ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 300

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
16 ta' Novembru 2017


Werrej

 

III   Atti oħrajn

Paġna

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2017]

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2018]

4

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2019]

6

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2020]

8

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2021]

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE [2017/2022]

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2023]

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2024]

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 75/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2025]

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2026]

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 77/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2027]

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2028]

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2029]

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2030]

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 81/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2031]

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE [2017/2032]

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 83/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2033]

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 84/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2034]

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2035]

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2036]

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 87/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2037]

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2038]

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2039]

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2040]

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2017/2041]

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2042]

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/2043]

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/2044]

46

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/2045]

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/2046]

48

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 97/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XVI (Akkwist pubbliku) tal-Ftehim ŻEE [2017/2047]

49

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 98/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XVI (Akkwist pubbliku) tal-Ftehim ŻEE [2017/2048]

57

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 99/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XVI (Akkwist) tal-Ftehim ŻEE [2017/2049]

59

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/2050]

61

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/2051]

62

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/2052]

63

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 103/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2053]

64

 

*

Nota lill-qarrej

65

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 66/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2017]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta' listi ta' territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva 2013/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/518/UE tal-21 ta' Ottubru 2013 li temenda Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-annimali minn azjendi (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 31/2014 tal-14 ta' Jannar 2014 li jirrevoka d-Deċiżjonijiet 2004/301/KE u 2004/539/KE u r-Regolament (UE) Nru 388/2010 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), li hu inkorporat fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 577/2013 jirrevokaid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/803/KE (7), 2004/839/KE (8) u 2005/91/KE (9), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentament għandhom jiġu revokati mill-Ftehim ŻEE.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 31/2014 iħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/301/KE (10) u 2004/539/KE (11) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2010 (12), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jiġu mħassra mill-Ftehim ŻEE.

(9)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda leġiżlazzjoni li għandha x'taqsam ma' annimali ħajjin li ma humiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu 1 tal-Anness 1 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(10)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B'hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(11)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 10 (ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 jinbidel b'dan li ġej:

32013 R 0576: Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

In-Norveġja m'għandux jitqies bħala pajjiż terz.

(b)

Is-sottoparagrafu segwenti għandu jiżdied fl-Artikolu 8(1):

Applikazzjonijiet konġunti inklużi n-Norveġja għandhom jitressqu quddiem il-Kummissjoni b'kopja lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA qabel ma tieħu deċiżjonijiet skont dan l-Artikolu fir-rigward tan-Norveġja.

(c)

Id-data “29 ta' Diċembru 2014” fl-Artikoli 44(1)(b), 44(2)(b), fir-rigward tan-Norveġja tkun id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li tinkorpora r-Regolament fil-Ftehim.

Dan l-att ma għandux japplika għall-Iżlanda.”

2.

Li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 10 (ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1:

“10a.

32013 R 0577: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta' listi ta' territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r- rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

in-Norveġja ma għandhiex titqies bħala pajjiż terz.

(b)

Il-kliem “Unjoni Ewropea” fuq il-qoxra tal-mudell tal-passaport fil-Parti 1 tal-Anness III għandhom jiġu sostitwiti bil-kelmiet “Unjoni Ewropea/Norveġja”.

(c)

L-immaġni tal-bandiera Norveġiża tista' tintuża fuq il-qoxra tal-passaport barra bandiera tal-UE.

Dan l-att ma għandux japplika għall-Iżlanda.”

3.

L-inċiżi segwenti jiżdiedu fil-punti 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 4.1 u 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 8.1:

“—

32013 L 0031: Id-Direttiva 2013/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 107),

32013 D 0518: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/518/UE tal-21 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 281, 23.10.2013, p. 14).”

4.

It-test tal-punti 121 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/803/KE), 122 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/301/KE), 125 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/839/KE), 126 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/91/KE) u 147 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2010) fil-Parti 1.2 għandhom jitħassru.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013, id-Direttiva 2013/31/UE, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/518/UE u r-Regolament (UE) Nru 31/2014 fil-lingwa Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109.

(3)  ĠU L 178, 28.6.2013, p. 107.

(4)  ĠU L 281, 23.10.2013, p. 14.

(5)  ĠU L 10, 15.1.2014, p. 9.

(6)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

(7)  ĠU L 312, 27.11.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 361, 8.12.2004, p. 40.

(9)  ĠU L 31, 4.2.2005, p. 61.

(10)  ĠU L 98, 2.4.2004, p. 55.

(11)  ĠU L 237, 8.7.2004, p. 21.

(12)  ĠU L 114, 7.5.2010, p. 3.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 68/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2018]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1554 tal-11 ta' Settembru 2015 li tistipula regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/88/KE fir-rigward tar-rekwiżiti għall-metodi dijanjostiċi u ta' sorveljanza (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1554 tirrevoka d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/183/KE (2), 2002/878/KE (3) u 2003/466/KE (4), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentament għandhom jiġu revokati taħt il-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 8a (id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE) fil-Parti 3.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“8b.

32015 D 1554: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1554 tal-11 ta' Settembru 2015 li tistipola regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/88/KE fir-rigward tar-rekwiżiti għall-metodi dijanjostiċi u ta' sorveljanza (ĠU L 247, 23.9.2015, p. 1).”

2.   It-testi tal-punt 29 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/466/KE), fil-Parti 3.2 u l-punti 63 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/183/KE), 68 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/878/KE) u 73 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/466/KE) fil-Parti 4.2 għandhom jitħassru.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1554 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 247, 23.9.2015, p. 1.

(2)  ĠU L 67, 9.3.2001, p. 65.

(3)  ĠU L 305, 7.11.2002, p. 57.

(4)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 61.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 69/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2019]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2278 tal-4 ta' Diċembru 2015 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE f'dak li jikkonċerna l-istatus ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Istati Federali ta' Bremen, Hesse u s-Sassonja t'Isfel fil-Ġermanja (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda leġiżlazzjoni li għandha x'taqsam ma' annimali ħajjin li ma humiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplikax għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu 1 tal-Anness 1 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 80 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE) fil-Parti 4.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 D 2278: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2278 tal-4 ta' Diċembru 2015 (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 55).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2278 bil-lingwaNorveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 322, 8.12.2015, p. 55.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 70/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2020]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2304 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna u għad-dundjani għat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2305 tal-10 ta' Diċembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Trichoderma citrinoviride Bisset (IM SD142) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għat-tismin u għall-ħnienes miftuma u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2148/2004 u (KE) Nru 1520/2007 (detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2306 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u għall-klieb (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2307 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-menadjon bisulfit tas-sodju u tal-menadjon nikotinammid bisulfit bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2382 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(7)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punti 1zze (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004) u 1zzzzh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2007):

“—

32015 R 2305: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2305 tal-10 ta' Diċembru 2015 (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 43).”

2.

Il-punti segwenti jiddaħħlu wara l-punt 156 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1416):

“157.

32015 R 2304: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2304 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna u għad-dundjani għat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 39).

158.

32015 R 2305: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2305 tal-10 ta' Diċembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Trichoderma citrinoviride Bisset (IM SD142) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għat-tismin u għall-ħnienes miftuma u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2148/2004 u (KE) Nru 1520/2007 (detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 43).

159.

32015 R 2306: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2306 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u għall-klieb (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 46).

160.

32015 R 2307: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2307 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-menadjon bisulfit tas-sodju u tal-menadjon nikotinammid bisulfit bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 49).

161.

32015 R 2382: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2382 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 54).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2304, (UE) 2015/2305, (UE) 2015/2306, (UE) 2015/2307 u (UE) 2015/2382 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 326, 11.12.2015, p. 39.

(2)  ĠU L 326, 11.12.2015, p. 43.

(3)  ĠU L 326, 11.12.2015, p. 46.

(4)  ĠU L 326, 11.12.2015, p. 49.

(5)  ĠU L 332, 18.12.2015, p. 54.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 71/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2021]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/104 tas-27 ta' Jannar 2016 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv għal speċi ta' ruminanti minuri għat-tismin u l-produzzjoni tal-ħalib (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol S.p.A.) (1).għandu jiġi inkoporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 161 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2382) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“162.

32016 R 0104: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/104 tas-27 ta' Jannar 2016 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv għal speċi ta' ruminanti minuri għat-tismin u l-produzzjoni tal-ħalib (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol S.p.A.) (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 71).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/104 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 21, 28.1.2016, p. 71.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 72/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE [2017/2022]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/11 tal-5 ta' Jannar 2016 li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet fitosanitarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I għall-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE) tal-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 L 0011: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/11 tal-5 ta' Jannar 2016 (ĠU L 3, 6.1.2016, p. 48).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/11 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 3, 6.1.2016, p. 48.

(*1)  Ebda rekwiżit kostituzzjonali m'huwa indikat.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 73/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2023]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1168 tal-15 ta' Lulju 2015 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli u speċi ta' ħxejjex (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda kwistjonijiet fitosanitarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punti 14 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE u 15 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE) tal-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 L 1168: Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1168 tal-15 ta' Lulju 2015 (ĠU L 188, 16.7.2015, p. 39).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1168 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 188, 16.7.2015, p. 39.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali..


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 74/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2024]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1608 tal-24 ta' Settembru 2015 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għal aċidu kapriku, żejt tal-paraffina (CAS 64742–46–7), żejt tal-paraffina (CAS 72623–86–0), żejt tal-paraffina (CAS 8042–47–5), żejt tal-paraffina (CAS 97862–82–3), kubrit tal-ġir u urea f'ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1760 tal-1 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti p-mentha-1,8-dien-7-al (2) mil-lista tal-Unjoni għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1608: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1608 tal-24 ta' Settembru 2015 (ĠU L 249, 25.9.2015, p. 14).”

Artikolu 2

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32015 R 1608: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1608 tal-24 ta' Settembru 2015 (ĠU L 249, 25.9.2015, p. 14).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzs (ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32015 R 1760: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1760 tal-1 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 27).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2015/1608 u (UE) 2015/1760 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 249, 25.9.2015, p. 14.

(2)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 27.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 75/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2025]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910 tal-21 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi ta' guażatina f'ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1910: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910 tal-21 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 280, 24.10.2015, p. 2).”

Artikolu 2

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1910: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910 tal-21 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 280, 24.10.2015, p. 2).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/1910 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 280, 24.10.2015, p. 2.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 76/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2026]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1146/2014 tat-23 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Annessi II, III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għall-antrakinon, benfluralin, bentażon, bromoksinil, klorotalonil, famoksadon, imażamoks, bromur tal-metil, propanil u aċidu sulfuriku f'ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

L-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 R 1146: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1146/2014 tat-23 ta' Ottubru 2014 (ĠU L 308, 29.10.2014, p. 3).”

Artikolu 2

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 R 1146: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1146/2014 tat-23 ta' Ottubru 2014 (ĠU L 308, 29.10.2014, p. 3).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1146/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 308, 29.10.2014, p. 3.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 77/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2027]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2075 tat-18 ta' Novembru 2015 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-abamektin, għad-desmedifam, għad-diklorprop-P, għall-aloksifop-P, għall-oriżalin u għall-fenmedifam f'ċerti prodotti jew fuqhom (1), kif rettifikat mill-ĠU L 314, 1.12.2015, p. 72 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 2075: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2075 tat-18 ta' Novembru 2015 (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 15), kif irrettifikat mill-ĠU L 314, 1.12.2015, p. 72.”

Artikolu 2

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 2075: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2075 tat-18 ta' Novembru 2015 (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 15), kif rettifikat mill-ĠU L 314, 1.12.2015, p. 72.”

Artikolu 3

It-test tar-Regolament (UE) 2015/2075, kif rettifikat mill-ĠU L 314, 1.12.2015, p. 72, bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 302, 19.11.2015, p. 15.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 78/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2028]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 134/2014 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni, u li jemenda l-Anness V tiegħu (1) jenħtieġ li jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 46 (ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32014 R 0134: Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 134/2014 tad-16 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 53, 21.2.2014, p. 1).”

2.

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 46c (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 901/2014):

“46d.

32014 R 0134: Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 134/2014 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni, u li jemenda l-Anness V tiegħu (ĠU L 53, 21.2.2014, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 134/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 53, 21.2.2014, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 79/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2029]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/238 tad-19 ta' Frar 2016 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 579/2014 li jagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trasport taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi bil-baħar (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/239 tad-19 ta' Frar 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' alkalojdi tropaniċi f'ċertu ikel b'bażi ta' ċereali għat-trabi u t-tfal żgħar (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 54j (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 579/2014):

“, kif emendat bi:

32016 R 0238: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/238 tad-19 ta' Frar 2016 (ĠU L 45, 20.2.2016, p. 1).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 54zzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006):

“—

32016 R 0239: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/239 tad-19 ta' Frar 2016 (ĠU L 45, 20.2.2016, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2016/238 u (UE) 2016/239 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 45, 20.2.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 45, 20.2.2016, p. 3.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 80/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2030]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1137 tat-13 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-livell massimu ta' Okratossina A fil-ħwawar Capsicum spp (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1137: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1137 tat-13 ta' Lulju 2015 (ĠU L 185, 14.7.2015, p. 11).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/1137 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifikazzjonijiet kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 185, 14.7.2015, p. 11.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 81/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2031]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2062 tas-17 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 f'dak li għandu x'jaqsam mas-sustanza “sisapronil” (1) għandu jiddaħħal fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiġi miżjud fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 2062: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2062 tas-17 ta' Novembru 2015 (ĠU L 301, 18.11.2015, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2062 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 301, 18.11.2015, p. 7.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 82/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE [2017/2032]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/26 tat-13 ta' Jannar 2016 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (“REACH”) fir-rigward tal-etossilati tan-nonilfenol (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE:

“—

32016 R 0026: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/26 tat-13 ta' Jannar 2016 (ĠU L 9, 14.1.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2016/26 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 9, 14.1.2016, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 83/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2033]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/217 tas-16 ta' Frar 2016 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (“REACH”) fir-rigward tal-kadmju (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0217: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/217 tas-16 ta' Frar 2016 (ĠU L 40, 17.2.2016, p. 5).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/217 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 40, 17.2.2016, p. 5.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 84/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2034]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/105 tat-27 ta' Jannar 2016 li japprova l-bifenil-2-ol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 4, 6 u 13 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/124 tad-29 ta' Jannar 2016 li japprova PHMB (1600; 1.8) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 4 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/125 tad-29 ta' Jannar 2016 li japprova l-PHMB (1600; 1.8) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 2, 3, 11 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/131 tal-1 ta' Frar 2016 li japprova C(M)IT/MIT (3:1) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 2, 4, 6, 11, 12 u 13 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/107 tas-27 ta' Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni taċ-ċibutrin bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/108 tas-27 ta' Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tat-2-Butanon, perossidu bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1 u 2 (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/109 tas-27 ta' Jannar 2016 biex ma tapprovax il-PHMB (1600; 1.8) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 6 u 9 (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/110 tas-27 ta' Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tat-triklosan bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 1 (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/135 tad-29 ta' Jannar 2016 li tipposponi d-data ta' skadenza tal-approvazzjoni tal-flokoumafen, tal-brodifakoum u tal-warfarina għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 14 (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12zzzb (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/985) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“12zzzc.

32016 R 0105: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/105 tas-27 ta' Jannar 2016 li japprova l-bifenil-2-ol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 4, 6 u 13 (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 74).

12zzzd.

32016 D 0107: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/107 tas-27 ta' Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni taċ-ċibutrin bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 81).

12zzze.

32016 D 0108: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/108 tas-27 ta' Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tat-2-Butanon, perossidu bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 1 u 2 (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 83).

12zzzf.

32016 D 0109: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/109 tas-27 ta' Jannar 2016 biex ma tapprovax il-PHMB (1600; 1.8) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 6 u 9 (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 84).

12zzzg.

32016 D 0110: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/110 tas-27 ta' Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tat-triklosan bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 1 (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 86).

12zzzh.

32016 R 0124: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/124 tad-29 ta' Jannar 2016 li japprova l-PHMB (1600; 1.8) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodott tat-tipi 4 (ĠU L 24, 30.1.2016, p. 1).

12zzzi.

32016 R 0125: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/125 tad-29 ta' Jannar 2016 li japprova l-PHMB (1600; 1.8) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 2, 3 u 11 (ĠU L 24, 30.1.2016, p. 6).

12zzzj.

32016 R 0131: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/131 tal-1 ta' Frar 2016 li japprova s-C(M)IT/MIT (3:1) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 2, 4, 6, 11, 12 u 13 (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 48).

12zzzk.

32016 D 0135: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/135 tat-29 ta' Jannar 2016 li tipposponi d-data ta' skadenza tal-approvazzjoni tal-flokoumafen, tal-brodifakoum u tal-warfarina għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 14 (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 65).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/105, (UE) 2016/124, (UE) 2016/125 u (UE) 2016/131 u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/107, (UE) 2016/108, (UE) 2016/109, (UE) 2016/110 u (UE) 2016/135fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 21, 28.1.2016, p. 74.

(2)  ĠU L 24, 30.1.2016, p. 1.

(3)  ĠU L 24, 30.1.2016, p. 6.

(4)  ĠU L 25, 2.2.2016, p. 48.

(5)  ĠU L 21, 28.1.2016, p. 81.

(6)  ĠU L 21, 28.1.2016, p. 83.

(7)  ĠU L 21, 28.1.2016, p. 84.

(8)  ĠU L 21, 28.1.2016, p. 86.

(9)  ĠU L 25, 2.2.2016, p. 65.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 85/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2035]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 tal-20 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-D, aċibenżolar-s-metil, amitrol, bentażon, ċjalofop-butil, dikwat, esfenvalerat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), glifosat, iprovalikarb, isoproturon, lambda-ċjalotrina, metalaksil-m, metsulfuron-metil, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, piraflufen-etil, tijabendażol, tifensulfuron-metil u triasulfuron (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 13a (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1885: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 tal-20 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 276, 21.10.2015, p. 48).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1885 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 276, 21.10.2015, p. 48.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 86/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2036]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2033 tat-13 ta' Novembru 2015 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva 2,4-D, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2047 tas-16 ta' Novembru 2015 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva esfenvalerat, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2084 tat-18 ta' Novembru 2015 li japprova s-sustanza attiva flupiradifuron, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2105 tal-20 ta' Novembru 2015 li japprova s-sustanza attiva flumetralin, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiġu miżjuda mal-punt 13a (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):

“—

32015 R 2033: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2033 tat-13 ta' Novembru 2015 (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 8),

32015 R 2047: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2047 tas-16 ta' Novembru 2015 (ĠU L 300, 17.11.2015, p. 8),

32015 R 2084: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2084 tas-L-Erbgħa, 18 ta' Novembru 2015 (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 89),

32015 R 2105: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2105 tal-20 ta' Novembru 2015 (ĠU L 305, 21.11.2015, p. 31).”

2.

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 13zzzzzo (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2085):

“13zzzzzp.

32015 R 2033: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2033 tat-13 ta' Novembru 2015 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva 2,4-D, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 8).

13zzzzzq.

32015 R 2047: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2047 tas-16 ta' Novembru 2015 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva esfenvalerat, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 300, 17.11.2015, p. 8).

13zzzzzr.

32015 R 2084: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2084 tat-18 ta' Novembru 2015 li japprova s-sustanza attiva flupiradifuron, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 89).

13zzzzzs.

32015 R 2105: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2105 tal-20 ta' Novembru 2015 li japprova s-sustanza attiva flumetralin bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 305, 21.11.2015, p. 31).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2033, (UE) 2015/2047, (UE) 2015/2084 u (UE) 2015/2105 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 298, 14.11.2015, p. 8.

(2)  ĠU L 300, 17.11.2015, p. 8.

(3)  ĠU L 302, 19.11.2015, p. 89.

(4)  ĠU L 305, 21.11.2015, p. 31.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 87/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2037]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2198 tas-27 ta' Novembru 2015 li japprova s-sustanza attiva rescalure, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 13a (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):

“—

32015 R 2198: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2198 tas-27 ta' Novembru 2015 (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 35).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 13zzzzzt (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2105):

“13zzzzzu.

32015 R 2198: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2198 tas-27 ta' Novembru 2015 li japprova s-sustanza attiva rescalure, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 35).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2198 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 313, 28.11.2015, p. 35.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 88/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2038]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/9 tal-5 ta' Jannar 2016 dwar is-sottomissjoni konġunta ta' dejta u l-kondiviżjoni ta' dejta b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 16 (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/758/UE) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“17.

32016 R 0009: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/9 tal-5 ta' Jannar 2016 dwar is-sottomissjoni konġunta ta' dejta u l-kondiviżjoni ta' dejta b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 3, 6.1.2016, p. 41).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/9 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 3, 6.1.2016, p. 41.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 89/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2039]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (1) għandha tiġi inkoporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva 2014/53/UE tħassar, b'effett mit-13 ta' Ġunju 2016, id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE b'effett mit-13 ta' Ġunju 2016.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XVIII tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 4zzq (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/638/UE):

“4zzr.

32014 L 0053: Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).”

2.

It-test tal-punt 4zg (id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b'effett mit-13 ta' Ġunju 2016, minbarra l-ewwel inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/637/KE), li xorta se jibqa' fis-seħħ wara t-13 ta' Ġunju 2016, u għalhekk jiddaħħal bħala punt ġdid wara l-punt 4zg (id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“4zga.

32000 D 0637: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/637/KE tat-22 ta' Settembru 2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 1999/5/KE għal apparat tar-radju kopert taħt l-arranġament reġjonali dwar is-servizz ta' radju telefon fuq passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 50).”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva 2014/53/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62.

(2)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 90/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2040]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1735 tal-24 ta' Settembru 2015 dwar il-pożizzjoni preċiża tat-twissija ġenerali u tal-messaġġ ta' informazzjoni fuq it-tabakk tal-brim ikkummerċjalizzat fil-boroż (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1842 tad-9 ta' Ottubru 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-tqassim tal-għamla, id-disinn u l-forma ta' twissijiet tas-saħħa kkombinati għal prodotti tat-tabakk għat-tipjip (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 3 (id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“3a.

32015 D 1735: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1735 tal-24 ta' Settembru 2015 dwar il-pożizzjoni preċiża tat-twissija ġenerali u tal-messaġġ ta' informazzjoni fuq it-tabakk tal-brim ikkummerċjalizzat fil-boroż (ĠU L 252, 29.9.2015, p. 49).

3b.

32015 D 1842: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1842 tad-9 ta' Ottubru 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-tqassim tal-għamla, id-disinn u l-forma ta' twissijiet tas-saħħa kkombinati għal prodotti tat-tabakk għat-tipjip (ĠU L 267, 14.10.2015, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1735 u (UE) 2015/1842 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim ŻEE, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 252, 29.9.2015, p. 49.

(2)  ĠU L 267, 14.10.2015, p. 5.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 91/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2017/2041]

IL-KUMITAT KONĠUNT DWAR IŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Annessi II u IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jinħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6o (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095) tal-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“6p.

32015 R 1188: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta' April 2015 li jimplementa d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 76).”

Artikolu 2

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 26p (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095) tal-Anness IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“26q.

32015 R 1188: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta' April 2015 li jimplementa d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 76).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/1188 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 193, 21.7.2015, p. 76.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 92/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2042]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2352 tas-16 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni ta' sejħiet bil-mobile madwar l-Unjoni (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness XI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 5cu (ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32015 R 2120: Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1).”

2.

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 5cua (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1203/2012):

“5cub.

32015 R 2352: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2352 tas-16 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni ta' sejħiet bil-mobile madwar l-Unjoni (ĠU L 331, 17.12.2015, p. 7).”

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 5oab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004):

“5ob.

32015 R 2120: Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/2120 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2352 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1.

(2)  ĠU L 331, 17.12.2015, p. 7.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 93/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/2043]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/130 tal-1 ta' Frar 2016 li jadatta għall-progress tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 21 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0130: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/130 tal-1 ta' Frar 2016 (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 46).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/130 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 25, 2.2.2016, p. 46.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 94/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/2044]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2087 tat-18 ta' Novembru 2015 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE,

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 56i (id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 L 2087: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2087 tat-18 ta' Novembru 2015 (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 99).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva (UE) 2015/2087 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016 bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 302, 19.11.2015, p. 99.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 95/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/2045]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2338 tal-11 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward ta' rekwiżiti għal reġistraturi tat-titjira, tagħmir għal-lokalizzazzjoni taħt l-ilma u sistemi ta' traċċar tal-inġenji tal-ajru (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 66nf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 2338: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2338 tal-11 ta' Diċembru 2015 (ĠU L 330, 16.12.2015, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2015/2338 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 330, 16.12.2015, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 96/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/2046]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 tal-10 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 2322: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 tal-10 ta' Diċembru 2015 (ĠU L 328, 12.12.2015, p. 67).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2322 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 328, 12.12.2015, p. 67.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 97/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness XVI (Akkwist pubbliku) tal-Ftehim ŻEE [2017/2047]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (1), kif rettifikata bil-ĠU L 114, 5.5.2015, p. 24, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Direttiva 2014/24/UE tħassar id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Direttiva 2014/25/UE tħassar id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(6)

Għalhekk, l-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XVI mal-Ftehim, inklużi l-Appendiċi 1 sa 14 għal dak l-Anness, għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2014/23/UE, kif rettifikati bil-ĠU L 114, 5.5.2015, p. 24, 2014/24/UE u 2014/25/UE bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.

(3)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.

(4)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(5)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


ANNESS

L-ANNESS XVI (Akkwist Pubbliku) għall-Ftehim taż-ŻEE, inklużi l-Appendiċi 1 sa 14 għal dak l-Anness, għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Artikoli li ġejjin.

Artikolu 1

Il-kliem “2004/17/KE u 2004/18/KE” tal-paragrafu 1 tal-Adattamenti Settorjali jiġi sostitwit bil-kliem “2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE”.

Artikolu 2

Il-punt 2 (id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.

32014 L 0024: Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Ir-referenzi għall-Artikolu 107 TFUE jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE.

(b)

Ir-referenzi għall-Artikolu 346 TFUE jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 123 tal-Ftehim ŻEE.

(c)

L-Annessi I, III u XI huma supplimentati bl-Appendiċi 1 sa 3 għal dan l-Anness.

(d)

Fl-Artikolu 73 il-kliem “it-Trattati u din id-Direttiva li ġie ddikjarat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi proċedura skont l-Artikolu 258 tat-TFUE” jinqraw “il-Ftehim ŻEE u din id-Direttiva li ġie ddikjarat mill-Qorti tal-EFTA fi proċedura skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja”.

(e)

L-Artikolu 25 ma japplikax.

(f)

Fl-Anness X, ir-referenzi għall-konvenzjonijiet tal-ILO ma japplikawx għal-Liechtenstein. Madankollu, il-Liechtenstein se jiżgura l-konformità mal-istandards ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness X.”

Artikolu 3

Il-punt 4 (id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.

32014 L 0025: Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Ir-referenzi għall-Artikolu 107 TFUE jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE.

(b)

L-Artikoli 43, 85 u 86 ma japplikawx.

(c)

Ir-referenzi għall-Artikolu 346 TFUE jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 123 tal-Ftehim ŻEE.

(d)

Fl-Artikolu 90 il-kliem “it-Trattati u din id-Direttiva li ġie ddikjarat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi proċedura skont l-Artikolu 258 tat-TFUE” jinqraw “il-Ftehim ŻEE u din id-Direttiva li ġie ddikjarat skont il-Qorti tal-EFTA fi proċedura skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja”.

(e)

Fl-Anness XIV, ir-referenzi għall-Konvenzjonijiet tal-ILO ma japplikawx għal-Liechtenstein. Madankollu, il-Liechtenstein għandu jiżgura l-konformità ma' standards ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness XIV.”

Artikolu 4

L-inċiż li ġej huwa miżjud fil-punti 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE) u 5a (id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE):

“—

32014 L 0023: Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1), kif rettifikata fil-ĠU L 114, 5.5.2015, p. 24.”.

Artikolu 5

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6e (id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“6f.

32014 L 0023: Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjonijiet (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1), kif rettifikata bil-ĠU L 114, 5.5.2015, p. 24.

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Ir-referenzi għall-Artikolu 346 TFUE jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 123 tal-Ftehim ŻEE.

(b)

L-Artikolu 44(c) jinbidel b'dan li ġej:

‘il-Qorti tal-EFTA ssib, fi proċedura skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja, li Stat tal-EFTA naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont il-Ftehim ŻEE minħabba l-fatt li awtorità kontraenti jew entità kontraenti li tappartjeni għal dak l-Istat tal-EFTA tkun tat il-konċessjoni inkwistjoni mingħajr ma kkonformat mal-obbligi tagħha skont il-Ftehim ŻEE u din id-Direttiva.’

(c)

Fl-Anness X, ir-referenzi għall-konvenzjonijiet tal-ILO ma japplikawx għal-Liechtenstein. Madankollu, il-Liechtenstein se jiżgura l-konformità mal-istandards ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness X.”

Artikolu 6

L-Appendiċi 1 sa 14 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

APPENDIĊI 1

LISTI TA' AWTORITAJIET TAL-GVERN ĊENTRALI MSEMMIJA FIT-TIENI SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 2(1) TAD-DIRETTIVA 2014/24/UE

I.

Fl-IŻLANDA:

Forsætisráðuneytið

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Atvinnuvega- og nýsköpunarráðuneytið

Il-Ministeru tal-Industriji u l-Innovazzjoni

Fjármála- og efnahagsráðuneytið

Il-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi

Innanríkisráðuneytið

Il-Ministeru tal-Intern

Mennta- og menningarmálaráðuneytið

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura

Umhverfis- og auðlindaráðuneytið

Il-Ministeru għall-Ambjent u r-Riżorsi Naturali

Utanríkisráðuneytið

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin

Velferðarráðuneytið

Ministeru tal-Protezzjoni Soċjali

II.

Fil-LIECHTENSTEIN:

Regierung des Fürstentums Liechtenstein

Il-Gvern tal-Prinċipat tal-Liechtenstein

III.

Fin-NORVEĠJA:

Statsministerens kontor

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Arbeids- og sosialdepartementet

Il-Ministeru tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali

Barne-, likestillings- og inkluderingsdepartementet

Il-Ministeru tat-Tfal, l-Ugwaljanza u l-Inklużjoni Soċjali

Finansdepartementet

Il-Ministeru tal-Finanzi

Forsvarsdepartementet

Il-Ministeru tad-Difiża

Helse- og omsorgsdepartementet

Il-Ministeru tas-Saħħa u s-Servizzi tal-Kura

Justis- og beredskapsdepartementet

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u s-Sigurtà Pubblika

Klima- og miljødepartementet

Il-Ministeru tal-Klima u l-Ambjent

Kommunal- og moderniseringsdepartementet

Il-Ministeru tal-Gvern Lokali u l-Modernizzazzjoni

Kulturdepartementet

Il-Ministeru tal-Kultura

Kunnskapsdepartementet

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u r-Riċerka

Landbruks- og matdepartementet

Il-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Ikel

Nærings- og fiskeridepartementet

Il-Ministeru tal-Kummerċ, l-Industrija u s-Sajd

Olje- og energidepartementet

Il-Ministeru tal-Petrolju u l-Enerġija

Samferdselsdepartementet

Il-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni

Utenriksdepartementet

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin

L-Aġenziji u l-Istituzzjonijiet subordinati għal dawn il-Ministeri.

APPENDIĊI 2

LISTI TA' PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(b) TAD-DIRETTIVA 2014/24/UE FIR-RIGWARD TA' KUNTRATTI MOGĦTIJA MILL-AWTORITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAD-DIFIŻA

 

L-IŻLANDA

 

IL-LIECHTENSTEIN

 

IN-NORVEĠJA:

L-uniku test applikabbli għall-finijiet ta' dan il-Ftehim huwa dak fl-Anness 4, punt 2 tal-FAP li fuqu hija bbażata l-lista indikattiva tal-prodotti:

Kapitolu 25

:

Melħ; kubrit; prodotti ta' trab u ġebel; materjali tal-kisi, ġir u siment

Kapitolu 26

:

Minerali metalliċi, skart u rmied

Kapitolu 27

:

Karburanti minerali, żjut minerali u prodotti mid-distillazzjoni tagħhom; sustanzi li fihom il-qatran; xama' minerali, minbarra:

ex ex 27.10

karburanti speċjali tal-magni

Kapitolu 28

:

Sustanzi kimiċi inorganiċi; komposti organiċi u inorganiċi ta' metalli prezzjużi, ta' metalli ta' elementi terrestri rari, ta' elementi radjuattivi u ta' isotopi, minbarra:

ex ex 28.09

splussivi

ex ex 28.13

splussivi

ex ex 28.14

gass tad-dmugħ

ex ex 28.28

splussivi

ex ex 28.32

splussivi

ex ex 28.39

splussivi

ex ex 28.50

prodotti tossiċi

ex ex 28.51

prodotti tossiċi

ex ex 28.54

splussivi

Kapitolu 29

:

Sustanzi kimiċi organiċi, minbarra:

ex ex 29.03

splussivi

ex ex 29.04

splussivi

ex ex 29.07

splussivi

ex ex 29.08

splussivi

ex ex 29.11

splussivi

ex ex 29.12

splussivi

ex ex 29.13

prodotti tossiċi

ex ex 29.14

prodotti tossiċi

ex ex 29.15

prodotti tossiċi

ex ex 29.21

prodotti tossiċi

ex ex 29.22

prodotti tossiċi

ex ex 29.23

prodotti tossiċi

ex ex 29.26

splussivi

ex ex 29.27

prodotti tossiċi

ex ex 29.29

splussivi

Kapitolu 30

:

Prodotti farmaċewtiċi

Kapitolu 31

:

Fertilizzanti

Kapitolu 32

:

Estratti tal-kunzatura u taż-żebgħa; tannini u d-derivattivi tagħhom; żebgħa, kuluri, żebgħa u verniċi, stokk, fillers u stoppings, inka

Kapitolu 33

:

Żjut essenzjali u reżinojdi; fwejjaħ, kożmetiċi u preparazzjonijiet tat-twaletta

Kapitolu 34

:

Sapun, aġenti organiċi tensjoattivi, preparazzjonijiet tal-ħasil, preparazzjonijiet lubrikanti, xemgħa artifiċjali, xemgħa ppreparata, preparazzjonijiet għall-illustrar u għall-għorik, xemgħat u oġġetti simili, pasta għall-immudellar u ‘xemgħat dentali’

Kapitolu 35

:

Sustanzi albuminojdali; kolol; enżimi

Kapitolu 37

:

Oġġetti tal-fotografija u ċ-ċinematografija

Kapitolu 38

:

Prodotti kimiċi mixxellanji, minbarra:

ex ex 38.19

prodotti tossiċi

Kapitolu 39

:

Reżini artifiċjali u materjali tal-plastik, esteri u eteri taċ-ċelluloża, prodotti tagħhom, minbarra:

ex ex 39.03

splussivi

Kapitolu 40

:

Lasktu, lasktu sintetiku, factice, u prodotti tagħhom, minbarra:

ex ex 40.11

tajers li huma bullet-proof

Kapitolu 41

:

Ġlud mhux maħdumin (ħlief ferijiet) u ġilda

Kapitolu 42

:

Oġġetti tal-ġilda; oġġetti tas-sarraġ u xedd; oġġetti għall-ivvjaġġar, handbags u kontenituri simili; oġġetti tal-musrana tal-annimali (ħlief musrana tad-dudu tal-ħarir)

Kapitolu 43

:

Ferijiet u fer artifiċjali; manifatturati tagħhom

Kapitolu 44

:

Injam u oġġetti tal-injam; faħam tal-injam

Kapitolu 45

:

Sufra u oġġetti tas-sufra

Kapitolu 46

:

Manifattura tat-tiben tal-esparto u materjali oħrajn ta' immaljar; insiġ ta' qfuf u xogħol tal-qasab

Kapitolu 47

:

Materjal użat għall-manifattura tal-karti

Kapitolu 48

:

Karta u kartonċin; oġġetti mill-polpa tal-karta, tal-karta jew tal-kartun

Kapitolu 49

:

Kotba stampati, gazzetti, stampi u prodotti oħrajn tal-industrija tal-istampar; manuskritti, testi ttajpjati u pjanti

Kapitolu 65

:

Xedd ir-ras u partijiet tiegħu

Kapitolu 66

:

Umbrelel, sunshades, bsaten, frosti, riding-crops u partijiet tagħhom

Kapitolu 67

:

Rix u l-ewwel rix ippreparat u oġġetti magħmula mir-rix jew mill-ewwel rix; fjuri artifiċjali; oġġetti ta' xagħar uman

Kapitolu 68

:

Oġġetti magħmula mill-ġebel, mill-ġibs, mis-siment, mill-asbestos, mill-majka u minn materjali simili

Kapitolu 69

:

Prodotti ta' ċeramika

Kapitolu 70

:

Ħġieġ u affarijiet magħmula mill-ħġieġ

Kapitolu 71

:

Perli, ħaġar prezzjuż u semi-prezzjuż, metalli prezzjużi, metalli prezzjużi rrumblati, u oġġetti oħra ta' dan it-tip; ġojjelli artifiċjali

Kapitolu 73

:

Ħadid u azzar u oġġetti magħmula minnhom

Kapitolu 74

:

Ram u oġġetti derivati minnu

Kapitolu 75

:

Nikil u oġġetti derivati minnu

Kapitolu 76

:

Aluminju u oġġetti magħmula minnu

Kapitolu 77

:

Manjeżju u berillju u oġġetti magħmula minnhom

Kapitolu 78

:

Ċomb u oġġetti magħmula minnu

Kapitolu 79

:

Żingu u oġġetti magħmula minnu

Kapitolu 80

:

Landa u oġġetti magħmula minnha

Kapitolu 81

:

Metalli ta' bażi oħra li jintużaw fil-ħidma tal-metalli u oġġetti magħmula minnhom

Kapitolu 82

:

Għodod, tagħmir, pożati, mgħaref u frieket, ta' metall ta' valur baxx; komponenti tagħhom, minbarra:

ex ex 82.05

għodod

ex ex 82.07

għodod, partijiet

Kapitolu 83

:

Oġġetti varji ta' metall ta' valur baxx

Kapitolu 84

:

Bojlers, makkinarju u tagħmir mekkaniku; komponenti tagħhom, minbarra:

ex ex 84.06

magni

ex ex 84.08

magni oħrajn

ex ex 84.45

makkinarju

ex ex 84.53

magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-dejta

ex ex 84.55

komponenti ta' magni taħt l-intestatura 84.53

ex ex 84.59

reatturi nukleari

Kapitolu 85

:

Makkinarju u tagħmir tal-elettriku; komponenti tagħhom, minbarra:

ex ex 85.13

apparat tat-telekomunikazzjoni

ex ex 85.15

apparat ta' trasmissjoni

Kapitolu 86

:

Lokomotivi bil-ferroviji u t-tram, vetturi ferrovjarji u komponenti tagħhom, minbarra:

ex ex 86.02

lokomotivi blindati, tal-elettriku

ex ex 86.03

lokomotivi blindati oħrajn

ex ex 86.05

vaguni blindati

ex ex 86.06

vaguni tat-tiswija

ex ex 86.07

vaguni

Kapitolu 87

:

Vetturi, minbarra vetturi ferrovjarji jew tat-tram, u komponenti tagħhom, minbarra:

ex ex 87.01

tratturi

ex ex 87.02

vetturi militari

ex ex 87.03

trakkijiet tal-irmunkar

ex ex 87.08

tankijiet u vetturi blindati oħrajn

ex ex 87.09

muturi

ex ex 87.14

trailers

Kapitolu 89

:

Bastimenti, dgħajjes u strutturi li jżommu fil-wiċċ tal-ilma, minbarra:

ex ex 89.01 A

vapuri tal-gwerra

Kapitolu 90

:

Strumenti u apparat ottiċi, fotografiċi, ċinematografiċi, għall-kejl, għall-kontroll, għall-preċiżjoni, mediċi u kirurġiċi; komponenti tagħhom, minbarra:

ex ex 90.05

trombi

ex ex 90.13

strumenti mixxellanji, lasers

ex ex 90.14

telemetri

ex ex 90.28

strumenti elettriċi u elettroniċi għall-kejl

ex ex 90.11

mikroskopji

ex ex 90.17

strumenti mediċi

ex ex 90.18

apparat tat-terapija mekkanika

ex ex 90.19

tagħmir tal-ortopedija

ex ex 90.20

apparat tal-X-ray

Kapitolu 91

:

Manifattura ta' arloġġi tal-polz u tal-arloġġi

Kapitolu 92

:

Strumenti mużikali; apparat għar-reġistrazzjoni u r-riproduzzjoni tal-ħoss; apparat għar-reġistrazzjoni jew ir-riproduzzjoni ta' xbihar u ħsejjes televiżivi; partijiet u aċċessorji ta' dawn l-oġġetti

Kapitolu 94

:

Għamara u partijiet tagħha; friex, saqqijiet, rfid tas-saqqijiet, kuxins u tagħmir mimli simili, minbarra:

ex ex 94.01 A

sits tal-inġenji tal-ajru

Kapitolu 95

:

Oġġetti u manifatturi ta' materjal ta' skultura jew immudellar

Kapitolu 96

:

Xkupi, xkupilji, powder-puffs u passaturi

Kapitolu 98

:

Oġġetti manifatturati varji;

APPENDIĊI 3

REĠISTRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 58(2) TAD-DIRETTIVA 2014/24/UE

fl-Iżlanda, ir-‘Ríkisskattstjóri’

fil-Liechtenstein, il-‘Gewerberegister’ u l-‘Handelsregister’

fin-Norveġja, il-‘Foretaksregisteret’


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 98/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness XVI (Akkwist pubbliku) tal-Ftehim ŻEE [2017/2048]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2170 tal-24 ta' Novembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti (1) għandu jiddaħħal fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2171 tal-24 ta' Novembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti (2) għandu jiddaħħal fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2172 tal-24 ta' Novembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti (3) għandu jiddaħħal fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Li ġej jinżdied mal-punt 2 (id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32015 R 2170: Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2170 tal-24 ta' Novembru 2015 (ĠU L 307, 25.11.2015, p. 5).”

2.

Li ġej jiżdied mal-punt 4 (id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32015 R 2171: Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2171 tal-24 ta' Novembru 2015 (ĠU L 307, 25.11.2015, p. 7).”

3.

Li ġej jinżdied mal-punt 6f (id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32015 R 2172: Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2172 tal-24 ta' Novembru 2015 (ĠU L 307, 25.11.2015, p. 9).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2170, (UE) 2015/2171 u (UE) 2015/2172 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-30 ta' April 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 97/2016 tat-29 ta' April 2016 (4), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 307, 25.11.2015, p. 5.

(2)  ĠU L 307, 25.11.2015, p. 7.

(3)  ĠU L 307, 25.11.2015, p. 9.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(4)  Ara l-paġna 49 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 99/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness XVI (Akkwist) tal-Ftehim ŻEE [2017/2049]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 tal-11 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta' avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jirrevoka r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 842/2011 (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 iħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 842/2011 (2) li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE jkun emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6f (id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“6g.

32015 R 1986: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 tal-11 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta' avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jirrevoka r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 842/2011 (ĠU L 296, 12.11.2015, p. 1).”

2.

It-test tal-punt 6d (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 842/2011) jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 97/2016 tad-29 ta' April 2016 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 296, 12.11.2015, p. 1.

(2)  ĠU L 222, 27.8.2011, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(3)  Ara l-paġna 49 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/61


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 100/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/2050]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2119 tal-20 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-produzzjoni ta' pannelli bbażati fuq l-injam (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XX mal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1fl (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/768/UE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“1fm.

32015 D 2119: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2119 tal-20 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-produzzjoni ta' pannelli bbażati fuq l-injam (ĠU L 306, 24.11.2015, p. 31).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2119 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 229/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 306, 24.11.2015, p. 31.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.

(2)  ĠU L 85, 30.3.2017, p. 53.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 101/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/2051]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2002 tal-10 ta' Novembru 2015 li jemenda l-Annessi IC u V tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta' skart (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XX mal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 32c (ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX għall-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 2002: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2002 tal-10 ta' Novembru 2015 (ĠU L 294, 11.11.2015, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/2002 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 294, 11.11.2015, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 102/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/2052]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/114 tat-28 ta' Jannar 2016 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2017 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li jikkonċernaw is-saħħa u s-saħħa tat-tfal (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18ie (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/245) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“18if.

32016 R 0114: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/114 tat-28 ta' Jannar 2016 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2017 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li jikkonċernaw is-saħħa u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 23, 29.1.2016, p. 40).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/114 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 23, 29.1.2016, p. 40.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/64


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 103/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2053]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2113 tat-23 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità 16 u 41 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE jeħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 2113: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2113 tat-23 ta' Novembru 2015 (ĠU L 306, 24.11.2015, p. 7).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2015/2113 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 306, 24.11.2015, p. 7.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/65


NOTA LILL-QARREJ

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2016 ġiet irtirata qabel l-adozzjoni u għaldaqstant ma teżistix.