ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 289

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
8 ta' Novembru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1997 tas-7 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 u (UE) 2016/185 li jestendu d-dazju kumpensatorju u antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/1998 tas-6 ta' Novembru 2017 li taħtar membru, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1999 tas-6 ta' Novembru 2017 li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju tal-Belġju, fil-Kumitat tar-Reġjuni

8

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2000 tas-6 ta' Novembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2017) 7467)  ( 1 )

9

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1997

tas-7 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 u (UE) 2016/185 li jestendu d-dazju kumpensatorju u antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikoli 11(4) u 13(4) tiegħu, u r-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikoli 23(6) u 24(5) tiegħu,

Billi:

A.   MIŻURI FIS-SEĦĦ

(1)

Fit-2 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill impona miżuri antidumping (3) u kompensatorji (4) fuq il-moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin jew pannelli u ċelloli tat-tip użat f'moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew huma kkonsenjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-miżuri oriġinali”).

(2)

Fil-11 ta' Frar 2016, il-Kummissjoni estendiet dawk il-miżuri għal importazzjonijiet tal-moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) konsenjati mill-Malasja u t-Tajwan, sew jekk huma ddikjarati li joriġinaw fil-Malasja u t-Tajwan u sew jekk le, bl-eċċezzjoni ta' importazzjonijiet prodotti minn ċerti kumpaniji msemmija speċifikament(“il-miżuri estiżi”) (5).

(3)

Fil-5 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni bdiet rieżamijiet ta' skadenza tal-miżuri antidumping oriġinali (6) u kumpensatorji (7) kif ukoll rieżami interim parzjali ta' dawk il-miżuri (8). Sussegwentement, fl-1 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni imponiet dazji antidumping u kumpensatorji għal perjodu ta' 18-il xahar (“il-miżuri kontinwi”) u temmet ir-rieżami interim parzjali (9).

(4)

Fit-3 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni nediet rieżami interim parzjali limitat għall-forma u l-livell tal-miżuri kontinwi (10). Wara dan ir-rieżami, il-Kummissjoni emendat il-miżuri kontinwi b'effett mill-15-il jum wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1570 (11).

(5)

B'hekk, il-miżuri kompensatorji u antidumping fis-seħħ attwalment huma dawk imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 u bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/367, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1570.

B.   PROĊEDURA

1.   Il-bidu

(6)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/242 (12) (“ir-Regolament tal-Bidu”), il-Kummissjoni bdiet rieżami tal-miżuri estiżi għall-fini tad-determinazzjoni tal-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawn il-miżuri lil Jinko Solar Technology SDN.BHD (“l-applikant” jew “Jinko Malasja”), produttur esportatur Malasjan ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli). Ir-Regolament li ta bidu għar-rieżami ħassar ukoll id-dazji antidumping rigward l-applikant, u għamel l-importazzjonijiet minnu soġġetti għar-reġistrazzjoni.

(7)

Ir-rieżami nbeda wara talba ppreżentata mill-applikant, li kien fiha biżżejjed evidenza prima facie biex issostni l-pretensjoni tal-applikant li hu kien produttur esportatur ġdid u ssodisfa l-kriterji għal eżenzjoni skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 23(6) tar-Regolament antisussidji bażiku, jiġifieri:

li ma esportax il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri estiżi, jiġifieri mill-1 ta' April 2014 sal-31 ta' Marzu 2015,

li ma kienx involut fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni, u

li daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni.

2.   Il-prodott li qed jiġi rieżaminat

(8)

Il-prodott taħt rieżami huwa moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċ-ċelloli tat-tip użat fil-moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin (iċ-ċelloli għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru), konsinjati mill-Malasja jew it-Tajwan, kemm jekk huma ddikjarati li joriġinaw mill-Malasja jew mit-Tajwan u kemm jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-Kodiċijiet NM ex 8501 31 00, ex 8501 32 00, ex 8501 33 00, ex 8501 34 00, ex 8501 61 20, ex 8501 61 80, ex 8501 62 00, ex 8501 63 00, ex 8501 64 00 u ex 8541 40 90.

(9)

It-tipi ta' prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott rieżaminat:

ċarġers solari li jikkonsistu f'inqas minn sitt ċelloli, huma portabbli u jfornu elettriku f'apparati jew jiċċarġjaw batteriji,

prodotti fotovoltajċi b'rita rqiqa,

prodotti fotovoltajċi tas-siliċju kristallin li huma integrati b'mod permanenti fi prodotti elettriċi, fejn il-funzjoni tal-prodotti elettriċi hija differenti mill-ġenerazzjoni tal-enerġija, u fejn dawn il-prodotti elettriċi jikkunsmaw l-elettriku ġġenerat miċ-ċellola/i fotovoltajka/ċi integrata/i tas-siliċju kristallin,

moduli jew pannelli b'vultaġġ ta' output li ma jaqbiżx 50 V DC u output ta' enerġija li ma jaqbiżx 50 W unikament għal użu dirett bħala ċarġers tal-batteriji f'sistemi bl-istess karatteristiċi ta' vultaġġ u enerġija.

3.   Perjodu ta' Rapportar

(10)

Il-perjodu tar-rapportar kopra l-perjodu mill-1 ta' April 2014 sal-31 ta' Diċembru 2016.

4.   Investigazzjoni

(11)

Il-Kummissjoni avżat lil Jinko Solar Technology SDN.BHD, l-industrija tal-Unjoni rrappreżentata mill-ilmentatur fl-investigazzjoni oriġinali (EU ProSun) u r-rappreżentanti tal-Malasja u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bil-bidu tar-rieżami.

(12)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għall-finijiet tar-rieżami. B'mod partikolari, hija rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand l-applikant u l-kumpanija tal-bejgħ relatata tiegħu, Jinko Solar Technology Limited (Ħong Kong) (“Jinko HK”). Saret żjara ta' verifika fl-istabbiliment tal-applikant fil-Malasja. Fir-rigward ta' Jinko HK, il-Kummissjoni ġiet informata matul l-investigazzjoni li, anki jekk din il-kumpanija hija stabbilita f'Ħong Kong, id-dokumentazzjoni kollha tal-bejgħ tal-esportazzjoni kienet miżmuma mill-kumpanija relatata tagħha, Jinko Solar Co., Ltd., fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”). Għaldaqstant, twettqet ukoll żjara ta' verifika fir-rigward tal-bejgħ għall-esportazzjoni fl-istabbiliment tal-kumpanija relatata tagħha f'Shanghai, iċ-Ċina.

C.   IS-SEJBIET

(13)

Is-sejbiet tal-investigazzjoni wrew li Jinko Malasja huwa produttur ġenwin Malasjan ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli li ġie inkorporatat f'Jannar 2015 u li beda l-produzzjoni kummerċjali ta' moduli u ċelloli f'Ġunju/Lulju tal-istess sena.

(14)

Matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni stabbilixxiet li Jinko Malasja ma esportax il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri estiżi, jiġifieri mill-1 ta' April 2014 sal-31 ta' Marzu 2015. Hija stabbilixxiet ukoll li Jinko Malasja ma xtarax il-prodott li qed jiġi rieżaminat miċ-Ċina għal aktar bejgħ jew trasbord lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, Jinko Malasja ma kienx esporta l-prodott li qed jiġi rieżaminat lejn l-Unjoni sa tmiem il-perjodu tar-rapportar, jiġifieri l-31 ta' Diċembru 2016.

(15)

Madankollu, Jinko Malasja f'Ottubru 2016 daħal f'kuntratt biex jesporta volumi sinifikanti tal-prodott li qed jiġi rieżaminat lejn l-Unjoni. Skont it-termini kuntrattwali, il-kunsinna ta' dawn il-volumi hija sospiża sakemm issir l-investigazzjoni ta' rieżami.

(16)

Il-Kummissjoni ħadet nota li l-applikant huwa sussidjarju possedut kollu minn Jinko Solar Co., Ltd., produttur Ċiniż tal-prodott taħt rieżami li bħalissa huwa suġġett għall-miżuri oriġinali, kif emendati. Kif indikat fir-Regolament tal-Bidu, il-Kummissjoni eżaminat bir-reqqa din ir-relazzjoni u vverifikat jekk Jinko Malasja kienx stabbilit jew użat għaċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri eżistenti.

(17)

Jinko Solar Co., Ltd. huwa parti minn grupp ta' negozji akbar li jappartjenu lil Jinko Solar Holding Co., Ltd. Din il-kumpanija hija inkorporata fil-Gżejjer Cayman u l-ishma tagħha huma kkwotati fil-Borża ta' New York. Il-Jinko Solar Group għandu preżenza mad-dinja kollha u faċilitajiet ta' produzzjoni f'diversi pajjiżi, attwalment fiċ-Ċina, il-Portugall, l-Afrika t'Isfel u l-Malasja. Skont il-minuti tal-Bord tad-Diretturi mill-2014, l-istrateġija tan-negozju tal-Grupp f'dawn l-aħħar snin hija li jkomplu jiżdiedu l-faċilitajiet ta' produzzjoni barra mill-pajjiż u li jiġu mwaqqfa faċilitajiet bħal dawn f'pajjiżi b'potenzjal qawwi ta' żvilupp tal-proġett. Bħala parti minn din l-istrateġija tan-negozju, il-Bord tad-Diretturi fl-istess sena ddeċieda li jistabbilixxi impjant tal-manifattura fil-Malasja.

(18)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbilixxiet li Jinko Malasja huwa produttur ġenwin tal-prodott taħt rieżami b'faċilitajiet tal-produzzjoni kompleti u tal-ogħla livell kemm għaċ-ċelloli kif ukoll għall-moduli, inklużi r-riċerka u l-iżvilupp. Huwa ma kienx involut f'attivitajiet ta' ċirkomvenzjoni, bħal trasbord, operazzjonijiet ta' assemblaġġ jew bejgħ mill-ġdid ta' moduli jew ċelloli fotovoltajċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina lejn l-Unjoni.

(19)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li Jinko Malasja la kien stabbilit u lanqas intuża għaċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri oriġinali u li s-sjieda Ċiniża, fiha nfisha, ma kinitx tikkostitwixxi raġuni biex tiġi rifjutata l-applikazzjoni.

(20)

F'dan l-isfond, il-Kummissjoni ma sabitx li kien neċessarju li timponi kundizzjonijiet ta' monitoraġġ partikolari f'każ li l-eżenzjoni tingħata. Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa ta' din l-eżenzjoni, il-Kummissjoni qieset li jkun xieraq li jiġu applikati miżuri speċjali applikabbli għall-kumpaniji kollha li ġew mogħtija eżenzjonijiet. Dawn il-miżuri speċjali huma r-rekwiżit tal-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/184 u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/185. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b'fattura bħal din gћandhom ikunu suġġetti gћad-dazju tad-dumping u kumpensatorju estiż rispettivament.

(21)

Fid-dawl tas-sejbiet deskritti fil-premessi minn (13) sa (19), il-Kummissjoni kkonkludiet li Jinko Solar Technology SDN.BHD jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 23(6) tar-Regolament antisussidji bażiku u jenħtieġ li jkun eżenti mill-miżuri estiżi.

(22)

Is-sejbiet ta' hawn fuq kienu żvelati lill-applikant u lill-partijiet oħra interessati, li ngħataw l-opportunità li jgħaddu l-kummenti. L-applikant biss wieġeb, b'kummenti żgħar ta' natura teknika.

D.   IL-MODIFIKA TAL-LISTA TA' KUMPANIJI LI JIBBENEFIKAW MINN EŻENZJONI GĦALL-MIŻURI ESTIŻI

(23)

Meta wieħed iqis is-sejbiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kumpanija Jinko Solar Technology SDN.BHD jenħtieġ li tiżdied mal-lista ta' kumpaniji li huma eżentati mid-dazju kumpensatorju u mid-dazju antidumping imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185, rispettivament.

(24)

Għaldaqstant, Jinko Solar Technology SDN.BHD jenħtieġ li jiżdied mal-lista ta' kumpaniji identifikati individwalment fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 u l-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185.

(25)

Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-eżenzjoni hija kondizzjonali fuq il-konformità mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 u fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185.

(26)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tabella li tidher fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 tinbidel bit-tabella li ġejja:

Il-pajjiż

Il-kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

Il-Malasja

AUO — SunPower Sdn. Bhd.

Flextronics Shah Alam Sdn. Bhd.

Hanwha Q CELLS Malaysia Sdn. Bhd.

Panasonic Energy Malaysia Sdn. Bhd.

TS Solartech Sdn. Bhd.

Jinko Solar Technology SDN.BHD

C073

C074

C075

C076

C077

C203

It-Tajwan

ANJI Technology Co., Ltd.

AU Optronics Corporation

Big Sun Energy Technology Inc.

EEPV Corp.

E-TON Solar Tech. Co., Ltd.

Gintech Energy Corporation

Gintung Energy Corporation

Inventec Energy Corporation

Inventec Solar Energy Corporation

LOF Solar Corp.

Ming Hwei Energy Co., Ltd.

Motech Industries, Inc.

Neo Solar Power Corporation

Perfect Source Technology Corp.

Ritek Corporation

Sino-American Silicon Products Inc.

Solartech Energy Corp.

Sunengine Corporation Ltd.

Topcell Solar International Co., Ltd.

TSEC Corporation

Win Win Precision Technology Co., Ltd.

C058

C059

C078

C079

C080

C081

C082

C083

C084

C085

C086

C087

C088

C089

C090

C091

C092

C093

C094

C095

C096

Artikolu 2

It-tabella li tidher fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185 tinbidel bit-tabella li ġejja:

Il-pajjiż

Il-kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

Il-Malasja

AUO — SunPower Sdn. Bhd.

Flextronics Shah Alam Sdn. Bhd.

Hanwha Q CELLS Malaysia Sdn. Bhd.

Panasonic Energy Malaysia Sdn. Bhd.

TS Solartech Sdn. Bhd.

Jinko Solar Technology SDN.BHD

C073

C074

C075

C076

C077

C203

It-Tajwan

ANJI Technology Co., Ltd.

AU Optronics Corporation

Big Sun Energy Technology Inc.

EEPV Corp.

E-TON Solar Tech. Co., Ltd.

Gintech Energy Corporation

Gintung Energy Corporation

Inventec Energy Corporation

Inventec Solar Energy Corporation

LOF Solar Corp.

Ming Hwei Energy Co., Ltd.

Motech Industries, Inc.

Neo Solar Power Corporation

Perfect Source Technology Corp.

Ritek Corporation

Sino-American Silicon Products Inc.

Solartech Energy Corp.

Sunengine Corporation Ltd.

Topcell Solar International Co., Ltd.

TSEC Corporation

Win Win Precision Technology Co., Ltd.

C058

C059

C078

C079

C080

C081

C082

C083

C084

C085

C086

C087

C088

C089

C090

C091

C092

C093

C094

C095

C096

Artikolu 3

L-awtoritajiet doganali huma mitluba jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/242. Ebda dazju tal-antidumping ma għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet irreġistrati b'dan il-mod.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/184 tal-11 ta' Frar 2016 li jestendi d-dazju definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta' Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le (ĠU L 37, 12.2.2016, p. 56) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/185 tal-11 ta' Frar 2016 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta' Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le (ĠU L 37, 12.2.2016, p. 76).

(6)  Notifika ta' bidu 2015/C 405/08 (ĠU C 405, 5.12.2015, p. 8).

(7)  Notifika ta' bidu 2015/C 405/09 (ĠU C 405, 5.12.2015, p. 20).

(8)  Notifika ta' bidu 2015/C 405/10 (ĠU C 405, 5.12.2015, p. 33).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 tal-1 ta' Marzu 2017 li jimponi dazji kumpensatorji fuq l-importazzjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-skadenza skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2016/1037 (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1), u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/367 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 131).

(10)  ĠU C 67, 3.3.2017, p. 16.

(11)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1570 tal-15 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 li jimponu dazji antidumping u kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jirrevoka d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi (ĠU L 238, 16.9.2017, p. 22).

(12)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/242 tal-10 ta' Frar 2017 li jagħti bidu għal rieżami tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 u (UE) 2016/185 (li jestendu d-dazji antidumping u kompensatorji definittivi imposti fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le) għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil produttur esportatur Malasjan partikolari, li jitħassar id-dazju antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet minn dak il-produttur esportatur u li l-importazzjonijiet minn dak il-produttur esportatur isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 47).


DEĊIŻJONIJIET

8.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2017/1998

tas-6 ta' Novembru 2017

li taħtar membru, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Settembru 2015 u fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/1600 (1) u (UE, Euratom) 2015/1790 (2) li jaħtru l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Catalina Ana VICENS GUILLÉN, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura María NIKOLOPOULOU, Comisiones Obreras (CC.OO), hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TAMM


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1600 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 53).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1790 tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 23).


8.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1999

tas-6 ta' Novembru 2017

li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju tal-Belġju, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Jean-François ISTASSE, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Rudy DEMOTTE, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Marc HENDRICKX bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Marc HENDRICKX, Lid van het Vlaams Parlement,

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Jan VAN ESBROECK, Lid van het Vlaams Parlement,

Is-Sur Jean-François ISTASSE, Conseiller communal de Verviers.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TAMM


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


8.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/9


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2000

tas-6 ta' Novembru 2017

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2017) 7467)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”) u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE jridu jinkludu minn tal-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu minn tal-inqas sad-dati stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għal dawk iż-żoni.

(3)

Mid-data tal-adozzjoni tagħha 'l hawn, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata diversi drabi sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-influwenza avjarja. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 (5) sabiex jiġu stabbiliti r-regoli fir-rigward tad-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247. Dik l-emenda qieset il-fatt li l-flieles ta' ġurnata jirrappreżentaw riskju baxx ħafna ta' tixrid tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja meta mqabbla ma' prodotti bażiċi oħra tat-tjur.

(4)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata wkoll sussegwentement bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 (6) sabiex jissaħħu l-miżuri ta' kontroll tal-mard applikabbli fejn hemm riskju ikbar ta' tixrid tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. B'konsegwenza ta' dan, issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi l-istabbiliment fil-livell tal-Unjoni ta' żoni ristretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE, wara tifqigħa jew tifqigħatta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja, u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom. Issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll ir-regoli għad-dispaċċ ta' tjur ħaj, ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tifqis miż-żoni ristretti oħra lejn Stati Membri oħra, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(5)

Barra minn hekk, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat diversi drabi sabiex jitqiesu l-bidliet fil-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1969 (7), wara n-notifika minn żewġ Stati Membri, mill-Italja fir-rigward ta' tifqigħat ulterjuri ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja fir-reġjuni tal-Lombardija u tal-Veneto u mill-Bulgarija fir-rigward ta' tifqigħa ulterjuri ta' din il-marda fir-reġjun ta' Haskovo. L-Italja u l-Bulgarija nnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni bl-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi tat-tjur infettati skont id-Direttiva 2005/94/KE.

(6)

Mid-data li fiha saret l-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1969 'il hawn, l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ġodda ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-azjendi tat-tjur li jinsabu fir-reġjun tal-Lombardija ta' dak l-Istat Membru. L-Italja nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħew dawk it-tifqigħat reċenti, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi kollha tat-tjur infettati.

(7)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri li ħadet l-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dak l-Istat Membru, u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Italja qegħdin 'il bogħod biżżejjed minn kwalunkwe azjenda tat-tjur li fiha kienet ġiet ikkonfermata tifqigħa ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8.

(8)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex tiġi evitata l-impożizzjoni minn pajjiżi terzi ta' ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni, flimkien mal-Italja, jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fl-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dak l-Istat Membru. Għaldaqstant jenħtieġ li l-entrati għall-Italja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġu aġġornati sabiex iqisu s-sitwazzjoni epidemjoloġika aġġornata f'dak l-Istat Membru fir-rigward ta' dik il-marda. B'mod partikolari, jenħtieġ li mal-listi fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiżdiedu entrati ġodda għaż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fir-reġjun tal-Lombardija fl-Italja, li issa huwa soġġett għal restrizzjonijiet skont id-Direttiva 2005/94/KE.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu inklużi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fl-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dak l-Istat Membru, u d-durata tar-restrizzjonijiet applikabbli fihom.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 261, 11.10.2017, p. 26).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1969 tas-27 ta' Ottubru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 279, 28.10.2017, p. 56).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A, l-entrata għall-Italja tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Stat Membru: l-Italja

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

The area of the parts of Emilia Romagna Region (ADNS 17/0042) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N44,841419 E12,076444

7.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0044) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,722409 E9,919093

1.11.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0045) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,290336 E11,519548

31.10.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0046) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,756437 E9,455312

4.11.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0047) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,349331 E11,62633

3.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0048) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,29094 E10,155602

3.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0049) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,83366 E9,569411

6.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0050) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.29899 E10.160651

7.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0051) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N46,159367 E 9,952605

6.11.2017

The area of the parts of Lombardia and Veneto Regions (ADNS 17/0052) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,265801 E10.648984

8.11.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0053) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,380042 E11,797878

9.11.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0054) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,367753 E 11,845547

9.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0055) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,273174 E10,147377

15.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0056) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,258721 E10,137106

12.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0057) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,715443 E9,908386

15.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0058) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,53889 E9,344072

15.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0059) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,288632 E10,352774

18.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0060) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,275251 E10,160212

28.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0061) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,273215 E10,15843

28.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0062) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,279373 E10,243124

28.11.2017”

(2)

fil-Parti B, l-entrata għall-Italja tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Stat Membru: l-Italja

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

The area of the parts of Emilia Romagna Region (ADNS 17/0042) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N44,841419 E12,076444

Mit-8.11.2017 sas-16.11.2017

The area of the parts of Emilia Romagna Region (ADNS 17/0042) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N44,841419 E12,076444

16.11.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0043) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,307356 E11,503742

Mill-31.10.2017 sat-8.11.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0043) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 45,307356 E 11,503742

8.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0044) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,722409 E9,919093

Mit-2.11.2017 sal-10.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0044) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,722409 E9,919093

10.11.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0045) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,290336 E11,519548

Mill-1.11.2017 sad-9.11.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0045) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,290336 E11,519548

9.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0046) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.756437 E9.455312

Mill-5.11.2017 sat-13.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0046) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.756437 E9.455312

13.11.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0047) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,349331 E11,62633

Mill-4.11.2017 sat-12.11.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0047) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,349331 E11,62633

12.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0048) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.29094 E10.155602

Mill-4.11.2017 sat-12.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0048) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.29094 E10.155602

12.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0049) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,83366 E9,569411

Mill-7.11.2017 sal-15.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0049) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,83366 E9,569411

15.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0050) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,29899 E10,160651

Mit-8.11.2017 sas-16.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0050) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,29899 E10,160651

16.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0051) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N46,159367 E9,952605

Mis-7.11.2017 sal-15.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0051) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N46,159367 E9,952605

15.11.2017

The area of the parts of Lombardia and Veneto Regions (ADNS 17/0052) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,265801 E10,648984

Mid-9.11.2017 sas-17.11.2017

The area of the parts of Lombardia and Veneto Regions (ADNS 17/0052) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,265801 E10,648984

17.11.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0053) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,380042 E11,797878

Mill-10.11.2017 sat-18.11.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0053) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,380042 E11,797878

18.11.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0054) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,367753 E 11,845547

Mill-10.11.2017 sat-18.11.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0054) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,367753 E 11,845547

18.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0055) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,273174 E10,147377

Mis-16.11.2017 sal-24.11.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0055) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,27317 E10,147377

24.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0056) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,258721 E10,137106

Mit-13.11.2017 sal-21.11.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0056) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,258721 E10,137106

21.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0057) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,715443 E9,908386

Mis-16.11.2017 sal-24.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0057) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,715443 E9,908386

24.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0058) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 45,53889 E9,344072

Mis-16.11.2017 sal-24.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0058) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 45,53889 E9,344072

24.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0059) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,288632 E10,352774

Mid-19.11.2017 sas-27.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0059) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,288632 E10,352774

27.11.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0060) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,275251 E10,160212

Mid-29.11.2017 sas-7.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0060) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,275251 E10,160212

7.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0061) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,273215 E10,15843

Mid-29.11.2017 sas-7.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0061) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,273215 E10,15843

7.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0062) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,279373 E 10,243124

Mid-29.11.2017 sas-7.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0062) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,279373 E 10,243124

7.12.2017”