq ordnat, infurmat u ġust fit-titoli negozjati fil-boroż sussidjarji tagħha. F'konformità mad-Diviżjonijiet 2 sa 4 tal-Parti III tal-SFO, borża rikonoxxuta trid tiżgura li r-riskji assoċjati max-xogħol u l-operazzjonijiet tagħha jkunu mmaniġjati prudentement. Hi u twettaq dawn id-dmirijiet, hija trid taġixxi fl-interess tal-pubbliku, filwaqt li tqis b'mod partikolari l-interess tal-pubbliku li jinvesti, u trid tiżgura li l-interess pubbliku jirbaħ meta dan ikun f'kunflitt mal-interess tal-borża rikonoxxuta jew tal-kontrollur tal-borża rikonoxxut. Il-borża rikonoxxuta trid timxi ma' kwalunkwe rekwiżit legali impost fuqha taħt kull mogħdija ta' liġi jew stat tad-dritt u ma' kull rekwiżit legali ieħor.

(10)

L-SFC hija r-regolatur tas-suq tat-titoli f'Hong Kong. Taħt il-Parti III tal-SFO, l-SFC hija responsabbli għas-superviżjoni, il-monitoraġġ u r-regolamentazzjoni tal-attivitajiet imwettqa minn boroż rikonoxxuti u kontrolluri tal-borża rikonoxxuti. L-SFC timmonitorja borża rikonoxxuta biex tivvaluta jekk din tikkonformax mad-dmirijiet statutorji tagħha fuq bażi inizjali u kontinwa. Jekk il-borża rikonoxxuta tonqos milli timxi ma' tali dmirijiet, l-SFC għandha s-setgħa li tieħu l-azzjonijiet xierqa stipulati fil-Parti III tal-SFO. It-Taqsimiet 28 u 72 tal-SFO jipprevedu li l-SFC tista' tirtira r-rikonoxximent ta' kumpanija bħala borża. Taħt l-SFO, l-SFC għandha setgħat regolatorji, amministrattivi u investigattivi u tista' timponi ordinijiet tal-qorti permezz ta' proċedimenti ta' qorti ċivili f'konformità mat-Taqsimiet 213 u 214 tal-SFO, sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali, kif ukoll tiftaħ jew tirreferi kwistjonijiet għal prosekuzzjoni kriminali. Barra minn hekk, skont it-Taqsima 399(1) tal-SFO, l-SFC tista' tippubblika kodiċijiet u linji gwida kif hi tqis xieraq biex tagħti gwida ħalli ġġib 'il quddiem kwalunkwe wieħedmill-objettivi jew funzjonijiet regolatorji tagħha u l-operat ta' kwalunkwe dispożizzjoni tal-SFO. Il-boroż rikonoxxuti huma responsabbli għall-istabbiliment u l-infurzar tar-regoli tan-negozjar tagħhom biex jiżguraw il-konformità tal-parteċipanti tal-borża tagħhom. Biex jiżguraw il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti tal-SFO, l-SFC tista' teżamina u tawditja l-operat tal-boroż rikonoxxuti u kontrolluri tal-borża rikonoxxuti, is-sistemi ta' negozjar u kklirjar elettroniċi tagħhom u l-ġestjoni tar-riskju tagħhom. Taħt it-Taqsima 23 tal-SFO, l-SFC tista' tagħti ordni lil borża rikonoxxuta biex toħloq jew tibdel xi regoli li tkun tista' tagħmel skont dik id-dispożizzjoni. L-SFC tista' titlob lil borża rikonoxxuta biex tipprovdi l-kotba, ir-rekords u informazzjoni oħra tan-negozju tagħha jew fir-rigward ta' kwalunkwe negozjar f'titoli. L-SFC tista' wkoll tordna lil boroż rikonoxxuti jieħdu azzjonijiet, inkluż li titlob lil borża rikonoxxuta biex tieħu t-tali azzjoni relatata mal-ġestjoni, il-kondotta jew l-operat tan-negozju tagħha jew li tipprojbiha minn ċerti azzjonijiet marbutin mal-ġestjoni, il-kondotta jew l-operat tan-negozju tagħha kif speċifikat fl-Avviż ta' Restrizzjoni bħal fit-Taqsima 92(1) tal-SFO. Barra minn hekk, taħt it-Taqsima 29 tal-SFO, l-SFC għandha s-setgħa li tissospendi n-negozjar fit-titoli u tagħlaq borża rikonoxxuta fil-każ li tkun tal-fehma li n-negozjar ordnat fis-suq azzjonarju jkun mhedded. L-SFO jagħti s-setgħa lill-SFC li timponi miżuri dixxiplinari (il-Parti IX tal-SFO) u li tagħmel prosekuzzjoni tal-awturi ta' reati marbutin mat-titoli (it-Taqsima 388 tal-SFO). Is-sorveljanza u s-superviżjoni dixxiplinari tal-SFC imorru lil hinn mill-kumpaniji elenkati fil-borża u d-detenturi ta' liċenzja u jaslu għand il-parteċipanti fis-suq, inklużi l-investituri. L-SFC, skont l-SFO għandha s-setgħat li tieħu azzjonijiet dixxiplinari, ċivili u kriminali għall-kondotta ħażina fis-suq. Skont il-Parti XIII tal-SFO, l-SFC tista' tirrikorri għand it-Tribunal għall-Kondotta Ħażina fis-Suq u, fejn xieraq, timponi sanzjonijiet ċivili. Rispettivament, taħt il-Parti XIV tal-SFO, l-SFC tista' tirreferi każ lill-qrati tal-liġi kriminali. Fejn xieraq, l-SFC tista' wkoll tfittex mandati biex tfittex il-bini f'konformità mat-Taqsima 191 tal-SFO u tikkoopera mal-korpi regolatorji domestiċi u barranin biex twettaq investigazzjonijiet skont it-Taqsima 186 tal-SFO.

(11)

Il-Memorandum ta' Qbil tal-2001 (MtQ) li sar bejn il-kontrollur tal-borża u l-SFC dwar Kwistjonijiet relatati mas-Superviżjoni mill-SFC, is-Superviżjoni tal-Parteċipanti fil-Borża u s-Sorveljanza tas-Suq jeħtieġ li l-boroż rikonoxxuti jipprovdu d-dejta u informazzjoni lill-SFC fuq bażi regolari jew ad hoc. Għall-finijiet ta' monitoraġġ l-SFC għandha aċċess għall-informazzjoni dwar l-ordnijiet u t-tranżazzjoni f'ħin reali. Taħt l-Entrata 16 tal-Appendiċi II tal-MtQ, boroż rikonoxxuti huma mitluba li, ladarba dan ikun prattiku, jinnotifikaw lill-SFC dwar kwistjonijiet meqjusin bħala serji, u li jaqsmu l-informazzjoni mal-SFC fiż-żminijiet preskritti kif miftiehem bejn iż-żewġ partijiet. Taħt it-Taqsima 27 tal-SFO, l-SFC tista' titlob lil borża rikonoxxuta li tipprovdi kotba u rekords miżmuma b'rabta mal-finijiet tax-xogħol tagħha jew għalihom, jew fir-rigward ta' kwalunkwe strument finanzjarju negozjat, u tali informazzjoni oħra relatata max-xogħol tagħha jew kwalunkwe negozjar fit-titoli, kuntratti tal-futuri jew prodotti derivattivi OTC. Boroż rikonoxxuti huma meħtieġa jżommu rekord ta' kull ordni u tranżazzjoni marbuta ma' kwalunkwe strument finanzjarju li l-SFC tista' raġonevolment tkun teħtieġ biex twettaq il-funzjonijiet tagħha. Dawn huma meħtieġa li jżommu dawn ir-rekords għal perjodu li ma jkunx inqas minn seba' snin.

(12)

Għalhekk jista' jiġi konkluż li l-boroż rikonoxxuti f'Hong Kong huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi fuq bażi kontinwa.

(13)

Skont it-tieni kundizzjoni, ċentri tan-negozjar ta' pajjiżi terzi jrid ikollhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni ta' titoli għan-negozjar sabiex tali titoli jkunu jistgħu jiġi negozjati b'mod ġust, ordnat u effiċjenti, u li jkunu liberament negozjabbli.

(14)

Dmir statutorju ta' borża skont it-taqsima 21 tal-SFO huwa li tiżgura suq ordnat, infurmat u ġust. Regoli tal-elenkar huma rekwiżiti stabbiliti fir-regoli tal-borża konformi mal-SFO fejn l-operatur tas-suq jistabbilixxi r-regoli interni tiegħu biex jiżgura l-provvediment ta' suq ġust, ordnat u effiċjenti għan-negozjar tat-titoli u jirrikjedu li l-ħruġ ta' titoli jsir b'mod ġust u ordnat, u li d-detenturi kollha ta' titoli maħruġin jiġu ttrattati ġustament u ndaqs. Ir-regoli tal-elenkar fihom ir-rekwiżiti bażi ta' kwalifika għall-elenkar ta' titoli. Dawn ir-regoli jinkludu wkoll rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati qabel ma t-titoli jkunu jistgħu jiġu elenkati, kif ukoll obbligi kontinwi li emittent irid ikun konformi magħhom ladarba l-elenkar ikun ġie approvat. Skont it-Taqsima 24 tal-SFO, l-SFC trid tapprova dawn ir-regoli ta' elenkar. Applikant għall-elenkar irid ikun inkorporat kif dovut, irid jissodisfa ċerti rekwiżiti ta' kapital, rekwiżiti ta' żvelar, u jkollu preżenza ta' maniġment suffiċjenti f'Hong Kong. Kemm l-applikant kif ukoll in-negozju tiegħu jridu, fil-fehma tal-operatur tas-suq, ikunu xierqa għall-inklużjoni fil-lista. Borża rikonoxxuta żżomm id-diskrezzjoni assoluta biex taċċetta jew tiċħad applikazzjonijiet għall-elenkar. Kwalunkwe deroga mir-regoli tal-elenkar tista' tingħata biss fuq bażi ta' każ b'każ billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi ta' każ partikolari. Meta tali deroga tkun intiża biex tħalli effett ġenerali, tista' tingħata biss bil-kunsens minn qabel tal-SFC. Borża rikonoxxuta trid tiċċertifika lill-SFC li t-titolu jkun ġie approvat għall-elenkar u l-kwotazzjoni. It-titolijridu jkunu liberament trasferibbli u jissodisfaw ċerti kriterji rigward id-distribuzzjoni tat-titoli lill-pubbliku. Finalment, biex jiġi żgurat in-negozjar ordnat tat-titoli, l-SFC tista' tissospendi n-negozjar fi prodott finanzjarju jew fi klassi ta' prodotti finanzjarji negozjati f'borża rikonoxxuta.

(15)

Bħala parti mid-dmir tagħha li tiżgura negozjar ordnat, infurmat u ġust, borża rikonoxxuta trid tiżgura livell xieraq ta' trasparenza dwar il-livell ta' kummerċ fil-ħin u b'mod ekwu. L-informazzjoni ta' qabel in-negozjar tinkludi l-kwotazzjonijiet tal-aħjar talba u offerta, u l-fond tal-prezzijiet u l-ordnijiet. Il-ktieb tal-ordnijiet sħiħ, li jinkludi l-prezzijiet attwali tat-talba u tal-offerta u l-fond tal-interess tan-negozjar b'dawk il-prezzijiet, huwa magħmul pubbliku fuq bażi kontinwa u f'ħin reali tul is-sessjoni ta' negozjar kontinwu. Il-parteċipanti tas-suq jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni ta' qabel in-negozjar direttament permezz tas-sistemi ta' data tas-suq tal-boroż jew indirettament permezz tal-bejjiegħa tal-informazzjoni. Ma hemm l-ebda eżenzjoni mit-trasparenza ta' qabel in-negozjar. It-tranżazzjonijiet li jsiru f'borża rikonoxxuta huma soġġetti għall-iżvelar tal-informazzjoni ta' wara n-negozjar. Id-dettalji dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' tranżazzjonijiet fil-borża huma disseminati f'ħin reali u jinkludu, fost l-oħrajn, prezzijiet, prezzijiet tal-għeluq, u informazzjoni dwar ir-rotazzjoni tas-suq. Il-parteċipanti tas-suq jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni ta' wara n-negozjar direttament permezz tas-sistemi ta' data tas-suq tal-boroż jew indirettament permezz tal-bejjiegħa tal-informazzjoni.

(16)

Għaldaqstant jista' jiġi konkluż li l-boroż rikonoxxuti f'Hong Kong għandhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni ta' titoli għan-negozjar sabiex tali titoli jkunu jistgħu jiġu negozjati b'mod ġust, ordnat u effiċjenti, u jkunu liberament negozjabbli.

(17)

Skont it-tielet kundizzjoni, l-emittenti ta' titoli jridu jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' informazzjoni perjodiċi u kontinwi, li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-investituri.

(18)

Ir-regoli tal-elenkar ta' borża rikonoxxuta huma meħtieġa li jkollhom rekwiżiti ta' żvelar ċari, komprensivi u speċifiċi li japplikaw għar-rapporti annwali u interim. Emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għan-negozjar huma rikjesti jippubblikaw kontijiet annwali u rapporti finanzjarji ta' kull sitt xhur kif stipulat fil-ktieb tar-regoli tal-borża. Ir-rapporti jridu jkunu awditjati u jkunu konformi mal-istandards kontabilistiċi ġeneralment aċċettati. Borża rikonoxxuta trid timmonitorja l-konformità kontinwa tal-emittenti mal-obbligi ta' żvelar skont ir-Regoli tal-Elenkar. Barra minn hekk, borża rikonoxxuta tanalizza r-rapporti annwali tal-emittenti b'fokus fuq il-konformità tar-regoli tal-elenkar tal-emittenti u l-iżvelar ta' avvenimenti u żviluppi materjali bħala parti mill-attivitajiet kontinwi ta' monitoraġġ u konformità tagħha. L-SFC twettaq sorveljanza attiva tal-attivitajiet ta' kumpanija u analiżi fil-fond ta' kumpaniji elenkati magħżulin bl-għan li tidentifika kwalkunkwe nuqqas ta' konformità jew imġiba ħażina korporattivi. L-iżvelar ta' informazzjoni komprensiva u f'waqtha dwar l-emittenti tat-titotli tippermetti lill-investituri jivvalutaw il-prestazzjoni tan-negozju tal-emittenti u jiżgura t-trasparenza xierqa għall-investituri permezz ta' fluss regolari ta' informazzjoni.

(19)

Għalhekk jista' jiġi konkluż li l-emittenti tat-titoli ammessi f'boroż rikonoxxuti f'Hong Kong huma soġġetti għal rekwiżiti ta' informazzjoni perjodiċi u kontinwi, li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-investituri.

(20)

Skont ir-raba' kundizzjoni, il-qafas legali u superviżorju tal-pajjiż terz irid jiżgura t-trasparenza u l-integrità tas-suq billi jipprevjeni l-abbuż tas-suq fil-forma ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

(21)

Il-liġijiet dwar it-titoli ta' Hong Kong jistabbilixxu, kif inhu elaborat iktar 'l isfel, qafas regolatorju u superviżorju komprensiv biex tiġi żgurata l-integrità tas-suq, tiġi pprojbita l-imġiba frodulenta jew qarrieqa minn boroż rikonoxxuti u t-tixrid ta' informazzjoni falza jew qarrieqa rigward it-titoli jew l-emittenti, kif ukoll biex jipprevjenu l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq. L-SFO jirregola l-abbuż tas-suq u jistabbilixxi reġimi ċivili u kriminali fir-rigward tal-kondotta ħażina fis-suq. Il-kondotta ħażina fis-suq, kif definita mill-SFO, tiġbor fiha sitt reati, jiġifieri l-abbuż minn informazzjoni privileġġata taħt it-Taqsimiet 270 u 291 tal-SFO, negozjar falz taħt it-Taqsimiet 274 u 295 tal-SFO, l-immanuvrar tal-prezzijiet taħt it-Taqsimiet 275 u 296 tal-SFO, l-iżvelar ta' informazzjoni dwar tranżazzjonijiet projbiti taħt it-Taqsimiet 276 u 297 tal-SFO, żvelar ta' informazzjoni falza u qarrieqa li twassal għal tranżazzjonijiet taħt it-Taqsimiet 277 u 298 tal-SFO u l-manipulazzjoni tas-suq taħt it-taqsimiet 278 u 299 tal-SFO. Reati taħt ir-reġim ċivili jinstemgħu mit-Tribunal għall-Kondotta Ħażina fis-Suq, li quddiemu l-SFC tista' tibda l-proċedimenti. Għal reati taħt ir-reġim kriminali, l-SFC għandha s-setgħa li tagħmel prosekuzzjonijiet sommarji fil-Qrati tal-Maġistrati. Skont it-Taqsima 107 tal-SFO, l-SFC tista' titlob sanzjonijiet kriminali kontra persuni li jwasslu lil oħrajn biex jixtru jew ibigħu titoli permezz ta' dikjarazzjonijiet foloz frodulenti jew imprudenti jew, taħt it-Taqsima 298 tal-SFO, kontra persuni li jagħtu infromazzjoni falza jew qarrieqa li aktarx twassal biex ħaddieħor jixtri t-titoli. Taħt it-Taqsima 277 tal-SFO, din l-imġiba tal-aħħar hija wkoll meqjusa bħala kondotta ħażina taħt ir-reġim ċivili dwar il-kondotta ħażina fis-suq. Barra minn hekk, it-Taqsima 300 tal-SFO tipprevedi responsabbiltajiet penali għalpersuni li jużaw aġir, mezzi jew skemi qarrieqa jew frodulenti fi tranżazzjoni ta' titoli bl-għan li jiffrodaw jew iqarrqu. It-Taqsima 384 tal-SFO tistabbilixxi r-responsabbiltà penali għal persuni li konxjament jew b'imprudenza jagħtu informazzjoni falza jew qarrieqa lill-SFC jew lill-kontrollur tal-borża rikonoxxut. Meta korporazzjoni tinstab ħatja ta' reat, it-Taqsima 390 tal-SFO testendi r-responsabbiltà penali lil kwalunkwe uffiċjal tal-korporazzjoni li ta l-kunsens, ma tax kas, jew kien imprudenti għat-twettiq tar-reat.

(22)

Għaldaqstant jista' jiġi konkluż li l-qafas legali u superviżorju ta' Hong Kong jiżgura t-trasparenza u l-integrità tas-suq billi jipprevjeni l-abbuż tas-suq fil-forma ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

(23)

Għalhekk jista' jiġi konkluż ukoll li l-qafas legali u superviżorju li jirregola l-boroż rikonoxxuti operati f'Hong Kong taħt is-superviżjoni tal-SFC huwa konformi mal-erba' kundizzjonijiet għall-arranġamenti legali u superviżorji, u għalhekk għandu jkun meqjus li jipprovdi għal sistema ekwivalenti għar-rekwiżiti għal ċentri tan-negozjar stipulati fid-Direttiva 2014/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u d-Direttiva 2004/109/KE.

(24)

Minħabba li hemm għadd sinifikanti ta' ishma maħruġa fl-UE li huma ammessi għan-negozjar u nnegozjati f'ċentri tan-negozjar fl-UE, li huma wkoll negozjati f'ċentri tan-negozjar f'Hong Kong, iċ-ċentri ta' negozjar f'Hong Kong spiss jaġixxu bħala ċentri addizzjonali ta' likwidità għal dawk l-ishma maħruġa fl-UE. Din il-karatteristika tippermetti lil ditti tal-investiment tal-UE jinnegozjaw f'ishma maħruġa fl-UE ammessi għan-negozjar u negozjati f'ċentri tan-negozjar fl-UE barra mill-ħinijiet tax-xogħol taċ-ċentri tan-negozjar tal-UE. Ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju ta' Hong Kong ikun jippreserva l-kapaċità tad-ditti tal-investiment tal-UE li jkomplu jinnegozjaw f'ishma maħruġa fl-UE barra mill-ħinijiet tax-xogħol taċ-ċentri tan-negozjar fl-UE.

(25)

Din id-deċiżjoni hija bbażata fuq data li turi li n-negozjar tal-UE ġenerali f'għadd ta' ishma ammessi fil-boroż f'Hong Kong huwa ta' frekwenza tali li ditti tal-MiFID ma setgħux jagħmlu użu mill-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 23(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Dan jimplika li l-obbligu tan-negozjar stipulat fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplika għal għadd sinifikanti ta' ishma ammessi għan-negozjar f'Hong Kong.

(26)

Din id-deċiżjoni se tkun komplementata minn arranġamenti ta' kooperazzjoni biex jiġi żgurat l-iskambju effettiv tal-informazzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-SFC.

(27)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq ir-rekwiżiti legalment vinkolanti relatati ma' boroż rikonoxxuti applikabbli f'Hong Kong fiż-żmien tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli timmonitorja fuq bażi regolari l-evoluzzjoni tal-arranġamenti legali u superviżorji għal dawn iċ-ċentri ta' negozjar, l-iżviluppi fis-suq, l-effettività tal-kooperazzjoni superviżorja b'rabta mal-monitoraġġ u l-infurzar u s-sodisfar tal-kundizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ittieħdet din id-Deċiżjoni.

(28)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq rieżami regolari tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għall-boroż rikonoxxuti f'Hong Kong. Dan ikun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni twettaq rieżami speċifiku fi kwalunkwe ħin, meta żviluppi rilevanti jagħmluha neċessarja li l-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-ekwivalenza mogħtija b'din id-Deċiżjoni. Valutazzjoni mill-ġdid tista' twassal għat-tħassir ta' din id-Deċiżjoni.

(29)

Minħabba li r-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mit-3 ta' Jannar 2018, huwa neċessarju li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(30)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-qafas legali u superviżorju fir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong applikabbli għal boroż rikonoxxuti awtorizzati fih, u kif stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jitqies bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-Direttiva 2014/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u d-Direttiva 2004/109/KE u li huwa soġġett għal superviżjoni u infurzar effettivi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).


ANNESS

Boroż rikonoxxuti:

The Stock Exchange of Hong Kong Limited (SEHK)


14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/94


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2320

tat-13 ta' Diċembru 2017

dwar l-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju tal-Istati Uniti tal-Amerika għall-boroż nazzjonali tat-titoli u sistemi alternattivi tan-negozju skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(4)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Jenħtieġ abbażi tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li d-ditti ta' investiment jiżguraw li t-twettiq ta' negozjar f'ishma ammessi għan-negozjar fi swieq regolati, jew innegozjati f'ċentri tan-negozjar għandu jsir fi swieq regolati, faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (MTFs - multilateral trading facilities) jew f'internalizzaturi sistematiċi, jew f'ċentri tan-negozjar ta' pajjiżi terzi vvalutati mill-Kummissjoni bħala ekwivalenti f'konformità mal-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(2)

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplika obbligu tan-negozjar fir-rigward ta' ishma biss. Dan l-obbligu tan-negozjar ma jikkompromettix strumenti oħra ta' ekwità, bħal irċevuti tad-depożiti, ETF, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra.

(3)

Il-proċedura ta' ekwivalenza għal ċentri tan-negozjar stabbiliti f'pajjiżi terzi, stipulata fl-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE għandha l-għan li tippermetti lid-ditti ta' investiment biex iwettqu negozjar f'ishma li huma soġġetti għall-obbligu ta' negozjar fl-Unjoni, rigward ċentri tan-negozjar f'pajjiżi terzi rikonoxxuti bħala ekwivalenti. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-qafas legali u superviżorju ta' pajjiż terz jiżgurax li ċentru tan-negozjar awtorizzat f'dak il-pajjiż terz huwiex konformi mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), mit-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), mit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u mid-Direttiva 2004/109/KE, li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f'dak il-pajjiż terz. Dan għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-għanijiet segwiti minn dawn l-atti, b'mod partikolari, il-kontribuzzjoni tagħhom għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investitur u finalment, imma mhux anqas importanti, l-istabbiltà finanzjarja.

(4)

F'konformità mar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE, qafas ġuridiku u superviżorju ta' pajjiż terz jista' jitqies bħala ekwivalenti fejn dak il-qafas jissodisfa tal-anqas il-kundizzjonijiet li (a) is-swieq huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa (b) is-swieq ikollhom regoli ċari u trasparenti fir-rigward tal-ammissjoni ta' titoli għan-negozjar sabiex dawn it-titoli jkunu jistgħu jiġu nnegozjati b'mod ġust, effiċjenti u b'ordni, u jkunu negozjabbli liberament, (c) l-emittenti ta' titoli għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' informazzjoni perjodika u kontinwa sabiex tiġi żgurata livell għoli ta' protezzjoni għall-investitur, u (d) it-trasparenza u l-integrità tas-suq jiġu żgurati permezz tal-prevenzjoni ta' abbuż tas-suq fil-forma ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

(5)

L-għan ta' din il-valutazzjoni ta' ekwivalenza huwa li jiġi evalwat inter alia jekk rekwiżiti li huma legalment vinkolanti li huma applikabbli fl-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti tal-Amerika” jew “l-Istati Uniti”)għall-boroż nazzjonali tat-titoli (“NSE”) u sistemi alternattivi tan-negozju (“ATS”) stabbiliti fih u li huma reġistrati ma' u taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju tal-Istati Uniti (“SEC”) u huma ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 596/2014, mit-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE, mit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u mid-Direttiva 2004/109/KE, li huma soġġetti għas-superviżjoni u infurzar effettivi f'dak il-pajjiż terz.

(6)

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet li s-swieq huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa; It-Taqsima 3(a)(1) tal-Att dwar il-Kambju tat-Titoli tal-1934 (l-“Att dwar il-Kambju”) tiddefinixxi skambju bħala kull organizzazzjoni, assoċjazzjoni, jew grupp ta' persuni li jikkostitwixxi, iżomm jew jipprovdi suq jew faċilitajiet li jlaqqgħu flimkien xerrejja u bejjiegħa ta' titoli jew inkella jwettqu b'xi mod ieħor fir-rigward ta' titoli l-funzjonijiet komunament imwettqa minn borża. It-terminu “skambju” huwa definit aktar skont ir-Regola SEC 3b-16 bħala organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew grupp ta' persuni li (1) jiġbru flimkien l-ordnijiet għal titoli ta' diversi xerrejja u bejjiegħa u (2) jużaw metodi stabbiliti u mhux diskrezzjonali (sew jekk billi jipprovdu faċilità tan-negozjar jew billi jistabbilixxu regoli) li taħthom dawk l-ordnijiet għandhom jinteraġixxu ma' xulxin u x-xerrejja u l-bejjiegħa li jagħmlu tali ordnijiet jaqblu għat-termini tan-negozjar. B'mod xieraq, skambju għandu jopera sistema multilaterali b'konformità ma' regoli mhux diskrezzjonali. Skambju għandu jirreġistra mas-SEC bħala NSE jew għandu jirreġistra mas-SEC bħala sensara-negozjant u jikkonforma mar-Regolament ATS.

(7)

Barra minn hekk, NSE għandha tipprovdi lil membri b'aċċess imparzjali għas-swieq u s-servizzi tagħha. Il-kriterja ta' aċċess għandhom ikunu aktar trasparenti u ma għandhomx jiġu applikati b'mod inġust u diskriminatorju. Għal dan il-għan, NSE hija mistennija li tistabbilixxi regoli li jippreskrivu l-mezzi li bihom kwalunkwe sensar-negozjant reġistrat jista' japplika biex isir membru. Is-SEC, skont it-Taqsima 19(b) tal-Att dwar il-Kambju, tevalwa r-regoli għall-ammissjoni ma' NSE. Filwaqt li NSE għandha jkollha standards raġonevoli għal aċċess, dawn l-istandards għandhom jaġixxu biex jipprojbixxu ċaħdiet ta' aċċess li huma diskriminatorji mingħajr ebda raġun. NSE għandha tiċħad l-isħubija għal kull sensar-negozjant mhux reġistrat u tista' tiċħad l-isħubija għal kwalunkwe sensar-negozjant li huwa suġġett għal skwalifika statutorja.

(8)

It-Taqsima 242.300 tat-Titolu 17 tal-Parti 242 tal-Kodiċi tar-Regolamenti Federali (ir-“Regolament ATS”) tiddefinixxi ATS bħala kull organizzazzjoni, assoċjazzjoni, persuna, grupp ta' persuni jew sistema li tipprovdi suq li jlaqqa' flimkien xerrejja u bejjiegħa ta' titoli jew li inkella jwettqu b'xi mod ieħor fir-rigward ta' titoli l-funzjonijiet komunament imwettqa minn borża fi ħdan it-tifsira tar-Regola dwar l-Att ta' Skambju 3b-16. Skont ir-Regolament ATS, entità li taqa' fl-ambitu tad-definizzjoni ta' skambju għandha tirreġistra bħala NSE jew bħala sensar-negozjant u tikkonforma mar-Regolament ATS. ATS għandha topera sistema multilaterali fejn il-parteċipanti jeżegwixxu tranżazzjonjiet b'konformità ma' regoli mhux diskrezzjonali. L-ATS li jammontaw għal 5 % jew aktar tal-volum medju ta' kuljum tan-negozjar fi ħdan ċertu perjodu ta' żmien fi kwalunkwe titolu ta' ekwità għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċess ġust fit-Taqsima 242.301(b)(5)(ii) tar-Regolament ATS. B'mod speċifiku, għandhom jistabbilixxu standards bil-miktub għall-għoti ta' aċċess għan-negozjar fit-titolu rilevanti għas-sistemi tagħhom u jżommu dawn l-istandards fir-reġistri tagħhom. ATS hija pprojbita milli tirrestrinġi jew tillimita mingħajr raġuni, kull persuna fir-rigward tal-aċċess tagħhom għas-servizzi tagħha għal dawk it-titoli ta' ekwità li għalihom l-ATS tammonta għal 5 % jew aktar tal-volum medju ta' kuljum tan-negozjar fil-perjodu ta' żmien applikabbli, u ma għandhiex tapplika dawn l-istandards b'mod inġust jew diskriminatorju. L-istandards ta' aċċess jiġu pprovduti lis-SEC fuq talba.

(9)

L-erba' kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25(4)(a) fis-subparagrafu 4 tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jiġu ssodisfati biex jiddeterminaw li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' pajjiż terz fir-rigward tal-NSE u l-ATS awtorizzati hemmhekk huma ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 2014/65/UE.

(10)

Skont l-ewwel kundizzjoni, iċ-ċentri tan-negozjar f'pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi fuq bażi kontinwa.

(11)

NSE għandha tkun irreġistrata minn SEC qabel ma jista' jibda l-operat tagħha. Is-SEC tagħti reġistrazzjoni jekk hija ssib li r-rekwiżiti applikabbli fir-rigward tal-applikant huma sodisfatti. Is-SEC għandha tiċħad reġistrazzjoni jekk l-esportatur ma jilħaqx dawn ir-rekwiżiti (it-Taqsima 19(a)(1) tal-Att dwar il-Kambju tat-Titoli). L-Att dwar il-Kambju jirrikjedi li skambju jkollu arranġamenti stabbiliti biex jindirizza t-tipi kollha ta' kondotta u attività liapplikant xtaq iwettaq. Ladarba jkunu rreġistrati, l-NSE huma meħtieġa jżommu r-regoli, l-politiki u l-proċeduri konsistenti mal-obbligi statutorji tagħhom, u li jkollhom il-kapaċità li jwettqu l-obbligi tagħhom. Meta tirreġistra, NSE ssir Organizzazzjoni ta' Awtoregolamentazzjoni (“SRO”). F'din il-kapaċità, l-NSE jimmonitorjaw u jinfurzaw il-konformità mill-membri tagħhom u mill-persuni assoċjati mal-membri tagħhom mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Kambju, mar-regoli u r-regolamenti tiegħu u skont ir-regoli proprji tagħhom. F'każ ta' nuqqas ta' konformità mill-membri mar-regoli tal-NSE, fil-kapaċità tagħhom bħala SROs, l-NSE huma meħtieġa jindirizzaw kull ksur potenzjali tar-regoli tas-suq jew il-liġijiet federali ta' titoli mill-membri tagħhom. Huma wkoll meħtieġa jinfurmaw lis-SEC dwar ksur sinifikanti.

(12)

ATS għandha tikkonforma mar-Regolament ATS, li jirrikjedi, fost affarijiet oħra, li ATS tirreġistra mas-SEC bħala sensar-negozjant skont it-Taqsima 15 tal-Att dwar il-Kambju tat-Titoli. Bħala sensara-negozjanti, l-ATS għandhom isiru membru ta' mill-inqas SRO waħda, bħall-Awtorità Regolatorja tal-Industrija Finanzjarja (il-“FINRA”). L-applikant sensar-negozjant għandu jippreżenta informazzjoni dwar l-isfond tiegħu, inkluż it-tip ta' negozju li fih jipproponi li jimpenja ruħu, l-identità tas-sidien diretti u indiretti tal-applikant, u persuni oħra ta' kontroll, inklużi uffiċjali eżekuttivi u jekk l-applikant jew kwalunkwe wieħed mill-affiljati tiegħu ta' kontroll kienux soġġetti għal proċedimenti kriminali, azzjonijiet regolatorji jew azzjonijiet ċivili f'konnessjoni ma' kwalunkwe attività marbuta mal-investiment. Is-SEC għandha tiċħad reġistrazzjoni jekk l-esportatur ma jilħaqx dawn ir-rekwiżiti (it-Taqsima 15 tal-Att dwar il-Kambju tat-Titoli).

(13)

Skont il-qafas tal-Istati Uniti, konformità kontinwa mar-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni inizjali hija kundizzjoni għar-reġistrazzjoni kompluta għal NSE u ATS. L-NSE u l-ATS rreġistrati huma t-tnejn li huma meħtieġa biex iżommu r-regoli, l-politiki u l-proċeduri konsistenti mal-obbligi tagħhom taħt il-liġijiet u r-regoli federali ta' titoli, u biex ikollhom il-kapaċità li jwettqu l-obbligi tagħhom.

(14)

Fir-rigward ta' superviżjoni effikaċi, l-Att dwar it-Titoli tal-1933 (“l-Att dwar it-Titoli”) u l-Att dwar il-Kambju jikkostitwixxu s-sorsijiet prinċipali tal-leġiżlazzjoni primarja li tistabbilixxi reġim ġuridikament vinkolanti għan-negozjar ta' titoli fl-Istati Uniti tal-Amerka. L-Att dwar il-Kambju jagħti setgħa lis-SEC b'awtorità wiesa' fuq l-aspetti kollha fl-industrija tat-titoli, inkluż is-setgħa li tirreġistra, tirregola u timmonitorja sensara-negozjanti, inklużi l-ATS, aġenti tat-trasferiment u l-aġenziji tal-ikklerjar, kif ukoll l-SRO tal-Istati Uniti li jinkludu skambji ta' titoli u l-FINRA. L-Att dwar il-Kambju jidentifika u jipprojbixxi wkoll ċerti tipi ta' kondotta fis-swieq u jipprovdi lis-SEC b'setgħat dixxiplinarji fuq entitajiet regolati u persuni assoċjati magħhom. L-Att dwar il-Kambju jagħti setgħa wkoll lis-SEC biex jeħtieġu rappurtar perjodiku ta' informazzjoni minn kumpaniji b'titoli nnegozjati pubblikament. l-awtoregolamentazzjoni tal-intermedjarji tas-suq permezz ta' sistema ta' SRO hija waħda mill-elementi ewlenin tal-qafas regolatorju tal-Istati Uniti. Abbażi tal-qafas tal-Istati Uniti, SRO, bħala regolaturi, huma primarjament responsabbli li jistabbilixxu r-regoli li skonthom il-membri tagħhom iwettqu l-kummerċ u li jimmonitorjaw il-modi kif il-membri tagħhom iwettqu l-kummerċ. F'każ ta' nuqqas ta' konformità mill-membri mar-regoli tal-ATS, fil-kapaċità tagħhom bħala SRO, l-ATS huma meħtieġa jindirizzaw kull ksur potenzjali tar-regoli tas-suq jew il-liġijiet federali ta' titoli mill-membri tagħhom. Huma wkoll meħtieġa jinfurmaw lis-SEC dwar ksur sinifikanti.

(15)

L-Att dwar il-Kambju jirrikjedi lill-NSE kollha rreġistrati biex jinfurzaw il-konformità mill-membri tagħhom u mill-persuni assoċjati mal-membri tagħhom mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Kambju, mar-regoli u r-regolamenti tiegħu u skont ir-regoli proprji tagħhom. Bħala parti mis-superviżjoni kontinwa tagħhom tal-NSE, is-SEC tevalwa l-abbiltà ta' kull skambju fl-istħarriġ tagħhom tal-membri tagġhom u l-attivitajiet kummerċjali tagħhom. L-NSE għandha tindirizza kull ksur potenzjali tar-regoli tas-suq jew tal-liġijiet federali tat-titoli mill-membri tagħha u tirraporta tali ksur potenzjali lis-SEC. Bħala parti mid-dmirijiet tagħha biex tinforza l-konfomità mill-membri tagħha, kull NSE hija responsabbli għall-investigazzjoni u d-dixxiplinar ta' kull ksur tal-Att dwar il-Kambju, u r-regoli u r-regolamenti tiegħu. Is-SEC tista' tinvestiga u tħarrek ukoll, għad-diskrezzjoni tagħha, kull ksur tal-Att dwar il-Kambju u r-regoli tiegħu. FINRA, SRO għal sensara-negozjanti, inklużi ATS, hija meħtieġa tinforza l-konformità mill-membri tagħha, inklużi ATS, mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Kambju, ir-regoli u r-regolamenti li jaqgħu taħtu, u r-regoli proprji tiegħu. Ir-regoli tal-SRO tas-SEC huma wkoll soġġetti għal reviżjoni tal-SEC. Jekk is-SEC issib li SRO falliet mingħajr ebda ġustifikazzjoni jew skuża raġonevoli, milli tinforza konformità ma' kwalunkwe dispożizzjoni bħal din minn membru jew minn persuna assoċjata ma' membru, hi jkollha s-setgħa li timponi sanzjonijiet kontra l-SRO skont it-Taqsima 19(h) tal-Att dwar il-Kambju. Skont it-Taqsima 21 tal-Att dwar il-Kambju, is-SEC tista' tinvestiga ksur u tagħmel sanzjonijiet kontra membri tal-SRO li jiksru regola tal-SRO. Bħala parti mis-superviżjoni kontinwa tagħhom tal-SROs, is-SEC tevalwa l-abbiltà ta' kull NSE u FINRA biex tissorvelja l-membri tagħhom u l-attivitajiet kummerċjali tagħhom. L-NSE u l-ATS huma meħtieġa jinfurmaw is-SEC b'kull bidla fir-regoli.

(16)

Fir-rigward tal-infurzar effettiv, is-SEC għandha awtorità wiesa' biex tinvestiga ksur attwali jew potenzjali tal-liġijiet federali tat-titoli, inkluż l-Att dwar il-Kambju u r-regoli tiegħu. Is-SEC tista' takkwista rekords minn entitajiet regolati skont is-setgħat superviżorji tagħha. Barra minn hekk, skont l-awtorità ta' taħrika tagħha, is-SEC tista' tobbliga l-produzzjoni ta' dokumenti jew testimonji minn kwalunkwe persuna jew entità fi ħdan l-Istati Uniti. Is-SEC għandha l-awtorità li tieħu azzjonijiet ta' infurzar billi tagħti bidu għal azzjonijiet ċivili f'qorti federali distrettwali jew billi tibda proċedimenti amministrattivi quddiem imħallef tal-liġi amministrattiva tas-SEC għal ksur tal-liġijiet federali ta' titoli, inkluż abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq. F'azzjonijiet ċivili, is-SEC tista' tfittex ċedimenti ta' profitti illegali, imgħax qabel id-deċiżjoni ġudizzjarja, sanzjonijiet ta' flus ċivili, inġunzjonijiet, ordni li jipprojbixxi persuna milli sservi bħala uffiċjal jew direttur ta' kumpanija pubblika jew milli tipparteċipa f'offerta ta' stokk ta' pennies, kif ukoll assistenza anċillari oħra (bħal kontabilità minn konvenut). F'azzjonijiet amministrattivi, sanzjonijiet jistgħu jinkludu ċensuri, limitazzjonijiet fuq l-attivitajiet, pieni ċivili minbarra ċedimenti ta' profitti illegali jew sanzjonijiet kontra individwi, jew revoka fuq ir-reġistrazzjoni ta' entità. Is-SEC għandha s-setgħa li tieħu azzjoni ta' infurzar kontra SRO (pereżempju, NSE jew FINRA) għal nuqqas ta' aġir jew għal nuqqas mit-twettiq tal-funzjonijiet meħtieġa.

(17)

Is-SEC għandha awtorità wkoll li tinvestiga u tieħu azzjoni dixxiplinarja jew azzjonijiet oħra ta' infurzar kontra ATS għal ksur tal-liġijiet federali tat-titoli tal-Istati Uniti. Barra minn hekk, is-SEC hija awtorizzata li tikkoordina l-azzjonijiet ta' infurzar tagħha ma' kontropartijiet domestiċi u internazzjonali. Pereżempju, is-SEC tista' tirreferi kwistjoni lid-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti għal prosekuzzjoni kriminali jew lil korpi kriminali jew regolatorji oħrajn biex jieħdu azzjoni fuq kwalunkwe punt matul inkjesta jew investigazzjoni. Barra minn hekk, is-SEC għandha l-awtorità li taqsam informazzjoni mhux pubblika fil-pussess tagħha ma' kontropartijiet domestiċi u internazzjonali.

(18)

Għalhekk jista' jiġi konkluż li NSE u ATS irreġistrati mas-SEC tal-Istati Uniti jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni effettivi fuq bażi kontinwa.

(19)

Skont it-tieni kundizzjoni, iċ-ċentri tan-negozjar ta' pajjiż terz għandhom ikollhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni tat-titoli għan-negozjar sabiex it-tali titoli jkunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati b'mod ġust, ordnat u effiċjenti, u jkunu liberament negozjabbli.

(20)

Skont l-Artikolu 12(a) tal-Att tal-Kambju, it-titoli ikkwotati fuq NSE tal-Istati Uniti għandhom jiġu rreġistrati fuq NSE mill-emittent. Ir-reġistrazzjoni ta' titolu tirrikjedi mingħand l-emittent li jagħmel talba mal-borża fejn ikun hemm ikkwotati t-titoli tiegħu; l-emittent għandu wkoll jippreżenta dikjarazzjonijiet ta' reġistrazzjoni lis-SEC. L-awtorità ta' kambju tiċċertifika mas-SEC ladarba t-titolu jiġi approvat mill-NSE għall-kwotazzjoni u r-reġistrazzjoni. It-titoli kollha nnegozjati f'NSE u titoli ikkwotati ta' negozjar tal-ATS għandhom jissodisfaw standards ta' kwotazzjoni stipulati fir-regoli ta' skambju tal-elenkar, li għandhom jiġu ppreżentati mas-SEC fit-Taqsima 19(b) tal-Att dwar il-Kambju u r-Regola 19b-4. It-titoli mhux ikkwotati nnegozjati pubblikament fuq ATS huma soġġetti għal regoli ta' divulgazzjoni tas-SEC u standards oħra għal titoli nnegozjati pubblikament. Ir-regoli tas-SEC u standards ta' kwotazzjoni jirrikjedu lill-emittenti li jiżvelaw tagħrif f'waqtu li jista' jkun materjali lill-investituri jew li x'aktarx ikollu effett sinifikattiv fuq il-prezz ta' titoli ta' emittent. It-Taqsima 10A(m) u r-Regola 10A-3 tagħha tidderieġi wkoll lil kull NSE milli tipprojbixxi l-kwotazzjoni ta' kwalunkwe titolu ta' emittent li mhuwiex f'konformità mar-rekwiżiti ta' kumitat ta' awditjar stipulati fl-istatut u fir-regola. L-Att dwar it-Titoli jirrikjedi li l-investituri jirċievu informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra sinifikanti dwar titoli offruti għall-bejgħ pubbliku u l-emittenti tagħhom, u jipprojbixxi l-ingann, rappreżentazzjoniet ħżiena u frodi oħrajn fil-bejgħ ta' titoli. L-NSE huma meħtieġa jkollhom regoli ċari u trasparenti rigward l-ammissjoni tat-titoli għan-negozjar. It-titoli għandhom ikunu liberament negozjabbli u jissodisfaw ċerti kriterji fir-rigward tad-distribuzzjoni ta' titoli lill-pubbliku u informazzjoni dwar is-sigurtà u l-emittent li huma meħtieġa sabiex ikun ivvalutat it-titolu. NSE ma tistax tirreġistra titoli li għalihom l-informazzjoni dwar it-titoli u l-emittent ma tkunx disponibbli pubblikament. Finalment, in-negozjar ta' titoli b'mod ordnat fuq NSE jew ATS huwa assigurat mis-setgħat tas-SEC biex jissospendu n-negozjar u biex joħorġu ordnijiet ta' emerġenza taħt ċerti ċirkostanzi. Skont it-Taqsima 12(k)(1)(A) tal-Att dwar il-Kambju, jekk l-interess pubbliku u l-protezzjoni tal-investituri jirrikjedu dan, is-SEC tista' toħroġ ordni b'mod sommarju biex temporanjament tissospendi n-negozjar kollu f'titolu speċifiku.

(21)

Il-qafas regolatorju tal-Istati Uniti jinkludi rekwiżiti għall-għoti ta' informazzjoni ta' qabel lill-parteċipanti tas-swieq. Il-liġijiet u r-regoli tat-titoli u r-regoli tal-SRO jirrikjedu r-rappurtar fil-ħin reali tal-aħjar offerti u daqsijiet ta' referenza għal kull titolu fuq NSE u AST li jinnegozjaw 5 % jew aktar tal-volum f'kull stokk tal-NMS u juru l-ordnijiet lil kull persuna. Il-limitu ta' 5 % huwa bbażat fuq ir-Regola 301(b)(3) u (b)(5) u huwa kkalkulat bl-użu tal-volumi tal-ishma rrappurtati lit-tejpijiet ikkonsolidati tal-Istati Uniti. Is-SEC għandha l-awtorità li teżamina ATS għall-konformità ma' liġijiet federali ta' titoli u r-Regolament ATS, inkluż jekk ATS qabżitx dan il-limitu ta' 5 % u tkun konformi, kif xieraq, mar-rekwiżit tar-Regola 301(b)(3) tar-Regolament ATS. Taħt ir-Regola 602 tas-SEC, kull NSE hija meħtieġa tiġbor, tipproċessa u tagħmel disponibbli għall-bejjiegħa, l-aħjar offerta u daqsijiet ta' referenza aggregat għal kull titolu tas-suġġett. L-informazzjoni hija disponibbli b'mod wiesa' għall-pubbliku fuq termini ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji. Fl-interess pubbliku u kif xieraq għall-protezzjoni ta' investituri u ż-żamma ta' swieq ġusti u ordnati, skont it-Taqsima 11A(a)(1)(C) tal-Att dwar il-Kambju u r-regoli tiegħu, l-NSE huma meħtieġa jiżguraw d-disponibbiltà għal sensara, negozjanti u investituri ta' informazzjoni fir-rigward ta' kwotazzjonijiet u tranżazzjonijiet ta' titoli. Il-qafas regolatorju tal-Istati Uniti jinkludi wkoll informazzjoni ta' wara n-negozjar, inkluż il-prezz, il-volum u l-ħin tat-tranżazzjonijiet, lill-parteċipanti fis-suq b'mod regolari. Ir-Regola 601(a) skont ir-Regolament NMS tirrikjedi skambji u li FINRA jdaħħlu pjanijiet ta' rappurtar ta' tranżazzjonijiet għall-approvazzjoni mas-SEC. Ir-regoli tas-SEC u tal-SRO jirrikjedu r-rappurtaġġ f'ħin reali ta' tranżazzjonijiet dwar skambji u dwar ATS. Is-sensara-negozjanti, inklużi l-ATS għandhom jissottomettu informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet lill-FINRA għat-tixrid.

(22)

Jista' għalhekk jiġi konkluż li NSE u ATS irreġistrati mas-SEC tal-Istati Uniti jkollhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni tat-titoli għan-negozjar sabiex it-tali titoli jkunu jistgħu jiġu nnegozjati b'mod ġust, ordnat u effiċjenti, u jkunu liberament negozjabbli.

(23)

Skont it-tielet kundizzjoni, l-emittenti tat-titoli għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' informazzjoni perjodiċi u kontinwi li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-investitur.

(24)

L-emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għan-negozjar fuq NSE tal-Istati Uniti huma meħtieġa jippubblikaw rapporti finanzjarji annwali u ta' interim. L-emittenti u l-kumpaniji kkwotati li l-ishma tagħhom huma ammessi għan-negozjar huma soġġetti wkoll għar-rekwiżiti ta' rappurtar skont it-Taqsima 13(a) jew it-Taqsima 15(d) tal-Att dwar il-Kambju. It-titoli ammessi għan-negozjar f'NSE tal-Istati Uniti jistgħu jiġu nnegozjati wkoll fuq NSE ieħor jew fuq ATS. L-obbligu ta' rappurtar applikabbli għal tali emittenti ta' rappurtar japplika irrispettivament mill-post fejn isiru n-negozji individwali. L-iżvelar ta' informazzjoni komprensiva u f'waqtha dwar emittenti ta' titoli jippermetti lill-investituri biex jivvalutaw il-prestazzjoni tan-negozju tal-emittenti u jiżgura trasparenza xierqa għal investituri permezz ta' fluss regolari ta' informazzjoni.

(25)

Jista' għalhekk jiġi konkluż li emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għan-negozjar ma' NSE u ATS huma soġġetti għal rekwiżiti ta' informazzjoni perjodiċi u kontinwi li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-investitur.

(26)

Skont ir-raba' kundizzjoni, il-qafas superviżorju u legali ta' pajjiż terz għandu jiżgura' t-trasparenza tas-suq u l-integrità billi jipprevjeni l-abbuż tas-suq fil-forma ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

(27)

Il-liġijiet federali tat-titoli tal-Istati Uniti tal-Amerka jistabbilixxu qafas regolatorju komprensiv biex jiżguraw l-integrità tas-suq u jipprevjenu abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq. Dan il-qafas jipprojbixxi u jawtorizza s-SEC milli tieħu azzjoni ta' infurzar kontra kondotta li tista' tirriżulta fid-distorsjoni tal-funzjonament tas-swieq, bħall-manipulazzjoni tas-suq u l-komunikazzjoni ta' informazzjoni falza jew qarrieqa (inklużi fit-Taqsimiet 9(a), 10(b), 14(e), 15(c) tal-Att dwar il-Kambju, u r-Regola 10b-5 tiegħu.) Il-liġijiet federali tat-titoli jipprojbixxu abbuż minn informazzjoni privileġġata (pereżempju, it-Taqsima 17(a) tal-Att dwar it-Titoli, it-Taqsima 10(b) tal-Att dwar il-Kambju u r-Regola 10b-5 tiegħu). Is-SEC tista' tressaq azzjoni ta' infurzar kontra persuna talli xtrat jew biegħet titoli abbażi ta' informazzjoni materjali u mhux pubblika miksuba jew użata fi ksur ta' dmir fiduċjarju jew dmir ta' fiduċja jew kunfidenza, jew talli kkomunikat tali informazzjoni bi ksur ta' dmir (it-Taqsima 17(a) tal-Att dwar it-Titoli u t-Taqsima 10(b) u r-Regola 10b-5 tal-Att dwar il-Kambju).

(28)

Għalhekk jista' jiġi konkluż li l-qafas superviżorju u legali tal-Istati Uniti jiżgura t-trasparenza tas-suq u l-integrità billi jipprevjeni l-abbuż tas-suq fil-forma ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

(29)

Għalhekk jista' jerġa' jiġi konkluż li l-qafas superviżorju u legali li jirregola l-NSE u l-ATS irreġistrati mas-SEC jissodisfa l-erba' kundizzjonijiet fuq imsemmija għal arranġamenti legali u superviżorji u għalhekk għandu jitqies li jipprovdi sistema ekwivalenti għar-rekwiżiti għaċ-ċentri għan-negozjar stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u d-Direttiva 2004/109/KE.

(30)

Id-deċiżjoni hija bbażata fuq il-qafas legali u superviżorju li jiggoverna NSE u ATS irreġistrati mas-SEC li fuqu ishma li huma ammessi għan-negozjar fl-UE huma nnegozjati wkoll skont ammissjoni separata għan-negozjar ta' NSE. Din id-deċiżjoni għalhekk ma tkoprix ATS fejn ishma ammessi għan-negozjar fl-UE jiġu nnegozjati mingħajr ma jkun inkiseb dak id-dħul separat.

(31)

Id-deċiżjoni se tkun ikkumplimentata wkoll minn arranġamenti ta' kooperazzjoni biex jiġi żgurat il-kambju effettiv ta' informazzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u s-SEC.

(32)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq ir-rekwiżiti legalment vinkolanti relatati ma' NSE u ATM applikabbli fl-Istati Uniti fiż-żmien tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tkompli bil-monitoraġġ fuq bażi regolari tal-evoluzzjoni tal-arranġamenti legali u superviżorji għal dawn iċ-ċentri tan-negozjar, żviluppi fis-suq, l-effettività ta' kooperazzjoni superviżorja fir-rigward tal-monitoraġġ u l-infurzar u l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ittieħdet din id-Deċiżjoni.

(33)

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżamijiet regolari tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għal NSE u ATS fl-Istati Uniti. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni twettaq rieżami speċifiku fi kwalunkwe ħin, fejn żviluppi rilevanti jagħmluha neċessarja li l-Kummissjoni terġa' tivvaluta l-ekwivalenza mogħtija b'din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari meta wieħed iqis l-esperjenza akkwista fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta' negozjar fuq ATS wara sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Kwalunkwe valutazzjoni mill-ġdid bħal din tista' twassal għat-tħassir ta' din id-Deċiżjoni.

(34)

Meta wieħed jikkunsidra li r-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mit-3 ta' Jannar 2018, huwa neċessarju li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(35)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-qafas legali u superviżorju tal-Istati Uniti tal-Amerka, applikabbli għal kambji tat-titoli nazzjonali u sistemi alternattivi tan-negozju reġistrati mal-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju, kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, għandu jitqies bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti għas-swieq regolati kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 596/2014, mit-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE, mit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u mid-Direttiva 2004/109/KE, u għandu jkun soġġett għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84)

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).


ANNESS

Boroż nazzjonali tat-titoli rreġistrati mal-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju tal-Istati Uniti u li huma kkunsidrati ekwivalenti għas-swieq regolati kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE:

(a)

BOX Options Exchange LLC

(b)

Cboe BYX Exchange, Inc. (magħruf qabel bħala Bats BYX Exchange, Inc.; BATS Y-Exchange, Inc.)

(c)

Cboe BZX Exchange, Inc. (magħruf qabel bħala Bats BZX Exchange, Inc.; BATS Exchange, Inc.)

(d)

Cboe C2 Exchange, Inc.

(e)

Cboe EDGA Exchange, Inc. (magħruf qabel bħala Bats EDGA Exchange, Inc.; EDGA Exchange, Inc.)

(f)

Cboe EDGX Exchange, Inc. (magħruf qabel bħala Bats EDGX Exchange, Inc.; EDGX Exchange, Inc.)

(g)

Cboe Exchange, Inc.

(h)

Chicago Stock Exchange, Inc.

(i)

The Investors Exchange LLC

(j)

Miami International Securities Exchange

(k)

MIAX PEARL, LLC

(l)

Nasdaq BX, Inc. (formerly NASDAQ OMX BX, Inc.; Boston Stock Exchange)

(m)

Nasdaq GEMX, LLC (magħruf qabel bħala ISE Gemini)

(n)

Nasdaq ISE, LLC (magħruf qabel bħala International Securities Exchange, LLC)

(o)

Nasdaq MRX, LLC (magħruf qabel bħala ISE Mercury)

(p)

Nasdaq PHLX LLC (magħruf qabel bħala NASDAQ OMX PHLX, LLC; Philadelphia Stock Exchange)

(q)

The Nasdaq Stock Market

(r)

New York Stock Exchange LLC

(s)

NYSE Arca, Inc.

(t)

NYSE MKT LLC (magħruf qabel bħala NYSE AMEX u American Stock Exchange)

(u)

NYSE National, Inc. (magħruf qabel bħala National Stock Exchange, Inc.)

Sistemi alternattivi ta' negozjar irreġistrati mal-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju tal-Istati Uniti u li huma kkunsidrati ekwivalenti għas-swieq regolati kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE:

(a)

Aqua Securities L.P.

(b)

ATS-1

(c)

ATS-4

(d)

ATS-6

(e)

Barclays ATS

(f)

Barclays DirectEx

(g)

BIDS Trading, L.P.

(h)

CIOI

(i)

CitiBLOC

(j)

CITICROSS

(k)

CODA Markets, Inc

(l)

Credit Suisse Securities (USA) LLC

(m)

Deutsche Bank Securities, Inc

(n)

eBX LLC

(o)

Instinct X

(p)

Instinet Continuous Block Crossing System (CBX)

(q)

Instinet, LLC (Instinet Crossing, Instinet BLX)

(r)

Instinet, LLC (BlockCross)

(s)

JPB-X

(t)

J.P. Morgan ATS (“JPM-X”)

(u)

JSVC LLC

(v)

LiquidNet H2O ATS

(w)

Liquidnet Negotiation ATS

(x)

Luminex Trading & Analytics LLC

(y)

National Financial Services, LLC

(z)

POSIT

(aa)

SIGMA X2

(bb)

Spot Quote LLC

(cc)

Spread Zero LLC

(dd)

UBS ATS

(ee)

Ustocktrade

(ff)

Virtu MatchIt

(gg)

XE