ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
22.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/1 |
Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
Il-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (1) ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2017, wara li l-proċedura prevista fl-Artikolu 4.2 tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ġiet ikkompletata fis-6 ta' Novembru 2017.
(1) ĠU L 348, 21.12.2016, p. 3.
REGOLAMENTI
22.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/2 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2167
tal-5 ta' Lulju 2017
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina progressivament l-iskartar tal-ħut fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid. |
(2) |
Skont l-Artikolu 15(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu tal-ħatt l-art japplika fl-Ilmijiet tal-Lbiċ għall-ispeċijiet li jiddefinixxu s-sajd mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2017. |
(3) |
Sabiex jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 (2), stabbilixxa pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ għall-perjodu 2016-2018, wara rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata mill-Belġju, minn Spanja, minn Franza, min-Netherlands u mill-Portugall fl-2016. |
(4) |
Il-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands u l-Portugall għandhom interess ta' ġestjoni tas-sajd dirett fl-ilmijiet tal-Lbiċ. Fit-2 ta' Jannar 2017, dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv għall-Ilmijiet tal-Lbiċ. |
(5) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissupplimenta l-pjan għall-iskartar stabbilit bir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 u tkopri s-sajd għaċ-ċinturin iswed fid-diviżjonijiet VIIIa, IX u X tal-ICES (il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni) u fiż-żona 34.1.2 tas-CECAF (il-Kumitat tas-Sajd għal-Lvant Ċentrali tal-Atlantiku) u s-sajd għall-paġella ħamra fid-diviżjoni IX tal-ICES. |
(6) |
Il-miżuri proposti fir-rakkomandazzjoni konġunta jikkonformaw mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għalhekk jistgħu jiddaħħlu fir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374. |
(7) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta ssuġġeriet li għandha tiġi applikata eżenzjoni mill-obbligu ta' ħatt l-art għaċ-ċinturin iswed maqbud bil-konzijiet tal-qiegħ fid-diviżjonijiet VIIIa, IX u X tal-ICES u fiż-żona 34.1.2 tas-CECAF, billi l-evidenza xjentifika eżistenti tindika frekwenza baxxa ta' okkorrenza (u ta' għadd ta' kampjuni), u dan filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-irkapti li jimmiraw għal din l-ispeċi, il-prattiki tas-sajd u l-ekosistema. Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) fl-evalwazzjoni tiegħu kkonkluda li l-qbid skartat jista' jitqies null jew negliġibbli għal ħafna skopijiet ta' valutazzjoni billi l-mortalità tal-qbid skartat taċ-ċinturin iswed hija kkawżata l-aktar mill-predazzjoni tal-kelb il-baħar u taċ-ċetaċji fuq iċ-ċinturin iswed igganċjat u hija relattivament baxxa meta mqabbla mal-ħatt l-art. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk taċċetta l-eżenzjoni proposta. |
(8) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi wkoll li għandha tiġi applikata eżenzjoni mill-obbligu tal-ħatt l-art għall-paġella ħamra fis-subżona IX tal-ICES, billi l-Istati Membri jikkunsidraw li l-evidenza xjentifika tindika rati possibbli ta' sopravivenza għolja. Madankollu, jeħtieġ li jitwettqu studji ġodda sabiex jagħtu prova ta' dan u l-eżenzjoni tista' tiġi kkunsidrata fil-futur meta l-Istati Membri kkonċernati jibagħtu lill-Kummissjoni d-dejta mill-provi għaddejjin bħalissa. |
(9) |
Jeħtieġ li l-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 jiġi ristrutturat għall-finijiet ta' ċarezza. |
(10) |
Jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-istaġun tas-sajd u mal-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017, bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ġenerali, minħabba s-sottomissjoni tard tar-rakkomandazzjoni konġunta. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2374 tat-12 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 33).
ANNESS
ANNESS
Is-sajd soġġett għall-obbligu tal-ħatt l-art
1. Is-sajd tal-lingwata komuni (Solea solea)
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-Irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu |
Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES |
OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX |
Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa bejn 70 mm u 100 mm |
Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni |
TBB |
Ix-xbieki tat-tkarkir bit-travu kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa bejn 70 mm u 100 mm |
||
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN |
Il-parit u x-xbieki tal-għażel kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa 100 mm jew iktar. |
2. Is-sajd tal-lingwata komuni (Solea solea) u tal-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu |
Id-diviżjoni Ixa tal-ICES |
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN |
Il-parit u x-xbieki tal-għażel kollha |
Malji tax-xbieki ta' 100 mm jew akbar |
Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni u tal-barbun tat-tbajja' |
3. Is-sajd tal-merluzz (Merluccius merluccius)
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu |
||||
Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES |
OTB, OTT, PTB, SDN, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SX, SV |
Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa 100 mm jew iktar. |
Il-qabdiet kollha tal-merluzz |
||||
LL, LLS |
Il-konzijiet kollha |
Kollha |
||||||
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN |
Ix-xbieki tal-għażel kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa 100 mm jew iktar. |
||||||
Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES |
OTB, OTT, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX, SV |
Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni kollha |
Bastimenti li jissodisfaw il-kriterji kumulattivi li ġejjin:
|
Il-qabdiet kollha tal-merluzz |
||||
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN |
Ix-xbieki tal-għażel kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa bejn 80 mm u 99 mm |
||||||
LL, LLS |
Il-konzijiet kollha |
Ganċ itwal minn 3,85 cm +/– 1,15 cm u usa' minn 1,6 cm +/– 0,4 cm |
4. Is-sajd tal-petriċi (Lophiidae)
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu |
Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES |
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN |
Ix-xbieki tal-għażel kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa 200 mm jew iktar |
Il-qabdiet kollha tal-petrika |
Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES |
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN |
Ix-xbieki tal-għażel kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa 200 mm jew iktar |
Il-qabdiet kollha tal-petrika |
5. Is-sajd tal-iskampu (Nephrops norvegicus)
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu |
Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES (fl-unitajiet funzjonali biss) |
OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT u TX). |
Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha |
Malji tax-xbieki ta' 70 mm jew akbar |
Il-qabdiet kollha tal-iskampu |
Id-diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES (fl-unitajiet funzjonali biss) |
OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, OT, PT, TX TB |
Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha |
Malji tax-xbieki ta' 70 mm jew akbar |
Il-qabdiet kollha tal-iskampu |
6. Is-sajd taċ-ċinturin iswed (Aphanopus carbo)
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu |
Diviżjonijiet tal-ICES VIIIc, IX, X u CECAF 34.1.2 |
LLS, DWS |
Il-konzijiet tal-qiegħ |
— |
Il-qabdiet kollha taċ-ċinturin iswed |
7. Is-sajd tal-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu |
Id-diviżjoni IX tal-ICES |
LLS, DWS |
Il-konzijiet tal-qiegħ |
Daqs tal-ganċ itwal minn 3,95 cm u usa' minn 1,65 cm |
Il-qabdiet kollha tal-paġella ħamra |
(1) Il-perjodu ta' referenza jiġi aġġornat skont dan għas-snin sussegwenti. Għall-2018 il-perjodu ta' referenza se jkun 2015 u 2016 u għall-2019, il-perjodu ta' referenza se jkun 2016 u 2017.
22.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/6 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2168
tal-20 ta' Settembru 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 589/2008 dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-bajd tat-tiġieġ li jitrabba barra meta t-tiġieġ ikollhom aċċess limitat għal barra
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 75(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 (2) jistabbilixxi t-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3) f'dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd. B'mod partikolari, il-punt 1 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 589/2008 jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-“bajd tat-tiġieġ li jitrabba barra”. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħa post ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati f'dan ir-rigward skont l-Artikolu 227 tiegħu. |
(3) |
Il-punt 1(a) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 589/2008 jipprevedi perjodu ta' deroga mill-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd tat-tiġieġ “li jitrabba barra” f'każijiet ta' aċċess limitat għal barra minħabba restrizzjonijiet adottati skont id-dritt tal-Unjoni, inklużi r-restrizzjonijiet veterinarji biex iħarsu s-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali, iżda għal perjodu ta' mhux aktar minn 12-il ġimgħa. Wara t-tifqigħat serji tal-influwenza avjarja fl-Unjoni, jidher li hemm bżonn ikun previst perjodu itwal ta' deroga u li jiġu kjarifikati aktar ir-regoli biex dawn jiġu implimentati b'mod armonizzat fl-Unjoni, b'mod partikolari rigward il-bidu tal-perjodu tad-deroga. |
(4) |
Għalhekk, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 589/2008 jenħtieġ jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni immedjata ta' dawn il-miżuri, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 589/2008 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 6).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
ANNESS
Rekwiżiti minimi li jridu jiġu ssodisfati mis-sistemi ta' produzzjoni għall-metodi differenti ta' trobbija tat-tiġieġ tal-bajd
1. |
Il-“bajd tat-tiġieġ li jitrabba barra” irid ikun prodott f'farms li jissodisfaw tal-anqas il-kundizzjonijiet iffissati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE (1). B'mod partikolari jridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
2. |
Il-“bajd tat-tiġieġ imrobbi mal-art” irid ikun prodott fl-istabbilimenti tat-trobbija li jissodisfaw tal-anqas il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/74/KE. |
3. |
Il-“bajd tat-tiġieġ imrobbija fil-gaġeġ” irid ikun prodott fl-istabbilimenti tat-trobbija li jissodisfaw tal-anqas:
|
4. |
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-derogi għall-punti 1 u 2 ta' dan l-Anness għall-istabbilimenti ta' anqas minn 350 tiġieġa tal-bajd jew tat-tiġieġ tal-bajd għat-trobbija f'dak li jikkonċerna l-obbligi stipulati fit-tieni frażi tal-punti 1(d), 1(e), 2, 3(a)(i) u 3(b)(i) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 1999/74/KE. |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta' Lulju 1999 li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta' tiġieġ li jbid (ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53).
22.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2169
tal-21 ta' Novembru 2017
dwar il-format u l-arranġamenti għat-trażmissjoni tal-Istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku skont ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2008/92/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1952 jistabbilixxi qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' statistika Ewropea komparabbli dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku għall-konsumaturi domestiċi u l-konsumaturi finali mhux domestiċi fl-Unjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/1952, jenħtieġ li l-Istati Membri jittrażmettu d-data statistika f'forma elettronika, biex jikkonformaw mal-format tekniku xieraq li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni. |
(3) |
Il-“Statistical Data and Metadata Exchange (SDMX)” jipprovdi l-istandards statistiċi u tekniċi għall-iskambju tal-istatistika uffiċjali. Jenħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni (Eurostat) tistabbilixxi format tekniku f'konformità ma' dawn l-istandards fi ħdan is-Sistema tal-Istatistika Ewropea b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-data dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku għall-konsumaturi domestiċi u għall-konsumaturi finali mhux domestiċi fl-Unjoni għandha tiġi pprovduta lill-Eurostat permezz tal-punt uniku ta' dħul biex il-Kummissjoni (Eurostat) tkun tista' ssib dik id-data b'mezzi elettroniċi.
Artikolu 2
L-istruttura użata għat-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat) tinsab fl-Annessi.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 311, 17.11.2016, p. 1.
ANNESS I
L-istruttura għat-trażmissjoni tad-data statistika dwar il-prezz tal-gass naturali
L-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi inkuża fil-fajls tat-trażmissjoni:
Informazzjoni Ġenerali
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
Pajjiż |
L-isem tal-pajjiż li qed jirrapporta |
Semestru |
Organizzazzjoni |
L-isem tal-organizzazzjoni li qed tirrapporta |
Semestru |
Persuna ta' kuntatt |
L-isem tal-uffiċjal li qed jirrapporta |
Semestru |
L-indirizz tal-posta elettronika |
L-indirizz tal-posta elettronika tal-uffiċjal li qed jirrapporta |
Semestru |
Sena |
Is-sena ta' referenza għad-data (2018, 2017, eċċ.) |
Semestru |
Semestru |
1 jew 2 |
Semestru |
Għal kull livell tal-konsum it-taqsimiet fit-Tabelli 1, 2 u 4 jeħtieġ li jiġu trażmessi.
Il-livelli għall-konsumaturi domestiċi huma:
— |
Livell-D1 (baxx): konsum annwali ta' inqas minn 20 GJ; |
— |
Livell-D2 (medju): konsum annwali ta' 20 jew aktar iżda ta' anqas minn 200 GJ; |
— |
Livell-D3 (għoli): konsum annwali ta' 200 GJ jew aktar. |
Il-livelli għall-konsumaturi mhux domestiċi huma:
— |
LivellI1: konsum annwali ta' anqas minn 1 000 GJ; |
— |
Livell-I2: konsum annwali ta' 1 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 10 000 GJ; |
— |
Livell-I3: konsum annwali ta' 10 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 100 000 GJ; |
— |
Livell-I4: konsum annwali ta' 100 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 1 000 000 GJ; |
— |
Livell-I5: konsum annwali ta' 1 000 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 4 000 000 GJ; |
— |
Livell-I6: konsum annwali ta' 4 000 000 GJ jew aktar. |
Id-data fit-Tabella 3 għandha tkun speċifikata bħala l-medji tal-livelli tal-konsum kollha f'daqqa.
Tabella 1: Livelli ewlenin tal-prezzijiet
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
||||
Status tal-Kunfidenzjalità |
|
Semestru |
||||
Prezz esklużi t-taxxi
|
Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi biss il-komponent tal-enerġija u l-provvista u l-komponent tan-netwerk. |
Semestru |
||||
Prezz eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi rikoverabbli oħrajn
|
Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti kkunsidrati bħala mhux rikoverabbli għall-konsumaturi finali mhux domestiċi. Għall-konsumaturi domestiċi dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponenti tal-enerġija u tan-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti iżda jeskludi l-VAT. |
Semestru |
||||
Prezz inklużi t-taxxi kollha u l-VAT (rikoverabbli u mhux)
|
Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk, u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti rikoverabbli u mhux rikoverabbli kollha, inkluża l-VAT. |
Semestru |
Il-valuri huma speċifikati fil-munita nazzjonali għal kull gigajoule (valur kalorifiku gross).
L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.
Tabella 2: Tqassim dettaljat tal-prezzijiet skont il-komponenti u s-subkomponenti
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
||||
Status tal-kunfidenzjalità |
|
|
||||
Prezz tal-enerġija u tal-provvista
|
Dan il-komponent għandu jinkludi l-prezz tal-komodità (commodity price) għall-gass naturali li jitħallas mill-fornitur jew il-prezz tal-gass naturali fil-punt tad-dħul fis-sistema ta' trażmissjoni, inkluż, jekk applikabbli, il-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: il-kostijiet tal-ħżin flimkien ma' kostijiet marbuta mal-bejgħ tal-gass naturali lill-konsumaturi finali. |
Annwali |
||||
Prezz tan-netwerk
|
Il-prezz tan-netwerk għandu jinkludi l-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: tariffi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, telf tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, kostijiet tan-netwerk, kostijiet tas-servizz ta' wara l-bejgħ, kostijiet tas-servizz tas-sistema u l-kiri tal-miter u l-kostijiet tal-użu tal-miter. |
Annwali |
||||
It-taxxa fuq il-valur miżjud
|
It-taxxa fuq il-valur miżjud kif definita fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) |
Annwali |
||||
Taxxi fuq sorsi tal-enerġija rinnovabbli
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mal-promozzjoni ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u l-ġenerazzjoni tas-CHP (sħana u enerġija kombinati). |
Annwali |
||||
Taxxi tal-kapaċità
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta ma' kumulazzjonijiet strateġiċi, pagamenti tal-kapaċità u s-sigurtà tal-enerġija; taxxi fuq id-distribuzzjoni tal-gass naturali; “stranded costs” u levies marbuta mal-finanzjament tal-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija jew tal-operaturi tas-suq u tas-sistema. |
Annwali |
||||
Taxxi ambjentali
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mal-kwalità tal-arja u għal finijiet ambjentali oħra; taxxi fuq l-emissjonijiet tas-CO2 jew gassijiet serra oħrajn. |
Annwali |
||||
Taxxi oħrajn
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti l-oħrajn kollha mhux koperti minn kwalunkwe waħda mill-erba' kategoriji preċedenti: appoġġ għat-tisħin distrettwali; imposti fiskali lokali jew reġjonali; kumpens għall-gżejjer; tariffi ta' konċessjoni marbuta ma' liċenzji u tariffi għall-okkupar ta' art u proprjetà pubblika jew privata minn netwerks jew apparat ieħor. |
Annwali |
Il-perjodu ta' referenza għall-komponenti kollha u għas-subkomponenti kollha huwa annwali.
Il-valuri huma speċifikati fil-munita nazzjonali għal kull gigajoule (GJ), abbażi tal-valur kalorifiku gross (GCV).
L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.
Tabella 3: Kostijiet tan-netwerks
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
||||
Status tal-kunfidenzjalità |
|
|
||||
Kostijiet tat-trażmissjoni
|
Is-sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi domestiċi u s-sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk. |
Annwali |
||||
Kostijiet tad-distribuzzjoni
|
Is-sehem medju relattiv tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-konsumaturi domestiċi u s-sehem medju relattiv tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk. |
Annwali |
Il-perjodu ta' referenza għall-kostijiet tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni huwa annwali.
Il-valuri huma speċifikati f'perċentwali.
L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.
Tabella 4: Volumi tal-konsum
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
||||
Status tal-kunfidenzjalità |
|
|
||||
Volumi tal-konsum
|
Is-sehem relattiv tal-gass naturali f'kull livell tal-konsum abbażi tal-volum totali li għalih jirreferu l-prezzijiet. |
Annwali |
Il-perjodu ta' referenza għall-konsum tal-volumi huwa annwali.
Il-valuri huma speċifikati f'perċentwali.
L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
ANNESS II
L-istruttura għat-trażmissjoni tad-data statistika dwar il-prezzijiet tal-elettriku
L-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi inkuża fil-fajls tat-trażmissjoni:
Informazzjoni Ġenerali
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
Pajjiż |
L-isem tal-pajjiż li qed jirrapporta |
Semestru |
Organizzazzjoni |
L-isem tal-organizzazzjoni li qed tirrapporta |
Semestru |
Persuna ta' kuntatt |
L-isem tal-uffiċjal li qed jirrapporta |
Semestru |
L-indirizz tal-posta elettronika |
L-indirizz tal-posta elettronika tal-uffiċjal li qed jirrapporta |
Semestru |
Sena |
Is-sena ta' referenza għad-data (2018, 2017, eċċ.) |
Semestru |
Semestru |
1 jew 2 |
Semestru |
Għal kull livell tal-konsum, it-taqsimiet fit-Tabelli 1, 2 u 4 għandhom ikunu trażmessi.
Il-livelli għall-konsumaturi domestiċi huma:
— |
Livell-DA (baxx ħafna): konsum annwali ta' inqas minn 1 000 kWh; |
— |
Livell-DB (baxx): konsum annwali ta' 1 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 2 500 kWh; |
— |
Livell-DC (medju): konsum annwali ta' 2 500 jew aktar iżda ta' anqas minn 5 000 kWh; |
— |
Livell-DD (għoli): konsum annwali ta' 5 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 15 000 kWh; |
— |
Livell-DE (għoli ħafna): konsum annwali ta' 15 000 kWh jew aktar. |
Il-livelli għall-konsumaturi mhux domestiċi huma:
— |
Livell-IA: konsum annwali taħt l-20 MWh; |
— |
Livell-IB: konsum annwali ta' 20 jew aktar iżda ta' anqas minn 500 MWh; |
— |
Livell-IC: konsum annwali ta' 500 jew aktar iżda ta' anqas minn 2 000 MWh; |
— |
Livell-ID: konsum annwali ta' 2 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 20 000 MWh; |
— |
Livell-IE: konsum annwali ta' 20 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 70 000 MWh; |
— |
Livell-IF: konsum annwali ta' 70 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 150 000 MWh; |
— |
Livell-IG: konsum annwali ta' 150 000 MWh jew aktar. |
Id-data fit-Tabella 3 għandha tkun speċifikata bħala l-medji tal-livelli tal-konsum kollha f'daqqa.
Tabella 1: Livelli ewlenin tal-prezzijiet
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
||||
Status tal-kunfidenzjalità |
|
Semestru |
||||
Prezz esklużi t-taxxi:
|
Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi biss il-komponent tal-enerġija u l-provvista u l-komponent tan-netwerk. |
Semestru |
||||
Prezz eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi rikoverabbli oħrajn
|
Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti kkunsidrati bħala mhux rikoverabbli għall-konsumaturi finali mhux domestiċi. Għall-konsumaturi domestiċi dan il-livell tal-prezz jinkludi l-komponenti tal-enerġija u n-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti iżda jeskludi l-VAT. |
Semestru |
||||
Prezz inklużi t-taxxi kollha u l-VAT (rikoverabbli u mhux)
|
Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk, u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti rikoverabbli u mhux rikoverabbli kollha, inkluża l-VAT. |
Semestru |
Il-valuri huma speċifikati fil-munita nazzjonali għal kull kilowatt fis-siegħa.
L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.
Tabella 2: Tqassim dettaljat tal-prezzijiet skont il-komponenti u s-subkomponenti
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
||||
Status tal-kunfidenzjalità |
|
|
||||
Prezz tal-enerġija u tal-provvista
|
Il-komponent tal-prezz totali marbut mal-enerġija u l-provvista, esklużi t-taxxi. Dan il-komponent għandu jinkludi l-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: ġenerazzjoni, aggregazzjoni, enerġija tal-bilanċ, kostijiet tal-enerġija fornuta, servizzi tal-konsumatur, ġestjoni ta' wara l-bejgħ u kostijiet oħra tal-provvista. |
Annwali |
||||
Prezz tan-netwerk
|
Il-komponent tal-prezz totali marbut mal-prezzijiet tan-netwerk, esklużi t-taxxi. Il-prezz tan-netwerk għandu jinkludi l-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: tariffi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, telf tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, kostijiet tan-netwerk, kostijiet tas-servizz ta' wara l-bejgħ, kostijiet tas-servizz tas-sistema, u l-kiri tal-miter u l-kostijiet tal-użu tal-miter. |
Annwali |
||||
It-taxxa fuq il-valur miżjud
|
It-taxxa fuq il-valur miżjud kif definita fid-Direttiva 2006/112/KE. |
Annwali |
||||
Taxxi fuq sorsi tal-enerġija rinnovabbli
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mal-promozzjoni ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u l-ġenerazzjoni tas-CHP. |
Annwali |
||||
Taxxi tal-kapaċità
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mal-pagamenti tal-kapaċità, is-sigurtà tal-enerġija u l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni; taxxi fuq ir-ristrutturar tal-industrija tal-faħam; taxxi fuq id-distribuzzjoni tal-elettriku; “stranded costs” u levies marbuta mal-finanzjament tal-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija jew tal-operaturi tas-suq u tas-sistema. |
Annwali |
||||
Taxxi ambjentali
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mal-kwalità tal-arja u għal finijiet ambjentali oħra; taxxi fuq l-emissjonijiet tas-CO2 jew gassijiet serra oħrajn. |
Annwali |
||||
Taxxi marbuta mas-settur nukleari
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mas-settur nukleari, inkluż id-dekummissjonar nukleari, l-ispezzjonijiet u t-tariffi għall-installazzjonijiet nukleari. |
Annwali |
||||
Taxxi oħrajn
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti l-oħrajn kollha mhux koperti minn kwalunkwe waħda mill-ħames kategoriji preċedenti: appoġġ għat-tisħin distrettwali; imposti fiskali lokali jew reġjonali; kumpens għall-gżejjer; tariffi ta' konċessjoni marbuta ma' liċenzji u tariffi għall-okkupar ta' art u proprjetà pubblika jew privata minn netwerks jew apparat ieħor. |
Annwali |
Il-perjodu ta' referenza għall-komponenti kollha u għas-subkomponenti kollha huwa annwali.
Il-valuri huma speċifikati fil-munita nazzjonali għal kull kilowatt fis-siegħa.
L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.
Tabella 3: Kostijiet tan-netwerks
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
||||
Status tal-kunfidenzjalità |
|
|
||||
Kostijiet tat-trażmissjoni
|
Is-sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi domestiċi u s-sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk. |
Annwali |
||||
Kostijiet tad-distribuzzjoni
|
Is-sehem medju relattiv tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-konsumaturi domestiċi u s-sehem medju relattiv tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk. |
Annwali |
Il-perjodu ta' referenza għall-kostijiet tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni huwa annwali.
Il-valuri huma speċifikati f'perċentwali.
L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.
Tabella 4: Volumi tal-konsum
Qasam |
Rimarki |
Frekwenza tar-Rapportar |
||||
Status tal-kunfidenzjalità |
|
|
||||
Volumi tal-konsum
|
Is-sehem relattiv tal-elettriku f'kull livell tal-konsum abbażi tal-volum totali li għalih jirreferu l-prezzijiet. |
Annwali |
Il-perjodu ta' referenza għall-konsum tal-volumi huwa annwali.
Il-valuri huma speċifikati f'perċentwali.
L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.
DEĊIŻJONIJIET
22.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/19 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2170
tal-15 ta' Novembru 2017
li tissoġġetta lill-N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-yl]furan-2-karbossammid (furanilfentanil) għal miżuri ta' kontroll
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Tfassal rapport dwar il-valutazzjoni tar-riskji dwar is-sustanza psikoattiva ġdida N-fenil-N-[(1-(2-feniletil)piperidin-4-yl)]furan-2-karbossammid (furanilfentanil) b'konformità mad-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI minn sessjoni speċjali tal-Kumitat Xjentifiku estiż taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, u sussegwentement intbagħat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fl-24 ta' Mejju 2017. |
(2) |
Il-furanilfentanil huwa oppjojde sintetiku u huwa strutturalment simili għall-fentanil, sustanza kkontrollata użata ħafna fil-mediċina bħala adittiv fl-anestesija ġenerali waqt il-kirurġija u għall-immaniġġjar tal-uġigħ. Il-furanilfentanil huwa wkoll strutturalment relatat mal-aċetilfentanil u mal-akrilojlfentanil, li t-tnejn li huma kienu s-suġġett ta' Rapport Konġunt tal-EMCDDA-Europol f'Diċembru 2015 u f'Novembru 2016. |
(3) |
Il-furanilfentanil ilu disponibbli fl-Unjoni mill-inqas minn Ġunju 2015 u nstab f'16-il Stat Membru. F'ħafna każijiet kien issekwestrat f'forma ta' trab, iżda wkoll f'forma likwida u bħala pilloli. Il-kwantitajiet misjubin huma relattivament żgħar. Madankollu, tali kwantitajiet jenħtieġ li jitqiesu fil-kuntest tal-qawwa tas-sustanza. |
(4) |
Ġew irrapportati 22 każ ta' mewt bil-furanilfentanil minn ħames Stati Membri. Rigward mill-inqas 10 minn dawk l-imwiet, il-furanilfentanil kien il-kawża tal-mewt jew x'aktarx li kkontribwixxa għall-mewt. Barra minn hekk, 11-il każ mhux fatali ta' intossikazzjoni akuta assoċjati mal-furanilfentanil kienu rrappurtati minn tliet Stati Membri. |
(5) |
Ma hemm ebda informazzjoni li tissuġġerixxi l-involviment tal-kriminalità organizzata fil-manifattura, id-distribuzzjoni (it-traffikar) u l-forniment tal-furanilfentanil fl-Unjoni. Id-data disponibbli tissuġġerixxi li l-furanilfentanil huwa prodott minn kumpanniji kimiċi bbażati fiċ-Ċina. |
(6) |
Il-furanilfentanil jinbiegħ fuq l-Internet f'ammonti żgħar u bl-ingrossa bħala “kimika għar-riċerka”, tipikament bħala trab u sprej tal-imnieħer lest biex jintuża. Informazzjoni minn sekwestri tissuġġerixxi li l-furanilfentanil jaf kien mibjugħ fuq is-suq illeċitu tal-opjojdi. |
(7) |
Il-furanilfentanil ma għandu l-ebda użu mediku għall-bniedem jew veterinarju rikonoxxut fl-Unjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-furanilfentanil jista' jintuża għal xi skop ieħor minbarra bħala standard analitiku ta' referenza u fir-riċerka xjentifika. |
(8) |
Ir-rapport dwar il-valutazzjoni tar-riskju juri li bosta mistoqsijiet relatati mal-furanilfentanil huma minħabba n-nuqqas ta' data dwar ir-riskji għas-saħħa individwali, ir-riskji għas-saħħa pubblika, u r-riskji soċjali, u jistgħu jitwieġbu permezz ta' iktar riċerka. Madankollu, l-evidenza u l-informazzjoni disponibbli dwar ir-riskji tas-saħħa u soċjali li toħloq din is-sustanza, anki minħabba s-similaritajiet mal-fentanil, jipprovdu bażi suffiċjenti biex il-furanilfentanil jiġi sottopost għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni kollha. |
(9) |
Il-furanilfentanil mhuwiex elenkat għall-kontroll taħt il-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1961 dwar id-Drogi Narkotiċi jew skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1971 dwar Sustanzi Psikotropiċi. Is-sustanza bħalissa mhijiex qed tiġi vvalutata mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(10) |
Minħabba li 10 Stati Membri jikkontrollaw il-furanilfentanil taħt leġislazzjoni nazzjonali għall-kontroll tad-drogi u tliet Stati Membri jikkontrollaw il-furanilfentanil taħt leġislazzjoni oħra, li din is-sustanza tkun sottoposta għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni kollha jista' jgħin biex jiġi evitat li jfeġġu ostakli fl-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja transkonfinali, u jgħin fil-protezzjoni tal-Unjoni mir-riskji li d-disponibbiltà u l-użu tagħha jistgħu joħolqu. |
(11) |
Id-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI tikkonferixxi setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kunsill bil-ħsieb li jkun hemm reazzjoni rapida u bbażata fuq kompetenza esperta fil-livell tal-Unjoni fil-każ li jfiġġu sustanzi psikoattivi ġodda individwati u rrappurtati mill-Istati Membri, billi tissottoponi dawk is-sustanzi għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni kollha. Billi l-kondizzjonijiet u l-proċedura biex jiġi attivat l-eżerċizzju ta' tali setgħat ta' implimentazzjoni ġew issodisfati, jenħtieġ li tiġi adottata deċiżjoni ta' implimentazzjoni sabiex l-furanilfentanil jitqiegħed taħt kontroll fl-Unjoni kollha. |
(12) |
Id-Danimarka hi marbuta bid-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI u għalhekk qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li timplimenta d-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI. |
(13) |
L-Irlanda hi marbuta bid-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI u għalhekk qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li timplimenta d-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI. |
(14) |
Ir-Renju Unit mhuwiex marbut bid-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI u għalhekk mhux qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li timplimenta d-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sostanza psikoattiva ġdida N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-yl]furan-2-karbossammid (furanilfentanil) għandha tkun soġġetta għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni kollha.
Artikolu 2
Sad-19 ta' Novembru 2018 l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, biex is-sustanza psikoattiva l-ġdida msemmija fl-Artikolu 1 tkun soġġetta għal miżuri ta' kontroll u pieni kriminali, kif previst fil-leġislazzjoni tagħhom, b'konformità mal-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1971 dwar is-Sustanzi Psikotropiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika b'konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
J. AAB
(1) ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.
(2) Opinjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
22.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2171
tal-20 ta' Novembru 2017
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2019, l-ammont annwali għall-2018, l-ewwel ħlas parzjali għall-2018 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta' kontribuzzjonijiet għas-snin 2020 u 2021
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif emendat l-aħħar (“Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”),
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2) (“il-Ftehim Intern”), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (3) (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-11 il-FEŻ, il-Kummissjoni ppreżentat proposta sal-15 ta' Ottubru 2017 li tispeċifika (a) il-limitu massimu għall-ammont annwali ta' kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-2019; (b) l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-FEŻ għas-sena 2018; (c) l-ammont tal-ewwel ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għas-sena 2018; u (d) tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2020 u 2021. |
(2) |
Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, fl-4 ta' Settembru 2017, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu ta' impenji u pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa. |
(3) |
L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-FEŻ preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għal fondi taħt l-10 FEŻ għall-BEI u l-11-il FEŻ għall-Kummissjoni. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2026 (4) stabbilixxiet il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-FEŻ għall-2018 għal EUR 4 550 000 000 għal Kummissjoni u EUR 250 000 000 għall-BEI. |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1206 (5) stabbilixxiet tnaqqis mill-fondi diżimpenjati ta' kontribuzzjoni mit-Tmien u d-Disa' FEŻ għal ammont ta' EUR 200 000 000, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-FEŻ għall-2019 huwa b'dan stabbilit għal EUR 4 900 000 000. Għandu jinqasam f'EUR 4 600 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI.
Artikolu 2
L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-FEŻ għall-2018 huwa b'dan stabbilit għal EUR 4 800 000 000. Għandu jinqasam f'EUR 4 550 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 250 000 000 għall-BEI.
Artikolu 3
Il-kontribuzzjonijiet individwali għall-FEŻ li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala l-ewwel ħlas parzjali għall-2018 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Il-ħlasijiet ta' dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma' aġġustamenti taħt l-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet għal ammont ta' EUR 200 000 000 minn fondi diżimpenjati taħt it-Tmien u d-Disa' FEŻ, wara pjan ta' aġġustament ikkomunikat minn kull Stat Membru.
Artikolu 4
It-tbassir mhux vinkolanti indikattiv għall-ammont annwali mistenni ta' kontribuzzjonijiet għall-2020 huwa b'dan stabbilit għal EUR 4 600 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 300 000 000 għall-BEI, u għall-2021 għal EUR 4 700 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 300 000 000 għall-BEI.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2026 tal-15 ta' Novembru 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2018, l-ammont annwali għall-2017, l-ewwel ħlas parzjali għall-2017 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija għas-snin 2019 u 2020 (ĠU L 313, 19.11.2016, p. 25).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1206 tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2017 (ĠU L 173, 6.7.2017, p. 15).
ANNESS
STATI MEMBRI |
Skema tal-10 FEŻ, % |
Skema tal-11 FEŻ, % |
l-ewwel (1) ħlas parzjali tal-2018 (EUR) |
Total |
|
Il-Kummissjoni 11-il FEŻ |
Il-BEI 10 FEŻ |
||||
IL-BELĠJU |
3,53 |
3,24927 |
66 610 035,00 |
5 295 000,00 |
71 905 035,00 |
IL-BULGARIJA |
0,14 |
0,21853 |
4 479 865,00 |
210 000,00 |
4 689 865,00 |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
0,51 |
0,79745 |
16 347 725,00 |
765 000,00 |
17 112 725,00 |
ID-DANIMARKA |
2,00 |
1,98045 |
40 599 225,00 |
3 000 000,00 |
43 599 225,00 |
IL-ĠERMANJA |
20,50 |
20,57980 |
421 885 900,00 |
30 750 000,00 |
452 635 900,00 |
L-ESTONJA |
0,05 |
0,08635 |
1 770 175,00 |
75 000,00 |
1 845 175,00 |
L-IRLANDA |
0,91 |
0,94006 |
19 271 230,00 |
1 365 000,00 |
20 636 230,00 |
IL-GREĊJA |
1,47 |
1,50735 |
30 900 675,00 |
2 205 000,00 |
33 105 675,00 |
SPANJA |
7,85 |
7,93248 |
162 615 840,00 |
11 775 000,00 |
174 390 840,00 |
FRANZA |
19,55 |
17,81269 |
365 160 145,00 |
29 325 000,00 |
394 485 145,00 |
IL-KROAZJA |
0,00 |
0,22518 |
4 616 190,00 |
0,00 |
4 616 190,00 |
L-ITALJA |
12,86 |
12,53009 |
256 866 845,00 |
19 290 000,00 |
276 156 845,00 |
ĊIPRU |
0,09 |
0,11162 |
2 288 210,00 |
135 000,00 |
2 423 210,00 |
IL-LATVJA |
0,07 |
0,11612 |
2 380 460,00 |
105 000,00 |
2 485 460,00 |
IL-LITWANJA |
0,12 |
0,18077 |
3 705 785,00 |
180 000,00 |
3 885 785,00 |
IL-LUSSEMBURGU |
0,27 |
0,25509 |
5 229 345,00 |
405 000,00 |
5 634 345,00 |
L-UNGERIJA |
0,55 |
0,61456 |
12 598 480,00 |
825 000,00 |
13 423 480,00 |
MALTA |
0,03 |
0,03801 |
779 205,00 |
45 000,00 |
824 205,00 |
IN-NETHERLANDS |
4,85 |
4,77678 |
97 923 990,00 |
7 275 000,00 |
105 198 990,00 |
L-AWSTRIJA |
2,41 |
2,39757 |
49 150 185,00 |
3 615 000,00 |
52 765 185,00 |
IL-POLONJA |
1,30 |
2,00734 |
41 150 470,00 |
1 950 000,00 |
43 100 470,00 |
IL-PORTUGALL |
1,15 |
1,19679 |
24 534 195,00 |
1 725 000,00 |
26 259 195,00 |
IR-RUMANIJA |
0,37 |
0,71815 |
14 722 075,00 |
555 000,00 |
15 277 075,00 |
IS-SLOVENJA |
0,18 |
0,22452 |
4 602 660,00 |
270 000,00 |
4 872 660,00 |
IS-SLOVAKKJA |
0,21 |
0,37616 |
7 711 280,00 |
315 000,00 |
8 026 280,00 |
IL-FINLANDJA |
1,47 |
1,50909 |
30 936 345,00 |
2 205 000,00 |
33 141 345,00 |
L-IŻVEZJA |
2,74 |
2,93911 |
60 251 755,00 |
4 110 000,00 |
64 361 755,00 |
IR-RENJU UNIT |
14,82 |
14,67862 |
300 911 710,00 |
22 230 000,00 |
323 141 710,00 |
TOTAL TAL-UE-28 |
100,00 |
100,00 |
2 050 000 000,00 |
150 000 000,00 |
2 200 000 000,00 |
22.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2172
tal-20 ta' Novembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2010/670/UE rigward l-użu ta' dħul mhux imqassam mill-ewwel serje ta' sejħiet għal proposti
(notifikata bid-dokument C(2017) 7656)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10a(8) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE jistabbilixxi mekkaniżmu għall-finanzjament ta' proġetti ta' dimostrazzjoni kummerċjali li l-għan tagħhom huwa l-qbid u l-ħżin ġeoloġiku ta' CO2 (minn hawn 'il quddiem, “il-proġetti ta' dimostrazzjoni tas-CCS”) u proġetti ta' dimostrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għall-enerġija rinnovabbli (minn hawn 'il quddiem, “il-proġetti ta' dimostrazzjoni tar-RES”), bl-użu ta' 300 miljun kwota mis-sistema tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (“EU ETS”) li ġew riżervati għal entrati ġodda iżda ma ġewx allokati. |
(2) |
Fid-Deċiżjoni 2010/670/UE (2), il-Kummissjoni stabbiliet ir-regoli u l-kriterji għall-għażla u għall-implimentazzjoni ta' dawk il-proġetti kif ukoll il-prinċipji bażiċi għall-konverżjoni tal-kwoti f'valur monetarju u għall-ġestjoni tad-dħul. |
(3) |
Sa nofs l-2014, bħala riżultat tal-ewwel u tat-tieni sejħa għal proposti, kienu ngħataw fondi biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' 39 proġett ta' dimostrazzjoni tar-RES u tas-CCS f'20 Stat Membru tal-UE. Madankollu, minħabba l-isfidi li joffri l-ambjent ekonomiku kemm fl-UE kif ukoll dak globali, madwar 20 proġett mogħtija finanzjament taħt l-ewwel sejħa għal proposti, sabuha diffiċli biex jiksbu biżżejjed kapital jew biex jattiraw finanzjaturi addizzjonali. B'riżultat ta' dan, sal-31 ta' Diċembru 2016, 14-il proġett laħqu d-deċiżjoni finali dwar l-investiment tagħhom f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2010/670/UE u mill-inqas EUR 436 miljun b'rabta mal-proġetti mogħtija finanzjament għal din l-ewwel sejħa għal proposti ma ntużawx. |
(4) |
Il-fondi li ma tqassmux għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw b'mod dirett proġetti fl-ambitu ddefinit fl-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE. Barra minn hekk, meta wieħed jikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika innovattiva ħafna fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u l-proġetti ta' dimostrazzjoni tas-CCS, parti mill-ispejjeż ta' finanzjament għandhom jiġu pprovduti fil-forma ta' għotjiet. |
(5) |
Biex jiżdied l-investiment f'dawn il-proġetti innovattivi ħafna fis-settur tal-enerġija fl-UE, li hija prijorità rikonoxxuta mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha Aċċellerazzjoni tal-Innovazzjoni fil-qasam tal-Enerġija Nadifa (3), id-dħul mhux imqassam mill-ewwel sejħa għal proposti għandu jiġi organizzat mill-ġdid mingħajr dewmien, u bi prijorità, permezz tal-Faċilità tal-EDP InnovFin taħt Orizzont 2020 (4). Dan l-appoġġ għandu jkun komplementari għas-sostenn finanzjarju eżistenti u futur, bħall-għotjiet taħt Orizzont 2020. |
(6) |
Biex jiżdied l-investiment f'dawn il-proġetti innovattivi ħafna fis-settur tat-trasport, il-proġetti eliġibbli għandhom jippromovu biss l-użu innovattiv, replikabbli u skalabbli tal-enerġija rinnovabbli bl-użu tal-Faċilità ta' Dejn fis-settur tat-trasport taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (5). |
(7) |
Il-proġetti li jingħataw il-finanzjament taħt l-ewwel jew it-tieni sejħa għal proposti li jkunu laħqu deċiżjonijiet finali tal-investiment u jkunu qegħdin jiġu implimentati, se jitqiesu eliġibbli biex japplikaw għall-istrumenti finanzjarji rilevanti. |
(8) |
Sabiex titqajjem kuxjenza pubblika wiesgħa dwar l-istrumenti finanzjarji rilevanti, il-Kummissjoni u l-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment se jkomplu jorganizzaw workshops tekniċi apposta b'mod regolari għall-Istati Membri u għall-isponsers tal-proġetti. |
(9) |
Il-Kummissjoni se tirrapporta kmieni biżżejjed lill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima dwar l-iżvilupp tal-Ftehimiet ta' Delega rilevanti bejn il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mal-kriterji tal-eliġibbiltà, l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji rilevanti, speċjalment l-iżvilupp ta' sensiela ta' proġetti, il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-proġett u fl-aħħar nett dwar l-użu tad-dħul allokat mill-ġdid, u se tikkunsidra l-fehmiet tal-Istati Membri kif xieraq. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/670/UE hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-paragrafu 4 li ġej: “4. Kwalunkwe dħul mhux imqassam mill-ewwel serje ta' sejħiet għal proposti għandu jkun disponibbli biex jappoġġja proġetti li qatt ma saru qabel, innovattivi, replikabbli u lesti li juru fuq skala id-dimostrazzjoni tas-CCS u tar-RES, bl-użu tal-istrumenti finanzjarji rilevanti ġestiti mill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, bi prijorità mogħtija lill-Faċilità tal-EDP InnovFin u l-Istrument ta' Dejn fis-settur tat-trasport taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Il-paragrafu preċedenti, l-Artikoli 6, 8, 11(1) sa (5), l-ewwel u t-tieni sottoparagrafi tal-Artikolu 11(6) u l-Artikolu 13 ma għandhomx japplikaw għall-użu ta' dan id-dħul. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kmieni biżżejjed lill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima dwar l-iżvilupp tal-Ftehimiet ta' Delega rilevanti bejn il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mal-kriterji tal-eliġibbiltà, mal-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji rilevanti, speċjalment l-iżvilupp ta' sensiela ta' proġetti, mal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-proġett u fl-aħħar nett dwar l-użu mill-ġdid tad-dħul, u għandha tikkunsidra l-fehmiet tal-Istati Membri kif xieraq”. |
2. |
Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 14: “Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima dwar l-użu tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 2(4), inkluż informazzjoni bil-quddiem dwar l-appoġġ ippjanat għal proġetti u l-parti mill-appoġġ li għandha tkun disponibbli fil-forma ta' għotjiet, id-distribuzzjoni ġeografika tal-proġetti, l-iskala tal-proġetti u l-kopertura teknoloġika, l-informazzjoni ex-post dwar il-progress fit-twettiq ta' proġetti, l-evitar ta' emissjonijiet tas-CO2, l-ingranaġġ finanzjarju, is-sensibilizzazzjoni u t-tagħlimiet meħuda, kif xieraq.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Miguel ARIAS CAÑETE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE tat-3 ta' Novembru 2010 li tistabbilixxi l-kriterji u l-miżuri għall-finanzjament ta' proġetti kummerċjali ta' dimostrazzjoni li l-għan tagħhom huwa l-qbid u l-ħżin ġeoloġiku ta' CO2, f'kundizzjonijiet ta' sigurtà għall-ambjent, kif ukoll ta' proġetti ta' dimostrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, fl-ambitu tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, 6.11.2010, p. 39).
(3) C(2016) 763 final.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
22.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/26 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2173
tal-20 ta' Novembru 2017
li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-approvazzjoni tal-programm ta' kontroll għall-eradikazzjoni tal-marda ta' Aujeszky għar-reġjun tal-Lombardia fl-Italja
(notifikata bid-dokument C(2017) 7587)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tistabbilixxi r-regoli għall-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali porċini. L-Artikolu 9 ta' dik id-Direttiva jipprevedi li Stat Membru li għandu programm nazzjonali obbligatorju ta' kontroll għall-marda ta' Aujeszky għat-territorju kollu tiegħu jew parti minnu jista' jippreżenta l-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Jipprevedi wkoll li jistgħu jkunu meħtieġa garanziji addizzjonali għall-kummerċ intern tal-UE tal-annimali porċini. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE (2) tistabbilixxi garanziji addizzjonali għall-moviment tal-ħnieżer bejn Stat Membru u ieħor. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri skont l-istatus tagħhom tal-mard għall-marda ta' Aujeszky. L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn hemm fis-seħħ programmi ta' kontroll nazzjonali approvati għall-eradikazzjoni tal-marda ta' Aujeszky. |
(3) |
L-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni ta' sostenn għall-approvazzjoni tal-programm ta' kontroll tagħha għall-eradikazzjoni tal-marda ta' Aujeszky għar-reġjun tal-Lombardia, u biex dan ir-reġjun jiġi elenkat kif dovut fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn ippreżentata mill-Italja, ir-reġjun tal-Lombardia jenħtieġ li jiġi elenkat fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2008/185/KE tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta' Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f'kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta' Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19).
ANNESS
ANNESS II
L-Istati Membri jew reġjuni tagħhom fejn huma fis-seħħ programmi approvati ta' kontroll nazzjonali għall-qerda tal-marda ta' Aujeszky
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
Ir-reġjuni |
ES |
Spanja |
Ir-reġjuni kollha |
IT |
L-Italja |
Ir-Reġjun ta' Friuli-Venezia Giulia Ir-Reġjun tal-Veneto Ir-Reġjun tal-Lombardia |
LT |
Il-Litwanja |
Ir-reġjuni kollha |
PL |
Il-Polonja |
Il-provinċja ta' dolnośląskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta' kujawsko-pomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta' lubelskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Voidodship lubuskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta' łódzkie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta' małopolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta' mazowieckie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta' opolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta' podkarpackie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta' podlaskie ir-reġjuni amministrattivi li ġejjin: grajewski, kolneński, łomżyński, Łomża, wysokomazowiecki, zambrowski; Il-provinċja ta' pomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta' śląskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta' świętokrzyskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta' warmińsko-mazurskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta' wielkopolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha; Il-provinċja ta' zachodniopomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha. |
22.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/28 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2174
tal-20 ta' Novembru 2017
li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ tan-naħal u n-naħal bagħli
(notifikata bid-dokument C(2017) 7588)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) ta' Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 22 tagħha,
Billi:
(1) |
Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ intern tal-UE tan-naħal ħaj (Apis mellifera) u tan-naħal bagħli (Bombus spp.) huwa stipulat fil-Parti 2 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE. Iċ-ċertifikat jistabbilixxi rekwiżiti għas-saħħa tal-animali, fost oħrajn, b'rabta mal-okkorrenza tal-koleotteru tal-ġabsala (Aethina tumida) u d-dudu tat-Tropilaelaps (Tropilaelaps spp.) applikabbli għan-naħal u n-naħal bagħli. |
(2) |
Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa jippermettu biss movimenti tan-naħal u tan-naħal bagħli minn żoni ta' radjus ta' mill-inqas 100 km li ma għandhomx restrizzjonijiet assoċjati mal-okkorrenza suspetta jew ikkonfermata ta' dawn il-patoġeni. |
(3) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-awtoritajiet kompetenti Taljani fir-rigward tal-esperjenza tagħhom tal-okkorrenzi tal-koleotteru tal-ġabsala fil-kolonji tan-naħal tal-għasel fl-Italja mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE (2) biex jevitaw it-tixrid tal-koleotteru tal-ġabsala mir-reġjuni affettwati tal-Italja, jidher li dawn ir-rekwiżiti huma disproporzjonati għall-ġestjoni tas-settur tal-apikultura affettwat għal perjodu pjuttost twil wara l-iskoperta tal-okkorrenza. |
(4) |
B'mod partikolari, dawn ir-rekwiżiti ma jqisux li jistgħu jeżistu żoni li, għalkemm ikunu eqreb minn 100 km mit-tali okkorrenzi, xorta huma barra ż-żoni ta' protezzjoni stabbiliti madwar l-okkorrenzi mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, mhumiex ristretti mill-miżuri ta' protezzjoni tal-Unjoni u huma koperti minn sorveljanza attiva ppjanata u implimentata b'mod uffiċjali u konformi mal-Linji Gwida għas-sorveljanza tal-infestazzjoni tal-koleotteru tal-ġabsala mfassla mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għas-saħħa tan-naħal tal-għasel (3), li tipprovdi fiduċja fl-assenza tal-koleotteru tal-ġabsala. |
(5) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti jiġu aġġornati biex iqisu li l-eżami viżwali u l-applikazzjoni immedjata ta' xibka rqiqa madwar il-kunsinna fil-post tal-oriġini huma effettivi ħafna u teknikament fattibbli għall-kunsinni tal-irġejjen tan-naħal flimkien ma' għadd limitat ta' attendenti, biex jitnaqqas ir-riskju potenzjali li jinxtered il-koleotteru tal-ġabsala. Dan huwa kkonfermat minn Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar is-sopravivenza, it-tixrid u l-istabbiliment tal-koleotteru tal-ġabsala, adottata fil-15 ta' Diċembru 2015 (4). |
(6) |
Peress li r-rekwiżiti attwali huma restrittivi ż-żejjed, huwa għalhekk neċessarju li jiġi emendat il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ intern tal-UE fin-naħal u n-naħal bagħli billi jiżdied rekwiżit alternattiv dwar is-saħħa tal-annimali għall-kunsinni tal-irġejjen tan-naħal li jirrikonoxxi l-valur ikkombinat tas-sorveljanza attiva mill-awtoritajiet kompetenti fl-aċċertar tan-nuqqas tal-okkorrenzi tal-koleotteru tal-ġabsala flimkien mal-miżuri msaħħa għat-tnaqqis tar-riskji għall-kummerċ intern tal-UE. |
(7) |
In-naħal bagħli mhuwiex suxxettibbli għad-dudu tat-Tropilaelaps. Dan huwa kkonfermat minn Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar ir-riskju ta' dħul tal-Aethina tumida u t-Tropilaelaps spp. fl-UE, adottata fis-27 ta' Frar 2013 (5). |
(8) |
Fil-maġġoranza tal-każijiet, in-naħal bagħli jitrabba fi strutturi ambjentalment iżolati li huma soġġetti għal miżuri għolja tal-bijosigurtà u li jiġu kkontrollati b'mod regolari mill-awtorità kompetenti u vverifikati għall-preżenza tal-mard. It-tali stabbilimenti li huma rikonoxxuti u sorveljati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiżi kkonċernati x'aktarx ma jiġux affettwati mill-preżenza tal-koleotteru tal-ġabsala, bil-kontra tal-kolonji fil-miftuħ. Diġà huwa possibbli għall-awtoritajiet kompetenti li jiċċertifikaw il-kunsinni mit-tali stabbilimenti għall-importazzjoni tan-naħal bagħli f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (6). |
(9) |
Huwa għalhekk meħtieġ li l-mudell taċ-ċertifikat ta' saħħa jiġi emendat għall-kummerċ intern tal-UE fin-naħal u n-naħal bagħli biex jiddaħħal rekwiżit alternattiv għas-saħħa tal-annimali għan-naħal bagħli mrobbi fi struttura ambjentalment iżolata. |
(10) |
Il-maġġoranza l-kbira tal-kunsinni tan-naħal bagħli tinbiegħ u tintbagħat lil hinn mill-fruntieri għal skopijiet ta' dakkir u għalhekk ma għandhiex tiġi ċċertifikata għal skopijiet ta' tnissil jew ta' transumanza minħabba li dan in-naħal qatt ma jitrabba u qatt ma jerġa' lura fil-post tal-oriġini tiegħu. Għalhekk huwa xieraq li tiżdied għażla oħra fiċ-ċertifikat li tippermetti li dawn l-annimali jiġu ċċertifikati għall-produzzjoni. |
(11) |
In-naħal tal-għasel jista' jiġi kkumerċjalizzat f'forom diversi, bħal pereżempju rġejjen bi ftit attendenti biss, kolonji sħaħ, kolonji tan-nukleu u f'pakketti. Iċ-ċarezza dwar in-natura tal-kunsinna f'dan ir-rigward tiffaċilita l-analiżi tar-riskju mill-awtoritajiet kompetenti għall-kontrolli uffiċjali tal-kunsinni fil-postijiet ta' destinazzjoni. Għalhekk jenħtieġ li tiżdied informazzjoni dettaljata addizzjonali fiċ-ċertifikat. |
(12) |
Il-Parti 2 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE għalhekk jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
(13) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Parti 2 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE - Ċertifikat tas-Saħħa għall-kummerċ fin-naħal u n-naħal bagħli - huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-entrata I.25 tiżdied kaxxa li tista' tiġi mmarkata bil-kliem li ġej: “Produzzjoni (dakkir)”. |
2. |
Fl-entrata I.31 tiżdied kolonna bit-titlu “Natura tal-prodott bażiku” u taħt it-titlu jiżdiedu l-punti li ġejjin li jistgħu jintgħażlu, kull wieħed f'ringiela separata: “irġejjen, pakketti ta' naħal, kolonji tan-nukleu, kolonji”. |
3. |
Fl-entrata II. 1 jiddaħħal dan li ġej fil-punt (b), wara l-kliem “mhumiex preżenti”: “Jew
Jew
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-okkorrenzi konfermati tal-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 161).
(3) Kif riveduti l-aħħar fl-1 ta' April 2016: https://sites.anses.fr/en/minisite/abeilles/free-access-documents-0
(4) EFSA Journal 2015;13(12):4328.
(5) EFSA Journal 2013;11(3):3128.
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).
22.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/31 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2175
tal-21 ta' Novembru 2017
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2017) 7835)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”) u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4). |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE jridu jinkludu minn tal-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu minn tal-inqas sad-dati stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għal dawk iż-żoni. |
(3) |
Mid-data tal-adozzjoni tagħha 'l hawn, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata diversi drabi sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-influwenza avjarja. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 (5) sabiex jiġu stabbiliti r-regoli fir-rigward tad-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247. Dik l-emenda qieset il-fatt li l-flieles ta' ġurnata jirrappreżentaw riskju baxx ħafna ta' tixrid tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja meta mqabbla ma' prodotti bażiċi oħra tat-tjur. |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata wkoll sussegwentement bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 (6) sabiex jissaħħu l-miżuri ta' kontroll tal-mard applikabbli fejn hemm riskju ikbar ta' tixrid tal-influenza avjarja b'patoġeniċità għolja. B'konsegwenza ta' dan, issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi l-istabbiliment fil-livell tal-Unjoni ta' żoni ristretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE, wara tifqigħa jew tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja, u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom. Issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll ir-regoli għad-dispaċċ ta' tjur ħajjin, ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tifqis miż-żoni ristretti oħra lejn Stati Membri oħra, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
(5) |
Barra minn hekk, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat diversi drabi sabiex jitqiesu l-bidliet fil-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2000 (7), wara n-notifika mill-Italja dwar tifqigħat ġodda ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-azjendi tat-tjur li jinsabu fir-reġjun tal-Lombardija ta' dak l-Istat Membru. L-Italja nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li kienet ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħew dawk it-tifqigħat, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi tat-tjur infettati. |
(6) |
Mid-data li fiha saret l-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2000 'il hawn, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-azjendi tat-tjur li jinsabu fir-reġjuni ta' Sliven u Yambol ta' dak l-Istat Membru. Il-Bulgarija nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħew dawk it-tifqigħat reċenti, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi kollha tat-tjur infettati. |
(7) |
Barra minn hekk, l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar aktar tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjendi tat-tjur li jinsabu fir-reġjuni ta' Lombardija, Piemonte u Lazio ta' dak l-Istat Membru. L-Italja nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħew dawk it-tifqigħat reċenti, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi kollha tat-tjur infettati u l-estensjoni taż-żoni ristretti oħra stabbiliti. |
(8) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri li ħadu l-Bulgarija u l-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk l-Istati Membri, u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk iż-żewġ Stati Membri qegħdin 'il bogħod biżżejjed minn kwalunkwe azjenda tat-tjur li fiha kienet ġiet ikkonfermata tifqigħa ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8. Il-Kummissjoni eżaminat ukoll il-konfini ta' żoni ristretti oħra stabbiliti mill-awtorità kompetenti fl-Italja wara t-tifqigħat reċenti f'dak l-Istat Membru, u hija sodisfatta li l-firxa taż-żoni koperti bl-estensjoni ta' dawk iż-żoni ristretti oħra hija suffiċjenti meta titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Italja. |
(9) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex tiġi evitata l-impożizzjoni minn pajjiżi terzi ta' ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li, b'kollaborazzjoni mal-Bulgarija u l-Italja, jiġu deskritti malajr, fil-livell tal-Unjoni, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti f'dawk iż-żewġ Stati Membri, u ż-żoni ristretti oħra li ġew estiżi fl-Italja, skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk l-Istati Membri. Għaldaqstant jenħtieġ li l-entrati għall-Bulgarija u għall-Italja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġu aġġornati sabiex iqisu s-sitwazzjoni epidemjoloġika aġġornata f'dawk l-Istati Membri fir-rigward ta' dik il-marda. B'mod partikolari, jenħtieġ li mal-listi fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiżdiedu entrati ġodda għaż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Bulgarija u fl-Italja u għaż-żoni ristretti oħra li ġew estiżi fl-Italja, li issa huma soġġetti għal restrizzjonijiet skont id-Direttiva 2005/94/KE. |
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu inklużi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Bulgarija u fl-Italja, u ż-żoni ristretti oħra li ġew estiżi fl-Italja, skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk l-Istati Membri, u d-durata tar-restrizzjonijiet applikabbli fihom. |
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan. |
(12) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 261, 11.10.2017, p. 26).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2000 tas-6 ta' Novembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 289, 8.11.2017, p. 9).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti A hija emendata kif ġej
|
(2) |
Il-Parti B hija emendata kif ġej:
|
(3) |
fil-Parti C, l-entrata għall-Italja tinbidel b'dan li ġej: “Stat Membru: l-Italja
|
22.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/82 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2176
tal-21 ta' Novembru 2017
li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja
(notifikata bid-dokument C(2017) 7874)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi u jista' jkollha impatt serju fuq il-profitti tan-negozji tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
(2) |
F'każ ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista' jinxtered ma' rziezet oħra tal-ħnieżer u mal-ħnieżer selvaġġi. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi l-istabbiliment ta' żona infettata wara li jiġi kkonfermat każ wieħed jew iktar tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi. |
(4) |
Il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni aġġornata fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, u f'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żona infettata fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15 ta' dik id-Direttiva. |
(5) |
Sabiex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex jiġu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jinħtieġ li tiġi identifikata fuq il-livell tal-Unjoni ż-żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja, f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru. |
(6) |
Għaldaqstant, sakemm issir il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, jenħtieġ li ż-żona infettata fil-Polonja titniżżel fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi stabbilit it-tul ta' żmien ta' din ir-reġjonalizzazzjoni. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Polonja għandha tiżgura li ż-żona infettata stabbilita skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tinkludi tal-inqas iż-żoni mniżżlin bħala ż-żona infettata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-8 ta' Diċembru 2017.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
ANNESS
Iż-żoni stabbiliti bħala Żona Infettata fil-Polonja kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Id-data sa meta japplikaw |
||||||
|
It-8 ta' Diċembru 2017 |