ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 291

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
9 ta' Novembru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1986 tal-31 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 16 ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1987 tal-31 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 15 ( 1 )

63

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1988 tat-3 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju 4 ( 1 )

72

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1989 tas-6 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 12 ( 1 )

84

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1990 tas-6 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 7 ( 1 )

89

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

9.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1986

tal-31 ta' Ottubru 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 16

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni tal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà (1), u partikolarment l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) adotta ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008.

(2)

Fit-13 ta' Jannar 2016, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (International Accounting Standards Board, IASB) ppubblika l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (International Financial Reporting Standard, IFRS) 16 Kirjiet. Dan l-istandard għandu l-għan li jtejjeb ir-rapportar finanzjarju fuq kuntratti ta' kera.

(3)

L-adozzjoni tal-IFRS 16 timplika emendi konsegwenzjali għall-istandards li ġejjin jew għall-interpretazzjonijiet tal-istandards: IFRS 1, IFRS 3, IFRS 4, IFRS 7, IFRS 9, IFRS 13, IFRS 15, Standard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (International Accounting Standard, IAS) 1, IAS 2, IAS 7, IAS 12, IAS 16, IAS 21, IAS 23, IAS 32, IAS 37, IAS 38, IAS 39, IAS 40, IAS 41, Interpretazzjoni tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (International Financial Reporting Interpretations Committee, IFRIC) 1, IFRIC 12, Interpretazzjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjoni (Standing Interpretations Committee, SIC) 29 u SIC-32.

(4)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju tikkonferma li l-emendi għall-IFRS 16 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(5)

Għalhekk jinħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jiġi emendat kif meħtieġ.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabbiltà.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 16 Kirjiet huwa inserit kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

(b)

IAS 1, IAS 2, IAS 7, IAS 12, IAS 16, IAS 21, IAS 23, IAS 32, IAS 37, IAS 38, IAS 39, IAS 40, IAS 41, IFRS 1, IFRS 3, IFRS 4, IFRS 7, IFRS 9, IFRS 13, IFRS 15, IFRIC 1, IFRIC 12, SIC-29 u SIC-32 ġew emendati skont l-IFRS 16 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2019 jew wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1)


ANNESS

Standard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju 16

Kuntratti ta' kera

Standard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju 16 Kuntratti ta' kera

OBJETTIV

1.

Dan l-Istandard jistabbilixxi l-prinċipji għar-rikonoxximent, il-kejl, il-preżentazzjoni u d-divulgazzjoni tal-kuntratti ta' kera. L-għan huwa li jiġi żgurat li l-kerrejja u s-sidien jipprovdu informazzjoni rilevanti b'mod li tirrappreżenta b'mod leali dawk it-tranżazzjonijiet. Din l-informazzjoni tagħti bażi għal utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji biex jevalwaw l-effett li l-kirjiet ikollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus kontanti ta' entità.

2.

Entità tikkunsidra t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti u l-fatti u ċ-ċirkostanzi relevanti kollha meta tapplika dan l-Istandard. Entità tapplika dan l-Istandard b'mod konsistenti għal kuntratti b'karatteristiċi simili u f'ċirkustanzi simili.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

3.

Entità tapplika dan l-Istandard għal kull kera, inkluż kera ta' assi bid-dritt tal-użu f'sullokazzjoni, ħlief għal:

(a)

kiri għat-tiftix jew l-użu ta' minerali, żejt, gass naturali u riżorsi simili li ma jirriġenerawx ruħhom;

(b)

kiri ta' assi bijoloġiċi fl-ambitu tal-IAS 41 Agrikoltura miżmuma minn kerrej;

(c)

arranġamenti għall-konċessjoni ta' servizz fl-ambitu tal-IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizz;

(d)

il-liċenzi tal-proprjetà intellettwali mogħtija minn sid li jaqgħu taħt l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti; kif ukoll

(e)

drittijiet miżmuma minn kerrej taħt ftehim ta' liċenzja fl-ambitu tal-IAS 38 Assi Intanġibbli għal affarijiet bħal films, reġistrazzjonijiet vidjo, drammi, manuskritti, privattivi u drittijiet tal-awtur.

4.

Il-kerrej jista', iżda mhuwiex meћtieġ, japplika dan l-Istandard għal kirjiet ta' assi intanġibbli oħra għajr dawk deskritti fil-paragrafu 3(e).

EŻENZJONIJIET TAR-RIKONOXXIMENT (IL-PARAGRAFI B3 — B8)

5.

Il-kerrej jista' jagħżel li ma japplikax ir-rekwiżiti fil-paragrafi 22–49 għal:

(a)

kiri ta' tul qasir; kif ukoll

(b)

kiri li għalih l-assi sottostanti huwa ta' valur baxx (kif deskritt fil-paragrafi B3 — B8).

6.

Jekk kerrej jagħżel li ma japplikax ir-rekwiżiti fil-paragrafi 22–49 għal kiri ta' tul qasir jew kiri li għalih l-assi sottostanti huwa ta' valur baxx, il-kerrej jirrikonoxxi l-ħlasijiet tal-kera assoċjati ma' dawk il-kirjiet bħala spiża fuq bażi ta' linja dritta matul il-perjodu ta' żmien tal-kuntratt ta' kiri jew bażi sistematika oħra. Il-kerrej japplika bażi sistematika oħra jekk din il-bażi tkun aktar rappreżentattiva tax-xejra tal-benefiċċju tal-kerrej.

7.

Jekk il-kerrej jikkunsidra l-kiri ta' tul qasir li japplika l-paragrafu 6, il-kerrej jikkunsidra l-kirja bħala kirja ġdida għall-iskopijiet ta' dan l-istandard jekk:

(a)

ikun hemm modifika tal-kirja; jew

(b)

ikun hemm xi bidla fit-tul tal-kuntratt tal-kiri (pereżempju, il-kerrej jeżerċita għażla li qabel ma kinitx inkluża fid-determinazzjoni tal-perjodu tal-kuntratt ta' kiri).

8.

L-elezzjoni għal kiri ta' tul qasir issir skont il-klassi tal-assi sottostanti li jirrilata miegħu d-dritt tal-użu. Klassi ta' assi sottostanti hija grupp ta' assi sottostanti ta' natura u użu simili fl-operazzjonijiet ta' entità. L-elezzjoni għal kuntratti ta' kiri li għalihom l-assi sottostanti huwa ta' valur baxx tista' ssir fuq bażi ta' kirja b' kirja.

L-IDENTIFIKAZZJONI TA' KUNTRATT TAL-KIRI (IL-PARAGRAFI B9 — B33)

9.

Fil-bidu ta' kuntratt, entità tivvaluta jekk il-kuntratt huwiex, jew fihx, kirja. Kuntratt hu, jew fih, kirja jekk il-kuntratt jagħti d-dritt li jiġi kkontrollat l-użu ta' assi identifikat għal perjodu ta' żmien bi skambju ta' korrispettiv. Il-paragrafi B9 — B31 jistabbilixxu gwida dwar il-valutazzjoni ta' jekk kuntratt huwiex, jew fihx, kirja.

10.

Perjodu ta' żmien jista' jiġi deskritt f'termini ta' ammont ta' użu ta' assi identifikat (pereżempju, in-numru ta' unitajiet ta' produzzjoni li oġġett ta' tagħmir se juża fil-produzzjoni).

11.

Entità tirrivaluta jekk kuntratt huwiex, jew fihx, kirja biss jekk it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt jinbidlu.

Is-separazzjoni ta' komponenti ta' kuntratt

12.

Għall-kuntratt li hu, jew fih, kirja, entità tikkunsidra kull komponent tal-kera fil-kuntratt bħala kuntratt ta' kera separatament minn komponenti li mhumiex kuntratti tal-kera tal-kuntratt, ħlief jekk l-entità tapplika l-espedjenti prattiku fil-paragrafu 15. Il-paragrafi B32 — B33 jistabbilixxu gwida fuq is-separazzjoni ta' komponenti ta' kuntratt.

Kerrej

13.

Għal kuntratt li fih komponent ta' kuntratt ta' kera wieħed jew aktar jew komponenti li mhumiex kuntratti tal-kera, il-kerrej jalloka l-kunsiderazzjoni fil-kuntratt għal kull komponent tal-kera fuq il-bażi tal-prezz relattiv awtonomu tal-komponent tal-kirja u l-prezz aggregat awtonomu ta' komponenti li mhumiex kuntratti tal-kera.

14.

Il-prezz tal-kiri relattiv u awtonomu ta' komponenti li huma kuntratti tal-kera u dawk li mhumiex jiġi determinat fuq il-bażi tal-prezz li s-sid, jew fornitur simili, jitlob għal dak il-komponent jew wieħed simili, separatament. Jekk il-prezz osservabbli awtonomu mhuwiex faċilment disponibbli, il-kerrej jagħmel stima tal- prezz awtonomu, filwaqt li jagħmel l-aħjar użu mill-informazzjoni osservabbli.

15.

Bħala espedjent prattiku, kerrej jista' jagħżel, skont il-klassi ta' assi sottostanti, li ma jisseparax il-komponenti li mhumiex kuntratti tal-kera minn dawk li huma, u minflok jikkunsidra kull komponent tal-kiri u kull komponent li mhuwiex kuntratti tal-kera bħala komponent uniku tal-kera. Kerrej ma japplikax dan l-espedjent prattiku għal derivati inkorporati li jissodisfaw il-kriterji fil-paragrafu 4.3.3 tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji.

16.

Sakemm l-espedjent prattiku fil-paragrafu 15 ma jiġix applikat, kerrej jikkunsidra komponenti li mhumiex kuntratti tal-kera bħala li japplikaw Standards oħra applikabbli.

Is-sid

17.

Għal kuntratt li fih kuntratt komponent ta' kera u komponent wieħed jew aktar li huma kuntratti tal-kera u li mhumiex, is-sid jalloka l-kunsiderazzjoni fil-kuntratt billi japplika l-paragrafi 73–90 tal-IFRS 15.

IT-TUL TAL-KIRI (IL-PARAGRAFI B34 — B41)

18.

Entità tiddetermina t-tul tal-kiri bħala l-perjodu mhux kanċellabbli ta' kirja, flimkien ma':

(a)

perjodi koperti b'għażla li testendi l-kera jekk il-kerrej ikun raġonevolment ċert li jeżerċita dik l-għażla; kif ukoll

(b)

perjodi koperti b'għażla li tittermina l-kuntratt ta' kiri, jekk il-kerrej ikun raġonevolment ċert li ma jeżerċitax dik l-għażla.

19.

Fil-valutazzjoni ta' jekk kerrej ikunx raġonevolment ċert li jeżerċita l-għażla li jestendi kuntratt ta' kiri, jew li ma jeżerċitax l-għażla li jwaqqaf il-kuntratt ta' kera, entità tqis il-fatti u ċ-ċirkostanzi kollha rilevanti li joħolqu inċentiv ekonomiku favur il-kerrej biex jeżerċita l-għażla li jestendu l-kirja, jew li ma jeżerċitax l-għażla li jwaqqaf il-kuntratt, kif deskritt fil-paragrafi B37 — B40.

20.

Il-kerrej jirrivaluta jekk huwiex raġonevolment ċert li jeżerċita għażla ta' estensjoni, jew li ma jeżerċitax l-għażla ta' terminazzjoni, mal-okkorrenza jew ta'xi avveniment sinifikanti jew inkella bidla sinifikanti fiċ-ċirkostanzi li:

(a)

tinsab taħt il-kontroll tal-kerrej; kif ukoll

(b)

taffettwa jekk il-kerrej ikunx raġonevolment ċert li jeżerċita għażla li ma kinitx inkluża qabel fid-determinazzjoni tagħha tal-perjodu tal-kuntratt ta' kiri, jew li ma jeżerċitax għażla li kienet inkluża qabel fid-determinazzjoni tagħha tal-perjodu tal-kuntratt ta' kiri (kif deskritt fil-paragrafu B41).

21.

Entità tirrevedi t-terminu tal-kiri jekk ikun hemm tibdil fil-perjodu ta' kirja mhux kanċellabbli. Pereżempju, perjodu ta' kirja mhux kanċellabbli jinbidel jekk:

(a)

il-kerrej jeżerċita għażla li qabel ma kinitx inkluża fid-determinazzjoni tal-entità tat-terminu ta' kiri;

(b)

il-kerrej ma jeżerċitax għażla li kienet inkluża qabel fid-determinazzjoni tal-entità tal-perjodu tal-kuntratt ta' kiri;

(c)

iseħħ avveniment li jobbliga kuntrattwalment lill-kerrej jeżerċita għażla li qabel ma kinitx inkluża fid-determinazzjoni tal-entità tat-terminu tal-kiri; jew

(d)

iseħħ avveniment li jipprojbixxi kuntrattwalment lill-kerrej milli jeżerċita għażla li kienet inkluża qabel fid-determinazzjoni tal-entità tat-terminu tal-kiri.

KERREJ

Rikonoxximent

22.

Fid-data tal-bidu, il-kerrej jirrikonoxxi assi bid-dritt tal-użu u obbligazzjoni tal-kirja.

Kejl

Kejl inizjali

Kejl inizjali ta' assi bid-dritt tal-użu

23.

Fid-data tal-bidu, kerrej ikejjel assi bid-dritt tal-użu skont il-kost.

24.

Il-kost tal-assi bid-dritt tal-użu jinkludi:

(a)

l-ammont tal-kejl inizjali tal-obbligazzjoni tal-kirja, kif deskritt fil-paragrafu 26;

(b)

kull ħlasijiet ta' kera magħmula fi jew qabel id-data tal-bidu, imnaqqsa minn kull inċentiv tal-kera riċevut;

(c)

kull kost dirett inizjali li jkun sar mill-kerrej; kif ukoll

(d)

stima tal-ispejjeż imġarrba minn kerrej fiż-żarmar u t-tneħħija tal-assi sottostanti, biex jiġi rrestawrat is-sit fejn jinsab jew biex jiġi rrestawrat l-assi sottostanti għall-kundizzjoni meħtieġa mit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta' kiri, ħlief jekk dawn il-kostijiet jiġġarrbu għall-produzzjoni ta' inventarji. L-obbligu li l-kerrej iġarrab dawn l-ispejjeż jaqa' jew fid-data tal-bidu jew minħabba li jkun uża l-assi sottostanti matul perjodu partikolari.

25.

Il-kerrej jirrikonoxxi l-kostijiet deskritti fil-paragrafu 24(d) bħala parti mill-kost tal-assi bid-dritt tal-użu meta jkollu obbligu għal dawk il-kostijiet. Kerrej japplika l-IAS 2 Inventarji għall-kostijiet li jsiru waqt perjodu partikulari bħala konsegwenza tal-fatt li jkun intuża l-assi bid-dritt tal-użu għall-produzzjoni ta' inventarji matul dak il-perjodu. L-obbligi għal dawn il-kostijiet jammontaw għall-applikazzjoni ta' dan l-Istandard jew l-IAS 2 huma rikonoxxuti u mkejla bl-applikazjoni tal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti.

Kejl inizjali ta' obbligazzjoni ta' kera

26.

Fid-data tal-bidu, il-kerrej ikejjel l-obbligazzjoni ta' kiri fil-valur preżenti tal-ħlasijiet tal-kuntratt ta' kera li ma jkunux tħallsu sa dik id-data. Il-ħlasijiet tal-kera jiġu skontati bl-użu tar-rata ta' interessi impliċita fil-kirja, jekk din ir-rata tista' tiġi determinata faċilment. Jekk dik ir-rata ma tistax tiġi faċilment iddeterminata, il-kerrej juża r-rata ta' self li tiżdied tal-kerrej.

27.

Fid-data tal-bidu, il-ħlasijiet tal-kera inkluż fil-kejl tal-obbligazzjoni ta' kiri huma magħmula minn dawn il-ħlasijiet għad-dritt tal-użu tal-assi sottostanti matul it-terminu tal-kiri li ma jitħallsux fid-data tal-bidu:

(a)

ħlasijiet fissi (inkluż ħlasijiet fissi fis-sustanza kif deskritt fil-paragrafu B42), imnaqqas kull inċentiv tal-kera riċevibbli;

(b)

ħlasijiet tal-kiri varjabbli li jiddependu fuq indiċi jew rata, inizjalment imkejla bl-użu ta' indiċi jew rata bħal fid-data ta' bidu (kif deskritt fil-paragrafu 28);

(c)

l-ammonti mistennija li jitħallsu mill-kerrej taħt garanziji ta' valur residwu;

(d)

il-prezz tal-eżerċizzju ta' għażla ta' xiri jekk il-kerrej huwa raġonevolment ċert li jeżerċita din l-għażla (stmat li jqis il-fatturi deskritti fil-paragrafi B37 — B40); kif ukoll

(e)

ħlasijiet ta' penali għat-terminazzjoni tal-kiri, jekk il-perjodu tal-kirja jirrifletti l-fatt li l-kerrej jeżerċita għażla li jwaqqaf il-kuntratt ta' kiri.

28.

Ħlasijiet ta' kera varjabbli li jiddependu fuq indiċi jew rata deskritt fil-paragrafu 27(b) jinkludu, pereżempju, ħlasijiet marbuta ma' indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur, ħlasijiet marbuta ma' rata ta' imgħax ta' riferiment (bħal LIBOR) jew ħlasijiet li jvarjaw biex jirriflettu l-bidliet fir-rati ta' kera tas-suq.

Kejl sussegwenti

Kejl sussegwenti ta' assi bid-dritt tal-użu

29.

Wara d-data tal-bidu, il-kerrej ikejjel assi bid-dritt tal-użu li japplikaw mudell tal-kost, sakemm ma japplikax waħda mill-mudelli tal-kejl deskritti fil-paragrafi 34 u 35.

Mudell tal-kost

30.

Biex japplika mudell tal-kost, il-kerrej ikejjel l-assi bid-dritt tal-użu b'kost:

(a)

bit-tnaqqis ta' kull deprezzament akkumulat u kull telf minn indeboliment akkumulat; kif ukoll

(b)

aġġustat għal kull kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni tal-kera speċifikat fil-paragrafu 36(c).

31.

Il-kerrej japplika r-rekwiżiti ta' deprezzament f'IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir, fid-deprezzatament ta' assi bid-dritt tal-użu, soġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafu 32.

32.

Jekk il-kuntratt ta' kiri jittrasferixxi s-sjieda tal-assi sottostanti lill-kerrej sat-tmiem tal-perjodu tal-kuntratt ta' kiri jew jekk il-kost tal-assi bid-dritt tal-użu jirrifletti l-fatt li l-kerrej se jeżerċita l-għażla tax-xiri, il-kerrej inaqqas il-valur tal-assi bid-dritt tal-użu mid-data tal-bidu sat-tmiem taż-żmien tal-utilità tal-assi sottostanti. Inkella, il-kerrej inaqqas il-valur tal-assi bid-dritt tal-użu mid-data tal-bidu sa qabel iż-żmien tal-utilità tal-assi bid-dritt tal-użu jew tmiem it-terminu tal-kiri.

33.

Il-kerrej japplika l-IAS 36 Indeboliment tal-Assi biex jiddetermina jekk l-assi bid-dritt tal-użu huwiex indebolit u biex jikkunsidra kull telf minn indeboliment identifikat.

Mudelli oħra ta' kejl

34.

Jekk il-kerrej japplika l-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment għal proprjetà għall-investiment tiegħu, il-kerrej japplika wkoll dak il-mudell ta' valur ġust għal assi bid-dritt tal-użu li jissodisfaw id-definizzjoni ta' proprjetà għall-investiment f'IAS 40.

35.

Jekk assi bid-dritt tal-użu marbuta ma' klassi ta' proprjetà, impjant u tagħmir li għaliha l-kerrej japplika skont il-mudell ta' rivalutazzjoni fl-IAS 16, il-kerrej jista' jagħżel li japplika dan il-mudell ta' rivalutazzjoni tal-assi bid-dritt tal-użu kollha li għandhom x'jaqsmu ma' dik il-klassi ta' proprjetà, impjant u tagħmir.

Kejl sussegwenti ta' obbligazzjoni ta' kera

36.

Wara d-data tal-bidu, il-kerrej ikejjel obbligazzjoni ta' kera billi:

(a)

jżid l-ammont miżmum biex jirrifletti l-imgħax fuq l-obbligazzjoni ta' kera;

(b)

inaqqas l-ammont miżmum biex jirrifletti l-ħlasijiet tal-kera li saru; kif ukoll

(c)

ikejjel mill-ġdid l-ammont miżmum biex jirrifletti kull valutazzjoni mill-ġdid jew modifika fil-kiri speċifikata fil-paragrafi 39–46, jew biex jirrifletti l-ħlasijiet ta' kera fissi fis-sustanza riveduti (ara l-paragrafu B42).

37.

L-imgħax fuq l-obbligazzjoni tal-kera f'kull perjodu matul il-perjodu tal-kirja jkun l-ammont li jipproduċi rata perjodika kostanti ta' imgħax fuq il-bilanċ li jibqa' tal-obbligazzjoni tal-kera. Ir-rata perjodika ta' imgħax hija r-rata tal-iskont deskritta fil-paragrafu 26, jew jekk applikabbli, ir-rata tal-iskont riveduta deskritta fil-paragrafu 41, paragrafu 43 jew paragrafu 45(c).

38.

Wara d-data tal-bidu, il-kerrej jirrikonoxxi fil-profitt jew telf, ħlief jekk il-kostijiet ikunu inklużi fl-ammont miżmum ta' assi ieħor li japplika Standards applikabbli oħrajn, kemm:

(a)

imgħax fuq l-obbligazzjoni ta' kera; kif ukoll

(b)

ħlasijiet ta' kera varjabbli li mhumiex inklużi fil-kejl tal-obbligazzjoni tal-kera fil-perjodu li fih seħħ l-avveniment jew il-kundizzjoni li jiskatta dawk il-ħlasijiet.

Il-valutazzjoni mill-ġdid tal-obbligazzjoni tal-kera

39.

Wara d-data tal-bidu, kerrej japplika l-paragrafi 40–43 biex ikejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni ta' kera biex jiġu riflessi l-bidliet fil-ħlasijiet tal-kera. Il-kerrej jirrikonoxxi l-ammont tal-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni tal-kera bħala aġġustament fl-assi bid-dritt tal-użu. Madankollu, jekk l-ammont miżmum tal-assi bid-dritt tal-użu jitnaqqas għal żero u jkun hemm aktar tnaqqis fil-kejl tal-obbligazzjoni tal-kera, il-kerrej jirrikonoxxi kull ammont li jifdal tal-kejl mill-ġdid fi profitt jew telf.

40.

Kerrej ikejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni tal-kera billi jiskonta l-ħlasijiet tal-kera riveduti bl-użu ta' rata ta' skont riveduta, jekk:

(a)

ikun hemm bidla fit-terminu tal-kuntratt ta' kera, kif deskritt fil-paragrafi 20–21. Il-kerrej jiddetermina l-ħlasijiet ta' kera riveduti fuq il-bażi tat-terminu rivedut ta' kiri; jew

(b)

ikun hemm bidla fil-valutazzjoni tal-għażla tax-xiri tal-assi sottostanti, ivvalutat fid-dawl ta' avvenimenti u ċirkostanzi deskritti fil-paragrafi 20–21 fil-kuntest ta' għażla ta' xiri. Il-kerrej jiddetermina l-ħlasijiet tal-kera riveduti biex jirriflettu l-bidla fl-ammonti pagabbli taħt l-għażla tax-xiri.

41.

Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 40, kerrej jiddetermina r-rata ta' skont rivedut bħala r-rata ta' imgħax impliċita fil-kirja għall-bqija tal-perjodu tal-kuntratt ta' kiri, jekk din ir-rata tista' tiġi faċilment determinata, u r-rata ta' self li tiżdied tal-kerrej fid-data ta' rivalutazzjoni, jekk ir-rata ta' imgħax impliċita fil-kirja ma tkunx tista' tiġi determinata faċilment.

42.

Il-kerrej ikejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni tal-kera billi jnaqqas il-ħlasijiet ta' kera riveduti, jekk:

(a)

ikun hemm bidla fl-ammonti mistennija li jitħallsu taħt il-garanzija ta' valur residwu. Il-kerrej jiddetermina l-pagamenti ta' kera riveduti biex jirriflettu l-bidla fl-ammonti mistennija li jitħallsu taħt il-garanzija ta' valur residwu.

(b)

ikun hemm bidla fil-ħlasijiet ta' kera futuri li tirriżulta minn bidla f'indiċi jew rata użati biex jiddeterminaw dawk il-ħlasijiet, inkluż pereżempju bidla biex tirrifletti bidliet f'rati tal-kera tas-suq tal-kiri, wara reviżjoni tas-suq tal-kera. Il-kerrej ikejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni tal-kera biex tirrifletti dawk il-ħlasijiet tal-kiri rivedutibiss meta jkun hemm bidla fil-flussi tal-flus (jiġifieri meta l-aġġustament mal-ħlasijiet tal-kiri jidħol fis-seħħ). Il-kerrej jiddetermina l-ħlasijiet tal-kera riveduti għall-bqija tat-terminu tal-kera abbażi tal-ħlasijiet kuntrattwali riveduti.

43.

Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 42, kerrej juża l-istess rata ta' skont, sakemm il-bidla fil-ħlasijiet tal-kera ma tirriżultax minn bidla fir-rati tal-imgħax varjabbli. F'dan il-każ, il-kerrej juża rata ta' skont riveduta li tirrifletti bidla fir-rata tal-imgħax.

Modifiki tal-kera

44.

Il-kerrej jikkunsidra modifika fil-kirja bħala kirja separata jekk kemm:

(a)

il-modifikazzjoni żżid l-ambitu tal-kirja biż-żieda tad-dritt tal-użu ta' wieħed jew iktar mill-assi sottostanti; kif ukoll

(b)

il-kunsiderazzjoni għall-kirja tiżdied b'ammont li jkun proporzjonat mal-prezz awtonomu għaż-żieda fl-ambitu u kull aġġustament xieraq lil dak il-prezz awtonomu sabiex jirrifletti ċ-ċirkustanzi tal-kuntratt partikolari.

45.

Għal modifika ta' kirja li mhux ikkunsidrata bħala kirja separata, fid-data effettiva tal-modifika tal-kirja, il-kerrej:

(a)

jalloka l-kunsiderazzjoni fil-kuntratt modifikat billi japplika l-paragrafi 13–16;

(b)

jiddetermina t-terminu tal-kiri tal-kirja mmodifikata billi japplika l-paragrafi 18–19; kif ukoll

(c)

ikejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni tal-kera billi jiskonta l-ħlasijiet ta' kera riveduti bl-użu ta' rata ta' skont riveduta. Ir-rata ta' skont riveduta hija determinata bħala r-rata ta' imgħax impliċita fil-kirja għall-bqija tal-perjodu tal-kirja, jekk din ir-rata tista' tiġi faċilment determinata, jew ir-rata ta' self li tiżdied tal-kerrej fid-data effettiva tal-modifika, jekk ir-rata ta' imgħax impliċita fil-kirja ma tkunx tista' tiġi determinata faċilment.

46.

Għal modifika ta' kuntratt ta' kiri li mhuwiex ikkunsidrat bħala kirja separata, il-kerrej iqis il-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni tal-kera billi:

(a)

inaqqas l-ammont miżmum tal-assi bid-dritt tal-użu biex jirriflettu t-terminazzjoni parzjali jew sħiħ tal-kirja għall-modifiki fil-kirja li jnaqqsu l-ambitu tal-kirja. Il-kerrej jirrikonoxxi fil-profitt jew fit-telf kull qligħ jew telf relatat mat-terminazzjoni parzjali jew sħiħa tal-kirja.

(b)

jagħmel aġġustament korrispondenti lill-assi bid-dritt tal-użu għall-modifiki tal-kirja l-oħra kollha.

Preżentazzjoni

47.

Kerrej jippreżenta fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja, jew jiżvela fin-noti:

(a)

assi bid-dritt tal-użu seperati mill-assi l-oħrajn. Jekk il-kerrej ma jippreżentax l-assi bid-dritt tal-użu b'mod separat fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja, il-kerrej:

(i)

jinkludi l-assi bid-dritt tal-użu fl-istess partita bħal dik li fiha l-assi sottostanti korrispondenti jiġu ppreżentati kieku jkunu proprjetà tiegħu; kif ukoll

(ii)

jiżvela liema partiti fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja jinkludu dawk l-assi bid-dritt tal-użu.

(b)

l-obbligazzjonijiet ta' kera separatament minn obbligazzjonijiet oħra. Jekk il-kerrej ma jippreżentax l-obbligazzjonijiet tal-kera b'mod separat fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja, il-kerrej jiżvela liema partiti fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja jinkludu dawk l-obbligazzjonijiet.

48.

Ir-rekwiżit fil-paragrafu 47(a) ma japplikax għall-assi bid-dritt tal-użu li jissodisfaw id-definizzjoni ta' proprjetà għall-investiment, li tkun ippreżentata fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja bħala proprjetà ta' investiment.

49.

Fid-dikjarazzjoni tal-profitt jew it-telf u tal-introjtu komprensiv ieħor, il-kerrej jippreżenta spiża tal-imgħax fuq l-obbligazzjoni tal-kera separatament mid-debitu tad-deprezzament tal-assi bid-dritt tal-użu. L-ispiża tal-imgħax fuq l-obbligazzjoni tal-kera hija komponent tal-kostijiet finanzjarji, li l-paragrafu 82(b) tal-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Dikjarazzjonijiet Finanzjarji jeżiġi li tiġi ppreżentata separatament fid-dikjarazzjoni tal-profitt jew telf u tal-introjtu komprensiv ieħor.

50.

Fid-dikjarazzjoni tal-flussi tal-flus, il-kerrej jikklassifika:

(a)

ħlasijiet fi flus kontanti għall-porzjon prinċipali tal-obbligazzjoni tal-kera fl-attivitajiet ta' finanzjament;

(b)

ħlasijiet fi flus kontanti għall-porzjon tal-imgħax tal-obbligazzjoni tal-kera li japplikaw ir-rekwiżiti fl-IAS 7 Dikjarazzjoni tal-Flussi ta' Flus għall-imgħax imħallas; kif ukoll

(c)

ħlasijiet ta' kiri għal perjodu qasir, ħlasijiet għal kirjiet ta' assi ta' valur baxx u ħlasijiet tal-kiri varjabbli mhux inklużi fil-kejl tal-obbligazzjoni ta' kera f'attivitajiet operattivi.

Żvelar

51.

L-għan tal-iżvelar huwa li l-kerrejja jiżvelaw l-informazzjoni fin-noti li, flimkien mal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja, fid-dikjarazzjoni tal-profitt jew tat-telf u fid-dikjarazzjoni tal-flussi tal-flus, tagħti bażi lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji biex jevalwaw l-effett li l-kirjiet ikollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi ta' flus tal-kerrej. Il-paragrafi 52–60 jispeċifikaw rekwiżiti dwar kif għandu jintlaħaq dan l-għan.

52.

Il-kerrej jiżvela informazzjoni dwar il-kirjiet tiegħu li għalihom ikun kerrej f'nota waħda jew taqsima separata fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu. Madankollu, il-kerrej ma għandux bżonn jidduplika informazzjoni li tkun diġà ġiet ippreżentata x'imkien ieħor fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji, dment li l-informazzjoni tiġi inkorporata permezz ta' referenza f'nota uniku jew taqsima separata dwar il-kirjiet.

53.

Kerrej jiżvela l-ammonti li ġejjin għall-perjodu ta' rappurtar:

(a)

l-imposta ta' deprezzament għal assi bid-dritt tal-użu skont il-klassi ta' assi sottostanti;

(b)

l-ispiża tal-imgħax fuq l-obbligazzjonijiet ta' kera;

(c)

l-ispiża relatata ma' kirjiet ta' tul qasir li ġiet ikkunsidrata fl-applikazzjoni tal-paragrafu 6. Din l-ispiża m'għandhiex għalfejn tinkludi l-ispiża relatata ma' kirjiet b'terminu tal-kera ta' xahar jew anqas;

(d)

l-ispiża relatata mal-kiri tal-assi ta' valur baxx li ġiet ikkunsidrata fl-applikazzjoni tal-paragrafu 6. Din l-ispiża m'għandhiex tinkludi l-ispiża relatata ma' krijiet għal żmien qasir ta' assi b'valur baxx inklużi fil-paragrafu 53(c);

(e)

l-ispiża relatata ma' ħlasijiet ta' kera varjabbli mhux inklużi fil-kejl tal-obbligazzjonijiet tal-kera;

(f)

introjtu mis-sullokazzjoni tal-assi bid-dritt tal-użu;

(g)

ħruġ ta' flus kontanti totali għal kirjiet;

(h)

żidiet mal-assi bid-dritt tal-użu;

(i)

qligħ jew telf li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' bejgħ u kiri b'lura; kif ukoll

(j)

l-ammont miżmum tal-assi bid-dritt tal-użu fi tmiem il-perjodu ta' rappurtar skont il-klassi ta' assi sottostanti.

54.

Il-kerrej jipprovdi l-iżvelar speċifikat fil-paragrafu 53 f'format tabulari, sakemm ma jkunx xieraq format ieħor. L-ammonti żvelati jinkludu kostijiet li l-kerrej ikun inkluda fl-ammont miżmum ta' assi ieħor matul il-perjodu ta' rappurtar.

55.

Il-kerrej jiżvela l-ammont ta' impenji ta' kirjiet tiegħu għal kirjiet għal perjodu qasir ikkunsidrati fl-applikazzjoni tal-paragrafu 6 jekk il-portafoll ta' kiri għal żmien qasir li għalih hu impenjat fi tmiem il-perjodu ta' rappurtar ma jkunx simili għall-portafoll ta' kiri għal żmien qasir li tirrigwardah l-ispiża tal-kirjiet għal żmien qasir żvelata li tapplika l-paragrafu 53(c).

56.

Jekk l-assi bid-dritt tal-użu jissodisfaw id-definizzjoni ta' proprjetà għall-investiment, kerrej japplika r-rekwiżiti ta' żvelar fl-IAS 40. F'dak il-każ, kerrej mhuwiex obbligat jipprovdi l-informazzjoni li għandha tkun żvelata skont il-paragrafu 53(a), (f), (h) u (j) għal dawk l-assi bid-dritt tal-użu.

57.

Jekk il-kerrej ikejjel assi bid-dritt tal-użu f'ammonti rivalwati meta japplika l-IAS 16, il-kerrej jiżvela l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 77 tal-IAS 16 għal dawk l-assi bid-dritt tal-użu.

58.

Kerrej jiżvela analiżi tal-maturità tal-obbligazzjonijiet ta' kera meta japplika l-paragrafi 39 u B11 tal-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar b'mod separat mill-analiżijiet tal-maturità ta' obbligazzjonijiet finanzjarji oħrajn.

59.

Minbarra l-iżvelar meħtieġ fil-paragrafi 53–58, kerrej jiżvela informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva addizzjonali dwar l-attivitajiet tiegħu ta' kiri meħtieġa biex jintlaħaq l-għan ta' żvelar fil-paragrafu 51 (kif deskritt fil-paragrafu B48). Din l-informazzjoni addizzjonali tista' tinkludi, iżda mhijiex limitata għal, informazzjoni li tgħin lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jevalwaw:

(a)

in-natura tal-attivitajiet ta' kiri tal-kerrej;

(b)

il-flussi ta' flus kontanti futuri li l-kerrej huwa potenzjalment espost għalihom li mhumiex riflessi fil-kejl ta' obbligazzjonijiet ta' kera. Dan jinkludi esponiment minn:

(i)

ħlasijiet tal-kera varjabbli (kif deskritt fil-paragrafu B49);

(ii)

għażliet ta' estensjoni, u għażliet ta' terminazzjoni (kif deskritt fil-paragrafu B50);

(iii)

garanziji ta' valur residwu (kif deskritt fil-paragrafu B51); kif ukoll

(iv)

kirjiet li għadhom ma bdewx li l-kerrej ikun ħa impenn għalihom.

(c)

restrizzjonijiet jew patti imposti minn kirjiet; kif ukoll

(d)

tranżazzjonijiet ta' bejgħ u trażazzjonijiet b'kiri lura (kif deskritt fil-paragrafu B52).

60.

Kerrej li jikkunsidra kirjiet ta' żmien qasir jew kiri ta' assi b'valur baxx li japplika l-paragrafu 6 jiżvela dak il-fatt.

IS-SID

Klassifikazzjoni ta' kirjiet (il-paragrafi B53 — B58)

61.

Is-sid jikklassifika kull kirja bħala kirja operattiva jew kirja finanzjarja.

62.

Kirja hija kklassifikata bħala kirja finanzjarja jekk sostanzjalment tittrasferixxi r-riskji u l-benefiċċji kollha relatati mal-pussess ta' assi sottostanti. Kirja hija kklassifikat bħala kirja operattiva jekk ma tittrasferix b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha relatati mal-pussess ta' assi sottostanti.

63.

Jekk kirja tkunx kiri finanzjarju jew kiri operattiv, jiddependi fuq is-sustanza tat-tranżazzjoni u mhux fuq il-forma tal-kuntratt. Eżempji ta' sitwazzjonijiet li individwalment jew f'kombinazzjoni normalment iwasslu biex kuntratt ta' kiri jiġi kklassifikat bħala kiri finanzjarju huma:

(a)

il-kuntratt ta' kiri jittrasferixxi l-jedd ta' proprjetà tal-assi sottostanti lill-kerrej sat-tmiem tal-perjodu tal-kuntratt ta' kiri;

(b)

il-kerrej ikollu l-għażla li jixtri l-assi sottostanti bi prezz li huwa mistenni li jkun aktar baxx mill-valur ġust tant li, fid-data meta l-għażla tkun tista' tiġi eżerċitata, jkun hemm ċertezza raġonevoli fid-data tal-bidu nett tal-kuntratt li l-għażla se tiġi eżerċitata.

(c)

il-perjodu tal-kiri jkun għall-biċċa l-kbira tal-ħajja ekonomika tal-assi sottostanti anki jekk it-titolu ma jiġix trasferit;

(d)

fid-data tal-bidu nett tal-kuntratt, il-valur preżenti tal-ħlasijiet tal-kiri jammonta għal mill-inqas sostanzjalment il-valur ġust kollu tal-assi sottostanti; kif ukoll

(e)

l-assi sottostanti huwa ta' natura tant speċjalizzata li l-kerrej biss jista' jużah mingħajr modifiki sostanzjali.

64.

Indikaturi ta' sitwazzjonijiet li individwalment jew flimkien jistgħu jwasslu wkoll biex kuntratt ta' kiri jiġi kklassifikat bħala kiri finanzjarju huma:

(a)

jekk il-kerrej jista' jtemm il-kirja, it-telf tas-sid relatati mat-terminazzjoni jagħmel tajjeb għalihom il-kerrej;

(b)

il-qligħ u t-telf mill-varjazzjoni fil-valur ġust tal-akkumulazzjoni ta' residwu favur il-kerrej (pereżempju, fil-forma ta' rifużjoni tal-kera li tkun daqs il-biċċa l-kbira tal-qligħ mill-bejgħ fit-tmiem tal-kirja); kif ukoll

(c)

il-kerrej ikollu l-kapaċità li jkompli l-kirja għal perjodu sekondarju b'kera li tkun sostanzjalment aktar baxxa mill-kera fis-suq.

65.

L-eżempji u l-indikaturi fil-paragrafi 63 — 64 mhumiex dejjem konklużivi. Jekk ikun ċar minn karatteristiċi oħrajn li l-kirja ma' tittrasferixxix b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha relatati mal-pussess ta' assi sottostanti, il-kirja tiġi kklassifikata bħala kiri operattiv. Pereżempju, dan jista' jkun il-każ jekk il-jedd ta' proprjetà tal-assi sottostanti jittrasferixxi fit-tmiem tal-kirja għal ħlas varjabbli ugwali għall-valur ġust tiegħu f'dak iż-żmien, jew jekk ikun hemm ħlasijiet ta' kera varjabbli, li minħabba fihom is-sid ma jittrasferix sostanzjalment dawn ir-riskji u l-benefiċċji kollha.

66.

Il-klassifikazzjoni tal-kera ssir fid-data tal-bidu nett tal-kuntratt u tiġi vvalutat mill-ġdid biss jekk ikun hemm modifika fil-kirja. Bidliet fl-istimi (pereżempju, bidliet fl-istimi tal-ħajja ekonomika jew tal-valur residwu tal-assi sottostanti), jew bidliet fiċ-ċirkustanzi (pereżempju, inadempjenza tal-kerrej), ma jagħtux lok għal klassifikazzjoni ġdida tal-kirja għall-iskopijiet tal-kontabilità.

Kirjiet finanzjarji

Rikonoxximent u kejl

67.

Fid-data tal-bidu, il-kerrej jirrikonoxxi assi miżmuma taħt kirja finanzjarja fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tiegħu u jippreżentahom bħala riċevibbli f'ammont ugwali għall-investiment nett fil-kirja.

Kejl inizjali

68.

Is-sid juża r-rata tal-imgħax impliċita fil-kirja sabiex ikejjel l-investiment nett fil-kuntratt ta' kiri. Fil-każ ta' sullokazzjoni, jekk ir-rata ta' imgħax impliċita fil-kuntratt ta' sullokazzjoni ma tistax faċilment tiġi determinata, sid intermedjarju jista' juża r-rata ta' skont użata għall-kirja prinċipali (aġġustata għal kull kost dirett inizjali marbut mas-sullokazzjoni) biex ikejjel l-investiment nett fil-kuntratt tas-sullokazzjoni.

69.

Kostijiet diretti inizjali, ħlief dawk li jsiru mis-sidien li jkunu manifatturi jew negozjanti, huma inklużi fil-kejl inizjali tal-investiment nett fil-kuntratt ta' kiri u jnaqqsu l-ammont ta' introjtu rikonoxxut matul il-perjodu ta' żmien tal-kuntratt ta' kiri. Ir-rata ta' imgħax impliċita fil-kirja hi definita b'tali mod li l-kosti diretti inizjali huma inklużi awtomatikament fl-investiment nett fil-kuntratt ta' kiri; m'hemm l-ebda bżonn li dawn jiġu miżjuda separatament.

Kejl inizjali tal-ħlasijiet tal-kera inkluż l-investiment nett fil-kuntratt ta' kiri

70.

Fid-data tal-bidu, il-ħlasijiet tal-kera inklużi fil-kejl tal-investiment nett fil-kuntratt ta' kiri huma magħmula minn dawn il-ħlasijiet għad-dritt tal-użu tal-assi sottostanti matul it-terminu tal-kiri li ma jiġux riċevuti fid-data tal-bidu:

(a)

ħlasijiet fissi (inkluż ħlasijiet fissi fis-sustanza kif deskritt fil-paragrafu B42), imnaqqsa kull inċentiv tal-kera pagabbli;

(b)

ħlasijiet tal-kiri varjabbli li jiddependu fuq indiċi jew rata, inizjalment imkejla bl-użu ta' indiċi jew rata sa mid-data tal-bidu;

(c)

kull garanziji ta' valur residwu mogħtija lis-sid mill-kerrej, parti relatata mal-kerrej jew parti terza mhux relatata mas-sid li hi finanzjarjament kapaċi twettaq l-obbligazzjonijiet taħt il-garanzija;

(d)

il-prezz tal-eżerċizzju ta' għażla ta' xiri jekk il-kerrej ikun raġonevolment ċert li jeżerċita din l-għażla (stmat b'kont meħud tal-fatturi deskritti fil-paragrafu B37); kif ukoll

(e)

ħlasijiet ta' penali għat-terminazzjoni tal-kiri, jekk il-perjodu tal-kirja jirrifletti l-fatt li l-kerrej jeżerċita għażla li jwaqqaf il-kuntratt ta' kiri.

Sidien li jkunu manifatturi jew negozjanti

71.

Fid-data tal-bidu, sid li jkun manifattur jew negozjant jirrikonoxxi dan li ġej għal kull kirja finanzjarja:

(a)

dħul li jkun il-valur ġust tal-assi sottostanti, jew, jekk aktar baxx, il-valur preżenti tal-ħlasijiet tal-kera li jakkumulaw favur is-sid, skontati b'rata ta' imgħax tas-suq;

(b)

il-prezz tal-bejgħ tkun il-kost, jew l-ammont miżmum jekk dan ikun differenti, tal-assi sottostanti wara li jitnaqqas il-valur preżenti tal-valur residwu mhux garantit; kif ukoll

(c)

il-bejgħ tal-profitt jew telf (li huwa d-differenza bejn id-dħul u l-kost tal-bejgħ) f'konformità mal-politika tiegħu għal bejgħ dirett li għalih japplika l-IFRS 15. Sid li jkun manifattur jew negozjant jirrikonoxxi profitt mill-bejgħ jew telf f'kiri finanzjarju fid-data tal-bidu, irrispettivament minn jekk is-sid jittrasferixxix l-assi sottostanti kif deskritt fl-IFRS 15.

72.

Il-manifatturi jew negozjanti spiss joffru lill-klijenti l-għażla li jew jixtru jew jikru assi. Kirja finanzjarja ta' assi minn sid li jkun manifattur jew negozjant tagħti lok għal profitt jew telf ekwivalenti għall-profitt jew telf li jirriżulta minn bejgħ dirett tal-assi sottostanti, bi prezzijiet normali tal-bejgħ, li jirrifletti kull volum applikabbli jew skontijiet tal-kummerċ.

73.

Sidien li jkunu manifatturi jew negozjanti xi kultant jikkwotaw rati baxxi b'mod artifiċjali sabiex jiġbdu lill-klijenti. L-użu ta' rata bħal din twassal li sid jirrikonoxxi porzjon eċċessiv tal-introjtu totali mit-tranżazzjoni fid-data tal-bidu. Jekk rati baxxi b'mod artifiċjali huma kkwotati, sid li jkun manifattur jew negozjant jirrestrinġi l-profitt tal-bejgħ għal dak li japplika kieku kellha tiġi imposta rata ta' imgħax tas-suq.

74.

Sid li jkun manifattur jew negozjant jirrikonoxxi bħala spiża l-kostijiet imġarrba b'rabta mal-kisba ta' kiri finanzjarju fid-data tal-bidu minħabba li huma prinċipalment relatati mal-kisba tal-profitt mill-bejgħ tal-manifattur jew negozjant. Il-kostijiet imġarrba mis-sidien li jkunu manifatturi jew negozjanti b'konnessjoni mal-kisba ta' kirja finanzjarja huma esklużi mid-definizzjoni ta' kosti diretti inizjali u, b'hekk, huma esklużi mill-investiment nett tal-kirja.

Kejl sussegwenti

75.

Is-sid jirrikonoxxi l-introjtu finanzjarju fuq it-terminu tal-kera, abbażi tal-metodu li jirrifletti rata kostanti perjodika ta' redditu fuq l-investiment nett ta' sid fil-kiri.

76.

Is-sid jimmira li jalloka l-introjtu finanzjarju matul il-perjodu ta' żmien tal-kuntratt ta' kiri fuq bażi sistematika u razzjonali. Is-sid japplika ħlasijiet tal-kiri relatati mal-perjodu kontra l-investiment gross fil-kirja sabiex jitnaqqas kemm il-prinċipal kif ukoll l-introjtu finanzjarju li ma jkunx inqala'.

77.

Is-sid japplika r-rekwiżiti tal-irtirar tar-rikonoxximent u l-indeboliment fl-IFRS 9 għall-investiment nett fil-kirja. Is-sid jirrevedi regolarment il-valuri residwi mhux garantiti stmati li jintużaw fil-kalkolu tal-investiment gross fil-kuntratt ta' kiri. Jekk kien hemm tnaqqis fil-valur residwu mhux garantit stmat, is-sid jirrevedi l-allokazzjoni tal-introjtu matul il-perjodu ta' żmien tal-kuntratt ta' kiri u jirrikonoxxi minnufih kull tnaqqis realtat mal-ammonti akkumulati.

78.

Sid li jikklassifika assi taħt kiri finanzjarju bħala miżmum għall-bejgħ (jew jinkludih fi grupp tad-disponiment li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) bl-applikazzjoni tal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx jikkunsidra l-assi skont dak l-Istandard.

Modifiki tal-kera

79.

Sid għandu jikkunsidra modifika għal kiri finanzjarju bħala kirja separata jekk kemm:

(a)

il-modifikazzjoni żżid l-ambitu tal-kirja biż-żieda tad-dritt tal-użu ta' wieħed jew iktar mill-assi sottostanti; kif ukoll

(b)

il-kunsiderazzjoni għall-kirja tiżdied b'ammont li jkun proporzjonat mal-prezz awtonomu għaż-żieda fl-ambitu u kull aġġustament xieraq lil dak il-prezz awtonomu sabiex jirrifletti ċ-ċirkustanzi tal-kuntratt partikolari.

80.

Għal modifika għal kiri finanzjarju li mhijiex ikkunsidrata bħala kirja separata, is-sid jikkunsidra l-modifika kif ġej:

(a)

jekk il-kirja kienet tiġi kklassifikata bħala kiri operattiv kieku l-modifika kienet fis-seħħ fid-data tal-bidu nett tal-kuntratt, is-sid:

(i)

jikkunsidra l-modifika tal-kirja bħala kirja ġdida mid-data effettiva tal-modifika; kif ukoll

(ii)

ikejjel l-ammont miżmum tal-assi sottostanti, bħala l-investiment nett fil-kuntratt ta' kiri immedjatament qabel id-data effettiva tal-modifika tal-kirja.

(b)

inkella, is-sid japplika r-rekwiżiti tal-IFRS 9.

Kiri operatorju

Rikonoxximent u kejl

81.

Is-sid jirrikonoxxi ħlasijiet ta' kera minn kiri operattiv bħala introjtu fuq bażi ta' linja dritta jew bażi sistematika oħra. Is-sid japplika bażi sistematika oħra jekk din il-bażi tkun aktar rappreżentattiva tat-tendenza li fiha l-benefiċċju mill-użu tal-assi sottostanti huwa mnaqqas.

82.

Is-sid jirrikonoxxi kostijiet, inkluż id-deprezzament, li saru fil-qligħ tal-introjtu mill-kiri bħala spiża.

83.

Is-sid iżid kostijiet diretti inizjali mġarrba fil-ksib ta' kirja operattiva mal-ammont miżmum tal-assi sottostanti u jirrikonoxxi dawk il-kostijiet bħala spiża matul il-perjodu ta' żmien tal-kirja fuq l-istess bażi bħall-introjtu mill-kirja.

84.

Il-politika ta' deprezzament għal assi sottostanti li jistgħu jiddeprezzaw soġġetti għal kirjiet operattivi tkun konsistenti mal-politika normali ta' deprezzament tas-sid għal assi simili. Is-sid jikkalkula d-deprezzament skont l-IAS 16 u l-IAS 38.

85.

Is-sid japplika l-IAS 36 biex jistabbilixxi jekk assi sottostanti soġġett għal kera operattiva huwiex indebolit u biex iqis kull telf minn indeboliment identifikat.

86.

Sid li jkun manifattur jew negozjant ma jirrikonoxxix profitt mill-bejgħ malli jidħol f'kiri operattiv għaliex dan m'huwiex ekwivalenti għal bejgħ.

Modifiki tal-kera

87.

Is-sid jikkunsidra modifika għal kirja operattiva bħala kirja ġdida mid-data effettiva tal-modifika, b'kont meħud ta' kull ħlas tal-kera mħallas minn qabel jew akkumulat relatat mal-kera oriġinali bħala parti tal-ħlasijiet tal-kera għall-kera l-ġdida.

Preżentazzjoni

88.

Is-sid jippreżenta assi sottostanti soġġetti għal kirjiet operattivi fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja skont in-natura tal-assi sottostanti.

Żvelar

89.

L-għan tal-iżvelar huwa li s-sidien jiżvelaw l-informazzjoni fin-noti li, flimkien mal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja, id-dikjarazzjoni tal-profitt jew tat-telf u d-dikjarazzjoni tal-flussi tal-flus, tagħti bażi lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji biex jevalwaw l-effett li l-kirjiet għandhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi ta' flus tas-sid. Il-paragrafi 90-97 jispeċifikaw rekwiżiti dwar kif għandu jintlaħaq dan l-għan.

90.

Is-sid jiżvela l-ammonti li ġejjin għall-perjodu ta' rappurtar:

(a)

Għall-kirjiet finanzjarji:

(i)

il-profitt jew it-telf mill-bejgħ;

(ii)

l-introjtu finanzjarju fuq l-investiment nett fil-kuntratt ta' kiri. kif ukoll

(iii)

l-introjtu relatat ma' ħlasijiet ta' kera varjabbli mhux inklużi fil-kejl tal-investiment nett fil-kuntratt ta' kiri.

(b)

għal kirjiet operattivi, l-introjtu tal-kera, li jiżvela separatament l-introjtu relatat mal-ħlasijiet tal-kera varjabbli li ma jiddependux fuq indiċi jew rata.

91.

Is-sid jipprovdi l-iżvelar speċifikat fil-paragrafu 90 f'format tabulari, sakemm format ieħor ma jkunx aktar xieraq.

92.

Is-sid jiżvela informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva addizzjonali dwar l-attivitajiet tiegħu ta' kiri meħtieġa biex jintlaħaq l-għan ta' żvelar fil-paragrafu 89. Din l-informazzjoni addizzjonali tinkludi, iżda mhijiex limitata għal, informazzjoni li tgħin lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji biex jevalwaw:

(a)

in-natura tal-attivitajiet ta' kiri tal-kerrej; kif ukoll

(b)

kif il-kerrej iġestixxi r-riskju assoċjat ma' kull dritt li jżomm f'assi sottostanti. B'mod partikolari, is-sid jiżvela l-istrateġija tal-amministrazzjoni tar-riskju tiegħu għad-drittijiet li jżomm f'assi sottostanti, inkluż kull mezz li permezz tiegħu s-sid inaqqas dan ir-riskju. Tali mezzi jistgħu jinkludu, pereżempju, ftehimiet ta' riakkwist, garanziji ta' valur residwu jew ħlasijiet ta' kera varjabbli għall-użu f'eċċess ta' limiti speċifikati.

Kirjiet finanzjarji

93.

Is-sid jipprovdi spjegazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva tal-bidliet sinifikanti fl-ammont miżmum tal-investiment nett f'kirjiet finanzjarji.

94.

Is-sid jiżvela analiżi tal-maturità tal-ħlasijiet tal-kera riċevibbli, li turi l-ħlasijiet tal-kera mhux imnaqqsa biex jiġu rċevuti fuq bażi annwali għal minimu ta' kull waħda mill-ewwel ħames snin, u t-total tal-ammonti għas-snin li jifdal. Is-sid jirrikonċilja l-ħlasijiet tal-kera mhux imnaqqsa mal-investiment nett fil-kirja. Ir-rikonċiljazzjoni tidentifika l-introjtu finanzjarju mhux maqlugħ relatat mal-ħlasijiet tal-kiri riċevibbli u kull valur residwu mhux garantit skontat.

Kiri operattiv

95.

Għal entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir soġġetti għal kirja operattiva, is-sid japplika r-rekwiżiti ta' żvelar fl-IAS 16. Meta japplika r-rekwiżiti ta' żvelar fl-IAS 16, is-sid jiddiżaggrega kull klassi ta' proprjetà, impjant u tagħmir f'assi soġġetti għal kirjiet operattivi u assi mhux soġġetti għal kirjiet operattivi. Għaldaqstant, is-sid jipprovdi l-iżvelar meħtieġ minn IAS 16 għal assi soġġett għal kera operatttiva (skont il-klassi ta' assi sottostanti) separatament minn assi miżmuma u użati mis-sid.

96.

Sid japplika r-rekwiżiti ta' żvelar fl-IAS 36, l-IAS 38, l-IAS 40 u l-IAS 41 għal assi soġġetti għal kirjiet operattivi.

97.

Sid jiżvela analiżi tal-maturità tal-ħruġ tal-ħlasijiet tal-kiri, li turi l-ħlasijiet tal-kera mhux skontati li jkunu riċevuti fuq bażi annwali għal minimu ta' kull waħda mill-ewwel ħames snin, u t-total tal-ammonti għas-snin li jifdal.

TRANŻAZZJONIJIET TA' BEJGĦ B'KIRI LURA

98.

Jekk entità (bejjiegħ-kerrej) titrasferixxi assi lil entità oħra (xerrej-sid) u jikri dak l-assi lura mix-xerrej-sid, kemm il-bejjiegħ-kerrej kif ukoll ix-xerrej-sid jikkunsidraw il-kuntratt ta' trasferiment u l-kirja li japplikaw il-paragrafi 99–103.

Il-valutazzjoni dwar jekk it-trasferiment tal-assi huwiex bejgħ

99.

Entità tapplika r-rekwiżiti biex tiddetermina meta obbligu ta' prestazzjoni jkun sodisfatt fl-IFRS 15 sabiex tiddetermina jekk it-trasferiment ta' assi jiġix ikkunsidrat bħala bejgħ ta' dak l-assi.

It-trasferiment tal-assi huwa bejgħ

100.

Jekk it-trasferiment ta' assi minn bejjiegħ-kerrej jissodisfa r-rekwiżiti tal-IFRS 15 biex jiġi mniżżel bħala bejgħ tal-assi:

(a)

il-bejjiegħ-kerrej ikejjel id-dritt tal-użu li jirriżulta minn kiri b'lura fi proporzjon tal-ammont miżmum preċedenti tal-assi li jirrigwarda d-dritt tal-użu miżmum mill-bejjiegħ-kerrej. Għaldaqstant, il-bejjiegħ-kerrej jirrikonoxxi biss l-ammont ta' kull qligħ jew telf li jirrigwarda d-drittijiet trasferiti lix-xerrej-sid.

(b)

ix-xerrej-sid jikkunsidra x-xiri tal-assi li japplika l-Istandards applikabbli, u l-kiri li japplika r-rekwiżiti ta' kontabilità tas-sid f'dan l-Istandard.

101.

Jekk il-valur ġust tal-kunsiderazzjoni għall-bejgħ ta' assi ma jkunx daqs il-valur ġust tal-assi, jew jekk il-ħlasijiet għal kuntratt ta' kera mhumiex bir-rati tas-suq, entità tagħmel l-aġġustamenti li ġejjin biex tkejjel ir-rikavat mill-bejgħ b'valur ġust:

(a)

kull terminu taħt is-suq jitqies bħala ħlas bil-quddiem ta' ħlasijiet ta' kera; kif ukoll

(b)

kull terminu aktar minn dak tas-suq jitqies bħala finanzjament addizzjonali pprovdut mix-xerrej-sid lill-bejjiegħ-kerrej.

102.

L-entità tkejjel kull aġġustament potenzjali meħtieġ mill-paragrafu 101 abbażi tad-determinabbli aktar faċli ta':

(a)

id-differenza bejn il-valur ġust tal-kunsiderazzjoni għall-bejgħ u l-valur ġust tal-assi; kif ukoll

(b)

id-differenza bejn il-valur preżenti tal-ħlasijiet kuntrattwali għall-kiri u l-valur preżenti tal-ħlasijiet tal-kirja bir-rati tas-suq.

It-trasferiment tal-assi ma jikkostitwixxix bejgħ

103.

Jekk it-trasferiment ta' assi minn bejjiegħ-kerrej ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-IFRS 15 biex jiġi mniżżel bħala bejgħ tal-assi:

(a)

il-bejjiegħ-kerrej ikompli jirrikonoxxi l-assi ttrasferit u jirrikonoxxi obbligazzjoni finanzjarja bħal ugwali għar-rikavat ta' trasferiment. Jikkunsidra l-obbligazzjoni finanzjarja li tapplika l-IFRS 9.

(b)

ix-xerrej-sid ma jirrikonoxxix l-assi ttrasferit u jirrikonoxxi assi finanzjarju ugwali għar-rikavat mit-trasferiment. Dan jikkunsidra l-assi finanzjarju li japplika l-IFRS 9.

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi hu parti integrali mill-Istandard.

id-data tal-bidu tal-kirja (id-data tal-bidu)

Id-data li fiha sid jagħmel assi sottostanti disponibbli għall-użu minn kerrej.

il-ħajja ekonomika

Jew il-perjodu li matulu l-assi huwa mistenni li jista' jintuża ekonomikament minn utent wieħed jew aktar jew in-numru ta' unitajiet ta' produzzjoni jew unitajiet simili mistennija li jinkisbu minn assi minn utent wieħed jew aktar.

id-data effettiva tal-modifika

Id-data meta ż-żewġ partijiet jaqblu fuq modifika tal-kirja.

valur ġust

Għall-fini tal-applikazzjoni tar-rekwiziti tal-kontabilità tas-sid f'dan l-Istandard, l-ammont li għalih jista' jiġi skambjat assi, jew risolta obbligazzjoni, bejn partijiet infurmati u disposti fi tranżazzjoni distakkata.

kirja finanzjarja

Kirja li sostanzjalment tittrasferixxi r-riskji u l-benefiċċji kollha relatati mal-pussess ta' assi sottostanti.

ħlasijiet fissi

Ħlasijiet magħmula minn kerrej lil sid għad-dritt tal-użu ta' assi sottostanti matul it-terminu tal-kiri, esklużi ħlasijiet ta' kera varjabbli.

l-investiment gross fil-kuntratt ta' kiri

It-total ta':

(a)

il-ħlasijiet tal-kera li jirċievi sid taħt kiri finanzjarju kif ukoll

(b)

kull valur residwu mhux garantit li jakkumula favur is-sid.

data tal-bidu nett tal-kuntratt tal-kera (data tal-bidu nett tal-kuntratt)

L-iżjed data kmieni ta' ftehim ta' kera u d-data tal-impenn mill-partijiet għat-termini prinċipali u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta' kera.

kostijiet diretti inizjali

kostijiet inkrementali ta' ksib ta' kera li ma kinux se jiġġarrbu kieku l-kera ma nkisbitx, ħlief għal dawk il-kostijiet imġarrba sid li jkun manifattur jew negozjant b'konnessjoni ma' kirja finanzjarja.

ir-rata ta' imgħax impliċita fil-kirja

ir-rata ta' imgħax li ġġiegħel lill-valur preżenti ta' (a) il-ħlasijiet tal-kera u (b) il-valur residwu mhux garantit ikunu ugwali għat-total ta' (i) il-valur ġust tal-assi sottostanti u (ii) il-kostijiet diretti inizjali kollha tas-sid.

kera

Kuntratt jew parti minn kuntratt, li jagħti d-dritt tal-użu ta' assi (l-assi sottostanti) għal perjodu ta' żmien bi skambju għal kunsiderazzjoni.

inċentivi ta' kera

Il-ħlasijiet li jsiru minn sid lil kerrej assoċjati ma' kera jew ir-rimborż jew il-preżunzjoni mis-sid tal-kostijiet tal-kerrej.

modifika ta' kera

Bidla fl-ambitu ta' kera jew il-kunsiderazzjoni għal kera, li ma kinitx parti mit-termini u kundizzjonijiet inizjali tal-kiri (pereżempju, ż-żieda jew it-tmiem tad-dritt għall-użu ta' assi sottostanti wieħed jew aktar, jew l-estensjoni jew it-tnaqqis tat-terminu tal-kiri).

ħlasijiet ta' kera

Ħlasijiet magħmula mill-kerrej lil sid relatati mad-dritt ta' użu ta' assi sottostanti matul it-terminu ta' kiri, li jinkludu dan li ġej:

(a)

ħlasijiet fissi (inkluż ħlasijiet fissi fis-sustanza), imnaqqas kull inċentiv tal-kera;

(b)

ħlasijiet tal-kera varjabbli li jiddependu fuq indiċi jew rata;

(c)

il-prezz tal-eżerċizzju ta' għażla ta' xiri jekk il-kerrej ikun raġonevolment ċert li jeżerċita dik l-għażla; kif ukoll

(d)

ħlasijiet ta' penali għat-terminazzjoni tal-kera, jekk it-terminu tal-kirja jirrifletti li l-kerrej jeżerċita għażla li jwaqqaf il-kuntratt ta' kiri.

Għall-kerrej, il-ħlasijiet tal-kera jinkludu wkoll l-ammonti mistennija li jitħallsu mill-kerrej taħt garanziji ta' valur residwu. Ħlasijiet ta' kera ma jinkludux ħlasijiet allokati għal komponenti li mhumiex kuntratti tal-kera ta' kuntratt, sakemm il-kerrej ma jagħżilx li jikkombina komponenti li mhumiex kuntratti tal-kera b'komponent ta' kera u jqishom bħala komponent ta' kera.

Għal sid, il-ħlasijiet tal-kera jinkludu wkoll kull garanzija ta' valur residwu mogħtija lis-sid mill-kerrej, parti relatata mal-kerrej jew parti terza mhux relatata mas-sid li hi finanzjarjament kapaċi twettaq l-obbligazzjonijiet taħt il-garanzija. Ħlasijiet ta' kera ma jinkludux ħlasijiet allokati għal komponenti li mhumiex tal-kera.

terminu tal-kera

Il-perjodu li ma jistax jiġi kkanċellat li għalih kerrej ikollu d-dritt li juża assi sottostanti, flimkien ma':

(a)

perjodi koperti b'għażla li jestendi l-kera jekk il-kerrej huwa raġonevolment ċert li jeżerċita dik l-għażla; kif ukoll

(b)

perjodi koperti b'għażla li tittermina l-kuntratt ta' kiri, jekk il-kerrej ikun raġonevolment ċert li ma jeżerċitax dik l-għażla.

kerrej

Entità li tikseb id-dritt għall-użu ta' assi sottostanti għal perjodu ta' żmien bi skambju għal kunsiderazzjoni.

ir-rata tas-self li tinkrementa tal-kerrej

Ir-rata tal-imgħax li kerrej ikollu jħallas sabiex jissellef, għal terminu simili u b'garanzija simili, il-fondi meħtieġa biex jikseb assi ta' valur simili għall-assi bid-dritt tal-użu f'ambjent ekonomiku simili.

sid

Entità li tagħti d-dritt li jintuża assi sottostanti għal perjodu ta' żmien bi skambju għal kunsiderazzjoni.

investiment nett fil-kera

L-investiment gross fil-kera skontat bir-rata ta' interessi implċita fil-kera.

kera operattiva

Kera li sostanzjalment ma tittrasferixxix ir-riskji u l-benefiċċji kollha relatati mal-pussess ta' assi sottostanti.

ħlasijiet ta' kera fakultattivi

Ħlasijiet li għandhom isiru minn kerrej lil sid għal assi sottostanti bid-dritt tal-użu matul perjodi koperti minn għażla li jestendi jew itemm kirja li mhumiex inklużi fit-terminu tal-kirja.

perjodu ta' użu

Il-perjodu totali taż-żmien li assi huwa użat għat-twettiq ta' kuntratt ma' konsumatur (inkluż kull perjodu ta' żmien mhux konsekuttiv).

garanzija ta' valur residwu

Garanzija magħmula lil sid minn parti mhux relatata mas-sid li l-valur (jew parti minnu) ta' assi sottostanti fi tmiem il-kirja jrid ikun tal-anqas ammont speċifiku.

assi bid-dritt tal-użu

Assi li jirrappreżenta d-dritt tal-kerrej li juża assi sottostanti għat-terminu tal-kera.

kera għal żmien qasir

Kera li, fid-data tal-bidu, ikollha terminu tal-kera ta' 12-il xahar jew inqas. Kera li ma jkunx fih għażla ta' xiri mhijiex kera għal żmien qasir.

sullokazzjoni

Transazzjoni li għaliha assi sottostanti jerġa' jinkera minn kerrej (“sid intermedjarju”) lil parti terza, u l-kera (“il-kera prinċipali”) bejn is-sid prinċipali u l-kerrej tibqa' fis-seħħ.

assi sottostanti

Assi li huwa s-suġġett ta' kera, li għalih id-dritt tal-użu ġie pprovdut minn sid lil kerrej.

introjtu finanzjarju mhux maqlugħ

Id-differenza bejn:

(a)

l-investiment gross fil-kera; kif ukoll

(b)

l-investiment nett fil-kera.

il-valur residwu garantit

Dak il-porzjon tal-valur residwu tal-assi sottostanti, li t-twettiq tiegħu mis-sid mhuwiex żgurat jew huwa garantit biss minn parti relatata mas-sid.

ħlasijiet ta' kera varjabbli

Il-porzjon tal-ħlasijiet magħmula minn kerrej lil sid għad-dritt tal-użu ta' assi sottostanti tul it-terminu tal-kiri li jvarja minħabba bidliet fil-fatti jew ċirkustanzi li jseħħu wara d-data tal-bidu, minbarra l-mogħdija taż-żmien.

It-termini definiti fi Standards oħra u li jintużaw f'dan l-Istandard bl-istess tifsira

kuntratt

Ftehim bejn żewġ partijiet jew aktar li joħloq drittijiet u obbligi infurzabbli.

ħajja utli

Il-perjodu li matulu assi hu mistenni li jkun disponibbli għall-użu minn entità; jew in-numru ta' unitajiet ta' produzzjoni jew unitajiet simili li huma mistennija li se jinkisbu minn assi minn entità.

Appendiċi B

Gwida ta' applikazzjoni

Dan l-Appendiċi hu parti integrali mill-Istandard. Huwa jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1-103 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-Istandard.

L-applikazzjoni ta' portafoll

B1

Dan l-istandard jispeċifika l-kontabilità għal kera individwali. Madankollu, bħala espedjent prattiku, entità tista' tapplika dan l-Istandard għal portafoll ta' kirjiet b'karatteristiċi simili jekk l-entità tistenna raġonevolment li l-effetti fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-applikazzjoni ta' dan l-istandard lill-portafoll ma jkunx materjalment differenti milli l-applikazzjoni ta' dan l-Istandard għal kirjiet individwali fi ħdan dan il-portafoll. Fil-kontabbiltà ta' portafoll, entità tuża stimi u suppożizzjonijiet li jirriflettu d-daqs u l-kompożizzjoni tal-portafoll.

Kombinazzjoni ta' kuntratti

B2

Fl-applikazzjoni ta' dan l-Istandard, entità tikkombina żewġ kuntratti jew aktar konklużi fl-istess ħin jew kważi mal-istess kontroparti (jew partijiet relatati tal-kontroparti), u tagħti kont tal-kuntratti bħala kuntratt uniku jekk wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin ikunu sodisfati:

(a)

il-kuntratti jkunu negozjati bħala pakkett globali bbażat fuq għan kummerċjali li ma jistax jiġi mifhum mingħajr ma wieħed jikkunsidra l-kuntratti flimkien;

(b)

l-ammont li għandu jitħallas f'kuntratt wieħed jiddependi fuq il-prezz jew it-twettiq ta' kuntratt ieħor; jew

(c)

id-drittijiet ta' użu ta' assi sottostanti mwassla fil-kuntratti (jew xi drittijiet għall-użu ta' assi sottostanti mwassla f'kull wieħed mill-kuntratti tal-kera) jifforma komponent ta' kera uniku kif deskritt fil-paragraph B32.

Ir-rikonoxximent ta' eċċezzjoni: kirjiet fejn l-assi sottostanti huwa ta' valur baxx (il-paragrafi 5–8)

B3

Ħlief kif speċifikat fil-paragrafu B7, dan l-Istandard jippermetti lill-kerrej li japplika l-paragrafu 6 biex jagħti kont tal-kirjiet li għalihom l-assi sottostanti huwa ta' valur baxx. Il-kerrej jivvaluta l-valur ta' assi sottostanti abbażi tal-valur tal-assi meta jkun ġdid, tkun xi tkun l-età tal-assi li jkun qed jiġi mikri.

B4

Il-valutazzjoni ta' jekk assi sottostanti huwiex ta' valur baxx issir fuq bażi assoluta. Il-kirjiet ta' assi ta' valur baxx jikkwalifikaw għal trattament kontabilistiku fil-paragrafu 6, irrispettivament minn jekk dawk il-kirjiet humiex materjali għall-kerrej. Din il-valutazzjoni mhijiex affettwata mid-daqs, in-natura u ċ-ċirkostanzi tal-kerrej. Għaldaqstant, kerrejja differenti huma mistennija li jilħqu l-istess konklużjonijiet dwar jekk assi sottostanti partikolari huwiex ta' valur baxx.

B5

Assi sottostanti jista' jkun ta' valur baxx biss jekk:

(a)

il-kerrej jista' jibbenefika mill-użu ta' assi sottostanti, waħdu jew flimkien ma' riżorsi oħra li huma disponibbli faċilment lill-kerrej; kif ukoll

(b)

l-assi sottostanti ma jkunx dipendenti ħafna fuq, jew marbut ma' assi oħrajn.

B6

Kera ta' assi sottostanti ma tikkwalifikax bħala kera ta' assi ta' valur baxx jekk in-natura tal-assi hija tali li, meta jkun ġdid, l-assi tipikament mhuwiex ta' valur baxx. Pereżempju, kirjiet ta' karozzi ma jikkwalifikawx bħala kirjiet ta' assi b'valur baxx minħabba li karozza ġdida tipikament ma tkunx ta' valur baxx.

B7

Jekk il-kerrej jissulloka assi, jew jistenna li jissulloka assi, il-kera prinċipali ma tikkwalifikax bħala kera ta' assi ta' valur baxx.

B8

Eżempji ta' assi sottostanti b'valur baxx jistgħu jinkludu tablets u kompjuters personali, oġġetti ta' għamara tal-uffiċċju u telefowns.

L-identifikazzjoni ta' krija (il-paragrafi 9–11)

B9

Sabiex jiġi evalwat jekk kuntratt jagħtix id-dritt li jiġi kkontrollat l-użu ta' assi identifikat (ara l-paragrafi B13 — B20) għal perjodu ta' żmien, entità tivvaluta jekk, matul il-perjodu ta' użu, il-klijent ikollu dawn li ġejjin:

(a)

id-dritt li jinkisbu sostanzjalment il-benefiċċji ekonomiċi kollha mill-użu tal-assi identifikat (kif deskritt fil-paragrafi B21 — B23); kif ukoll

(b)

id-dritt li jiġi dirett l-użu tal-assi identifikat (kif deskritt fil-paragrafi B24 — B30).

B10

Jekk il-klijent għandu d-dritt li jikkontrolla l-użu ta' assi identifikat għal porzjon biss tat-terminu tal-kuntratt, il-kuntratt fih kuntratt ta' kera għal dak il-porzjon tat-terminu.

B11

Kuntratt biex wieħed jirċievi merkanzija jew servizzi jista' jsir b'arranġament konġunt, jew għan-nom ta' arranġament konġunt, kif definit fl-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti. F'dan il-każ, l-arranġament konġunt ikun meqjus bħala l-klijent fil-kuntratt. Skont dan, fil-valutazzjoni dwar jekk kuntratt bħal dan fihx kuntratt ta' kera, entità tivvaluta jekk l-arranġament konġunt għandux id-dritt tal-kontroll tal-użu ta' assi identifikat matul il-perjodu tal-użu.

B12

Entità tivvaluta jekk kuntratt ikunx fih kuntratt ta' kera għal kull komponent separat potenzjali ta' kera. Irreferi għall-paragrafu B32 għal gwida dwar il-komponenti separati tal-kera.

Assi identifikat

B13

Assi huwa tipikament identifikati billi jkun speċifikat b'mod espliċitu f'kuntratt. Madankollu, assi jista' jiġi identifikat billi jkun speċifikat b'mod impliċitu meta dak l-assi jkun disponibbli għall-użu mill-konsumatur.

Id-drittijiet sostantivi ta' sostituzzjoni

B14

Anki jekk assi jiġi speċifikat, klijent ma jkollux id-dritt li juża assi identifikat jekk il-fornitur għandu d-dritt sostantiv li jissostitwixxi l-assi għat-tul kollu tal-perjodu tal-użu. Id-dritt ta' fornitur li jissostitwixxi l-assi huwa sostanzjali biss jekk jeżistu ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fornitur ikollu l-kapaċità prattika li jissostitwixxi assi alternattivi tul il-perjodu ta' użu (pereżempju, il-konsumatur ma jistax jipprekludi lill-fornitur milli jissostitwixxi l-assi u assi alternattivi li huma faċilment disponibbli għall-fornitur jew li jistgħu jinkisbu mill-fornitur fi żmien raġonevoli); kif ukoll

(b)

il-fornitur jibbenefika ekonomikament mill-eżerċizzju tad-dritt tiegħu li jissostitwixxi l-assi (jiġifieri l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mas-sostituzzjoni tal-assi huma mistennija li jaqbżu l-kostijiet assoċjati mas-sostituzzjoni tal-assi).

B15

Jekk il-fornitur ikollu d-dritt jew l-obbligu li jissostitwixxi l-assi biss f'data partikolari jew warajha jew l-okkorrenza ta' avveniment speċifikat, id-dritt għas-sostituzzjoni tal-fornitur ma jkunx sostantiv minħabba li l-fornitur ma jkollux il-kapaċità prattika li jissostitwixxi assi alternattivi għat-tul kollu tal-perjodu tal-użu.

B16

L-evalwazzjoni ta' entità dwar jekk id-dritt għas-sostituzzjoni tal-fornitur huwiex sostantiv hija bbażata fuq fatti u ċirkostanzi fil-bidu tal-kuntratt u teskludi l-kunsiderazzjoni ta' avvenimenti futuri li, mal-bidu tal-kuntratt, mhumiex meqjusa bħala probabbli li jseħħu. Eżempji ta' avvenimenti futuri li, mal-bidu tal-kuntratt, mhumiex meqjusa bħala probabbli li jseħħu u, għalhekk, għandhom ikunu esklużi mill-evalwazzjoni jinkludu:

(a)

ftehim minn klijenti futur għall-ħlas ta' rata ogħla minn dik tas-suq għall-użu tal-assi;

(b)

l-introduzzjoni ta' teknoloġija ġdida li ma tkunx sostanzjalment żviluppata fil-bidu tal-kuntratt;

(c)

differenza sostanzjali bejn l-użu tal-assi tal-klijent, jew il-prestazzjoni tal-assi, u l-użu jew il-prestazzjoni meqjusa probabbli fil-bidu tal-kuntratt; kif ukoll

(d)

differenza sostanzjali bejn il-prezz tas-suq tal-assi waqt il-perjodu tal-użu, u l-prezz tas-suq meqjus probabbli fil-bidu tal-kuntratt.

B17

Jekk l-assi jkun jinsab fil-post tal-konsumatur jew x'imkien ieħor, il-kostijiet assoċjati mas-sostituzzjoni jkunu ġeneralment ogħla milli meta jinsab fil-bini tal-fornitur u, għalhekk, huma iktar probabbli li jaqbżu l-benefiċċji assoċjati mas-sostituzzjoni tal-assi.

B18

Id-dritt jew l-obbligu tal-fornitur li jissostitwixxi l-assi għat-tiswija u l-manutenzjoni, jekk l-assi ma jkunx qed jaħdem sew jew jekk isir disponibbli titjib tekniku ma jipprekludix lill-klijent milli jkollu d-dritt tal-użu ta' assi identifikat.

B19

Jekk il-klijent ma jistax jiddetermina jekk il-fornitur ikollux dritt sostantiv ta' sostituzzjoni, il-klijent jippreżumi li kull dritt ta' sostituzzjoni ma jkunx sostantiv.

Porzjonijiet ta' assi

B20

Proporzjon ta' kapaċità ta' assi hija meta assi identifikat ikun fiżikament distinti (pereżempju, sular ta' bini). Kapaċità jew porzjon ieħor ta' assi li mhuwiex fiżikament distint (pereżempju, il-porzjon tal-kapaċità tal-kejbil tal-fibra ottika) mhijiex assi identifikat, sakemm ma tkunx tirrappreżenta sostanzjalment il-kapaċità kollha tal-assi u b'hekk tipprovdi lill-klijent bid-dritt li jikseb sostanzjalment il-benefiċċji ekonomiċi kollha mill-użu tal-assi.

Id-dritt li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi mill-użu

B21

Biex jikkontrolla l-użu ta' assi identifikat, klijent huwa meħtieġ li jkollu d-dritt li jikseb sostanzjalment il-benefiċċji ekonomiċi kollha mill-użu tal-assi matul il-perjodu ta' użu (pereżempju, billi jkollu l-użu esklussiv tal-assi matul dak il-perjodu). Klijent jista' jikseb benefiċċji ekonomiċi billi juża l-assi direttament jew indirettament f'ħafnamodi, bħal pereżempju l-użu, iż-żamma jew is-sullokazzjoni tal-assi. Il-benefiċċji ekonomiċi mill-użu tal-assi jinkludu l-produzzjoni primarja u l-prodotti sekondarji tiegħu (inkluż flussi ta' flus potenzjali li ġejjin minn dawn l-oġġetti), u l-benefiċċji ekonomiċi mill-użu tal-assi li jistgħu jitwettqu minn tranżazzjoni kummerċjali ma' parti terza.

B22

Meta tivvaluta d-dritt li jinkisbu sostanzjalment il-benefiċċji ekonomiċi kollha mill-użu ta' assi, entità tikkunsidra l-benefiċċji ekonomiċi li jirriżultaw mill-użu tal-assi fl-ambitu definit tad-dritt ta' konsumatur li juża l-assi (ara l-paragrafu B30). Pereżempju:

(a)

jekk kuntratt jillimita l-użu ta' vettura bil-mutur għal territorju partikolari wieħed biss waqt il-perjodu tal-użu, entità tqis biss il-benefiċċji ekonomiċi mill-użu tal-vettura bil-mutur f'dak it-territorju, u mhux lil hinn minnu

(b)

jekk kuntratt jispeċifika li klijent jista' jsuq vettura bil-mutur biss sa ċertu numru ta' mili waqt il-perjodu tal-użu, entità tqis biss il-benefiċċji ekonomiċi mill-użu tal-vettura bil-mutur sal-kilometraġġ permess u mhux lil hinn minnu.

B23

Jekk kuntratt jeħtieġ li klijent iħallas lill-fornitur jew parti oħra porzjon tal-flussi ta' flus derivat mill-użu tal-assi bħala kunsiderazzjoni, dawk il-flussi ta' flus imħallsa bħala kunsiderazzjoni jitqisu li jkunu parti mill-benefiċċji ekonomiċi li l-klijent jikseb mill-użu tal-assi. Pereżempju, jekk il-klijent ikun obbligat li jħallas lill-fornitur perċentwali tal-bejgħ mill-użu ta' spazju għall-bejgħ bl-imnut bħala kunsiderazzjoni għal dan l-użu, dan ir-rekwiżit ma jipprekludix lill-klijent milli jkollu d-dritt li jikseb sostanzjalment il-benefiċċji ekonomiċi kollha mill-użu tal-ispazju għall-bejgħ bl-imnut. Dan minħabba li l-flussi ta' flus li jirriżultaw minn dan il-bejgħ huma kkunsidrati bħala benefiċċji ekonomiċi li l-klijent jakkwista mill-użu tal-ispazju għall-bejgħ bl-imnut, li porzjon minnhom iħallas lill-fornitur bħala kunsiderazzjoni għad-dritt għall-użu ta' dak l-ispazju.

Id-dritt li jidderiġi l-użu

B24

Klijent għandu d-dritt li jidderiġi l-użu ta' assi identifikat tul il-perjodu tal-użu biss jekk jew:

(a)

il-konsumatur ikollu d-dritt li jidderiġi kif u għal liema skop jintuża l-assi matul il-perjodu kollu tal-użu (kif deskritt fil-paragrafi B25 — B30); jew

(b)

id-deċiżjonijiet rilevanti dwar kif u għal liema skop jintuża l-assi huma predeterminati u:

(i)

il-klijent għandu d-dritt li jopera l-assi (jew li jidderiġi lill-oħrajn biex joperaw lill-assi bil-mod li hu jiddetermina) tul il-perjodu tal-użu, mingħajr ma l-fornitur ikollu d-dritt li jbiddel dawk l-istruzzjonijiet operattivi; jew

(ii)

il-klijent ifassal l-assi (jew aspetti speċifiċi tal-assi) b'mod li jiddetermina kif u għal liema skop jintuża l-assi matul il-perjodu kollu tal-użu tiegħu.

Kif u għal liema skop jintuża l-assi

B25

Klijent ikollu d-dritt li jidderiġi dwar kif u għal liema skop jintuża l-assi jekk, fl-ambitu tad-dritt tiegħu tal-użu definit fil-kuntratt, ikun jista' jibdel kif u għal liema skop jintuża l-assi għat-tul kollu tal-perjodu tal-użu. Meta tagħmel din l-evalwazzjoni, l-entità tikkunsidra d-drittijiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet li huma l-aktar rilevanti għall-bidla ta' kif u għal-liema skop jintuża l-assi għat-tul kollu tal-perjodu tal-użu. Id-drittijiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet huma rilevanti meta dawn jaffettwaw il-benefiċċji ekonomiċi li jirriżultaw mill-użu. Id-drittijiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet li huma l-aktar rilevanti x'aktarx ikunu differenti għal kuntratti differenti, skont in-natura tal-assi u t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt.

B26

Eżempji ta' drittijiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet li, skont iċ-ċirkustanzi, jagħtu d-dritt li jinbidel kif u għal liema raġuni jintuża l-assi, fl-ambitu definit dwar id-dritt tiegħu ta' użu, jinkludu:

(a)

id-drittijiet għal bidliet fit-tip ta' output li huwa prodott mill-assi (pereżempju, biex jiġi deċiż jekk jintużax kontenitur tat-trasport li jittrasporta merkanzija jew għall-ħażna, jew dwar it-taħlita ta' prodotti mibjugħa minn ħwienet bl-imnut);

(b)

id-drittijiet għal tibdil meta l-output jiġi prodott (pereżempju, biex jiġi deċiż meta oġġett ta' makkinarju jew impjant tal-enerġija se jintuża);

(c)

id-drittijiet għal tibdil fejn l-output huwa prodott (pereżempju, biex jiġi deċiż dwar id-destinazzjoni ta' trakk jew bastiment, jew jekk oġġett ta' tagħmir jintużax); kif ukoll

(d)

id-drittijiet għal tibdil jekk l-output ikun prodott, u l-kwantità ta' dak l-output (pereżempju, biex jiġi deċiż jekk tiġix prodotta enerġija minn impjant tal-enerġija u kemm enerġija għandha tiġi prodotta minn dak l-impjant tal-enerġija).

B27

Eżempji ta' drittijiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet li ma jagħtux id-dritt għal tibdil kif u għal liema raġuni jintuża l-assi jinkludu drittijiet li huma limitati għat-tħaddim jew il-manutenzjoni tal-assi. Dawn id-drittijiet jistgħu jinżammu mill-klijent jew mill-fornitur. Għalkemm drittijiet bħal dawk li topera jew iżomm assi huma ta' spiss essenzjali għall-użu effiċjenti ta' assi, dawn m'humiex drittijiet li jagħtu direzzjoni dwar kif u għal liema skop jintuża l-assi u spiss huma dipendenti fuq deċiżjonijiet dwar kif u għal liema skop jintuża l-assi. Madankollu, drittijiet li topera assi jistgħu jagħtu d-dritt lill-klijent li jidderiġi l-użu tal-assi jekk id-deċiżjonijiet rilevanti dwar kif u għal liema skop jintuża l-assi huma predeterminati (ara l-paragrafu B24(b)(i)).

Deċiżjonijiet determinati matul u qabel il-perjodu ta' użu

B28

Id-deċiżjonijiet rilevanti dwar kif u għal liema skop jintuża l-assi jistgħu jiġu prestabbiliti b'diversi modi. Pereżempju, id-deċiżjonijiet rilevanti ma jistgħux jiġu determinati minn qabel skont id-disinn tal-assi jew b'restrizzjonijiet kuntrattwali fuq l-użu tal-assi.

B29

Fil-valutazzjoni ta' jekk klijent ikollux id-dritt li jidderiġi l-użu ta' assi, entità tikkunsidra biss drittijiet biex tieħu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-assi waqt il-perjodu ta' użu, sakemm il-klijent ma jkunx fassal l-assi (jew aspetti speċifiċi tal-assi) kif deskritt fil-paragrafu B24(b)(ii). Konsegwentement, sakemm jeżistu l-kundizzjonijiet fil-paragrafu B24(b)(ii), entità ma tikkunsidrax deċiżjonijiet li huma predeterminati qabel il-perjodu tal-użu. Pereżempju, jekk il-klijent huwiex kapaċi biss li jispeċifika l-output tal-assi qabel il-perjodu tal-użu, il-klijent ma għandux id-dritt li jidderiġi l-użu ta' dak l-assi. Il-kapaċità li jispeċifika l-produzzjoni f'kuntratt qabel il-perjodu ta' użu, mingħajr kull drittijiet oħra ta' teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-użu tal-assi, jagħti lill-klijent l-istess drittijiet bħal kull konsumatur li jixtri prodotti jew servizzi.

Drittijiet protettivi

B30

Kuntratt jista' jinkludi termini u kundizzjonijiet intiżi sabiex jipproteġu l-interess tal-fornitur fl-assi jew assi oħrajn, biex jipproteġu lill-persunal tiegħu, jew biex jiżguraw il-konformità tal-fornitur ma' liġijiet jew regolamenti. Dawn huma eżempji ta' drittijiet protettivi. Pereżempju, kuntratt jista' (i) jispeċifika l-ammont massimu ta' użu ta' assi jew jillimita fejn jew meta l-klijent ikun jista' juża l-ass, (ii) jitlob lill-konsumatur biex isegwi prattiki operattivi partikolari, jew (iii) jitlob lill-konsumatur biex jinforma lill-fornitur dwar bidliet f'kif se jintuża l-assi. Drittijiet protettivi tipikament jiddefinixxu l-ambitu dwar id-dritt tiegħu ta' użu iżda, waħedhom, ma jipprekludux lill-klijent milli jgawdi mid-dritt li jidderiġi l-użu ta' assi.

B31

Il-flowchart li ġejja tista' tassisti l-entitajiet fil-valutazzjoni ta' jekk kuntratt huwiex, jew fihx, kuntratt ta' kera.

Image Test ta 'immaġni

L-isseparar tal-komponenti ta' kuntratt (il-paragrafi 12–17)

B32

Id-dritt għall-użu ta' assi sottostanti huwa komponent separat ta' kera jekk kemm:

(a)

il-kerrej jista' jibbenefika mill-użu ta' assi sottostanti, jew waħdu jew flimkien ma' riżorsi oħrajn li jkunu disponibbli faċilment lill-kerrej. Riżorsi disponibbli faċilment huma oġġetti u servizzi li jinbiegħu jew jinkrew separatament (mis-sid jew fornituri oħra) jew riżorsi li l-kerrej ikun diġà kiseb (mill-kerrej jew minn tranżazzjonijiet jew avvenimenti oħra); kif ukoll

(b)

l-assi sottostanti la huwa dipendenti ħafna fuq, u lanqas marbut ħafna ma' assi sottostanti oħra fil-kuntratt. Pereżempju, il-fatt li kerrej jista' jiddeċiedi li jikri l-assi sottostanti mingħajr ma jaffettwa b'mod sinifikanti d-drittijiet tiegħu li juża assi sottostanti oħra fil-kuntratt jista' jindika li l-assi sottostanti ma jkunx dipendenti ħafna fuq, jew marbut ma', dawk l-assi sottostanti oħra.

B33

Kuntratt jista' jinkludi ammont pagabbli mill-kerrej għal attivitajiet u spejjeż li ma jittrasferixxux oġġett jew servizz lill-kerrej. Pereżempju, kerrej jista' jinkludi fl-ammont totali pagabbli tariffa għal kompiti amministrattivi, jew spejjeż oħra li jġarrab assoċjati mal-kiri li ma jittrasferixxux oġġett jew servizz lill-kerrej. Tali ammonti pagabbli ma jirriżultawx f'komponent separat ta' kuntratt, iżda huma meqjusa bħala parti tal-korrispettiv totali li hu allokat lill-komponenti identifikati separatament tal-kuntratt.

It-terminu tal-kiri (il-paragrafi 18-21)

B34

Fid-determinazzjoni tat-terminu tal-kiri u fl-evalwazzjoni tat-tul tal-perjodu mhux kanċellabbli ta' kiri, entità tapplika d-definizzjoni ta' kuntratt u tiddetermina l-perjodu li fih il-kuntratt huwa infurzabbli. Kuntratt ta' kiri ma jibqax iktar infurzabbli meta l-kerrej u s-sid ikollhom id-dritt li jirrexindu l-kuntratt ta' kiri mingħajr permess mill-parti l-oħra b'mhux aktar minn penali insinifikanti.

B35

Jekk il-kerrej biss ikollu d-dritt jittermina kuntratt ta' kera, dan id-dritt huwa kkunsidrat bħala għażla li jittermina l-kuntratt ta' kera disponibbli għall-kerrej li entità tikkunsidra meta jiġi determinat il-perjodu tal-kera. Jekk is-sid biss ikollu d-dritt jittermina kuntratt ta' kiri, il-perjodu mhux kanċellabbli tal-kiri jinkludi l-perjodu kopert mill-possibbiltà li jirrexindi l-kuntratt ta' kiri.

B36

Il-perjodu tal-kiri jibda mad-data tal-bidu u jinkludi kull perjodu bla kera pprovdut lill-kerrej mis-sid.

B37

Mad-data tal-bidu, entità tevalwa jekk il-kerrej huwiex raġonevolment ċert li jeżerċita l-għażla li jestendi l-kirja jew li jixtri l-assi sottostanti, jew li ma jeżerċitax l-għażla li jirrexindi l-kuntratt ta' kiri. L-entità tqis il-fatti u ċ-ċirkostanzi kollha rilevanti li joħolqu inċentiv ekonomiku favur il-kerrej li jeżerċita, jew li ma jeżerċitax, l-għażla, inkluż kull bidla mistennija fil-fatti u ċ-ċirkustanzi mid-data tal-bidu sad-data tal-eżerċitar tal-għażla. Eżempji ta' fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a)

termini u kundizzjonijiet kuntrattwali għal perjodi fakultattivi meta mqabbla mar-rati tas-suq, bħal:

(i)

l-ammont ta' ħlasijiet ta' kera f'kull perjodu fakultattiv;

(ii)

l-ammont ta' kull ħlas varjabbli għall-kuntratt ta' kera jew ħlasijiet kontinġenti, bħal ħlasijiet li jirriżultaw minn penali ta' terminazzjoni u garanziji ta' valur residwu; kif ukoll

(iii)

it-termini u l-kundizzjonijiet ta' kull għażla eżerċitabbli wara perjodi ta' għażla inizjali (pereżempju, għażla ta' xiri li hija eżerċitabbli fit-tmiem ta' perjodu ta' estensjoni b'rata li bħalissa tinsab taħt ir-rati tas-suq).

(b)

titjib sinifikanti mwettaq fl-assi mikri (jew mistenni li jitwettaq) matul it-terminu tal-kuntratt li huwa mistenni li jkollu benefiċċji ekonomiċi sinifikanti lill-kerrej meta l-għażla li jestendi jew jittermina l-kuntratt ta' kera, jew li jixtri l-assi sottostanti, tkun tista' tiġi eżerċitata;

(c)

spejjeż relatati mat-terminazzjoni tal-kera, bħalma huma l-ispejjeż tan-negozjati, l-ispejjeż ta' rilokazzjoni, l-ispejjeż ta' identifikazzjoni ta' assi sottostanti ieħor adattat għall-bżonnijiet tal-kerrej, l-ispejjeż biex jiġu integrati assi ġodda fl-operazzjonijiet tal-kerrej, jew penali ta' terminazzjoni u spejjeż simili, inklużi spejjeż assoċjati mar-ritorn tal-assi sottostanti f'kundizzjoni speċifikata fil-kuntratt jew f'post speċifikat fil-kuntratt;

(d)

l-importanza tal-assi sottostanti għall-operazzjonijiet tal-kerrej, meta wieħed iqis, pereżempju, jekk l-assi sottostanti huwiex assi speċjalizzat, il-lokalizzazzjoni tal-assi sottostanti u d-disponibbiltà ta' alternattivi adattati; kif ukoll

(e)

il-kundizzjonalità assoċjata mal-eżerċitar tal-għażla (jiġifieri meta l-għażla tista' tiġi eżerċitata biss jekk kundizzjoni waħda jew iżjed jiġu sodisfatti), u l-probabilità li dawk il-kundizzjonijiet se jkunu jeżistu.

B38

L-għażla li tiġi estiża jew tintemm kirja tista' tiġi kombinata ma' wieħed jew aktar elementi kuntrattwali oħrajn (pereżempju, garanzija ta' valur residwu) b'tali mod li l-kerrej jiggarantixxi lis-sid ritorn ta' flus minimu jew fiss li huwa sostanzjalment l-istess irrispettivament minn jekk tiġix eżerċitata l-għażla jew le. F'każijiet bħal dawn, u minkejja l-gwida dwar ħlasijiet fis-sustanza fissi fil-paragrafu B42, entità tassumi li l-kerrej huwa raġonevolment ċert li juża l-possibbiltà li jestendi l-kera, jew li ma jeżerċitax l-għażla li jittermina l-kuntratt.

B39

L-iqsar ma jkun il-perjodu ta' kiri mhux kanċellabbli, l-aktar ikun probabbli li l-kerrej jeżerċita l-għażla biex jestendi l-kuntratt tal-kera jew li ma jeżerċitax l-għażla li jirrexindi l-kuntratt ta' kiri. Dan minħabba li l-ispejjeż assoċjati mal-kisba tal-assi ta' sostituzzjoni x'aktarx ikunu proporzjonalment ogħla iktar ma jkun qasir il-perjodu li ma jistax jiġi kkanċellat.

B40

Il-prattika tal-passat ta' kerrej rigward il-perjodu li matulu jkun tipikament uża tipi partikolari ta' assi (jekk mikrijin jew proprjetà ekonomika tiegħu), u r-raġunijiet ekonomiċi tiegħu għal dan, tista' tipprovdi informazzjoni ta' għajnuna fil-valutazzjoni ta' jekk il-kerrej huwiex raġonevolment ċert li jeżerċita, jew li ma jeżerċitax, għażla. Pereżempju, jekk il-kerrej ikun tipikament uża tipi partikolari ta' assi għal perjodu partikolari ta' żmien jew jekk il-kerrej ikollux prattika li jeżerċita ta' spiss għażliet fuq kirjiet ta' tipi partikolari ta' assi sottostanti, il-kerrej jikkunsidra r-raġunijiet ekonomiċi għal dik il-prattika fil-passat fil-valutazzjoni ta' jekk hemmx ċertezza raġonevoli li jeżerċita għażla fuq il-kirjiet ta' dawk l-assi.

B41

Il-paragrafu 20 jispeċifika li, wara d-data tal-bidu, kerrej jivvaluta mill-ġdid it-terminu tal-kiri meta jseħħ avveniment sinifikanti jew bidla sinifikanti fiċ-ċirkostanzi li taqa' taħt il-kontroll tal-kerrej u taffettwa jekk il-kerrej ikunx raġonevolment ċert li jeżerċita għażla li qabel ma kinitx inkluża fid-determinazzjoni tal-kuntratt ta' kiri, jew li ma jeżerċitax għażla li qabel kienet inkluża fid-determinazzjoni tal-kuntratt ta' kiri. Eżempji ta' avvenimenti sinifikanti jew bidliet fiċ-ċirkustanzi jinkludu:

(a)

titjib sinifikanti mhux mistenni fl-assi mikri mid-data tal-bidu li huwa mistenni li jkollu benefiċċji ekonomiċi sinifikanti lill-kerrej meta l-għażla li jestendi jew jittermina l-kuntratt ta' kera, jew li jixtri l-assi sottostanti, tkun tista' tiġi eżerċitata;

(b)

modifika sinifikanti lil, jew adattament ta', l-assi sottostanti li ma kienux mistennija fid-data tal-bidu;

(c)

il-bidu ta' sollokazzjoni tal-assi sottostanti għal perjodu lil hinn minn tmiem it-terminu tal-kiri stabbilit minn qabel; kif ukoll

(d)

deċiżjoni tan-negozju tal-kerrej li hija direttament rilevanti għall-eżerċitar, jew in-nuqqas ta' eżerċitar, ta' għażla (pereżempju, deċiżjoni biex jiġi estiż il-kiri ta' assi komplimentari, li jiġi dispost assi alternattiv jew li tiġi disposta unità tan-negozju li fiha l-assi bid-dritt tal-użu huwa impjegat).

Ħlasijiet ta' kera fissa fis-sustanza (il-paragrafi 27(a), 36(c) u 70(a))

B42

Ħlasijiet ta' kera jinkludu kull ħlasijiet ta' kera fissa fis-sustanza. Il-ħlasijiet ta' kera fissa fis-sustanza huma ħlasijiet li jistgħu, fil-forma, ikun fihom il-varjabilità iżda li, essenzjalment, huma inevitabbli. ħlasijiet ta' kera fissa fis-sustanza jeżistu, pereżempju, jekk:

(a)

il-ħlasijiet huma strutturati bħala ħlasijiet ta' kera varjabbli, iżda ma jkunx hemm varjabilità ġenwina f'dawk il-ħlasijiet. Dawn il-ħlasijiet jinkludu klawżoli varjabbli li ma jkollhomx sustanza ekonomika reali. Eżempji ta' dawn it-tipi ta' ħlasijiet jinkludu:

(i)

ħlasijiet li għandhom isiru biss jekk assi jiġi ppruvat li jkun kapaċi jaħdem waqt il-kirja, jew biss jekk iseħħ avveniment li ma għandu l-ebda possibilità ġenwina li ma jsirx; jew

(ii)

ħlasijiet li inizjalment ikunu ġew strutturati bħala ħlasijiet ta' kera varjabbli marbuta mal-użu ta' assi sottostanti, iżda li għalihom il-varjabbiltà se tiġi solvuta f'xi punt wara d-data tal-bidu biex il-ħlasijiet isiru fissi għall-bqija tat-terminu tal-kera. Dawk il-ħlasijiet isiru ħlasijiet ta' kera fissa fis-sustanza meta l-varjabbiltà tiġi riżolta.

(b)

hemm aktar minn sett wieħed ta' ħlasijiet li kerrej jista' jagħmel, imma wieħed biss minn dawn is-settijiet ta' ħlasijiet huwa realistiku. F'dan il-każ, entità tikkunsidra dan is-sett realistiku ta' ħlasijiet bħala ħlasijiet tal-kera.

(c)

ikun hemm iktar minn sett wieħed realistiku ta' ħlasijiet li l-kerrej jista' jagħmel, imma jrid jagħmel mill-inqas wieħed minn dawn is-settijiet ta' ħlasijiet. F'dan il-każ, entità tikkunsidra s-sett ta' ħlasijiet li jaggrega għal-limitu inferjuri (fuq bażi skontata) li jkun il-ħlasijiet tal-kirja.

L-involviment tal-kerrej mal-assi sottastanti qabel id-data tal-bidu

L-ispejjeż tal-kerrej relatati mal-kostruzzjoni jew id-disinn tal-assi sottostanti

B43

Entità tista' tinnegozja kuntratt ta' kera qabel ma l-assi sottostanti jkun disponibbli għall-użu mill-kerrej. Għal ċerti kuntratti ta' kiri, l-assi sottostanti jistgħu jeħtieġu li jiġu mibnija jew imfassla mill-ġdid biex jintużaw mill-kerrej. Skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt, il-kerrej jista' jkun meħtieġ jagħmel ħlasijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kostruzzjoni jew id-disinn tal-assi.

B44

Jekk kerrej iħallas l-ispejjeż relatati mal-kostruzzjoni jew it-tfassil ta' assi sottostanti, il-kerrej iqis dawn l-ispejjeż meta japplika Standards applikabbli oħrajn, bħal l-IAS 16. L-ispejjeż relatati mal-bini jew it-tfassil ta' assi sottostanti ma jinkludux ħlasijiet magħmula mill-kerrej għad-dritt tal-użu ta' assi sottostanti. Ħlasijiet għad-dritt tal-użu ta' assi sottostanti huma l-ħlasijiet għal kuntratt ta' kera, irrispettivament miż-żmien li fih isiru dawn il-ħlasijiet.

Titolu legali għall-assi sottostanti

B45

Il-kerrej jista' jikseb titolu legali għal assi sottostanti qabel ma dak it-titolu legali ma jiġi trasferit lis-sid u l-assi jinkera lill-kerrej. Il-kisba ta' titolu legali ma tippermettix, fiha nfisha, li jiġi ddeterminat kif għandha tiġi kkontabilizzata t-tranżazzjoni.

B46

Jekk il-kerrej jikkontrolla (jew jikseb kontroll ta') l-assi sottostanti qabel ma jiġi ttrasferit lis-sid, it-tranżazzjoni tkun tranżazzjoni ta' bejgħ u b'kiri lura li hija kontabbilizzata skont il-paragrafi 98–103.

B47

Madankollu, jekk il-kerrej ma jiksibx il-kontroll tal-assi sottostanti qabel ma l-assi jiġi ttrasferit lis-sid, it-tranżazzjoni mhijiex tranżazzjoni ta' bejgħ u b'kiri lura. Pereżempju, dan jista' jkun il-każ jekk manifattur, sid u kerrej jinnegozjaw tranżazzjoni għax-xiri ta' assi mingħand il-manifattur mis-sid, li min-naħa tiegħu huwa mikri lill-kerrej. Il-kerrej jista' jikseb titolu legali għall-assi sottostanti qabel ma jiġi ttrasferit lis-sid. F'dan il-każ, jekk il-kerrej jikseb titolu legali għall-assi sottostanti iżda ma jiksibx il-kontroll tal-assi qabel ma jiġi ttrasferit lis-sid, it-tranżazzjoni ma tiġix kontabilizzata bħala tranżazzjoni ta' bejgħ u b'kiri lura, iżda bħala kera.

L-iżvelar tal-kerrej (il-paragrafu 59)

B48

Fid-determinazzjoni ta' jekk informazzjoni addizzjonali dwar attivitajiet ta' kiri hijiex meħtieġa biex jintlaħaq l-għan ta' żvelar fil-paragrafu 51, il-kerrej għandu jikkunsidra:

(a)

jekk dak it-tagħrif huwiex rilevanti għall-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Il-kerrej jipprovdi informazzjoni addizzjonali speċifikata fil-paragrafu 59 biss jekk dik l-informazzjoni hija mistennija li tkun rilevanti għall-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. F'dan il-kuntest, dan x'aktarx li jkun il-każ jekk din tgħin dawk l-utenti jifhmu:

(i)

il-flessibilità pprovduta mill-kirjiet. Il-kirjiet jistgħu jipprovdu flessibilità jekk, pereżempju, kerrej jista' jnaqqas l-espożizzjoni tiegħu billi jeżerċita għażliet ta' terminazzjoni jew tiġdid ta' kuntratti b'termini u kundizzjonijiet favorevoli.

(ii)

restrizzjonijiet imposti minn kirjiet; Il-kirjiet jistgħu jimponu restrizzjonijiet, pereżempju, billi jirrikjedu li l-kerrej iżomm proporzjonijiet finanzjarji partikolari.

(iii)

sensittività tal-informazzjoni rrapportata lill-varjabbli prinċipali. L-informazzjoni rrappurtata tista' tkun sensittiva għal, pereżempju, ħlasijiet ta' kera varjabbli futuri.

(iv)

espożizzjoni għal riskji oħrajn li jirriżultaw minn kirjiet.

(v)

devjazzjonijiet mill-prattika tal-industrija. Tali devjazzjonijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, termini ta' kiri u kundizzjonijiet partikolari jew uniċi li jaffetwaw il-portafoll ta' kera ta' kerrej.

(b)

jekk dik l-informazzjoni tirriżulta mill-informazzjoni ppreżentata jew fl-ewwel dikjarazzjonijiet finanzjarji jew żvelata fin-noti. Kerrej ma għandux bżonn jidduplika informazzjoni li tkun diġà ġiet ippreżentata x'imkien ieħor fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

B49

L-informazzjoni addizzjonali dwar ħlasijiet ta' kera varjabbli li, skont iċ-ċirkustanzi, jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġi ssodisfat l-għan ta' żvelar fil-paragrafu 51 tista' tinkludi informazzjoni li tgħin lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji biex jevalwaw, pereżempju:

(a)

ir-raġunijiet tal-kerrej għall-użu ta' ħlasijiet ta' kera varjabbli u l-prevalenza ta' dawk il-ħlasijiet;

(b)

id-daqs relattiv tal-ħlasijiet tal-kiri varjabbli mqabbla ma' ħlasijiet fissi;

(c)

il-varjabbli prinċipali li fuqhom jiddependu l-ħlasijiet tal-kiri varjabbli u kif il-ħlasijiet huma mistennija li jvarjaw b'reazzjoni għall-bidliet f'dawk il-varjabbli prinċipali; kif ukoll

(d)

effetti operattivi u finanzjarji oħra ta' ħlasijiet ta' kera varjabbli.

B50

L-informazzjoni addizzjonali dwar għażliet ta' estensjoni jew terminazzjoni li, skont iċ-ċirkustanzi, tista' tkun meħtieġa biex jiġi ssodisfat l-għan ta' żvelar fil-paragrafu 51 tista' tinkludi informazzjoni li tgħin lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji biex jevalwaw, pereżempju:

(a)

ir-raġunijiet tal-kerrej għall-użu ta' għażliet ta' estensjoni jew terminazzjoni u l-prevalenza ta' dawn l-għażliet;

(b)

id-daqs relattiv tal-ħlasijiet tal-kiri fakultattivi għal ħlasijiet fissi;

(c)

il-prevalenza tal-eżerċizzju ta' għażliet li ma ġewx inklużi fil-kejl ta' obbligazzjonijiet ta' kiri; kif ukoll

(d)

effetti operattivi u finanzjarji oħrajn ta' dawn l-għażliet.

B51

L-informazzjoni addizzjonali dwar garanziji ta' valur residwu li, skont iċ-ċirkustanzi, tista' tkun meħtieġa biex jiġi ssodisfat l-għan ta' żvelar fil-paragrafu 51 tista' tinkludi informazzjoni li tgħin lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji biex jevalwaw, pereżempju:

(a)

ir-raġunijiet tal-kerrej biex jipprovdi garanziji ta' valur residwu u l-prevalenza ta' dawk il-garanziji;

(b)

id-daqs tal-esponiment tal-kerrej għal riskju ta' valur residwali;

(c)

in-natura tal-assi sottostanti li għalihom dawk il-garanziji jiġu provduti; kif ukoll

(d)

effetti operattivi u finanzjarji oħra ta' dawn il-garanziji.

B52

L-informazzjoni addizzjonali dwar it-tranżazzjonijiet ta' bejgħ b'kiri lura li, skont iċ-ċirkustanzi, tista' tkun meħtieġa biex jiġi ssodisfat l-għan ta' żvelar fil-paragrafu 51 tista' tinkludi informazzjoni li tgħin lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji biex jevalwaw, pereżempju:

(a)

ir-raġunijiet tal-kerrej għal tranżazzjonijiet ta' bejgħ u b'kiri lura u l-prevalenza ta' dawk it-tranżazzjonijiet;

(b)

it-termini u l-kundizzjonijiet ewlenin ta' tranżazzjonijiet individwali ta' bejgħ u b'kiri lura;

(c)

ħlasijiet mhux inklużi fil-kejl ta' obbligazzjonijiet ta' kiri; kif ukoll

(d)

l-effett tal-fluss ta' flus ta' tranżazzjonijiet ta' bejgħ u b'kiri lura fil-perjodu ta' rappurtar.

Il-klassifikazzjoni tal-kera għas-sid (il-paragrafi 61–66)

B53

Il-klassifikazzjoni ta' kiri għas-sidien f'dan l-Istandard hi bbażata fuq il-grad ta' kemm il-kuntratt ta' kiri jittrasferixxi r-riskji u l-benefiċċji li huma inċidentali mal-pussess ta' assi sottostanti. Ir-riskji jinkludu l-possibilitajiet ta' telf minn nuqqas ta' użu jew minħabba l-iżvilupp ta' teknoloġiji li jikkawżaw li ma jibqax jintuża, u varjazzjonjiet fir-redditu minħabba bidla fil-kondizzjonijiet ekonomiċi. Il-gwandanji jistgħu jkunu rrappreżentati mill-aspettattiva ta' operat profittabbli matul il-ħajja ekonomika tal-assi sottostanti u qligħ mill-apprezzament fil-valur jew konverżjoni tal-valur residwu.

B54

Kuntratt ta' kiri jista' jinkludi termini u kundizzjonijiet sabiex jiġu aġġustati l-ħlasijiet tal-kiri għal bidliet partikolari li jseħħu bejn id-data tal-bidu nett u d-data tal-bidu (bħal bidla fl-ammonti ta' spejjeż tas-sid tal-assi sottostanti jew bidla fil-finanzjament tal-ispiża tal-kera tas-sid). F'dan il-każ, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-kirja, l-effett ta' dawn il-bidliet għandu jitqies li jkun seħħ fid-data tal-bidu nett tal-kuntratt.

B55

Meta kuntratt ta' kiri jkun jinkludi elementi kemm ta' art kif ukoll ta' bini, sid jevalwa l-klassifikazzjoni ta' kull element bħala kiri finanzjarju jew kiri operattiv separatament skont il-paragrafi 62-66 u B53-B54. Meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk l-element ta' art huwiex kiri operattiv jew kiri finanzjarju, konsiderazzjoni importanti hija li l-art normalment għandha ħajja ekonomika indefinita.

B56

Kull meta jkun neċessarju sabiex tiġi kklassifikata u titniżżel fil-kontijiet kirja ta' art u bini, is-sid jallokka ħlasijiet tal-kuntratt ta' kiri (inklużi kull ħlasijiet bil-quddiem f'forma ta' somma totali ta' darba) bejn l-elementi tal-art u tal-bini b'mod proporzjonat mal-valuri ġusti relattivi tal-interessi tal-kirja fl-element tal-art u tal-bini fid-data tal-bidu nett tal-kuntratt ta' kiri. Jekk il-ħlasijiet tal-kuntratt ta' kiri ma jistgħux jiġu allokati b'mod affidabbli bejn dawn iż-żewġ elementi, il-kirja kollha tiġi kklassifikata bħala kirja finanzjarja, ħlief jekk ikun ċar li ż-żewġ elementi huma kirjiet operattivi, f'liema każ il-kirja kollha tiġi kklassifikata bħala kiri operattiv.

B57

Għal kirja ta' art u bini li fihom l-ammont għall-element ta' art huwa mingħajr rilevanza għal kiri, is-sid jista' jittratta l-art u l-bini bħala unità waħda għall-iskop tal-klassifikazzjoni tal-kirja u jikklassifikaha bħala kiri finanzjarju jew kiri operattiv skont il-paragrafi 62–66 u B53 — B54. F'tali każ, is-sid jara l-ħajja ekonomika tal-bini bħala l-ħajja ekonomika tal-assi sottostanti kollu.

Klassifikazzjoni ta' sullokazzjoni

B58

Fil-klassifikazzjoni ta' sullokazzjoni, sid intermedjarju jikklassifika s-sullokazzjoni bħala kiri finanzjarju jew kiri operattiv kif ġej:

(a)

jekk il-kera prinċipali hija kera fuq żmien qasir li l-entità, bħala kerrej, kien ta kont tagħha bl-applikazzjoni ta' paragrafu 6, is-sullokazzjoni tiġi kklassifikata bħala kiri operattiv.

(b)

inkella, is-sullokazzjoni tiġi kklassifikata skont ir-referenza għall-assi bid-dritt tal-użu li jirriżulta mill-kirja prinċipali, aktar milli b'referenza għall-assi sottostanti (pereżempju, oġġett ta' proprjetà, impjant jew tagħmir li huwa s-suġġett tal-kuntratt ta' kera).

Appendiċi C

Data effettiva u tranżizzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-Istandard u għandu l-istess awtorità ta' partijiet oħrajn tal-Istandard.

DATA EFFETTIVA

C1

Entità tapplika dan l-Istandard għal perjodi ta' rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2019 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa għal entitajiet li japplikaw l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti fi jew qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali ta' dan l-Istandard. Jekk entità tapplika dan l-Istandard aktar kmieni, hija tiżvela dak il-fatt.

TRANŻIZZJONI

C2

Għall-finijiet tar-rekwiżiti fil-paragrafi C1 — C19, id-data tal-applikazzjoni inizjali hija l-bidu tal-perjodu annwali tar-rappurtar li fih entità tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba.

Id-definizzjoni ta' kuntratt ta' kiri

C3

Bħala espedjent prattiku, entità mhijiex meħtieġa li terġa' teżamina jekk kuntratt hux, jew ikunx fih, kirja fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Minflok, l-entità tiġi permessa:

(a)

li tapplika dan l-Istandard għal kuntratti li qabel kienu identifikati bħala kirjiet skont l-IAS 17 Kuntratti ta' Kiri u l-IFRIC 4 Determiazzjoni dwar jekk Arranġament fihx Kuntratt ta' Kera. L-entità tapplika r-rekwiżiti ta' tranżizzjoni fil-paragrafi C5 — C18 għall-dawk il-kirjiet.

(b)

ma tapplikax dan l-Istandard għal kuntratti li ma ġewx identifikati bħala li fihom kuntratt ta' skont l-IAS 17 u l-IFRIC 4.

C4

Jekk entità tagħżel espedjenti prattiku fil-paragrafu C3, hija tiżvela dak il-fatt u tapplika l-espedjenti prattiku lill-kuntratti kollha tagħha. Bħala riżultat, l-entità tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafi 9–11 biss għall-kuntratti konklużi (jew mibdula) fid-data jew wara d-data tal-applikazzjoni inizjali.

Kerrejja

C5

Kerrej japplika dan l-Istandard għall-kirjiet tiegħu jew:

(a)

b'mod retroattiv għal kull perjodu tar-rappurtar ippreżentat skont l-IAS 8 Politiki ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji. jew

(b)

b'mod retroattiv bl-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali tal-Istandard rikonoxxut fid-data tal-applikazzjoni inizjali skont il-paragrafi C7-C13.

C6

Kerrej japplika l-elezzjoni deskritta fil-paragrafu C5 b'mod konsistenti għall-kuntratti kollha tiegħu li fihom hu l-kerrej.

C7

Jekk il-kerrej jagħżel li japplika dan l-Istandard f'konformità mal-paragrafu C5(b), il-kerrej m'għandux jerġa' jiddikjara b'mod ġdid informazzjoni komparattiva. Minflok, il-kerrej jirrikonoxxi l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali ta' dan l-Istandard bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ ta' qligħ imfaddal (jew komponent ieħor ta' ekwità, kif jixraq) fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

Kirjiet li qabel kienu kklassifikati bħala kirjiet operattivi

C8

Jekk il-kerrej jagħżel li japplika dan l-Istandard f'konformità mal-paragrafu C5(b), il-kerrej:

(a)

jirrikonoxxi obbligazzjoni ta' kiri fid-data tal-applikazzjoni inizjali għal kirjiet li qabel kienu kklassifikati bħala kiri operattiv skont l-IAS 17. Il-kerrej ikejjel dik l-obbligazzjoni ta' kiri bil-valur preżenti tal-ħlasijiet ta' kera li jifdal, skontati billi tintuża r-rata ta' self li tiżdied tal-kerrej fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

(b)

jirrikonoxxi assi bid-dritt tal-użu fid-data tal-applikazzjoni inizjali għal kirjiet li qabel kienu kklassifikati bħala kiri operattiv skont l-IAS 17. Il-kerrej jagħżel, fuq bażi ta' kirja b'kirja, li jkejjel dak l-assi bid-dritt tal-użu jew:

(i)

fl-ammont miżmum fil-kotba tiegħu daqslikieku kien ġie applikat l-Istandard mid-data tal-bidu, iżda skontat billi tintuża r-rata ta' self li tiżdied tal-kerrej fid-data tal-applikazzjoni inizjali; jew

(ii)

fl-ammont daqs l-obbligazzjoni tal-kiri, aġġustat bl-ammont ta' kull ħlas ta' kera imħallas minn qabel jew akkumulat relatat ma' dak il-kuntratt ta' kera rikonoxxut fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali.

(c)

japplika l-IAS 36 Indeboliment tal-Assi għal assi bid-dritt tal-użu fid-data tal-applikazzjoni inizjali, sakemm il-kerrej japplika l-espedjenti prattiku fil-paragrafu C10(b).

C9

Minkejja r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu C8, għal kirjiet li qabel kienu kklassifikati bħala kirjiet operattivi li japplikaw l-IAS 17, il-kerrej:

(a)

mhux meħtieġ li jagħmel l-ebda aġġustament dwar it-tranżizzjoni għal kuntratti ta' kiri li għalihom l-assi sottostanti huwa ta' valur baxx (kif deskritt fil-paragrafi B3 — B8) li għandhom jiġu kkunsidrati fl-applikazzjoni tal-paragrafu 6. Il-kerrej jikkontabilizza dawk il-kirjiet fl-applikazzjoni ta' dan l-Istandard mid-data tal-applikazzjoni inizjali.

(b)

mhux meħtieġ li jagħmel l-ebda aġġustament dwar it-tranżizzjoni għal kirjiet li qabel kienu meqjusa bħala proprjetà għall-investiment permezz tal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment. Il-kerrej jikkontabilizza l-assi bid-dritt tal-użu u l-obbligazzjoni tal-kiri li tirriżulta minn dawk il-kuntratti ta' kiri bl-applikazjoni tal-IAS 40 jew dan l-Istandard mid-data tal-applikazzjoni inizjali.

(c)

ikejjel l-assi bid-dritt tal-użu skont il-valur ġust fid-data tal-applikazzjoni inizjali għal kirjiet li qabel kienu meqjusa bħala kiri operattiv fl-applikazzjoni tal-IAS 17 u li se jiġu meqjusa bħala proprjetà għall-investiment permezz tal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40 mid-data tal-applikazzjoni inizjali. Il-kerrej jikkontabilizza l-assi bid-dritt tal-użu u l-obbligazzjoni tal-kiri li tirriżulta minn dawk il-kuntratti ta' kiri bl-applikazjoni tal-IAS 40 jew dan l-Istandard mid-data tal-applikazzjoni inizjali.

C10

Kerrej jista' juża wieħed jew aktar minn dawn l-espedjenti prattiċi meta japplika dan l-Istandard retrospettivament skont il-paragrafu C5(b) għal kuntratti ta' kera li qabel kienu kklassifikati bħala kirjiet operattivi bl-applikazzjoni tal-IAS 17. Kerrej hu permess li japplika dawn l-espedjenti prattiċi fuq bażi ta' kirja b'kirja:

(a)

kerrej jista' japplika rata unika ta' skont għal portafoll ta' kirjiet b'karatteristiċi simili b'mod raġonevoli (bħal kirjiet b'terminu tal-kiri li jifdal simili għal klassi simili ta' assi sottostanti f'ambjent ekonomiku simili).

(b)

kerrej jista' jiddependi fuq l-evalwazzjoni tiegħu dwar jekk kirjiet humiex onerużi bl-applikazzjoni tal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali bħala alternattiva għat-twettiq ta' analiżi ta' indeboliment. Jekk il-kerrej jagħżel dan l-espedjenti prattiku, il-kerrej jaġġusta l-assi bid-dritt tal-użu fid-data tal-applikazzjoni inizjali bl-ammont ta' kull proviżjoni għal kirjiet onerużi rikonoxxuti fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali.

(c)

kerrej jista' jagħżel li ma japplikax ir-rekwiżiti fil-paragrafu C8 għal kirjiet li għalihom il-perjodu tal-kirja jispiċċa fi żmien 12-il xhar wara d-data tal-applikazzjoni inizjali. F'dan il-każ, il-kerrej:

(i)

jagħti kont ta' dawk il-kuntratti ta' kiri bl-istess mod bħal kirjiet għal perjodu qasir kif deskritt fil-paragrafu 6; kif ukoll

(ii)

jinkludi l-ispiża assoċjata ma' dawk il-kirjiet fl-iżvelar tal-ispejjeż ta' kiri għal żmien qasir f'perjodu ta' rappurtar annwali li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali.

(d)

kerrej jista' jeskludi l-ispejjeż diretti inizjali mill-kejl tal-assi bid-dritt tal-użu fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

(e)

kerrej jista' juża jħares lura, pereżempju f'dak li jirrigwarda d-determinar ta' terminu tal-kiri jekk il-kuntratt jipprovdi għażliet biex jestendi jew itemm il-kuntratt tal-kera.

Kirjiet li qabel kienu kklassifikati bħala kirjiet finanzjarji

C11

Jekk il-kerrej jagħżel li japplika dan l-Istandard f'konformità mal-paragrafu C5(b), għal kuntratti ta' kiri li kienu kklassifikati bħala kirjiet finanzjarji fl-applikazzjoni tal-IAS 17, l-ammont riportat tal-assi bid-dritt tal-użu u l-obbligazzjoni tal-kera fid-data tal-applikazzjoni inizjali jkun l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi tal-kera u l-obbligazzjoni tal-kera immedjatament qabel dik id-data mkejla bl-applikazzjoni tal-IAS 17. Għal dawk il-kuntratti ta' kiri, il-kerrej jagħti kont tal-assi bid-dritt tal-użu u tal-obbligazzjoni tal-kiri bl-applikazzjoni ta' dan l-Istandard mid-data tal-applikazzjoni inizjali.

Żvelar

C12

Jekk il-kerrej jagħżel li japplika dan l-Istandard f'konformità mal-paragrafu C5(b), il-kerrej jiżvela informazzjoni dwar l-applikazzjoni inizjali meħtieġa mill-paragrafu 28 tal-IAS 8, minbarra l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 28(f) tal-IAS 8. Minflok l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 28(f) tal-IAS 8, il-kerrej jiżvela:

(a)

il-medja peżata bir-rata fuq is-self li tiżdied tal-kerrej applikata għall-obbligazzjonijiet tal-kiri rikonoxxuti fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja fid-data tal-applikazzjoni inizjali; kif ukoll

(b)

spjegazzjoni ta' kull differenza bejn:

(i)

impenji ta' kirjiet operattivi żvelati bl-applikazzjoni tal-IAS 17 fi tmiem il-perjodu tar-rappurtar annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali, skontati bl-użu tar-rata ta' self fiss li tiżdied fid-data tal-applikazzjoni inizjali kif deskritt fil-paragrafu C8(a); kif ukoll

(ii)

l-obbligazzjonijiet ta' kiri rikonoxxuti fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

C13

Jekk kerrej juża wieħed jew aktar espedjenti prattiċi speċifikati fil-paragrafu C10, huwa jiżvela dak il-fatt.

Sidien

C14

Ħlief kif deskritt fil-paragrafu C15, sid mhuwiex meħtieġ li jagħmel l-ebda aġġustamenti ta' tranżizzjoni għal kuntratti li għalihom huwa sid u għandu jikkontabilizza dawk il-kirjiet bl-applikazzjoni ta' dan l-Istandard mid-data tal-applikazzjoni inizjali.

C15

Sid intermedjarju:

(a)

jivvaluta mill-ġdid sullokazzjonijiet li kienu kklassifikati bħala kiri operattiv bl-applikazzjoni tal-IAS 17 u li jkunu għadhom għaddejjin fid-data tal-applikazzjoni inizjali, sabiex jiġi stabbilit jekk kull sullokazzjoni għandhiex tiġi kklassifikata bħala kiri operattiv jew kiri finanzjarju bl-applikazzjoni ta' dan l-Istandard. Is-sid intermedju jwettaq din il-valutazzjoni fid-data tal-applikazzjoni inizjali fuq il-bażi tat-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali li jifdal tal-kirja u sullokazzjoni ewlenin f'dik id-data.

(b)

għal sullokazzjonijiet li kienu kklassifikati bħala kirjiet operattivi bl-applikazzjoni tal-IAS 17 iżda bħala kirjiet finanzjarji bl-applikazzjoni ta' dan l-Istandard, jagħti kont tas-sullokazzjoni bħala kiri finanzjarju ġdid li daħal fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

Tranżazzjonijiet ta' bejgħ b'kiri lura qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali

C16

Entità ma terġax teżamina tranżazzjonijiet ta' bejgħ b'kiri lura konklużi qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali sabiex tiddetermina jekk it-trasferiment tal-assi sottostanti jissodisfax ir-rekwiżiti fl-IFRS 15 biex jiġi meqjus bħala bejgħ.

C17

Jekk tranżazzjoni ta' bejgħ u b'kiri lura ġiet imniżżla bħala bejgħ u kiri finanzjarju bl-applikazzjoni tal-IAS 17, bejjiegħ-kerrej:

(a)

jagħti kont tal-kiri b'lura bl-istess mod bħal ma jagħti kont ta' kull kiri finanzjarju li jeżisti fid-data tal-applikazzjoni inizjali; kif ukoll

(b)

jibqa' jammortizza kull profitt fuq il-bejgħ matul il-perjodu tal-kirja.

C18

Jekk tranżazzjoni ta' bejgħ u b'kiri lura ġiet imniżżla bħala bejgħ u kiri operattiv bl-applikazzjoni tal-IAS 17, bejjiegħ-kerrej:

(a)

jagħti kont tal-kiri b'lura bl-istess mod bħal ma jagħti kont ta' kull kiri operattiv li jkun jeżisti fid-data tal-applikazzjoni inizjali; kif ukoll

(b)

jaġġusta l-assi bid-dritt tal-użu tas-sullokazzjoni għal kull qligħ jew telf differit li jirrigwardaw it-termini mhux tas-suq rikonoxxuti fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali.

Ammonti li qabel kienu rikonoxxuti fir-rigward ta' kombinamenti ta' negozji

C19

Jekk kerrej irrikonoxxa preċedentement assi jew obbligazzjoni tal-kera bl-applikazzjoni tal-IFRS 3 Kombinamenti ta' Negozji li jirrigwardaw termini favorevoli jew sfavorevoli ta' kera operatorja akkwistata bħala parti minn kombinament ta' negozju, il-kerrej jirtira r-rikonoxximent ta' dak l-assi jew dik l-obbligazzjoni u jaġġusta l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi bid-dritt tal-użu b'ammont korrispondenti fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

Referenzi għall-lFRS 9

C20

Jekk entità tapplika dan l-Istandard iżda għadha ma tapplikax l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, kull referenza f'dan l-Istandard għall-IFRS 9 tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Għarfien u Kejl.

IRTIRAR TA' STANDARDS OĦRA

C21

Dan l-Istandard jieħu post l-Istandards u l-Interpretazzjonijiet li ġejjin:

(a)

IAS 17 Kirjiet;

(b)

IFRIC 4 Kif tiddetermina Jekk Arranġament fihx Kuntratt ta' Kera;

(c)

SIC-15 Kiri Operattiv —Inċentivi; kif ukoll

(d)

SIC-27 Evalwazzjoni tas-Sustanza tat-Transazzjonijiet li Jinvolvu l-Forma Legali ta' Kuntratt ta' Kiri.

Appendiċi D

Emendi għal Standards oħra

Dan l-appendiċi jistipula emendi għal Standards oħra li huma konsegwenza tal-ħruġ mill-IASB ta' dan l-istandard. Entità tapplika l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fil-1 ta' Jannar 2019 jew wara. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu aktar bikri, hija wkoll tapplika dawn l-emendi għal dak il-perjodu aktar bikri.

Entità mhix permessa li tapplika l-IFRS 16 qabel ma jiġi applikat l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti (ara l-paragrafu C1).

Konsegwentement, għal Standards li kienu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016, l-emendi f'din l-Appendiċi huma ppreżentati bbażati fuq it-test ta' dawn l-Istandards, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016, kif emendat mill-IFRS 15. It-test ta' dawk l-Istandards f'dan l-Appendiċi ma jinkludi l-ebda emendi oħrajn li ma kinux effettivi fl-1 ta' Jannar 2016.

Għal Standards li ma kinux effettivi fl-1 ta' Jannar 2016, l-emendi f'din l-Appendiċi huma ppreżentati abbażi tat-test tal-pubblikazzjoni inizjali ta' dak l-Istandard, kif emendat skont l-IFRS 15. It-test ta' dawk l-Istandards f'dan l-Appendiċi ma jinkludi l-ebda emendi oħrajn li ma kinux effettivi fl-1 ta' Jannar 2016.

IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta' Standards Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju

Il-paragrafu 30 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 39AB.

Użu tal-valur ġust bħala l-kost preżunt

30.

Jekk entità tuża valur ġust fil-karta tal-bilanċ tal-bidu tagħha mħejjija skont l-IFRS bħala kost preżunt ta' xi element ta' proprjetà, impjant u tagħmir, proprjetà ta' investiment, xi assi intanġibbli jew assi bid-dritt tal-użu (ara l-paragrafi D5 u D7), l-ewwel dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' entità mħejjija skont l-IFRS għandhom jiżvelaw, għal kull element f'linja tad-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjara tal-bidu mħejjija skont l-IFRS:

(a)

DATA EFFETTIVA

39AB

IFRS 16 Kuntratti ta' kiri, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafi 30, C4, D1, D7, D8B u D9, ħassar il-paragrafu D9 A u żied il-paragrafi D9B-D9E. Entità tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

Il-paragrafu C4 ġie emendat.

Eżenzjonijiet għal kombinamenti ta' negozji

C4

Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba ma japplikax l-IFRS 3 b'mod retroattiv għal xi kombinament ta' negozji fil-passat, dan ikollu l-konsegwenzi li ġejjin fuq dak il-kombinament ta' negozji:

(a)

(f)

Jekk xi ass akkwistat, jew xi obbligazzjoni assunta, f'xi kombinament ta' negozji fil-passat ma kienx rikonoxxut skont il-GAAP preċedenti, m'għandux kost preżunt ta' żero fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu mħejji skont l-IFRS. Minflok, l-akkwirent għandu jirrikonoxxih u jivvalutah fid-dikjarazzjoni kkonsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja fuq il-bażi meħtieġa mill-IFRSs fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tal-akkwiżit. Biex nispjegaw: jekk akkwirent ma kienx, skont il-GAAP preċedenti tiegħu, ikkapitalizza l-kirjiet akkwistati f'kombinament ta' negozji fil-passat li fiha l-akkwirent kien kerrej, għandu jikkapitalizza dawk il-kirjiet fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tiegħu, l-istess bħalma kiekul-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri jeħtieġ li l-akkwirent jagħmel fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tiegħu mħejjija skont l-IFRS. Bl-istess mod, jekk l-akkwirent ma kienx, skont il-GAAP preċedenti, irrikonoxxa obbligazzjoni kontinġenti li tkun għadha teżisti fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi dik l-obbligazzjoni kontinġenti f'dik id-data ħlief jekk l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti jipprojbixxi r-rikonoxximent tiegħu fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-akkwiżit. Bil-kontra, jekk xi assi jew obbligazzjoni kienu inklużi fl-avvjament skont il-GAAP preċedenti iżda kieku kienu jiġu rikonoxxuti separatament skont l-IFRS 3, dak l-assi jew obbligazzjoni jibqgħu inklużi fl-avvjament kemm-il darba l-IFRSs ma jeħtiġux ir-rikonoxximent tiegħu fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-akkwiżit.

(g)

Fl-Appendiċi D, il-paragrafi D1, D7, D8B u D9 huma emendati. Il-paragrafu D9 A jitħassar. Il-paragrafi D9B-D9E huma miżjuda.

Eżenzjonijiet minn IFRSs oħra

D1

Entità tista' tagħżel li tuża waħda jew aktar minn dawn l-eżenzjonijiet li ġejjin:

(a)

(d)

kirjiet (il-paragrafi D9 u D9B-D9E);

Il-kost preżunt

D7

L-għażliet fil-paragrafi D5 u D6 huma wkoll disponibbli għal:

(a)

proprjetà ta' investiment, jekk entità tagħżel li tuża il-mudell tal-valur f'IAS 40 Proprjetà ta' Investiment;

(aa)

assi bid-dritt tal-użu (IFRS 16 Kuntratti ta' kera); kif ukoll

(b)

D8B

Xi entitajiet ikollhom oġġetti ta' proprjetà, impjanti u tagħmir jew assi bid-dritt tal-użu jew assi intanġibbli li jintużaw, jew kienu jintużaw qabel, f'operazzjonijiet soġġetti għar-regolazzjoni tar-rata. L-ammont miżmum fil-kotba ta' tali oġġetti jista' jinkludi ammonti li kienu ġew stabiliti taħt GAAP preċedenti iżda li ma jikkwalifikawx għal kapitalizzazzjoni skont l-IFRSs. Jekk dan ikun il-każ, min jadotta l-istandard għall-ewwel darba jista' jagħżel li juża l-ammont miżmum fil-kotba skont il-GAAP preċedenti ta' dak it-tip ta' oġġett fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs bħala kost preżunt. Jekk entità tapplika din l-eżenzjoni għal oġġett, hija m'għandhiex għalfejn tapplika għall-oġġetti kollha. Fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, entità għandha tittestja għal xi indeboliment skont l-IAS 36 kull oġġett li għalih tintuża din l-eżenzjoni. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-operazzjonijiet huma soġġetti għar-regolazzjoni tar-rata jekk huma rregolati minn qafas għall-istabbiliment tal-prezzijiet li jistgħu jintalbu lill-klijenti għal oġġetti jew servizzi u li dan il-qafas huwa soġġett għal sorveljanza u/jew l-approvazzjoni ta' regolatur tar-rata (kif iddefinit fl-IFRS 14 Differiment Regolatorju tal-Kontabilità).

Kuntratti ta' kera

D9

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista' jevalwa jekk kuntratt eżistenti fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs fihx kuntratt ta' kera billi japplika l-paragrafi 9–11 tal-IFRS 16 għal dawk il-kuntratti fuq il-bażi tal-fatti u ċirkustanzi eżistenti f'dik id-data.

D9 A

[Imħassar]

D9B

Meta min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba li huwa kerrej jirrikonoxxi l-obbligazzjonijiet tal-kiri u l-assi bid-dritt tal-użu, jista' japplika l-approċċ li ġej għal kirjiet kollha tiegħu (soġġett għall-espedjenti prattiċi deskritti fil-paragrafu D9D):

(a)

ikejjel l-obbligazzjoni tal-kera fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs. Kerrej b'dan l-approċċ ikejjel dik l-obbligazzjoni tal-kera fil-valur preżenti tal-ħlasijiet tal-kiri li jifdal (ara paragraph D9E), skontati billi tintuża r-rata ta' self li tiżdied tal-kerrej (ara l-paragrafu D9) fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs.

(b)

ikejjel assi bid-dritt tal-użu fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs. Il-kerrej jagħżel, fuq bażi ta' kirja b'kirja, li jkejjel dak l-assi bid-dritt tal-użu jew:

(i)

l-ammont miżmum tiegħu daqslikieku ġie applikat l-IFRS 16 mid-data tal-bidu tal-kera (ara l-paragrafu D9), iżda skontat billi tintuża r-rata ta' self li tiżdied tal-kerrej fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs; jew

(ii)

l-ammont daqs l-obbligazzjoni tal-kirja, aġġustat bl-ammont ta' ħlasijiet ta' kera imħallsa minn qabel jew akkumulati relatati ma' dik il-kera rikonoxxuti fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja immedjatament qabel id-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs.

(c)

japplika l-IAS 36 għal assi bid-dritt tal-użu fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs.

D9C

Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafu D9B, min jadotta l-IFRSs għall-ewwel darba li jkun kerrej ikejjel l-assi bid-dritt tal-użu f'valur ġust fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs għal kirjiet li jissodisfaw id-definizzjoni ta' proprjetà għall-investiment f'IAS 40 u huma mkejla permezz tal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40 mid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

D9D

Min jadotta għall-ewwel darba li jkun kerrej jista' jagħmel waħda jew aktar mis-segwenti fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs, fuq bażi ta' kirja b'kirja:

(a)

japplika rata ta' skont waħda għal portafoll ta' kirjiet b'karatteristiċi simili (pereżempju, terminu ta' kera ieħor simili li għal klassi simili ta' assi sottostanti f'ambjent ekonomiku simili).

(b)

jagħżel li ma japplikax ir-rekwiżiti fil-paragrafu D9B għal kirjiet li għalihom it-terminu tal-kiri (ara l-paragrafu D9) jintemm fi żmien 12-il xahar mid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs. Minflok, l-entità tikkontabilizza (inkluż l-iżvelar ta' informazzjoni dwar) dawn il-kirjiet bħallikieku kienu kuntratti ta' kera għal żmien qasir kontabilizzati skont il-paragrafu 6 tal-IFRS 16.

(c)

jagħżel li ma japplikax ir-rekwiżiti fil-paragrafu D9B għal kirjiet li għalihom l-assi sottostanti huwa ta' valur baxx (kif deskritt fil-paragrafi B3-B8 tal-IFRS 16). Minflok, l-entità tikkontabilizza (inkluż l-iżvelar ta' informazzjoni dwar) dawn il-kirjiet skont il-paragrafu 6 tal-IFRS 16.

(d)

jeskludi kosti diretti inizjali (ara l-paragrafu D9) mill-kejl ta' assi bid-dritt tal-użu fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs.

(e)

iħares lura, bħall fid-determinazzjoni tat-terminu tal-kirja biex jara jekk il-kuntratt jipprovdix għażliet biex wieħed jestendi jew itemm il-kuntratt tal-kera.

D9E

Il-ħlasijiet tal-kirja, il-kerrej, ir-rata fuq is-self li tinkrementa tal-kerrej, id-data tal-bidu tal-kera, il-kostijiet diretti inizjali u t-terminu tal-kirja huma definiti fl-IFRS 16 u huma użati f'dan l-Istandard bl-istess tifsira.

IFRS 3 Kombinamenti ta' Operazzjonijiet

Il-paragrafi 14 u 17 huma emendati u l-paragrafi 28 A u 28B u l-intestatura relatata tagħhom, u jiżdied il-paragrafu 64 m.

Kundizzjonijiet tar-rikonoxximent

14.

Il-paragrafi B31 — B40 jipprovdu gwida dwar ir-rikonoxximent ta' assi intanġibbli. Il-paragrafi 22–28B jispeċifikaw it-tipi ta' assi u obbligazzjonijiet identifikabbli li jinkludu uħud li għalihom dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-prinċipju u l-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent.

Klassifikazzjoni jew speċifikazzjoni ta' assi akkwistati u obbligazzjonijiet merfugħa li jkunu identifikabbli b'kombinament ta' negozji

17.

Dan l-IFRS jipprovdi żewġ eċċezzjonijiet għall-prinċipju fil-paragrafu 15:

(a)

klassifikazzjoni ta' kera li fiha l-akkwirent ikun is-sid jew bħala kirja operattiva jew kirja finanzjarja skont l-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri; kif ukoll

(b)

Kirjiet fejn l-akkwirent ikun il-kerrej

28 A

L-akkwirent jirrikonoxxi l-assi bid-dritt tal-użu u l-obbligazzjonijiet tal-kera għal kirjiet identifikati skont l-IFRS 16 li fihom l-akkwirent huwa l-kerrej. L-akkwirent ma jkunx meħtieġ jirrikonoxxi l-assi bid-dritt tal-użu u l-obbligazzjonijiet tal-kiri għal:

(a)

kirjiet li għalihom it-terminu tal-kiri (kif definit fl-IFRS 16) jintemm fi żmien 12-il xahar mid-data tal-akkwiżizzjoni; jew

(b)

kirjiet li għalihom l-assi sottostanti huwa ta' valur baxx (kif deskritt fil-paragrafi B3-B8 tal-IFRS 16).

28B

L-akkwirent ikejjel obbligazzjoni ta' kera fil-valur preżenti tal-ħlasijiet tal-kiri li fadal (kif iddefinit fl-IFRS 16) daqslikieku l-kera akkwistata kienet kera ġdid fid-data tal-akkwiżizzjoni. L-akkwirent ikejjel assi bid-dritt tal-użu bl-istess ammont daqs l-obbligazzjoni tal-kirja, aġġustat biex tirrifletti termini favorevoli jew sfavorevoli tal-kirja meta mqabbla mat-termini tas-suq.

Data effettiva

64M

L-IFRS 16, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafi 14, 17, B32 u B42, ħassar il-paragrafi B28 — B30 u l-intestaturi relatati magħhom u żied il-paragrafi 28 A — 28B u l-intestaturi relatati magħhom. Entità tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

Fl-Appendiċi B, jitħassru l-paragrafi B28 — B30 u l-intestaturi relatati magħhom u l-paragrafi B32 u B42 jiġu emendati.

B28

[Imħassar]

B29

[Imħassar]

B30

[Imħassar]

Assi intanġibbli

B32

Assi intanġibbli li jissodisfa l-kriterju kuntrattwali-legali huwa identifikabbli, anke jekk l-assi mhux trasferibbli jew separabbli mill-akkwirent jew minn drittijiet u obbligi oħrajn. Pereżempju:

(a)

[imħassar]

(b)

Assi soġġetti għal kirjiet operattivi li l-akkwirent ikun is-sid

B42

Meta jkejjel il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta' assi bħal bini jew privattiva li huwa soġġett għal kirja operattiva li fiha l-akkwirent ikun is-sid, l-akkwirent iqis it-termini tal-kera. L-akkwirent ma jirrikonoxxix assi jew obbligazzjoni separata jekk it-termini ta' kirja operattiva huma jew favorevoli jew sfavorevoli meta mqabbla mat-termini tas-suq.

L-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni

Il-paragrafu 4, kif emendat bl-IFRS 15, huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 41I.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

4.

Entità ma tapplikax dan l-IFRS għal:

(a)

(c)

drittijiet kuntrattwali jew obbligazzjonijiet kuntrattwali li huma kontinġenti fuq l-użu futur, jew dritt tal-użu, ta' effett mhux finanzjarju (pereżempju, xi drittijiet ta' liċenzja, royalties, ħlasijiet ta' kiri varjabbli u entrati simili), kif ukoll bħala garanzija ta' valur residwu mdeffes f'kera (ara l-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri, l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti u Konsumaturi u l-IAS 38 Assi Intanġibbli).

(d)

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

41I

L-IFRS 16, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafu 4. Entità tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar

Il-paragrafu 29 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 44CC.

Valur ġust

29.

Id-divulgazzjoni tal-valur ġust ma tkunx meħtieġa:

(a)

(b)

għal investiment fi strumenti azzjonarji li ma jkollhomx prezz kwotat f'suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input tal-Livell 1), jew derivati marbuta ma' tali strumenti azzjonarji, li jitkejlu skont il-kost f'konformità mal-IAS 39 minħabba li l-valur ġust tagħhom ma jkunx jista' jitkejjel b'mod affidabbli; jew

(c)

għal kuntratt li jikkontjeni karatteristika ta' parteċipazzjoni diskrezzjonarja (kif deskritt fl-IFRS 4) jekk il-valur ġust ta' dik l-għamla ma jistax jiġi mkejjel b'mod affidabbli; jew

(d)

għal obbligazzjonijiet ta' kera.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

44CC

L-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafi 29 u B11D. Entità tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

Fl-Appendiċi B, il-paragrafu B11D huwa emendat.

Żvelar kwantitattiv tar-riskju tal-likwidità (il-paragrafi 34(a) u 39(a) u (b))

B11D

L-ammonti kuntrattwali żvelati fl-analiżijiet tal-maturità kif meħtieġ mill-paragrafu 39(a) u (b) huma l-flussi ta' flus kuntrattwali mhux imnaqqsa, pereżempju:

(a)

obbligazzjonijiet ta' kera grossi (qabel ma jitnaqqsu l-ispejjeż finanzjarji);

(b)

IFRS 9 Strumenti Finanzjarji

Il-paragrafu 2.1 u l-paragrafu 5.5.15 huma emendati u jiżdied il-paragrafu 7.1.5.

Kapitolu 2 — Kamp ta' applikazzjoni

2.1.

Dan l-Istandard jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta' strument finanzjarju minbarra:

(a)

(b)

drittijiet u obbligi taħt kuntratti ta' kera li ghalihom japplika l-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri. Madankollu:

(i)

riċevibbli ta' kera finanzjarja (jiġifieri investimenti netti f'kirjiet finanzjarji) u riċevibbli tal-kera li joperaw rikonoxxuti mis-sid huma soġġetti għal rekwiżiti dwar l-irtirar tar-rikonoxximent u l-indeboliment ta' dan l-Istandard;

(ii)

obbligazzjonijiet ta' kera rikonoxxuti minn kerrej huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' rtirar tar-rikonoxximent fil-paragrafu 3.3.1 ta' dan l-Istandard; kif ukoll

(iii)

derivati mdeffsa f'kuntratti ta' kera huma soġġetti għar-rekwiżiti dwar id-derivati inkorporati ta' dan l-istandard.

(c)

Approċċ simplifikat għar-riċevibbli kummerċjali, assi kuntrattwali u riċevibbli tal-kera

5.5.15.

Minkejja l-paragrafi 5.5.3 u 5.5.5, entità dejjem tkejjel il-konċessjoni tat-telf għal ammont ugwali għal telf mistenni mill-kreditu ta' matul il-ħajja:

(a)

(b)

riċevibbli tal-kera li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 16, jekk l-entità tagħżel bħala l-politika ta' kontabilità tagħha li tkejjel il-konċessjoni tat-telf għal ammont ugwali għat-telf mistenni mill-kreditu ta' matul il-ħajja. Dik il-politika ta' kontabilità tiġi applikata għal kull riċevibbli tal-kera iżda tista' tiġi applikata separatament għal riċevibbli ta' finanzi u ta' keri operattiv.

7.1   DATA EFFETTIVA

7.1.5.

L-IFRS 16, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafi 2.1, 5.5.15, B4.3.8, B5.5.34 u B5.5.46. Entità tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

Fl-appendiċi B, il-paragrafi B4.3.8, B5.5.34 u B5.5.46 huma emendati.

Derivati mdeffsa (it-Taqsima 4.3)

B4.3.8

Il-karatteristiċi ekonomiċi u r-riskji ta' derivat imdeffes huma relatati mill-qrib mal-karatteristiċi ekonomiċi u r-riskji tal-kuntratt li jospita fl-eżempji li ġejjin. F'dawn l-eżempji, entità ma tniżżilx id-derivat imdeffes separatament mill-kuntratt li jospita.

(a)

(f)

Derivat imdeffes f'kuntratt ta' kiri ospitanti hu marbut mill-qrib mal-kuntratt li jospita jekk id-derivat imdeffes hu (i) indiċi relatat mal-inflazzjoni bħal indiċi ta' ħlasijiet ta' kiri ma' indiċi tal-prezz tal-konsumatur (sakemm il-kiri ma jkunx ingranat l-indiċi jkollu x'jaqsam mal-inflazzjoni fl-ambjent ekonomiku stess tal-entità), (ii) ħlasijiet ta' kera varjabbli bbażati fuq bejgħ relatat jew (ii) ħlasijiet ta' kera varjabbli bbażati fuq rati ta' mgħax varjabbli.

(g)

Telf mistenni mill-kreditu

B5.5.34

Fil-kejl ta' konċessjoni ta' telf għal riċevibbli ta' kera, il-flussi ta' flus użati għad-determinazzjoni ta' telf mistenni mill-kreditu għandhom ikunu konsistenti mal-flussi ta' flus użati fil-kejl tar-riċevibbli tal-kera skont l-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri.

Il-valur taż-żmien tal-flus

B5.5.46

It-telf mistenni mill-kreditu fuq riċevibbli ta' kera jkun skontat bl-użu tal-istess rata ta' skont użata fil-kejl ta' riċevibbli tal-kera skont l-IFRS 16.

IFRS 13 Kejl tal-valur ġust

Il-paragrafu 6 huwa emendat.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

6.

L-obbligi ta' kejl u divulgazzjoni ta' dan l-IFRS ma japplikawx f'dan li ġej:

(a)

(b)

transazzjonijiet ta' kiri kontabilizzati skont l-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri; kif ukoll

(c)

Fl-Appendiċi C, jiżdied il-paragrafu C6.

Data effettiva u tranżizzjoni

C6

L-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafu 6. Entità tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti

Il-paragrafi 5 u 97 ġew emendati.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

5.

Entità tapplika dan l-Istandard għall-kuntratti kollha ma' klijenti, ħlief dawn li ġejjin:

(a)

kuntratti ta' kera fl-ambitu tal-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri;

(b)

Kostijiet ta' twettiq ta' kuntratt

97.

Kostijiet li huma relatati direttament ma' kuntratt speċifiku (jew antiċipat ta' kuntratt speċifiku) jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

(c)

allokazzjoni ta' kosti li huma relatati direttament mal-kuntratt jew attivitajiet kuntrattwali (pereżempju, l-ispejjeż ta' ġestjoni tal-kuntratti u s-superviżjoni, l-assigurazzjoni u d-deprezzament tal-għodda, tagħmir u assi bid-dritt tal-użu użati fit-twettiq tal-kuntratt);

(d)

Fl-Appendiċi B, il-paragrafi B66 u B70 huma emendati.

Għażla 'l quddiem jew ta' xiri

B66

Jekk entità jkollha obbligu jew dritt li tixtri assi mill-ġdid (għażla 'l quddiem jew għażla ta' xiri), klijent ma jiksibx il-kontroll tal-assi għaliex il-klijent ikun limitat fil-kapaċità tiegħu li jmexxi l-użu ta', u jikseb il-benefiċċji sostanzjali kollha li jkun fadal mill-assi anki jekk il-klijent jista' jkollu pussess fiżiku tal-assi. Konsegwentement, l-entità tagħti kont tal-kuntratt skont wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

kirja skont l-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri jekk l-entità tista' jew trid tixtri l-assi mill-ġdid għal ammont li huwa inqas mill-prezz tal-bejgħ oriġinali tal-assi, sakemm il-kuntratt ma jkunx parti minn tranżazzjoni ta' bejgħ b'kiri lura. Jekk il-kuntratt huwa parti minn tranżazzjoni ta' bejgħ b'kiri lura, l-entità tibqa' tirrikonoxxi l-assi u tirrikonoxxi l-obbligazzjoni finanzjarja għal kull kunsiderazzjoni rċevuta mill-klijent. L-entità tikkontabilizza obbligazzjoni finanzjarja b'konformità mal-IFRS 9; jew

(b)

Għażla ta' xiri mill-ġdid

B70

Jekk entità jkollha obbligu li tixtri l-assi mill-ġdid fuq it-talba tal-klijent (għażla ta' xiri mill-ġdid) bi prezz orħos mill-prezz tal-bejgħ oriġinali tal-assi, l-entità tikkunsidra sa mill-bidu tal-kuntratt jekk il-klijent ikollux inċentiv ekonomiku sinifikanti li jeżerċita dan id-dritt. Li l-klijent jeżerċita dan id-dritt jirriżulta f'li l-klijent effettivament iħallas il-kunsiderazzjoni tal-entità għad-dritt li juża assi speċifiku għal perjodu ta' żmien. Għalhekk, jekk il-klijent ikollu inċentiv ekonomiku sinifikanti li jeżerċita dan id-dritt, l-entità tikkunsidra l-ftehim bħala kuntratt ta' kera skont l-IFRS 16, sakemm il-kuntratt ma jkunx parti minn tranżazzjoni ta' bejgħ b'kiri lura. Jekk il-kuntratt huwa parti minn tranżazzjoni ta' bejgħ b'kiri lura, l-entità tibqa' tirrikonoxxi l-assi u tirrikonoxxi l-obbligazzjoni finanzjarja għal kull kunsiderazzjoni rċevuta mill-klijent. L-entità tagħti kont tal-obbligazzjoni finanzjarja skont l-IFRS 9.

Fl-Appendiċi C, il-paragrafu C1 A huwa miżjud.

DATA EFFETTIVA

C1 A

L-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafi 5, 97, B66 u B70. Entità tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

IAS 1 — Preżentazzjoni ta' Dikjarazzjonijiet Finanzjarji

Il-paragrafu 123 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu C139Q.

Divulgazzjoni tal-politika tal-kontabilità

123.

Fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politiki kontabilistiċi tal-entità, il-maniġment jagħmel diversi ġudizzji għaqlin, apparti minn dawk li jinvolvu stimi, li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti l-ammonti li huwa jirrikonoxxi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Pereżempju, il-maniġment jagħmel ġudizzji għaqlin sabiex jistabilixxi:

(a)

(b)

meta sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji sinifikanti kollha tal-pussess tal-assi finanzjarji għas-sidien, l-assi soġġetti għal kera jiġu ttrasferiti lil entitajiet oħra; kif ukoll

(c)

TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA

139Q

L-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafu 123. Entità tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

IAS 2 Inventarji

Il-paragrafu 12 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 40G.

Kosti tal-konverżjoni

12.

Il-kosti tal-konverżjoni ta' inventarji jinkludu kosti direttament relatati mal-unitajiet tal-produzzjoni, bħal xogħol dirett. Jinkludu wkoll allokazzjoni sistematika ta' spejjeż ġenerali tal-produzzjoni fissi u varjabbli li jsiru fil-konverżjoni ta' materjali fi prodotti lesti. Spejjeż ġenerali fissi tal-produzzjoni huma dawk il-kosti indiretti tal-produzzjoni li jibqgħu relativament kostanti minkejja l-volum tal-produzzjoni, bħal deprezzament u manutenzjoni ta' bini tal-fabbriki u tagħmir u assi bid-dritt tal-użu użati fil-proċess ta' produzzjoni, u l-kosti tal-immaniġġar u l-amministrazzjoni tal-fabbrika. L-ispejjeż ġenerali varjabbli tal-produzzjoni huwa dawk il-kosti indiretti tal-produzzjoni li jvarjaw direttament jew kważi direttament, bil-volum tal-produzzjoni, bħal materjali indiretti u xogħol indirett.

DATA EFFETTIVA

40G

L-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafu 12. Entità tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

L-IAS 7 Dikjarazzjoni tal-Flussi ta' Flus

Il-paragrafi 17 u 44 huma emendati u jiżdied il-paragrafu 59.

Attivitajiet ta' finanzjament

17.

L-iżvelar separat ta' flussi ta' flus li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament huwa importanti minħabba li huwa utli għat-tbassir ta' talbiet għal flussi futuri ta' flus minn fornituri ta' kapital għall-entità. Eżempji ta' flussi ta' flus li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament huma:

(a)

(e)

ħlasijiet fi flus minn kerrej għat-tnaqqis tal-obbligazzjoni pendenti relatata ma' kera.

TRANŻAZZJONIJIET MHUX FI FLUS

44.

Ħafna attivitajiet ta' investiment u ta' finanzjament m'għandhomx impatt dirett fuq il-flussi ta' flus attwali għalkemm jaffettwaw l-istruttura kapitali u tal-assi ta' entità. L-esklużjoni ta' tranżazzjonijiet mhux fi flus mid-dikjarazzjoni tal-flussi ta' flus hija konsistenti mal-għan tad-dikjarazzjoni tal-flussi ta' flus minħabba li dawn l-entrati ma jinvolvux flussi ta' flus fil-perjodu kurrenti. Eżempji ta' tranżazzjonijiet mhux fi flus huma:

(a)

l-akkwiżizzjoni ta' assi jew billi jiġu assunti direttament obbligazzjonijiet relatati jew permezz ta' kera;

(b)

DATA EFFETTIVA

59.

L-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafi 17 u 44. Entità tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul

Il-paragrafu 20 huwa emendat għal entità li ma tkunx adottat l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji.

Assi miżmuma fil-kotba bil-valur ġust

20.

L-IFRSs jippermettu jew jeħtieġu li ċerti assi jiġu miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust jew jiġu rivalutati (ara, pereżempju, l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir, l-IAS 38 Assi Intanġibbli, l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl u l-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment u IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri). F'xi ġurisdizzjonijiet, ir-rivalutazzjoni jew dikjarazzjoni b'mod ġdid ta' assi skont il-valur ġust taffettwa l-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) għall-perjodu kurrenti. Bħala riżultat, il-bażi għat-taxxa tal-assi hija aġġustata u ma tinħoloq ebda differenza temporanja. F'ġurisdizzjonijiet oħra, ir-rivalutazzjoni jew dikjarazzjoni b'mod ġdid ta' assi ma taffettwax il-profitt taxxabbli fil-perjodu tar-rivalutazzjoni jew dikjarazzjoni b'mod ġdid u, konsegwentement, il-bażi għat-taxxa tal-assi mhijiex aġġustata. Madankollu, l-irkupru futur tal-ammont miżmum jirriżulta fi fluss taxxabbli ta' benefiċċji ekonomiċi għall-entità u l-ammont li jkun deduċibbli għal għanijiet ta' taxxa jkun differenti mill-ammont ta' dawk il-benefiċċji ekonomiċi. Id-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi rivalutat u l-bażi għat-taxxa tiegħu hija differenza temporanja u tagħti lok għal obbligazzjoni jew assi ta' taxxa differita. Dan huwa minnu anki jekk:

(a)

Il-paragrafu 20 huwa emendat għal entità li adottat l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji.

Assi miżmuma fil-kotba bil-valur ġust

20.

L-IFRSs jippermettu jew jeħtieġu li ċerti assi jiġu miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust jew jiġu rivalutati (ara, pereżempju, l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir, l-IAS 38 Assi Intanġibbli, l-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment, l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji u l-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri: F'xi ġurisdizzjonijiet, ir-rivalutazzjoni jew dikjarazzjoni b'mod ġdid ta' assi skont il-valur ġust taffettwa l-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) għall-perjodu kurrenti. Bħala riżultat, il-bażi għat-taxxa tal-assi hija aġġustata u ma tinħoloq ebda differenza temporanja. F'ġurisdizzjonijiet oħra, ir-rivalutazzjoni jew dikjarazzjoni b'mod ġdid ta' assi ma taffettwax il-profitt taxxabbli fil-perjodu tar-rivalutazzjoni jew dikjarazzjoni b'mod ġdid u, konsegwentement, il-bażi għat-taxxa tal-assi mhijiex aġġustata. Madankollu, l-irkupru futur tal-ammont miżmum jirriżulta fi fluss taxxabbli ta' benefiċċji ekonomiċi għall-entità u l-ammont li jkun deduċibbli għal għanijiet ta' taxxa jkun differenti mill-ammont ta' dawk il-benefiċċji ekonomiċi. Id-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi rivalutat u l-bażi għat-taxxa tiegħu hija differenza temporanja u tagħti lok għal obbligazzjoni jew assi ta' taxxa differita. Dan huwa minnu anki jekk:

(a)

Il-paragrafu 98G huwa miżjud.

DATA EFFETTIVA

98G

L-IFRS 16, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafu 20. Entità tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir

Il-paragrafi 4 u 27 huma mħassra, il-paragrafi 5, 10, 44 u 68 huma emendati, il-paragrafu 69, kif emendat skont l-IFRS 15, huwa emendat u l-paragrafu 81L huwa miżjud.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

4.

[Imħassar]

5.

Entità li tuża l-mudell tal-kost għal proprjetà tal-investiment skont l-IAS 40 Proprjetà tal-Investiment għandha tuża l-mudell tal-kost f'dan l-Istandard għal proprjetà bi sjieda għall-investiment.

RIKONOXXIMENT

10.

Entità tevalwa taħt dan il-prinċipju ta' rikonoxximent, il-proprjetà, l-impjant u t-tagħmir kollu tagħha, fil-ħin meta jsiru l-kosti għalihom. Dawn il-kosti jinkludu spejjeż li jsiru fil-bidu biex jiġi akkwistat jew mibni oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir u l-kosti li jsiru sussegwentement biex tiżdied, jew tinbidel parti minnha, jew issir manutenzjoni fuqha. Il-kost ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir jista jinkludi l-ispejjeż imġarrba relatati ma' kiri ta' assi li huma użati għall-bini, iż-żieda, jew il-bidla ta' parti jew tiswija ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir, bħal deprezzament ta' assi bid-dritt tal-użu.

Kejl tal-kost

27.

[Imħassar]

Deprezzament

44.

Entità talloka l-ammont rikonoxxut fil-bidu b'konnessjoni ma' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir għall-partijiet sinifikanti tagħha u tiddeprezza separatament kull waħda minn dawn il-partijiet. Pereżempju, jista' jkun f'waqtu li jsir deprezzament separat tal-qafas tal-ajruplan u l-magni tiegħu. Bl-istess mod, jekk entità takkwista proprjetà, impjant u tagħmir soġġett għal kera operattiva li fiha tkun is-sid, jista' jkun xieraq li jsir deprezzament separat tal-ammonti riflessi fil-kost ta' dak l-element li huma attribwibbli għal kundizzjonijiet tal-kiri favorevoli jew sfavorevoli meta mqabbla ma' termini tas-suq.

DIRIKONOXXIMENT

68.

Il-qligħ jew telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir għandhom jiġu inklużi fil-profitt jew telf meta l-oġġett ma jkunx rikonoxxut (ħlief jekk l-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri jkun jeħtieġ mod ieħor mal-bejgħ u kiri lura). Il-qligħ m'għandux jiġi kklassifikat bħala dħul.

69.

Id-disponiment ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir jista' jseħħ f'varjetà ta' modi (eż. bil-bejgħ, bid-dħul f'kuntratt ta' kera finanzjarja jew b'donazzjoni. Id-data tad-disponiment ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir hija d-data li l-benefiċjarju jikseb kontroll ta' dik l-entrata skont ir-rekwiżiti biex jiġi ddeterminat meta obbligu ta' prestazzjoni huwa sodisfatt fl-IFRS 15. L-IFRS 16 japplika għad-disponiment bil-bejgħ u kiri lura.

DATA EFFETTIVA

81L

l-IFRS 16, maħruġ f'Jannar 2016, ħassar il-paragrafi 4 u 27 u emenda l-paragrafi 5, 10, 44 u 68–69. Entità tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

IAS 21 L-Effetti ta' Tibdiliet fir-Rati tal-Kambju

Il-paragrafu 16 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 60 K.

Effetti monetarji

16.

Il-karatteristika essenzjali ta' effett monetarju hi dritt li wieħed jirċievi (jew obbligu li jforni) numru fiss jew determinabbli ta' unitajiet ta' munita. Fost l-eżempji nsibu: pensjonijiet u benefiċċji oħra għall-impjegati ligħandhom jitħallsu fi flus; provvedimenti li għandhom jitħallsu fi flus; obbligazzjonijiet tal-kiri; u dividendi fi flus li huma rikonoxxuti bħala obbligazzjoni. B'mod simili, kuntratt biex wieħed jirċievi (jew iforni) numru varjabbli ta' strumenti azzjonarji tal-entità stess, jew ammont varjabbli ta' assi fejn il-valur ġust li wieħed se jirċievi (jew iforni) hu ugwali għal numru fiss jew determinabbli ta' unitajiet ta' munita, hu effett monetarju. Bil-maqlub, il-karatteristika essenzjali ta' effett mhux monetarju hi n-nuqqas tad-dritt li wieħed jirċievi (jew ta' obbligu li jforni) numru fiss determinabbli ta' unitajiet ta' munita. Fost l-eżempji nsibu: ammonti mħallsa bil-quddiem għal prodotti u servizzi; avvjament; assi intanġibli; inventarji; proprjetà, impjant u tagħmir; assi bid-dritt tal-użu; u provvedimenti li għandhom jitħallsu bil-kunsinna ta' assi mhux monetarju.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

60 K

L-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafu 16. Entità tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

IAS 23 Kostijiet tas-self

Il-paragrafu 6 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 29C.

DEFINIZZJONIJIET

6.

Il-kostijiet tas-self jistgħu jinkludu:

(a)

(d)

interess fir-rigward tal-obbligazzjonijiet tal-kera rikonoxxuti skont l-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri; kif ukoll

(e)

DATA EFFETTIVA

29C

L-IFRS 16, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafu 6. Entità tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

Jiddaħħal il-paragrafu 97S.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

97S

L-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafi AG9 u AG10. Entità tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

Fil-Gwida għall-Applikazzjoni, il-paragrafi AG9 u AG10 huma emendati.

Assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji

AG9

Kuntratt ta' kera tipikament joħloq jedd għas-sid biex jirċievi, u obbligu tal-kerrej biex iħallas, sensiela ta' ħlasijiet li huma b'mod sostanzjali l-istess bħal ħlasijiet imħallta ta' kapital u imgħax taħt ftehim ta' self. Is-sid jagħti kont tal-investiment tiegħu fl-ammont riċevibbli taħt kuntratt ta' kiri finanzjarju minflok fuq l-assi sottostanti nnifsu li huwa suġġett għal kiri finanzjarju. Għalhekk, sid jara l-kiri finanzjarju bħala strument finanzjarju. Skont l-IFRS 16, sid ma jirrikonoxxix id-dritt tiegħu li jirċievi l-ħlasijiet ta' kiri taħt kirja operattiva.Is-sid jibqa' jirrapporta l-assi sottostanti nnifsu minflok kull ammont riċevibbli fil-futur taħt il-kuntratt. Għaldaqstant, sid ma jqisx kiri operattiv bħala strument finanzjarju (ħlief għal dak li jirrigwarda ħlasijiet individwali attwalment dovuti u mħallsa mill-kerrej.

AG10

Assi fiżiċi (bħal inventarji, proprjetà, impjanti u tagħmir) assi bid-dritt tal-użu u assi intanġibbli (bħal patenti u marki reġistrati) mhumiex assi finanzjarji. Il-kontroll ta' assi fiżiċi, assi bid-dritt tal-użu u assi intanġibbli bħal dawn joħolqu opportunità biex jiġi ġġennerat influss ta' flus jew assi finanzjarju ieħor, iżda ma jagħtix lok għal dritt preżenti biex jiġu riċevuti flus jew assi finanzjarju ieħor.

IAS 37 Proveddimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

Il-paragrafu 5 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 102.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

5.

Meta Standard ieħor jittratta tip speċifiku ta' provvediment, obbligazzjoni kontinġenti jew assi kontinġenti, entità tapplika dak l-Istandard minflok dan l-Istandard. Pereżempju, xi tipi ta' provvedimenti huma indirizzati fl-Istandards dwar:

(a)

(c)

kirjiet (ara l-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri). Madankollu, dan l-Istandard japplika għal kull kirja li ssir oneruża qabel id-data tal-bidu tal-kuntratt ta' kera kif definit fl-IFRS 16. Dan l-istandard japplika wkoll għal kuntratti għal żmien qasir u kuntratti ta' kiri li għalihom l-assi sottostanti huwa ta' valur baxx li huma kkontabilizzati skont il-paragrafu 6 tal-IFRS 16 u li jkunu saru onerużi;

(d)

DATA EFFETTIVA

102.

L-IFRS 16, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafu 5. Entità tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

IAS 38 Assi Intanġibbli

Il-paragrafi 3, 6 u 113 huma emendati, il-paragrafu 114, kif emendat mill-IFRS 15, huwa emendat u jiżdied paragraph 130L.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

3.

Jekk Standard ieħor jippreskrivi l-ikkontabilizzar għal tip speċifiku ta' assi intanġibbli, entità tapplika dak l-Istandard minflok dan l-Istandard. Pereżempju, dan l-Istandard ma japplikax għal:

(a)

(c)

kirjiet ta' assi intanġibbli kontabilizzati skont l-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri.

(d)

6.

Drittijiet miżmuma minn kerrej taħt ftehimiet ta' liċenzja għal entrati bħal films, rekordjar bil-vidjo, drammi, manuskritti, privattivi u drittijiet tal-awtur huma fl-ambitu ta' dan l-Istandard u huma esklużi mill-ambitu tal-IFRS 16.

IRTIRAR U DISPONIMENTI

113.

Il-qligħ jew telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta' assi intanġibbli jiġi ddeterminat bħala d-differenza bejn il-qligħ disponibbli nett, jekk ikun hemm, u l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi. Dan jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf meta l-assi jiġi rikonoxxut (sakemm l-IFRS 16 ma jehtiegx xort'ohra fuq bejgħ u kiri lura.) Il-qligħ ma jiġix ikklassifikat bħala dħul.

114.

Id-disponiment ta' assi intanġibbli jista' jseħħ f'varjetà ta' modi (pereżempju b'bejgħ, billi tidħol għal kiri finanzjarju jew b'donazzjoni). Id-data tad-disponiment ta' assi intanġibbli hi d-data li l-akkwirent jikseb kontroll ta' dak l-assi skont ir-rekwiżiti biex jiġi ddeterminat meta obbligu ta' prestazzjoni jkun sodisfatt fl-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti. L-IFRS 16 japplika għad-disponiment bil-bejgħ u kiri lura.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U DATA EFFETTIVA

130L

L-IFRS 16, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafi 3, 6, 113 u 114. Entità tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

Il-paragrafu 2 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 103 V għal entità li ma tkunx adottat l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji. L-IAS 39 mhuwiex emendat għal entità li adottat l-IFRS 9.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

2.

Dan l-Istandard jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta' strument finanzjarju minbarra:

(a)

(b)

drittijiet u obbligi taħt kuntratti ta' kera li ghalihom japplika l-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri. Madankollu:

(i)

riċevibbli ta' kera finanzjarja (jiġifieri investimenti netti f'kiri finanzjarju) u riċevibbli ta' kera operattiva rikonoxxuti mis-sid huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar l-irtirar tar-rikonoxximent u l-indeboliment ta' dan l-Istandard (ara l-paragrafi 15–37, 58, 59, 63–65 u Appendiċi A l-paragrafi AG36-AG52 u AG84-AG93);

(ii)

obbligazzjonijiet ta' kera rikonoxxuti minn kerrej huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-irtirar tar-rikonoxximent fil-paragrafu 39 ta' dan l-Istandard; kif ukoll

(iii)

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

103 V

L-IFRS 16, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafi 2 u AG33. Entità tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

Fil-Gwida għall-Applikazzjoni, il-paragrafu AG33 huwa emendat għal entità li ma tkunx adottat l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji. Il-Gwida għall-Applikazzjoni mhix emendata għal entità li adottat l-IFRS 9.

DERIVATI MDEFFSA (IL-PARAGRAFI 10-13)

AG33

Il-karatteristiċi ekonomiċi u r-riskji ta' derivat imdeffes huma relatati mill-qrib mal-karatteristiċi ekonomiċi u r-riskji tal-kuntratt li jospita fl-eżempji li ġejjin. F'dawn l-eżempji, entità ma tniżżilx id-derivat imdeffes separatament mill-kuntratt li jospita.

(a)

(f)

derivat imdeffes f'kuntratt ta' kiri ospitanti hu marbut mill-qrib mal-kuntratt li jospita jekk id-derivat imdeffes hu (i) indiċi relatat mal-inflazzjoni bħal indiċi ta' ħlasijiet ta' kiri ma' indiċi tal-prezz tal-konsumatur (sakemm il-kiri ma jkunx ingranat l-indiċi jkollu x'jaqsam mal-inflazzjoni fl-ambjent ekonomiku stess tal-entità), (ii) renta li tista' tinqala' bbażata fuq bejgħ relatat jew (ii) kirjiet kontinġenti fuq rati ta' mgħax varjabbli.

(g)

IAS 40 Proprjetà għall-Investiment

Minħabba l-bidliet estensivi lill-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment, it-test sħiħ ta' dan l-Istandard bit-tibdil propost ġie riprodott fl-aħħar tal-Appendiċi D.

IAS 41 Agrikoltura

Il-paragrafu 2 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 64.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

2.

Dan l-Istandard ma japplikax għal:

(a)

(e)

assi bid-dritt tal-użu li jirriżultaw minn kuntratt ta' kiri ta' art relatata ma' attività agrikola (ara l-IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri).

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

64.

L-IFRS 16, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafu 2. Entità tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

IFRIC 1 Tibdil fl-Obbligazzjonijiet Eżistenti tad-Dekummissjonament, Restawrazzjoni u Obbligazzjonijiet Simili

Il-paragrafu Referenzi huwa emendat.

REFERENZI

IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri

IAS 1 Presentation of Financial Statements (as revised in 2007)

Il-paragrafu 2 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 9 B.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

2.

Din l-Interpretazzjoni tapplika għal bidliet fil-kejl ta' kull dekumissjonament, restawr jew obbligu eżistenti li huma kemm:

(a)

rikonoxxuti bħala parti mill-kost ta' entrata ta' proprjetà, impjant u tagħmir skont l-IAS 16 jew bħala parti mill-kost ta' assi bid-dritt tal-użu b'konformità mal-IFRS 16; kif ukoll

(b)

DATA EFFETTIVA

9 B

L-IFRS 16, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafu 2. Entità tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizzi

Il-paragrafu Referenzi huwa emendat.

REFERENZI

L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti

IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri

Il-paragrafu 28F huwa miżjud.

DATA EFFETTIVA

28F

L-IFRS 16, li ħareġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafu AG8 u l-Appendiċi B. Entità tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

Fl-Appendiċi A, il-paragrafu AG8 huwa emendat.

Appendiċi A

AMBITU (IL-PARAGRAFU 5)

AG8

L-operatur jista' jkollu d-dritt li juża l-infrastruttura separabbli deskritta fil-paragrafu AG7(a), jew il-faċilitajiet użati biex jipprovdu servizzi anċillari mhux regolati deskritti fil-paragrafu AG7(b). Fiż-żewġ każi, jista fis-sustanza jkun hemm kirja mill-konċessjonant għall-operatur; jekk dan ikun il-każ, din titqies skont l-IFRS 16.

SIC-29 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizz: Żvelar

Il-paragrafu Referenzi huwa emendat.

REFERENZI

IFRS 16 Kuntratti ta' Kiri

Il-paragrafu 5 huwa emendat.

ĦRUĠ

5.

Ċerti aspetti u żvelar relatati ma' xi arranġamenti ta' konċessjoni ta' servizz huma diġà indirizzati mill-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (pereżempju l-IAS 16 japplika għall-akkwiżizzjonijiet ta' oġġetti ta' proprjetà, impjanti u tagħmir, l-IFRS 16 japplika għall-kiri ta' assi, u l-IAS 38 japplika għal akkwiżizzjonijiet ta' assi intanġibbli). Madankollu, arranġament ta' konċessjoni ta' servizz jista' jinvolvi kuntratti eżekutorji li ma humiex indirizzati fl-Istandards Internazzjonali tar-Rapportaġġ Finanzjarju, sakemm il-kuntratti ma jkunux onerużi, fejn f'dan il-każ japplika l-IAS 37. Għalhekk, din l-Interpretazzjoni tindirizza żvelar addizzjonali ta' arrnaġamenti ta' konċessjoni ta' servizz.

Il-paragrafu Data effettiva huwa emendat.

DATA EFFETTIVA

Entità tapplika l-emenda fil-paragrafi 6(e) u 6 A għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta' Jannar 2008. Jekk entità tapplika l-IFRIC 12 għal perjodu aktar bikri, dik l-emenda tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri.

L-IFRS 16, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafu 5. Entità tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

SIC-32 Assi Intanġibbli—Spejjeż tas-Siti fuq l-Internet

Il-paragrafu Referenzi huwa emendat.

REFERENZI

L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti

L-IFRS 16 Kirjiet

Il-paragrafu 6, kif emendat mill-IFRS 15, huwa emendat.

ĦRUĠ

6.

L-IAS 38 ma japplikax għal assi intanġibbli miżmuma minn entità għall-bejgħ fl-andament ordinarju tan-negozju (ara l-IAS 2 u l-IFRS 15) jew kuntratti ta' kiri ta' assi intanġibbli kontabilizzati skont l-IFRS 16. Għaldaqstant, din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għan-nefqa fuq l-iżvilupp jew it-tħaddim ta' sit tal-Internet (jew softwer tas-sit tal-Internet) għall-bejgħ lil entità oħra jew li jkun meqjus skont l-IFRS 16.

Il-paragrafu Data effettiva huwa emendat.

DATA EFFETTIVA

L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġa f'Mejju 2014, emenda t-taqsima “Referenzi” u l-paragrafu 6. Entità tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 15.

L-IFRS 16, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafu 6. Entità tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

IAS 40 Proprjetà għall-Investiment

Minħabba l-bidliet estensivi lill-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment, it-test sħiħ ta' dan l-istandard, kif emendat mill-IFRS 15, mat-tibdil propost ġie riprodott.

Standard Internazzjonali tal-Kontabilità 40

Proprjetà għall-Investiment

OBJETTIV

1.

L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jippreskrivi t-trattament fil-kontijiet għall-proprjetà għall-investiment u rekwiżiti ta' żvelar relatati.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

2.

Dan l-Istandard jiġi applikat għar-rikonoxximent, il-kejl u żvelar ta' proprjetà għall-Investiment.

3.

[Imħassar]

4.

Dan l-Istandard ma japplikax għal:

(a)

assi bijoloġiċi relatati mal-attività agrikola (ara l-IAS 41 Agrikoltura u l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir); kif ukoll

(b)

drittijiet minerali u riżervi minerali bħal żejt, gass naturali u riżorsi simili li ma jiġġeddux.

DEFINIZZJONIJIET

5.

It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

 

Ammont miżmum fil-kotba hu l-ammont li bih assi jiġi rikonoxxut fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja.

 

Kost hu l-ammont ta' flus kontanti jew ekwivalenti ta' flus mħallsa jew il-valur ġust ta' korrispettiv ieħor mogħti biex jiġi akkwistat assi fil-ħin tal-akkwiżizzjoni jew il-kostruzzjoni tiegħu jew fejn ikun applikabbli, l-ammont attribwit għal dak l-assi meta jiġi rikonoxxut fil-bidu b'konformità mar-rekwiżiti speċifiċi ta' xi IFRS ieħor, pereżempju l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq Ishma.

 

Il-valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta' obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust.)

 

Proprjetà għall-Investiment hija proprjetà (art jew bini — jew parti minn bini — jew it-tnejn) miżmuma (mis-sid jew mill-kerrej bħala assi bid-dritt tal-użu) għall-qligħ tal-kera jew għall-apprezzament tal-kapital jew it-tnejn, minflok:

(a)

l-użu fil-produzzjoni jew il-forniment ta' oġġetti jew servizzi jew għal skopijiet amministrattivi; jew

(b)

il-bejgħ fl-andament normali tan-negozju.

 

Proprjetà okkupata mis-sid hi proprjetà miżmuma (mis-sid jew mill-kerrej bħala assi bid-dritt tal-użu) għall-użu fil-produzzjoni jew il-forniment ta' oġġetti jew servizzi jew għal skopijiet amministrattivi.

KLASSIFIKAZZJONI TAL-PROPRJETÀ BĦALA PROPRJETÀ TA' INVESTIMENT JEW PROPRJETÀ OKKUPATA MINN SIDHA

6.

[Imħassar]

7.

Il-proprjetà għall-investiment tinżamm sabiex wieħed idaħħal il-kera jew għall-apprezzament tal-kapital jew għat-tnejn. Għalhekk, proprjetà għall-investiment tiġġenera flussi tal-flus li huma fil-biċċa l-kbira indipendenti mill-assi l-oħrajn miżmuma minn entità. Dan jiddistingwi l-proprjetà għall-investiment minn proprjetà okkupata mis-sid. Il-produzzjoni jew il-provvista ta' oġġetti jew servizzi (jew l-użu ta' proprjetà għal skopijiet amministrattivi) jiġġenera flussi tal-flus li huma attribwibbli mhux biss għall-proprjetà, iżda wkoll għall-assi l-oħrajn użati fil-proċess ta' produzzjoni jew provvista. L-IAS 16 japplika għal proprjetà okkupata minn sidha u l-IFRS 16 japplika għall-proprjetà okkupata mis-sid miżmuma mill-kerrej bħala assi bid-dritt tal-użu.

8.

Dawn li ġejjin huma eżempji ta' proprjetà tal-investment:

(a)

art miżmuma għal apprezzament tal-kapital fuq medda twila ta' żmien aktar milli għal bejgħ fi żmien fil-qrib bħala att normali ta' negozju.

(b)

art miżmuma għall-użu fil-futur li għadu ma ġiex stabbilit. (Jekk entità ma tkunx stabbiliet li se tuża l-art bħala proprjetà okkupata mis-sid jew għal bejgħ fi żmien fil-qrib bħala att normali ta' negozju, l-art titqies li qed tinżamm għall-apprezzament tal-kapital).

(c)

bini li jkun proprjetà tal-entità (jew bid-dritt tal-użu tal-assi relatati ma' binja miżmuma mill-entità) u mikri taħt kuntratt jew kirjiet operattivi.

(d)

bini li jkun vojt izda li jinżamm biex jinkera taħt kuntratt wieħed jew aktar ta' kiri operattiv.

(e)

proprjetà li qed tinbena jew tkun żviluppat għall-użu futur bħala proprjetà tal-investiment.

9.

Dawn il-ġejjin huma eżempji ta' affarijiet li huma proprjetà tal-investiment u għalhekk jaqgħu barra l-ambitu ta' dan l-Istandard:

(a)

proprjetà maħsuba għall-bejgħ bħala att normali tan-negozju jew fil-proċess ta' kostruzzjoni jew żvilupp għal dan il-bejgħ (ara l-IAS 2 Inventarji), pereżempju, proprjetà akkwistata esklussivament bil-għan li jsir trasferiment sussegwenti fil-futur qarib jew għall-iżvilupp u bejgħ.

(b)

[imħassar]

(c)

proprjetà okkupata mis-sid (ara l-IAS 16 u l-IFRS 16), inkluża (fost l-oħrajn) proprjetà miżmuma għall-użu fil-futur bħala proprjetà okkupata mis-sid, proprjetà miżmuma għal żvilupp fil-futur u użu sussegwenti bħala proprjetà okkupata mis-sid, proprjetà okkupata minn impjegati (kemm jekk l-impjegati jħallsu kera bir-rati tas-suq kemm jekk le) u proprjetà okkupata mis-sid waqt li tkun qed tistenna li jsir trasferiment minnha.

(d)

[imħassar]

(e)

proprjetà li tkun mikrija lil entità oħra taħt kiri finanzjarju.

10.

Xi proprjetajiet jinkludu porzjon li jinżamm għall-qligħ tal-kera jew għall-apprezzament tal-kapital u porzjon ieħor li jinżamm għall-użu fil-produzzjoni jew provvista ta' merkanzija jew servizzi jew għal skopijiet amministrattivi. Jekk dawn il-porzjonijiet jistgħu jinbiegħu separatament (jew jinkrew separatament taħt kiri finanzjarju), l-entità għandha tniżżel dawn il-porzjonijiet fil-kontijiet tagħha separatament. Jekk il-porzjonijiet ma jistgħux jinbiegħu separatament, il-proprjetà hi proprjetà għall-investiment biss jekk porzjon mhux sinifikanti jinżamm għall-użu fil-produzzjoni jew forniment ta' oġġetti jew servizzi jew għal skopijiet amministrattivi.

11.

F'xi każijiet, entità tipprovdi servizzi anċillari lill-okkupanti ta' proprjetà li tkun iżżomm. Entità tikkunsidra proprjetà bħala proprjetà għall-investiment jekk is-servizzi ma jkunux sinifikanti ħdejn l-arranġament fit-totalità tiegħu. Eżempju huwa meta s-sid ta' bini ta' uffiċċju jipprovdi servizzi ta' sigurtà u manutenzjoni lill-kerrejja li jokkupaw il-bini.

12.

F'każijiet oħrajn, is-servizzi pprovduti huma sinifikanti. Pereżempju, jekk entità jkollha proprjetà u tkun tmexxi lukanda, is-servizzi pprovduti lill-klijenti huma sinifikanti għall-arranġament fit-totalità tiegħu. Għaldaqstant, lukanda mmexxija minn sidha hi proprjetà okkupata mis-sid, aktar milliproprjetà għall-investiment.

13.

Jista' jkun diffiċli li wieħed jistabbilixxi jekk servizzi anċillari humiex tant sinifikanti li proprjetà ma tikkwalifikax bħala proprjetà għall-investiment. Pereżempju, is-sid ta' lukanda xi kultant jittrasferixxi xi responsabbiltajiet lil partijiet terzi taħt kuntratt ta' maniġment. Il-kundizzjonijiet ta' dawn il-kuntratti jvarjaw ħafna. Fuq naħa waħda tal-ispettrum, il-pożizzjoni tas-sid tista' tkun, fis-sustanza, dik ta' investitur passiv. Fuq in-naħa l-oħra tal-ispektrum, is-sid jista' jkun sempliċiment ta kuntratt lil ħaddieħor għal funzjonijiet ta' kuljum waqt li jkun żamm esponiment sinifikanti għall-varjazzjoni fil-flussi tal-flus ġġenerati mill-operazzjonijiet tal-lukanda.

14.

Huwa meħtieġ ġudizzju biex jiġi ddeterminat jekk proprjetà tikkwalifikax bħala proprjetà għall-investiment. Entità tiżviluppa kriterji biex tkun tista' teżerċita dak il-ġudizzju b'mod konsistenti u skont id-definizzjoni ta' proprjetà ta' investiment u bid-direzzjoni relatata fil-paragrafi 7–13. Il-paragrafu 75(c) jeħtieġ li entità tiżvela dawn il-kriterji meta l-klassifikazzjoni tkun diffiċli.

14 A

Hemm bżonn ukoll ta' ġudizzju li jiddetermina jekk l-akkwist ta' proprjetà ta' investiment huwiex l-akkwist ta' assi jew grupp ta' assi jew kombinament ta' negozju fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 3 Kombinamenti ta' Negozju. Trid issir referenza għall-IFRS 3 biex ikun iddeterminat jekk hux kombinament ta' negozju. Id-diskussjoni fil-paragrafi 7–14 ta' dan l-Istandard tirrigwarda jekk proprjetà tkunx okkupata minn sidha jew proprjetà ta' investiment u mhux biex jiġi ddeterminat jekk l-akkwist ta' proprjeta hux kombinament ta' negozju kif definit fl-IFRS 3. Id-determinazzjoni ta' jekk tranżazzjoni speċifika hix koperta mid-definizzjoni ta' kombinament ta' negozju kif definit fl-IFRS 3 u tinkludix proprjetà ta' investiment kif definita f'dan l-Istandard titlob l-applikazzjoni separata taż-żewġ Standards.

15.

F'xi każijiet, entità jkollha proprjetà li tkun mikrija lil, u okkupata minn, kumpanija ewlenija tagħha jew minn sussidjarja oħra. Il-proprjetà ma tikkwalifikax bħala proprjetà għall-investiment fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, minħabba li l-proprjetà hi okkupata mis-sid mill-perspettiva tal-grupp. Madanakollu, mill-perspettiva tal-entità li tkun is-sid, il-proprjetà hi proprjetà għall-investiment jekk tissodisfa d-definizzjoni fil-paragrafu 5. Għaldaqstant, is-sid jittratta l-proprjetà bħala proprjetà għall-investiment fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji individwali tiegħu.

RIKONOXXIMENT

16.

Proprjetà għall-investiment tiġi rikonoxxuta bħala assi meta, u biss meta:

(a)

ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi futuri li huma assoċjati mal-proprjetà għall-investiment ser jgħaddu għal fuq l-entità; kif ukoll

(b)

il-kost tal-proprjetà għall-investiment jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli.

17.

Entità tevalwa taħt dan il-prinċipju ta' rikonoxximent tal-kosti kollha tal-proprjetà għall-investiment tagħha fil-ħin meta jintefqu. Dawn il-kosti jinkludu kosti li jintefqu inizjalment sabiex tiġi akkwistata proprjetà għall-investiment u kosti li jintefqu sussegwentement sabiex issir żjieda ma', jew tiġi mibdula parti minn, jew issir manutenzjoni fi proprjetà.

18.

Taħt il-prinċipju tar-rikonoxximent fil-paragrafu 16, entità ma tirrikonoxxix fl-ammont miżmum fil-kotba ta' proprjetà għall-investiment, il-kosti tal-manutenzjoni ta' kuljum ta' din il-proprjetà. Minflok, dawn il-kosti huma rikonoxxuti bħala profitt jew telf. Il-kosti tal-manutenzjoni ta' kuljum huma primarjament il-kost ta' xogħol u oġġetti konsumibbli, u jistgħu jinkludu l-kost ta' partijiet minuri. L-iskop ta' dan l-infiq huwa spiss deskritt bħala għal “tiswijiet u manutenzjoni” tal-proprjetà.

19.

Partijiet minn proprjetajiet għall-investiment setgħu ġew akkwistati permezz ta' sostituzzjoni. Pereżempju, il-ħitan ta' ġewwa jistgħu jkunu sostituzzjoni ta' ħitan oriġinali. Taħt il-prinċipju ta' rikonoxximent, entità tirrikonoxxi fl-ammont miżmum fil-kotba ta' proprjetà għall-investiment, il-kost tas-sostituzzjoni ta' parti minn proprjetà għall-investiment eżistenti fil-mument meta ssir l-ispiża jekk il-kriterji ta' rikonoxximent jiġu ssodisfati. L-ammont miżmum fil-kotba ta' dawk il-partijiet li huma sostitwiti ma jibqax jiġi rikonoxxut skont id-dispożizzjonijiet ta' rtirar tar-rikonoxximent ta' dan l-Istandard.

19 A

Proprjetà għall-investiment miżmuma mill-kerrej bħala assi bid-dritt tal-użu tiġi rikonoxxuta b'konformità mal-IFRS 16.

KEJL MAR-RIKONOXXIMENT

20.

Proprjetà għall-Investiment bis-sjieda tiġi mkejla inizjalment bil-kost tagħha. Kosti tat-tranżazzjoni għandhom jiġu inklużi fil-kejl inizjali.

21.

Il-kost ta' proprjetà għall-investiment mixtrija tinkludi l-prezz tax-xiri tagħha u kull infiq direttament attribwibbli. Infiq direttament attribwibbli jinkludi, pereżempju, drittijiet professjonali għal servizzi legali, taxxi fuq id-disponiment ta' proprjetà u kosti oħrajn tat-tranżazzjoni.

22.

[Imħassar]

23.

Il-kost ta' proprjetà għall-investiment ma tkunx miżjuda bi:

(a)

kostijiet tal-bidu, eċċ (ħlief jekk ikunu neċessarju sabiex il-proprjetà tinġieb għall-kundizzjoni neċessarja sabiex tkun tista' topera bil-mod intenzjonat mill-maniġment),

(b)

telf mill-operat li jseħħ qabel mal-proprjetà għall-investiment tikseb il-livell ippjanat ta' okkupanza, jew

(c)

ammonti mhux normali ta' materjal, xogħol jew riżorsi oħrajn moħlija fil-kostruzzjoni jew l-iżvilupp tal-proprjetà.

24.

Jekk il-ħlas għal proprjetà għall-investiment jiġi differit, il-kost tagħha jkun l-ekwivalenti fil-prezz fi flus kontanti. Id-differenza bejn dan l-ammont u l-ħlasijiet totali huwa rikonoxxut bħala spiża ta' interessi matul il-perjodu tal-kreditu.

25.

[Imħassar]

26.

[Imħassar]

27.

Proprjetà waħda jew iżjed għall-investiment tista' tiġi akkwistata bi skambju ma' assi jew assi mhux monetarji, jew taħlita ta' assi monetarji u mhux monetarji. Id-diskussjoni li ġejja tirreferi għall-iskambju ta' assi mhux monetarju ma' ieħor, iżda tapplika wkoll għall-iskambji kollha deskritti fis-sentenza preċedenti. Il-kost ta' din il-proprjetà għall-investiment tiġi mkejla bil-valur ġust ħlief jekk (a) it-tranżazzjoni ta' skambju ma jkollhiex sustanza kummerċjali jew (b) la l-valur ġust tal-assi rċevut u lanqas ta' dak mogħti ma jkun jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli. L-assi akkwistat jitkejjel b'dan il-mod anke jekk entità ma tistax ma tirrikonoxxix immedjatament l-assi mogħti. Jekk l-assi akkwistat ma jitkejjilx skont il-valur ġust, il-kost tiegħu jitkejjel bl-ammont miżmum fil-kotba tal-assi mogħti.

28.

Entità tistabbilixxi jekk tranżazzjoni ta' skambju għandhiex sustanza kummerċjali billi tikkunsidra kemm il-flussi ta' flus futuri tagħha huma mistennija li jinbidlu minħabba t-tranżazzjoni. Tranżazzjoni ta' skambju għandha sustanza kummerċjali jekk:

(a)

il-konfigurazzjoni (riskju, żmien u ammont) tal-flussi tal-flus tal-assi rċevut tkun tiddiferixxi mill-konfigurazzjoni tal-flussi tal-flus tal-assi ttrasferit, jew

(b)

il-valur speċifiku għall-entità tal-porzjon tal-operazzjonijiet tal-entità affettwati mill-bidliet fit-tranżazzjoni jinbidel minħabba l-iskambju, u

(c)

(ċ) id-differenza f'(a) jew (b) tkun sinifikanti meta mqabbla mal-valur ġust tal-assi skambjati.

Għall-finijiet biex jiġi ddeterminat jekk tranżazzjoni ta' skambju jkollhiex sustanza kummerċjali, il-valur speċifiku għall-entità tal-porzjon tal-operazzjonijiet tal-entità affettwati mit-tranżazzjoni għandu jirrifletti l-flussi ta' flus wara t-taxxa. Ir-riżultat ta' dawn l-analiżi jista' jkun ċar mingħajr ma entità jkollha twettaq kalkoli dettaljati.

29.

Il-valur ġust ta' assi jista' jitkejjel b'mod affidabbli jekk (a) il-varjabilità fil-medda ta' kejl raġonevoli tal-valur ġust ma tkunx sinifikanti għal dak l-assi jew (b) il-probabilitajiet tad-diversi stimi fil-medda jkunu jistgħu jiġu vvalutati raġonevolment u użati meta jitkejjel il-valur ġust. Jekk entità tkun tista' tkejjel b'mod affidabbli l-valur ġust kemm tal-assi riċevut kif ukoll tal-assi mogħti, allura l-valur ġust tal-assi mogħti jintuża għall-kejl tal-kost sakemm il-valur ġust tal-assi riċevut ma jkunx aktar evidenti.

29 A

Proprjetà għall-investiment miżmuma mill-kerrej bħala assi bid-dritt tal-użu tiġi mkejla inizjalment bil-kost tagħha skont l-IFRS 16.

KEJL WARA R-RIKONOXXIMENT

Politika tal-kontabilità

30.

Bl-eċċezzjonijiet innotati fil-paragrafu 32 A, kull entità tagħżel bħala l-politika ta' kontabilità tagħha jew il-mudell tal-valur ġust fil-paragrafi 33–55 jew il-mudell tal-kost fil-paragrafu 56 u tapplika dik il-politika għal proprjetà tal-investiment kollu tagħha.

31.

L-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji jiddikjara li bidla voluntarja fil-politika tal-kontabilità għandha ssir biss jekk il-bidla tirriżulta bid-dikjarazzjonijiet finanzjarji jipprovdu informazzjonikredibbli u aktar rilevanti dwar l-effetti tat-tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kundizzjonijiet oħrajn fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità, il-prestazzjoni finanzjarja jew il-fluss tal-flus. Ma tantx huwa probabbli li bidla mill-mudell tal-valur ġust għall-mudell tal-kost se twassal għal preżentazzjoni aktar rilevanti.

32.

Dan l-Istandard jeżiġi li l-entitajiet kollha jkejlu l-valur ġust ta' proprjetà għall-investiment, għall-fini kemm tal-kejl (jekk l-entità tuża l-mudell tal-valur ġust) jew tad-divulgazzjoni (jekk tuża l-mudell tal-kost). Entità hija mħeġġa, iżda mhux meħtieġa, li tkejjel il-valur ġust ta' proprjetà għall-investiment fuq il-bażi ta' valwazzjoni minn valwatur indipendenti li jkollu kwalifika professjonali rikonoxxuta u rilevanti u jkollu esperjenza reċenti fil-post u l-kategorija tal-proprjetà għall-investiment li tkun qiegħda tiġi valwata.

32 A

Entità tista':

(a)

tagħżel jew il-mudell tal-valur ġust jew il-mudell tal-kost għall-obbligi appoġġati b'investimenti ta' proprjetà kollha li jħallsu redditu marbut direttament mal-valur ġust ta', jew redditu minn, assi speċifiċi li jinkludu dak l-investiment ta' proprjetà; kif ukoll

(b)

tagħżel jew il-mudell tal-valur ġust jew il-mudell tal-kost għal kull proprjetà għall-investiment ieħor, minkejja l-għażla magħmula f'(a).

32 B

Xi assiguraturi u entitajiet oħrajn joperaw fond ta' proprjetà intern li joħroġ unitajiet spekulattivi, b'xi unitajiet miżmuma minn investituri f'kuntratti marbuta u oħrajn miżmuma mill-entità. Il-paragrafu 32 A ma jippermettiex lil entità tkejjel il-proprjetà miżmuma mill-fond bi frazzjoni skont il-kost u bi frazzjoni b'valur ġust.

32C

Jekk entità tagħżel mudelli differenti għaż-żewġ kategoriji deskritti fil-paragrafu 32 A, bejgħ ta' proprjetà għall-investiment bejn gruppi ta' assi mkejla b'mudelli differenti għandhom jiġu rikonoxxuti fil-valur ġust u l-bidla kumulattiva fil-valur ġust għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf. Għalhekk, jekk investiment ta' proprjetà hu mibjugħ minn grupp li fih il-mudell ta' valur ġust hu użat fi grupp fejn il-mudell tal-kost qed jintuża, il-valur ġust tal-proprjetà fid-data tal-bejgħ hu meqjus bħala kost.

Mudell tal-valur ġust

33.

Wara rikonoxximent inizjali, entità li tagħżel il-mudell tal-valur ġust għandha tkejjel il-proprjetà għall-investiment kollha tagħha skont il-valur ġust, ħlief fil-każijiet deskritti fil-paragrafu 53.

34.

[Imħassar]

35.

Qligħ jew telf li jirriżulta minn bidla fil-valur ġust ta' proprjetà għall-investiment għandu jiġi rikonoxxut fil-profitt jew fit-telf għall-perjodu meta jseħħ.

36-39.

[Imħassar]

40.

Meta tkejjel il-valur ġust ta' proprjetà għall-investiment f'konformità mal-IFRS 13, entità għandha tiżgura li l-valur ġust jirrifletti, fost affarijiet oħrajn, introjtu mill-kiri minn kuntratti ta' kera kurrenti u suppożizzjonijiet oħrajn li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-proprjetà għall-investiment taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

40 A

Meta l-kerrej juża l-mudell tal-valur ġust biex ikejjel proprjetà għall-investiment li tkun miżmuma bħala assi bid-dritt tal-użu, dan ikejjel l-assi bid-dritt tal-użu, u mhux il-proprjetà prinċipali, bil-valur ġust.

41.

L-IFRS 16 jispeċifika l-bażi għar-rikonoxximent inizjali tal-kost ta' proprjetà għall-investiment miżmuma mill-kerrej bħala assi bid-dritt tal-użu. Il-paragrafu 33 jeħtieġ li proprjetà għall-investiment miżmuma mill-kerrej bħala assi bid-dritt tal-użu tiġi mkejla mill-ġdid, jekk meħtieġ, skont il-valur ġust jekk l-entità tagħżel il-mudelltal-valur ġust. Meta l-ħlasijiet tal-kera jkunu bir-rati tas-suq, il-valur ġust ta' proprjetà għall-investiment miżmuma mill-kerrej bħala assi bid-dritt tal-użu fl-akkwist, nett minn kull ħlasijiet mistennija tal-kiri (inklużi dawk relatati ma' obbligazzjonijiet ta' kera rikonoxxuti), għandhom ikunu żero. B'hekk, il-kejl mill-ġdid ta' assi bid-dritt tal-użu mill-kost skont l-IFRS 16 għall-valur ġust skont il-paragrafu 33 (wara li jitqiesu r-rekwiżiti fil-paragrafu 50) m'għandux jagħti lok għall-ebda qligħ jew telf inizjali, ħlief jekk il-valur ġust jiġi mkejjel f'ħinijiet differenti. Dan jista' jseħħ meta l-għażla li jiġi applikat il-mudell tal-valur ġust issir wara r-rikonoxximent inizjali.

42-47.

[Imħassar]

48.

F'każijiet eċċezzjonali, ikun hemm evidenza ċara meta entità takkwiżixxi għall-ewwel darba proprjetà għall-investiment (jew meta proprjetà eżistenti ssir proprjetà għall-investiment għall-ewwel darba wara bidla fl-użu) li l-varjabilità fil-medda tal-kejl raġonevoli tal-valur ġust tkun tant kbira, u l-probabilitajiet tad-diversi eżiti tant diffiċli li jkun ivvalutat, li l-utilità ta' kejl wieħed ta' valur ġust tkun miċħuda. Dan jista' jindika li l-valur ġust tal-propjetà ma jkunx jista' jitkejjel b'mod affidabbli fuq bażi li tkompli (ara l-paragrafu 53).

49.

[Imħassar]

50.

Fl-istabbiliment tal-ammont miżmum tal-proprjetà tal-investiment taħt il-mudell tal-valur ġust, entità ma tgħoddx assi jew obbligazzjonijiet doppju li huma rikonoxxuti bħala assi jew obbligazzjonijiet separati. Pereżempju:

(a)

tagħmir bħal liftijiet jew kundizzjonament tal-arja huwa spiss parti integrali minn bini u huwa ġeneralment inkluż fil-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment, minflok ma jkun rikonoxxut separatament bħala proprjetà, impjant u tagħmir.

(b)

jekk uffiċċju jinkera attrezzat, il-valur ġust tal-uffiċċju ġeneralment jinkludi l-valur ġust tal-għamara, minħabba li l-introjtu ta' kera huwa relatat mal-uffiċċju attrezzat. Meta l-għamara tiġi inkluża fil-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment, l-entità ma tirrikonoxxix dik l-għamara bħala assi separat.

(c)

il-valur ġust ta' proprjetà għall-investiment jeskludi introjtu minn kiri operattiv imħallas minn qabel jew akkumulat, għaliex l-entità tirrikonoxxih bħala obbligazzjoni jew assi separat.

(d)

il-valur ġust ta' proprjetà għall-investiment miżmuma mill-kerrej bħala assi bid-dritt tal-użu jirrifletti l-flussi mistennija tal-flus (inklużi ħlasijiet ta' kera varjabbli li huma mistennija li jsiru pagabbli). Għalhekk, jekk valutazzjoni miksuba għal proprjetà hija netta mill-ħlasijiet kollha mistennija li jsiru, hemm bżonn li kull obbligazzjoni rikonoxxuta tal-kuntratt tal-kiri tingħadd lura, biex jasal għall-ammont miżmum tal-proprjetà tal-investiment bl-użu tal-mudell tal-valur ġust.

51.

[Imħassar]

52.

F'xi każijiet, entità tistenna li l-valur preżenti tal-ħlasijiet tagħha relatati ma' proprjetà għall-investiment (minbarra ħlasijiet relatati ma' obbligazzjonijiet rikonoxxuti) ser jaqbżu l-valur preżenti tal-irċevuti ta' flus kontanti relatati. Entità tapplika l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti sabiex tistabbilixxi jekk għandhiex tirrikonoxxi obbligazzjoni u, jekk iva, kif għandha tkejjilha.

In-nuqqas ta' abilità li jitkejjel il-valur ġust b'mod affidabbli

53.

Ikun hemm preżunzjoni konfutabbli li entità tkun tista' tkejjel il-valur ġust ta' proprjetà għall-investiment b'mod affidabbli fuq bażi li tkompli. Madankollu, f'każijiet eċċezzjonali, ikun hemm evidenza ċara meta entità takkwista għall-ewwel darba proprjetà għall-investiment (jew meta proprjetà eżistenti ssir proprjetà għall-investiment għall-ewwel darba wara bidla fl-użu) li l-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment ma jkunx jista' jitkejjel b'mod affidabbli fuq bażi li tkompli. Dan iseħħmeta, u biss meta, is-suq għal proprjetajiet komparabbli ma jkunx attiv (eż. ikun hemm ftit tranżazzjonijiet reċenti, il-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet ma jkunux kurrenti jew il-prezzijiet osservati tat-tranżazzjonijiet jindikaw li l-bejjiegħ kien imġiegħel ibiegħ) u kejl affidabbli alternattiv tal-valur ġust (pereżempju, ibbażat fuq tbassir ta' flussi ta' flus skontati) ma jkunx disponibbli. Jekk entità tistabilixxi li l-valur ġust ta' proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni ma jkunx jista' jitkejjel b'mod affidabbli iżda tistenna li l-valur ġust tal-proprjetà jkun jista' jitkejjel b'mod affidabbli meta l-bini jitlesta, din għandha tkejjel il-proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni skont il-kost sakemm jew il-valur ġust tagħha jkun jista' jitkejjel b'mod affidabbli jew jitlesta l-bini tagħha (skont liema waħda tiġi l-ewwel). Jekk entità tistabilixxi li l-valur ġust ta' proprjetà għall-investiment (li ma tkunx proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni) ma jkunx jista' jitkejjel b'mod affidabbli fuq bażi li tkompli, l-entità tkejjel dik il-proprjetà għall-investiment permezz tal-mudell tal-kost fl-IAS 16 Proprjetà għall-investiment għal proprjetà ta' jew skont l-IFRS 16 għal proprjetà għall-investiment miżmuma mill-kerrej bħala assi bid-dritt tal-użu. Il-valur residwu tal-proprjetà għall-investiment jitqies li jkun żero. L-entità tkompli tapplika l-IAS 16 jew l-IFRS 16 sad-disponiment tal-proprjetà għall-investiment.

53 A

Hekk kif l-entità ssir kapaċi tkejjel b'mod kredibbli l-valur ġust ta' proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni li qabel kienet titkejjel bil-kost, għandha tkejjel dik il-proprjetà bil-valur ġust tagħha. Hekk kif titlesta l-kostruzzjoni ta' dik il-proprjetà, jitqies li l-valur ġust jista' jitkejjel b'mod kredibbli. Jekk dan ma jkunx il-każ, skont il-paragrafu 53, il-proprjetà tkun ittrattata bl-użu tal-mudell tal-kost skont l-IAS 16 għal assi bis-sjieda jew l-IFRS 16 għal proprjetà għall-investiment miżmuma mill-kerrej bħala assi bid-dritt tal-użu.

53 B

Il-preżunzjoni li l-valur ġust tal-proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni jista' jitkejjel b'mod kredibbli jista' jkun ikkonfutat biss fir-rikonoxximent inizjali. Entità li tkun kejlet oġġett ta' proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni skont il-valur ġust ma tistax tikkonkludi li l-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment kompluta ma jkunx jista' jitkejjel b'mod affidabbli.

54.

F'każijiet eċċezzjonali, meta entità hija sfurzata, minħabba r-raġunijiet mogħtija fil-paragrafu 53, li tkejjel proprjetà tal-investiment bl-użu tal-mudell tal-kost skont l-IAS 16 jew IFRS 16, għandha tkejjel bil-valur ġust il-proprjetajiet tal-investiment l-oħra kollha tagħha, inkluża l-proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni. F'dawn il-każijiet, għalkemm entità tista' tuża l-mudell tal-kost għal proprjetà waħda tal-investiment, l-entità għandha tkompli titratta l-mudell tal-valur ġust għal kull proprjetà li baqagħlha.

55.

Jekk entità tkun preċedentement kejlet proprjetà għall-investiment skont il-valur ġust, hi għandha tkompli tkejjel il-proprjetà skont il-valur ġust sad-disponiment (jew sakemm il-proprjetà ssir proprjetà okkupata mis-sid jew l-entità tibda tiżviluppa l-proprjetà għal bejgħ sussegwenti matul negozju ordinarju) anki jekk tranżazzjonijiet tas-suq komparabbli jsiru inqas spissi jew il-prezzijiet tas-suq isiru inqas faċilment disponbbli.

Mudell tal-kost

56.

Wara r-rikonoxximent inizjali, entità li tagħżel il-mudell tal-kost tkejjel il-proprjetà għall-investiment:

(a)

b'konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx jekk tissodisfa l-kriterji biex tiġi kklassifikata bħala miżmuma għall-bejgħ (jew tkun inkluża fi grupp ta' disponiment li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ);

(b)

b'konformità mal-IFRS 16, jekk tkun miżmuma mill-kerrej bħala assi bid-dritt tal-użu u ma tkunx miżmuma għall-bejgħ skont l-IFRS 5; kif ukoll

(c)

b'konformità mar-rekwiżiti tal-IAS 16 għall-mudell tal-kost fil-każijiet l-oħra kollha.

TRASFERIMENTI

57.

Trasferimenti minn, jew għal, proprjetà tal-investiment għandhom isiru meta, u biss meta, hemm bidla fl-użu, b'evidenza ta':

(a)

il-bidu ta' okkupazzjoni mis-sid, għal trasferiment minn proprjetà għall-investiment għal proprjetà okkupata mis-sid;

(b)

il-bidu ta' żvilupp bl-iskop ta' bejgħ, għal trasferiment min proprjetà għall-investiment għal inventarji;

(c)

(ċ) it-tmiem tal-okkupazzjoni tas-sid, għal trasferiment minn proprjetà okkupata mis-sid għal proprjetà tal-investiment; jew

(d)

il-bidu ta' kiri operattiv għal parti oħra, għal trasferiment minn inventarji għal proprjetà tal-investiment.

(e)

[imħassar]

58.

Il-paragrafu 57(b) jeħtieġ li entità tittrasferixxi proprjetà minn proprjetà għall-investiment għal inventarji meta, u biss meta, ikun hemm bidla fl-użu, li jkun jirriżulta mill-bidu ta' żvilupp bl-iskop ta' bejgħ. Meta entità tiddeċiedi li tittrasferixxi proprjetà għall-investiment mingħajr żvilupp, hi tkompli tittratta l-proprjetà bħala proprjetà għall-investiment sakemm isir l-irtirar tar-rikonoxximent (eliminata mid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja) u ma tittrattahiex bħala inventarju. B'mod simili, jekk entità tibda tiżviluppa proprjetà eżistenti għall-investiment għall-użu kontinwu fil-futur bħala proprjetà għall-investiment, il-proprjetà tibqa' proprjetà għall-investiment u ma terġax tiġi kklassifikata bħala proprjetà okkupata mis-sid matul l-iżvilupp mill-ġdid.

59.

Il-paragrafi 60–65 japplikaw għall-kwistjonijiet ta' rikonoxximent u kejl li jinqalgħu meta entità tuża l-mudell tal-valur ġust għal proprjetà għall-investiment. Meta entità tuża l-mudell tal-kost, it-trasferimenti bejn proprjetà għall-investiment, il-proprjetà okkupata mis-sid u l-inventarji ma jbiddlux l-ammont miżmum fil-kotba tal-proprjetà ttrasferita u ma jbiddlux il-kost ta' dik il-proprjetà għal skopijiet ta' kejl jew żvelar.

60.

Għal trasferiment minn proprjetà għall-investiment miżmum fil-kotba skont il-valur ġust għal proprjetà okkupata mis-sid jew inventarji, il-kost preżunt tal-proprjetà għall-kontabilità sussegwenti skont l-IAS 16, l-IFRS 16 jew l-IAS 2 ikun il-valur ġust tagħha fid-data tal-bidla fl-użu.

61.

Jekk proprjetà okkupata mis-sid issir proprjetà għall-investiment li tkun se tiġi miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust, l-entità tapplika l-IAS 16 u l-IFRS 16 għal proprjetà miżmuma minn kerrej bħala assi bid-dritt tal-użu sad-data tal-bidla fl-użu. L-entità tittratta kull differenza fid-data bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-proprjetà skont l-IAS 16 jew l-IFRS 16 u l-valur ġust tagħha bl-istess mod bħal rivalutazzjoni skont l-IAS 16.

62.

Sad-data meta proprjetà okkupata mis-sid ssir proprjetà għall-investiment miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust, l-entità tagħmel deprezzament tal-proprjetà (jew l-assi bid-dritt tal-użu) u tirrikonoxxi kull telf ta' indeboliment li jkun seħħ. L-entità tittratta kull differenza fid-data bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-proprjetà skont l-IAS 16 u l-valur ġust tagħha bl-istess mod bħal rivalutazzjoni skont l-IAS 16. Fi kliem ieħor:

(a)

kull tnaqqis li jirriżulta fl-ammont tal-proprjetà miżmum fil-kotba hu rikonoxxut bħala profitt jew telf. Madankollu, sal-punt li ammont hu inkluż fil-bilanċ fuq rivalutazzjoni għal dik il-proprjetà, it-tnaqqis hu rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv u jnaqqas il-bilanċ favorevoli tar-rivalutazzjoni fl-ekwità.

(b)

kull tnaqqis li jirriżulta fl-ammont miżmum fil-kotba jiġi ttrattat kif ġej:

(i)

sakemm it-tnaqqis jaqleb telf ta' indeboliment preċedenti għal dik il-proprjetà, iż-żjieda tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf. L-ammont rikonoxxut fi profitt jew telf ma jaqbiżx l-ammont meħtieġ sabiex jinkiteb mill-ġdid l-ammont miżmum fil-kotba għall-ammont miżmum fil-kotba li kieku kien jiġi stabbilit (nett mid-deprezzament) li kieku ebda telf ta' indeboliment ma kien ġie rikonoxxut.

(ii)

kull parti taż-żieda li jibqa' hi rikonoxxuta fi dħul ieħor komplessiv u żżid il-bilanċ fuq rivalutazzjoni li hemm fl-ekwità. Mad-disponiment sussegwenti tal-proprjetà għall-investiment, il-bilanċ favorevoli ta' rivalutazzjoni inkluż fl-ekwità jista' jiġi ttrasferit għal qligħ imfaddal. It-trasferiment minn bilanċ favorevoli fuq rivalutazzjoni għal qligħ imfaddal ma jsirx permezz ta' profitt jew telf.

63.

Għal trasferiment minn inventarji għal proprjetà għall-investiment li tkun se tiġi miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust, kull differenza bejn il-valur ġust tal-proprjetà f'dik id-data u l-ammont miżmum fil-kotba preċedenti tiġi rikonoxxuta fil-profitt jew fit-telf.

64.

It-trattament ta' trasferimenti minn inventarji ta' proprjetà għall-investiment li jkunu se jiġu miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust hu konsistenti mat-trattament ta' bejgħ ta' inventarji.

65.

Meta entità tlesti l-kostruzzjoni jew l-iżvilupp ta' proprjetà għall-investiment li tkun bniet hi stess li tkun se tiġi miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust, kull differenza bejn il-valur ġust tal-proprjetà f'dik id-data u l-ammont miżmum fil-kotba preċedenti tiġi rikonoxxuta fil-profitt jew fit-telf.

DISPONIMENTI

66.

Proprjetà għall-investiment tiġi rtirata mir-rikonoxximent (eliminata mid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja) mad-disponiment jew meta l-proprjetà għall-investiment tiġi rtirata b'mod permanenti mill-użu u ebda benefiċċji ekonomiċi futuri ma jkunu mistennija mid-disponiment tagħha.

67.

Id-disponiment ta' proprjetà għall-investiment jista' jinkiseb bil-bejgħ jew billi jiġi konkluż kiri finanzjarju. Id-data tad-disponiment għal proprjetà għall-investiment li tinbiegħ hija d-data li l-benefiċjarju jikseb kontroll ta' proprjetà għall-investiment f'konformità mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni meta obbligu ta' prestazzjoni jkun sodisfatt fl-IFRS 15. L-IFRS 16 japplika għad-disponiment li jkun sar bil-konklużjoni ta' kuntratt ta' kiri finanzjarju u għal bejgħ b'kiri lura.

68.

Jekk, skont il-prinċipju tar-rikonoxximent fil-paragrafu 16, entità tirrikonoxxi fl-ammont miżmum fil-kotba ta' assi l-kost tas-sostituzzjoni ta' parti ta' proprjetà għall-investiment, hi għandha tirtira r-rikonoxximent tal-ammont miżmum fil-kotba tal-parti sostitwita. Għal proprjetà għall-investiment li titniżżel fil-kontijiet permezz tal-mudell tal-kost, parti sostitwita ma tistax tkun parti li tkun ġiet iddeprezzata separatament. Jekk ma jkunx prattikabbli għal entità li tistabbilixxi l-ammont miżmum fil-kotba tal-parti sostitwita, hi tista' tuża l-kost tas-sostituzzjoni bħala indikazzjoni ta' x'kienet il-kost tal-parti sostitwita fil-ħin meta ġiet din akkwistata jew mibnija. Skont il-mudell tal-valur ġust, il-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment tista' tirrifletti li dik il-parti li tkun trid tiġi sostitwita diġà tilfet il-valur tagħha. F'każijiet oħrajn, jista' jkun diffiċli biex wieħed jevalwa kemm il-valur ġust għandu jiġi mnaqqas għall-parti li tkun qed tiġi sostitwita. Alternattiva għat-tnaqqis tal-valur ġust tal-parti sostitwita, meta ma jkunx prattiku li dan isir, huwa li jiġi inkluż il-kost tas-sostituzzjoni fl-ammont miżmum fil-kotba tal-assi u li mbagħad jerġa' jiġi evalwat il-valur ġust, kif ikun meħtieġ għal żjidiet li ma jinvolvux sostituzzjoni.

69.

Qligħ jew telf li jirriżultaw mill-irtirar jew id-disponiment ta' proprjetà għall-investiment jiġi stabbilit bħala d-differenza bejn l-ammont nett rikavat minn disponiment u l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi u jiġi rikonoxxut fil-profitt jew fit-telf (ħlief jekk l-IFRS 16 ikun jeħtieġ mod ieħor fuq bejgħ b'kiri lura) fil-perjodu tal-irtirar jew disponiment.

70.

L-ammont ta' kunsiderazzjoni li għandu jiġi inkluż fil-qligħ jew telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta' proprjetà għall-investiment għandu jiġi stabbilit b'mod konformi mar-rekwiżiti biex jiġi ddeterminat l-prezz tat-tranżazzjoni fil-paragrafi 47–72 tal-IFRS 15. Bidliet sussegwenti għall-ammont stmat tal-kunsiderazzjoni inkluż fil-qligħ jew telf jiġu kkunsidrati b'konformità mar-rekwiżiti għal bidliet fil-prezz tat-tranżazzjoni fl-IFRS 15.

71.

Entità tapplika l-IAS 37 jew Standards oħajn, skont kif hu adattat, għal kull obbligazzjoni li hi żżomm wara d-disponiment ta' proprjetà għall-investiment.

72.

Kumpens minn partijiet terzi għal proprjetà għall-investiment li ġiet indebolita, mitlufa jew mogħtija għandu jiġi rikonoxxut fil-profitt jew fit-telf meta l-kumpens isir riċevibbli.

73.

Indebolimenti jew telf ta' proprjetà għall-investiment, talbiet relatati għal jew ħlasijiet ta' kumpens minn partijiet terzi u kull xiri sussegwenti jew kostruzzjoni ta' assi ta' sostituzzjoni huma avvenimenti ekonomiċi separati u jitniżżlu fil-kontijiet separatament skont kif ġej:

(a)

indebolimenti ta' proprjetà għall-investiment huma rikonoxxuti skont l-IAS 36;

(b)

irtirar jew disponimenti ta' proprjetà għall-investiment huma rikonoxxuti skont il-paragrafi 66-71 ta' dan l-Istandard;

(c)

kumpens minn partijiet terzi għal proprjetà għall-investiment li ġiet indebolita, mitlufa jew mogħtija għandu jiġi rikonoxxut fil-profitt jew fit-telf meta l-kumpens isir riċevibbli; kif ukoll

(d)

il-kost ta' assi restawrati, mixtrija jew mibnija bħala sostituzzjonijiet tiġi stabbilita skont il-paragrafi 20–29 ta' dan l-Istandard.

ŻVELAR

Mudell tal-valur ġust u mudell tal-kost

74.

L-iżvelar t'hawn isfel japplika flimkien ma' dawk f'IFRS 16. Skont l-IFRS 16, is-sid ta' proprjetà għall-investiment jipprovdi żvelar tas-sidien dwar kirjiet li jkun daħal għalihom. Kerrej li jżomm proprjetà għall-investiment bħala assi bid-dritt tal-użu jipprovdi żvelar tal-kerrejja kif meħtieġ skont l-IFRS 16 u żvelar tas-sidien tal-kera kif meħtieġ skont l-IFRS 16 għal kull kiri operattiv li jkun daħal għalih.

75.

Entità tiżvela:

(a)

jekk tapplikax il-mudell tal-valur ġust jew il-mudell tal-kost.

(b)

[imħassar]

(c)

meta l-klassifikazzjoni tkun diffilċli (ara l-paragrafu 14), il-kriterji li hi tuża biex tiddistingwi proprjetà għall-investiment minn proprjetà okkupata mis-sid u minn proprjetà miżmuma għal bejgħ bħala att ta' negozju normali.

(d)

[imħassar]

(e)

sa fejn il-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment (kif imkejjel jew żvelat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji) huwa bbażat fuq stima minn stimatur indipendenti li jkollu kwalifika professjonali rikonoxxuta u rilevanti u li jkollu esperjenza reċenti fil-post u kategorija tal-proprjetà għall-investiment li tkun qed tiġi stmata. Jekk ma kien hemm ebda stima ta' din ix-xorta, dan il-fatt jiġi żvelat.

(f)

l-ammonti rikonoxxuti fil-profitt jew fit-telf għal:

(i)

introjtu ta' kera mill-proprjetà għall-investiment;

(ii)

kosti diretti tal-operat (inklużi tiswijiet u manutenzjoni) li jirriżultaw mill-proprjetà għall-investiment li ġġenerat introjtu ta' kera matul il-perjodu;

(iii)

kosti diretti tal-operat (inklużi tiswijiet u manutenzjoni) li jirriżultaw mill-proprjetà għall-investiment li ma ġġeneratx introjtu ta' kera matul il-perjodu. kif ukoll

(iv)

il-bidla kumulattiva fil-valur ġust rikonoxxut fi profitt jew telf fuq bejgħ ta' proprjetà għall-investiment minn grupp ta' assi li fih il-mudell ta' kost hu użat f'grupp fejn il-mudell tal-valur ġust hu użat (ara l-paragrafu 32C).

(g)

l-eżistenza u ammonti ta' restrizzjonijiet fuq kemm tista' tiġi realizzata l-proprjetà għall-investiment jew il-pagament ta' introjtu u qligħ mid-disponiment.

(h)

l-obbligi kuntrattwali li tinxtara, tinbena jew tiġi żviluppata proprjetà għall-investiment jew għal tiswijiet, manutenzjoni jew titjib.

Mudell tal-valur ġust

76.

Minbarra l-iżvelar meħtieġ mill-paragrafu 75, entità li tapplika l-mudell tal-valur ġust fil-paragrafi 33–55 tiżvela t-tqabbil bejn l-ammonti miżmuma fil-kotba tal-proprjetà għall-investiment fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu, li turi dan li ġej:

(a)

żjidiet, li jiżvelaw separatament dawk iż-żidiet li jirriżultaw minn akkwisti u dawk li jirriżultaw minn infiq sussegwenti rikonoxxut fl-ammont miżmum fil-kotba ta' assi;

(b)

żjidiet li jirriżultaw minn akkwisti permezz ta' kombinamenti ta' negozji;

(c)

assi kklassifikati bħala li huma miżmuma għall-bejgħ jew inklużi fi grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ b'konformità mal-IFRS 5 u trasferimenti oħrajn;

(d)

qligħ jew telf netti minn aġġustamenti ta' valur ġust;

(e)

id-differenzi netti tal-kambju li jirriżultaw mill-qlib tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji f'munita ta' preżentazzjoni differenti, u mill-qlib ta' operazzjoni barranija fil-munita ta' preżentazzjoni tal-entità li tirrapporta;

(f)

trasferimenti minn u għal inventarji u proprjetà okkupata mis-sid; kif ukoll

(g)

bidliet oħrajn.

77.

Meta stima miksuba għal proprjetà għall-investiment tiġi aġġustata b'mod sinifikanti għall-iskop tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, pereżempju biex jiġi evitat l-għadd doppju ta' assi jew obbligazzjonijiet li huma rikonoxxuti bħala assi u obbligazzjonijiet separati kif deskritt fil-paragrafu 50, l-entità għandha tiżvela t-tqabbil bejn l-istima miksuba u l-istima aġġustata inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji, li turi b'mod separat l-ammont totali ta' kull obbligu ta' kiri rikonoxxut li jkun żdied lura, u kull aġġustament ieħor sinifikanti.

78.

Fil-każijiet eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 53, meta entità tkejjel proprjetà għall-investiment permezz tal-mudell tal-kost fl-IAS 16 jew skont l-IFRS 16, ir-rikonċiljazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 76 għandha tiddikjara ammonti relatati mal-proprjetà għall-investiment b'mod separat mill-ammonti relatati ma' proprjetà għall-investiment oħra. Barra minn hekk, entità għandha tiddivulga:

(a)

deskrizzjoni tal-proprjetà għall-investiment;

(b)

spjegazzjoni għaliex il-valur ġust ma jkunx jista' jitkejjel b'mod affidabbli;

(c)

(ċ) jekk possibbli, il-firxa ta' stimi fejn il-valur ġust aktarx li jinsab; kif ukoll

(d)

mad-disponiment ta' proprjetà għall-investiment mhux miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust:

(i)

il-fatt li l-entità ttrasferiet il-proprjetà għall-investiment mhux miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust:

(ii)

l-ammont miżmum fil-kotba ta' dik il-proprjetà għall-investiment fil-ħin tal-bejgħ; kif ukoll

(iii)

l-ammont ta' qligħ jew telf rikonoxxut.

Mudell tal-kost

79.

Minbarra d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 75, entità li tapplika l-mudell tal-kost fil-paragrafu 56 għandha tiddivulga:

(a)

il-metodi ta' deprezzament użati;

(b)

il-ħajjiet utli jew ir-rati ta' deprezzament użati;

(c)

(c) l-ammont gross miżmum fil-kotba u d-deprezzament akkumulat (miżjud bit-telf ta' indeboliment akkumulat) fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu;

(d)

tqabbil tal-ammont miżmum fil-kotba ta' proprjetà għall-investiment fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu, li turi dan li ġej:

(i)

żjidiet, li jiżvelaw separatament dawk iż-żjidiet li jirriżultaw minn akkwisti u dawk li jirriżultaw mill-infiq sussegwenti rikonoxxuti bħala assi;

(ii)

żjidiet li jirriżultaw minn akkwisti permezz ta' kombinamenti ta' negozji;

(iii)

assi kklassifikati bħala li huma miżmuma għall-bejgħ jew inklużi fi grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ b'konformità mal-IFRS 5 u trasferimenti oħrajn;

(iv)

deprezzament;

(v)

l-ammont ta' telf ta' indeboliment rikonoxxut, u l-ammont ta' telf ta' indeboliment invertit, matul il-perjodu skont l-IAS 36;

(vi)

id-differenzi netti tal-kambju li jirriżultaw mill-qlib tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji f'munita ta' preżentazzjoni differenti, u mill-qlib ta' operazzjoni barranija fil-munita ta' preżentazzjoni tal-entità li tirrapporta;

(vii)

trasferimenti minn u għal inventarji u proprjetà okkupata mis-sid; kif ukoll

(viii)

bidliet oħrajn.

(e)

il-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment. Fil-każijiet eċċezzjonali deskritti fil-paragrafu 53, meta entità ma tkunx tista' tkejjel il-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment b'mod affidabbli, din għandha tiddivulga:

(i)

deskrizzjoni tal-proprjetà għall-investiment;

(ii)

spjegazzjoni għaliex il-valur ġust ma jkunx jista' jitkejjel b'mod affidabbli; kif ukoll

(iii)

jekk possibbli, il-firxa ta' stimi fejn il-valur ġust aktarx li jinsab.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

Mudell tal-valur ġust

80.

Entità li qabel tkun applikat l-IAS 40 (2000) u għall-ewwel darba tagħżel li tikklassifika u tirrapporta l-interessi fil-proprjetà eliġibbli kollha, jew xi wħud minnhom, miżmuma taħt kiri operatorju bħala proprjetà għall-investiment għandha tirrikonoxxi l-effett ta' dik l-għażla bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ ta' qligħ imfaddal għall-perjodu li fih issir l-għażla l-ewwel darba. Barra minn dan:

(a)

jekk qabel, l-entità tkun iddivulgat pubblikament (f'dikjarazzjonijiet finanzjarji jew mod ieħor) il-valur ġust ta' dawk l-interessi fil-proprjetà f'perjodi preċedenti (imkejla fuq bażi li tissodisfa d-definizzjoni ta' valur ġust fl-IFRS 13), l-entità hija mħeġġa, iżda mhux obbligata li:

(i)

taġġusta l-bilanċ tal-ftuħ tad-qligħ imfaddal għall-perjodu l-aktar bikri ppreżentat li għalih dan il-valur ġust ġie żvelat pubblikament; kif ukoll

(ii)

li terġa' tiddikjara b'mod ġdid informazzjoni komparattiva għal dawn il-perjodi; kif ukoll

(b)

jekk l-entità ma kinitx preċedentement żvelat pubblikament l-informazzjoni deskritta f'(a), hi m'għandhiex terġa' tiddikjara b'mod ġdid informazzjoni komparattiva u għandha tiżvela dak il-fatt.

81.

Dan l-Istandard jeħtieġ trattament differenti minn dak meħtieġ mill-IAS 8. L-IAS 8 jeħtieġ li l-informazzjoni komparattiva terġa' tiġi ddikjarata b'mod ġdid ħlief jekk din id-dikjarazzjoni b'mod ġdid ma tkunx prattika.

82.

Meta entità tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba, l-aġġustament għall-bilanċ ta' ftuħ ta' qligħ imfaddal jinkludi l-klassifikazzjoni mill-ġdid ta' kull ammont miżmum f'bilanċ fuq rivalutazzjoni għal proprjetà għall-investiment.

Mudell tal-kost

83.

L-IAS 8 japplika għal kull bidla fil-politika tal-kontabilità li jsiru meta entità tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba u tagħżel li tuża l-mudell tal-kost. L-effett tal-bidla fil-politika tal-kontabilità jinkludi l-klassifikazzjoni mill-ġdid ta' kull ammont miżmum f'bilanċ fuq rivalutazzjoni għal proprjetà għall-investiment.

84.

Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 27–29 dwar il-kejl inizjali ta' proprjetà għall-investiment akkwistata fi tranżazzjoni ta' skambju ta' assi jiġu applikati prospettivament biss għal tranżazzjonijiet futuri.

Kombinamenti ta' Negozji

84 A

Iċ-Ċiklu tat-Titjib Annwali 2011–2013, maħruġ f'Diċembru 2013, żied paragrafu 14 A u intestatura qabel il-paragrafu 6. Entità tapplika dik l-emenda prospettivament għall-akkwisti fi proprjetà ta' investiment mill-bidu tal-ewwel perjodu li fih tadotta dik l-emenda. Għaldaqstant, akkwisti fi proprjetà ta' investiment li tqiesu f'perjodi preċedenti ma jiġux aġġustati. Madankollu, entità tista' tagħżel li tapplika l-emenda għal akkwisti individwali ta' proprjetà ta' investiment li ġraw qabel il-bidu tal-ewwel perjodu annwali li jiġru dakinhar tad-data effettiva jew wara jekk, u biss jekk, l-informazzjoni meħtieġa biex tapplika l-emenda għal dawk it-tranżazzjonijiet preċedenti tkun disponibbli għall-entità.

IFRS 16

84 B

Entità li tapplika l-IFRS 16, u l-emendi relatati għal dan l-Istandard għall-ewwel darba tapplika r-rekwiżiti ta' tranżizzjoni fl-Appendiċi A tal-IFRS 16 għall-proprjetà għall-investiment miżmuma bħala assi bid-dritt tal-użu.

DATA EFFETTIVA

85.

Entità tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, tiżvela dan il-fatt.

85 A

L-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Dikjarazzjonijiet Finanzjarji (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 62. Entità tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009, jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

85 B

Il-paragrafi 8, 9, 48, 53, 54 u 57 kienu emendati, il-paragrafu 22 kien imħassar u l-paragrafi 53 A u 53B kienu miżjuda bit-Titjib għall-IFRSs maħruġa f'Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b'mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l- 1 ta' Jannar 2009. Entità hija permessa li tapplika l-emendi għall-proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni minn kull data qabel l-1 ta' Jannar 2009 sakemm il-valuri ġusti tal-proprjetajiet għall-investment taħt kostruzzjoni jkunu tkejlu f'dawk id-dati. Applikazzjoni qabel din id-data hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar qabel, tiżvela dan il-fatt u fl-istess waqt tapplika l-emendi għall-paragrafi 5 u 81E tal-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir.

85C

L-IFRS 13, maħruġ f'Mejju 2011, emenda d-definizzjoni tal-valur ġust fil-paragrafu 5, emenda l-paragrafi 26, 29, 32, 40, 48, 53, 53B, 78–80 u 85B u ħassar il-paragrafi 36–39, 42–47, 49, 51 u 75(d). Entità tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

85D

Iċ-Ċiklu tat-Titjib Annwali 2011–2013, maħruġ f'Diċembru 2013, żied intestaturi qabel il-paragrafu 6 u wara l-paragrafu 84 u żied il-paragrafi 14 A u 84 A. Entità tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Lulju 2014, jew wara. Applikazzjoni qabel din id-data hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, tiżvela dan il-fatt.

85E

L-IFRS Dħul minn Kuntratti u Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafi 3(b), 9, 67 u 70. Entità tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15.

85F

L-IFRS 16, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-ambitu tal-IAS 40 permezz tad-definizzjoni tal-propjetà għall-investiment biex tkun tinkludi kemm proprjetà għall-investiment bis-sjieda kif ukoll proprjetà miżmuma minn kerrej bħala assi bid-dritt tal-użu. L-IFRS 16 emenda l-paragrafi 5, 7, 8, 9, 16, 20, 30, 41, 50, 53, 53 A, 54, 56, 60, 61, 62, 67, 69, 74, 75, 77 u 78, żied il-paragrafi 19 A, 29 A, 40 A u 84B u l-intestatura relatata tiegħu u ħassar il-paragrafi 3, 6, 25, 26 u 34. Entità tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

IRTIRAR TAL-IAS 40 (2000)

86.

Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment (maħruġ fl-2000).


9.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/63


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1987

tal-31 ta' Ottubru 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 15

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2), ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008.

(2)

Fit-12 ta' April 2016, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standards Board, IASB) ippubblika emendi għal Standard Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (International Financial Reporting Standard, IFRS) 15 ġdid Dħul minn Kuntratti mal-Klijenti. L-emendi għandhom l-għan li jiċċaraw xi rekwiżiti u jipprovdu għajnuna tranżitorja addizzjonali għal kumpaniji li jimplimentaw l-istandard.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju tikkonferma li l-emendi għall-IFRS 15 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 15 Dħul minn Kuntratti mal-Klijenti huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data ta' bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1)


ANNESS

Kjarifiki għall-IFRS 15

Dħul minn Kuntratti mal-Klijenti

Emendi għall-

IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Klijenti

Il-paragrafi 26, 27 u 29 huma emendati. Il-paragrafi 28 u 30 ma ġewx emendati iżda huma inklużi għall-ħeffa ta' referenza.

Oġġetti jew servizzi distinti

26.

Skont il-kuntratt, oġġetti jew servizzi mwiegħda jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:

(a)

il-bejgħ ta' oġġetti prodotti minn entità (pereżempju, inventarju ta' manifattur);

(b)

il-bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti mixtrija minn entità (pereżempju, merkanzija ta' bejjiegħ bl-imnut);

(c)

il-bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti jew servizzi mixtrija minn entità (pereżempju, biljett mibjugħ mill-ġdid minn entità li taġixxi bħala prinċipal, kif deskritt fil-paragrafi B34–B38);

(d)

it-twettiq ta' kompitu (jew kompiti) li ntlaħaq qbil dwaru b'kuntratt għal klijent;

(e)

il-forniment ta' servizz fejn ikun lest li jipprovdi oġġetti jew servizzi (pereżempju, aġġornamenti fis-softwer mhux speċifikati li jiġu pprovduti fuq bażi ta' meta u jekk ikunu disponibbli) jew biex oġġetti jew servizzi jitqiegħdu disponibbli għal klijent biex jintużaw kif u meta jiddeċiedi l-klijent;

(f)

il-forniment ta' servizz fejn isir arranġament sabiex parti oħra tittrasferixxi oġġetti jew servizzi lil klijent (pereżempju, taġixxi bħala aġent ta' parti oħra, kif deskritt fil-paragrafi B34–B38);

(g)

l-għoti ta' drittijiet għal oġġetti jew servizzi li għandhom jiġu pprovduti fil-futur li klijent jista' jbigħ mill-ġdid jew jipprovdi lill-klijent tiegħu (pereżempju, entità li tbigħ prodott lil bejjiegħ bl-imnut twiegħed li tittrasferixxi oġġett jew servizz addizzjonali lil individwu li jixtri l-prodott mingħand il-bejjiegħ bl-imnut);

(h)

il-kostruzzjoni, il-manifattura jew l-iżvilupp ta' assi f'isem klijent;

(i)

l-għoti ta' liċenzji (ara l-paragrafi B52–B63B); kif ukoll

(j)

l-għoti ta' għażliet ta' xiri ta' oġġetti jew servizzi addizzjonali (meta dawk l-għażliet jipprovdu lil klijent dritt materjali, kif deskritt fil-paragrafi B39–B43).

27.

Oġġett jew servizz li huwa mwiegħed lil klijent huwa distint jekk ikunu ssodisfati ż-żewġ kriterji li ġejjin:

(a)

il-klijent jista' jibbenefika mill-oġġett jew is-servizz kemm waħdu jew flimkien ma' riżorsi oħrajn li huma faċilment disponibbli għall-klijent (jiġifieri l-oġġett jew is-servizz jista' jkun distint); kif ukoll

(b)

il-wegħda tal-entità li tittrasferixxi l-oġġett jew is-servizz lill-klijent hija identifikabbli b'mod separat minn wegħdiet oħrajn fil-kuntratt (jiġifieri l-wegħda ta' trasferiment tal-oġġett jew is-servizz tkun distinta fil-kuntest tal-kuntratt).

28.

Klijent jista' jibbenefika minn oġġett jew servizz skont il-paragrafu 27(a) jekk l-oġġett jew is-servizz jista' jintuża, jiġi kkunsmat, mibjugħ għal ammont li huwa akbar mill-valur tar-ruttam jew miżmumin mod ieħor b'mod li jiġġenera benefiċċji ekonomiċi. Għal ċerti oġġetti jew servizzi, klijent jista' jibbenefika minn oġġett jew servizz waħdu. Għal oġġetti jew servizzi oħrajn, klijent jista' jibbenefika minn oġġett jew servizz biss flimkien ma' riżorsi oħrajn faċilment disponibbli. Riżors faċilment disponibbli huwa oġġett jew servizz li jinbigħ separatament (mill-entità jew entità oħra) jew riżors li l-klijent diġà kiseb mingħand l-entità (inklużi oġġetti jew servizzi li l-entità tkun diġà trasferiet lill-klijent taħt il-kuntratt) jew minn tranżazzjonijiet jew avvenimenti oħrajn. Diversi fatturi jistgħu jipprovdu evidenza li l-klijent jista' jibbenefika minn oġġett jew servizz kemm waħdu kif ukoll flimkien ma' riżorsi oħrajn faċilment disponibbli. Pereżempju, il-fatt li l-entità tbigħ regolarment oġġett jew servizz b'mod separat jindika li klijent jista' jibbenefika mill-oġġett jew servizz waħdu jew b'riżorsi oħrajn faċilment disponibbli.

29.

Fil-valutazzjoni ta' jekk wegħdiet ta' entità li tittrasferixxi oġġetti jew servizzi lill-klijent humiex identifikabbli separatament skont il-paragrafu 27(b), l-għan huwa li jiġi ddeterminat jekk in-natura tal-wegħda, fil-kuntest tal-kuntratt, hijiex it-trasferiment ta' kull wieħed minn dawn il-prodotti jew servizzi b'mod individwali jew, minflok, li tittrasferixxi oġġett(i) kombinati li għalihom l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda huma inputs. Fatturi li jindikaw li żewġ wegħdiet jew iktar li jiġi trasferit oġġett jew servizz lil klijent mhumiex identifikabbli b'mod separat jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:

(a)

l-entità tipprovdi servizz sinifikanti ta' integrazzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi ma' oġġetti jew servizzi oħrajn imwiegħda fil-kuntratt f'pakkett ta' oġġetti jew servizzi li jirrappreżentaw il-prodott ikkombinat li għalih il-klijent għamel kuntratt. Fi kliem ieħor, l-entità qed tuża l-oġġetti jew is-servizzi bħala input sabiex tipproduċi jew twassal il-prodott(i) ikkombinat(i) speċifikat(i) mill-klijent. Prodott(i) ikkombinat(i) jistgħu jinkludu aktar minn fażi, komponent jew unità waħda.

(b)

prodott jew servizz wieħed jew aktar ibiddel jew jippersonalizza b'mod sinifikanti, jew huma modifikati jew personalizzati b'mod sinifikanti minn, wieħed jew aktar prodotti jew servizzi mwiegħda fil-kuntratt.

(c)

il-prodotti jew is-servizzi huma ferm interdipendenti jew interrelatati. Fi kliem ieħor, kull prodott jew servizz jiġi affettwat b'mod sinifikanti minn wieħed jew aktar oġġetti jew servizzi oħra fil-kuntratt. Pereżempju, f'xi każijiet, tnejn jew iktar oġġetti jew servizzi huma affettwati b'mod sinifikanti minn xulxin minħabba li l-entità ma tkunx tista' twettaq il-wegħda tagħha permezz tat-trasferiment ta' kull wieħed mill-oġġetti jew mis-servizzi b'mod indipendenti.

30.

Jekk oġġett jew servizz imwiegħed ma jkunx distint, entità għandha tgħaqqad dak l-oġġett jew servizz ma' oġġetti jew servizzi mwiegħda oħrajn sakemm tidentifika pakkett ta' oġġetti jew servizzi li huwa distint. F'ċerti każijiet, dan iwassal biex l-entità tikkunsidra l-oġġetti jew is-servizzi kollha mwiegħda f'kuntratt bħala obbligu ta' prestazzjoni wieħed.

Fl-Appendiċi B, il-paragrafi B1, B34-B38, B52-B53 u B58 huma emendati u l-paragrafi B34 A, B35a, B35B, B37 A, B59 A, B63 A u B63B huma miżjuda. Il-paragrafu B57 huwa mħassar. Il-paragrafi B54–B56, B59 u B60–B63 ma ġewx emendati iżda huma inklużi għall-ħeffa ta' referenza.

Appendiċi B

Gwida għall-Applikazzjoni

B1

Din il-gwida għall-applikazzjoni hija organizzata f'dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a)

(i)

ħruġ ta' liċenzji (il-paragrafi B52–B63B);

(j)

Entità prinċipali jew li taġixxi bħala aġent

B34

Meta parti oħra tkun involuta fil-forniment ta' oġġetti jew servizzi lil klijent, l-entità għandha tiddetermina jekk in-natura tal-wegħda tagħha hijiex obbligu ta' prestazzjoni li tipprovdi l-oġġetti jew is-servizzi speċifikati hija stess (jiġifieri l-entità hija prinċipal) jew li tirranġa għall-parti l-oħra li tipprovdi dawk l-oġġetti jew servizzi (jiġifieri l-entità hija aġent). Entità tiddetermina jekk hijiex prinċipal jew aġent għal kull prodott jew servizz speċifikat imwiegħed lill-klijent. Oġġett jew servizz speċifikat huwa oġġett jew servizz distint (jew grupp ta' prodotti jew servizzi distinti) li għandu jiġi pprovdut lill-klijent (ara l-paragrafi 27–30). Jekk kuntratt ma' klijent jinkludi aktar minn tip wieħed ta' oġġett jew servizz speċifikat, entità tista' tkun dik prinċipali għal xi oġġetti jew servizzi speċifikati u aġent għal oħrajn.

B34 A

Biex tiġi determinata n-natura tal-wegħda tagħha (kif deskritt fil-paragrafu B34), l-entità għandha:

(a)

tidentifika l-oġġetti jew is-servizzi speċifikati li għandhom jiġu pprovduti lill-klijent (li, pereżempju, jista' jkun dritt għal kull oġġett jew servizz li għandu jiġi pprovdut minn parti oħra (ara l-paragrafu 26)); kif ukoll

(b)

tivvaluta jekk tikkontrollax (kif deskritt fil-paragrafu 33) kull oġġett jew servizz speċifikat qabel ma dan l-oġġett jew servizz jiġi trasferit lill-klijent.

B35

Entità hija prinċipali jekk tikkontrolla l-oġġett jew servizz speċifikat qabel ma dan l-oġġett jew servizz jiġi trasferit lill-klijent. Madankollu, entità mhux neċessarjament tikkontrolla oġġett speċifikat jekk l-entità tikseb titolu legali għal dan l-oġġett għal perjodu temporanju biss qabel ma t-titolu legali jiġi trasferit lil klijent. Entità li hija prinċipali tista' tissodisfa l-obbligu tagħha ta' prestazzjoni biex tipprovdi l-oġġett jew is-servizz speċifikat hija nnisifha jew tista' tqabbad parti oħra (pereżempju, sottokuntrattur) sabiex tissodisfa xi ftit mill-obbligu ta' prestazzjoni jew l-obbligu kollu f'isimha.

B35 A

Meta parti oħra tkun involuta fil-forniment ta' oġġetti jew servizzi lil klijent, entità li tkun prinċipali li tikseb kontroll ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

oġġett jew assi ieħor mill-parti l-oħra li hija mbagħad tittrasferixxi lill-klijent.

(b)

dritt għal servizz li għandu jitwettaq mill-parti l-oħra, li jagħti lill-entità l-kapaċità li tidderieġi lil dik il-parti biex tipprovdi servizz lill-klijent f'isem tal-entità.

(c)

oġġett jew servizz mill-parti l-oħra li hija mbagħad tikkombina flimkien ma' oġġetti jew servizzi oħrajn li jipprovdu l-oġġett jew is-servizz speċifikat lill-klijent. Pereżempju, jekk entità tagħti servizz sinifikanti ta' integrazzjoni ta' oġġetti jew servizzi (ara l-paragrafu 29(a)) provduti minn parti oħra fl-oġġett jew servizz speċifikat li għalih il-konsumatur ikun ikkuntratta, l-entità tikkontrolla l-oġġett jew is-servizz speċifikat qabel ma dan il-prodott jew servizz jiġi trasferit lill-klijent. Dan għaliex l-entità l-ewwel tikseb kontroll tal-inputs għall-oġġett jew servizz speċifikat (li jinkludi prodotti jew servizzi minn partijiet oħra) u tidderieġi l-użu tagħhom biex toħloq il-prodott kombinat li huwa l-oġġett jew is-servizz speċifikat.

B35B

Meta (jew billi) entità li hija prinċipali tissodisfa obbligu ta' prestazzjoni, l-entità tirrikonoxxi dħul fl-ammont gross tal-korrispettiv li tistenna li tkun intitolata għalih għal dawk l-oġġetti jew servizzi trasferiti speċifikati.

B36

Entità tkun aġent jekk l-obbligu ta' prestazzjoni tal-entità jkun li tirranġa għall-forniment tal-oġġett jew servizz speċifikat minn parti oħra. Entità li hija aġent ma tikkontrollax l-oġġett jew servizz speċifikat minn parti oħra qabel dan l-oġġett jew servizz jiġi trasferit lill-klijent. Meta (jew billi) entità li hija aġent tissodisfa obbligu ta' prestazzjoni, l-entità tirrikonoxxi d-dħul fl-ammont ta' kwalunkwe tariffa jew kummissjoni li hija tistenna li tkun intitolata għaliha bi skambju tal-koordinazzjoni biex il-parti l-oħra tipprovdi l-oġġetti jew is-servizzi. It-tariffa jew il-kummissjoni ta' entità tista' tkun l-ammont nett ta' korrispettiv li l-entità żżomm wara li tkun ħallset lill-parti l-oħra l-korrispettiv irċevut bi skambju għall-oġġetti jew is-servizzi li għandhom ikunu pprovduti minn dik il-parti.

B37

Indikaturi li entità tikkontrolla l-oġġett jew is-servizz speċifikat qabel ma jiġi trasferit lill-klijent (u għalhekk hija prinċipali (ara l-paragrafu B35)) jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:

(a)

l-entità hija primarjament responsabbli biex twettaq il-wegħda li tipprovdi l-oġġett jew is-servizz speċifikat. Tipikament, dan jinkludi r-responsabbiltà għall-aċċettabbiltà tal-oġġett jew is-servizz speċifikat (pereżempju, ir-responsabbiltà primarja li l-oġġett jew is-servizz jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijent). Jekk l-entità hija primarjament responsabbli biex twettaq il-wegħda li tipprovdi l-oġġett jew is-servizz speċifikat, dan jista' jindika li l-parti l-oħra involuta fil-forniment tal-oġġett jew is-servizz speċifikat tkun qed taġixxi f'isem l-entità.

(b)

l-entità jkollha riskju tal-inventarju qabel ma l-oġġett jew is-servizz speċifikat jiġi trasferit lil klijent jew wara trasferiment tal-kontroll lill-klijent (pereżempju, jekk il-klijent għandu dritt li jibdel). Pereżempju, jekk l-entità tikseb, jew timpenja ruħha li tikseb, l-oġġett jew is-servizz speċifikat qabel ma tikseb kuntratt ma' klijent, dan jista' jindika li l-entità jkollha l-ħila li tidderieġi l-użu ta', u li tikseb b'mod sostanzjali l-benefiċċji kollha li jifdal minn, l-oġġett jew is-servizz qabel ma jiġi trasferit lill-klijent.

(c)

l-entità tiddisponi minn setgħa diskrezzjonali fil-mod kif jiġi stabbilit il-prezz għall-oġġett jew is-servizz speċifikat. L-istabbiliment tal-prezz li l-klijent iħallas għall-oġġett jew is-servizz speċifikat jista' jindika li l-entità għandha l-ħila li tidderieġi l-użu ta' dak il-prodott jew servizz u tikseb sostanzjalment il-benefiċċji kollha li jkun fadal. Madankollu, aġent jista' jkollu setgħa diskrezzjonali fl-istabbiliment tal-prezzijiet f'xi każijiet. Pereżempju, aġent jista' jkollu ftit flessibbiltà fl-istabbiliment tal-prezzijiet sabiex jiġi ġġenerat dħul addizzjonali mis-servizz tiegħu li jikkoordina biex l-oġġetti jew is-servizzi jiġu pprovduti minn partijiet oħra lill-klijenti.

B37 A

L-indikaturi fil-paragrafu B37 jistgħu jkunu xi ftit jew wisq rilevanti għall-valutazzjoni tal-kontroll skont in-natura tal-oġġett jew is-servizz speċifikat u t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt. Barra minn hekk, indikaturi differenti jistgħu jipprovdu aktar evidenza konvinċenti f'kuntratti differenti.

B38

Jekk entità oħra tassumi l-obbligi ta' prestazzjoni u d-drittijiet kuntrattwali fil-kuntratt tal-entità b'mod li l-entità ma tibqax obbligata li tissodisfa l-obbligu ta' prestazzjoni li tittrasferixxi l-oġġett jew is-servizz speċifikat lill-klijent (jiġifieri l-entità ma għadhiex taġixxi bħala prinċipali), l-entità m'għandhiex tirrikonoxxi dħul għal dak l-obbligu ta' prestazzjoni. Minflok, l-entità għandha tevalwa jekk tirrikonoxxix dħul għall-issodisfar ta' obbligu ta' prestazzjoni sabiex tikseb kuntratt għall-parti l-oħra (jiġifieri jekk l-entità hijiex taġixxi bħala aġent).

Għoti ta' liċenzji

B52

Liċenzja tistabbilixxi d-drittijiet tal-klijent għall-proprjetà intellettwali ta' entità. Il-liċenzji ta' proprjetà intellettwali jistgħu jinkludu, iżda mhumiex biss limitati għal, liċenzji ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

softwer u teknoloġija;

(b)

films, mużika u forom oħrajn ta' midja u divertiment;

(c)

frankiġji; kif ukoll

(d)

privattivi, marki kummerċjali u drittijiet tal-awtur.

B53

Minbarra mill-wegħda li tagħti liċenzja (jew liċenzji) lil klijent, entità tista' wkoll twiegħed li tittrasferixxi oġġetti jew servizzi oħrajn lill-klijent. Dawk il-wegħdiet jistgħu jkunu ddikjarati b'mod espliċitu fil-kuntratt jew implikati mill-prattiki tan-negozju konswetudinarji, politiki ppubblikati jew dikjarazzjonijiet speċifiċi ta' entità (ara l-paragrafu 24). Bħal fil-każ ta' tipi oħrajn ta' kuntratti, meta kuntratt ma' klijent jinkludi wegħda li tingħata liċenzja (jew liċenzji) minbarra oġġetti jew servizzi mwiegħda oħrajn, entità għandha tapplika l-paragrafi 22–30 sabiex tidentifika kull obbligu ta' prestazzjoni fil-kuntratt.

B54

Jekk il-wegħda li tingħata liċenzja mhijiex separata minn oġġetti jew servizzi mwiegħda oħrajn fil-kuntratt skont il-paragrafi 26–30, entità għandha tikkunsidra l-wegħda li tagħti liċenzja u dawk l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda l-oħrajn flimkien bħala obbligu ta' prestazzjoni wieħed. Eżempji ta' liċenzji li mhumiex separati minn oġġetti jew servizzi oħrajn imwiegħda fil-kuntratt jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

liċenzja li tifforma komponent ta' oġġett tanġibbli u li hija integrali għall-funzjonalità tal-oġġett; kif ukoll

(b)

liċenzja li l-klijent jista' jibbenefika minnha biss flimkien ma' servizz relatat (bħal servizz online ipprovdut mill-entità li jippermetti, bl-għoti ta' liċenzja, lill-klijent jaċċessa kontenut).

B55

Jekk il-liċenzja ma tkunx separata, entità għandha tapplika l-paragrafi 31–38 sabiex tiddetermina jekk l-obbligu ta' prestazzjoni (li jinkludi l-liċenzja mwiegħda) huwiex obbligu ta' prestazzjoni ssodisfat maż-żmien jew issodisfat f'punt speċifiku taż-żmien.

B56

Jekk il-wegħda li tingħata liċenzja hija separata mill-oġġetti jew is-servizzi l-oħrajn imwiegħda fil-kuntratt u, allura, il-wegħda li tingħata l-liċenzja hija obbligu ta' prestazzjoni separata, entità għandha tiddetermina jekk il-liċenzja tittrasferixxix lil klijent f'punt partikolari taż-żmien jew maż-żmien. Meta tkun qiegħda tiddetermina dan, entità għandha tikkunsidra jekk in-natura tal-wegħda tal-entità tal-għoti tal-liċenzja lil klijent hijiex li tipprovdi lill-klijent bi:

(a)

dritt għall-aċċess għall-proprjetà intellettwali tal-entità kif teżisti matul il-perjodu tal-liċenzja; jew

(b)

dritt li juża l-proprjetà intellettwali tal-entità kif teżisti fil-punt speċifiku taż-żmien li fih tingħata l-liċenzja.

Id-determinazzjoni tan-natura tal-wegħda tal-entità

B57

[Imħassra]

B58

In-natura tal-wegħda ta' entità fl-għoti ta' liċenzja hija wegħda li tipprovdi dritt għall-aċċess għall-proprjetà intellettwali tal-entità jekk dawn il-kriterji kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-kuntratt jeħtieġ, jew il-klijent raġonevolment jistenna, li l-entità ser twettaq attivitajiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-proprjetà intellettwali li l-klijent għandu dritt għaliha (ara l-paragrafi B59 u B59 A);

(b)

id-drittijiet mogħtija mil-liċenzja jesponu direttament lill-klijent għal kwalunkwe effett pożittiv jew negattiv tal-attivitajiet tal-entità identifikati fil-paragrafu B58(a); kif ukoll

(c)

dawk l-attivitajiet ma jirriżultawx fit-trasferiment ta' oġġett jew servizz lill-klijent waqt li jkunu qegħdin iseħħu dawk l-attivitajiet (ara l-paragrafu 25).

B59

Fatturi li jistgħu jindikaw li klijent jista' raġonevolment jistenna li entità ser twettaq attivitajiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-proprjetà intellettwali jinkludu l-prattiki ta' negozju konswetudinarji, il-politiki ppubblikati jew dikjarazzjonijiet speċifiċi tal-entità. Għalkemm mhux determinanti, l-eżistenza ta' interess ekonomiku kondiviż (pereżempju, dritt ibbażat fuq il-bejgħ) bejn l-entità u l-klijent relatat mal-proprjetà intellettwali li għaliha l-klijent għandu dritt tista' wkoll tindika li l-klijent jista' raġonevolment jistenna li l-entità ser twettaq dawn l-attivitajiet.

B59 A

L-attivitajiet ta' entità jaffettwaw b'mod sinifikanti l-proprjetà intellettwali li l-klijent ikollu drittijiet għaliha meta jew:

(a)

dawk l-attivitajiet huma mistennija li jibdlu b'mod sinifikanti l-għamla (pereżempju, id-disinn jew il-kontenut) jew il-funzjonalità (pereżempju, il-kapaċità li jaqdu funzjoni jew kompitu) tal-proprjetà intellettwali; jew

(b)

il-kapaċità tal-klijent li jikseb benefiċċju mill-proprjetà intellettwali hija sostanzjalment derivata minn, jew dipendenti minn, dawk l-attivitajiet. Pereżempju, il-benefiċċju minn marka kummerċjali ta' spiss huwa derivat minn, jew dipendenti fuq, l-attivitajiet attwali tal-entità li jsostnu jew iżommu l-valur tal-proprjetà intellettwali.

Għaldaqstant, jekk il-proprjetà intelletwali li l-klijent ikollu drittijiet għaliha għandha funzjonalità awtonoma sinifikanti, porzjon sostanzjali tal-benefiċċju ta' din il-proprjetà intellettwali hija derivata minn din il-funzjonalità. Konsegwentement, il-kapaċità tal-klijent li jikseb benefiċċju minn dik il-proprjetà intellettwali ma tkunx affettwata b'mod sinifikanti mill-attivitajiet tal-entità sakemm dawn l-attivitajiet ma jibdlux b'mod sinifikanti l-forma jew il-funzjonalità tagħha. Tipi ta' proprjetà intellettwali li spiss ikollhom funzjonalità awtonoma sinifikanti jinkludu softwer, komposti bijoloġiċi jew formoli tad-droga, u kontenut tal-midja komplut (pereżempju, films, programmi televiżivi u reġistrazzjonijiet mużikali).

B60

Jekk il-kriterji fil-paragrafu B58 ikunu ssodisfati, entità għandha tikkunsidra l-wegħda li tagħti liċenzja bħala obbligu ta' prestazzjoni ssodisfat maż-żmien peress li l-klijent ser jirċievi u jikkonsma fl-istess ħin il-benefiċċju mill-prestazzjoni tal-entità li tipprovdi aċċess għall-proprjetà intellettwali tagħha waqt li sseħħ il-prestazzjoni (ara l-paragrafu 35(a)). Entità għandha tapplika l-paragrafi 39–45 sabiex tagħżel metodu xieraq biex tkejjel il-progress tagħha lejn l-issodisfar sħiħ ta' dak l-obbligu ta' prestazzjoni li tipprovdi aċċess.

B61

Jekk il-kriterji fil-paragrafu B58 ma jkunux issodisfati, in-natura tal-wegħda ta' entità hija li tipprovdi dritt li wieħed juża l-proprjetà intellettwali tal-entità waqt li dik il-proprjetà intellettwali tkun teżisti (f'termini ta' forma u funzjonalità) fil-punt speċifiku taż-żmien li fih il-liċenzja tingħata lill-klijent. Dan ifisser li l-klijent jista' jidderieġi l-użu tal-liċenzja, u jikseb sostanzjalment il-bqija tal-benefiċċji kollha li jifdal minnha, fil-punt taż-żmien li fih tiġi trasferita l-liċenzja. Entità għandha tikkunsidra l-wegħda li tagħti dritt għall-użu tal-proprjetà intellettwali tal-entità bħala obbligu ta' prestazzjoni ssodisfat f'punt speċifiku taż-żmien. Entità għandha tapplika l-paragrafu 38 sabiex tiddetermina l-punt taż-żmien li fih il-liċenzja tiġi trasferita lill-klijent. Madankollu, ma jistax jiġi rikonoxxut dħul għal liċenzja li tagħti dritt li tintuża l-proprjetà intellettwali tal-entità qabel il-bidu tal-perjodu li fih il-klijent jista' juża u jgawdi l-liċenzja. Pereżempju, jekk perjodu ta' liċenzja ta' softwer jibda qabel entità tipprovdi (jew tagħmel disponibbli mod ieħor) lill-klijent kodiċi li jippermetti lill-klijent li juża minnufih is-softwer, l-entità ma tirrikonoxxix dħul qabel dak il-kodiċi jkun ingħata (jew magħmul disponibbli mod ieħor).

B62

Entità għandha tinjora l-fatturi li ġejjin meta tiddetermina jekk liċenzja tagħtix dritt għall-aċċess għall-proprjetà intellettwali tal-entità jew dritt għall-użu tal-proprjetà intellettwali tal-entità:

(a)

Restrizzjonijiet ta' żmien, reġjun jew użu ġeografiku — dawk ir-restrizzjonijiet jiddefinixxu l-attributi tal-liċenzja mwiegħda, aktar milli jiddefinixxu jekk l-entità tissodisfax l-obbligu ta' prestazzjoni tagħha f'punt speċifiku taż-żmien jew maż-żmien.

(b)

Garanziji pprovduti mill-entità li għandha privattiv validu għall-proprjetà intellettwali u li ser tħares dak il-privattiv minn użu mhux awtorizzat—wegħda ta' ħarsien ta' dritt ta' privattiv mhijiex obbligu ta' prestazzjoni peress li l-azzjoni ta' ħarsien ta' privattiv tipproteġi l-valur tal-assi tal-proprjetà intellettwali tal-entità u tagħti assigurazzjoni lill-klijent li l-liċenzja trasferita tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tal-liċenzja mwiegħda fil-kuntratt.

Drittijiet ibbażati fuq il-bejgħ jew fuq l-użu

B63

Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafi 56–59, entità għandha tirrikonoxxi dħul għal dritt ibbażat fuq il-bejgħ jew fuq l-użu mwiegħed bi skambju għal liċenzja ta' proprjetà intellettwali biss meta (jew waqt li) iseħħ l-aħħar wieħed minn dawn l-avvenimenti li ġejjin:

(a)

iseħħ il-bejgħ jew l-użu sussegwenti; kif ukoll

(b)

l-obbligu ta' prestazzjoni li d-dritt ibbażat fuq il-bejgħ jew l-użu kollu jew parti minnu jkun ġie allokat għalih ikun ġie ssodisfat (jew parzjalment issodisfat).

B63 A

Ir-rekwiżit għal dritt ibbażat fuq il-bejgħ jew fuq l-użu fil-paragrafu B63 japplika meta d-dritt jirrigwarda biss liċenzja ta' proprjetà intelletwali jew meta liċenzja tal-proprjetà intellettwali hija l-oġġett predominanti li għalih jirrelata d-dritt (pereżempju, il-liċenzja ta' proprjetà intellettwali tista' tkun l-oġġett predominanti li lilu jirrigwarda d-dritt meta l-entità jkollha aspettattiva raġonevoli li l-klijent ma attribwixxiex b'mod sinifikanti aktar valur lill-liċenzja milli lill-oġġetti jew is-servizzi l-oħra li lilhom jirrigwarda d-dritt).

B63B

Meta r-rekwiżit fil-paragrafu B63 A huwa ssodisfat, dħul minn dritt ibbażat fuq il-bejgħ jew fuq l-użu għandu jiġi rikonoxxut b'mod totali skont il-paragrafu B63. Meta r-rekwiżit fil-paragrafu B63 A ma jkunx issodisfat, ir-rekwiżiti dwar korrispettiv varjabbli fil-paragrafi 50–59 japplikaw fuq id-dritt ibbażat fuq il-bejgħ jew fuq l-użu.

Fl-Appendiċi C, il-paragrafi C2, C5 u C7 huma emendati u l-paragrafi C1B, C7 A u C8 A huma miżjuda. Il-paragrafi C3 u C6 ma ġewx emendati iżda huma inklużi għall-ħeffa ta' referenza.

DATA EFFETTIVA

C1B

Kjarifiki lill-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'April 2016, emenda l-paragrafi 26, 27, 29, B1, B34 — B38, B52 — B53, B58, C2, C5 u C7, ħassar il-paragrafu B57 u żied il-paragrafi B34 A, B35 A, B35B, B37 A, B59 A, B63 A, B63B, C7 A u C8 A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi ta' rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2018, jew wara. Applikazzjoni qabel din id-data hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, għandha tiżvela dan il-fatt.

TRANŻIZZJONI

C2

Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni fil-paragrafi C3–C8 A:

(a)

id-data tal-ewwel applikazzjoni hija l-bidu tal-perjodu ta' rappurtar li fih entità tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba; kif ukoll

(b)

kuntratt komplut huwa kuntratt li għalih l-entità tkun ittrasferiet l-oġġetti jew is-servizzi kollha identifikati skont l-IAS 11 Kuntratti ta' Kostruzzjoni, l-IAS 18 Dħul u Interpretazzjonijiet relatati.

C3

Entità għandha tapplika dan l-Istandard billi tuża wieħed miż-żewġ metodi li ġejjin:

(a)

b'mod retrospettiv għal kull perjodu ta' rappurtar preċedenti ppreżentat skont l-IAS 8 Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi Kontabilistiċi u Żbalji, soġġett għall-espedjenti fil-paragrafu C5; jew

(b)

b'mod retrospettiv bl-effett kumulattiv tal-applikazzjoni mill-bidu ta' dan l-Istandard rikonoxxut fid-data tal-ewwel applikazzjoni skont il-paragrafi C7–C8.

C5

Entità tista' tuża espedjent prattiku wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin meta tapplika dan l-Istandard b'mod retrospettiv skont il-paragrafu C3(a):

(a)

għal kuntratti mitmuma, entità m'għandhiex għalfejn terġa' tiddikjara kuntratti li:

(i)

jibda u jispiċċa fl-istess perjodu ta' rappurtar annwali; jew

(ii)

ikunu kuntratti mitmuma fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat.

(b)

għall-kuntratti mitmuma li għandhom korrispettiv varjabbli, entità tista' tuża l-prezz tat-tranżazzjoni fid-data li l-kuntratt ikun intemm minflok tistma ammonti ta' korrispettiv varjabbli fil-perjodi ta' rappurtar komparattiv;

(c)

għal kuntratti li ġew modifikati qabel il-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat, entità m'għandhiex għalfejn retrospettivament tiddikjara mill-ġdid il-kuntratt għal dawk il-modifiki tal-kuntratt skont il-paragrafi 20–21. Minflok, l-entità għandha tirrifletti l-effett totali tal-modifiki kollha li seħħew qabel il-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat meta:

(i)

tidentifika l-obbligi ta' prestazzjoni ssodisfati u mhux issodisfati;

(ii)

tistabbilixxi l-prezz tat-tranżazzjoni; kif ukoll

(iii)

talloka l-prezz tat-tranżazzjoni lill-obbligi ta' prestazzjoni ssodisfati u mhux issodisfati.

(d)

għall-perjodi kollha ta' rappurtar ippreżentati qabel id-data tal-ewwel applikazzjoni, entità m'għandhiex għalfejn tiżvela l-ammont tal-prezz tat-tranżazzjoni allokat lill-bqija tal-obbligi ta' prestazzjoni u spjegazzjoni ta' meta l-entità tistenna li tirrikonoxxi dak l-ammont bħala dħul (ara l-paragrafu 120).

C6

Għal kwalunkwe wieħed mill-espedjenti prattiċi fil-paragrafu C5 li entità tuża, l-entità għandha tapplika dak l-espedjent b'mod konsistenti għall-kuntratti kollha fil-perjodi kollha ta' rappurtar ippreżentati. Barra minn hekk, l-entità għandha tiżvela l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

l-espedjenti li ntużaw; kif ukoll

(b)

sa fejn ikun raġonevolment possibbli, valutazzjoni kwalitattiva tal-effett stmat tal-applikazzjoni ta' kull wieħed minn dawk l-espedjenti.

C7

Jekk entità tagħżel li tapplika dan l-Istandard b'mod retrospettiv skont il-paragrafu C3(b), l-entità għandha tirrikonoxxi l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali ta' dan l-Istandard bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal (jew komponent ieħor ta' ekwità, kif xieraq) tal-perjodu ta' rappurtar annwali li jinkludi d-data tal-ewwel applikazzjoni. Taħt dan il-metodu ta' tranżizzjoni, entità tista' tagħżel li tapplika dan l-Istandard b'mod retrospettiv biss għal kuntratti li mhumiex kuntratti mitmuma fid-data tal-ewwel applikazzjoni (pereżempju, l-1 ta' Jannar 2018 għal entità li bħala tmiem is-sena għandha l-31 ta' Diċembru).

C7 A

Entità li tapplika dan l-Istandard retrospettivament skont il-paragrafu C3(b) tista' wkoll tuża l-espedjent prattiku deskritt fil-paragrafu C5(c), jew:

(a)

għall-modifiki kuntrattwali kollha li jseħħu qabel il-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat; jew

(b)

għall-modifiki kuntrattwali kollha li jseħħu qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali.

Jekk entità tuża dan l-espedjent prattiku, l-entità għandha tapplika l-espedjent għall-kuntratti kollha b'mod konsistenti u tiżvela l-informazzjoni mitluba mill-paragrafu C6.

C8 A

Entità għandha tapplika Kjarifiki lill-IFRS 15 (ara l-paragrafu C1B) b'mod retrospettiv skont l-IAS 8. Meta tapplika l-emendi retrospettivament, entità għandha tapplika l-emendi daqslikieku kienu inklużi fl-IFRS 15 fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Għalhekk, entità m'għandhiex tapplika l-emendi għal perjodi ta' rappurtar jew għal kuntratti li għalihom ir-rekwiżiti tal-IFRS 15 ma jiġux applikati f'konformità mal-paragrafi C2 — C8. Pereżempju, jekk entità tapplika l-IFRS 15 skont il-paragrafu C3(b) biss għal kuntratti li ma jkunux kuntratti mitmuma fid-data tal-applikazzjoni inizjali, l-entità ma terġax tiddikjara l-kuntratti mitmuma fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 15 għall-effetti ta' dawn l-emendi.


9.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/72


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1988

tat-3 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju 4

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2), ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008.

(2)

Fit-12 ta' Settembru 2016, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standards Board, IASB) ippubblika l-emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (International Financial Reporting Standard, IFRS) 4, bl-applikazzjoni konġunta tal-IFRS 9 għall-Istrumenti Finanzjarji u tal-IFRS 4 għall-Kuntratti tal-Assigurazzjoni (minn hawn 'il quddiem “l-emendi fl-IFRS 4”). L-emendi fl-IFRS 4 għandhom l-għan li jindirizzaw il-konsegwenzi temporanji tal-kontabilità tad-dati effettivi differenti tal-IFRS 9 u tal-istandard il-ġdid tal-kuntratti tal-assigurazzjoni li jissostitwixxi l-IFRS 4 (l-IFRS 17).

(3)

L-objettiv tal-IFRS 9 huwa li jtejjeb ir-rappurtar finanzjarju tal-istrumenti finanzjarji billi jindirizza t-tħassib li feġġ f'dan il-qasam matul il-kriżi finanzjarja. B'mod partikolari, l-IFRS 9 iwieġeb għall-appell tal-G20 biex jibda jintuża mudell li jħares aktar 'il quddiem għar-rikonoxximent tat-telf mistenni fuq l-assi finanzjarji.

(4)

L-emendi fl-IFRS 4 jippermettu li l-entitajiet li b'mod predominanti jwettqu attivitajiet tal-assigurazzjoni jkollhom l-opzjoni li jiddifferixxu d-data effettiva tal-IFRS 9 sal-1 ta' Jannar 2021. L-effett ta' dan id-differiment huwa li l-entitajiet ikkonċernati jkunu jistgħu jibqgħu jagħtu rendikont permezz tal-istandard eżistenti, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standard, IAS) 39, għall-Istrumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Valutazzjoni. L-emendi fl-IFRS 4 jippermettu wkoll lill-entitajiet li joħorġu l-kuntratti tal-assigurazzjoni, biex ineħħu mill-profitt jew mit-telf xi spariġġ addizzjonali tal-kontabilità u tal-volatilità temporanja li jistgħu jseħħu meta jiġi applikat l-IFRS 9 qabel ma jiġi implimentat l-IFRS 17.

(5)

Wara konsultazzjonijiet mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-emendi fl-IFRS 4 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(6)

Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-emendi fl-IFRS 4 ma humiex biżżejjed wiesgħa fil-kamp ta' applikazzjoni biex jilħqu l-ħtiġijiet tal-entitajiet tal-assigurazzjoni importanti kollha fl-Unjoni. B'mod partikolari, is-settur tal-assigurazzjoni f'konglomerat finanzjarju ma jkunx eliġibbli biex jiddiferixxi l-applikazzjoni tal-IFRS 9, u dan jista' jpoġġih fi żvantaġġ kompetittiv. Għalhekk, is-settur tal-assigurazzjoni ta' konglomerat finanzjarju li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jinħtieġ li jitħalla jiddifferixxi l-applikazzjoni tal-IFRS 9 sal-1 ta' Jannar 2021.

(7)

Id-differiment tal-applikazzjoni tal-IFRS 9 mis-settur tal-assigurazzjoni f'konglomerat ikun ifisser l-applikazzjoni ta' żewġ standards ta' kontabilità differenti f'konglomerat finanzjarju wieħed li jistgħu joħolqu opportunitajiet fl-arbitraġġ tal-kontabilità kif ukoll jistgħu jwasslu għal diffikultajiet għall-investituri biex jifhmu r-rapporti finanzjarji konsolidati. Għaldaqstant, dan id-differiment jinħtieġ li jkun suġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Sabiex jiġi evitat li grupp jittrasferixxi strumenti finanzjarji bejn is-setturi ħalli jibbenefika minn trattament kontabilistiku iktar favorevoli, jinħtieġ li tkun tapplika projbizzjoni temporanja fuq it-trasferiment tal-istrumenti finanzjarji, li huma differenti mill-istrumenti finanzjarji li jiġu vvalutati bil-valur ġust fejn il-bidliet fil-valur ġust iseħħupermezz tal-profitt u t-telf. It-trasferimenti ta' strumenti finanzjarji li jikkwalifikaw għad-dekontabilizzar mill-kontijiet tal-entità trasferenti biss jinħtieġ li jkunu suġġetti għall-projbizzjoni ta' trasferiment. Strumenti finanzjarji maħruġa minn entità tal-grupp jinħtieġ li ma jkunux suġġetti għal din il-projbizzjoni peress li l-parteċipazzjoni intragrupp ta' strumenti finanzjarji tiġi eliminata fil-kontijiet konsolidati tal-konglomerat.

(8)

Id-differiment tal-applikazzjoni tal-IFRS 9 huwa konsistenti fl-approċċ tiegħu mal-IFRS 4 li jippermetti lil gruppi tal-assigurazzjoni biex jikkonsolidaw is-sussidjarji mingħajr ma jikkonformaw il-valutazzjoni tal-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni, skont il-politiki lokali ta' kontabbiltà ġeneralment aċċettati tas-sussidjarji, mal-politiki kontabilistiċi użati mill-bqija tal-grupp. Filwaqt li l-użu ta' politiki ta' kontabilità mhux unifomi jista' jnaqqas il-komprensibilità tar-rapporti finanzjarji, l-utenti tar-rapporti finanzjarji se jkunu diġà familjari mar-rappurtar finanzjarju skont l-IAS 39, u d-differiment huwa biss għal perjodu limitat ta' żmien. Il-kundizzjonijiet għall-użu ta' differiment jinħtieġ li jtaffu wkoll dan it-tħassib.

(9)

Id-differiment tal-applikazzjoni tal-IFRS 9 għas-settur tal-assigurazzjoni f'konglomerat finanzjarju jinħtieġ li jkun limitat fiż-żmien minħabba li huwa importanti li t-titjib introdott mill-IFRS 9 jsir effettiv malajr kemm jista' jkun, u l-IFRS 17 se jkollu d-data effettiva ta' applikazzjoni mill-1 ta' Jannar 2021.

(10)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 4 għall-Kuntratti tal-Assigurazzjoni jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

Artikolu 2

Konglomerat finanzjarju kif definit fl-Artikolu 2(14) tad-Direttiva 2002/87/KE jista' jagħżel li l-ebda waħda mill-entitajiet li joperaw fis-settur tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(8)(b) ta' din id-Direttiva ma tapplika l-IFRS 9 fir-rapporti finanzjarji konsolidati għas-snin finanzjarji li jiġu qabel l-1 ta' Jannar 2021, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-ebda strument finanzjarju ma jiġi ttrasferit bejn is-settur tal-assigurazzjoni u xi settur ieħor tal-konglomerat finanzjarju wara d-29 ta' Novembru 2017 ħlief l-istrumenti finanzjarji li jiġu vvalutati bil-valur ġust fejn il-bidliet fil-valur ġust iseħħu permezz tal-profitt u t-telf miż-żewġ setturi involuti f'dawn it-trasferimenti;

(b)

il-konglomerat finanzjarju jistipula fir-rapporti finanzjarji konsolidati liema huma l-entitajiet tal-assigurazzjoni fil-grupp li qed japplikaw l-IAS 39;

(c)

id-divulgazzjoni mitluba mill-IFRS 7 hija pprovduta b'mod separat għas-settur tal-assigurazzjoni bl-applikazzjoni tal-IAS 39, u għall-bqija tal-grupp bl-applikazzjoni tal-IFRS 9.

Artikolu 3

1.   Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1 sa mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda nhar l-1 ta' Jannar 2018 jew minn wara din id-data.

2.   Madankollu, konglomerat finanzjarju jista' jagħżel li japplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1 skont il-kundizzjonjiet stabbiliti fl-Artikolu 2 sa mill-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tiegħu li tibda nhar l-1 ta' Jannar 2018 jew minn wara din id-data.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1)

(3)  Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).


ANNESS

L-applikazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarji tal-IFRS 9 mal-Kuntratti tal-Assigurazzjoni tal-IFRS 4

(Emendi għall-IFRS 4)

Emendi għall-

IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni

Il-paragrafu 3 qiegħed jiġi emendat.

AMBITU

3.

Dan l-IFRS ma jindirizzax aspetti oħra ta' kontabilità mill-assiguraturi, bħal kontabilità għal assi finanzjarji miżmuma minn assiguraturi u obbligazzjonijiet finanzjarji maħruġa minn assiguraturi (ara l-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni, IFRS 7 u IFRS 9 Strumenti Finanzjarji), ħlief li:

(a)

il-paragrafu 20 A jippermetti lill-assiguraturi li jissodisfaw il-kriterji speċifikati biex japplikaw eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9;

(b)

il-paragrafu 35B jippermetti lill-assiguraturi sabiex japplikaw l-approċċ ta' sovrappożizzjoni għal assi finanzjarji magħżula; kif ukoll

(c)

il-paragrafu 45 jippermetti lill-assiguraturi sabiex jirriklassifikaw f'ċirkostanzi speċifikati xi wħud mill-assi finanzjarji tagħhom, jew kollha, b'tali mod li l-assi jitkejlu fil-valur ġust permezz ta' qligħ jew telf.

Il-paragrafu 5 qiegħed jiġi emendat.

5.

Biex ikun hemm referenza faċli, dan l-IFRS jiddeskrivi kull entità li toħroġ kuntratt tal-assigurazzjoni bħala assiguratur, kemm jekk l-emittent hu meqjus bħala assiguratur għal skopijiet legali jew superviżorji u kemm mhux. Kull referenza fil-paragrafi 3(a)–3(b), 20 A–20Q, 35B–35N, 39B–39M u 46–49 għal assiguratur għandha tinftiehem bħala li tirreferi wkoll għal emittent ta' strument finanzjarju li jkun fih aspett ta' parteċipazzjoni diskrezzjonali.

Jiddaħħlu intestaturi ġodda taħt il-paragrafi 20, 20K u 20N. Jiddaħħlu l-paragrafi ġodda 20 A–20Q.

RIKONOXXIMENT U KEJL

Eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9

20 A

L-IFRS 9 jindirizza l-kontabbiltà għal strumenti finanzjarji u huwa effettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara. Madankollu, fil-każ ta' assiguratur li jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 20B, dan l-IFRS jipprovdi eżenzjoni temporanja li tippermetti, iżda ma timponix, li l-assiguratur japplika l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl pjuttost milli l-IFRS 9 għal perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2021. Assiguratur li japplika l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 għandu:

(a)

juża r-rekwiżiti fl-ISRF 9 li huma meħtieġa biex jipprovdu l-iżvelar meħtieġ fil-paragrafi 39B–39J ta' dan l-IFRS; kif ukoll

(b)

japplika l-IFRSs l-oħra kollha applikabbli għall-istrumenti finanzjarji tiegħu, ħlief kif deskritt fil-paragrafi 20 A–20Q, 39B–39J u 46–47 ta' dan l-IFRS.

20B

Assiguratur jista' japplika l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 jekk, u biss jekk:

(a)

ma jkunx preċedentement applika xi verżjoni tal-IFRS 9  (1) , minbarra biss ir-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' qligħ u telf fuq obbligazzjonijiet finanzjarji magħżula bħala fil-valur ġust permezz ta' qligħ jew telf fil-paragrafi 5.7.1(c), 5.7.7–5.7.9, 7.2.14 u B5.7.5–B5.7.20 tal-IFRS 9; kif ukoll

(b)

l-attivitajiet tiegħu ikunu fil-biċċa l-kbira marbuta mal-assigurazzjoni, kif deskritt fil-paragrafu 20D, fid-data tar-rappurtaġġ annwali tiegħu li tkun tippreċedi immedjatament l-1 ta' April 2016, jew f'data sussegwenti ta' rappurtar annwali kif speċifikat fil-paragrafu 20G.

20C

Assiguratur li japplika l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9, huwa permess li jagħżel li japplika biss ir-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' qligħ u telf fuq obbligazzjonijiet finanzjarji kklassifikati bħala fil-valur ġust permezz ta' qligħ jew telf fil-paragrafi 5.7.1(c), 5.7.7–5.7.9, 7.2.14 u B5.7.5–B5.7.20 tal-IFRS 9; Jekk assiguratur jagħżel li japplika dawk ir-rekwiżiti, huwa għandu japplika d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' tranżizzjoni fl-IFRS 9, jiżvela l-fatt li huwa jkun applika dawn ir-rekwiżiti u jipprovdi fuq bażi kontinwa d-divulgazzjonijiet relatati stabbiliti fil-paragrafi 10–11 tal-IFRS 7 (kif emendat mill-IFRS 9 (2010)).

20D

L-attivitajiet tal-assiguratur ikunu fil-biċċa l-kbira marbuta ma' attivitajiet tal-assigurazzjoni jekk, u biss jekk:

(a)

l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjonijiet tiegħu li jirriżultaw minn kuntratti fl-ambitu ta' dan l-IFRS, li jinkludu kwalunkwe elementi ta' depożitu jew derivattivi inkorporati separati minn kuntratti tal-assigurazzjoni li japplikaw il-paragrafi 7–12 ta' dan l-IFRS, ikun sinifikanti meta mqabbel mat-total tal-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjonijiet kollha tiegħu; kif ukoll

(b)

il-perċentwali tat-total tal-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjonijiet tiegħu marbuta mal-assigurazzjoni (ara l-paragrafu 20E) meta mqabbel mat-total tal-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjonijiet kollha tiegħu ikun:

(i)

aktar minn 90 fil-mija; jew

(ii)

inqas minn jew ekwivalenti għal 90 fil-mija iżda aktar minn 80 fil-mija, u l-assiguratur ma jkunx jinvolvi ruħu f'xi attività sinifikanti mhux marbuta mal-assigurazzjoni (ara l-paragrafu 20F).

20E

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 20D(b), l-obbligazzjonijiet relatati mal-assigurazzjoni:

(a)

obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti fl-ambitu ta' dan l-IFRS, kif deskritt fil-paragrafu 20D(a);

(b)

obbligazzjonijiet ta' kuntratt ta' investiment mhux derivattivi mkejlin bil-valur ġust permezz tal-qligħ jew telf bl-applikazzjoni tal-IAS 39 (inklużi dawk magħżula bħala fil-valur ġust permezz ta' qligħ jew telf li għalihom l-assiguratur ikun applika r-rekwiżiti fl-IFRS 9 għall-preżentazzjoni ta' qligħ u telf (ara l-paragrafi 20B(a) u 20C)); kif ukoll

(c)

obbligazzjonijiet li jirriżultaw minħabba li l-assiguratur joħroġ, jew jissodisfa l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn, il-kuntratti f' (a) u (b). Eżempji ta' tali obbligazzjonijiet jinkludu derivattivi użati għall-mitigazzjoni tar-riskji li jirriżultaw minn dawk il-kuntratti u mill-assi li jsostnu dawn il-kuntratti, obbligazzjonijiet tat-taxxa rilevanti bħal ma huma obbligazzjonijiet ta' taxxa differita għal differenzi temporanji taxxabbli fuq obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn dawn il-kuntratti, u strumenti ta' dejn maħruġa li huma inklużi fil-kapital regolatorju tal-assiguratur.

20F

Fil-valutazzjoni ta' jekk assiguratur hux involut f'attività sinifikanti mhux marbuta mal-assigurazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 20D(b)(ii), l-assiguratur għandu jqis:

(a)

biss dawk l-attivitajiet li minnhom jista' jaqla' dħul u jġarrab spejjeż; kif ukoll

(b)

fatturi kwantitattivi jew kwalitattivi (jew it-tnejn), inkluża informazzjoni pubblikament disponibbli, bħal pereżempju l-klassifikazzjoni tal-industrija li l-utenti tar-rapporti finanzjarji japplikaw għall-assiguratur.

20G

Il-Paragrafu 20B(b) jobbliga li entità tevalwa jekk tikkwalifikax għall-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 fir-rapport annwali tagħha li jiġi immedjatament qabel l-1 ta' April 2016. Wara dik id-data:

(a)

entità li kienet qabel tikkwalifika għall-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 għandha tirrivaluta jekk l-attivitajiet tagħha humiex fil-biċċa l-kbira marbuta ma' assigurazzjoni f'data ta' rappurtaġġ annwali sussegwenti jekk, u biss jekk, kien hemm xi bidla fl-attivitajiet tal-entità, kif deskritt fil-paragrafi 20H–20I, matul il-perjodu annwali li jkun intemm f'dik id-data.

(b)

entità li qabel ma kinitx tikkwalifika għall-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 hija permessa li tirrivaluta jekk l-attivitajiet tagħha humiex fil-biċċa l-kbira marbuta mal-assigurazzjoni f'data ta' rappurtaġġ annwali sussegwenti qabel il-31 ta' Diċembru 2018 jekk, u biss jekk, kien hemm xi bidla fl-attivitajiet tal-entità, kif deskritt fil-paragrafi 20H–20I, matul il-perjodu annwali li jkun intemm f'dik id-data.

20H

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 20G, bidla fl-attivitajiet ta' entità hija bidla li:

(a)

tkun stabbilita mill-amministraturi ewlenin tal-entità bħala riżultat ta' tibdiliet interni jew esterni;

(b)

tkun sinifikanti għall-operazzjonijiet tal-entità; kif ukoll

(c)

tkun viżibbli għal partijiet esterni.

Għaldaqstant, tali bidla sseħħ biss meta l-entità tibda jew tieqaf milli twettaq attività li tkun sinifikanti għall-operazzjonijiet tagħha jew li tbiddel b'mod sinifikanti l-portata ta' xi waħda mill-attivitajiet tagħha; Pereżempju, meta l-entità tkun akkwistat, warrbet jew itterminat linja ta' negozju.

20I

Huwa mistenni li bidla fl-attivitajiet ta' entità, kif deskritt fil-paragrafu 20H, tkun rari ħafna. Dawn li ġejjin m'humiex bidliet fl-attivitajiet ta' entità għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 20G:

(a)

bidla fl-istruttura tal-finanzjament tal-entità li fiha nnifisha ma tkunx taffettwa l-attivitajiet li minnhom l-entità taqla' d-dħul u jġarrab l-ispejjeż.

(b)

xi pjan tal-entità li tbigħ xi linja ta' negozju, anke jekk l-assi u l-obbligazzjonijiet ikunu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ bl-applikazzjoni tal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx. Pjan biex tinbiegħ linja ta' negozju li tkun tista' tibdel l-attivitajiet tal-entità u tagħti lok għall-valutazzjoni mill-ġdid fil-ġejjieni iżda li għad trid taffettwa l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti fir-rapport dwar il-pożizzjoni finanzjarja tagħha.

20J

Jekk entità ma tibqax tikkwalifika għall-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 minħabba valutazzjoni mill-ġdid (ara l-paragrafu 20G(a)), allura l-entità tiġi permessa biex tkompli tapplika l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 biss sa tmiem il-perjodu annwali li jkun beda immedjatament wara dik il-valutazzjoni mill-ġdid. Madankollu, l-entità ikollha tapplika l-IFRS 9 għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2021 jew wara. Pereżempju, jekk entità tiddetermina li m'għadhiex tikkwalifika għall-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 bl-applikazzjoni tal-paragrafu 20G(a) fil-31 ta' Diċembru 2018 (tmiem il-perjodu annwali tagħha), allura l-entità tiġi permessa biex tkompli tapplika l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 biss sal-31 ta' Diċembru 2019.

20K

Assiguratur li jkun preċedentement għażel li japplika l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 jista', fil-bidu ta' kull perjodu annwali sussegwenti, jagħżel b'mod irrevokabbli li japplika l-IFRS 9.

Min jadotta għall-ewwel darba

20L

Min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba, kif definit fl-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju, jista' japplika l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 deskritta fil-paragrafu 20 A jekk, u biss jekk, dan jissodisfa l-kriterji deskritti fil-paragrafu 20B. Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 20B(b), min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba għandu juża l-ammonti miżmuma fil-kotba ddeterminati bl-applikazzjoni tal-IFRSs fid-data speċifikata f'dan il-paragrafu.

20M

L-IFRS 1 fih obbligi u eżenzjonijiet applikabbli għal min jadottahom għall-ewwel darba. Dawk ir-rekwiżiti u l-eżenzjonijiet (pereżempju, il-paragrafi D16–D17 tal-IFRS 1) ma jiħdux preċedenza fuq ir-rekwiżiti fil-paragrafi 20 A–20Q u 39B–39J ta' dan l-IFRS. Pereżempju, l-obbligi u l-eżenzjonijiet fl-IFRS 1 ma jiħdux preċedenza fuq l-obbligu li min jadotta għall-ewwel darba għandu jissodisfa l-kriterji speċifikati fil-paragrafu 20L biex japplika l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9.

20N

Min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba u jiżvela l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 39B–39J għandu juża l-obbligi u l-eżenzjonijiet fl-IFRS 1 li huma rilevanti biex isiru l-valutazzjonijiet meħtieġa għal dan l-iżvelar.

Eżenzjoni temporanja minn obbligi speċifiċi f'IAS 28

20O

Il-paragrafi 35–36 tal-IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti jobbligaw lill-entità tapplika politika uniformi ta' kontabilità meta tuża l-metodu tal-ekwità. Madankollu, għall-perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2021, entità tkun permessa, iżda mhux obbligata, li żżomm il-politika ta' kontabilità rilevanti applikata minn dik il-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta kif ġej:

(a)

l-entità tapplika l-IFRS 9, iżda l-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta tapplika l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9; jew

(b)

l-entità tapplika l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 iżda l-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta tapplika l-IFRS 9.

20P

Meta entità tuża l-metodu tal-ekwità biex tagħti kont tal-investiment tagħha f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta:

(a)

jekk l-IFRS 9 kien ġie applikat preċedentement fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jintużaw biex japplikaw il-metodu ta' ekwità għal dik il-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta (wara li jiġi rifless kull aġġustament li jkun sar mill-entità), l-IFRS 9 għandu jkompli jiġi applikat.

(b)

jekk l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 kienet ġie applikata preċedentement fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji użati biex jiġi applikat il-metodu ta' ekwità għal dik il-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta (wara li jiġi rifless kull aġġustament li jkun sar mill-entità), allura l-IFRS 9 jista' jkompli jiġi applikat.

20Q

Entità tista' tapplika l-paragrafi 20O u 20P(b) separatament għal kull kumpanija assoċjata jew impriża konġunta.

Jiddaħħlu l-paragrafi l-ġodda 35 A–35N, 39B–39M u 46–49. Jiddaħħlu l-intestaturi ġodda taħt il-paragrafi 35 A, 35K, 35M, 39 A, 39J, 45 u 47.

Aspetti diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni fi strumenti finanzjarji

35 A

L-eżenzjonijiet temporanji fil-paragrafi 20 A, 20L u 20O u l-approċċ ta' sovrappostazzjoni fil-paragrafu 35B huma disponibbli wkoll għal emittent ta' strument finanzjarju li jkun fih aspett ta' parteċipazzjoni diskrezzjonali. Għaldaqstant, ir-referenzi kollha fil-paragrafi 3(a)–3(b), 20 A–20Q, 35B–35N, 39B–39M u 46–49 għal assiguratur għandhom jiftiehmu bħala li jirreferu wkoll għal emittent ta' strument finanzjarju li jkun fih aspett ta' parteċipazzjoni diskrezzjonali.

PREŻENTAZZJONI

L-approċċ ta' sovrappostazzjoni

35B

Assiguratur huwa permess, iżda mhux obbligat, li japplika l-approċċ ta' sovrappostazzjoni fil-każ ta' assi finanzjarji magħżula; Assiguratur li japplika l-approċċ ta' sovrappostazzjoni għandu:

(a)

jikklassifika mill-ġdid bejn qligħ u telf u xi introjtu komprensiv ieħor ammont li jirriżulta fil-qligħ jew it-telf fi tmiem il-perjodu ta' rappurtar għall-assi finanzjarji magħżula li jkunu l-istess daqslikieku l-assiguratur kien applika l-IAS 39 għall-assi finanzjarji magħżula. Għaldaqstant, l-ammont ikklassifikat mill-ġdid huwa ugwali għad-differenza bejn:

(i)

l-ammont irrapportat fi qligħ jew telf għall-assi finanzjarji magħżula li japplikaw l-IFRS 9; u

(ii)

l-ammont li kien ikun irrapportat fi qligħ jew telf għall-assi finanzjarji magħżula li kieku kellu jiġi applikat l-IAS 39.

(b)

jiġu applikati l-IFRSs l-oħra kollha applikabbli għall-istrumenti finanzjarji tiegħu, ħlief kif deskritt fil-paragrafi 35B–35N, 39K–39M u 48–49 ta' dan l-IFRS.

35C

Assiguratur jista' jagħżel li japplika l-approċċ ta' sovrappostazzjoni deskritt fil-paragrafu 35B biss meta japplika l-IFRS 9 għall-ewwel darba, inkluż meta japplika l-ewwel darba l-IFRS 9 wara li qabel kien ikun applika:

(a)

l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 deskritta fil-paragrafu 20 A; jew

(b)

biss l-obbligi għall-preżentazzjoni ta' qligħ u telf fuq obbligazzjonijiet finanzjarji kklassifikati bħala fil-valur ġust permezz ta' qligħ jew telf fil-paragrafi 5.7.1(c), 5.7.7–5.7.9, 7.2.14 u B5.7.5–B5.7.20 tal-IFRS 9;

35D

Assiguratur għandu jippreżenta l-ammont ikklassifikat mill-ġdid bejn il-qlighħ jew it-telf u introjtu komprensiv ieħor billi japplika l-approċċ ta' sovrappostazzjoni

(a)

fil-qligħ jew it-telf bħala entrata f'linja separata; u

(b)

fi dħul komprensiv ieħor bħala element separat ta' dħul komprensiv ieħor.

35E

Assi finanzjarji jkunu eliġibbli biex jintgħażlu għall-approċċ ta' sovrappożizzjoni jekk, u biss jekk, ikunu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

(a)

ikunu mkejla fil-valur ġust permezz ta' qligħ jew telf bl-applikazzjoni tal-IFRS 9 iżda li ma jkunux tkejlu bil-valur ġust permezz tal-qligħ jew it-telf fit-totalità tagħhom bl-applikazzjoni tal-IAS 39; u

(b)

ma jinżammewx fir-rigward ta' attività li ma tkunx marbuta ma' kuntratti fl-ambitu ta' dan l-IFRS. Eżempji ta' assi finanzjarji li ma jkunux eliġibbli għall-approċċ ta' sovrappostazzjoni huma dawk l-assi miżmuma fir-rigward ta' attivitajiet bankarji jew assi finanzjarji miżmuma f'fondi marbuta ma' kuntratti tal-investiment li jkunu barra mill-ambitu ta' dan l-IFRS.

35F

Assiguratur jista' jagħżel assi finanzjarji eliġibbli għall-approċċ ta' sovrappostazzjoni meta jagħżel li japplika l-approċċ ta' sovrappostazzjoni (ara l-paragrafu 35C). Sussegwentement, jista' jagħżel ass finanzjarju eliġibbli għall-approċċ ta' sovrappostazzjoni meta, u biss meta:

(a)

dak l-ass jiġi rikonoxxut inizjalment; jew

(b)

dak l-ass jibda' jissodisfa l-kriterju fil-paragrafu 35E(b) wara li preċedentement ma jkunx issodisfa dan il-kriterju.

35G

Assiguratur hu permess li jagħżel assi finanzjarju eliġibbli għall-approċċ ta' sovrappostazzjoni billi japplika l-paragrafu 35F skont kull strument individwali separatament.

35H

Fejn ikun rilevanti, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-approċċ ta' sovrappostazzjoni għal assi finanzjarju li jkunu għadhom kif ġew magħżula bl-applikazzjoni tal-paragrafu 35F(b):

(a)

il-valur ġust tagħhom fid-data tal-klassifikazzjoni għandu jkun l-ammont amortizzat miżmum fil-kotba tiegħu; u

(b)

ir-rata effettiva tal-imgħax għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-valur ġust tiegħu fid-data tal-għażla.

35I

Entità għandha tkompli tapplika l-approċċ ta' sovrappostazzjoni għal assi finanzjarji magħżula sakemm dawk l-assi finanzjarji jiġu deklassifikati. Madankollu, entità:

(a)

għanda tneħħi l-għażla ta' ass finanzjarju meta l-ass finanzjarju ma jibqax jissodisfa l-kriterju fil-paragrafu 35E(b). Pereżempju, ass finanzjarju ma jibqax jissodisfa dan il-kriterju meta entità tittrasferixxi dak l-ass b'tali mod li huwa jinżamm fir-rigward tal-attivitajiet bankarji tagħha jew meta entità ma tibqax assiguratur.

(b)

tista', fil-bidu ta' kull perjodu annwali, ma tibqax tapplika l-approċċ ta' sovrappostazzjoni għall-assi finanzjarji kollha magħżula. Entità li tagħżel li ma tibqax tapplika l-approċċ ta' sovrappostazzjoni għandha tapplika l-IAS 8 biex jittieħed kont tal-bidla fil-politika tal-kontabilità.

35J

Meta entità tneħħi l-għażla ta' ass finanzjarju bl-applikazzjoni tal-paragrafu 35I(a), hija għandha tirriklassifika minn dħul ieħor komprensiv akkumulat għal qligħ jew telf bħala aġġustament ta' riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1) kwalunkwe bilanċ relatat ma' dak l-ass finanzjarju.

35K

Jekk entità ma tibqax tuża l-approċċ ta' sovrappostazzjoni billi tapplika l-għażla fil-paragrafu 35I(b) jew minħabba li ma tkunx għadha assiguratur, hija ma għandhiex sussegwentement tapplika l-approċċ ta' sovrappostazzjoni. Assiguratur li jkun għażel li japplika l-approċċ ta' sovrappostazzjoni (ara l-paragrafu 35C) iżda li ma jkollu l-ebda assi finanzjarji eliġibbli (ara l-paragrafu 35E) jista' sussegwentement japplika l-approċċ ta' sovrappostazjoni meta jkollu assi finanzjarji eliġibbli.

Interazzjoni ma' rekwiżiti oħra

35L

Il-paragrafu 30 ta' dan l-IFRS jippermetti prassi li xi kultant tiġi deskritta bħala 'shadow accounting'. Jekk assiguratur japplika l-approċċ ta' sovrappostazzjoni, jkun jista' jiġi applikat ix-shadow accounting.

35M

Ir-riklassifikazzjoni ta' ammont bejn qligħ jew telf u introjtu komprensiv ieħor bl-applikazzjoni tal-paragrafu 35B jista' jkollha effetti konsegwenzjali għall-inkużjoni ta' ammonti oħra fi dħul komprensiv ieħor, bħal ma huma taxxi fuq id-dħul. Assiguratur għandu japplika l-IFRS rilevanti, bħal l-IAS 12 Taxxi fuq l-introjtu biex jiddetermina kwalunkwe effetti konsegwenzjali.

Min jadotta għall-ewwel darba

35N

Jekk min jadotta għall-ewwel darba jagħżel li japplika l-approċċ ta' sovrappostazzjoni, huwa għandu jiddikjara mill-ġdid l-informazzjoni komparattiva biex tirrifletti l-approċċ ta' sovrappostazzjoni jekk, u biss jekk, huwa jiddikjara mill-ġdid l-informazzjoni komparattiva biex tintlaħaq konformità mal-IFRS 9 (ara l-paragrafi E1–E2 tal-IFRS 1).

ŻVELAR

Żvelar dwar l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9

39B

Assiguratur li jagħżel li japplika l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 għandu jiżvela xi informazzjoni biex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu:

(a)

jifhmu kif l-assiguratur ikun ikkwalifika għall-eżenzjoni temporanja; u

(b)

iqabblu bejn l-assiguraturi li japplikaw l-eżenzjoni temporanja u l-entitajiet li japplikaw l-IFRS 9.

39C

Għall-konformità mal-paragrafu 39B(a), assiguratur għandu jiżvela l-fatt li jkun qiegħed japplika l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 u kif l-assiguratur ikun ikkonkluda fid-data speċifikata fil-paragrafu 20B(b) li huwa jikkwalifika għall-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9, inkluż:

(a)

jekk l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjonijiet tiegħu li jirriżultaw minn kuntratti fl-ambitu ta' dan l-IFRS (jiġifieri dawk l-obbligazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 20E(a)) kien inqas minn jew kien daqs 90 fil-mija tat-total tal-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjonijiet kollha tiegħu, in-natura u l-ammonti miżmuma fil-kotba tal-obbligazzjonijiet marbuta mal-assigurazzjoni li ma jkunux obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti fl-ambitu ta' dan l-IFRS (jiġifieri dawk l-obbligazzjonijiet deskritti fil-paragrafi 20E(b) u 20E(c));

(b)

jekk il-perċentwali tat-total tal-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjonijiet tiegħu marbuta mal-assigurazzjoni meta mqabbel mat-total tal-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjonijiet kollha tiegħu kien inqas minn jew ekwivalenti għal 90 fil-mija iżda aktar minn 80 fil-mija, kif l-assiguratur ikun iddetermina li ma kienx involut f'attività sinifikanti mhux marbuta mal-assigurazzjoni, inklużi liema informazzjoni huwa kkunsidra; u

(c)

jekk l-assiguratur ikun ikkwalifika għall-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 fuq il-bażi ta' rivalutazzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafu 20G(b):

(i)

ir-raġuni għar-rivalutazzjoni;

(ii)

id-data li fiha jkun seħħ it-tibdil relevanti fl-attivitajiet tiegħu; u

(iii)

spjega ddettaljata dwar il-bidla fl-attivitajiet tiegħu u deskrizzjoni kwalitattiva tal-effett ta' din il-bidla fir-rapporti finanzjarji tal-assiguratur.

39D

Jekk, meta jiġi applikat il-paragrafu 20G(a), entità tikkonkludi li l-attivitajiet tagħha m'għadhomx fil-biċċa l-kbira ma għadhomx marbuta mal-assigurazzjoni, hija għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja f'kull perjodu ta' rappurtar qabel ma tibda tapplika l-IFRS 9:

(a)

il-fatt li hija ma tkunx għadha tikkwalifika għall-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9;

(b)

id-data li fiha jkun seħħ it-tibdil relevanti fl-attivitajiet tiegħu; u

(c)

spjega ddettaljata dwar il-bidla fl-attivitajiet tagħha u deskrizzjoni kwalitattiva tal-effett ta' dik il-bidla fir-rapporti finanzjarji tal-entità.

39E

Għall-konformità mal-paragrafu 39B(b), assiguratur għandu jiżvela l-valur ġust fi tmiem il-perjodu tar-rappurtar u l-ammont ta' bidla fil-valur ġust matul dak il-perijodu għal dawn iż-żewġ gruppi ta' assi finanzjarji, b'mod separat:

(a)

assi finanzjarji b'termini kuntrattwali li jagħtu lok f'dati speċifiċi għal flussi ta' flus kontanti li jkunu unikament pagamenti ta' kapital u l-imgħax fuq l-ammont pendenti prinċipali (jiġifieri assi finanzjarji li jissodisfaw il-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2 A(b) tal-IFRS 9), bl-esklużjoni ta' kwalunkwe ass finanzjarju li jissodisfa d-definizzjoni ta' miżmum għan-negozju fl-IFRS 9, jew li jkun iġġestit u li l-prestazzjoni tiegħu tkun evalwata fuq bażi ta' valur ġust (ara l-paragrafu B4.1.6 tal-IFRS 9).

(b)

l-assi finanzjarji kollha għajr dawk speċifikati fil-paragrafu 39E(a); jiġifieri, kwalunkwe ass finanzjarju:

(i)

b'termini kuntrattwali li ma jirriżultawx f'dati speċifiċi għal flussi ta' flus kontanti li jkunu unikament pagamenti ta' kapital u l-imgħax fuq l-ammont prinċipali pendenti;

(ii)

li jissodisfa d-definizzjoni ta' miżmum għan-negozju fl-IFRS 9; jew

(iii)

li jkun iġġestit u li l-prestazzjoni tiegħu tkun evalwata, fuq bażi ta' valur ġust.

39F

Meta jiddivulga l-informazzjoni fil-paragrafu 39E, l-assiguratur:

(a)

jista' jikkunsidra l-ammont miżmum fil-kotba tal-ass finanzjarju mkejjel billi japplika l-IAS 39 bħala approssimazzjoni raġonevoli tal-valur ġust tiegħu jekk l-assiguratur ma jkunx obbligat jiżvela l-valur ġust tiegħu bl-applikazzjoni tal-paragrafu 29(a) tal-IFRS 7 (eż. debituri u kredituri tan-negozju fuq perijodu qasir); u

(b)

għandu jikkunsidra l-livell ta' dettall meħtieġ biex l-utenti ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji jkunu jistgħu jifhmu l-karatteristiċi tal-assi finanzjarji.

39G

Għall-konformità mal-paragrafu 39B(b), assiguratur għandu jiżvela informazzjoni dwar l-esponiment għar-riskju tal-kreditu, inklużi konċentrazzjonijiet sinifikanti ta' riskju ta' kreditu, inerenti fl-assi finanzjarji deskritti fil-paragrafu 39E(a). Bħala minimu, assiguratur għandu jiżvela l-informazzjoni li ġejja fil-każ ta' dawk l-assi finanzjarji fi tmiem il-perjodu ta' rappurtar:

(a)

permezz ta' gradi ta' klassifikazzjoni tar-riskju ta' kreditu kif definit fl-IFRS 7, l-ammonti li jinżammu fil-kotba bl-applikazzjoni tal-IAS 39 (fil-każ ta' assi finanzjarji mkejla b'kost amortizzat, qabel ma jsir aġġustament għal kwalunkwe benefiċċju ta' indeboliment).

(b)

għall-assi finanzjarji deskritti fil-paragrafu 39E(a) li ma għandhomx riskju baxx ta' kreditu fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, il-valur ġust u l-ammont miżmum fil-kotba bl-applikazzjoni tal-IAS 39 (fil-każ ta' assi finanzjarji mkejla b'kost amortizzat, qabel ma jsir aġġustament għal kwalunkwe benefiċċju ta' indeboliment). Għall-iskopijiet ta' dan l-iżvelar, il-paragrafu B5.5.22 tal-IFRS 9 jistipula r-rekwiżiti rilevanti għall-evalwazzjoni ta' jekk ir-riskju ta' kreditu fuq strument finanzjarju hux ikkunsidrat baxx.

39H

Għall-konformità mal-paragrafu 39B(b), assiguratur għandu jiżvela informazzjoni dwar fejn utent tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jkun jista' jikseb kull informazzjoni pubblikament disponibbli dwar l-IFRS 9 li tkun tirrelata ma' entità fi ħdan il-grupp u li ma tkunx ġiet ipprovduta fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tal-grupp għall-perjodu relevanti ta' rappurtar. Pereżempju tali informazzjoni tal-IFRS 9 tista' tinkiseb mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji individwali jew separati pubblikament disponibbli ta' xi entità fi ħdan il-grupp li jkun applika l-IFRS 9.

39I

Jekk entità tkun iddeċidiet li tapplika l-eżenzjoni fil-paragrafu 20O minn xi rekwiżiti partikolari fl-IAS 28, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

39 J

Jekk entità tapplika l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 meta tieħu f'kunsiderazzjoni l-investiment tagħha f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta billi tuża l-metodu tal-ekwità (pereżempju, ara l-paragrafu 20O(a)), l-entità għandha tiżvela dan li ġej, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa mill-IFRS 12 Divulgazzjoni ta' Interessi f'Entitajiet Oħra:

(a)

l-informazzjoni deskritta fil-paragrafi 39B-39H għal kull kumpanija assoċjata jew impriża konġunta li hi materjali għall-entità. L-ammonti żvelati għandhom ikunu dawk inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-IFRS tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-aġġustamenti li jkunu saru mill-entità meta tuża l-metodu tal-ekwità (ara l-paragrafu B14(a) tal-IFRS 12), pjuttost milli sehem l-entità minn dawk l-ammonti.

(b)

l-informazzjoni kwantitattiva deskritta fil-paragrafi 39B–39H fl-aggregat għall-kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti individwali kollha. L-ammonti aggregati:

(i)

li jkunu żvelati għandhom ikunu s-sehem tal-entità minn dawk l-ammonti; u

(ii)

fil-każ ta' kumpaniji assoċjati għandhom ikunu żvelati separatament mill-ammonti aggregati żvelati fil-każ ta' impriżi konġunti.

Żvelar dwar l-approċċ ta' sovrappożizzjoni

39K

Assiguratur li japplika l-approċċ ta' sovrappożizzjoni għandu jiżvela xi informazzjoni sabiex l-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jkunu jistgħu jifhmu:

(a)

kif ikun ġie kkalkulat l-ammont totali riklassifikat bejn qligħ jew telf u dħul komprensiv ieħor fil-perjodu tar-rappurtar; u

(b)

l-effett ta' din ir-riklassifikazzjoni fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

39L

Għall-konformità mal-paragrafu 38K, assiguratur għandu jiżvela:

(a)

il-fatt li jkun qed japplika l-approċċ ta' sovrappożizzjoni;

(b)

l-ammont miżmum fil-kotba fit-tmiem tal-perjodu ta' rapportar ta' assi finanzjarji li għalihom l-assiguratur japplika l-approċċ ta' sovrappożizzjoni skont il-klassi ta' ass finanzjarju;

(c)

il-bażi biex xi assi finanzjarji jiġi magħżul għall-approċċ ta' sovrappożizzjoni, inkluża spjegazzjoni ta' xi assi finanzjarji magħżula li jkunu jinżammu barra l-entità ġuridika li toħroġ kuntratti fl-ambitu ta' dan l-IFRS;

(d)

spjegazzjoni tal-ammont totali riklassifikat bejn il-qligħ jew telf u introjtu komprensiv ieħor fil-perjodu ta' rappurtar b'mod li l-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jkunu jistgħu jifhmu kif jinkiseb dak l-ammont, li tinkludi:

(i)

l-ammont irrapportat fi qligħ jew telf għall-assi finanzjarji magħżula li japplikaw l-IFRS 9; u

(ii)

l-ammont li kien ikun irrapportat fi qligħ jew telf għall-assi finanzjarji magħżula li kieku kellu jiġi applikat l-IAS 39.

(e)

l-effett tar-riklassifikazzjoni deskritt fil-paragrafi 35B u 35M fuq kull partita affettwata fil-qligħ jew telf; u

(f)

jekk waqt il-perjodu tar-rapportar l-assiguratur ikun bidel il-klassifikazzjoni tal-assi finanzjarji:

(i)

l-ammont riklassifikat bejn qligħ jew telf u dħul komprensiv ieħor fil-perjodu ta' rappurtar marbut mal-assi finanzjarji li jkunu għadhom kif ġew magħżula bl-applikazzjoni tal-approċċ ta' sovrappożizzjoni (ara l-paragrafu 35F(b));

(ii)

l-ammont li kien jiġi irriklassifikat bejn qligħ jew telf u dħul komprensiv ieħor fil-perjodu ta' rapportar kieku l-assi finanzjarju ma kinux ġew imneħħija mill-għażla (ara l-paragrafi 35I(a)); u

(iii)

l-ammont riklassifikat f'perjodu ta' rapportar għal qligħ jew telf min dħul komprensiv ieħor akkumulat għal assi finanzjarji li jkunu tneħħew mill-għażla (ara l-paragrafu 35j).

39M

Jekk entità tkun applikat l-approċ ta' sovrappożizzjoni meta tieħu f'kunsiderazzjoni l-investiment tagħha f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bl-użu tal-metodu tal-ekwità, l-entità għandha tiddivulga dan li ġej, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa mill-IFRS 12:

(a)

l-informazzjoni deskritta fil-paragrafi 39K-39L għal kull kumpanija assoċjata jew impriża konġunta li hi materjali għall-entità. L-ammonti żvelati għandhom ikunu dawk inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-IFRS tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-aġġustamenti li jkunu saru mill-entità meta tuża l-metodu tal-ekwità (ara l-paragrafu B14(a) tal-IFRS 12), pjuttost milli sehem l-entità minn dawk l-ammonti.

(b)

l-informazzjoni kwantitattiva deskritta fil-paragrafi 39K–39L(d) u 39L(f), u l-effett tar-riklassifikazzjoni deskritt fil-paragrafu 35B fuq il-qligħ jew it-telf u dħul komprensiv ieħor fl-aggregat għall-kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti immaterjali individwali. L-ammonti aggregati:

(i)

li jkunu żvelati għandhom ikunu s-sehem tal-entità minn dawk l-ammonti; u

(ii)

fil-każ ta' kumpaniji assoċjati għandhom ikunu żvelati separatament mill-ammonti aggregati żvelati fil-każ ta' impriżi konġunti.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

L-applikazzjoni tal-IFRS 4 u l-IFRS 9

Eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9

46.

L-applikazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarji IFRS 9 maI-IFRS 4 Kuntratti ta' Assigurazzjoni (Emendi għall-IFRS 4), maħruġa f'Settembru 2016, paragrafi 3 u 5 emendati, u żieda tal-paragrafi 20 A–20Q, 35 A u 39B–39J u l-intestaturi wara l-paragrafi 20, 20K, 20N u 39 A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi, li jippermettu lill-assiguraturi li jissodisfaw kriterji speċifiċi biex japplikaw eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara.

47.

Entità li tiżvela l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 39B–39J għandha tuża d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fl-IFRS 9 li jkunu rilevanti biex isiru l-valutazzjonijiet meħtieġa għal dan l-iżvelar. Id-data tal-applikazzjoni inizjali għal dak l-għan għandha titqies li tkun il-bidu tal-ewwel perijodu annwali li jibda fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara.

L-approċċ ta' sovrappostazzjoni

48.

L-applikazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarji IFRS 9 maI-IFRS 4 Kuntratti ta' Assigurazzjoni (Emendi għall-IFRS 4), maħruġa f'Settembru 2016, paragrafi 3 u 5 emendati, u żieda tal-paragrafi 35 A–35N u 39K–39M u l-intestaturi wara l-paragrafi 35 A, 35K, 35M u 39 J. Entità għandha tapplika dawk l-emendi, li jippermettu lill-assiguraturi sabiex japplikaw l-approċċ ta' sovrappożizzjoni għal assi finanzjarji magħżulai, meta tapplika l-IFRS 9 għall-ewwel darba (ara l-paragrafu 35C).

49.

Entità li tagħżel li tapplika l-approċċ ta' sovrappostazzjoni għandha:

(a)

tapplika dak l-approċċ b'mod retrospettiv għal assi finanzjarji magħżula mat-tranżizzjoni għall-IFRS 9. Għaldaqstant, pereżempju, l-entità għandha tirrikonoxxi bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ ta' dħul komprensiv akkumulat ieħor ammont ugwali għad-differenza bejn il-valur ġust tal-assi finanzjarji magħżula determinat bl-applikazzjoni tal-IFRS 9 u l-ammont miżmum fil-kotba tagħhom determinat bl-applikazzjoni tal-IAS 39.

(b)

tiddikjara mill-ġdid informazzjoni komparattiva biex jiġi rifless l-approċċ ta' sovrappożizzjoni jekk, u biss jekk, l-entità tiddikjara mill-ġdid informazzjoni komparattiva fl-applikazzjoni tal-IFRS 9.


(1)  Il-Bord ħareġ verżjonijiet suċċessivi tal-IFRS 9 fl-2009, l-2010, l-2013 u l-2014.


9.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/84


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1989

tas-6 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 12

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008.

(2)

Fid-19 ta' Jannar 2016, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 12 Taxxi fuq l-introjtu. L-emendi għandhom l-għan li jiċċaraw kif għandu jittieħed kont ta' assi ta' taxxa differita relatata ma' strumenti tad-dejn b'valur ġust.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju tikkonferma li l-emendi għall-IAS 12 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

L-IASB stabbilixxa d-data effettiva tal-emendi għall-IAS 12 mill-1 ta' Jannar 2017. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw b'mod retroattiv biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali għall-emittenti kkonċernati u l-konsistenza ma' standards oħra tal-kontabilità stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1126/2008.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 12 Taxxi fuq l-introjtu huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2017 jew wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1)


ANNESS

Rikonoxximent ta' Assi ta' Taxxa Differita għal Telf mhux Realizzat

(Emendi għall-IAS 12)

Emendi għall-IAS12 Taxxi fuq l-Introjtu

Il-paragrafu 29 huwa emendat u l-paragrafi 27A, 29A u 98G huma miżjuda. Huwa wkoll miżjud eżempju wara l-paragrafu 26. Il-paragrafi 24, 26(d), 27 u 28 ma ġewx emendati iżda huma inklużi għall-ħeffa ta' referenza.

Differenzi temporanji deduċibbli

24

Assi ta' taxxa differita għandu jkun rikonoxxut għad-differenzi temporanji kollha deduċibbli sal-punt fejn hu probabbli li se jkun hemm profitt taxxabbli li għalih tista' tintuża d-differenza temporanja deduċibbli, għajr jekk l-assi ta' taxxa differita joriġina mir-rikonoxximent inizjali ta' assi jew obbligazzjoni fi tranżazzjoni li:

(a)

mhijiex kombinament ta' negozji; kif ukoll

(b)

fiż-żmien tat-tranżazzjoni, la taffettwa l-profitt kontabilistiku u lanqas il-profitt taxxabbli (telf ta' taxxa).

Madankollu, għal differenzi temporanji deduċibbli assoċjati ma' investimenti f'sussidjarji, fergħat u assoċjati, u interessi f'arranġamenti konġunti, għandu jiġi rikonoxxut assi ta' taxxa differita skont il-paragrafu 44.

26

Dawn li ġejjin huma eżempji ta' differenzi temporanji deduċibbli li jirriżultaw f'assi ta' taxxa differita:

(a)

(d)

ċerti assi jistgħu jinżammu skont il-valur ġust, jew jistgħu jiġu rivalutati, mingħajr ma jsir aġġustament ekwivalenti għal finijiet tat-taxxa (ara l-paragrafu 20). Differenza temporanja deduċibbli tinħoloq jekk il-bażi għat-taxxa tal-assi taqbeż l-ammont miżmum fil-kotba tiegħu.

Eżempju li jispjega l-paragrafu 26(d)

L-identifikazzjoni ta' differenza temporanja deduċibbli fi tmiem is-Sena 2:

L-Entità A tixtri b'CU 1 000, fil-bidu tas-sena 1, strument ta' dejn b'valur nominali ta' CU 1 000 pagabbli mal-maturità f'ħames snin b'rata ta' imgħax ta' 2 % pagabbli fi tmiem kull sena. Ir-rata effettiva tal-imgħax hija ta' 2 %. L-istrument tad-dejn huwa mkejjel bil-valur ġust.

Fi tmiem is-Sena 2, il-valur ġust tal-istrument ta' dejn naqas għal CU918 bħala riżultat ta' żieda fir-rati tal-imgħax tas-suq għal 5 %. Ikun probabbli li l-Entità A tiġbor il-flussi ta' flus kuntrattwali kollha jekk hija tkompli żżomm l-istrument tad-dejn.

Kull qligħ (telf) fuq l-istrument ta' dejn huwa taxxabbli (deduċibbli) biss meta jiġi rrealizzat. Il-qligħ (telf) li jirriżulta mal-bejgħ jew il-maturità tal-istrument ta' dejn huwa kkalkulat għall-finijiet tat-taxxa bħala d-differenza bejn l-ammont miġbur u l-kost oriġinali tal-istrument tad-dejn.

Għaldaqstant, il-bażi għat-taxxa tal-istrument ta' dejn hija l-kost oriġinali tiegħu.

Id-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba ta' CU918 għall-istrument tad-dejn muri fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Entità A u l-bażi għat-taxxa tiegħu ta' CU 1 000 tagħti lok għal differenza temporanja deduċibbli ta' CU82 fi tmiem is-Sena 2 (ara l-paragrafi 20 u 26(d)), irrispettivament minn jekk l-Entità A tistenniex li tirkupra l-ammont miżmum fil-kotba tal-istrument tad-dejn permezz ta' bejgħ jew użu, jiġifieri billi żżommu u tiġbor il-flussi ta' flus kuntrattwali, jew taħlita tat-tnejn.

Dan huwa minħabba li d-differenzi temporanji deduċibbli huma differenzi bejn l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi jew obbligazzjoni fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja u l-bażi għat-taxxa tagħhom li jirriżultaw f'ammonti deduċibbli fil-kalkolu tal-profitt taxxabbli (telf ta' taxxa) ta' perjodi futuri meta l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi jew l-obbligazzjoni jiġi rkuprat jew saldat (ara l-paragrafu 5). L-Entità A tikseb tnaqqis ekwivalenti għall-bażi għat-taxxa tal-assi ta' CU 1 000 fil-kalkolu tal-profitt taxxabbli (telf ta' taxxa) jew mal-bejgħ jew mal-maturità.

27

It-treġġigħ lura ta' differenzi temporanji deduċibbli jirriżulta fi tnaqqis fil-kalkolu tal-profitti taxxabbli ta' perjodi futuri. Madankollu, benefiċċji ekonomiċi fil-forma ta' tnaqqis fil-pagamenti tat-taxxa jgħaddu għall-entità biss jekk tiggwadanja biżżejjed profitti taxxabbli biex tkun tista' ssir tpaċija tat-tnaqqis magħhom. Għalhekk, entità tirrikonoxxi assi ta' taxxa differita biss meta jkun probabbli li jkun hemm profitti taxxabbli biex id-differenzi temporanji deduċibbli jkunu jistgħu jintużaw għalihom.

27A

Meta entità tivvaluta jekk hux se jkun hemm profitti taxxabbli disponibbli li għalihom tista' tuża differenza temporanja deduċibbli, hija tqis jekk il-liġi tat-taxxa tillimitax is-sorsi tal-profitti taxxabbli li għalihom tista' tagħmel tnaqqis mat-treġġigħ lura ta' din id-differenza temporanja deduċibbli. Jekk il-liġi tat-taxxa ma timponi l-ebda restrizzjoni bħal din, entità tivvaluta differenza temporanja deduċibbli flimkien mad-differenzi temporanji deduċibbli l-oħra kollha tagħha. Madankollu, jekk il-liġi tat-taxxa tirrestrinġi l-użu tat-telf għal tnaqqis għal introjtu ta' tip speċifiku, differenza temporanja deduċibbli tiġi vvalutata flimkien biss ma' differenzi temporanji deduċibbli oħra tat-tip xieraq.

28

Huwa probabbli li jkun hemm profitt taxxabbli disponibbli li għalih differenza temporanja deduċibbli tkun tista' tintuża meta jkun hemm biżżejjed differenzi temporanji taxxabbli li jirrigwardaw l-istess awtorità ta' tassazzjoni u l-istess entità taxxabbli, li jkunu mistennija li jitreġġgħu lura:

(a)

fl-istess perjodu tat-treġġigħ lura mistenni tad-differenza temporanja deduċibbli; jew

(b)

f'perjodi li fihom telf ta' taxxa li jinħoloq mill-assi ta' taxxa differita jista' jiġi riportat lura jew 'il quddiem.

F'tali ċirkostanzi, l-assi ta' taxxa differita huwa rikonoxxut fil-perjodu li fih jinħolqu d-differenzi temporanji deduċibbli.

29

Meta ma jkunx hemm biżżejjed differenzi temporanji taxxabbli li jirrigwardaw istess awtorità ta' tassazzjoni u mal-istess entità taxxabbli, l-assi tat-taxxa differita huwa rikonoxxut sal-punt li:

(a)

ikun probabbli li l-entità jkollha biżżejjed profitt taxxabbli li jirrigwarda l-istess awtorità tat-tassazzjoni u l-istess entità taxxabbli fl-istess perjodu tat-treġġigħ lura tad-differenza temporanja deduċibbli (jew fil-perjodi li fihom telf ta' taxxa li jinħoloq mill-assi ta' taxxa differita jista' jiġi riportat lura jew 'il quddiem). Fl-evalwazzjoni ta' jekk ikunx se jkollha biżżejjed profitt taxxabbli fil-perjodi futuri, entità:

(i)

tqabbel id-differenzi temporanji deduċibbli mal-profitt taxxabbli futur li jeskludi t-tnaqqis tat-taxxa li jirriżulta mit-treġġigħ lura ta' dawk id-differenzi temporanji deduċibbli. Dan it-tqabbil juri sa liema punt il-profitt taxxabbli futur ikun suffiċjenti għall-entità sabiex tnaqqas l-ammonti li jirriżultaw mit-treġġigħ lura ta' dawk id-differenzi temporanji deduċibbli.

(ii)

tinjora l-ammonti taxxabbli li jirriżultaw minn differenzi temporanji deduċibbli li huma mistennija li joriġinaw f'perjodi futuri, minħabba li l-assi tat-taxxa differita li jirriżulta minn dawn id-differenzi temporanji deduċibbli jkun jeħtieġ huwa stess li jkun hemm profitt taxxabbli futur sabiex ikun jista' jintuża.

(b)

ikunu disponibbli opportunitajiet ta' ppjanar tat-taxxa għall-entità li joħolqu profitt taxxabbli f'perjodi xierqa.

29A

L-istima probabbli li jkun hemm profitt taxxabbli futur tista' tinkludi l-irkupru ta' xi assi ta' entità għal aktar mill-ammont miżmum fil-kotba tagħhom jekk ikun hemm evidenza biżżejjed li jkun probabbli li dan se jinkiseb mill-entità. Pereżempju, meta assi jitkejjel skont il-valur ġust, l-entità għandha tikkunsidra jekk ikunx hemm biżżejjed evidenza biex tikkonkludi li jkun probabbli li l-entità tirkupra l-assi għal aktar mill-ammont miżmum fil-kotba tiegħu. Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, meta entità tkun qed tistenna li żżomm strument tad-dejn b'rata fissa u tiġbor il-flussi ta' flus kuntrattwali.

DATA EFFETTIVA

98G

Ir-Rikonoxximent ta' Assi ta' Taxxa Differita għal Telf mhux Realizzat (Emendi għall-IAS 12), maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafu 29 u żied il-paragrafi 27A, 29A u l-eżempju wara l-paragrafu 26. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2017 jew wara. Applikazzjoni qabel din id-data hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, għandha tiddivulga dan il-fatt. Entità għandha tapplika dawn l-emendi retrospettivament skont l-IAS 8 Politiki ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji. Madankollu, mal-applikazzjoni inizjali tal-emenda, il-bidla fl-ekwità tal-bidu tal-aktar perjodu komparattiv bikri tista' tiġi rikonoxxuta fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew f'komponent ieħor ta' ekwità, skont il-każ), mingħajr ma tiġi allokata l-bidla bejn il-qligħ imfaddal tal-ftuħ u komponenti oħra ta' ekwità. Jekk entità tapplika dan it-tnaqqis, hija għandha tiddivulga dan il-fatt.


9.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/89


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1990

tas-6 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 7

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008.

(2)

Fid-29 ta' Jannar 2016, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 7 Rapport tal-Flussi tal-Flus. L-emendi huma maħsuba biex jiċċaraw l-IAS 7 biex titjieb l-informazzjoni pprovduta lill-utenti ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji rigward l-attivitajiet ta' finanzjament ta' entità.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju tikkonferma li l-emendi għall-IAS 7 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

L-IASB stabbilixxa d-data effettiva tal-emendi bħala l-1 ta' Jannar 2017. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta' Jannar 2017. Id-dispożizzjoni tar-retroattività hija meħtieġa biex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt għall-emittenti kkonċernati u konsistenza ma' standards oħrajn tal-kontabbiltà stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1126/2008.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 7 Rapport tal-Flussi tal-Flus hu emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2017 jew wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1)


ANNESS

Inizjattiva ta' Divulgazzjoni

(Emendi għall-IAS 7)

Emendi għall-IAS 7 Rapport tal-Flussi tal-Flus

Il-paragrafi 44A-44E u l-intestatura relatata huma miżjuda. Il-paragrafu 60 huwa wkoll miżjud.

BIDLIET F'OBBLIGAZZJONIJIET LI JIRRIŻULTAW MINN ATTIVITAJIET TA' FINANZJAMENT

44A

Entità għandha tipprovdi divulgazzjonijiet li jippermettu lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jevalwaw bidliet fl-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament, inklużi kemm il-bidliet li jirriżultaw minn bidliet fil-flussi ta' flus kif ukoll dawk li ma jirrigwardawx il-flus likwidi.

44B

Sa fejn ikun meħtieġ biex tissodisfa r-rekwiżit fil-paragrafu 44A, entità għandha tiddivulga l-bidliet li ġejjin fl-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament:

(a)

bidliet minn flussi tal-flus tal-finanzjament;

(b)

bidliet li jirriżultaw mill-kisba jew mit-telf ta' kontroll ta' sussidjarji jew ta' negozji oħra;

(c)

l-effett tal-bidliet fir-rati tal-kambju barranin;

(d)

bidliet fil-valur ġust; kif ukoll

(e)

bidliet oħrajn.

44C

Obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament huma obbligazzjonijiet li għalihom il-flussi ta' flus preżenti jew futuri jkunu ġew klassifikati fir-rapport tal-flussi ta' flus bħala flussi ta' flus minn attivitajiet ta' finanzjament. Barra minn hekk, ir-rekwiżit ta' divulgazzjoni fil-paragrafu 44a japplika wkoll għal bidliet f'assi finanzjarji (pereżempju, assi li jiħħeġġjaw obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament) jekk il-flussi ta' flus preżenti jew futuri minn dawk l-assi finanzjarji jkunu inklużi fi flussi ta' flus minn attivitajiet ta' finanzjament.

44D

Mod wieħed biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' divulgazzjoni fil-paragrafu 44A huwa li tiġi pprovduta rikonċiljazzjoni bejn il-bilanċ tal-ftuħ u dak tal-għeluq fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għal obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament, inklużi l-bidliet identifikati fil-paragrafu 44B. Fejn entità tiżvela tali rikonċiljazzjoni, hija għandha tipprovdi informazzjoni suffiċjenti biex tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jgħaqqdu elementi inklużi fir-rikonċiljazzjoni mar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja u mar-rapport tal-flussi tal-flus.

44E

Jekk entità tipprovdi d-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 44A flimkien ma' divulgazzjonijiet ta' bidliet f'assi u obbligazzjonijiet oħrajn, hija għandha tiddivulga l-bidliet fl-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament b'mod separat mill-bidliet f'dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet l-oħrajn.

DATA EFFETTIVA

60

L-Inizjattiva tad-Divulgazzjoni (Emendi għall-IAS 7), maħruġa f'Diċembru 2016, żiedet il-paragrafi 44A-44E. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew il-Ħadd, l-1 ta' Jannar 2017, jew wara. Applikazzjoni qabel din id-data hija permessa. Meta l-entità tapplika dawk l-emendi għall-ewwel darba, mhuwiex meħtieġ li tipprovdi informazzjoni komparattiva għal perjodi preċedenti.