ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 297

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
15 ta' Novembru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2083 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2084 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2085 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2086 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2087 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2088 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

11

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2089 tal-14 ta' Novembru 2017 dwar l-arranġamenti tekniċi għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta' sistemi elettroniċi għall-iskambju tal-informazzjoni, u għall-ħżin ta' din l-informazzjoni skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

13

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2090 tal-14 ta' Novembru 2017 li jġedded l-approvazzjoni tal-birra bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

22

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2091 tal-14 ta' Novembru 2017 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva iprodione, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

25

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2083

tas-6 ta' Novembru 2017

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2009/896/KE (1), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (2) (il-“Ftehim”). Il-Ftehim jipprevedi vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini ta' Antigua u Barbuda meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perjodu massimu ta' tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(3)

Huwa neċessarju li din id-definizzjoni l-ġdida tiġi inkorporata fil-Ftehim sabiex ir-reġim ta' soġġorn għal perjodu qasir tal-Unjoni jkun armonizzat kompletament.

(4)

Fid-9 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill adotta Deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ma' Antigwa u Barbuda dwar ftehim li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (il-“Ftehim emendatorju”).

(5)

In-negozjati dwar il-Ftehim emendatorju ġew iffinalizzati b'suċċess bl-inizjalar tiegħu, permezz ta' Skambju ta' Ittri, fit-28 ta' Ottubru 2016.

(6)

Jenħtieġ li l-Ftehim emendatorju jiġi ffirmat, u li d-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim emendatorju jiġu approvati, f'isem l-Unjoni.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (4); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (5); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (6).

Artikolu 2

Id-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim emendatorju għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim emendatorju f'isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TAMM


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/896/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Antigwa u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 38).

(2)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 3.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal- fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u (KE) Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(6)  It-test tal-Ftehim emendatorju ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il- konklużjoni tiegħu.


15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2084

tas-6 ta' Novembru 2017

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2009/898/KE (1), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (2) (il-“Ftehim”). Il-Ftehim jipprevedi vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini ta' Barbados meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perjodu massimu ta' tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(3)

Huwa neċessarju li din id-definizzjoni l-ġdida tiġi inkorporata fil-Ftehim sabiex ir-reġim ta' soġġorn għal perjodu qasir tal-Unjoni jkun armonizzat kompletament.

(4)

Fid-9 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill adotta Deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ma' Barbados dwar ftehim li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (il-“Ftehim emendatorju”).

(5)

In-negozjati dwar il-Ftehim emendatorju ġew iffinalizzat b'suċċess bl-inizjalar tiegħu, permezz ta' Skambju ta' Ittri, fit-8 ta' Frar 2017.

(6)

Jenħtieġ li l-Ftehim emendatorju jiġi ffirmat, u li d-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim emendatorju jiġu approvati, f'isem l-Unjoni.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (4); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (5); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (6).

Artikolu 2

Id-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim emendatorjui għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim emendatorju f'isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TAMM


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/898/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 40).

(2)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 10.

(3)  Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal- fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u (KE) Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(6)  It-test tal-Ftehim emendatorju ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2085

tas-6 ta' Novembru 2017

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2009/897/KE (1), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (2) (il-“Ftehim”. Il-Ftehim jipprevedi vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini tal-Commonwealth tal-Bahamas meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perjodu massimu ta' tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(3)

Huwa neċessarju li din id-definizzjoni l-ġdida tiġi inkorporata fil-Ftehim sabiex ir-reġim ta' soġġorn għal perjodu qasir tal-Unjoni jkun armonizzat kompletament.

(4)

Fid-9 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill adotta Deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Commonwealth tal-Bahamas dwar ftehim li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (il-“Ftehim emendatorju”).

(5)

In-negozjati dwar il-Ftehim emendatorju ġew iffinalizzati b'suċċess bl-inizjalar tiegħu, permezz ta' Skambju ta' Ittri, fit-30 ta' Awwissu 2016.

(6)

Jenħtieġ li l-Ftehim emendatorju jiġi ffirmat, u li d-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim emendatorju jiġu approvati, f'isem l-Unjoni.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (4); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (5); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (6).

Artikolu 2

Id-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim emendatorju għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim emendatorju f'isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TAMM


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/897/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 39).

(2)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 24.

(3)  Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u (KE) Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(6)  It-test tal-Ftehim emendatorju ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il- konklużjoni tiegħu.


15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2086

tas-6 ta' Novembru 2017

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2009/901/KE (1), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (2) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim jipprevedi vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini tal-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perjodu massimu ta' tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(3)

Huwa neċessarju li din id-definizzjoni l-ġdida tiġi inkorporata fil-Ftehim sabiex ir-reġim ta' soġġorn għal perjodu qasir tal-Unjoni jkun armonizzat kompletament.

(4)

Fid-9 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill adotta Deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati mal-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar ftehim li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (il-“Ftehim emendatorju”).

(5)

In-negozjati dwar il-Ftehim emendatorju ġew iffinalizzat b'suċċess bl-inizjalar tiegħu, permezz ta' Skambju ta' Ittri, fit-28 ta' Lulju 2016.

(6)

Jenħtieġ li l-Ftehim emendatorju jiġi ffirmat, u li d-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim emendatorju jiġu approvati, f'isem l-Unjoni.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (4);għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (5); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (6).

Artikolu 2

Id-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim emendatorju għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim emendatorju f'isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TAMM


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/901/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 43).

(2)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 38.

(3)  Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal- fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u (KE) Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(6)  It-test tal-Ftehim emendatorju ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il- konklużjoni tiegħu.


15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2087

tas-6 ta' Novembru 2017

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2009/899/KE (1), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (2) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim jipprevedi vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini ta' tar-Repubblika ta' Mauritius meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perjodu massimu ta' tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(3)

Huwa neċessarju li din id-definizzjoni l-ġdida tiġi inkorporata fil-Ftehim sabiex ir-reġim ta' soġġorn għal perjodu qasir tal-Unjoni jkun armonizzat kompletament.

(4)

Fid-9 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill adotta Deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika ta' Mauritius dwar ftehim li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (il-“Ftehim emendatorju”).

(5)

In-negozjati dwar il-Ftehim emendatorju ġew iffinalizzati b'suċċess bl-inizjalar tiegħu, permezz ta' Skambju ta' Ittri, fil-11 ta' Novembru 2016.

(6)

Jenħtieġ li l-Ftehim emendatorju jiġi ffirmat, u li d-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim emendatorju jiġu approvati, f'isem l-Unjoni.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (4); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (5); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (6).

Artikolu 2

Id-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim emendatorju għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim emendatorju f'isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TAMM


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/899/KE tat- 30 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 41).

(2)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 17.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u (KE) Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(6)  It-test tal-Ftehim emendatorju ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il- konklużjoni tiegħu.


15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2088

tas-6 ta' Novembru 2017

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2009/900/KE (1), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (2) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim jipprovdi għal vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini tar-Repubblika tas-Seychelles meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għall-perjodu massimu ta' tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) introduċa bidliet orizzonatli fl-acquis tal-Unjoni dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(3)

Huwa neċessarju li din id-definizzjoni l-ġdida tiġi inkorporata fil-Ftehim sabiex ir-reġim ta' soġġorn għal perjodu qasir tal-Unjoni jkun armonizzat kompletament.

(4)

Fid-9 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill adotta Deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika tas-Seychelles dwar ftehim li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (il-“Ftehim emendatorju”).

(5)

In-negozjati dwar il-Ftehim emendatorju ġew iffinalizzati b'suċċess bl-inizjalar tiegħu, permezz ta' Skambju ta' Ittri, fil-15 ta' Lulju 2016.

(6)

Jieħtieġ li l-Ftehim emendatorju jiġi ffirmat, u li d-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim emendatorju jiġu approvati, f'isem l-Unjoni.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (4); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (5); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (6).

Artikolu 2

Id-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim emendatorju għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim emendatorju f'isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TAMM


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/900/KE tat- 30 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 42).

(2)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 31.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u (KE) Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(6)  It-test tal-Ftehim emendatorju ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il- konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2089

tal-14 ta' Novembru 2017

dwar l-arranġamenti tekniċi għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta' sistemi elettroniċi għall-iskambju tal-informazzjoni, u għall-ħżin ta' din l-informazzjoni skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 8(1) u 17(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (“il-Kodiċi”) jirrikjedi li l-iskambji kollha ta' informazzjoni bħal dikjarazzjonijiet, applikazzjonijiet jew deċiżjonijiet bejn l-awtoritajiet doganali u bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali, u l-ħżin din l-informazzjoni, kif meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni doganali, isiru billi jintużaw tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-dejta.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 (2) tistabbilixxi Programm ta' Ħidma għall-implimentazzjoni tas-sistemi elettroniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Kodiċi, li jridu jiġu żviluppati permezz ta' proġetti li huma elenkati fit-Taqsima II tal-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(3)

Jenħtieġ li jiġu speċifikati l-arranġamenti tekniċi importanti għall-funzjonament tas-sistemi elettroniċi, bħal arranġamenti għall-iżvilupp, għall-ittestjar u għall-użu kif ukoll għall-manutenzjoni u għall-bidliet li jridu jiddaħħlu fis-sistemi elettroniċi. Jenħtieġ li jiġu speċifikati l-arranġamenti ulterjuri rigward il-protezzjoni tad-dejta, l-aġġornar tad-dejta, il-limitazzjoni tal-ipproċessar tad-dejta u s-sjieda u s-sigurtà tas-sistemi.

(4)

Sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet u l-interessi tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-operaturi ekonomiċi, huwa importanti li jiġu stabbiliti r-regoli proċedurali u jiġu pprovduti soluzzjonijiet alternattivi li jridu jiġu implimentati fil-każ ta' ħsara temporanja fis-sistemi elettroniċi.

(5)

Is-sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali, li ġiet żviluppata permezz tal-proġett tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU msemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, għandha l-għan li tarmonizza l-proċessi għall-applikazzjoni għal deċiżjoni doganali, għat-teħid tad-deċiżjonijiet u għall-ġestjoni tad-deċiżjonijiet fl-Unjoni kollha billi jintużaw biss tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-dejta. Għalhekk, hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli li jirregolaw dik is-sistema elettronika. Jenħtieġ li l-ambitu tas-sistema jiġi stabbilit b'referenza għad-deċiżjonijiet doganali li trid issir applikazzjoni għalihom u li jridu jittieħdu u jiġu ġestiti b'dik is-sistema. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-komponenti komuni tas-sistema (il-portal tan-negozjanti tal-UE, is-sistema ċentrali ta' ġestjoni tad-deċiżjonijiet doganali u s-servizzi ta' referenza tal-klijenti) u għall-komponenti nazzjonali (il-portal nazzjonali tan-negozjanti u s-sistema nazzjonali ta' ġestjoni tad-deċiżjonijiet doganali), billi jiġu speċifikati l-funzjonijiet tagħhom u l-interkonnessjonijiet tagħhom.

(6)

Barra minn hekk, iridu jiddaħħlu fis-seħħ regoli fir-rigward tad-dejta marbuta mal-awtorizzazzjonijiet li diġà jkunu maħżuna f'sistemi elettroniċi eżistenti, bħas-sistema tas-Servizz Regolari tat-Trasport Marittimu (RSS), u trid issir migrazzjoni tas-sistemi nazzjonali fis-Sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali.

(7)

Is-sistema tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u tal-Firma Diġitali, li ġiet żviluppata permezz tal-proġett tal-aċċess dirett min-negozjanti għas-Sistemi tal-Informazzjoni Ewropej (Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u Firma Diġitali) imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, għandha l-għan li ġġestixxi l-proċess ta' awtentikazzjoni u ta' verifika tal-aċċess għall-operaturi ekonomiċi u għal utenti oħra. Hemm bżonn li jiġu stabbiliti regolidettaljati dwar l-ambitu u l-karatteristiki tas-sistema billi jiġu ddefiniti l-komponenti differenti (il-komponenti komuni u dawk nazzjonali) tas-sistema, il-funzjonijiet tagħhom u l-interkonnessjonijiet tagħhom. Madankollu, il-funzjonalità tal-“Firma Diġitali” għadha mhijiex disponibbli bħala parti mis-sistema tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u tal-Firma Diġitali. Għalhekk, f'dan ir-Regolament, l-ebda regola dettaljata ma tista' tiġi stabbilita fir-rigward ta' dik il-funzjonalità.

(8)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. Meta għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali ikun hemm bżonn li tiġi pproċessata d-dejta personali fis-sistemi elettroniċi, dik id-dejta trid tiġi pproċessata skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Id-dejta personali tal-operaturi ekonomiċi u ta' persuni oħra għajr l-operaturi ekonomiċi li tkun ġiet ipproċessata permezz tas-sistemi elettroniċi hija ristretta għas-sett tad-dejta kif iddefinit fil-Grupp 3 — Partijiet tal-Anness A u fl-Anness 12-01 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (5).

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' Applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għas-sistemi elettroniċi li ġejjin:

(a)

is-sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali, li ġiet żviluppata permezz tal-proġett tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU msemmi fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578;

(b)

is-sistema tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u tal-Firma Diġitali, li ġiet żviluppata permezz tal-proġett tal-aċċess dirett min-negozjanti għas-Sistemi tal-Informazzjoni Ewropej (Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u Firma Diġitali) imsemmi fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“komponent komuni” tfisser komponent tas-sistemi elettroniċi li ġie żviluppat fil-livell tal-Unjoni u li huwa disponibbli fl-Istati Membri kollha;

(2)

“komponent nazzjonali” tfisser komponent tas-sistemi elettroniċi li ġie żviluppat fil-livell nazzjonali u li huwa disponibbli fl-Istat Membru li ħoloq komponent bħal dan.

Artikolu 3

Punti ta' kuntatt għas-sistemi elettroniċi

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw punti ta' kuntatt għal kull waħda mis-sistemi elettroniċi għall-finijiet ta' skambju tal-informazzjoni biex tiġi żgurata il-koordinazzjoni fl-iżvilupp, fit-tħaddim u fil-manutenzjoni ta' dawk is-sistemi elettroniċi. Dawn għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta' dawk il-punti ta' kuntatt ma' xulxin.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin minnufih bi kwalunkwe bidla fid-dettalji ta' dawn il-punti ta' kuntatt.

KAPITOLU II

SISTEMA TAD-DEĊIŻJONIJIET DOGANALI

Artikolu 4

Għan u struttura tas-CDS

1.   Is-sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali (CDS) għandha tippermetti l-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra għajr l-operaturi ekonomiċi għall-finijiet ta' preżentazzjoni u ta' pproċessar tal-applikazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1), kif ukoll il-ġestjoni ta' deċiżjonijiet marbuta mal-awtorizzazzjonijiet, jiġifieri, emendi, revoki, annullamenti u sospensjonijiet.

2.   Is-CDS għandha tikkonsisti minn dawn il-komponenti komuni li ġejjin:

(a)

portal tan-negozjanti tal-UE;

(b)

sistema ċentrali ta' ġestjoni tad-deċiżjonijiet doganali (“CDMS ċentrali”);

(c)

servizzi ta' referenza tal-klijenti.

3.   L-Istati Membri jistgħu joħolqu l-komponenti nazzjonali li ġejjin:

(a)

portal nazzjonali tan-negozjanti;

(b)

sistema nazzjonali ta' ġestjoni tad-deċiżjonijiet doganali (“CDMS nazzjonali”).

Artikolu 5

Użu tas-CDS

1.   Is-CDS għandha tintuża għall-finijiet ta' preżentazzjoni u ta' pproċessar tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet li ġejjin, kif ukoll għall-ġestjoni ta' deċiżjonijiet marbuta mal-applikazzjonijiet jew mal-awtorizzazzjonijiet:

(a)

l-awtorizzazzjoni għas-simplifikazzjoni ta' kif jiġu stabbiliti l-ammonti li jkunu parti mill-valur doganali tal-merkanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 73 tal-Kodiċi;

(b)

l-awtorizzazzjoni għall-għoti ta' garanzija komprensiva, inkluż xi tnaqqis jew rinunzja li jista' jkun hemm, kif imsemmi fl-Artikolu 95 tal-Kodiċi;

(c)

l-awtorizzazzjoni għal differiment tal-pagament tad-dazju pagabbli, sakemm il-permess ma jingħatax fir-rigward ta' operazzjoni unika, kif imsemmi fl-Artikolu 110 tal-Kodiċi;

(d)

l-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta' faċilitajiet ta' ħżin temporanju, kif imsemmi fl-Artikolu 148 tal-Kodiċi;

(e)

l-awtorizzazzjoni biex jiġu stabbiliti servizzi regolari tat-trasport marittimu, kif imsemmi fl-Artikolu 120 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446;

(f)

l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta' emittent awtorizzat, kif imsemmi fl-Artikolu 128 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446;

(g)

l-awtorizzazzjoni għall-użu regolari ta' dikjarazzjoni simplifikata, kif imsemmi fl-Artikolu 166(2) tal-Kodiċi;

(h)

l-awtorizzazzjoni għall-ikklerjar ċentralizzat, kif imsemmi fl-Artikolu 179 tal-Kodiċi;

(i)

l-awtorizzazzjoni biex tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali permezz ta' dħul ta' dejta fir-rekords tad-dikjarant, inkluż għall-proċedura ta' esportazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 182 tal-Kodiċi;

(j)

l-awtorizzazzjoni għall-ikklerjar ċentralizzat, kif imsemmi fl-Artikolu 185 tal-Kodiċi;

(k)

l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta' min huwa awtorizzat għall-użin tal-banana, kif imsemmi fl-Artikolu 155 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446;

(l)

l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura tal-ipproċessar attiv, kif imsemmi fl-Artikolu 211(1)(a) tal-Kodiċi;

(m)

l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura tal-ipproċessar passiv, kif imsemmi fl-Artikolu 211(1)(a) tal-Kodiċi;

(n)

l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura tal-użu finali, kif imsemmi fl-Artikolu 211(1)(a) tal-Kodiċi;

(o)

l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura ta' dħul temporanju, kif imsemmi fl-Artikolu 211(1)(a) tal-Kodiċi;

(p)

l-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta' faċilitajiet ta' ħżin għall-proċedura tal-ħażna doganali tal-merkanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 211(1)(b) tal-Kodiċi;

(q)

l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta' destinatarju awtorizzat għal operazzjoni TIR, kif imsemmi fl-Artikolu 230 tal-Kodiċi;

(r)

l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta' konsenjatur awtorizzat għat-tranżitu fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 233(4)(a) tal-Kodiċi;

(s)

l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta' destinatarju awtorizzat għat-tranżitu fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 233(4)(b) tal-Kodiċi;

(t)

l-awtorizzazzjoni għall-użu ta' siġilli ta' tip speċjali, kif imsemmi fl-Artikolu 233(4)(c) tal-Kodiċi;

(u)

l-awtorizzazzjoni għall-użu ta' dikjarazzjoni tat-tranżitu b'sett tad-dejta mnaqqas, kif imsemmi fl-Artikolu 233(4)(d) tal-Kodiċi;

(v)

l-awtorizzazzjoni għall-użu ta' dokument elettroniku tat-trasport bħala dikjarazzjoni doganali, kif imsemmi fl-Artikolu 233(4)(e) tal-Kodiċi.

2.   Il-komponenti komuni tas-CDS għandhom jintużaw għall-applikazzjonijiet u għall-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll għall-ġestjoni ta' deċiżjonijiet marbuta ma' dawk l-applikazzjonijiet u ma' dawk l-awtorizzazzjonijiet meta dawk l-awtorizzazzjonijiet jew dawk id-deċiżjonijiet jista' jkollhom impatt f'iżjed minn Stat Membru wieħed.

3.   Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-komponenti komuni tas-CDS ikunu jistgħu jintużaw għall-applikazzjonijiet u għall-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll għall-ġestjoni ta' deċiżjonijiet marbuta ma' dawk l-applikazzjonijiet u ma' dawk l-awtorizzazzjonijiet meta dawk l-awtorizzazzjonijiet jew dawk id-deċiżjonijiet ikollhom impatt f'dak l-Istat Membru biss.

4.   Is-CDS ma għandhiex tintuża għal applikazzjonijiet, għal awtorizzazzjonijiet jew għal deċiżjonijiet għajr dawk elenkati fil-paragrafu 1.

Artikolu 6

Awtentikazzjoni u aċċess għas-CDS

1.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi u ta' persuni oħra għajr l-operaturi ekonomiċi għall-finijiet ta' aċċess għall-komponenti komuni tas-CDS għandhom isiru billi tintuża s-sistema tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u tal-Firma Diġitali (UUM&DS) imsemmija fl-Artikolu 14.

2.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-uffiċjali tal-Istati Membri għall-finijiet ta' aċċess għall-komponenti komuni tas-CDS għandhom isiru billi jintużaw is-servizzi tan-netwerk ipprovduti mill-Kummissjoni.

3.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-uffiċjali tal-Kummissjoni għall-finijiet ta' aċċess għall-komponenti komuni tas-CDS għandhom isiru billi tintuża s-sistema tal-UUM&DS jew billi jintużaw is-servizzi tan-netwerk ipprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Portal tan-negozjanti tal-UE

1.   Il-portal tan-negozjanti tal-UE għandu jkun punt tad-dħul fis-CDS għall-operaturi ekonomiċi u għal persuni oħra għajr l-operaturi ekonomiċi.

2.   Il-portal tan-negozjanti tal-UE għandu jkun interoperabbli mas-CDMS ċentrali kif ukoll mas-CDMS nazzjonali meta jinħolqu mill-Istati Membri.

3.   Il-portal tan-negozjanti tal-UE għandu jintuża għall-applikazzjonijiet u għall-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1), kif ukoll għall-ġestjoni ta' deċiżjonijiet marbuta ma' dawk l-applikazzjonijiet u ma' dawk l-awtorizzazzjonijiet meta dawk l-awtorizzazzjonijiet jew dawk id-deċiżjonijiet jista' jkollhom impatt f'iżjed minn Stat Membru wieħed.

4.   Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-portal tan-negozjanti tal-UE jista' jintuża għall-applikazzjonijiet u għall-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, kif ukoll għall-ġestjoni ta' deċiżjonijiet marbuta ma' dawk l-applikazzjonijiet u ma' dawk l-awtorizzazzjonijiet meta dawk l-awtorizzazzjonijiet jew dawk id-deċiżjonijiet ikollhom impatt f'dak l-Istat Membru biss.

Meta Stat Membru jieħu deċiżjoni li juża l-portal tan-negozjanti tal-UE għal awtorizzazzjonijiet jew għal deċiżjonijiet li jkollhom impatt f'dak l-Istat Membru biss, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dik id-deċiżjoni.

Artikolu 8

Sistema ċentrali ta' ġestjoni tad-deċiżjonijiet doganali

1.   Is-CDMS ċentrali għandha tintuża mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet u tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1), kif ukoll għall-ġestjoni ta' deċiżjonijiet marbuta ma' dawk l-applikazzjonijiet u dawk l-awtorizzazzjonijiet billi l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tal-applikazzjonijiet u għat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.   Is-CDMS ċentrali għandha tkun interoperabbli mal-portal tan-negozjanti tal-UE, mas-servizzi ta' referenza tal-klijenti u mas-CDMS nazzjonali, meta jinħolqu mill-Istati Membri.

Artikolu 9

Konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali billi tintuża s-CDS

Awtorità doganali ta' Stat Membru għandha tuża s-CDMS ċentrali meta jkollha bżonn tikkonsulta awtorità doganali ta' Stat Membru ieħor qabel ma tieħu deċiżjoni rigward l-applikazzjonijiet jew l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1).

Artikolu 10

Servizzi ta' referenza tal-klijenti

Is-servizzi ta' referenza tal-klijenti għandhom jintużaw għall-ħżin ċentrali ta' dejta marbuta mal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1), kif ukoll għall-ħżin ċentrali ta' deċiżjonijiet marbuta ma' dawk l-awtorizzazzjonijiet, u għandhom jippermettu li ssir il-konsultazzjoni, ir-replikazzjoni u l-validazzjoni ta' dawk l-awtorizzazzjonijiet b'sistemi elettroniċi oħra li jkunu stabbiliti għall-finijiet tal-Artikolu 16 tal-Kodiċi.

Artikolu 11

Portal nazzjonali tan-negozjanti

1.   Il-portal nazzjonali tan-negozjanti, meta dan jinħoloq, għandu jkun punt tad-dħul addizzjonali fis-CDS għall-operaturi ekonomiċi u għal persuni oħra għajr l-operaturi ekonomiċi.

2.   Fir-rigward tal-applikazzjonijiet u tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1), kif ukoll għall-ġestjoni ta' deċiżjonijiet marbuta ma' dawk l-applikazzjonijiet u dawk l-awtorizzazzjonijiet meta dawk l-awtorizzazzjonijiet jew dawk id-deċiżjonijiet jista' jkollhom impatt f'iżjed minn Stat Membru wieħed, l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra għajr l-operaturi ekonomiċi jistgħu jagħżlu li jużaw il-portal nazzjonali tan-negozjanti, meta jinħolqu, jew il-portal tan-negozjanti tal-UE.

3.   Il-portal nazzjonali tan-negozjanti għandu jkun interoperabbli mas-CDMS nazzjonali, meta tinħoloq.

4.   Meta Stat Membru joħloq portal nazzjonali tan-negozjanti għandu jinforma lill-Kummissjoni b'din id-deċiżjoni.

Artikolu 12

Sistema nazzjonali ta' ġestjoni tad-deċiżjonijiet doganali

1.   Is-CDMS nazzjonali, meta tinħoloq, għandha tintuża mill-awtorità doganali tal-Istati Membri li jkun ħoloqha għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet u tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1), kif ukoll għall-ġestjoni ta' deċiżjonijiet marbuta ma' dawk l-applikazzjonijiet u dawk l-awtorizzazzjonijiet billi jiġi vverifikat li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tal-applikazzjonijiet u għat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.   Is-CDMS nazzjonali għandha tkun interoperabbli mas-CDMS ċentrali għall-finijiet ta' konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali kif imsemmi fl-Artikolu 9.

Artikolu 13

Migrazzjoni tad-dejta rigward l-awtorizzazzjonijiet fis-CDS

1.   Id-dejta rigward l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1), meta dawk l-awtorizzazzjonijiet ikunu nħarġu mill-1 ta' Mejju 2016 jew ikunu ngħataw skont l-Artikolu 346 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (6) u jista' jkollhom impatt f'iżjed minn Stat Membru wieħed għandha tinħażen u għandha ssir migrazzjoni tagħha fis-CDS jekk dawn l-awtorizzazzjonijiet ikunu validi fid-data tal-migrazzjoni. Il-migrazzjoni għandha sseħħ sa mhux iżjed tard mill-1 ta' Mejju 2019.

Stat Membru jista' jiddeċiedi li japplika l-ewwel sottoparagrafu anke għall-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1) li jkollhom impatt biss f'dak l-Istat Membru.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom jiżguraw li d-dejta li trid issir migrazzjoni tagħha skont il-paragrafu 1 tkun konformi mar-rekwiżiti tad-dejta stabbiliti fl-Anness A tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u fl-Anness A tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447. Għal dak l-għan, huma jistgħu jitolbu għall-informazzjoni meħtieġa mingħand id-detentur tal-awtorizzazzjoni.

KAPITOLU III

SISTEMA TAL-ĠESTJONI UNIFORMI TAL-UTENTI U TAL-FIRMA DIĠITALI

Artikolu 14

Għan u struttura tas-sistema tal-UUM&DS

1.   Is-sistema tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u tal-Firma Diġitali (UUM&DS) għandha tippermetti l-komunikazzjoni bejn is-sistemi ta' ġestjoni tal-identitajiet u tal-aċċess tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 18 għall-fini li jiġi pprovdut aċċess awtorizzat sigur għas-sistemi elettroniċi lill-operaturi ekonomiċi u lil persuni oħra għajr l-operaturi ekonomiċi u l-persunal tal-Kummissjoni.

2.   Is-sistema tal-UUM&DS għandha tikkonsisti minn dawn il-komponenti komuni li ġejjin:

(a)

sistema ta' ġestjoni tal-aċċess;

(b)

sistema ta' ġestjoni tal-amministrazzjoni;

3.   Stat Membru għandu joħloq sistema ta' ġestjoni tal-identitajiet u tal-aċċess bħala komponent nazzjonali tas-sistema tal-UUM&DS.

Artikolu 15

Użu tas-sistema tal-UUM&DS

Is-sistema tal-UUM&DS għandha tintuża biex jiġu żgurati l-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess:

(a)

tal-operaturi ekonomiċi u ta' persuni oħra għajr l-operaturi ekonomiċi għall-fini li jkollhom aċċess għall-komponenti komuni tas-CDS;

(b)

tal-persunal tal-Kummissjoni għall-fini li jkollu aċċess għall-komponenti komuni tas-CDS u għall-finijiet ta' manutenzjoni u ta' ġestjoni tas-sistema tal-UUM&DS.

Artikolu 16

Sistema ta' ġestjoni tal-aċċess

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema ta' ġestjoni tal-aċċess biex tivvalida t-talbiet għall-aċċess ippreżentati mill-operaturi ekonomiċi u minn persuni oħra għajr l-operaturi ekonomiċi fis-sistema tal-UUM&DS, billi tkun interoperabbli mas-sistemi ta' ġestjoni tal-identitajiet u tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 18.

Artikolu 17

Sistema ta' ġestjoni tal-amministrazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi s-sistema ta' ġestjoni tal-amministrazzjoni biex tiġġestixxi r-regoli dwar l-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni għall-validazzjoni tad-dejta tal-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u ta' persuni oħra għajr l-operaturi ekonomiċi għall-fini li jingħataw aċċess għas-sistemi elettroniċi.

Artikolu 18

Sistemi ta' ġestjoni tal-identitajiet u tal-aċċess tal-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' ġestjoni tal-identitajiet u tal-aċċess biex jiżguraw:

(a)

reġistrazzjoni u ħżin siguri tad-dejta tal-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u ta' persuni oħra għajr l-operaturi ekonomiċi;

(b)

skambju sigur tad-dejta tal-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u ta' persuni oħra għajr l-operaturi ekonomiċi, li tkun iffirmata u kriptata.

KAPITOLU IV

FUNZJONAMENT TAS-SISTEMI ELETTRONIĊI U TAĦRIĠ FL-UŻU TAGĦHOM

Artikolu 19

Żvilupp, ittestjar, użu u ġestjoni tas-sistemi elettroniċi

1.   Il-komponenti komuni għandhom jiġu żviluppati, ittestjati, varati u ġestiti mill-Kummissjoni. Il-komponenti nazzjonali għandhom jiġu żviluppati, ittestjati, varati u ġestiti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komponenti nazzjonali jkunu interoperabbli mal-komponenti komuni.

Artikolu 20

Manutenzjoni tas-sistemi elettroniċi u bidliet fihom

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq il-manutenzjoni tal-komponenti komuni u l-Istati Membri għandhom iwettqu l-manutenzjoni tal-komponenti nazzjonali tagħhom.

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tħaddim mingħajr interruzzjoni tas-sistemi elettroniċi.

3.   Il-Kummissjoni tista' tibdel il-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi biex issewwi xi ħsarat, iżżid funzjonalitajiet ġodda jew timmodifika dawk eżistenti.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bil-bidliet u bl-aġġornamenti fil-komponenti komuni.

5.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-bidliet u bl-aġġornamenti fil-komponenti nazzjonali li jista' jkollhom riperkussjonijiet fuq il-funzjonament tal-komponenti komuni.

6.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-bidliet u l-aġġornamenti fis-sistemi elettroniċi skont il-paragrafi 4 u 5 tkun disponibbli pubblikament.

Artikolu 21

Ħsara temporanja fis-sistemi elettroniċi

1.   F'każ ta' ħsara temporanja fis-sistemi elettroniċi kif imsemmi fl-Artikolu 6(3)(b) tal-Kodiċi, l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra għajr l-operaturi ekonomiċi għandhom jippreżentaw l-informazzjoni biex jissodisfaw il-formalitajiet kkonċernati bil-mezzi stabbiliti mill-Istati Membri, inklużi mezzi għajr it-tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-dejta.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 1 tkun disponibbli fis-sistemi elettroniċi rispettivi fi żmien sebat (7) ijiem minn meta s-sistemi elettroniċi rispettivi jerġgħu jsiru disponibbli.

3.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin meta s-sistemi elettroniċi ma jkunux disponibbli minħabba ħsara temporanja.

Artikolu 22

Appoġġ b'taħriġ dwar l-użu u l-funzjonament tal-komponenti komuni

Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri fl-użu u fil-funzjonament tal-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi billi tipprovdi l-materjal xieraq għat-taħriġ.

KAPITOLU V

PROTEZZJONI TAD-DEJTA, ĠESTJONI TAD-DEJTA U S-SJIEDA U S-SIGURTÀ TAS-SISTEMI ELETTRONIĊI

Artikolu 23

Protezzjoni tad-dejta personali

1.   Id-dejta personali rreġistrata fis-sistemi elettroniċi għandha tiġi pproċessata għall-finijiet ta' implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali wara li jiġu kkunsidrati l-għanijiet speċifiċi ta' kull waħda mis-sistemi elettroniċi kif stabbilit fl-Artikolu 4(1) u fl-Artikolu 14(1), rispettivament.

2.   L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta personali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw li jkun hemm superviżjoni koordinata tal-ipproċessar tad-dejta personali rreġistrata fis-sistemi elettroniċi.

Artikolu 24

Aġġornament tad-dejta fis-sistemi elettroniċi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta rreġistrata fil-livell nazzjonali tikkorrispondi mad-dejta rreġistrata fil-komponenti komuni u tinżamm aġġornata.

Artikolu 25

Limitazzjoni tal-aċċess għad-dejta u tal-ipproċessar tad-dejta

1.   Id-dejta rreġistrata fil-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi minn Stat Membru tista' tiġi aċċessata jew ipproċessata minn dak l-Istat Membru. Din tista' wkoll tiġi aċċessata u pproċessata minn Stat Membru ieħor meta jkun involut fl-ipproċessar ta' applikazzjoni jew fil-ġestjoni ta' deċiżjoni marbuta mad-dejta, inkluż permezz ta' konsultazzjoni skont l-Artikolu 9.

2.   Id-dejta rreġistrata fil-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi minn operatur ekonomiku jew minn persuna oħra għajr operatur ekonomiku tista' tiġi aċċessata jew ipproċessata minn dak l-operatur ekonomiku jew minn dik il-persuna l-oħra. Din tista' tiġi aċċessata u pproċessata wkoll minn Stat Membru involut fl-ipproċessar ta' applikazzjoni jew fil-ġestjoni ta' deċiżjoni marbuta mad-dejta, inkluż permezz ta' konsultazzjoni skont l-Artikolu 9.

Artikolu 26

Sjieda tas-sistema

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun sid is-sistema tal-komponenti komuni.

2.   L-Istati Membri għandhom ikunu is-sidien tas-sistema tal-komponenti nazzjonali.

Artikolu 27

Sigurtà tas-sistema

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura s-sigurtà tal-komponenti komuni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà tal-komponenti nazzjonali.

Għal dawn il-finijiet, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom minn tal-inqas jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex:

(a)

jipprevjenu li xi persuna mhux awtorizzata jkollha aċċess għall-installazzjonijiet li jintużaw għall-ipproċessar tad-dejta;

(b)

jipprevjenu d-dħul ta' dejta u kwalunkwe konsultazzjoni, modifika jew tħassir ta' dejta minn persuni mhux awtorizzati;

(c)

jidentifikaw kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin bi kwalunkwe attività li tista' tirriżulta fi ksur jew f'suspett ta' ksur tas-sigurtà tas-sistemi elettroniċi.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 28

Valutazzjoni tas-sistemi elettroniċi

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjonijiet tal-komponenti li huma responsabbli għalihom u b'mod partikolari għandhom janalizzaw is-sigurtà u l-integrità tal-komponenti u l-kunfidenzjalità tad-dejta pproċessata f'dawk il-komponenti.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin bir-riżultati tal-valutazzjoni.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 tal-11 ta' April 2016 li tistabbilixxi Programm ta' Ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 99, 15.4.2016, p. 6).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta'tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2090

tal-14 ta' Novembru 2017

li jġedded l-approvazzjoni tal-birra bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-11 ta' Novembru 2016 il-Kummissjoni waslitilha applikazzjoni mill-Institut Technique de l'Agriculture Biologique għall-approvazzjoni tal-birra bħala sustanza bażika, b'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Ma' dik l-applikazzjoni ngħatat l-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-Kummissjoni talbet l-għajnuna xjentifika mingħand l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”). Fid-9 ta' Ġunju 2017, l-Awtorità ppreżentat Rapport Tekniku (2) lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' rieżami (3) kif ukoll abbozz ta' dan ir-Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fl-20 ta' Lulju 2017 u ffinalizzathom għal-laqgħa ta' dak il-Kumitat fis-6 ta' Ottubru 2017.

(3)

Id-dokumentazzjoni mogħtija mill-applikant turi li l-birra tissodisfa l-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Barra minn hekk, is-sustanza ma tintużax b'mod predominanti għal skopijiet ta' protezzjoni tal-pjanti, iżda madankollu hija utli għall-protezzjoni tal-pjanti f'prodott li jikkonsisti minn din is-sustanza u mill-ilma. Konsegwentement, għandha titqies bħala sustanza bażika.

(4)

Mill-eżamijiet li saru jidher li b'mod ġenerali, il-birra x'aktarx li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-aktar fejn jidħlu l-użi li ġew eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' rieżami tal-Kummissjoni. Għaldaqstant jixraq li l-birra tiġi approvata bħala sustanza bażika.

(5)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jinħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet.

(6)

Bi qbil mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5) jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza bażika

Is-sustanza birra hija approvata bħala sustanza bażika kif stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 2

Emendi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2017. Technical report on the outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for beer for use in plant protection against slugs and snails. EFSA supporting publication 2017:EN-1253. 30 pp. doi:10.2903/sp.efsa.2017.EN-1253.

(3)  http://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.selection&language=EN

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Birra

Nru tal-CAS: 8029-31-0

Ma japplikax

Tajjeb għall-ikel

il-5 ta' Diċembru 2017

Il-birra għandha tintuża skont il-kundizzjonijiet speċifiċi imniżżlin fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar il-birra (SANTE/11038/2017) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu.


(1)  Fir-rapport ta' rieżami jinsabu aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modi tal-użu tas-sustanza bażika.


ANNESS II

Fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tinżied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“17

Birra

Nru tal-CAS: 8029-31-0

Ma japplikax

Tajjeb għall-ikel

il-5 ta' Diċembru 2017

Il-birra tista' tintuża skont il-kundizzjonijiet speċifiċi imniżżlin fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar il-birra (SANTE/11038/2017) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu.”


(1)  Fir-rapport ta' rieżami jinsabu aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modi tal-użu tas-sustanza bażika.


15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2091

tal-14 ta' Novembru 2017

li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva iprodione, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/31/KE (2) inkludiet l-iprodione bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva iprodione, kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011, tiskadi fil-31 ta' Ottubru 2018.

(4)

Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-iprodione skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien stipulat fl-istess Artikolu.

(5)

L-applikant ressaq id-dossiers supplimentari meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet sħiħa.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-3 ta' Novembru 2015.

(7)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll id-dossier tas-sommarju supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(8)

Fit-8 ta' Ġunju 2016, l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (6) dwar jekk jistax ikun mistenni li l-iprodione jissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-Awtorità kkonkludiet li hemm potenzjal elevat li għall-użi rappreżentattivi vvalutati jkun hemm riżultat ta' esponiment tal-ilma ta' taħt l-art ogħla mil-limitu parametriku tal-ilma tax-xorb ta' 0,1 μg/L permezz tal-metaboliti rilevanti tal-iprodione f'sitwazzjonijiet irrappreżentati mix-xenarji pertinenti kollha tal-ilma ta' taħt l-art; metabolit rilevanti wieħed huwa saħansitra previst li jeċċedi aktar minn 0,75 μg/l fix-xenarji pertinenti kollha tal-ilma ta' taħt l-art. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet ukoll li hemm riskju għoli fit-tul għall-organiżmi akkwatiċi.

(9)

Barra minn hekk, fir-rigward ta' metabolit ieħor minnhom, misjub bħala residwu fil-pjanti u bħala impurità fil-materjal tekniku, l-Awtorità kkonkludiet li ma jistax jiġi eskluż il-potenzjal ġenotossiku u għalhekk l-iffissar ta' valuri ta' referenza għal dan il-metabolit ma jistax jiġi kkonfermat abbażi tat-tagħrif disponibbli. Barra minn hekk, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, il-valutazzjoni tar-riskju tad-dieta ma setgħetx tiġi ffinalizzata peress li mhuwiex possibbli li jiġu stipulati definizzjonijiet tar-residwu għall-valutazzjoni tar-riskju; madankollu, ma jistax jiġi eskluż riskju akut għall-konsumaturi. Fl-aħħar nett, il-valutazzjoni tar-riskju fuq terminu twil ta' żmien għal mammiferi selvaġġi għar-rotot ta' espożizzjoni rilevanti kollha ma setgħetx tiġi ffinalizzata, abbażi tat-tagħrif mogħtija fid-dossier.

(10)

Barra minn hekk, l-iprodione huwa kklassifikat bħala karċinoġenu tal-kategorija 2 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), filwaqt li fil-konklużjoni tal-Awtorità huwa indikat li l-iprodione għandu jiġi kklassifikat bħala karċinoġenu tal-kategorija 1B u tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 2. Għall-użi rappreżentattivi meqjusa, il-livelli tar-residwi jaqbżu l-valur prestabbilit kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u ta-Kunsill (8). B'konsegwenza ta' dan, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Punti 3.6.3 u 3.6.5. tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ma ġewx sodisfati.

(11)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 844/2012, dwar l-abbozz tar-rapport ta' tiġdid. L-applikant issottometta l-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa.

(12)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib relatat mas-sustanza ma setax jiġi eliminat.

(13)

Abbażi ta' dan it-tħassib identifikat, ma ġiex stabbilit, fir-rigward ta' wieħed jew iktar mill-użi rappreżentattivi ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti, li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ġew issodisfati. Huwa għalhekk xieraq li ma tiġġeddidx l-approvazzjoni tal-iprodione f'konformità mal-Artikolu 20(1)(b) ta' dak ir-Regolament.

(14)

L-Istati Membri għandhom jingħataw żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-iprodione.

(15)

Rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-iprodione, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' grazzja f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard mill-5 ta' Ġunju 2018.

(16)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1511 (9) estenda d-data ta' skadenza tal-iprodione sal-31 ta' Ottubru 2018 biex jippermetti li l-proċess ta' tiġdid jitlesta qabel ma tiskadi l-approvazzjoni ta' dik is-sustanza. Madankollu, billi ttieħdet deċiżjoni qabel din id-data ta' skadenza estiża, dan ir-Regolament għandu japplika minnufih.

(17)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax it-tressiq ta' applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-iprodione skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(18)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva iprodione mhijiex imġedda.

Artikolu 2

Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, titħassar ir-ringiela 50 dwar l-iprodione.

Artikolu 3

Miżuri tranżitorji

L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-iprodione bħala sustanza attiva sa mhux aktar tard mill-5 ta' Marzu 2018.

Artikolu 4

Perjodi ta' grazzja

Kull perjodu ta' grazzja li jagħtu l-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mill-5 ta' Ġunju 2018.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/31/KE tal-11 ta' April 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-2,4-DB, il-beta-cyfluthrin, is-cyfluthrin, l-iprodione, il-linuron, il-maleic hydrazide u l-pendimethalin bħala sustanzi attivi (ĠU L 101, 23.4.2003, p. 3).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA (European Food Safety Authority), 2016. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance iprodione. EFSA Journal 2016;14(11):4609, 31 pp. doi:10.2903/j.efsa.2016.4609.

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1511 tat-30 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, beta-ċiflutrin, klorotalonil, klorotoluron, ċipermetrina, daminożid, deltametrina, dimetenammid-p, flufenaċet, flurtamon, forklorfenuron, fostijażat, indoksakarb, iprodion, MCPA, MCPB, is-siltijofam, tjofanat-metil u tribenuron (ĠU L 224, 31.8.2017, p. 115).