|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
13.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2293
tat-3 ta' Awwissu 2017
dwar il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni, mingħajr ittestjar, ta' prodotti tal-injam kontrolaminat koperti bl-istandard armonizzat EN 16351 u prodotti tal-injam laminat b'fuljetta fina koperti bl-istandard armonizzat EN 14374, fir-rigward tar-reazzjoni tagħhom għan-nar
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/364 (2) ġiet adottata sistema għall-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini rigward ir-reazzjoni tagħhom għan-nar. Il-prodotti tal-injam kontrolaminat u l-prodotti tal-injam laminat b'fuljetta fina huma prodotti għall-bini li għalihom japplika dak ir-Regolament Delegat. |
|
(2) |
It-testijiet urew li l-prodotti tal-injam kontolaminat koperti bl-istandard armonizzat EN 16351 u l-prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina koperti bl-istandard armonizzat EN 14374 għandhom prestazzjoni stabbli u prevedibbli rigward ir-reazzjoni tagħhom għan-nar diment li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet dwar il-forma tal-prodott kif ukoll l-installazzjoni tiegħu u d-densità u l-ħxuna medja tiegħu. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-prodotti tal-injam kontrolaminat koperti bl-istandard armonizzat EN 16351 u l-prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina koperti bl-istandard armonizzat EN 14374 jitqiesu li jissodisfaw ċerta klassi ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar stabbilita bir-Regolament Delegat (UE) 2016/364 meta jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet, mingħajr ma jenħtieġ aktar ittestjar, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti tal-injam kontrolaminat koperti bl-istandard armonizzat EN 16351 u l-prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina koperti bl-istandard armonizzat EN 14374 li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-klassijiet ta' prestazzjoni indikati fl-Anness, mingħajr ittestjar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/364 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 68, 15.3.2016, p. 4).
ANNESS
Tabella 1
Il-klassijiet tal-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar għall-prodotti tal-injam kontrolaminat u prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina għall-ħitan u s-soqfa
|
Prodott (1) |
Dettalji tal-prodott |
Densità medja minima (2) (kg/m3) |
Ħxuna globali minima (mm) |
Klassi (3) |
|
Prodotti tal-injam kontrolaminat koperti bl-istandard armonizzat EN 16351 |
Ħxuna minima tal-folja ta' 18 mm |
350 |
54 |
D-s2, d0 (4) |
|
Prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina koperti bl-istandard armonizzat EN 14374 |
Ħxuna minima tal-fuljetta fina ta' 3 mm |
400 |
18 |
D-s2, d0 (4) |
Tabella 2
Il-klassijiet tal-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar għall-prodotti tal-injam kontrolaminat u prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina għall-pavimenti
|
Prodott (5) |
Dettalji tal-prodott |
Densità medja minima (6) (kg/m3) |
Ħxuna globali minima (mm) |
Klassi għall-pavimenti (7) |
|
Prodotti tal-injam kontrolaminat koperti bl-istandard armonizzat EN 16351 |
b'ħxuna minima tal-folja ta' 18 mm u b'wiċċ magħmul mill-arżnu |
430 |
54 |
DFL-s1 (8) |
|
Prodotti tal-injam kontrolaminat koperti bl-istandard armonizzat EN 16351 |
b'ħxuna minima tal-folja ta' 18 mm u b'wiċċ magħmul mill-abit |
400 |
54 |
DFL-s1 (8) |
|
Prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina koperti bl-istandard armonizzat EN 14374 |
b'ħxuna minima tal-fuljetta fina ta' 3 mm u b'wiċċ magħmul mill-arżnu |
480 |
15 |
DFL-s1 (8) |
|
Prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina koperti bl-istandard armonizzat EN 14374 |
b'ħxuna minima tal-fuljetta fina ta' 3 mm u b'wiċċ magħmul mill-arżnu |
430 |
20 |
DFL-s1 (8) |
|
Prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina koperti bl-istandard armonizzat EN 14374 |
b'ħxuna minima tal-fuljetta fina ta' 3 mm u b'wiċċ magħmul mill-abit |
400 |
15 |
DFL-s1 (8) |
(1) Japplika għall-ispeċijiet kollha u t-tipi kollha ta' kolla koperti bl-istandards tal-prodott.
(2) Ikkundizzjonat f'konformità mal-istandard EN 13238.
(3) Il-klassi kif stipulata fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/364.
(4) Il-klassi hi valida għal kull sottostrat jew għal spazju għall-arja wara.
(5) Japplika wkoll għat-turġien tat-taraġ.
(6) Ikkundizzjonat f'konformità mal-istandard EN 13238.
(7) Il-klassi kif stipulata fit-Tabella 2 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/364.
(8) Il-klassi hi valida għal kull sottostrat jew għal spazju għall-arja wara.
|
13.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/4 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2294
tat-28 ta' Awwissu 2017
li jemenda r-Regolament (UE) 2017/565 rigward l-ispeċifikazzjoni tad-definizzjoni ta' internalizzaturi sistematiċi għall-finijiet tad-Direttiva 2014/65/UE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni oġġettiva u effettiva tad-definizzjoni ta' internalizzaturi sistematiċi fl-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE, jinħtieġ li għandhom jiġu pprovduti aktar speċifikazzjonijiet fuq żviluppi teknoloġiċi riċenti fis-swieq tat-titoli li jikkonċernaw l-arranġamenti ta' tqabbil li d-ditti ta' investiment jistgħu jipparteċipaw fihom. |
|
(2) |
Żviluppi teknoloġiċi fis-swieq tat-titoli wasslu għall-ħolqien ta' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika li jippermettu li jkun hemm rabta bejn numru ta' ditti tal-investiment li jkollhom il-ħsieb li joperaw taħt id-deżinjazzjoni ta' internalizzatur sistematiku ma' fornituri tal-likwidità oħrajn involuti f'tekniki ta' negozjar algoritmiku ta' frekwenza għolja. Dawn l-iżviluppi qed ipoġġu f'riskju s-separazzjoni ċara bejn in-negozjar għan-nom proprju bilaterali fl-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijenti u n-negozjar multilaterali previst permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 (2). Dawn l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq għalhekk jenħtieġu li jiġi speċifikat li internalizzatur sistematiku mhuwiex permess biex jinvolvi ruħu, fuq bażi regolari, fit-tqabbil interna jew esterna permezz ta' negozjar matched principal jew tipi oħra ta' tranżazzjonijiet spalla ma' spalla bla riskju de facto fi strument finanzjarju partikolari barra minn post tan-negozjar. |
|
(3) |
Sakemm il-ġestjoni ċentralizzata tar-riskju fi grupp normalment tinvolvi t-trasferiment tar-riskju akkumulat minn ditta ta' investiment bħala riżultat ta' tranżazzjonijiet ma' partijiet terzi lil entità fl-istess grupp li ma jkollha l-ebda kapaċità biex tipprovdi kwotazzjonijiet, informazzjoni oħra dwar l-interessi kummerċjali jew biex tirrifjuta jew temenda tali tranżazzjonijiet, dawn it-trasferimenti jenħtieġ li xorta waħda jitqiesu bħala negozjar fuq kont proprju meta mwettqa għal finijiet biss ta' ċentralizzazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju tal-grupp. |
|
(4) |
Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, il-formulazzjoni dwar id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2017/565 jinħtieġ li tkun f'konformità mal-formulazzjoni fuq id-data ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta' urġenza. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/565 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jiddaħħal l-Artikolu 16a li ġej: “Artikolu 16a Parteċipazzjoni f'arranġamenti ta' tqabbil Ditta tal-investiment ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala negozjar għan-nom proprju fis-sens tal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fejn dik id-ditta tal-investiment tipparteċipa f'arranġamenti ta' tqabbil li jsiru ma' entitajiet barra l-grupp bl-għan jew bil-konsegwenza li twettaq tranżazzjonijiet spalla ma' spalla bla riskju de facto fi strument finanzjarju barra post ta' negozjar”. |
|
(2) |
fl-Artikolu 91, it-tieni paragrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Dan għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta' April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 1).
|
13.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/6 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2295
tal-4 ta' Settembru 2017
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 443 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 443 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) ħarġet linji gwida dwar id-divulgazzjoni ta' assi gravati u assi mhux gravati fis-27 ta' Ġunju 2014 (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida tad-Divulgazzjoni tal-EBA” (2)). It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 443 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprevedi li l-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-divulgazzjoni tal-valur tal-karta tal-bilanċ għal kull skopertura mqassmin skont il-kwalità tal-assi u l-ammont totali tal-valur tal-karta tal-bilanċ li mhux gravat, b'kont meħud tar-Rakkomandazzjoni ESRB/2012/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-finanzjament ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (“Rakkomandazzjoni ESRB/2012/2”) (3) u skont il-konsiderazzjoni tal-EBA fir-rapport tagħha li tali divulgazzjoni addizzjonali toffri informazzjoni affidabbli u sinifikanti. Ir-rapport tal-EBA dwar l-aggravar ta' assijiet (4) ikkonkluda li d-divulgazzjoni ta' aggravar fl-Unjoni hija importanti peress li tippermetti lill-parteċipanti fis-suq li jifhmu u janalizzaw aħjar il-profili ta' likwidità u ta' solvenza tal-istituzzjonijiet u jqabblu dawn il-profili fl-Istati Membri kollha b'mod ċar u konsistenti. Fuq il-bażi ta' dawn il-konklużjonijiet, l-EBA żviluppat abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex jiġi żgurat approċċ totalment armonizzat għad-divulgazzjoni tal-aggravar ta' assijiet. |
|
(2) |
Il-Linji Gwida ta' Divulgazzjoni tal-EBA jkopru kemm assi gravati u dawk mhux gravati. Dan huwa minħabba li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 443 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistabbilixxi li r-Rakkomandazzjoni ESRB/2012/2, u b'mod partikolari r-Rakkomandazzjoni D - Trasparenza tas-swieq dwar l-aggravar ta' assijiet (“ir-Rakkomandazzjoni D”) tiġi kkunsidrata. Il-punt 1(a) tar-Rakkomandazzjoni D jirrakkomanda d-divulgazzjoni ta' assi gravati u dawk mhux gravati. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 443 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistipula wkoll li r-Rakkomandazzjoni ESRB/2012/2 għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fl-iżvilupp tal-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmija f'dak is-subparagrafu. Barra minn hekk, assi gravati għandhom jiġu inklużi f'tali standards biex jiġi żgurat li d-divulgazzjoni obbligatorja toffri informazzjoni affidabbli u sinifikanti. Għalhekk, kemm assi gravati u dawk mhux gravati u għandhom jiġu divulgati. |
|
(3) |
L-EBA kienet irrakkomandata fir-Rakkomandazzjoni D biex tiżgura li fl-iżvilupp tal-Linji Gwida ta' Divulgazzjoni tal-EBA, li l-livell u l-evoluzzjoni ta' assi gravati għal banek ċentrali, kif ukoll l-ammont ta' assistenza ta' likwidità mogħtija minn banek ċentrali, ma jistgħux jiġu skoperti. Dak il-parir tqies ukoll f'dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Assi gravati jew kollateral riċevut u elementi oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ jistgħu jkunu mirhuna biex jassiguraw il-finanzjament. Għalhekk, sabiex tippermetti lill-parteċipanti fis-suq li jifhmu u janalizzaw aħjar il-profili ta' likwidità u ta' solvenza tal-istituzzjonijiet u aċċess għall-informazzjoni dwar assi biex jiġi żgurat finanzjament, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jiddivulgaw l-aggravar tta' assijiet tal-assi kollha fil-karta tal-bilanċ u l-gravami tal-elementi li mhumiex fil-karta tal-bilanċ separatament. Id-divulgazzjoni għandha tkun relatata mat-tipi kollha ta' kollateral riċevut, li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet kollha fi u mhux fil-karta tal-bilanċ indipendentement mill-maturità tagħhom, inklużi l-operazzjonijiet kollha ma' banek ċentrali. Filwaqt li l-assi divulgati bħalaassi gravati jinkludu assi gravati bħala riżultat tal-operazzjonijiet kollha ma' kull kontroparti (inklużi l-banek ċentrali), m'hemmx bżonn li jiġi divulgat l-aggravar li jirriżulta minn operazzjonijiet ma' banek ċentrali separatament mill-aggravar li jirriżulta minn operazzjonijiet ma' kontropartijiet oħra. Dan huwa bla ħsara għal-libertà għall-banek ċentrali li jistabbilixxu l-modalitajiet għad-divulgazzjoni ta' assistenza ta' likwidità f'emerġenza. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u tiġi promossa l-komparabbiltà u t-trasparenza, id-dispożizzjonijiet relatati mal-mudelli ta' divulgazzjoni dwar l-aggravar jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-ħtiġijiet tar-rappurtar dwar il-gravami previst fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (5). Madankollu, sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati (bħal pereżempju l-abbiltà li jiġi identifikat finanzjament ta' emerġenza mill-bank ċentrali), xi devjazzjonijiet huma meħtieġa. B'mod partikolari, u b'kont meħud tar-Rakkomandazzjoni D, id-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar l-ammont ta' assi gravati u mhux gravati jenħtieġ li tkun ibbażata fuq valuri medji aktar milli fuq valuri f'punt ta' żmien partikolari kif meħtieġ fl-Anness XVII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Bl-istess mod, il-livell ta' granularità tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata għal valuri speċifiċi u tranżazzjonijiet jenħtieġ li jkun inqas minn dak tar-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 680/2014. Barra minn hekk, peress li l-aggravar ta' assijiet jiddependi ħafna fuq il-profil tar-riskju u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni kkonċernata, id-dejta kwantitattiva jenħtieġ li tkun issupplimentata b'informazzjoni narrattiva. |
|
(6) |
Ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni għal assi gravati u mhux gravati u, b'mod partikolari, ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni fir-rigward ta' assi trasferiti, assi mirhuna u kollateral li ma jidhirx fil-karta bilanċjali u depożitat, għandhom japplikaw flimkien ma' kwalunkwe rekwiżiti ta' divulgazzjoni skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli. |
|
(7) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni proporzjonata tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 443 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal istituzzjonijiet iżgħar li ma jkollhomx livelli materjali ta' aggravar ta' assijiet, informazzjoni dwar il-kwalità ta' assi gravati u mhux gravati m'għandhiex tkun mitluba minn tali istituzzjonijiet iżgħar. L-informazzjoni dwar il-kwalità tal-assi gravati u mhux gravati (“indikaturi tal-kwalità tal-assi”) hija bbażata fuq il-karatteristiċi tal-kwalità tal-assi attribwiti għal assi ta' likwidità estremament għolja u ta' kwalità ta' kreditu u assi ta' likwidità u kwalità ta' kreditu għoljin, kif definiti fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (6). Hekk kif ditti tal-investiment li ma jifformawx parti minn grupp bankarju mhumiex koperti b'dak ir-Regolament ta' Delega u, peress li, meta kumpaniji tal-investiment jagħmlu parti minn grupp bankarju, l-informazzjoni rilevanti tiġi divulgata fuq bażi konsolidata, huwa xieraq ukoll li d-ditti ta' investiment ikunu eżenti milli jiddivulgaw informazzjoni dwar il-kwalità ta' assi gravati u mhux gravati, biex jiġu evitati spejjeż sproporzjonati. |
|
(8) |
Minħabba n-novità tar-rekwiżit li tingħata informazzjoni dwar l-indikaturi tal-kwalità tal-assi, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-divulgazzjoni ta' tali indikaturi jenħtieġ li tiġi differita b'sena, biex tippermetti lill-istituzzjonijiet biex jiżviluppaw is-sistemi meħtieġa tal-IT. |
|
(9) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-EBA lill-Kummissjoni. |
|
(10) |
L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa f'dak li għandu x'jaqsam mal-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Rekwiżiti ta' divulgazzjoni għall-istituzzjonijiet kollha
1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta' assi gravati u mhux gravati skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli skont it-tip ta' assi fil-kolonni C010, C040, C060 u C090, il-Formola A tal-Anness I, f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
2. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw informazzjoni tal-kollateral riċevut skont it-tip ta' assi fil-kolonni C010 u C040 tal-Formola B tal-Anness I, f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
3. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-obbligazzjonijiet assoċjati mal-assi gravati u l-kollateral riċevut kif stipulat fil-Formola C tal-Anness I, f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
4. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw informazzjoni narrattiva dwar l-impatt tal-mudell tan-negozju tagħhom fuq il-livell tagħhom ta' aggravar u l-importanza ta' gravami fil-mudell tan-negozju tagħhom kif stipulat fil-Mudell D tal-Anness I, f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 2
Rekwiżiti ta' divulgazzjoni addizzjonali għal ċerti istituzzjonijiet
1. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, l-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jiddivulgaw:
|
(a) |
l-indikaturi tal-kwalità tal-assi skont it-tip ta' assi fil-kolonni C030, C050, C080 u C100, kif stipulat fil-Mudell A tal-Anness I, f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II; |
|
(b) |
l-indikaturi tal-kwalità tal-assi skont it-tipi ta' kollateral riċevut u titoli ta' dejn maħruġa, inklużi bonds koperti u titoli ggarantiti b'assi (ABSs) fil-kolonni C030 u C060 kif stipulat fil-Mudell B tal-Anness I, f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-assi totali tagħhom, ikkalkulati b'konformità mal-paragrafu 10 tal-punt 1.6 tal-Anness XVII għar-Regolament (UE) Nru 680/2014, jammonta għal aktar minn EUR 30 biljun; |
|
(b) |
Il-livell ta' aggravar ta' assijiet, ikkalkulat b'konformità mal-paragrafu 9 tal-punt 1.6 tal-Anness XVII għar-Regolament (UE) Nru 680/2014, huwa aktar minn 15 %. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 2 għandu japplika minn mit-2 ta' Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Linji gwida dwar id-divulgazzjoni tal-assi gravati u mhux gravati (EBA/GL/2014/03).
(3) ĠU C 119, 25.4.2013, p. 1.
(4) Ir-Rapport tal-EBA dwar l-interess ta' garanzija tal-assi, Settembru 2015.
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS I
Formoli ta' divulgazzjoni
Formola A: Assi gravati + mhux gravati
Formola A - Assi gravati + mhux gravati
|
|
Ammont riportat ta' assi gravati |
Il-valur ġust ta' assi gravati |
Ammont riportat ta' assi gravati |
Valur ġust ta' assi gravati |
|||||
|
|
li minnhom EHQLA u HQLA huma nozzjonalment eliġibbli |
|
li minnhom EHQLA u HQLA huma nozzjonalment eliġibbli |
|
li minnhom EHQLA u HQLA |
|
li minnhom EHQLA u HQLA |
||
|
010 |
030 |
040 |
050 |
060 |
080 |
090 |
100 |
||
|
010 |
Assi tal-istituzzjoni li tirrapporta |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
030 |
Strumenti ta' ekwità |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
040 |
Titoli ta' dejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
050 |
li minnhom: bonds koperti |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
060 |
li minnhom: titoli garantiti b'assi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
070 |
li minnhom: maħruġa minn amministrazzjonijiet pubbliċi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
080 |
li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
090 |
li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
120 |
Assi oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
121 |
li minnhom: … |
|
|
|
|
|
|
|
|
Formola B: Kollateral irċevut
Formola B — Kollateral irċevut
|
|
Valur ġust ta' kollateral gravat irċevut jew titoli tad-dejn proprji maħruġa |
Mhux gravati |
|||
|
Valur ġust ta' kollateral riċevut jew titoli ta' dejn proprji maħruġa disponibbli għal gravami |
|||||
|
|
li minnhom EHQLA u HQLA huma nozzjonalment eliġibbli |
|
li minnhom EHQLA u HQLA |
||
|
010 |
030 |
040 |
060 |
||
|
130 |
Kollateral irċevut mill-istituzzjoni li tirrapporta |
|
|
|
|
|
140 |
Self fuq talba |
|
|
|
|
|
150 |
Strumenti ta' ekwità |
|
|
|
|
|
160 |
Titoli ta' dejn |
|
|
|
|
|
170 |
li minnhom: bonds koperti |
|
|
|
|
|
180 |
li minnhom: titoli garantiti b'assi |
|
|
|
|
|
190 |
li minnhom: maħruġa minn amministrazzjonijiet pubbliċi |
|
|
|
|
|
200 |
li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji |
|
|
|
|
|
210 |
li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
|
|
|
|
|
220 |
Self u ħlas bil-quddiem li ma jkunx self fuq talba |
|
|
|
|
|
230 |
Kollateral irċevut ieħor |
|
|
|
|
|
231 |
li minnhom: … |
|
|
|
|
|
240 |
Titoli ta' dejn proprji maħruġin għajr bonds proprji koperti jew titoli garantiti b'assi |
|
|
|
|
|
241 |
Bonds proprji koperti u titoli ggarantiti b'assi maħruġa u għadhom mhux mirhuna |
|
|
|
|
|
250 |
ASSI TOTALI, KOLLATERAL RIĊEVUT U TITOLI TA' DEJN PROPRJI MAĦRUĠA |
|
|
|
|
Formola C: Sorsi ta' gravami
Formola C — Sorsi ta' gravami
|
|
Obbligazzjonijiet imqabbla, obbligazzjonijiet kontinġenti jew titoli mislufa |
Assi, kollateral irċevut u proprju titoli ta' dejn maħruġa għajr bonds koperti u ABSs gravati |
|
|
010 |
030 |
||
|
010 |
Ammont riportat ta' xi obbligazzjonijiet finanzjarji |
|
|
|
011 |
li minnhom: … |
|
|
Formola D: Informazzjoni narrattiva ta' akkumpanjament
Formola D — Informazzjoni narrattiva ta' akkumpanjament
Informazzjoni narrattiva dwar l-impatt tal-mudell tan-negozju fuq assi gravati u l-importanza ta' gravami għall-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni, li jipprovdi lill-utenti l-kuntest għad-divulgazzjonijiet meħtieġa fil-Formola A sa C.
ANNESS II
Struzzjonijiet għall-mili tal-formoli tad-divulgazzjoni
|
1. |
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-entrati msemmija fit-Tabelli 1 sa 7 bl-istess mod kif irrappurtat skont l-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014, sakemm ma jkunx previst mod ieħor b'mod speċifiku f'dawk it-tabelli.
L-entrati msemmija fil-punt 1 għandhom jiġu divulgati bl-użu ta' valuri medji. Valuri medji għandhom ikunu medji kontinwi ta' kull tliet xhur matul it-tnax-il xahar preċedenti u għandhom jiġu ddeterminati permezz ta' interpolazzjoni. Meta d-divulgazzjonijiet iseħħu fuq bażi konsolidata, il-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni se jkun il-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni prudenzjali kif definit fl-Ewwel Parti, Titolu II, Kapitolu 2, Taqsima 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
Formola A - Assi gravati u mhux gravati
Tabella 1: Struzzjonijiet rigward ringieli speċifiċi tal-Formola A
|
Ringieli |
Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet |
|
010 |
L-assi tal-istituzzjoni tar-rappurtar [Standards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 1.9 (a), Gwida għall-Implimentazzjoni (IG) 6] Assi totali tal-istituzzjoni rreġistrata fil-karta bilanċjali tagħha, bl-eċċezzjoni ta' titoli ta' dejn proprji u strumenti ta' ekwità proprji meta l-istandards ta' kontabbiltà applikabbli jippermettu r-rikonoxximent tagħhom fil-karta bilanċjali. Il-valur iddivulgat f'din ir-ringiela jkun il-medjan tas-somom ta' erba' valuri fi tmiem kull tliet xhur matul it-tnax-il xahar preċedenti għar-ringieli 030, 040 u 120. |
|
030 |
Strumenti ta' ekwità Il-valuri medjani mill-entrata “Strumenti ta' ekwità” kif irrappurtati fir-ringiela 030 fil-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014, bl-eċċezzjoni tal-istrumenti proprji ta' ekwità meta l-istandards ta' kontabbiltà applikabbli jippermettu r-rikonoxximent tagħhom fil-karta bilanċjali. |
|
040 |
Titoli ta' dejn Il-valuri medjani mill-entrata “Titoli ta' dejn” kif irrappurtati fir-ringiela 040 fil-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014, bl-eċċezzjoni tat-titoli ta' dejn proprji meta l-istandards ta' kontabbiltà applikabbli jippermettu r-rikonoxximent tagħhom fil-karta bilanċjali. |
|
050 |
li minnhom: bonds koperti Il-valuri medjani tal-entrata “li minnhom: bonds koperti” kif irrappurtati fir-ringiela 050 fil-Mudell F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. |
|
060 |
li minnhom: titoli garantiti b'assi Il-valuri medjani tal-entrata “li minnhom: titoli garantiti b'assi” kif irrappurtati fir-ringiela 060 fil-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. |
|
070 |
li minnhom: maħruġa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi Il-valuri medjani tal-entrata “li minnhom: maħruġa minn amministrazzjonijiet pubbliċi” kif irrappurtati fir-ringiela 070 fil-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. |
|
080 |
li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji Il-valuri medjani tal-entrata “li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji” kif irrappurtati fir-ringiela 080 fil-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. |
|
090 |
li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji Il-valuri medjani tal-entrata “li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji” kif irrappurtati fir-ringiela 090 fil-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. |
|
120 |
Assi oħrajn Il-valur medjan tal-assi oħra tal-istituzzjoni rreġistrati fil-karta bilanċjali għajr dawk imsemmija fir-ringieli ta' hawn fuq u differenti minn titoli ta' dejn proprju u strumenti ta' ekwità ta' dejn proprju li ma jistgħux jiġu derikonoxxuti mill-karta bilanċjali permezz ta' istituzzjoni mhux tal-IFRS. F'dan il-każ, strumenti ta' dejn proprju jkunu inklużi fir-ringiela 240 tal-Formola B u l-istrumenti ta' ekwità proprja esklużi mir-rappurtar tal-interess ta' gravami. Assi oħrajn jinkludu flus fl-idejn (iż-żamma ta' karti tal-flus u muniti nazzjonali u barranin fiċ-ċirkolazzjoni li jintużaw b'mod komuni biex isiru pagamenti), self fuq talba [IAS 1.54 (i)] li jinkludi l-bilanċi riċevibbli fuq talba f'banek ċentrali u istituzzjonijiet oħra kif irrappurtat fil-Formola 020 fil-Mudell F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Assi oħra jinkludu wkoll self u avvanzi għajr self fuq talba, inkluż self ipotekarju kif irrapportat fir-ringieli 100 u 110 tal-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Assi oħra jistgħu jinkludu wkoll assi intanġibbli, inkluż avvjament, assi ta' taxxa differiti, assi ta' proprjetà, impjanti u assi fissi oħrajn, assi derivattivi, tranżazzjonijiet ta' retroriakkwist u self bl-istokk riċevibbli. Meta assi sottostanti u assi tal-aggregazzjoni ta' kopertura ta' titoli miżmuma abbażi ta' assi (ABS) u bonds koperti huma self fuq talba jew f'forma ta' self u avvanzi oħra għajr self fuq talba, huma għandhom ukoll ikunu inklużi f'din ir-ringiela. |
|
121 |
li minnhom: … Fejn rilevanti fil-kuntest tal-użu tagħhom ta' gravami fir-rigward tal-mudell tan-negozju tagħhom, l-istituzzjonijiet jistgħu jidentifikaw separatament il-valur medjan ta' xi komponent ta' “Assi oħrajn” bħal f'ringiela “li minnhom”. |
Tabella 2: Struzzjonijiet rigward kolonni speċifiċi tal-Formola A
|
Kolonni |
Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet |
|
010 |
Ammont riportat ta' assi gravati Il-valur medjan tal-ammont riportat tal-assi miżmuma mill-istituzzjoni li huma gravati skont il-punt 1.7 tal-Anness XVII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Ammont riportat tfisser l-ammont rappurtat fin-naħa tal-assi tal-karta bilanċjali. |
|
030 |
li minnhom: EHQLA u HQLA huma nozzjonalment eliġibbli Il-valur medjan tal-ammont riportat ta' assi gravati li huma nozzjonalment eliġibbli għall-kwalifika ta' assi b'likwidità għolja ħafna u kwalità kreditizja għolja ħafna (EHQLA) u assi ta' likwidità u kwalità ta' kreditu għolja (HQLA). Għall-fini ta' dan ir-Regolament, EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli huma dawk l-assi elenkati fl-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 u li jikkonformaw ma' rekwiżiti ġenerali u operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 ta' dak ir-Regolament Delegat, li kieku ma kienx hemm l-istatus tagħhom bħala assi gravati skont l-Anness XVII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli se jkunu konformi wkoll mar-rekwiżiti stabbiliti speċifiċi għall-klassi ta' skopertura stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16 u 35 sa 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. L-ammont riportat ta' EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli jkun l-ammont riportat qabel l-applikazzjoni tat-telf impost fuq il-kredituri speċifikat fl-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. |
|
040 |
Il-valur ġust ta' assi gravati Il-valur medjan tal-entrata “Valur ġust għal assi gravati” kif irrappurtat fil-kolonna 040 tal-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Għal kull klassi ta' skopertura, il-valur ġust divulgat hu l-valur medjan tal-valuri ġusti differenti osservati fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar meqjusa fil-kalkolu tal-medjan. |
|
050 |
li minnhom: EHQLA u HQLA huma nozzjonalment eliġibbli Il-valur medjan tal-valur ġust ta' assi gravati u li huma nozzjonalment eliġibbli biex jikkwalifikaw bħala EHQLA u tal-HQLA. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli huma dawk l-assi elenkati fl-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 u li jikkonformaw ma' rekwiżiti ġenerali u operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 ta' dak ir-Regolament Delegat, li kieku ma kienx hemm l-istatus tagħhom bħala assi gravati skont l-Anness XVII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli se jkunu konformi wkoll mar-rekwiżiti stabbiliti speċifiċi għall-klassi ta' skopertura stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16 u 35 sa 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. Il-valur ġust ta' EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli jkun il-valur ġust qabel l-applikazzjoni tat-telf impost fuq il-kredituri speċifikat fl-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. |
|
060 |
Ammont riportat ta' assi gravati Il-valur medjan tal-entrata “Ammont riportat għal assi mhux gravati” kif irrappurtat fil-kolonna 060 tal-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. |
|
080 |
li minnhom: EHQLA u HQLA Il-valur medjan tal-ammont riportat ta' EHQLA u HQLA mhux gravati kif elenkati fl-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 u li jikkonformaw ma' rekwiżiti ġenerali u operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 ta' dak ir-Regolament Delegat, kif ukoll ir-rekwiżiti speċifiċi ta' skopertura stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16 u 35 sa 37 ta' dak ir-Regolament Delegat. L-ammont riportat ta' EHQLA u HQLA għandu jkun l-ammont riportat qabel l-applikazzjoni tat-telf impost fuq il-kredituri speċifikat fl-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. |
|
090 |
Valur ġust ta' assi gravati Il-valur medjan tal-entrata “Valur ġust għal assi mhux gravati” kif irrappurtat fil-kolonna 090 tal-Formola F 32.01 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Għal kull klassi ta' skopertura, il-valur ġust divulgat hu l-valur medjan tal-valuri ġusti differenti osservati fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar meqjusa fil-kalkolu tal-medjan. |
|
100 |
li minnhom: EHQLA u HQLA Il-valur medjan tal-ammont riportat ta' EHQLA u HQLA mhux gravati kif elenkati fl-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 u li jikkonformaw ma' rekwiżiti ġenerali u operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 ta' dak ir-Regolament Delegat, kif ukoll ir-rekwiżiti speċifiċi ta' skopertura stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16 u 35 sa 37 ta' dak ir-Regolament Delegat. Il-valur ġust ta' EHQLA u HQLA se jkun il-valur ġust qabel l-applikazzjoni tat-telf impost fuq il-kredituri speċifikat fl-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. |
Formola B — Kollateral irċevut
Tabella 3: Struzzjonijiet rigward ringieli speċifiċi tal-Formola B
|
Ringieli |
Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet |
||||
|
130 |
Kollateral irċevut mill-istituzzjoni li tirrapporta Il-klassijiet kollha ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni. It-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli għandhom jiġu divulgati f'din ir-ringiela. Il-kollateral totali riċevut mill-istituzzjoni se jkun il-medjan tas-somom ta' erba' valuri fi tmiem kull tliet xhur matul it-tnax-il xahar preċedenti għar-ringieli 140 sa 160, 220 u 230. |
||||
|
140 |
Self fuq talba Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li tinkludi self fuq talba għandhom se jiġi divulgat f'din ir-ringiela (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 120 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
|
150 |
Strumenti ta' ekwità Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li tinkludi strumenti ta' ekwità (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 030 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
|
160 |
Titoli ta' dejn Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li tinkludi titoli ta' dejn (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 040 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
|
170 |
li minnhom: bonds koperti Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li tinkludi bonds koperti (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 050 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
|
180 |
li minnhom: titoli garantiti b'assi Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li tinkludi titoli garantiti b'assi (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 060 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
|
190 |
li minnhom: maħruġa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li tinkludi titoli ta' dejn maħruġa minn amministrazzjonijiet pubbliċi (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 070 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
|
200 |
li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li jinkludi titoli ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 080 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
|
210 |
li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li jinkludi titoli ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 090 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
|
220 |
Self u ħlas bil-quddiem li ma jkunx self fuq talba Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li jinkludi self u avvanzi għajr self ieħor fuq talba (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 120 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
|
230 |
Kollateral riċevut ieħor Il-valur medjan ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni li tinkludi titoli assi oħrajn (ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 120 tal-Formola A). Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
|
231 |
li minnhom: … Fejn rilevanti fil-kuntest tal-użu tagħhom ta' gravami fir-rigward tal-mudell tan-negozju tagħhom, l-istituzzjonijiet jistgħu jidentifikaw separatament il-valur medjan ta' xi komponent ta' “Kollateral ieħor” bħal f'ringiela dedikata “li minnhom”. Dan jinkludi t-titoli kollha riċevuti minn istituzzjoni mutwatarja fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' teħid ta' self ta' titoli. |
||||
|
240 |
Titoli ta' dejn proprji maħruġin għajr bonds proprji koperti jew titoli garantiti b'assi (ABS) Il-valur medjan tal-entrata “Titoli ta' dejn proprji maħruġin għajr bonds proprji koperti jew ABSs” kif irrappurtat fir-ringiela 240 tal-Formola F 32.02 (AE-ASS) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. |
||||
|
241 |
Bonds proprji koperti u titoli abbażi ta' assi maħruġa u għadhom mhux mirhuna Il-valur medjan tal-entrata “Bonds koperti proprji u titoli abbażi ta' assi maħruġa u għadhom mhux mirhuna” kif rappurtat fir-ringiela 010 tal-Formola F 32.03 (AE-NPL) tal-Anness XVI tar-Regolament (UE) Nru 680/2014. Biex jiġi evitat l-għadd doppju, japplika dan li ġej f'dak li għandu x'jaqsam ma' bonds koperti proprji u titoli abbażi ta' assi maħruġa u miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar:
|
||||
|
250 |
Assi totali, kollateral riċevut u titoli ta' dejn proprji maħruġa L-assi kollha tal-istituzzjoni rreġistrati fil-karta bilanċjali tagħha, il-klassijiet kollha ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni u t-titoli ta' dejn proprji maħruġa miżmuma mill-istituzzjoni li mhumiex bonds koperti proprji maħruġa jew titoli garantiti b'assi proprji maħruġa. Din ir-ringiela hi l-medjan tas-somom ta' erba' valuri fi tmiem kull tliet xhur matul it-tnax-il xahar preċedenti għar-ringiela 010 fil-Formola A u r-ringieli 130 u 240 fil-Formola B. |
Tabella 4: Struzzjonijiet rigward ringieli speċifiċi tal-Formola B
|
Kolonni |
Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet |
|
010 |
Valur ġust ta' kollateral gravat irċevut jew titoli tad-dejn proprji maħruġa Il-medjan tal-valur ġust ta' kollateral riċevut, inkluż fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' arranġamenti ta' teħid ta' self ta' titoli, jew titoli ta' dejn proprji maħruġa/miżmuma mill-istituzzjoni li huma gravati skont l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Il-valur ġust ta' strument finanzjarju huwa l-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta' obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl (ara IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust). Għal kull entrata ta' skopertura, il-valur ġust divulgat hu l-valur medjan tal-valuri ġusti differenti osservati fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar meqjusa għall-komputazzjoni tal-medjan. |
|
030 |
li minnhom: EHQLA u HQLA huma nozzjonalment eliġibbli Il-valur medjan tal-valur ġust ta' kollateral gravat riċevut, inkluż fi kwalunkwe tranżazzjoni ta' arranġamenti ta' teħid ta' self ta' titoli, jew titoli ta' dejn proprji maħruġa/miżmuma mill-istituzzjoni li huma nozzjonalment eliġibbli għall-kwalifikazzjoni ta' EHQLA u HQLA. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli huma entrati ta' kollateral riċevut jew titoli ta' dejn maħruġa proprji li jinżammu/miżmumin mill-istituzzjoni elenkata fl-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 u li jikkonformaw ma' rekwiżiti ġenerali u operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 ta' dak ir-Regolament Delegat, li kieku ma kienx hemm l-istatus tagħhom bħala assi gravati skont l-Anness XVII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli ser ikunu konformi wkoll mar-rekwiżiti stabbiliti speċifiċi għall-klassi ta' skopertura stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16 u 35 sa 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. Il-valur ġust ta' EHQLA gravat nozzjonalment eliġibbli u HQLA gravat nozzjonalment eliġibbli jkun il-valur ġust qabel l-applikazzjoni tat-telf impost fuq il-kredituri speċifikat fl-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. |
|
040 |
Valur ġust ta' kollateral riċevut jew titoli ta' dejn proprji maħruġa disponibbli għal gravami Il-medjan tal-valur ġust tal-kollateral riċevut, inkluż f'arranġamenti ta' teħid ta' self ta' titoli, mill-istituzzjoni tar-rappurtar li mhuwiex gravat iżda disponibbli għal gravami minħabba li l-istituzzjoni tar-rappurtar titħalla tbigħ jew tirahnu mill-ġdid jekk ma jkunx hemm inadempjenza min-naħa tas-sid tal-kollateral. Dan jinkludi wkoll il-valur ġust ta' titoli ta' dejn proprji maħruġa, għajr bonds proprji koperti jew pożizzjonijiet ta' titolizzazzjonijiet li mhumiex gravati iżda disponibbli għal gravami. Għal kull entrata ta' skopertura, il-valur ġust divulgat hu l-valur medjan tal-valuri ġusti differenti osservati fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar meqjusa għall-komputazzjoni tal-medjan. |
|
060 |
li minnhom: EHQLA u HQLA Il-valur medjan tal-valur ġust tal-kollateral mhux gravat riċevut jew ta' titoli ta' dejn maħruġa proprji li jinżammu/miżmuma mill-istituzzjoni għajr bonds koperti proprji jew pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni disponibbli għal gravami li jikkwalifikaw bħala EHQLA u HQLA kif elenkati fl-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 u li jikkonformaw ma' rekwiżiti ġenerali u operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 ta' dak ir-Regolament Delegat, kif ukoll ir-rekwiżiti speċifiċi ta' skopertura stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16 u 35 sa 37 ta' dak ir-Regolament Delegat. Il-valur ġust ta' EHQLA u HQLA se jkun il-valur ġust qabel l-applikazzjoni tat-telf impost fuq il-kredituri speċifikat fl-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. |
Formola C — Sorsi ta' gravami
Tabella 5: Struzzjonijiet rigward ringieli speċifiċi tal-Formola C
|
Ringieli |
Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet |
|
010 |
Ammont riportat ta' xi obbligazzjonijiet finanzjarji Il-valur medjan tal-entrata “Ammont riportat għal obbligazzjonijiet finanzjarja” kif irrappurtat fir-ringiela 010 tal-Formola F 32.04 (AE-SOU) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. |
|
011 |
li minnhom: … Fejn rilevanti fil-kuntest tal-użu tagħhom ta' gravami fir-rigward tal-mudell tan-negozju tagħhom, l-istituzzjonijiet jistgħu jidentifikaw separatament il-valur medjan ta' kwalunkwe komponent ta' “Ammont riportat ta' xi obbligazzjonijiet finanzjarji” f'ringiela dedikata “li minnhom”, speċjalment jekk parti mill-aggravar ta' assijiet hija assoċjata ma' obbligazzjonijiet u parti oħra ma tkunx. |
Tabella 6: struzzjonijiet rigward kolonni speċifiċi tal-Formola C
|
Kolonni |
Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet |
|
010 |
Obbligazzjonijiet mqabbla, obbligazzjonijiet kontinġenti jew titoli mislufa Il-valuri medjani tal-entrata “Obbligazzjonijiet imqabbla, obbligazzjonijiet kontinġenti jew titoli msellfa” kif irrappurtat fil-kolonna 010 tal-Formola F 32.04 (AE-SOU) tal-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Il-valur ġust divulgat hu l-valur medjan tal-valuri ġusti differenti osservati fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar meqjusa fil-komputazzjoni tal-medjan. Obbligazzjonijiet mingħajr finanzjament assoċjat, bħal derivattivi, se jkunu inklużi. |
|
030 |
Assi, kollateral riċevut u titoli proprji maħruġa għajr bonds koperti u titoli garantiti b'assi gravati L-ammont tal-assi, kollateral riċevut u titoli proprji maħruġa għajr bonds koperti u titoli garantiti b'assi li huma gravati bħala riżultat tat-tipi differenti ta' tranżazzjonijiet speċifikati rrapportati hawn. Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-kriterji fil-Formoli A u B, l-assi tal-istituzzjoni rreġistrati fil-karta bilanċjali se jiġu divulgati fil-valur medjan tal-ammont riportat tagħhom, filwaqt li kollateral użat mill-ġdid u t-titoli proprji gravati maħruġa għajr bonds koperti u titoli ggaranti b'assi se jiġu divulgati fil-valur medjan tal-valur ġust tagħhom. Il-valur ġust divulgat hu l-valur medjan tal-valuri ġusti differenti osservati fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar meqjusa fil-komputazzjoni tal-medjan. Assi gravati mingħajr obbligazzjonijiet imqabbla għandhom ikunu inklużi wkoll. |
Formola D — Informazzjoni narrattiva ta' akkumpanjament
Tabella 7: Struzzjonijiet speċifiċi fir-rigward l-Formola D
Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet
Sabiex titlesta l-Formola D, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija f'punti 1 u 2.
|
1. |
Informazzjoni narrattiva ġenerali dwar l-aggravar ta' assijiet, inklużi dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Informazzjoni narrattiva relatata mal-impatt fuq il-mudell ta' negozju tal-istituzzjoni u l-livell ta'gravami u l-importanza ta' gravami fuq il-mudell ta' finanzjament tal-istituzzjoni, inklużi dawn li ġejjin:
|
|
13.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2296
tal-4 ta' Diċembru 2017
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
20/TQ127 |
|
Stat Membru |
Id-Danimarka |
|
Stokk |
LIN/04-C. |
|
Speċi |
Lipp (Molva molva) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IV |
|
Data tal-għeluq |
10.10.2017 |
|
13.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2297
tal-4 ta' Diċembru 2017
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-iskampu fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
21/TQ127 |
|
Stat Membru |
Il-Belġju |
|
Stokk |
NEP/8ABDE. |
|
Speċi |
Skampu (Nephrops norvegicus) |
|
Żona |
VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe |
|
Data tal-għeluq |
10.10.2017 |
|
13.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/26 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2298
tat-12 ta' Diċembru 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' għalf u ta' ikel ta' oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
|
(2) |
L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul trid twettaq il-kontrolli fiżiċi u tal-identità fuq il-konsenji ta' prodott li jkun elenkat fl-Anness I tiegħu. Iżda skont l-Artikolu 9(2) ta' dak ir-Regolament, id-deċiżjoni li prodott ġdid ikun elenkat fl-Anness I tista', f'ċerti kundizzjonijiet, tistipula li dawk il-kontrolli jridu jitwettqu mill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni meta l-prodotti jkunu ta' tip li jitħassru malajr ħafna, jew minħabba li l-karatteristiki speċifiċi tal-pakketti jkunu tali li jekk isir kampjunar fil-punt tad-dħul magħżul, dan inevitabbilment jirriżulta f'riskju serju għas-sikurezza tal-ikel jew li l-prodott issirlu ħsara inaċċettabbli. L-entrati fl-Anness I jistgħu jinkludu firxa ta' prodotti, u l-evalwazzjoni ta' kemm jitħassru malajr il-prodotti elenkati tista' tevolvi wara l-elenkar fl-Anness I. Barra minn hekk, il-karatteristiki tal-pakketti ta' prodotti li huma diġà elenkati jistgħu jinbidlu. Għalhekk jixraq li jiġi emendat l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 biex jistipula li d-deroga msemmija hemmhekk tista' tiġi applikata għall-prodotti li diġà qegħdin elenkati fl-Anness I u mhux biss għall-prodotti ġodda li jkunu se jiġu elenkati hemm. |
|
(3) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta regolarment, u mill-inqas darbtejn fis-sena, filwaqt li jitqiesu mill-inqas is-sorsi ta' tagħrif imsemmija f'dak l-Artikolu. |
|
(4) |
L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti reċenti b'rabta mal-ikel, innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-awditi li twettqu f'pajjiżi terzi mid-Direttorat għall-Awditi u l-Analiżi tal-Ikel u tas-Saħħa tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, kif ukoll ir-rapporti ta' darbtejn fis-sena dwar il-konsenji tal-għalf u tal-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li jenħtieġ li l-lista tiġi emendata. |
|
(5) |
B'mod partikolari, għal konsenji ta' bżar (Capsicum spp.) li joriġina mill-Indja u mill-Pakistan, is-sorsi rilevanti ta' informazzjoni jindikaw li qegħdin jevolvu riskji ġodda li jirrikjedu l-introduzzjoni ta' kontrolli uffiċjali aktar stretti. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw dawn il-konsenji jiddaħħlu fil-lista. |
|
(6) |
Barra minn hekk, l-ambitu ta' ċerti entrati fil-lista jenħtieġ li jiġi emendat biex ikun jinkludi forom oħra tal-prodott barra minn dawk li hemm elenkati bħalissa, jekk dawk il-forom l-oħra jippreżentaw l-istess riskju. Għalhekk jixraq li jiġu emendati l-entrati attwali dwar il-pistaċċi mill-Istati Uniti u l-bżar (Capsicum spp.) mit-Tajlandja u mill-Vjetnam biex dawn ikunu jinkludu l-pistaċċi inkaljati u l-bżar iffriżat rispettivament. |
|
(7) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li l-lista tiġi emendata biex jiġi ċċarat li l-entrati dwar l-għeneb imnixxfa li jinsabu fil-Kodiċi 0806 20 tan-Nomenklatura Magħquda (NM), ikopru wkoll l-għeneb imnixxfa li mingħajr ma jkunu ngħataw trattament ieħor ikunu tqattgħu jew tgħaffġu f'pejst (3). |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-lista tiġi emendata wkoll billi jitħassru l-entrati tal-prodotti li dwarhom l-informazzjoni disponibbli turi livell sodisfaċenti ġenerali ta' konformità mar-rekwiżiti rilevanti tas-sikurezza previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom ma għadux ġustifikat livell ogħla ta' kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant, l-entrati fil-lista dwar l-għeneb tal-mejda mill-Eġittu u l-brinġiel mit-Tajlandja jenħtieġ li jitħassru. |
|
(9) |
Sabiex ikunu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, jixraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “(2) B'deroga mill-Artikolu 8(1), f'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista' tistipula dwar prodott li jkun elenkat fl-Anness I, li l-kontrolli fiżiċi u tal-identità jkunu jistgħu jsiru mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tal-konsenja indikata fid-DKD, fuq il-post tal-istabbiliment tal-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jekk dan ikun xieraq u jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 (b) u (c), dejjem jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(2) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
(3) Harmonised System Explanatory Notes of the World Customs Organization in relation to Chapter 8 of the Nomenclature established under the International Convention on the Harmonized Commodity Description and Coding System.
ANNESS
“ANNESS I
Għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali soġġett għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul
|
Għalf u ikel (użu maħsub) |
Kodiċi NM (1) |
Subdiviżjoni TARIC |
Pajjiż ta' oriġini |
Periklu |
Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) |
||||
|
Ananas (Ikel - frisk jew imkessaħ) |
0804 30 00 |
|
Il-Benin (BJ) |
20 |
|||||
|
|
|
Il-Bolivja (BO) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
|
Fażola twila jarda (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis, vigna unguiculata spp. unguiculata) (Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00 |
10 10 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||
|
Karfus Ċiniż (Apium graveolens) (Ikel — ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ) |
ex 0709 40 00 |
20 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||
|
Brassica oleracea (Brassika oħra li tittiekel, “Brokkoli Ċiniż”) (6) (Ikel - frisk jew imkessaħ) |
ex 0704 90 90 |
40 |
Iċ-Ċina (CN) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
20 |
||||
|
Te, kemm jekk imħawwar jew le (Ikel) |
0902 |
|
Iċ-Ċina (CN) |
10 |
|||||
|
|
|
Ir-Repubblika Dominicana (DO) |
20 |
|||||
|
|
20 20 |
|||||||
|
|
10 10 |
|||||||
|
(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
Frawli (Ikel - frisk jew imkessaħ) |
0810 10 00 |
|
L-Eġittu (EG) |
10 |
|||||
|
|
|
L-Eġittu (EG) |
10 |
|||||
|
|
20 20 |
|||||||
|
(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
|
|
Il-Gambja (GM) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
|
|
|
Il-Georgia (GE) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
||||||||
|
(Ikel) |
|
||||||||
|
Żejt tal-palm (Ikel) |
1511 10 90 ; 1511 90 11 ; |
|
Il-Ghana (GH) |
Żebgħat tas-Sudan (11) |
50 |
||||
|
ex 1511 90 19 ; 1511 90 99 |
90 |
||||||||
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) |
ex 0709 60 99 ; ex 0710 80 59 |
20 20 |
L-Indja (IN) |
10 |
|||||
|
(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
Għeneb imnixxef (inkluż l-għeneb imnixxef imqatta' jew mgħaffeġ f'pejst, mingħajr trattament ieħor) (Ikel) |
0806 20 00 |
|
L-Iran (IR) |
Okratossina A |
5 |
||||
|
Piżelli fil-miżwed (mhux imfosdqa) (Ikel - frisk jew imkessaħ) |
ex 0708 10 00 |
40 |
Il-Kenja (KE) |
5 |
|||||
|
|
|
Il-Madagascar (MG) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
|
Żerriegħa tal-ġunġlien (Ikel - frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
In-Niġerja (NG) |
Salmonella (14) |
50 |
||||
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) |
ex 0709 60 99 ; ex 0710 80 59 |
20 20 |
Il-Pakistan (PK) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
10 |
||||
|
(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
|
|
Is-Senegal (SN) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
|
Lampun (Ikel - iffriżat) |
0811 20 31 ; |
|
Is-Serbja (RS) |
Norovajrus |
10 |
||||
|
ex 0811 20 11 ; ex 0811 20 19 |
10 10 |
||||||||
|
Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus spp.) u l-prodotti li ġejjin minnhom (Ikel) |
ex 1207 70 00 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 |
10 30 50 |
Sierra Leone (SL) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
Bżar (ħelu jew mhux) (Capsicum spp.) (Ikel - imnixxef, mixwi, imfarrak jew mitħun) |
ex 2008 99 99 ; 0904 21 10 ; |
79 |
Is-Sri Lanka (LK) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
ex 0904 21 90 ; ex 0904 22 00 |
20 11 ; 19 |
||||||||
|
|
|
Is-Sudan (SD) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
|
Żerriegħa tal-ġunġlien (Ikel - frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
Is-Sudan (SD) |
Salmonella (14) |
50 |
||||
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) |
ex 0709 60 99 ; ex 0710 80 59 |
20 20 |
It-Tajlandja (TH) |
10 |
|||||
|
(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
Fażola twila jarda (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis, vigna unguiculata spp. unguiculata) |
ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00 |
10 10 |
It-Tajlandja (TH) |
20 |
|||||
|
(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
Għeneb imnixxef (inkluż l-għeneb imnixxef imqatta' jew mgħaffeġ f'pejst, mingħajr trattament ieħor) (Ikel) |
0806 20 |
|
It-Turkija (TR) |
Okratossina A |
5 |
||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
Sulfiti (17) |
20 |
||||
|
|
||||||||
|
(Ikel) |
|
||||||||
|
Lumi (Citrus limon, Citrus limonum) (Ikel – frisk, imkessaħ jew imnixxef) |
0805 50 10 |
|
It-Turkija (TR) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
20 |
||||
|
Bżar Ħelu (Capsicum annuum) (Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
0709 60 10 ; 0710 80 51 |
|
It-Turkija (TR) |
10 |
|||||
|
Weraq tad-dielja (Ikel) |
ex 2008 99 99 |
11 ; 19 |
It-Turkija (TR) |
50 |
|||||
|
Rummien (Ikel - frisk jew imkessaħ) |
ex 0810 90 75 |
30 |
It-Turkija (TR) |
20 |
|||||
|
|
|
L-Uganda (UG) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
20 |
||||
|
ex 0710 80 95 |
72 |
||||||||
|
|
80 73 |
|||||||
|
(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
Żerriegħa tal-ġunġlien (Ikel - frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
L-Uganda (UG) |
Salmonella (14) |
50 |
||||
|
|
|
L-Istati Uniti (US) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
||||||||
|
|
20 20 |
|||||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
L-Użbekistan (UZ) |
Sulfiti (17) |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
72 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
|
|
20 |
|||||||
|
|
30 |
|||||||
|
|
40 |
|||||||
|
(Ikel — ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
|
Okra (Ikel - frisk jew imkessaħ) |
ex 0709 99 90 |
20 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) |
ex 0709 60 99 ; ex 0710 80 59 |
20 20 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
|
(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
Pitaħaja (frott tad-dragun) (Ikel - frisk jew imkessaħ) |
ex 0810 90 20 |
10 |
Il-Vjetnam (VN) |
10 |
(1) Meta jkun jeħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt xi kodiċi tan-NM u ma tkun teżisti l-ebda subdiviżjoni speċifika f'dak il-kodiċi, il-kodiċi tan-NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex” quddiemu.
(2) Ir-residwi ta' mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa (GC-MS), u dawk ibbażati fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa (LC-MS) (il-pestiċidi jridu jiġu ssorveljati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).
(3) Ir-residwi tal-Etefon.
(4) Ir-residwi tal-Klorbufam.
(5) Ir-residwi tal-Fentoat.
(6) Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var. Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala “Kai Lan”, “Gai Lan”, “Gailan”, “Kailan”, “kejl Ċiniż”, “Jie Lan”.
(7) Ir-residwi tat-Trifluralin.
(8) Ir-residwi tal-Aċefat, tal-Aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), tal-Amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4 -dimetilanilina mogħtija bħala amitraz), tad-Diafentjuron, tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).
(9) Ir-residwi tal-Eżaflumuron, tal-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb), tal-Fentoat u tat-Tijofanat metil.
(10) Ir-residwi tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Dinotefuran, tal-Folpet, tal-Prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), tat-Tijofanat metil u tat-Triforina.
(11) Għall-fini ta' dan l-Anness, “Żebgħat tas-Sudan” tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin: (i) Is-Sudan I (Numru tal-CAS 842-07-9); (ii) Is-Sudan II (Numru tal-CAS 3118-97-6); (iii) Is-Sudan III (Numru tal-CAS 85-86-9); (iv) L-Aħmar Skarlat; jew is-Sudan IV (Numru tal-CAS 85-83-6).
(12) Residwi tal-Karbofuran.
(13) Ir-residwi tal-Aċefat u tad-Diafentjuron.
(14) Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579-1 jew metodu mqabbel miegħu biex jiġi vvalidat skont l-aktar verżjoni reċenti tal-EN/ISO 16140 jew protokolli simili oħrajn aċċettati internazzjonalment.
(15) Ir-residwi tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), tal-Protijofos u tat-Triforina.
(16) Ir-residwi tal-Aċefat, tad-Dikrotofos, tal-Protijofos, tal-Kwinalfos u tat-Triforina.
(17) Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.
(18) Ir-residwi tad-Diafentjuron, tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), u tat-Tijofanat metil.
(19) Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-Metrafenon.
(20) Ir-residwi tal-Prokloraż.
(21) Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), tal-Fentoat u tal-Kwinalfos.
|
13.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/33 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2299
tat-12 ta' Diċembru 2017
dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin, għall-ispeċijiet minuri tal-porċini (miftuma u għat-tismin), għat-tiġieġ għat-tismin, għal speċijiet minuri ta' tjur tat-tismin u speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd, l-awtorizzazzjoni ta' dak l-addittiv tal-għalf għall-użu fl-ilma tax-xorb u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2036/2005, (KE) Nru 1200/2005 u r-Regolament ta' Implimetazzjoni (UE) Nru 413/2013 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u jipprevedi r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Il-preparat ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M kien awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (3) u bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 (4). Wara dak il-preparat iddaħħal fir-Reġistru tal-Addittivi tal-Ikel bħala prodott eżistenti skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dak il-preparat kien awtorizzat għall-użu fl-ilma tax-xorb għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin, għat-tiġieġa tal-bajd u għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 413/2013 (5). |
|
(3) |
B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-preparat ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u għall-ħnieżer għat-tismin u, b'konformità mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, għal awtorizzazzjoni biex jintuża għal speċijiet minuri ta' porċini (miftuma), speċijiet minuri ta' porċini għat-tismin, speċijiet minuri ta' tjur għat-tismin u speċijiet minuri tat-tjur imrobbijin għall-bajd, u għall-użu fl-ilma għax-xorb, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-20 ta' April 2016 (6), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparat ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M ma għandux effett ħażin fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-użu tal-preparat fl-għalf u fl-ilma għax-xorb għandu l-potenzjal li jtejjeb il-kapaċità żooteknika tal-ħnieżer għat-tismin u tat-tiġieġ għat-tismin. Hija kienet tal-fehma li peress li l-mekkaniżmu ta' azzjoni tal-addittiv hu preżunt li jkun l-istess, il-preparat għandu wkoll il-potenzjal li jtejjeb il-prestazzjoni żooteknika tal-ispeċijiet minuri tal-porċini (miftuma) u l-ispeċijiet ta' porċini żgħar oħra għat-tismin, tal-ispeċijiet minuri ta' tjur għat-tismin u l-ispeċijietminuri ta' tjur imrobbija għall-bajd. L-Awtorità mhix tal-fehma li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparat ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dan il-preparat għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness I ma' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Bħala konsegwenza tal-għoti ta' awtorizzazzjoni ġdida skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1200/2005, (KE) Nru 2036/2005 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 413/2013 jiġu emendati skont dan. |
|
(7) |
Minħabba li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, jixraq li jingħata perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li ġġib magħha l-awtorizzazzjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness I, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1200/2005
Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1200/2005, titħassar l-entrata E1712 dwar Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M.
Artikolu 3
Emenda fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2036/2005, titħassar l-entrata E1712 dwar Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M.
Artikolu 4
Emenda fir-Regolament (UE) Nru 413/2013
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 413/2013 qed jinbidel bl-Anness II ta' dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.
Artikolu 5
Miżuri Tranżitorji
Il-preparat speċifikat fl-Anness I u l-għalf li jkun fih dak il-preparat li jkunu mmanifatturati u ttikkettati qabel it-2 ta' Lulju 2018 skont ir-regoli applikabbli qabel it-2 ta' Jannar 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 tas-26 ta' Lulju 2005 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' addittiv li diġà huwa awtorizzat fl-għalf (ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf (ĠU L 328, 15.12.2005, p. 13).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 413/2013 tas-6 ta' Mejju 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv fl-għalf għall-użu fl-ilma tax-xorb għall-ħnienes miftuma, il-ħnieżer għas-simna, il-qrejjaq u t-tiġieġ għas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 1).
(6) EFSA Journal 2016; 14(6):4483.
ANNESS I
|
In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal |
L-età massima |
Il-kontenut minimu |
Il-kontenut massimu |
Il-kontenut minimu |
Il-kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
|
CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
CFU/l tal-ilma għax-xorb |
||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana |
|||||||||||||||||||||||||
|
4d1712 |
Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS |
Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M |
Il-kompożizzjoni tal-addittiv
Il-Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni tas-sustanza attiva fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf u fl-ilma: il-metodu tat-tifrix (EN 15786:2009). Identifikazzjoni: Il-metodu ta' Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE). |
Ħnieżer għat-tismin Speċijiet minuri ta' porċini oħra miftuma u għat-tismin Tiġieġ għat-tismin u speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd u għat-tismin |
— |
1 × 109 |
— |
5 × 108 |
— |
|
2.1.2028 |
||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
ANNESS II
“ANNESS
|
In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal |
L-età massima |
Il-kontenut minimu |
Il-kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
|
CFU/l tal-ilma għax-xorb |
|||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana |
|||||||||||||||||
|
4d1712 |
Lallemand SAS |
Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M |
Il-kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M li fih minimu ta' 1 × 1010 CFU/g additiv Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5 M Metodi analitiċi (1) Enumerazzjoni: metodu tat-tifrix bl-użu tal-agar MRS (EN 15786:2009) Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE) |
Ħnienes (miftuma) Tiġieġ tal-bajd |
— |
5 × 108 |
— |
|
27.5.2023 |
||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
|
13.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/39 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2300
tat-12 ta' Diċembru 2017
li jniedi investigazzjoni dwar il-possibilità ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/82 fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina minn importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku kkunsinnati mill-Kambodja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja u kemm jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 13(3) u 14(5) tiegħu,
Wara li infurmat lill-Istati Membri,
Billi:
A. TALBA
|
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (“ir-Regolament bażiku”) biex tinvestiga l-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri tal-anti-dumping imposti fuq importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u biex tagħmel l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku mibgħuta mill-Kambodja suġġetti għar-reġistrazzjoni, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja u kemm jekk le. |
|
(2) |
It-talba saret fit-30 ta' Ottubru 2017 mill-industrija Ewropea li timmanifattura l-aċidu ċitriku. |
B. PRODOTT
|
(3) |
Il-prodott ikkonċernat mill-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni huwa l-aċidu ċitriku (inkluż iċ-ċitrat trisodiku diidrat), li jaqa' taħt il-kodiċijiet ex NM 2918 14 00 (il-kodiċi TARIC 2918140090) u ex 2918 15 00 (il-kodiċi TARIC 2918150019) u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). |
|
(4) |
Il-prodott li qed jiġi investigat huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, iżda kkonsenjat mill-Kambodja, sew jekk iddikjarat li joriġina fil-Kambodja u sew jekk le, u li bħalissa jaqa' taħt l-istess kodiċijiet tan-NM bħall-prodott ikkonċernat (“il-prodott li qed jiġi investigat”). |
C. MIŻURI EŻISTENTI
|
(5) |
Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ u li possibbilment qiegħed ikun hemm ċirkomvenzjoni tagħhom huma miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82 (2) dwar il-prodott ikkonċernat (“il-miżuri eżistenti”). |
D. BAŻI
|
(6) |
It-talba tinkludi biżżejjed evidenza li qed issir ċirkumvenzjoni tal-miżuri antidumping fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat permezz ta' importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mibgħut mill-Kambodja. |
|
(7) |
L-evidenza li ġiet ippreżentata hija din: |
|
(8) |
It-talba turi li wara l-impożizzjoni tal-miżuri fuq il-prodott ikkonċernat, kien hemm bidla sinifikanti fil-mod kif isir il-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Kambodja lejn l-Unjoni, u din il-bidla ma għandhiex raġuni jew ġustifikazzjoni b'saħħitha biżżejjed, għajr dik tal-impożizzjoni tad-dazju. |
|
(9) |
Din il-bidla tidher li toriġina mit-trasbord, li jinkludi operazzjonijiet tal-ipproċessar minuri jew mingħajrhom, tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li jgħaddi mill-Kambodja lejn l-Unjoni. |
|
(10) |
Barra minn hekk, it-talba tinkludi biżżejjed evidenza li l-effetti ta' rimedju tal-miżuri antidumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qed jiġu mminati kemm fil-kwantità kif ukoll fil-prezz. L-importazzjonijiet ta' volumi sinifikanti tal-prodott investigat jidher li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, hemm biżżejjed evidenza li turi li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat qed isiru bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti. |
|
(11) |
Fl-aħħar nett, it-talba fiha biżżejjed evidenza li l-prezzijiet tal-prodott investigat huma oġġett ta' dumping fir-rigward tal-valur normali stabbilit qabel għall-prodott ikkonċernat. |
|
(12) |
Jekk tul l-investigazzjoni jiġu identifikati prattiki ta' evażjoni mit-Tajwan koperti mill-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr it-trasbord, l-investigazzjoni tista' tkopri wkoll dawn il-prattiki. |
|
(13) |
It-talba tkompli tispjega li r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku ssir meħtieġa biex tiżgura li l-protezzjoni effettiva tal-antidumping fis-seħħ ma tonqosx indebitament. |
E. PROĊEDURA
|
(14) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku u li tagħmel l-importazzjonijiet tal-prodotti investigati soġġetti għal reġistrazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. |
(a) Kwestjonarji
|
(15) |
Sabiex tikseb tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/lill-produtturi magħrufa fil-Kambodja u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa tal-esportaturi/tal-produtturi fil-Kambodja, lill-importaturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa ta' importaturi fl-Unjoni u lill-awtoritajiet tal-Kambodja u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jekk ikun meħtieġ, jista' wkoll jintalab tagħrif mingħand l-industrija tal-Unjoni. |
|
(16) |
F'kull eventwalità, il-partijiet interessati kollha jinħtieġ li jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, u mhux iktar tard mil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, u jitolbu kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, sakemm il-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha. |
|
(17) |
L-awtoritajiet tal-Kambodja u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina se jiġu nnotifikati bil-bidu tal-investigazzjoni. |
(b) Ġbir ta' tagħrif u seduti ta' smigħ
|
(18) |
Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn jinħtieġ li jinstemgħu. |
(c) Eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri
|
(19) |
F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodotti investigati jistgħu jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tkunx tikkostitwixxi evażjoni. |
|
(20) |
Billi l-possibbiltà ta' evażjoni ssir barra mill-Unjoni, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, lill-produtturi tal-prodotti investigati fil-Kambodja li jistgħu juru li ma huma relatati (3) mal-ebda produttur suġġett għall-miżuri (4) u li jinstab li mhumiex involuti fi prassi ta' ċirkomvenzjoni kif ġie ddefinit fl-Artikoli 13(1) u 13(2) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni jinħtieġ li jippreżentaw talba sostnuta kif dovut minn evidenza fil-limitu ta' żmien indikat fl-Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament. |
F. REĠISTRAZZJONI
|
(21) |
Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott investigat ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk l-investigazzjoni tikkonkludi li jkun hemm ċirkomvenzjoni, ikun jista' jiġi impost ammont xieraq ta' dazji antidumping mid-data li fiha tkun ġiet imposta r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet bħal dawn. |
G. LIMITI TA' ŻMIEN
|
(22) |
Sabiex ikun hemm amministrazzjoni tajba, jinħtieġ li jiġu ddikjarati l-limiti ta' żmien li fihom:
|
|
(23) |
Ta' min jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċitar tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta lilha nnfisha fil-limiti ta' żmien indikati fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. |
H. NUQQAS TA' KOOPERAZZJONI
|
(24) |
Jekk jagħti l-każ li xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta' żmien, jew tfixkel b'mod sinifikattiv l-investigazzjoni, il-konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, ikunu jistgħu jintlaħqu fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(25) |
Jekk jinstab li xi persuni interessati jkunu pprovdew informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni m'għandhiex tiġi meqjusa u użu jista' jkun magħmul tal-fatti disponibbli, |
|
(26) |
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat. |
|
(27) |
In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta' kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun iwassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata jinħtieġ li tikkuntattja l-Kummissjoni immedjatament. |
I. SKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI
|
(28) |
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa' xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. |
J. IPPROĊESSAR TA' DEJTA PERSONALI
|
(29) |
Ta' min jinnota li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
K. L-UFFIĊJAL TAS-SEDUTA
|
(30) |
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn terzi persuni għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza seduta ta' smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b'mod sħiħ. |
|
(31) |
It-talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jinħtieġ li ssir bil-miktub u jinħtieġ li jiġu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. |
|
(32) |
Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-Internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'dan qiegħda titnieda investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 2016/1036, sabiex ikun iddeterminat jekk l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' aċidu ċitriku (inkluż iċ-ċitrat trisodiku diidrat), li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 2918 14 00 (il-kodiċi TARIC 2918140020) u ex 2918 15 00 (il-kodiċi TARIC 2918150013) ikkunsinjat mill-Kambodja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kambodja u kemm jekk le, humiex iwasslu għaċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/82.
Artikolu 2
L-awtoritajiet Doganali, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.
Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni tista', permezz ta' regolament, titlob lill-awtoritajiet Doganali jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' prodotti manifatturati minn produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkunu nstabu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' eżenzjoni.
Artikolu 3
|
(1) |
Il-partijiet interessati jridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u jitolbu l-kwestjonarji rilevanti mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Biex ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati waqt l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew xi informazzjoni oħra fi żmien 37 jum mid-data meta ġie rċevut il-kwestjonarju, sakemm mhux speċifikat mod ieħor. |
|
(3) |
Il-produtturi fil-Kambodja li jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri għandhom iressqu talba sostnuta b'evidenza xierqa fl-istess limitu taż-żmien ta' 37 jum. |
|
(4) |
Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw sabiex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 37 jum. |
|
(5) |
L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta' terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b'mod espliċitu (a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta' dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati f'din l-investigazzjoni f'għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom. |
|
(6) |
Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f'dan ir-Regolament, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li jkun intalab trattament kunfidenzjali għalihom jiġu mmarkati “Limited” (6). Il-partijiet li jippreżentaw l-informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jipprovdu raġunijiet għaliex qed jitolbu trattament kunfidenzjali. Jekk il-parti li qed tippreżenta l-informazzjoni tonqos milli turi raġuni tajba għal trattament kunfidenzjali, il-Kummissjoni tista' tittratta informazzjoni bħal din bħala mhux kunfidenzjali. |
|
(7) |
Il-partijiet interessati li jagħtu informazzjoni “Limited” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) 2016/1036 li jiġu mmarkati “For inspection by limited parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Dawn is-sommarji jinħtieġ li jkunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b'mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitlubin, din l-informazzjoni tista' tiġi injorata. |
|
(8) |
Il-partijiet interessati huma mistiedna jippreżentaw is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skenjati ta' prokuri u ta' ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz tal-posta reġistrata. Permezz ta' ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F'KAŻIJIET TA' DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u jridu jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali li jaħdem u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta' kuntatt, il-Kummissjoni se tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal aktar regoli u tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati jinħtieġ li jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq. |
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Uffiċċju: CHAR 04/039 |
|
1040 Brussels |
|
BELGIUM |
|
Email: TRADE-CITRIC-ACID-DUMPING@ec.europa.eu |
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82 tal-21 ta' Jannar 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżemi ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 u rieżamijiet interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 15, 22.1.2015, p. 8).
(3) F'konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558), żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu soċji rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) terza persuna tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien jikkontrollaw terza persuna, direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F'dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.
(4) Madankollu, anki jekk il-produtturi huma relatati skont kif imsemmi hawn fuq ma' kumpaniji soġġetti għall-miżuri stabbiliti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, xorta waħda tista' tingħata eżenzjoni jekk ma jkunx hemm evidenza li r-relazzjoni mal-kumpaniji soġġetti għall-miżuri oriġinali kienet stabbilita jew użata biex ikun hemm evażjoni tal-miżuri oriġinali.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(6) Dokument “ Limited ” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1036 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
DEĊIŻJONIJIET
|
13.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2301
tal-4 ta' Diċembru 2017
dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 68 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 209(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“AKP”), minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”), ġie ffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000. Il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2003. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 100 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, l-Annessi Ia, II, III, IV u VI tiegħu jistgħu jiġu riveduti, rieżaminati u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni min-naħa tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp tal-AKP-UE. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jista' jiddelega setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE. |
|
(4) |
Il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE ddeċieda li jagħti delega tas-setgħat tiegħu lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE f'Dakar matul il-laqgħa tal-Kunsill Ministerjali Konġunt tas-6 ta' Mejju 2017, għall-fini li tittieħed deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 68 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE qabel il-31 ta' Diċembru 2017. |
|
(5) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tiġi meħuda f'isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, peress li d-Deċiżjoni ser tkun vinkolanti fuq l-Unjoni. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni ser tapplika għall-Anness II il-Kapitolu 3 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u timmira biex jitjieb il-funzjonament tas-sistema ta' finanzjament għal appoġġ fil-każ ta' xokkijiet eżoġeni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 68 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
2. Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jistgħu jiftehmu dwar tibdil minuri għall-abbozz ta' Deċiżjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
U. PALO
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2017 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
ta'… 2017
dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 68 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE
IL- KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1),, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu, flimkien mal-Artikoli 15(4) u 16(2);
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 68 tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“AKP”) minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”) jistipula li sistema ta' mekkaniżmu ta' appoġġ addizzjonali għandha tiġi stabbilita sabiex timmitiga l-effetti negattivi fuq żmien qasir li jirriżultaw minn xokkijiet eżoġeni li jaffettwaw l-ekonomija tal-Istati AKP. Il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jistabbilixxi li l-modalitajiet tal-mekkaniżmu ta' appoġġ huma mniżżla fl-Anness II għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE. |
|
(2) |
Il-mekkaniżmu kif definit attwalment fl-Anness II għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jeħtieġ li jkun adatt biex jirrifletti l-ħtiġijiet tal-Partijiet u jiżgura kunsinna flessibbli u rapida tal-assistenza. |
|
(3) |
L-Artikolu 100 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE jistipula li l-Annessi Ia, II, III, IV u VI għall-Ftehim inkwistjoni jistgħu jiġu riveduti, rieżaminati u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta' Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp tal-AKP-UE. |
|
(4) |
L-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jistipula li l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jista' jiddelega setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE. |
|
(5) |
L-Artikolu 16(2) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jistipula li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE għandu jwettaq kwalunkwe mandat fdat lilu mill-Kunsill. |
|
(6) |
Il-laqgħa tal-tal-Ministri AKP-UE tal-5 ta' Mejju 2017 tat mandat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE biex jadotta deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 68 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE rigward xokkijiet eżoġeni u li l-Anness II, il-Kapitolu 3 jiġi emendat. |
|
(7) |
Jenħtieġ li tiġi adottata deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 68 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-appoġġ finanzjarju lil pajjiżi AKP fil-każ ta' instabbiltà makroekonomika li tirriżulta minn xokkijiet eżoġeni, previst fl-Artikolu 68 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Appoġġ finanzjarju addizzjonali jista' jiġi mobilizzat mill-11-il riżerva tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għal ħtiġijiet mhux previsti, sabiex jimmitiga l-effetti negattivi fuq żmien qasir li jirriżultaw minn xokkijiet eżoġeni, inkluż l-effetti fuq id-dħul mill-esportazzjonijiet, u jissalvagwardja r-riformi u l-politiki soċjoekonomiċi pperikolati min-nuqqas fid-dħul.
2. Il-pajjiżi AKP, milquta minn xokkijiet eżoġeni, għandhom jindirizzaw talba għal appoġġ finanzjarju lill-Kummissjoni Ewropea għal dan il-għan, li ser tiġi eżaminata b'approċċ każ b'każ orjentat lejn il-ħtiġijiet fil-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni taħt il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE.
3. L-għajnuna għandha tiġi amministrata u implimentata skont il-proċeduri li jippermettu li l-operazzjonijiet ikunu rapidi, flessibbli u effettivi. Il-Kummissjoni Ewropea ser tirrapporta perjodikament lill-Kumitat ta' Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp tal-AKP-UE.
Artikolu 3
Il-Partijiet Kuntrattwali għall-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea u s-Segretarjat tal-AKP għandhom ikunu informati dwar l-implimentazzjoni prattika tal-modalitajiet tal-Artikolu 68.
Artikolu 4
L-Anness II, il-Kapitolu 3 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE għandu jiġi applikat f'konformità ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi […], […]
Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
|
13.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2302
tat-12 ta' Diċembru 2017
li tappoġġa l-attivitajiet tal-OPCW għal assistenza fl-operazzjonijiet ta' tindif ta' dak li kien is-sit ta' ħażna tal-armi kimiċi fil-Libja, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta' Lulju 2016, il-Kunsill Eżekuttiv tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) adotta d-Deċiżjoni EC-M-52/DEC.1 dwar il-Qerda tal-Armi Kimiċi li Fadal tal-Libja u talab lid-Direttur Ġenerali tal-OPCW biex jassisti lil-Libja fl-iżvilupp ta' pjan modifikat għall-qerda tal-armi kimiċi ta' Kategorija 2 tal-Libja. |
|
(2) |
Fit-22 ta' Lulju 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2298, li laqgħet u approvat id-Deċiżjoni EC-M-52/DEC.1 u talbet lid-Direttur Ġenerali tal-OPCW biex jirrapporta lura għand il-Kunsill tas-Sigurtà fuq bażi regolari sakemm il-qerda tiġi kompluta u vverifikata. |
|
(3) |
Fis-27 ta' Lulju 2016, il-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW adotta d-Deċiżjoni EC-M-52/DEC.2 dwar ir-Rekwiżiti Dettaljati għall-Qerda tal-Armi Kimiċi tal-Kategorija 2 li Fadal tal-Libja. |
|
(4) |
Fit-12 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (l-Istrateġija), li tissottolinja r-rwoli kruċjali tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom (CWC) u tal-OPCW fil-ħolqien ta' dinja ħielsa mill-armi kimiċi. |
|
(5) |
L-Unjoni qed timplimenta l-Istrateġija b'mod attiv, u qed timplimenta l-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b'mod partikolari billi tipprovdi riżorsi finanzjarji għall-appoġġ ta' proġetti speċifiċi mwettqa minn istituzzjonijiet multilaterali bħall-OPCW. |
|
(6) |
Fl-1 ta' Awwissu 2016, id-Direttur Ġenerali tal-OPCW ħareġ Nota li tappella għal kontribuzzjonijiet volontarji għall-fond fiduċjarju ġdid għal appoġġ għal-Libja (S/1400/2016). |
|
(7) |
Fid-29 ta' Settembru 2017, l-OPCW talbet lill-Unjoni Ewropea biex tikkunsidra assistenza f'waqtha b'finanzjament tat-tindif tal-faċilitajiet ta' qerda u ħżin tal-Libja. |
|
(8) |
L-Unjoni hija sostenitur sod u konsistenti tal-OPCW fl-implimentazzjoni tal-mandat tagħha. Id-Dikjarazzjoni tal-UE tas-7 ta' April 2017 tiddikjara li l-Unjoni ser tkompli tappoġġa l-isforzi u l-ħidma tal-OPCW. |
|
(9) |
L-implimentazzjoni teknika ta' din id-Deċiżjoni ser tkun fdata lill-OPCW. Il-proġetti kif appoġġati mill-Unjoni jistgħu jiġu ffinanzjati biss permezz ta' kontribuzzjonijiet volontarji lis-Segretarjat Tekniku tal-OPCW. Tali kontribuzzjonijiet mogħtija lill-Unjoni ser ikunu strumentali biex l-OPCW tkun tista' tkompli twettaq il-kompiti tagħha kif indikat fid-Deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW. |
|
(10) |
Is-superviżjoni tal-implimentazzjoni korretta tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun fdata lill-Kummissjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Unjoni għandha tappoġġa l-OPCW fil-qerda kompleta tal-ħażniet tal-armi kimiċi tal-Libja soġġetta għall-miżuri ta' verifika previsti fis-CWC.
2. Il-proġett appoġġat minn din id-Deċiżjoni għandu jikkontribwixxi għall-ispejjeż assoċjati mal-operazzjoni ta' tindif tal-OPCW f'dak li kien is-sit ta' ħażna tal-armi kimiċi f'Ruwagha fil-Libja.
Deskrizzjoni dettaljata tal-proġett tinsab fl-Anness.
Artikolu 2
1. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
2. L-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) għandha tkun fdata lill-OPCW. Hija għandha twettaq dan il-kompitu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan il-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-OPCW.
Artikolu 3
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 3 035 590,80.
2. L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-ġestjoni korretta tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament mal-OPCW. Il-ftehim ta' finanzjament għandu jistipula li l-OPCW għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, b'mod adatt skont id-daqs tagħha.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament.
Artikolu 4
1. Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mħejjija mill-OPCW. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu l-bażi għall-evalwazzjoni mill-Kunsill.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Kunsill informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 5
1. Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
2. Hija għandha tiskadi 20 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-OPCW imsemmi fl-Artikolu 3(3), jew għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk dak il-ftehim ta' finanzjament ma jkunx ġie konkluż qabel dik id-data.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
S. MIKSER
ANNESS
1. Kuntest
Fi Frar 2014, il-Libja temmet il-qerda ta' armi kimiċi ta' Kategorija 1 (CW) fil-faċilità ta' Ruwagha, provinċja ta' Al Jufra. Il-proċess ta' qerda wassal biex 24 kontenitur għat-trasport imtlew bi skart tossiku u tliet kontenituri mtlew b'soluzzjoni ta' salmura. Fl-2016, il-Libja setgħet tipproċedi bid-dikantazzjoni ta' Armi Kimiċi ta' Kategorija 2 (prekursuri), li kienu maħżuna f'45 tank li kienu qed jiddeterjoraw, f'kontenituri ġodda tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO). F'konformità ma' deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW (EC-M-52/DEC.2, tas-27 ta' Lulju 2016), il-kontenituri ġodda tal-ISO ġew ittrasportati lejn il-Port ta' Misrata għal vjaġġ lejn il-Ġermanja biex jintremew f'faċilità speċjalizzata. Matul id-dikantazzjoni, wieħed mit-tankijiet esperjenza reazzjoni esotermika. Minħabba n-natura mhux magħrufa u l-viskożità għolja tal-materjal li baqa' fit-tank, l-awtoritajiet Ġermaniżi ma setgħux jagħtu l-kunsens li jaċċettaw it-tank għall-qerda. Il-45 tank oriġinali dikantati għadhom maħżuna fil-faċilità ta' Ruwagha. Dawn it-tankijiet jinsabu f'diversi stadji ta' tħassir, u bosta fihom fdalijiet tas-sustanzi kimiċi li għadhom mal-ħitan jew ma setgħux jiġu kompletament ippompjati. Barra minn hekk, madwar 350 tunnellata ta' effluwenti minn idroliżi ta' HD (kubrit tal-mustarda distillat) huma maħżuna wkoll fis-sit ta' Ruwagha. Huwa meqjus li numru ta' kontenituri mtlew b'massa ta' reazzjoni li fiha kimiki aċidużi u perikolużi ħafna li ma ġewx stabbilizzati. Diversi kontenituri qiegħdin inixxu u huma msadda u jeħtieġu trattament addizzjonali għal rimi xieraq.
Fir-rapport tat-83 Sessjoni tiegħu (tal-11 ta' Novembru 2016), il-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW talab lis-Segretarjat Tekniku tal-OPCW biex jieħu kampjuni meta s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Libja tippermetti, iżda s'issa s-sitwazzjoni tas-sigurtà għadha ma ppermettietx li dan iseħħ. It-teħid ta' kampjuni taż-żona jista' jiġi adattat għas-sitwazzjoni tas-sigurtà permezz ta' xandira diretta b'filmat.
Fid-deċiżjoni EC-M-53/DEC.1 tiegħu, tas-26 ta' Awwissu 2016, il-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW - fil-paragrafu operattiv 2, fejn intlaqgħu l-kontribuzzjonijiet u l-wegħdiet finanzjarji volontarji minn diversi Stati Partijiet bħala appoġġ għall-operazzjonijiet ta' qerda - irrikonoxxa li l-Unjoni Ewropea, b'approvazzjoni pendenti fi ħdan l-Unjoni, innotifikat lis-Segretarjat Tekniku bl-intenzjoni tagħha li tipprovdi finanzjament għall-qerda tal-kumplament tat-tankijiet dikantati u t-tindif ambjentali f'Ruwagha. L-attenzjoni tal-Unjoni għal din il-kwistjoni importanti ser tippermetti lil-Libja teħles kompletament mill-programmi tal-armi kimiċi tal-imgħoddi b'mod xieraq għall-ambjent, u b'hekk jiġi enfasizzat il-kontribut tal-Unjoni fir-reġjun kemm b'effetti fil-qasir kif ukoll fit-tul.
2. Objettivi Ġenerali
L-objettiv ġenerali tal-Azzjoni huwa li tikkontribwixxi għat-tneħħija u l-qerda totali tal-ħażniet tal-armi kimiċi fil-Libja.
L-objettivi speċifiċi huma dawn li ġejjin:
|
— |
it-tlestija tal-operazzjonijiet ta' tindif f'dak li kien is-sit ta' ħażna tal-armi kimiċi f'Ruwagha (provinċja ta' Al Jufra), b'mod konformi mal-ambjent, soġġett għall-miżuri ta' verifika previsti fil-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC); |
|
— |
iż-żieda fil-kapaċità tal-Awtorità Nazzjonali Libjana (LNA), kif iddeżinjata skont l-Artikolu VII(4) tas-CWC, u ta' dawk involuti fil-qerda, id-dekontaminazzjoni u r-rimi ta' materjali kimiċi fil-Libja. |
|
— |
it-taħriġ ta' dawk involuti f'dawn l-isforzi ta' ġbir, reġistrazzjoni, u trasport ta' kampjuni tal-ħamrija madwar iż-żona ta' tankijiet ta' Ruwagha u fiha f'konformità mal-istandards tal-OPCW, bl-użu ta' xandiriet diretti b'filmat u kameras ssiġillati tal-OPCW, għal konformità mar-rapport tat-Tlieta u Tmenin Sessjoni tal-Kunsill Eżekuttiv. |
3. Deskrizzjoni tal-attivitajiet
Is-Segretarjat Tekniku tal-OPCW ser jipprovdi assistenza lill-Awtorità Nazzjonali Libjana, li ser ikollha r-responsabbiltà aħħarija għat-tlestija sħiħa tal-operazzjonijiet ta' tindif.
Is-Segretarjat Tekniku tal-OPCW ser jistabbilixxi Ftehim ta' Kontribuzzjoni mal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Servizzi tal-Proġetti (UNOPS) għall-ingaġġ ta' kumpanija Libjana ta' esperti li timplimenta l-proġett u jingħata ħlas lill-kumpanija Libjana. L-OPCW, fi sħubija mal-Awtorità Nazzjonali Libjana, ser tissorvelja u tivvalida l-ħidma li tkun qiegħda ssir.
Attività 1: Laqgħat ta' koordinazzjoni bejn is-Segretarjat Tekniku tal-OPCW, l-Awtorità Nazzjonali Libjana, il-Konsulenti u l-Esperti kif ukoll żjarat tekniċi
L-attivitajiet ippjanati huma kif ġej:
|
— |
Laqgħat ta' konsultazzjoni teknika bejn is-Segretarjat Tekniku tal-OPCW, rappreżentanti Libjani, u l-konsulent tekniku tal-proġetti għall-Awtorità Nazzjonali Libjana. Minħabba restrizzjonijiet ta' sigurtà, il-laqgħat ser isiru fit-Tuneżija; |
|
— |
Żjarat minn rappreżentanti tal-UNOPS u l-Libja lill-kumpaniji tal-manifattura, it-trasport, il-bejgħ u s-servizzi. |
Skeda: matul iż-żmien tal-proġett.
Attività 2: Ikkuntrattar ta' Servizzi
L-attivitajiet ippjanati huma kif ġej:
|
— |
Ingaġġ ta' konsulent tekniku għall-Awtorità Nazzjonali Libjana; |
|
— |
Ikkuntrattar ma' kumpanija tal-inġinerija għad-disinn ta' laguna għall-evaporazzjoni; |
|
— |
Ikkuntrattar ta' persunal lokali għal attivitajiet ta' tindif; |
|
— |
Tagħmir ta' komunikazzjoni li jappoġġa xandiriet diretti b'filmat għat-teħid ta' kampjuni. |
Skeda: Xahar 1 sa 6 tal-proġett.
Attività 3: Taħriġ Tekniku u dwar it-Teħid ta' Kampjuni għall-Awtorità Nazzjonali Libjana
L-attivitajiet ippjanati huma kif ġej:
|
— |
Taħriġ ta' rappreżentanti Libjani minn timijiet tat-taħriġ tal-ispetturi tal-OPCW dwar il-ġbir ta' kampjuni, l-issiġillar u l-katina tal-kustodja; |
|
— |
L-istabbiliment u t-taħriġ ta' rappreżentanti Libjani dwar xandiriet b'kamera u xandiriet diretti b'filmat f'Tuneż. Taħriġ fil-post ma jistax isir minħabba nuqqas ta' appoġġ mid-Dipartiment tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Sikurezza u s-Sigurtà kif ukoll spejjeż għolja ta' assigurazzjoni għal individwi kkuntrattati f'żona ta' periklu. |
|
— |
Teħid ta' kampjuni mir-rappreżentanti Libjani mħarrġa. |
Skeda: Xahar 1 sa 3 tal-proġett.
Attività 4: Kiri u akkwist ta' tagħmir u materjali, inkluż l-ispejjeż ta' sostituzzjoni, manutenzjoni u tiswija
Il-kiri u l-akkwist ta' tagħmir b'appoġġ tal-bini ta' laguni għall-evaporazzjoni. Ser isir kull sforz biex kemm jista' jkun it-tagħmir jinkera, aktar milli jinxtara; madankollu xi tagħmir ser jitqies bħala kontaminat u li ma jistax jiġi ritornat. Għaldaqstant, fi tmiem tal-proġett, it-titolu ta' dak it-tagħmir ser jaqa' għand l-Awtorità Nazzjonali Libjana, li ser iżżomm it-tagħmir. Il-kimiki għall-proċess tan-newtralizzazzjoni kif ukoll il-pajpijiet u t-tubi jkunu parti mill-oġġetti konsumabbli tal-proġett. It-tagħmir kollu meħtieġ għall-kostruzzjoni prinċipali; pereżempju l-krejnijiet, il-buldowżers, il-forklifts, ser jinkrew.
L-akkwist u l-kiri ta' tagħmir u materjal mill-kumpaniji Libjani ser jitmexxew mill-UNOPS. Madankollu, xi elementi, dipendenti fuq l-espedjenza u l-ispejjeż, jistgħu jiġu akkwistati mill-OPCW.
Skeda: tul il-proġett kollu, kif u meta t-tagħmir u s-servizzi jkunu meħtieġa.
Attività 5: Akkwist ta' Tagħmir protettiv u sistemi ta' detezzjoni kif ukoll provvisti u appoġġ mediku
Tagħmir Protettiv tal-Persunal (PPE) huwa meħtieġ għall-użu madwar sustanzi kimiċi perikolużi. Huwa mistenni li l-PPE kollu jkun ikkontaminat u jrid jinqered fil-pajjiż. Tagħmir mhux użat jsir il-propjetà tal-Awtorità Nazzjonali Libjana għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.
L-akkwist tat-tagħmir u l-materjali ser jiġi speċifikat bejn l-OPCW u l-UNOPS.
Skeda: matul iż-żmien tal-proġett.
Attività 6: Implimentazzjoni tal-Proġett
Is-Segretarjat Tekniku tal-OPCW ser jipprovdi sorveljanza tal-ġestjoni tal-programm; dan sabiex jiġu inklużi l-iżvilupp ta' stadji importanti, rieżamijiet interni, is-sorveljanza ta' ftehimiet kuntrattwali, u l-ġestjoni finanzjarja. Il-fondi mhux ser jiġu rilaxxati mill-UNOPS lill-kumpaniji Libjani sakemm l-Awtorità Nazzjonali Libjan tikkonferma bil-miktub lill-maniġer tal-programm tal-OPCW li x-xogħol tlesta għas-sodisfazzjoni tagħha. L-attivitajiet antiċipati jinkludu:
|
— |
L-akkwist ta' servizzi esterni jew il-Ftehim dwar Servizzi Speċjali għal assistenza teknika fl-implimentazzjoni tal-proġett. |
|
— |
Il-ħlas ta' tariffi tal-ġestjoni għall-akkwist u s-servizzi kontraenti mwettqa mill-Uffiċċju tas-Servizzi tal-Proġetti tan-Nazzjonijiet Uniti. |
Skeda: matul iż-żmien tal-proġett
4. Pjan ta' Azzjoni Indikattiv
L-attivitajiet li ser jiġu implimentati f'din l-Azzjoni ser jikkonsisti minn fażi preparatorja segwita minn tliet fażijiet operattivi.
Fażi Preparatorja:
Ser isir ingaġġ ta' kumpanija ta' esperti biex din tipprovdi taħriġ lill-Awtorità Nazzjonali Libjana dwar it-teħid ta' kampjuni u tagħti appoġġ matul il-perijodu kollu tal-proġett. Ftehim ta' Kontribuzzjoni ser jiġi stabbilit bejn l-OPCW u l-UNOPS dwar il-kiri ta' kumpaniji lokali għat-tfassil ta' laguna għall-evaporazzjoni, l-għoti ta' appoġġ ta' emerġenza medika, l-akkwist u l-kiri tal-prodotti meħtieġa u t-twettiq tax-xogħol ta' tindif.
Fażi 1:
Ser jittieħdu kampjuni tal-ħamrija madwar il-kontenituri li qiegħdin inixxu b'monitoraġġ li fih filmati diretti. Dan ser jinkludi xandira diretta lejn iċ-ċentru ta' operazzjonijiet biex l-ispetturi tal-OPCW jissorveljaw il-ġbir ta' kampjuni u l-imballaġġ. Il-kontenituri li preċedentement ġew dikantati qabel it-trasport bil-baħar tas-sustanzi kimiċi ser jitlaħalħu b'dekontaminanti u bl-ilma, segwit bi trasport bil-baħar tal-kontenituri vojta lejn funditur għall-qerda. L-ilma tat-tlaħliħ ser jinġabar f'kontenituri diġà disponibbli fis-sit waqt l-istennija tal-kostruzzjoni tal-laguna għall-evaporazzjoni.
Fażi 2:
Żewġ laguni għall-evaporazzjoni ser jiġu ddisinjati u mibnija biex jirċievu l-materjal miġbur mill-Fażi 1 u l-kontenut newtralizzat minn qabel tat-Tank 24 għall-evaporazzjoni naturali tal-ilma u d-dfin fl-art ta' mluħ mhux perikolużi. It-tankijiet użati għan-newtralizzazzjoni tal-kontenut tal-24 tank ikkontaminat ser jiġu ttrasportati lejn funditur għall-qerda.
Fażi 3:
Madwar 350 tunnellata ta' effluwent minn idroliżi ta' HD (kubrit tal-mustarda distillat) attwalment maħżuna fis-sit ta' Ruwagha ser jiġu analizzati u ttrattati, kif meħtieġ, u wara ppompjati fil-laguni għal newtralizzazzjoni, stabbilizzazzjoni, evaporazzjoni u dfin fl-art.
5. Riżultati mistennija
Ir-riżultati mistennija tal-Azzjoni huma kif ġej:
|
— |
Tlestija tal-eliminazzjoni tal-programm tal-armi kimiċi Libjan; |
|
— |
Twettiq ta' tindifa sħiħa ta' dik li kienet il-faċilità għall-ħżin ta' armi kimiċi f'Ruwagha, il-Libja, inkluż permezz tal-qerda sħiħa tal-45 kontenitur dikantat li tinkludi esportazzjoni lejn funditur u l-istabbilizzazzjoni u l-qerda ta' 350 tunnellata ta' effluwent HD; |
|
— |
Twettiq ta' taħriġ tekniku u dwar il-kampjuni lill-Awtorità Nazzjonali CWC Libjana; |
|
— |
Tlestija, taħt id-direzzjoni tal-OPCW, tat-teħid ta' kampjuni u t-trasport tal-ħamrija madwar il-kontenituri li qiegħdin inixxu. |
6. Tul ta' żmien stmat
It-tul ta' żmien tal-proġett huwa previst għal 20 xahar.
7. Viżibbiltà tal-Unjoni
Viżibbiltà tal-Fondi tal-UE f'avvenimenti jew laqgħat tal-OPCW: l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea ser tiġi rikonoxxuta f'rapporti tad-Direttur Ġenerali tal-OPCW u tal-Kunsill Eżekuttiv li jirreferu għall-attivitajiet fil-Libja. Ser tidher bandiera tal-UE fuq id-dokumentazzjoni kollha tal-proġetti.
Viżibbiltà tal-Fondi tal-UE fuq it-tagħmir: l-OPCW ser titlob lill-Awtorità Nazzjonali Libjana sabiex turi rikonoxximent xieraq fuq it-tagħmir kollu mixtri bil-fondi tal-UE li mhuwiex konsumabbli, inkluż il-wiri tal-logo tal-UE. L-OPCW ser titlob ukoll lill-UNOPS biex japplika tali dispożizzjonijiet rigward il-viżibilità tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni Ewropea. Fejn tali wiri jista' jipperikola l-privileġġi u l-immunitajiet tal-OPCW jew is-sigurtà tal-persunal tal-Organizzazzjoni jew tal-benefiċjarji aħħarija, ser isiru arranġamenti alternattivi xierqa.
8. Kumitat ta' Tmexxija
Il-Kumitat ta' Tmexxija għal dan il-proġett ser ikun magħmul minn rappreżentanti tas-SEAE u l-OPCW. Il-Kumitat ta' Tmexxija ser jirrieżamina l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni regolarment, tal-anqas darba kull sitt xhur, inkluż permezz tal-użu ta' mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni.
9. Rappurtar
L-OPCW ser tipprovdi rapport ta' progress narrattiv kull sitt xhur għar-rieżami tal-progress lejn it-twettiq tar-riżultati tal-proġetti. L-OPCW ser tippreżenta rapport narrattiv u finanzjarju finali fi żmien sitt xhur mit-tmiem tal-perijodu ta' implimentazzjoni.
|
13.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2303
tat-12 ta' Diċembru 2017
li tappoġġa t-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2118 (2013) u d-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW EC-M-33/DEC.1 dwar il-qerda tal-armi kimiċi Sirjani, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta' Settembru 2013, matul is-sessjoni EC-M-33 tiegħu, il-Kunsill Eżekuttiv tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) adotta deċiżjoni dwar il-qerda tal-armi kimiċi Sirjani (“EC-M-33/DEC.1”). |
|
(2) |
Fis-27 ta' Settembru 2013 il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (“UNSCR”) 2118 (2013), li tapprova EC-M-33/DEC.1. |
|
(3) |
Fit-12 ta' Diċembru 2003 il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva (l-“Istrateġija”), li tissottolinja r-rwol kruċjali tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom u tal-OPCW fil-ħolqien ta' dinja ħielsa mill-armi kimiċi. |
|
(4) |
L-Unjoni qed timplimenta l-Istrateġija b'mod attiv u qed tagħti effett għall-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b'mod partikolari billi tipprovdi riżorsi finanzjarji għall-appoġġ ta' proġetti speċifiċi mwettqa minn istituzzjonijiet multilaterali bħall-OPCW. |
|
(5) |
Fid-9 ta' Diċembru 2013 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/726/PESK (1), li tappoġġa l-provvista ta' prodotti għall-għarfien tas-sitwazzjoni b'rabta mas-sigurtà tal-Missjoni Konġunta OPCW-NU dwar l-eliminazzjoni tal-armi kimiċi Sirjani permezz tal-forniment lill-OPCW ta' prodotti ta' immaġini bis-satellita u ta' informazzjoni relatati taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SatCen). Id-Deċiżjoni 2013/726/PESK skadiet fit-30 ta' Settembru 2015. |
|
(6) |
Fit-30 ta' Novembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2215 (2), b'appoġġ tal-OPCW u l-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt bejn l-OPCW u n-NU stabbilit skont l-UNSCR 2235 (2015). |
|
(7) |
Fl-10 ta' Lulju 2017 is-Segretarjat Tekniku tal-OPCW talab l-istabbiliment mill-ġdid tal-forniment mill-Unjoni ta' prodotti ta' immaġini bis-satellita għall-benefiċċju tal-operazzjonijiet tagħhom fis-Sirja. Skont l-OPCW, dan is-servizz irriżulta li kien estremament utli għall-istazzjonament fis-Sirja tal-Missjoni ta' Tiftix tal-Fatti tal-OPCW (“FFM”) u timijiet oħra, bħat-Tim ta' Valutazzjoni tad-Dikjarazzjonijiet fir-rigward tas-sikurezza tal-persunal u t-twettiq tajjeb tal-missjonijiet. |
|
(8) |
L-Unjoni hija sostenitur sod u konsistenti tal-OPCW fl-implimentazzjoni tal-mandat tagħha. Id-Dikjarazzjoni tal-Unjoni tas-7 ta' April 2017 tipprovdi li l-Unjoni ser tkompli tappoġġa l-isforzi u l-ħidma tal-OPCW, b'mod partikolari fis-Sirja, inkluż il-FFM u l-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt bejn l-OPCW u n-NU, fir-rigward tal-investigazzjoni tal-użu ta' armi kimiċi. |
|
(9) |
L-implimentazzjoni teknika ta' din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun fdata lill-OPCW. Il-proġetti appoġġati mill-Unjoni jistgħu jiġu ffinanzjati biss permezz ta' kontribuzzjonijiet volontarji lis-Segretarjat Tekniku tal-OPCW. Tali kontribuzzjonijiet mogħtija mill-Unjoni ser ikunu strumentali biex l-OPCW tkun tista' tkompli twettaq il-kompiti tagħha indikati fid-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW u fil-UNSCR 2118 (2013). |
|
(10) |
Jenħtieġ li s-superviżjoni tal-implimentazzjoni korretta tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tkun fdata lill-Kummissjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Unjoni għandha tappoġġa l-attivitajiet tal-OPCW billi tikkontribwixxi għall-ispejjeż assoċjati mal-ispezzjoni u l-verifika tal-qerda tal-armi kimiċi Sirjani, kif ukoll għall-ispejjeż assoċjati mal-attivitajiet komplementari għall-kompiti prinċipali assenjati b'appoġġ għall-UNSCR 2118 (2013) u EC-M-33/DEC.1u riżoluzzjonijiet u deċiżjonijiet sussegwenti relatati.
2. Il-proġett appoġġat permezz ta' din id-Deċiżjoni huwa l-forniment ta' prodotti għall-għarfien tas-sitwazzjoni b'rabta mas-sigurtà tal-FFM, inkluż l-istat tan-netwerk tat-toroq, permezz tal-forniment lill-OPCW ta' prodotti ta' immaġini tas-SatCen.
Deskrizzjoni dettaljata tal-proġett tinsab fl-Anness.
Artikolu 2
1. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-“RGħ”) għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
2. L-implimentazzjoni teknika tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1(2) għandha tkun fdata lill-OPCW. Hija għandha twettaq dan il-kompitu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan il-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-OPCW.
Artikolu 3
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 1 003 717,00.
2. L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-ġestjoni korretta tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament mal-OPCW. Il-ftehim ta' finanzjament għandu jistipula li l-OPCW trid tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, b'mod adatt skont id-daqs tagħha.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament.
Artikolu 4
1. Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mħejjija mill-OPCW. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu l-bażi għall-evalwazzjoni mill-Kunsill.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Kunsill informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 5
1. Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 12 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-OPCW imsemmi fl-Artikolu 3(3), jew għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk dak il-ftehim ta' finanzjament ma jkunx ġie konkluż sa dak iż-żmien.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
S. MIKSER
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/726/PESK tad-9 ta' Diċembru 2013 b'appoġġ għall-UNSCR 2118 (2013) u l-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW EC-M-33/Dec. 1, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 329, 10.12.2013, p. 41).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2215 tat-30 ta' Novembru 2015 b'appoġġ għall-UNSCR 2235 (2015), li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' investigazzjoni konġunt bejn l-OPCW u n-NU sabiex jiġu identifikati l-awturi ta' attakki kimiċi fir-Repubblika Għarbija Sirjana (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 51).
ANNESS
1. Kuntest
Wara użu allegat ta' armi kimiċi fiż-żona ta' Ghouta ta' Damasku f'Awwissu 2013, l-isforzi diplomatiċi biex jiġi eliminat il-programm tal-armi kimiċi tar-Repubblika Għarbija Sirjana wasslu għall-Qafas għall-Eliminazzjoni tal-Armi Kimiċi Sirjani datat l-14 ta' Settembru 2013, miftiehem bejn il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka.
Fis-27 ta' Settembru 2013 il-Kunsill Eżekuttiv tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) adotta deċiżjoni storika dwar il-qerda tal-armi kimiċi Sirjan (“EC-M-33/DEC.1”), li tistabbilixxi programm aċċellerat għall-kisba tal-eliminazzjoni tal-armi kimiċi Sirjani. Is-Sirja saret uffiċjalment Parti Stat għall-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda Tagħhom fl-14 ta' Ottubru 2013. Fis-16 ta' Ottubru 2013 ġiet stabbilita formalment Missjoni Konġunta bejn l-OPCW u n-NU għall-eliminazzjoni tal-armi kimiċi Sirjan (il-“Missjoni Konġunta”), bil-missjoni ewlenija li tissorvelja l-eliminazzjoni fil-ħin tal-programm tal-armi kimiċi Sirjan bl-inqas periklu u l-ikbar sigurtà possibbli. L-Unjoni kkontribwiet EUR 12-il miljun lill-Fond Fiduċjarju Speċjali Sirjan tal-OPCW stabbilit speċifikament biex jiffinanzja l-attivitajiet għall-qerda totali tal-ħażniet ta' materjal kimiku fis-Sirja.
B'riżultat tal-Missjoni Konġunta, b'kooperazzjoni mal-gvern Sirjan, l-armi kimiċi kollha ddikjarati mis-Sirja tneħħew u nqerdu barra mit-territorju Sirjan sa Awwissu 2014. Il-Missjoni Konġunta lestiet il-mandat tagħha u l-operazzjonijiet tagħha ntemmu fit-30 ta' Settembru 2014. Madankollu, minkejja dawn l-isforzi, komplew jaslu rapporti tal-użu allegat ta' armi kimiċi fis-Sirja, u l-OPCW kompliet l-attivitajiet li kien fadlilha ta' spezzjoni u ta' verifika.
Fid-29 ta' April 2014 id-Direttur Ġenerali tal-OPCW ħoloq missjoni ta' tiftix tal-fatti (“FFM”) tal-OPCW bil-mandat li tistabbilixxi l-fatti dwar l-allegazzjonijiet tal-użu ta' kimiki tossiċi għal finijiet ostili fir-Repubblika Għarbija Sirjana. Il-FFM tappoġġa l-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt stabbilit bir-Riżoluzzjoni 2235 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU sabiex jidentifika l-awturi, l-organizzaturi, is-sostenituri jew min kien involut b'xi mod ieħor fl-użu ta' kimiki bħala armi fir-Repubblika Għarbija Sirjana. Fl-istess ħin, peress li tqajmu dubji dwar jekk id-dikjarazzjoni tas-Sirja lill-OPCW dwar il-programm tagħha tal-armi kimiċi kinitx kompluta u korretta, id-Direttur Ġenerali tal-OPCW stabbilixxa grupp ta' esperti - magħruf bħala l-Grupp ta' Valutazzjoni tad-Dikjarazzjoni (DAT) - biex jaħdem mal-awtoritajiet rilevanti fis-Sirja sabiex jiġu solvuti l-lakuni u l-inkonsistenzi identifikati fid-dikjarazzjoni Sirjana. L-attivitajiet tad-DAT kif ukoll tal-FFM għadhom għaddejjin. Il-missjonijiet tal-OPCW fis-Sirja qed ikomplu peress li għadhom jiġu rrappurtati inċidenti tal-użu allegat ta' armi kimiċi li ser ikunu jeħtieġu s-sostenn tal-immaġini għall-għarfien viżiv u l-valutazzjonijiet tas-sigurtà, qabel ma jintbagħtu timijiet.
Fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva, l-Unjoni pprovdiet appoġġ għall-missjonijiet tal-OPCW fis-Sirja permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/726/PESK, b'appoġġ għall-UNSCR 2118 (2013) u EC-M-33/DEC.1. Id-Deċiżjoni 2013/726/PESK appoġġat il-forniment ta' prodotti ta' għarfien tas-sitwazzjoni relatati mas-sigurtà tal-Missjoni Konġunta, inkluż l-istat tan-netwerk tat-toroq permezz tal-provvista lill-OPCW ta' prodotti ta' immaġini bis-satellita u ta' informazzjoni relatati taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SatCen). SatCen ipprovda appoġġ lill-OPCW bl-immaġini bis-satellita sat-30 ta' Settembru 2015. Dan is-servizz irriżulta li kien estremament utli għall-istazzjonament tal-FFM u ta' timijiet oħra fis-Sirja (pereżempju d-DAT) fir-rigward tas-sikurezza tal-persunal u t-twettiq tajjeb tal-missjonijiet.
Fl-10 ta' Lulju 2017 l-OPCW talbet l-istabbiliment mill-ġdid tal-forniment ta' immaġini bis-satellita tal-Unjoni bħala segwitu għad-Deċiżjoni 2013/726/PESK.
2. L-objettivi Ġenerali tal-proġett
L-objettiv ġenerali tal-proġett huwa li tappoġġa l-missjonijiet tal-OPCW relatati mar-Repubblika Għarbija Sirjana, inkluż il-FFM u d-DAT.
L-objettivi speċifiċi tal-proġett huma kif ġej:
|
— |
il-valutazzjoni tal-istatus tan-netwerk tat-toroq, b'mod partikolari l-identifikazzjoni ta' barrikati fit-triq u żoni ta' diffikultà ta' moviment fit-toroq; |
|
— |
il-verifika tal-eżattezza tar-rapporti Sirjani lill-OPCW; |
|
— |
il-valutazzjoni tal-faċilitajiet u l-inħawi ta' madwarhom; |
|
— |
it-tisħiħ tal-għarfien tas-sitwazzjoni fuq il-post fir-rigward tas-sigurtà tal-missjoni fuq il-post u tal-missjoni permanenti stazzjonati fir-Repubblika Għarbija Sirjana u fir-rigward tal-postijiet fejn għandhom isiru żjarat/spezzjonijiet. |
3. Deskrizzjoni tal-attivitajiet
Kompiti ad hoc ta' SatCen, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/401/PESK, fil-Qasam ta' Interess (AOI) (postijiet ta' interess ġewwa l-istat sovran tas-Sirja) u fil-mandat tas-SEAE - inkluż il-ġestjoni u r-rappurtar assoċjati - fir-rigward ta' dan li ġej:
|
— |
prodotti u servizzi ta' intelligence mill-immaġini (IMINT) u intelligence ġeospazjali (GEOINT), kif deskritti fil-Portafoll tal-Prodotti u s-Servizzi tas-SatCen (1), għar-rispons għal kriżijiet, valutazzjoni tas-sitwazzjoni, analiżi dettaljata, ippjanar ta' kontinġenza u informazzjoni fuq mapep, bħal pereżempju:
|
|
— |
appoġġ lill-persunal fuq il-post tal-missjoni tal-OPCW: prodotti għal rotot ippjanati derivati minn immaġini (eż. prodotti ta' analiżi tar-rotta li tqis l-istat tan-netwerk tat-toroq). |
|
— |
taħriġ tal-persunal tal-OPCW fil-kwartieri tas-SatCen: taħriġ f'GEOINT, taħriġ f'ArcGIS software u taħriġ fl-esplojtazzjoni tal-prodotti IMINT. Jekk ikun fattibbli, jista' jiġi kkunsidrat ukoll taħriġ fil-kwartieri tal-OPCW. |
L-Appoġġ tas-SatCen ser jiġi pprovdut billi jitwasslu sa massimu ta' ħames FIRs (jew l-ekwivalenti (3)) kull ġimgħa tul iż-żmien totali tal-proġett kif speċifikat fil-punt 8.
4. Riżultati mistennija
Riżultati mistennija tal-proġett huma kif ġej:
|
— |
l-istatus tan-netwerk tat-toroq vvalutat u, b'mod partikolari, il-barrikati fit-triq u ż-żoni ta' diffikultà ta' moviment fit-toroq identifikati; |
|
— |
aktar sigurtà fir-rotot użati mit-timijiet ta' spezzjoni u verifika stazzjonati; |
|
— |
r-rapporti Sirjani vverifikati; |
|
— |
il-faċilitajiet u l-inħawi ta' madwarhom vvalutati; |
|
— |
ħarfien tas-sitwazzjoni mtejjeb ipprovdut lit-timijiet ta' spezzjoni u verifika stazzjonati; |
|
— |
appoġġ ipprovdut lid-DAT u l-FFM; |
|
— |
kapaċità mtejba ta' valutazzjoni ta' faċilitajiet speċifiċi u l-inħawi ta' madwarhom; |
|
— |
tisħiħ fil-kapaċità tal-persunal tal-OPCW li jesplojtaw prodotti tal-immaġini, jieħdu ħsieb database tal-immaġini, u jużaw l-ARCGIS biex jipproduċu prodotti speċifiċi għall-OPCW bbażati fuq analiżi tal-immaġini. |
5. Benefiċjarji tal-proġett
L-OPCW ser tkun il-benefiċjarju tal-proġett għal valutazzjonijiet tas-sigurtà u l-għarfien viżiv qabel ma jiġu stazzjonati gruppi fis-Sirja.
Il-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt bejn l-OPCW u n-NU, peress li jistrieħ fuq il-ħidma tal-FFM, ser jibbenefika wkoll mill-proġett.
6. Tim ta' implimentazzjoni tal-proġett
Il-proġett ser jiġi implimentatat mill-OPCW b'kooperazzjoni mas-SatCen, ibbażat f'Torrejon de Ardoz, fi Spanja.
It-tim ta' implimentazzjoni tal-proġett ser ikun magħmul minn uffiċjal Sostantiv tal-OPCW u uffiċjal tal-proġett ta' SatCen. It-tim ta' implimentazzjoni tal-proġett ser ikun responsabbli għall-ġestjoni taċ-ċiklu tal-proġett kollu, inkluż l-istabbiliment tal-qafas legali, maniġerjali, ta' monitoraġġ u ta' verifika, għall-kisba effettiva tar-riżultati tal-proġett u għar-rappurtar.
7. Viżibbiltà tal-Unjoni
Viżibbiltà tal-Fondi tal-Unjoni f'avvenimenti jew laqgħat tal-OPCW: l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni ser tiġi rikonoxxuta f'rapporti tad-Direttur Ġenerali tal-OPCW u tal-Kunsill Eżekuttiv li jirreferu għall-attivitajiet imsemmijin hawn fuq. Ser tidher il-bandiera tal-Unjoni fuq id-dokumentazzjoni kollha tal-proġetti. Fejn tali wiri jista' jipperikola l-privileġġi u l-immunitajiet tal-OPCW jew is-sikurezza tal-persunal tal- OPCW jew tal-benefiċjarji aħħarija, ser isiru arranġamenti alternattivi adatti.
8. Tul ta' żmien stmat
It-tul ta' żmien tal-proġett huwa previst għal 12 xahar.
9. Kumitat ta' tmexxija
Il-kumitat ta' tmexxija għal dan il-proġett ser ikun magħmul minn rappreżentanti tas-SEAE, tal-OPCW u tas-SatCen. Il-kumitat ta' tmexxija ser jirrieżamina l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni regolarment, tal-anqas darba kull sitt xhur, inkluż permezz tal-użu ta' mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni.
10. Rappurtar
L-OPCW ser tipprovdi rapport ta' progress narrattiv wara sitt xhur għar-rieżami tal-progress lejn it-twettiq tar-riżultati tal-proġett. L-OPCW ser tippreżenta rapport narrattiv u finanzjarju finali fi żmien sitt xhur minn tmiem il-perijodu tal-implimentazzjoni.
(1) Portafoll tal-Prodotti u s-Servizzi tas-SatCen, Verżjoni 2.4 – 5 ta' April 2017.
(2) L-estensjoni ġeografika massima tipika ta' LOI hija 100 km2.
(3) Il-prodotti tas-SatCen ġew “trasformati jew konvertiti” f'unitajiet ekwivalenti bbażati fuq /l-ispejjeż għad-data u x-xogħol meħtieġa għat-twettiq ta' prodott fir-rigward ta' FIR. Nota għall-Membri tal-Bord: “L-istorja tal-irkupru tal-ispejjeż u proposta għal modifika tal-Proċedura ta' Implimentazzjoni” tat-30 ta' Marzu 2017.
|
13.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/61 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2304
tat-12 ta' Diċembru 2017
dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fin-Netherlands
(notifikata bid-dokument C(2017) 8719)
(It-test bin-Netherlandiż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza avjarja hija marda virali infettiva fl-għasafar, inkluż il-pollam. L-infezzjonijiet bil-vajrusis tal-influwenza avjarja fil-pollam domestiku jikkawżaw żewġ forom ewlenin ta' din il-marda li huma distinti mill-virulenza tagħhom. Il-forma b'patoġeniċità baxxa ġeneralment tikkawża biss sintomi ħfief, filwaqt li l-forma b'patoġeniċità għolja twassal għal rati ferm għoljin ta' mortalità fil-parti l-kbira tal-ispeċijiet tal-pollam. Dik il-marda jista' jkollha impatt serju fuq il-profitabilità tat-trobbija tal-pollam. |
|
(2) |
L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda f'ċerti ċirkustanzi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin, minkejja li r-riskju huwa ġeneralment baxx ħafna. |
|
(3) |
Fil-każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f'azjendi agrikoli oħrajn fejn il-pollam jew għasafar oħrajn jinżammu fil-magħluq. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra, jew għal pajjiżi terzi, permezz tal-kummerċ ta' għasafar ħajjin jew tal-prodotti tagħhom. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi marbutin mas-sorveljanza u mad-detezzjoni bikrija tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi ta' kontroll li għandhom jiġu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' dik il-marda fil-pollam jew f'għasafar oħrajn miżmuma fil-magħluq. Din id-Direttiva tipprevedi l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza f'każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. |
|
(5) |
In-Netherlands innotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġenità għolja tas-sottotip H5 f'azjenda agrikola fit-territorju tagħha fil-provinċja ta' Flevoland fejn il-pollam jew għasafar oħrajn jinżammu fil-magħluq u ħadet minnufih il-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni man-Netherlands, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjenda agrikola proprja fejn ġiet konfermata t-tifqigħa. |
|
(7) |
Sabiex ma jkunx hemm xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex pajjiżi terzi ma jagħmlux ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fir-rigward tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja fin-Netherlands jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni |
|
(8) |
Għaldaqstant, sakemm jerġa' jitlaqqa' l-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fin-Netherlands, fejn qed jiġu applikati l-miżuri ta' kontroll għas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2005/94/KE, jenħtieġ li jiġu elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li jiġi ffissat it-tul taż-żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni. |
|
(9) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
In-Netherlands għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-10 ta' Jannar 2018.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Netherlands.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
ANNESS
PARTI A
Iż-żona ta' protezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1:
|
Kodiċi ISO tal-Pajjiż |
Stat Membru |
Isem |
||||||||||||||||||||
|
NL |
In-Netherlands |
Żona li tkopri: Biddinghuizen
|
PARTI B
Iż-żona ta' sorveljanza kif imsemmija fl-Artikolu 1:
|
Kodiċi ISO tal-Pajjiż |
Stat Membru |
Isem |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
NL |
In-Netherlands |
Żona li tkopri: Biddinghuizen
|