ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 276

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
26 ta' Ottubru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1942 tal-25 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 747/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1943 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni u r-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni tad-ditti tal-investiment ( 1 )

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1944 tat-13 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' forom, formoli u proċeduri standard għall-proċess ta' konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti fir-rigward tan-notifika ta' akkwiżizzjoni proposta ta' parteċipazzjoni kwalifikanti f'ditta tal-investiment konformi mad-Direttivi 2004/39/KE u 2014/65/UE u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1945 tad-19 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' notifiki minn u lill-applikanti u ditti tal-investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

22

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1946 tal-11 ta' Lulju 2017 li jissupplimenta d-Direttivi 2004/39/KE u 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal lista eżawrjenti ta' informazzjoni li għandha tkun inkluża mill-akkwirenti proposti fin-notifika ta' akkwiżizzjoni proposta ta' parteċipazzjoni kwalifikanti f'ditta tal-investiment ( 1 )

32

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1947 tat-23 ta' Ottubru 2017 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi, fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim

44

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1948 tal-25 ta' Ottubru 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/450/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan

60

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1949 tal-25 ta' Ottubru 2017 li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/715/UE li tidentifika pajjiż terz li l-Kummissjoni tqis li huwa pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

62

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 204/16/COL tat-23 ta' Novembru 2016 dwar għajnuna illegali mill-Istat li allegatament ingħatat lil Íslandsbanki hf. u Arion Bank hf. permezz ta' ftehimiet ta' self f'termini allegatament preferenzjali (L-Iżlanda) [2017/1950]

64

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 517/2011 tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza ta' ċerti serotipi tas-Salmonella fit-tiġieġ għall-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2160/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 ( ĠU L 138, 26.5.2011 )

78

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1942

tal-25 ta' Ottubru 2017

li jimplimenta l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 747/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 747/2014 tal-10 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 131/2004 u (KE) Nru 1184/2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 747/2014.

(2)

Fis-17 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1591 (2005) aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 747/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 747/2014 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU L 203, 11.7.2014, p. 1.


ANNESS

L-entrata li tikkonċerna lil “ALNSIEM, Musa Hilal Abdalla” hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

“2.

ALNSIEM, Musa Hilal Abdalla

Psewdonimu: a) Sheikh Musa Hilal; b) Abd Allah; c) Abdallah; d) AlNasim; e) Al Nasim; f) AlNaseem; g) Al Naseem; h) AlNasseem; i) Al Nasseem

Deżinjazzjoni: a) kien Membru tal-Assemblea Nazzjonali tas-Sudan mid-distrett ta' Al-Waha; b) kien konsulent speċjali fil-Ministeru tal-Affarijiet Federali; c) Kap Suprem tat-Tribù ta' Mahamid fit-Tramuntana ta' Darfur

Data tat-twelid: a) 01 ta' Jannar 1964; b) 1959

Post tat-twelid: Kutum

Nazzjonalità: Is-Sudan

Indirizz: a) Kabkabiya, is-Sudan; b) Kutum, is-Sudan (Residenti f'Kabkabiya u l-belt ta' Kutum, fit-Tramuntana ta' Darfur u għex f'Khartoum).

Passaport: a) Passaport Diplomatiku D014433, maħruġ fil-21 ta' Frar 2013 (Skada fil-21 ta' Frar 2015); b) Passaport Diplomatiku D009889, maħruġ fis-17 ta' Frar 2011 (Skada fis-17 ta' Frar 2013).

Identifikazzjoni: Ċertifikat ta' Nazzjonalità A0680623.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU:25 ta' April 2006.

Informazzjoni oħra: Link tal-Internet tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5795065

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Alnsiem ġie elenkat fil-25 ta' April 2006 mill-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni 1672 (2006) bħala ‘Kap Suprem tat-Tribù ta’ Jalul fit-Tramuntana ta' Darfur'.

Rapport mill-Human Rights Watch jiddikjara li għandhom memorandum iddatat it-13 ta' Frar 2004 minn uffiċċju tal-gvern lokali fit-Tramuntana ta' Darfur li jordna lill-‘unitajiet tas-sigurtà fil-lokalità’ biex ‘jippermettu li l-attivitajiet tal-mujahideen u l-voluntiera taħt il-kmand tax-Xejk Musa Hilal jipproċedu fiż-żoni tat-[Tramuntana ta' Darfur] u jiżguraw il-ħtiġijiet vitali tagħhom’. Fit-28 ta' Settembru 2005, 400 milizzja Għarbija attakkaw il-villaġġi ta' Aro Sharrow (inkluż il-kamp tiegħu ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP)), Acho, u Gozmena f'Darfur tal-Punent. Aħna nemmnu wkoll li Musa Hilal kien preżenti waqt l-attakk fuq il-kamp tal-IDP ta' Aro Sharrow: ibnu kien inqatel waqt l-attakk tal-Armata tal-Liberazzjoni Sudaniża (SLA) fuq Shareia, jiġifieri issa kien involut fi ġlieda personali marbuta mal-familja. Hemm raġunijiet validi biex wieħed jemmen li bħala l-Kap Suprem huwa kellu responsabbiltà diretta għal dawn l-azzjonijiet u huwa responsabbli għal ksur tad-dritt internazzjonali umanitarju u dwar id-drittijiet tal-bniedem u għal atroċitajiet oħra.”


26.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/4


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1943

tal-14 ta' Lulju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni u r-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni tad-ditti tal-investiment

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu valutazzjoni bir-reqqa bħala parti mill-proċess għall-għoti u r-rifjut ta' talbiet għall-awtorizzazzjoni ta' ditti tal-investiment, applikant ikun meħtieġ jissottometti lill-awtorità kompetenti informazzjoni preċiża meta jagħmel it-talba inizjali għal awtorizzazzjoni. L-awtorità kompetenti jeħtiġilha żżomm id-dritt li titlob informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikant matul il-proċess tal-valutazzjoni skont il-kriterji u l-iskedi ta' żmien stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE.

(2)

Sabiex ikun żgurat li l-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti tkun ibbażata fuq informazzjoni preċiża, huwa essenzjali li l-applikant jipprovdi kopji tad-dokumenti korporattivi tiegħu, inkluż kopja ċertifikata tal-istrument ta' inkorporazzjoni, digrieti u l-artikoli ta' assoċjazzjoni u kopja tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija fir-reġistru nazzjonali tal-kumpaniji.

(3)

L-applikant għandu jippreżenta informazzjoni dwar is-sorsi tal-kapital disponibbli, inklużi l-mezzi użati għat-trasferiment ta' riżorsi finanzjarji meta jkunu qed jiġi ġġenerat kapital, biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw li r-rekwiżiti rilevanti kollha fil-qasam tal-kriminalità finanzjarja jkunu ġew irrispettati.

(4)

Entitajiet li jkunu għadhom kif ġew stabbiliti, meta jippreżentaw applikazzjoni, jista' jkun li jkunu f'pożizzjoni li jagħtu biss informazzjoni dwar kif se jiġi ġġenerat il-kapital u t-tipi u l-ammont ta' kapital li se jiġi ġġenerat. Madankollu għandha tingħata evidenza ta' kapital azzjonarju mħallas u tipi oħra ta' kapital iġġenerat, flimkien ma' informazzjoni dwar is-sorsi ta' kapital, lill-awtoritajiet kompetenti, bil-għan li tinkiseb awtorizzazzjoni, qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni. Din l-evidenza tista' tinkludi kopji ta' strumenti kapitali rilevanti u rapporti korrispondenti mill-bank.

(5)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw ir-reputazzjoni ta' kwalunkwe persuna li se tidderiġi l-operat tad-ditta tal-investiment, tal-azzjonisti proposti u tal-membri b'parteċipazzjonijiet kwalifikanti huwa importanti li l-applikant jintalab jipprovdi informazzjoni dwar dawn il-persuni.

(6)

Sabiex tiġi vvalutata l-esperjenza ta' kwalunkwe persuna li se tidderieġi l-operat tad-ditta ta' investiment, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu ppreżentati mill-applikant b'informazzjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali rilevanti u l-esperjenza professjonali tal-membri tal-korp maniġerjali u tal-persuni li effettivament jidderieġu l-operat u tas-setgħat relatati tagħhom u dwar kwalunkwe prokura.

(7)

L-informazzjoni finanzjarja dwar id-ditta tal-investiment għandha tiġi ppreżentata minn applikant lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn ikunu jistgħu jivvalutaw is-sodezza finanzjarja ta' dik id-ditta ta' investiment.

(8)

Peress li, fiż-żmien tal-applikazzjoni, impriżi li jkun għadhom kif ġew stabbiliti jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jipprovdu informazzjoni dwar l-awdituri; dawk l-applikanti għandhom ikunu eżentati milli jipprovdu din l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti ħlief jekk l-awdituri jkunu diġà ġew maħtura.

(9)

L-informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tal-istruttura organizzazzjonali tad-ditta tal-investiment għandha tinkludi dettalji dwar is-sistema ta' kontroll intern, dwar il-miżuri biex jiġu identifikati l-kunflitti ta' interess, u dwar l-arranġamenti li jissalvagwardjaw l-assi tal-klijenti, sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tivvaluta jekk dik id-ditta ta' investiment hix se tkun kapaċi tikkonforma mal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/65/UE.

(10)

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jawtorizzaw bħala ditta ta' investiment persuna fiżika jew persuna ġuridika mmaniġġjata minn persuna fiżika waħda. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni applikabbli għall-immaniġġjar tad-ditti tal-investiment li jkunu persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi mmaniġġjati minn persuna fiżika waħda.

(11)

Sabiex ikun hemm ċertezza, ċarezza u prevedibbiltà legali fir-rigward tal-proċess ta' awtorizzazzjoni, huwa xieraq li l-kriterji li fuqhom l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw l-adegwatezza tal-azzjonisti jew tal-membri b'parteċipazzjonijiet kwalifikanti, meta jawtorizzaw ditta ta' investiment, ikunu l-istess kriterji stabbiliti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2014/65/UE għall-valutazzjoni ta' akkwist propost. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-azzjonisti jew tal-membri b'parteċipazzjonijiet kwalifikanti u s-sodezza finanzjarja ta' ditta filwaqt li jqisu kriterji dwar ir-reputazzjoni u l-esperjenza tal-persuni li jidderieġu l-operat tad-ditta tal-investiment u s-sodezza finanzjarja tad-ditta.

(12)

Sabiex jiġu identifikati l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-kumplessità u t-trasparenza tal-istruttura tal-grupp tad-ditta tal-investiment, il-post ġeografiku tal-entitajiet tal-grupp u l-attivitajiet li jwettqu l-entitajiet tal-grupp.

(13)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tapplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(14)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data.

(15)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(16)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 ta' dak ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Informazzjoni ġenerali

Applikant li jitlob għal awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment skont it-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE għandu jippreżenta għand l-awtorità kompetenti applikazzjoni li tinkludi l-informazzjoni ġenerali li ġejja:

(a)

isimha (inkluż l-isem ġuridiku tagħha u kull isem kummerċjali ieħor li jintuża); l-istruttura legali (inkluża informazzjoni dwar jekk hux se tkun persuna ġuridika jew meta dan ikun permess mil-leġislazzjoni nazzjonali, persuna fiżika), l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali u, għal ditti eżistenti, l-uffiċċju reġistrat; dettalji ta' kuntatt; in-numru ta' identifikazzjoni nazzjonali tagħha, meta disponibbli; kif ukoll:

(i)

għall-fergħat domestiċi: informazzjoni dwar fejn se joperaw il-fergħat;

(ii)

għal aġenti domestiċi marbutin: dettalji dwar l-intenzjoni tagħha li tuża aġenti marbutin;

(b)

il-lista ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment u servizzi anċillari u l-istrumenti finanzjarji li se jiġu pprovduti, u jekk humiex se jinżammu strumenti finanzjarji u fondi tal-klijenti (anki fuq bażi temporanja).

(c)

kopji tad-dokumenti korporattivi u evidenza tar-reġistrazzjoni fir-reġistru nazzjonali tal-kumpaniji, fejn applikabbli.

Artikolu 2

Informazzjoni dwar il-kapital

Applikant li jitlob għal awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment skont it-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti informazzjoni u fejn disponnibbli evidenza dwar is-sorsi tal-kapital għad-dispożizzjoni tiegħu. L-informazzjoni għandha tinkludi:

(a)

dettalji dwar l-użu ta' riżorsi finanzjarji privati, inkluż l-oriġini u d-disponibbiltà ta' dawk il-fondi;

(b)

dettalji dwar l-aċċess għal sorsi ta' kapital u swieq finanzjarji fosthom id-dettalji ta' strumenti finanzjarji emessi jew li se jiġu emessi;

(c)

kwalunkwe ftehim u kuntratt rilevanti rigward il-kapital iġġenerat;

(d)

informazzjoni dwar l-użu jew l-użu mistenni ta' fondi meħuda b'self fosthom isem il-mutwanti u d-dettalji tal-faċilitajiet mogħtija jew li mistennija jingħataw, fosthom maturitajiet, termini, rahan u garanziji, flimkien mal-informazzjoni dwar l-oriġini tal-fondi meħuda b'self (jew il-fondi li mistennija jittieħdu b'self) fejn il-mutwanti ma jkunx istituzzjoni finanzjarja taħt superviżjoni;

(e)

dettalji dwar il-mezzi tat-trasferiment ta' riżorsi finanzjarji lid-ditta inkluż in-netwerk użat għat-trasferiment ta' dawn il-fondi.

Għall-finijiet tal-punt (b), informazzjoni dwar it-tipi ta' kapital iġġenerat għandha tirreferi, fejn rilevanti, għat-tipi ta' kapital speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, speċifikament jekk il-kapital jinkludi elementi tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2.

Artikolu 3

Informazzjoni dwar l-azzjonisti

Applikant li jitlob għal awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment skont it-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE għandu jippreżenta għand l-awtorità kompetenti l-informazzjoni li ġejja dwar l-azzjonisti:

(a)

il-lista ta' persuni b'parteċipazzjoni kwalifikanti diretta jew indiretta fid-ditta tal-investiment, u l-ammont ta' dawn il-parteċipazzjonijiet u, għal parteċipazzjonijiet indiretti, isem il-persuna li permezz tagħha tinżamm il-parteċipazzjoni u isem id-detentur finali;

(b)

għal persuni b'parteċipazzjoni kwalifikanti (diretta jew indiretta) fid-ditta tal-investiment id-dokumentazzjoni meħtieġa minn akkwirenti proposti għall-akkwist u ż-żidiet fil-parteċipazzjonijiet kwalifikanti f'ditti tal-investiment f'konformità mal-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1946 tal-11 ta' Lulju 2017 li jissupplimenta d-Direttivi 2004/39/KE u 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal lista eżawrjenti ta' informazzjoni li trid tkun inkluża mill-akkwirenti proposti fin-notifika ta' akkwiżizzjoni proposta ta' parteċipazzjoni kwalifikanti f'ditta tal-investiment (4);

(c)

l-azzjonisti tal-kumpaniji li huma membri ta' grupp, organigramma tal-grupp li tindika l-attivitajiet ewlenin ta' kull ditta fil-grupp, l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe entità regolata fil-grupp u l-ismijiet tal-awtoritajiet superviżorji rilevanti kif ukoll ir-relazzjoni bejn l-entitajiet finanzjarji tal-grupp u entitajiet oħra tal-grupp li mhumiex finanzjarji.

(d)

Għall-finijiet tal-punt (b), meta d-detentur ta' sehem kwalifikanti ma jkunx persuna fiżika, id-dokumentazzjoni għandha tkun ukoll dwar il-membri kollha tal-korp maniġerjali u dwar il-maniġer ġenerali, jew kwalunkwe persuna oħra li twettaq funzjonijiet ekwivalenti.

Artikolu 4

Informazzjoni dwar il-maniġment u l-persuni li jidderieġu l-operat

Applikant li jitlob għal awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment skont it-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

fir-rigward tal-membri tal-korp maniġerjali u l-persuni li effettivament jidderieġu l-operat u s-setgħat relatati tagħhom u kwalunkwe prokura:

(i)

dettalji personali fosthom isem il-persuna, id-data u l-post tat-twelid, in-numru tal-identifikazzjoni nazzjonali personali fejn disponibbli, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt;

(ii)

il-pożizzjoni li l-persuna hija maħtura fiha jew li se tinħatar fiha;

(iii)

curriculum vitae li jsemmi l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali rilevanti, l-esperjenza professjonali, fosthom l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet kollha li ħadmet magħhom il-persuna u n-natura u t-tul ta' żmien tal-funzjonijiet imwettqa, b'mod partikolari għal kull attività fl-ambitu tal-pożizzjoni mixtieqa; għal pożizzjonijiet miżmuma fl-aħħar 10 snin, fid-deskrizzjoni ta' dawn l-attivitajiet, id-dettalji għandhom jinkludu s-setgħat delegati kollha u s-setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet interni kollha u l-oqsma tal-operazzjonijiet taħt il-kontroll tagħhom;

(iv)

dokumentazzjoni marbuta mar-reputazzjoni u l-esperjenza tal-persuna, b'mod partikolari lista ta' persuni ta' referenza inkluż l-informazzjoni ta' kuntatt u ittri ta' rakkomandazzjoni;

(v)

rekords kriminali u informazzjoni dwar investigazzjonijiet kriminali u proċedimenti marbuta ma' kawżi ċivili u amministrattivi u azzjonijiet dixxiplinari miftuħa kontriehom (inkluż skwalifika bħala direttur ta' kumpanija, falliment, insolvenza jew proċedimenti simili), notevolment permezz ta' ċertifikat uffiċjali (jekk u sa fejn ikun disponibbli mingħand l-Istat Membru jew il-pajjiż terz rilevanti), jew permezz ta' dokument ekwivalenti ieħor; għal investigazzjonijiet fis-seħħ, l-informazzjoni tista' tingħata permezz ta' dikjarazzjoni tal-unur;

(vi)

informazzjoni dwar rifjut ta' reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex twettaq negozju, operat jew professjoni; jew irtirar, revoka jew terminazzjoni ta' tali reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja; jew tkeċċija minn korp regolatorju jew tal-gvern jew minn korp jew assoċjazzjoni professjonali;

(vii)

informazzjoni dwar tkeċċija minn impjieg jew pożizzjoni ta' fiduċja, relazzjoni fiduċjarja jew sitwazzjoni simili;

(viii)

informazzjoni dwar jekk twettqitx diġà valutazzjoni tar-reputazzjoni u l-esperjenza bħala akkwirent jew bħala persuna li tidderieġi operat (inkluż id-data tal-valutazzjoni, l-identità ta' dik l-awtorità u l-evidenza dwar l-eżitu tal-valutazzjoni);

(ix)

deskrizzjoni dwar l-interessi finanzjarji u mhux finanzjarji jew relazzjonijiet tal-persuna u / jew tal-qraba stretti tagħha mal-membri tal-korp maniġerjali u ma' persuni f'karigi b'funzjonijiet ewlenin fl-istess istituzzjoni, fl-istituzzjoni prinċipali u fis-sussidjarji u fl-azzjonisti;

(x)

id-dettalji tar-riżultat ta' kwalunkwe valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal-korp maniġerjali, imwettqa mill-applikant innifsu;

(xi)

informazzjoni dwar iż-żmien minimu li se jiġi ddedikat għat-twettiq tal-funzjonijiet tal-persuna fid-ditta (annwali u ta' kull xahar);

(xii)

informazzjoni dwar ir-riżorsi umani u finanzjarji dedikati għat-trawwim u t-taħriġ tal-membri (indikazzjonijiet annwali);

(xiii)

il-lista ta' karigi ta' direttur eżekuttiv u mhux eżekuttiv miżmuma mill-persuna fil-preżent.

Għall-finijiet tal-punt (ix) tal-punt (a), l-interessi finanzjarji jinkludu interessi bħal operazzjonijiet ta' kreditu, garanziji u rahan, filwaqt li l-interessi mhux finanzjarji jistgħu jinkludu interessi bħall-familja jew relazzjonijiet mill-qrib.

(b)

Il-persunal tal-maniġment intern u tal-korpi ta' kontroll.

Artikolu 5

Informazzjoni finanzjarja

Applikant li jitlob għal awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment skont it-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni li ġejja dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu:

(a)

informazzjoni dwar it-tbassir fil-livell individwali u, fejn applikabbli, fil-livell ta' grupp konsolidat jew subkonsolidat, inkluż:

(i)

tbassir tal-pjanijiet kontabilistiċi għall-ewwel tliet snin ta' operat inkluż:

tbassir tal-karti tal-bilanċ;

tbassir tal-kontijiet tal-profitt u t-telf jew tar-rapporti tal-introjtu;

(ii)

suppożizzjonijiet tal-ippjanar għat-tbassir t'hawn fuq kif ukoll spjegazzjonijiet taċ-ċifri, inkluż l-għadd u t-tip ta' konsumaturi mistennija, il-volum ta' tranżazzjonijiet/ordnijiet mistennija, l-assi mmaniġġjati mistennija;

(iii)

fejn applikabbli, il-kalkoli mbassra tar-rekwiżiti kapitali u tar-rekwiżiti tal-likwidità tad-ditta skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u t-tbassir tal-proporzjon tas-solvenza għall-ewwel sena;

(b)

għal kumpaniji li diġà huma attivi, rapporti finanzjarji statutorji, f'livell individwali u, fejn applikabbli, fil-livell tal-grupp konsolidat u subkonsolidat għall-aħħar tliet perjodi finanzjarji, approvati, meta r-rapporti finanzjarji jiġu awditjati, mill-awditur estern, inkluż:

(i)

il-karta tal-bilanċ;

(ii)

il-kontijiet tal-profit u t-telf jew ir-rapporti tal-introjtu;

(iii)

rapporti annwali u l-annessi finanzjarji u kwalunkwe dokument ieħor reġistrat fir-reġistru jew mal-awtorità rilevanti f'territorju partikolari rilevanti għar-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji u, fejn applikabbli rapport mill-awditur tal-kumpanija tal-aħħar tliet snin jew mill-bidu tal-attività;

(c)

analiżi tal-ambitu tas-superviżjoni konsolidata skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż dettalji dwar liema entitajiet tal-grupp ser ikunu inklużi fl-ambitu tar-rekwiżiti tas-superviżjoni konsolidata wara l-awtorizzazzjoni u f'liema livell fil-grupp se japplikaw dawn ir-rekwiżiti fuq bażi sħiħa jew subkonsolidata.

Artikolu 6

Informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tad-ditta

Applikant li jitlob għal awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment skont it-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni li ġejja dwar l-organizzazzjoni tiegħu:

(a)

programm ta' operazzjonijiet inizjali għat-tliet snin ta' wara, inkluża informazzjoni dwar attivitajiet regolati u mhux regolati ppjanati, informazzjoni dettaljata dwar it-tqassim ġeografiku u l-attivitajiet li se jitwettqu mid-ditta tal-investiment. L-informazzjoni rilevanti fil-programm tal-operazzjonijiet għandha tinkludi:

(i)

id-domiċilju tal-konsumaturi prospettivi u tal-investituri fil-mira;

(ii)

il-kummerċjalizzazzjoni u l-attività u l-arranġamenti promozzjonali, inklużi l-lingwi tad-dokumenti tal-offerta u dawk promozzjonali; identifikazzjoni tal-Istati Membri fejn ir-reklamar huwa l-aktar viżibbli u l-aktar frekwenti; it-tip tad-dokumenti promozzjonali (sabiex jiġi vvalutat fejn effettivament il-kummerċjalizzazzjoni se tkun prominenti l-aktar);

(iii)

l-identità tal-professjonist tal-kummerċjalizzazzjoni dirett, tal-konsulenti u tad-distributuri finanzjarji tal-investiment, il-lokalità ġeografika tal-attività tagħhom;

(b)

dettalji tal-awdituri tal-kumpanija, meta jkunu disponibbli fil-mument tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni;

(c)

l-istruttura organizzazzjonali u s-sistemi ta' kontroll interni tal-kumpanija, inkluż:

(i)

id-dettalji personali tal-kapijiet tal-funzjonijiet interni (maniġment u superviżjoni), inkluż curriculum vitae dettaljat li jsemmi l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali rilevanti, l-esperjenza professjonali;

(ii)

id-deskrizzjoni tar-riżorsi (b'mod partikolari r-riżorsi umani u tekniċi) allokati għad-diversi attivitajiet ippjanati;

(iii)

fir-rigward taż-żamma ta' strumenti finanzjarji u fondi ta' klijenti, informazzjoni li tispeċifika kwalunkwe arranġament tas-salvagwardja tal-assi tal-klijenti (b'mod partikolari, fejn l-istrumenti finanzjarji u l-fondi jkunu miżmuma għand kustodju, isem il-kustodju u l-kuntratti relatati);

(iv)

spjegazzjoni ta' kif id-ditta se tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali u ta' kondotta.

(d)

informazzjoni dwar l-istatus tal-applikazzjoni mid-ditta tal-investiment biex issir membru fl-iskema ta' kumpens għall-investitur fl-Istat Membru tad-Domiċilju jew evidenza ta' sħubija fi skema ta' kumpens għall-investitur, fejn disponibbli;

(e)

lista tal-funzjonijiet, servizzi jew attivitajiet esternalizzati (jew dawk li hemm il-ħsieb li jiġu esternalizzati) u lista tal-kuntratti konklużi jew previsti ma' fornituri u riżorsi esterni (b'mod partikolari umani u tekniċi, u s-sistema ta' kontroll intern) allokat għall-kontroll tal-funzjonijiet, tas-servizzi jew tal-attivitajiet esternalizzati;

(f)

miżuri biex jiġu identifikati u evitati jew immaniġjati l-konflitti ta' interess li jinqalgħu waqt il-provvediment ta' servizzi ta' investiment u anċillari u deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' governanza tal-prodott;

(g)

deskrizzjoni tas-sistemi għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tad-ditta, inkluż sistemi ta' riżerva, fejn disponibbli u l-kontrolli tas-sistemi u tar-riskji fejn id-ditta tixtieq timpenja ruħha f'negozjar algoritmiku u/jew tipprovdi aċċess elettroniku dirett;

(h)

informazzjoni dwar il-konformità, il-kontroll intern u s-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju (sistema ta' monitoraġġ, awditjar intern u funzjonijiet ta' konsulenza u ta' assistenza).

(i)

dettalji dwar is-sistemi għall-valutazzjoni u tal-immaniġġjar tar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu;

(j)

pjanijiet ta' kontinwità tal-operat, inkluż sistemi u riżorsi umani (persunal ewlieni);

(k)

immaniġjar tar-rekords, il-manutenzjoni tar-rekords u ż-żamma tar-rekords;

(l)

deskrizzjoni tal-manwal tal-proċeduri tad-ditta.

Artikolu 7

Rekwiżiti ġenerali

1.   L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, kif stabbilit fl-Artikoli 1 u 6, għandha tirreferi kemm għall-uffiċċju prinċipali tad-ditta kif ukoll għall-fergħat u l-aġenti marbuta.

2.   L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, kif stabbilit fl-Artikoli 2 u 5, għandha tirreferi għall-uffiċċju prinċipali tad-ditta.

Artikolu 8

Rekwiżiti applikabbli għall-immaniġġjar tad-ditti tal-investiment li huma persuni fiżiċi jew tad-ditti tal-investiment li huma persuni ġuridiċi mmaniġġjati minn persuna fiżika waħda

1.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jawtorizzaw biss bħala ditta ta' investiment persuna fiżika jew persuna ġuridika applikanti mmaniġġjata minn persuna fiżika waħda jekk:

(a)

il-persuna fiżika tkun tista' tintlaħaq faċilment fi żmien qasir mill-awtoritajiet kompetenti;

(b)

il-persuna fiżika tiddedika biżżejjed ħin għal din il-funzjoni;

(c)

il-korpi governattivi jew id-digriei tad-ditta tal-investiment jagħtu s-setgħa lil persuna biex tissostitwixxi maniġer immedjatament u taqdi d-dmirijiet tiegħu kollha jekk dan tal-aħħar ma jkunx jista' jwettaqhom;

(d)

il-persuna mogħtiha s-setgħa skont il-punt preċedenti għandha tkun ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollha esperjenza biżżejjed biex tissostitwixxi maniġer tul iż-żmien ta' assenza, jew sakemm jinħatar maniġer ġdid, sabiex tiżgura mmaniġġjar sod u prudenti tad-ditta tal-investiment. Il-persuna mogħtija s-setgħa għal ditti tal-investiment li huma persuni fiżiċi, għandha tkun disponibbli wkoll biex tassisti lill-prattikanti tal-insolvenza u lill-awtoritajiet relevanti f'każ ta' likwidazzjoni tad-ditta. Din il-persuna għandu jkollha d-disponibbiltà meħtieġa għal din il-funzjoni.

2.   Bħala parti mill-proċess tal-awtorizzazzjoni tagħha, ditta tal-investiment applikanti li hija persuna fiżika jew persuna ġuridika mmaniġġjata minn persuna fiżika waħda, għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 4(1)(a), (c), (d), (e) u (f) fir-rigward tal-persuna mogħtija s-setgħa skont il-paragrafu 1(d) ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 9

Rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b'parteċipazzjonijiet kwalifikanti

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li t-talba ta' applikant għal awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment, skont it-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE, toffri garanziji suffiċjenti għall-immaniġġjar soda u prudenti tal-entità billi tivvalutaw l-adegwatezza tal-azzjonisti u tal-membri b'parteċipazzjonijiet kwalifikanti proposti, wara li tikkunsidra l-influwenza probabbli fuq id-ditta tal-investiment ta' kull azzjonist jew membru b'parteċipazzjonijiet kwalifikanti propost, skont dawn il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta' kwalunkwe persuna li se tidderieġi l-operat tad-ditta tal-investiment;

(b)

ir-reputazzjoni tal-azzjonisti u tal-membri b'parteċipazzjonijiet kwalifikanti;

(c)

is-solidità finanzjarja tal-azzjonisti u tal-membri b'parteċipazzjoni kwalifikanti proposti, b'mod partikolari fir-rigward tat-tip ta' negozju li jsir u li huwa previst fid-ditta tal-investiment;

(d)

jekk id-ditta ta' investiment hix se tkun kapaċi tikkonforma u tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali stipulati fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/65/UE u, fejn applikabbli, id-Direttivi 2002/87/KE (6) u 2013/36/UE (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u b'mod partikolari, jekk il-grupp li minnu se ssir parti għandux struttura li tagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata superviżjoni effikaċi, li b'mod effikaċi tiġi skambjata informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u li tiġi ddeterminata l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet fost l-awtoritajiet kompetenti;

(e)

jekk hemmx raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li f'rabta mal-awtorizzazzjoni tad-ditta tal-investiment qiegħed jitwettaq jew ġie mwettaq jew kemm hemm tentattiv biex isir ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jew li l-awtorizzazzjoni tad-ditta tal-investiment tista' żżid ir-riskju għal dan.

Artikolu 10

Eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji

Struttura ta' grupp li se topera li fih id-ditta tal-investiment, għandha titqies bħala ostaklu għall-eżerċizzju tal-funzjoni superviżorja tal-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 10(1) u (2) tad-Direttiva 2014/65/UE fi kwalunkwe każ minn dawn:

(a)

tkun kumplessa u mhux trasparenti biżżejjed;

(b)

ikollha post ġeografiku tal-entitajiet tal-grupp;

(c)

tinkludi attivitajiet li jwettqu mill-entitajiet tal-grupp li jistgħu jipprevjenu lill-awtorità kompetenti milli tivvaluta b'mod effikaċi l-adattabbiltà tal-azzjonisti jew tal-membri b'parteċipazzjonijiet kwalifikanti jew l-influwenza ta' rabtiet mill-qrib mad-ditta tal-investiment.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mid-data li tidher fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84)

(4)  Ara l-paġna 32 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(8)  Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).


26.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1944

tat-13 ta' Ġunju 2017

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' forom, formoli u proċeduri standard għall-proċess ta' konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti fir-rigward tan-notifika ta' akkwiżizzjoni proposta ta' parteċipazzjoni kwalifikanti f'ditta tal-investiment konformi mad-Direttivi 2004/39/KE u 2014/65/UE u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (1), u b'mod partikolari s-sitt subparagrafu tal-Artikolu 10a(8) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(9) tagħha,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti forom, formoli u proċeduri standard biex jiżguraw il-valutazzjoni preċiża mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tan-notifiki ta' akkwiżizzjonijiet proposti jew taż-żidiet ta' parteċipazzjonijiet kwalifikanti f'ditta ta' investiment. F'dawn il-każijiet, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jeħtieġ li jikkonsultaw ma' xulxin u jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni essenzjali jew rilevanti.

(2)

Sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejniethom u jiżguraw effiċjenza fl-iskambju ta' informazzjoni tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti nnominati skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2004/39/KE jeħtieġ li jinnominaw persuni ta' kuntatt speċifikament għall-fini tal-proċess ta' konsultazzjoni previst fl-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2004/39/KE u jeħtieġ li tinżamm lista ċentralizzata ta' dawk il-persuni ta' kuntatt mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA).

(3)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri ta' konsultazzjoni li fihom restrizzjonijiet ta' ħin ċari sabiex jiżguraw kooperazzjoni fil-ħin u effiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti. Proċedura ta' kooperazzjoni ċara jeħtieġ li tinkludi avviż preliminari li għandu jintbagħat mill-awtorità rikjedenti lill-awtorità li ssirilha t-talba, biex jinforma lill-awtorità li ssirilha t-talba dwar il-valutazzjoni li tkun tinsab għaddejja.

(4)

Jeħtieġ li l-proċeduri jimmiraw ukoll biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw u jaħdmu lejn it-titjib tal-proċess billi jippromwovu l-iskambju ta' feedback dwar il-kwalità u r-rilevanza tal-informazzjoni rċevuta.

(5)

Kull skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, u awtoritajiet, korpi jew persuni oħra jeħtieġ li jkun skont ir-regoli dwar id-dejta personali kif stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-ESMA fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(7)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni abbozzati mressqa mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(8)

L-ESMA ma kkonsultatx pubblikament jew analizzat l-ispejjeż potenzjali relatati u l-benefiċċji tal-introduzzjoni tal-forom, formoli u proċeduri standard għall-proċess ta' konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, peress li dan kien ikkunsidrat sproporzjonat fir-rigward tal-ambitu u l-impatt tagħhom.

(9)

Id-Direttiva 2014/65/UE daħlet fis-seħħ fit-2 ta' Lulju 2014. L-Artikolu 12(9) tad-Direttiva 2014/65/UE jieħu post l-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2004/39/KE u jagħti setgħat lill-ESMA għall-iżvilupp ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li huma identiċi għal dawk previsti skont l-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2004/39/KE. Barra minn hekk, il-kontenut tal-Artikoli 10b(4) u l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2004/39/KE huwa wkoll identiku għall-kontenut tal-Artikolu 13(4) u l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2014/65/UE. F'konformità mal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-Direttiva 2004/39/KE se titħassar b'effett mit-3 ta' Jannar 2017. L-adozzjoni ta' standards tekniċi mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2004/39/KE jeħtieġ ukoll titqies f'konformità mal-Artikolu 12(8) tad-Direttiva 2014/65/UE bil-konsegwenza li l-istandard tekniku se jkompli japplika wara t-3 ta' Jannar 2018, mingħajr il-bżonn ta' aktar emendi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-forom, il-formoli u l-proċeduri standard għall-iskambju ta' informazzjoni waqt il-proċess ta' konsultazzjoni bejn l-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira (l-“awtorità rikjedenti”), u l-awtorità kompetenti tal-akkwirent propost jew ta' entità awtorizzata li tkun jew sussidjarja tal-akkwirent propost jew inkella kontrollata minnu (l-“awtorità li ssirilha t-talba”)

Artikolu 2

Persuni ta' kuntatt innominati

1.   L-awtoritajiet kompetenti nnominati skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jinnominaw persuni ta' kuntatt għall-komunikazzjoni għall-finijiet tar-Regolament u għandhom jinnotifikaw lill-ESMA dwar dawk il-persuni.

2.   L-ESMA għandha żżomm u taġġorna l-lista ta' persuni ta' kuntatt innominati għall-użu mill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

Avviż preliminari

1.   Awtorità rikjedenti għandha tibgħat avviż preliminari lill-awtorità li ssirilha t-talba fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mir-riċevuta tan-notifika mill-akkwirent propost konformi mal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2004/39/KE.

2.   L-awtorità rikjedenti għandha tibgħat avviż preliminari billi timla l-formola stipulata fl-Anness I u għandha tinkludi l-informazzjoni kollha stipulata fiha.

Artikolu 4

Avviż ta' konsultazzjoni

1.   L-awtorità rikjedenti għandha tibgħat avviż ta' konsultazzjoni lill-awtorità li ssirilha t-talba mill-aktar fis possibbli wara li tasal in-notifika mill-akkwirent propost konformi mal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2004/39/KE u mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara li tkun waslet tali notifika.

2.   L-awtorità rikjedenti għandha tibgħat l-avviż ta' konsultazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 bil-miktub bil-posta, bil-faks jew b'mezz elettroniku sigur, u tindirizzah lill-persuna ta' kuntatt innominata tal-awtorità rikjedenti sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-awtorità li ssirilha t-talba fit-tweġiba tagħha għall-avviż preliminari msemmi fl-Artikolu 3.

3.   L-awtorità rikjedenti għandha tibgħat l-avviż ta' konsultazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 billi timla l-formola stipulata fl-Anness II, filwaqt li tidentifika b'mod partikolari kwistjonijiet relatati ma' kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jistgħu jinkisbu mill-awtorità rikjedenti u tispeċifika dettalji tal-informazzjoni rilevanti li l-awtorità rikjedenti titlob mill-awtorità li ssirilha t-talba.

Artikolu 5

Konferma tar-riċevuta tal-avviż ta' konsultazzjoni

L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tibgħat konferma tar-riċevuta tal-avviż ta' konsultazzjoni, fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta tirċevih, li tinkludi kwalunkwe dettall tal-kuntatt addizzjonali tal-persuna ta' kuntatt nnominata u, fejn ikun possibbli, stima tad-data tat-tweġiba.

Artikolu 6

Tweġiba minn awtorità li ssirilha t-talba

1.   It-tweġiba għal avviż ta' konsultazzjoni għandha ssir bil-miktub bil-posta, bil-faks jew permezz ta' mezz elettroniku sigur. Għandha tiġi indirizzata lill-persuni ta' kuntatt innominati sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-awtorità rikjedenti.

2.   L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tipprovdi lill-awtorità rikjedenti bl-informazzjoni li ġejja mill-aktar fis possibbli u mhux aktar minn 20 jum tax-xogħol mir-riċevuta tal-avviż ta' konsultazzjoni:

(a)

l-informazzjoni rilevanti mitluba fl-avviż ta' konsultazzjoni, inkluża kwalunkwe opinjoni jew riżerva fir-rigward tal-akkwiżizzjoni mill-akkwirent propost;

(b)

kwalunkwe informazzjoni essenzjali li tista' taffettwa l-valutazzjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess.

3.   Meta l-awtorità li ssirilha t-talba ma tkunx tista' tissodisfa l-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 2, hija għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti dwar din iċ-ċirkostanza, filwaqt li tindika r-raġunijiet għal dan id-dewmien u stima tad-data tat-tweġiba. L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tipprovdi feedback regolari dwar il-progress li sar biex tiġi pprovduta l-informazzjoni mitluba.

4.   Meta tipprovdi l-informazzjoni skont il-paragrafu 2, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tuża l-formola stabbilita fl-Anness III.

Artikolu 7

Proċeduri ta' konsultazzjoni

1.   L-awtorità rikjedenti u l-awtorità li ssirilha t-talba għandhom jikkomunikaw fir-rigward ta' avviż ta' konsultazzjoni u tat-tweġiba billi jużaw il-mezz l-aktar espedjenti minn fost dawk stabbiliti fl-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 6(1), filwaqt li jittieħed kont dovut tal-kunsiderazzjonijiet ta' kunfidenzjalità, tal-volum ta' materjal li għandu jiġi kkomunikat u tal-faċilità ta' aċċess għall-informazzjoni mill-awtorità rikjedenti. L-awtorità rikjedenti għandha twieġeb fil-pront għal kwalunkwe kjarifika mitluba mill-awtorità li ssirilha t-talba.

2.   Meta l-informazzjoni mitluba tkun jew tista' tkun miżmuma minn awtorità tal-istess Stat Membru li ma tkunx l-awtorità li ssirilha t-talba, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tiġbor l-informazzjoni minnufih u tittrażmettiha lill-awtorità rikjedenti skont l-Artikolu 6.

3.   L-awtorità li ssirilha t-talba u l-awtorità rikjedenti għandhom jikkooperaw biex jirriżolvu kwalunkwe diffikultà li tista' toriġina fl-eżekuzzjoni ta' talba, inkluż li tiġi riżolta kwalunkwe kwistjoni ta' kostijiet jekk jiġi stmat li l-kostijiet għall-għoti tal-assistenza jkunu eċċessivi għall-awtorità li ssirilha t-talba.

4.   Meta jkun hemm informazzjoni ġdida jew il-ħtieġa għal aktar informazzjoni waqt il-perjodu ta' valutazzjoni, l-awtorità rikjedenti u l-awtorità li ssirilha t-talba għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li l-informazzjoni addizzjonali rilevanti kollha tiġi skambjata f'konformità ma' dan ir-Regolament.

5.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 4(2) u mill-Artikolu 6(1), meta l-informazzjoni tkun qed tiġi skambjata fi żmien l-aħħar 15-il jum tax-xogħol qabel tmiem il-perjodu ta' valutazzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, din tista' tiġi pprovduta verbalment. F'dawn il-każijiet, din l-informazzjoni għandha tiġi kkonfermata sussegwentement skont l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 6(1) ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti involuti jiddeċiedu mod ieħor.

6.   L-awtorità li ssirilha t-talba u l-awtorità rikjedenti għandhom jipprovdu feedback lil xulxin dwar l-eżitu tal-valutazzjoni li dwarha tkun saret il-konsultazzjoni u, fejn ikun adegwat, dwar l-utilità tal-informazzjoni jew għajnuna oħra rċevuta jew kwalunkwe problema li tinqala' fl-għoti ta' tali għajnuna jew informazzjoni.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(3)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data, (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


ANNESS I

Mudell ta' notifika preliminari

[L-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1944]

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS II

Mudell ta' notifika ta' konsulta

[L-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1944]

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS III

Mudell għat-tweġiba mill-awtorità li ssirilha t-talba

[L-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1944]

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

26.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1945

tad-19 ta' Ġunju 2017

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' notifiki minn u lill-applikanti u ditti tal-investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1) u b'mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti forom, formoli u proċeduri standard komuni biex jiġi żgurat li jkun hemm mekkaniżmu wieħed li permezz tiegħu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jeżerċitaw b'mod effettiv is-setgħat tagħhom fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ta' ditti għall-provvista ta' servizzi ta' investiment u attivitajiet tal-investiment u, meta rilevanti, ta' servizzi anċillari.

(2)

Biex tiġi ffaċilitata il-komunikazzjoni bejn applikant li jkun qiegħed ifittex awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment skont it-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE u l-awtorità kompetenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħtru punt ta' kuntatt speċifikament għall-għan tal-proċess ta' applikazzjoni u għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar il-punt ta' kuntatt fuq is-sit web tagħhom.

(3)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw jekk il-bidliet fil-korp maniġerjali tad-ditta jistgħux ikunu ta' theddida għall-ġestjoni effettiva, soda u prudenti tad-ditta, u biex b'mod adegwat jitqiesu l-interessi tal-klijenti tagħha u l-integrita tas-suq, għandhom jiġu definiti limiti taż-żmien ċari għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar dawk il-bidliet.

(4)

Id-ditti għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżit li jippreżentaw informazzjoni dwar bidliet lill-korp maniġerjali qabel din il-bidla tidħol fis-seħħ, jekk il-bidla hija dovuta għal fatturi li mhumiex fil-kontroll tad-ditta, bħal fil-każ ta' mewt ta' membru tal-korp maniġerjali. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-impriżi għandhom jitħallew jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fi żmien 10 t'ijiem ta' xogħol wara li jkun sar it-tibdil.

(5)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tapplika għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(7)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ħatra ta' punt ta' kuntatt

L-awtoritajiet kompetenti jaħtru punt ta' kuntatt għall-ġestjoni tal-informazzjoni kollha li tasal mingħand l-applikanti li jkunu qegħdin ifittxu awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment f'konformità mat-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE. Id-dettalji ta' kuntatt dwar il-punt ta' kuntatt maħtur ikunu ppubblikati u aġġornati regolarment fuq is-siti web tal-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 2

Preżentazzjoni tal-applikazzjoni

1.   Applikant li jkun qed jipprova jingħata awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment f'konformità mat-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE jippreżenta lill-awtorità kompetenti l-applikazzjoni tiegħu billi jimla l-mudell stabbilit fl-Anness I.

2.   L-applikant jinnotifika lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni dwar il-membri kollha tal-korp maniġerjali tiegħu billi jimla l-mudell stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 3

Riċevuta tal-formola ta' applikazzjoni u konferma tar-riċevuta

Fi żmien 10 t'ijiem ta' xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti tibgħat konferma ta' riċevuta lill-applikant, inklużi d-dettalji ta' kuntatt tal-punt ta' kuntatt maħtur kif imsemmi fl-Artikolu 1.

Artikolu 4

Talba għal informazzjoni addizzjonali

Fejn informazzjoni addizzjonali hija meħtieġa biex tipproċedi b'valutazzjoni tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti tibgħat talba lill-applikant li tindika l-informazzjoni li għandha tingħata.

Artikolu 5

Notifika ta' bidla fis-sħubija tal-korp maniġerjali

1.   Ditta ta' investiment għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla fis-sħubija tal-korp maniġerjali tagħha qabel tali bidla tidħol fis-seħħ.

Fejn, għal raġunijiet sostanzjati, in-notifika ma tistax issir qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ, din issir fi żmien 10 t' ijiem ta' xogħol wara l-bidla.

2.   Id-ditta ta' investiment tipprovdi l-informazzjoni dwar il-bidla skont il-paragrafu 1 skont il-format stabbilit fl-Anness III.

Artikolu 6

Komunikazzjoni tad-deċiżjoni

L-awtorità kompetenti tgħarraf lill-applikant dwar id-deċiżjoni tagħha li tagħti jew ma tagħtix l-awtorizzazzjoni f'forma stampata, b'mezz elettroniku jew bit-tnejn li huma, fi żmien il-perjodu ta' sitt xhur tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS I

Formola ta' Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala Ditta tal-Investiment

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Lista ta' membri tal-korp maniġerjali

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Notifika ta' informazzjoni dwar tibdil fil-kompożizzjoni tal-korp maniġerjali

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

26.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/32


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1946

tal-11 ta' Lulju 2017

li jissupplimenta d-Direttivi 2004/39/KE u 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal lista eżawrjenti ta' informazzjoni li għandha tkun inkluża mill-akkwirenti proposti fin-notifika ta' akkwiżizzjoni proposta ta' parteċipazzjoni kwalifikanti f'ditta tal-investiment

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10a(8) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(8) tagħha,

Billi:

(1)

Lista eżawrjenti ta' informazzjoni jenħtieġ li tkun mitluba minn akkwirent propost ta' parteċipazzjoni kwalifikanti f'ditta ta' investiment fil-waqt tan-notifika inizjali sabiex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-valutazzjoni tal-akkwiżizzjoni proposta. L-informazzjoni dwar l-identità tal-akkwirent propost u tal-persuni li se jmexxu n-negozju jenħtieġ li tiġi pprovduta mill-akkwirent propost irrispettivament minn jekk ikunx persuna fiżika jew ġuridika, sabiex l-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira tkun tista' tivvaluta r-reputazzjoni ta' dan l-akkwirent propost.

(2)

Informazzjoni dwar l-identità tas-sidien benefiċjarji u dwar ir-reputazzjoni u l-esperjenza tal-persuni li effettivament imexxu n-negozju tal-akkwirent propost hija wkoll neċessarja meta l-akkwirent propost ikun persuna ġuridika. Bl-istess mod, meta l-akkwirent propost ikollu, jew ikun maħsub li jkollu, struttura fiduċjarja, huwa neċessarju għall-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira li tikseb informazzjoni dwar l-identità tal-fiduċjarji li jkunu se jamministraw l-assi tat-trust, u l-identità tas-sidien benefiċjarji ta' dawn l-assi, biex tkun tista' tiġi vvalutata r-reputazzjoni u l-esperjenza ta' dawn il-persuni.

(3)

Meta l-akkwirent propost ikun persuna fiżika, huwa meħtieġ li tinkiseb informazzjoni kemm fir-rigward tal-akkwirent propost kif ukoll b'rabta ma' kull impriża formalment diretta jew ikkontrollata mill-akkwirent propost sabiex l-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira tiġi pprovduta bit-tagħrif kollu rilevanti biex tivvaluta r-reputazzjoni. Meta l-akkwirent propost ikun persuna ġuridika huwa neċessarju li tinkiseb din l-informazzjoni fir-rigward ta' kull persuna li effettivament tmexxi n-negozju tal-akkwirent propost, kull intrapriża taħt il-kontroll tal-akkwirent propost, u kull azzjonist li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-akkwirent propost sabiex l-awtorità kompetenti tkun ipprovduta bl-informazzjoni kollha rilevanti biex tivvaluta r-reputazzjoni.

(4)

L-informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni jenħtieġ tinkludi dettalji ta' proċeduri kriminali, storiċi jew li għadhom għaddejjin, kif ukoll kawżi ċivili jew amministrattivi. Bl-istess mod, jenħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni fir-rigward tal-investigazzjonijiet u l-proċedimenti miftuħa, is-sanzjonijiet jew deċiżjonijiet ta' infurzar oħra kollha kontra l-akkwirent propost, kif ukoll informazzjoni oħra bħal ċaħda ta' reġistrazzjoni jew it-tkeċċija mill-impjieg jew pożizzjoni ta' fiduċja li hija meqjusa rilevanti sabiex tivvaluta r-reputazzjoni tal-akkwirent propost.

(5)

Informazzjoni dwar jekk valutazzjoni ta' reputazzjoni bħala akkwirent, jew bħala persuna li tmexxi n-negozju ta' istituzzjoni ta' kreditu, ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kull entitàoħra twettqitx diġà minn awtorità kompetenti oħra jew awtorità oħra u, jekk ikun il-każ, l-eżitu ta' din il-valutazzjoni, jenħtieġ li jiġi pprovdut mill-akkwirent propost sabiex jiġi żgurat li l-eżitu ta' investigazzjonijiet imwettqa minn awtoritajiet oħra jiġi kkunsidrat kif xieraq mill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira meta tivvaluta l-akkwirent propost.

(6)

Jenħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni finanzjarja dwar l-akkwirent propost sabiex tiġi vvalutata s-sikurezza finanzjarja ta' dan l-akkwirent propost.

(7)

Informazzjoni dwar l-interessi jew relazzjonijiet finanzjarji u mhux finanzjarji tal-akkwirent propost ma' xi azzjonisti jew diretturi jew membri tal-maniġment superjuri tal-entità fil-mira jew persuna intitolata li teżerċita d-drittijiet tal-vot fl-entità fil-mira, jew mal-entità fil-mira nnifisha jew il-grupp tagħha, jenħtieġ li tiġi pprovduta sabiex l-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira tkun tista' tivvaluta jekk l-eżistenza ta' xi kunflitt ta' interess potenzjali tkunx se taffettwa s-solidità finanzjarja tal-akkwirent propost.

(8)

Ċerta informazzjoni addizzjonali, fosthom informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni azzjonarja li tkun proprjetà jew li tkun maħsuba li ssir proprjetà qabel u wara l-akkwiżizzjoni proposta, hija meħtieġa meta l-akkwirent propost ikun persuna ġuridika biex l-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira tkun tista' tlesti l-valutazzjoni tal-akkwiżizzjoni proposta peress li f'dawn il-każijiet l-istrutturi ġuridiċi u tal-grupp involuti jistgħu jkunu kumplessi u jistgħu jkunu jeħtieġu rieżami dettaljat fir-rigward tar-reputazzjoni, ir-rabtiet mill-qrib, l-azzjoni potenzjali flimkien ma' partijiet oħra, u l-abbiltà tal-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira biex tkompli s-superviżjoni effettiva tal-entità fil-mira.

(9)

Meta l-akkwirent propost ikun entità stabbilita f'pajjiż terz jew ikun parti minn grupp stabbilit barra mill-Unjoni, jenħtieġ li tingħata informazzjoni addizzjonali sabiex l-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira tkun tista' teżamina jekk hemmx ostakoli għas-superviżjoni effettiva tal-entità fil-mira maħluqa mir-reġim ġuridiku tal-pajjiż terz, u tkun tista' wkoll taċċerta r-reputazzjoni tal-akkwirent propost f'dak il-pajjiż terz.

(10)

Meta l-akkwirent propost ikun fond ta' investimenti sovran, jenħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni mill-akkwirent propost biex jiġu aċċertati l-kontrolluri tal-fond u l-politika ta' investiment tiegħu. Dan huwa rilevanti għall-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira kemm għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni kif ukoll għall-valutazzjoni ta' jekk ikunx hemm xi impatt fuq is-superviżjoni effettiva tal-entità fil-mira.

(11)

Jenħtieġ li tkun meħtieġa informazzjoni speċifika li tippermetti li ssir valutazzjoni dwar jekk l-akkwiżizzjoni proposta jkunx se jkollha impatt fuq il-kapaċità tal-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira biex twettaq superviżjoni effettiva tal-entità fil-mira. Dan jenħtieġ li jinkludi valutazzjoni ta' jekk ir-rabtiet mill-qrib tal-akkwirent propost humiex se jkollhom impatt fuq il-kapaċità tal-entità fil-mira biex tkompli tipprovdi informazzjoni f'waqtha u preċiża lis-superviżur tagħha. Għal persuni ġuridiċi, huwa wkoll meħtieġ li jiġi vvalutat l-impatt tal-akkwiżizzjoni proposta fuq is-superviżjoni kkonsolidata tal-entità fil-mira u l-grupp li tkun tappartjeni għalih wara l-akkwiżizzjoni.

(12)

Informazzjoni dwar il-finanzjament tal-akkwiżizzjoni proposta, inkluża informazzjoni dwar il-mezzi u s-sorsi kollha ta' finanzjament, jenħtieġ li tiġi pprovduta mill-akkwirent propost li għandu jkun kapaċi jippreżenta evidenza dwar is-sors oriġinali tal-fondi u tal-assi kollha sabiex l-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira tkun tista' tivvaluta jekk hemmx riskju ta' attivitajiet ta' ħasil tal-flus.

(13)

L-akkwirenti proposti li jkollhom parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti ta' bejn 20 % u 50 % fl-entità fil-mira jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar l-istrateġija lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira sabiex tiġi żgurata valutazzjoni komprensiva tal-akkwiżizzjoni proposta. Bl-istess mod, l-akkwirenti proposti li għandhom parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti ta' inqas minn 20 % fl-entità fil-mira iżda li jeżerċitaw influwenza ekwivalenti fuqha permezz ta' mezzi oħrajn bħar-relazzjonijiet bejn l-akkwirent propost u l-azzjonisti eżistenti, l-eżistenza ta' ftehimiet tal-azzjonisti, it-tqassim tal-ishma, l-interessi parteċipattivi u d-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew il-pożizzjoni tal-akkwirent propost fl-istruttura tal-grupp tal-entità fil-mira wkoll jenħtieġ li jipprovdu dik l-informazzjoni biex jiżguraw livell għoli ta' omoġeneità fil-valutazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet proposti.

(14)

Meta jkun hemm proposta ta' tibdil fil-kontroll tal-entità fil-mira, l-akkwirent propost jenħtieġ li, bħala regola ġenerali, jippreżenta pjan tan-negozju sħiħ. Madankollu, fejn ma hemm l-ebda tibdil fil-kontroll propost għall-entità fil-mira, huwa biżżejjed il-pussess ta' ċerta informazzjoni dwar l-istrateġija futura tal-entità u l-intenzjonijiet tal-akkwirent propost għall-entità fil-mira sabiex jiġi vvalutat jekk dan ikunx se jaffettwa s-solidità finanzjarja tal-akkwirent propost.

(15)

Huwa proporzjonat li, f'ċerti każijiet, l-akkwirent propost għandu jipproduċi biss informazzjoni limitata. B'mod partikolari, meta l-akkwirent propost ikun ġie vvalutat mill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira fis-sentejn ta' qabel, jew fejn l-entità fil-mira tkun ditta tal-investiment żgħira u l-akkwirent propost ikun entità awtorizzata u sorveljata fl-Unjoni, jenħtieġ li jkun meħtieġ biss li tiġi pprovduta ċerta informazzjoni mnaqqsa lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira.

(16)

Kull skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, u awtoritajiet, korpi jew persuni oħra jenħtieġ li jseħħ skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali kif stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)

(17)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(18)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-ESMA lill-Kummissjoni Ewropea.

(19)

L-ESMA wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(20)

Id-Direttiva 2014/65/UE daħlet fis-seħħ fit-2 ta' Lulju 2014. L-Artikolu 12(8) ta' din id-Direttiva jieħu post l-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2004/39/KE u jagħti setgħat lill-ESMA għall-iżvilupp ta' standards tekniċi regolatorji li huma identiċi għal dawk previsti skont l-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2004/39/KE. Barra minn hekk, il-kontenut tal-Artikoli 10b(4) u l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2004/39/KE huwa wkoll identiku rispettivament għall-kontenut tal-Artikolu 13(4) u l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2014/65/UE. F'konformità mal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-Direttiva 2004/39/KE se titħassar b'effett mit-3 ta' Jannar 2018. L-adozzjoni tal-istandards tekniċi mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2004/39/KE jenħtieġ wkoll li titqies f'konformità mal-Artikolu 12(8) tad-Direttiva 2014/65/UE, bil-konsegwenza li l-istandard tekniku se jkompli japplika wara t-3 ta' Jannar 2018 mingħajr il-bżonn ta' aktar emendi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża minn akkwirent propost fin-notifika ta' akkwiżizzjoni proposta lill-awtoritajiet kompetenti tad-ditta tal-investiment li fiha l-akkwirent ikun qed jipprova jakkwista jew iżid parteċipazzjoni kwalifikanti (“entità fil-mira”) għall-valutazzjoni tal-akkwiżizzjoni proposta.

Artikolu 2

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-akkwirent propost

L-akkwirent propost għandu jagħti lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira l-informazzjoni stabbilita fl-Artikoli 3 sa 12, fejn applikabbli, skont jekk l-informazzjoni tkunx relatata ma' persuna fiżika jew persuna ġuridika jew trust.

Artikolu 3

Informazzjoni ġenerali dwar l-identità tal-akkwirent propost

1.   Meta l-akkwirent propost ikun persuna fiżika, l-akkwirent propost għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira bl-informazzjoni li ġejja dwar l-identifikazzjoni:

(a)

dettalji personali inklużi l-isem tal-persuna, id-data u l-post tat-twelid, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt u, fejn disponibbli, in-numru tal-identifikazzjoni nazzjonali personali;

(b)

curriculum vitae dettaljat jew dokument ekwivalenti, li jiddikjara l-edukazzjoni u t-taħriġ rilevanti, l-esperjenza professjonali preċedenti, u kull attività professjonali jew karigi oħrajn rilevanti mwettqin fil-preżent.

2.   Meta l-akkwirent propost ikun persuna ġuridika, din tipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

dokumenti li jiċċertifikaw l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tiegħu, u l-indirizz postali jekk differenti, id-dettalji ta' kuntatt u, fejn disponibbli, in-numru ta' identifikazzjoni nazzjonali tagħha;

(b)

reġistrazzjoni tal-forma ġuridika skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti;

(c)

ħarsa ġenerali aġġornata tan-negozju intraprenditorjali tal-persuna ġuridika;

(d)

lista sħiħa ta' persuni li effettivament imexxu n-negozju, isimhom, id-data u l-post tat-twelid, l-indirizz, id-dettalji ta' kuntatt, in-numru nazzjonali ta' identifikazzjoni tagħhom fejn disponibbli, curriculum vitae dettaljat li jiddikjara l-edukazzjoni u t-taħriġ rilevanti, l-esperjenza professjonali preċedenti tagħhom, u l-attivitajiet professjonali tagħhom jew funzjonijiet rilevanti oħra mwettqin fil-preżent;

(e)

l-identità tal-persuni kollha li jistgħu jitqiesu bħala sidien benefiċjarji tal-persuna ġuridika, l-isem, id-data u l-post tat-twelid, l-indirizz, id-dettalji ta' kuntatt, u, fejn disponibbli, in-numru tal-identifikazzjoni nazzjonali tagħhom.

3.   Meta l-akkwirent propost ikun jew ikun maħsub li jkun, trust, l-akkwirent propost jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identità tal-fiduċjarji kollha li jimmaniġġjaw l-assi skont it-termini tad-dokument tat-trust;

(b)

l-identità tal-persuni kollha li huma sidien benefiċjarji tal-assi tat-trust u l-ishma rispettivi tagħhom fid-distribuzzjoni tad-dħul;

(c)

l-identità tal-persuni kollha li huma settlors tat-trust.

Artikolu 4

Informazzjoni addizzjonali relatata mal-akkwirent propost li jkun persuna fiżika

L-akkwirent propost li jkun persuna fiżika, għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

fir-rigward tal-akkwirent propost u ta' kull impriża diretta jew ikkontrollata mill-akkwirent propost, matul l-aħħar għaxar snin:

(1)

informazzjoni dwar rekords kriminali, jew investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali, kawżi ċivili u amministrattivi rilevanti, u azzjonijiet dixxiplinarji, inkluż l-iskwalifika bħala direttur ta' kumpanija jew falliment, insolvenza jew proċeduri simili, b'mod partikolari permezz ta' ċertifikat uffiċjali jew permezz ta' dokument ekwivalenti ieħor;

(2)

informazzjoni dwar investigazzjonijiet miftuħa, proċeduri ta' infurzar, sanzjonijiet, jew deċiżjonijiet ta' infurzar oħra kontra l-akkwirent propost, li jistgħu jiġu pprovduti permezz ta' dikjarazzjoni tal-unur;

(3)

ir-rifjut ta' reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex twettaq kummerċ, negozju jew professjoni; jew l-irtirar, ir-revoka jew it-tmiem ta' tali reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja; jew l-espulsjoni minn korp regolatorju jew tal-gvern jew korp jew assoċjazzjoni professjonali;

(4)

it-tkeċċija mill-impjieg jew pożizzjoni ta' fiduċja, relazzjoni fiduċjarja jew sitwazzjoni simili;

(b)

informazzjoni dwar jekk valutazzjoni tar-reputazzjoni tal-akkwirent twettqitx diġà minn awtorità ta' sorveljanza oħra, l-identità ta' dik l-awtorità, u evidenza tal-eżitu tal-valutazzjoni;

(c)

informazzjoni dwar il-pożizzjoni finanzjarja attwali tal-akkwirent propost, inkluż id-dettalji rigward is-sorsi tad-dħul, l-assi u l-obbligazzjonijiet, ir-rahan u l-garanziji, mogħtija jew riċevuti;

(d)

deskrizzjoni tal-attivitajiet ta' negozju tal-akkwirent propost;

(e)

informazzjoni finanzjarja inkluż il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u rapporti disponibbli pubblikament dwar l-impriżi kkontrollati jew immexxija mill-akkwirent propost u, jekk applikabbli, dwar l-akkwirent propost;

(f)

deskrizzjoni tal-interessi jew ir-relazzjonijiet finanzjarji u mhux finanzjarji tal-akkwirent propost ma' dawn li ġejjin:

(1)

kull azzjonist ieħor attwali tal-entità fil-mira;

(2)

kull persuna intitolata li teżerċita d-drittijiet tal-vot fl-entità fil-mira f'wieħed jew aktar mill-każijiet li ġejjin:

drittijiet tal-vot miżmuma minn terza persuna li magħha l-persuna jew l-entità msemmija hawn fuq tkun ikkonkludiet ftehim, li jorbothom biex jadottaw, permezz tal-eżerċizzju kkonċertat tad-drittijiet tal-vot li jkollhom, pożizzjoni komuni dejjiema dwar il-ġestjoni tal-entità fil-mira kkonċernata;

drittijiet tal-vot miżmuma minn parti terza skont ftehim konkluż ma' dik il-persuna jew entità dwar it-trasferiment temporanju għall-kunsiderazzjoni tad-drittijiet tal-vot inkwistjoni;

id-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma li jkunu depożitati bħala kollateral għand dik il-persuna jew entità, kemm-il darba l-persuna jew entità tikkontrolla d-drittijiet tal-vot u tiddikjara l-intenzjoni tagħha li teżerċitahom;

drittijiet tal-vot marbuta ma' ishma li fihom dik il-persuna jew l-entità jkollha l-użufrutt;

drittijiet tal-vot li huma miżmuma, jew li jistgħu jiġu eżerċitati skont it-tifsira tal-ewwel erba' punti tal-punt (f)(ii), minn impriża kkontrollata minn dik il-persuna jew entità;

drittijiet tal-vot marbuta ma' ishma depożitati ma' dik il-persuna jew entità li tista' teżerċitahom fid-diskrezzjoni tagħha fin-nuqqas ta' struzzjonijiet speċifiċi mill-azzjonisti;

drittijiet tal-vot miżmuma minn terza persuna f'isimha stess fl-interess ta' dik il-persuna jew entità;

drittijiet tal-vot li dik il-persuna jew entità tista' teżerċita bi prokura meta l-persuna jew entità tista' teżerċita d-drittijiet tal-vot fid-diskrezzjoni tagħha fin-nuqqas ta' struzzjonijiet speċifiċi mill-azzjonisti;

(3)

kull membru tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew ta' superviżjoni, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, jew tal-maniġment superjuri fl-entità fil-mira;

(4)

l-entità fil-mira nnifisha u l-grupp tagħha.

(g)

informazzjoni dwar kull interess jew attività oħra tal-akkwirent propost li jistgħu jkunu f'kunflitt ma' dawk tal-entità fil-mira u soluzzjonijiet possibbli għall-ġestjoni ta' dawk il-kunflitti ta' interess.

Fir-rigward tal-punt (f), operazzjonijiet ta' kreditu, garanziji u rahan għandhom jitqiesu li jkunu parti mill-interessi finanzjarji, filwaqt li relazzjonijiet familjari jew oħrajn mill-qrib jitqiesu bħala parti mill-interessi mhux finanzjarji.

Artikolu 5

Informazzjoni addizzjonali relatata mal-akkwirent propost li jkun persuna ġuridika

1.   L-akkwirent propost li jkun persuna ġuridika, ukoll għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

informazzjoni rigward l-akkwirent propost, kull persuna li effettivament tmexxi n-negozju tal-akkwirent propost, kull impriża taħt il-kontroll tal-akkwirent propost, u kull azzjonist li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-akkwirent propost kif identifikat fil-punt (e). Din l-informazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(1)

rekords kriminali, investigazzjonijiet jew proċeduri kriminali, każijiet ċivili u amministrattivi rilevanti, jew miżuri ta' dixxiplina, inkluża l-esklużjoni bħala direttur ta' kumpanija jew falliment, insolvenza jew proċeduri simili, permezz ta' ċertifikat uffiċjali jew permezz ta' dokument ekwivalenti ieħor;

(2)

informazzjoni dwar investigazzjonijiet miftuħa, proċeduri ta' infurzar, sanzjonijiet, jew deċiżjonijiet ta' infurzar oħra kontra l-akkwirent propost, li jistgħu jiġu pprovduti permezz ta' dikjarazzjoni tal-unur;

(3)

rifjut ta' reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex jitwettaq kummerċ, negozju jew professjoni; jew l-irtirar, ir-revoka jew it-tmiem ta' tali reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja; jew espulsjoni minn korp regolatorju jew tal-gvern jew korp jew assoċjazzjoni professjonali;

(4)

it-tkeċċija mill-impjieg jew pożizzjoni ta' fiduċja, relazzjoni fiduċjarja jew sitwazzjoni simili ta' kull persuna li tmexxi effettivament in-negozju tal-akkwirent u ta' kull azzjonist li għandu influwenza sinifikanti fuq l-akkwirent propost;

(b)

informazzjoni dwar jekk valutazzjoni tar-reputazzjoni tal-akkwirent jew tal-persuna li tmexxi n-negozju tal-akkwirent diġà twettqitx minn awtorità superviżorja oħra, l-identità ta' dik l-awtorità, u evidenza dwar l-eżitu tal-valutazzjoni;

(c)

deskrizzjoni tal-interessi finanzjarji, u l-interessi jew relazzjonijiet mhux finanzjarji tal-akkwirent propost, jew, fejn applikabbli, il-grupp li l-akkwirent propost jappartjeni għalih, kif ukoll il-persuni li jmexxu effettivament in-negozju tiegħu ma':

(1)

kull azzjonist ieħor attwali fl-entità fil-mira;

(2)

kull persuna intitolata li teżerċita d-drittijiet tal-vot tal-entità fil-mira fil-każijiet li ġejjin jew f'kombinazzjoni tagħhom:

drittijiet tal-vot miżmuma minn terza persuna li magħha l-persuna jew l-entità msemmija hawn fuq tkun ikkonkludiet ftehim, li jorbothom biex jadottaw, permezz tal-eżerċizzju kkonċertat tad-drittijiet tal-vot li jkollhom, pożizzjoni komuni dejjiema dwar il-ġestjoni tal-entità fil-mira kkonċernata;

drittijiet tal-vot miżmuma minn parti terza skont ftehim konkluż ma' dik il-persuna jew entità dwar it-trasferiment temporanju għall-kunsiderazzjoni tad-drittijiet tal-vot inkwistjoni;

id-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma li jkunu depożitati bħala kollateral għand dik il-persuna jew entità, kemm-il darba l-persuna jew entità tikkontrolla d-drittijiet tal-vot u tiddikjara l-intenzjoni tagħha li teżerċitahom;

drittijiet tal-vot marbuta ma' ishma li fihom dik il-persuna jew l-entità jkollha l-użufrutt;

drittijiet tal-vot li jkunu miżmuma, jew li jkunu jistgħu jiġu eżerċitati skont it-tifsira tal-ewwel erba' punti tal-punt (c)(ii), minn impriża kkontrollata minn dik il-persuna jew entità;

drittijiet tal-vot marbuta ma' ishma depożitati ma' dik il-persuna jew entità li tista' teżerċitahom fid-diskrezzjoni tagħha fin-nuqqas ta' struzzjonijiet speċifiċi mill-azzjonisti;

drittijiet tal-vot miżmuma minn terza persuna f'isimha stess fl-interess ta' dik il-persuna jew entità;

drittijiet tal-vot li dik il-persuna jew entità tista' teżerċita bi prokura meta l-persuna jew entità tista' teżerċita d-drittijiet tal-vot fid-diskrezzjoni tagħha fin-nuqqas ta' struzzjonijiet speċifiċi mill-azzjonisti;

(3)

kull membru tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew ta' superviżjoni, jew tal-maniġment superjuri fl-entità fil-mira;

(4)

l-entità fil-mira nnifisha u l-grupp li tappartjeni għalih;

(d)

informazzjoni dwar kull interess jew attività oħra tal-akkwirent propost li jistgħu jkunu f'kunflitt ma' dawk tal-entità fil-mira u soluzzjonijiet possibbli għall-ġestjoni ta' dawk il-kunflitti ta' interess;

(e)

l-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-akkwirent propost, bl-identità tal-azzjonisti kollha li jeżerċitaw influwenza sinifikanti u s-sehem rispettiv tagħhom tal-kapital u d-drittijiet tal-vot inkluża l-informazzjoni dwar kull ftehim tal-azzjonisti;

(f)

jekk l-akkwirent propost huwa parti minn grupp bħala kumpanija sussidjarja jew bħala l-impriża prinċipali, organogramma dettaljata tal-istruttura korporattiva sħiħa u informazzjoni dwar is-sehem tal-kapital u d-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti li għandhom influwenza sinifikanti tal-entitajiet tal-grupp u dwar l-attivitajiet attwalment imwettqa mill-entitajiet tal-grupp;

(g)

jekk l-akkwirent propost huwa parti minn grupp bħala kumpanija sussidjarju jew bħala l-kumpanija prinċipali, informazzjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn l-entitajiet finanzjarji u mhux finanzjarji tal-grupp;

(h)

l-identifikazzjoni ta' kull istituzzjoni ta' kreditu; impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni; impriżi għal investiment kollettiv u l-maniġers tagħhom jew ditta tal-investiment fil-grupp, u l-ismijiet tal-awtoritajiet superviżorji rilevanti;

(i)

rapporti finanzjarji statutorji, fil-livell individwali u, fejn disponibbli, dak ta' grupp konsolidat u sottokonsolidat, għall-aħħar tliet perijodi finanzjarji. Fejn dawk ir-rapporti finanzjarji jiġu awditjati esternalment, l-akkwirent propost għandu jipprovdihom diġà approvati mill-awditur estern. Ir-rapporti finanzjarji statutorji għandhom jinkludu:

(1)

il-karta tal-bilanċ;

(2)

il-kontijiet ta' qligħ u telf jew ir-rapport tal-introjtu;

(3)

ir-rapporti annwali u l-annessi finanzjarji u d-dokumenti l-oħrajn irreġistrati mar-reġistru jew l-awtorità rilevanti fit-territorju partikolari għall-akkwirent propost.

(j)

fejn disponibbli, l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-akkwirent propost u l-klassifikazzjoni ġenerali tal-grupp tiegħu.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-operazzjonijiet ta' kreditu, garanziji u rahan għandhom jitqiesu li jkunu parti mill-interessi finanzjarji, filwaqt li relazzjonijiet familjari jew oħrajn mill-qrib għandhom jitqiesu bħala parti mill-interessi mhux finanzjarji.

Għall-finijiet tal-punt (i), meta l-akkwirent propost ikun entità li tkun għadha kif ġiet stabbilita, minflok ir-rapporti finanzjarji statutorji, l-akkwirent propost għandu jagħti lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira l-karti tal-bilanċ u l-kontijiet ta' qligħ u telf jew rapporti tal-introjtu mbassra għall-ewwel tliet snin tan-negozju, fosthom is-suppożizzjonijiet tal-ippjanar użati;

2.   Meta l-akkwirent propost ikun persuna ġuridika li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha rreġistrat f'pajjiż terz, l-akkwirent propost għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira bl-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

(a)

ċertifikat ta' pożizzjoni tajba (kollox konformi) jew ekwivalenti mill-awtoritajiet kompetenti barranin rilevanti rigward l-akkwirent propost;

(b)

dikjarazzjoni minn awtoritajiet kompetenti barranin rilevanti li ma jeżisti l-ebda ostakolu jew limitazzjoni għall-għoti ta' informazzjoni neċessarja għas-superviżjoni tal-entità fil-mira;

(c)

informazzjoni ġenerali dwar ir-reġim regolatorju ta' dak il-pajjiż terz kif applikabbli għall-akkwirent propost.

3.   Meta l-akkwirent propost ikun fond ta' investimenti sovran, l-akkwirent propost għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira bl-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

(a)

l-isem tal-ministeru jew tad-dipartiment tal-gvern responsabbli għad-definizzjoni tal-politika ta' investiment tal-fond;

(b)

dettalji dwar il-politika ta' investiment u kull restrizzjoni fuq l-investiment;

(c)

l-isem u l-pożizzjoni tal-individwi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-investiment tal-fond, kif ukoll id-dettalji tal-parteċipazzjoni kwalifikanti jew l-influwenza kif imsemmi fl-Artikolu 11(2) eżerċitata mill-ministeru jew mid-dipartiment tal-gvern identifikat fuq l-operazzjonijiet ta' kuljum tal-fond u l-entità fil-mira

Artikolu 6

Informazzjoni dwar il-persuni li effettivament se jmexxu n-negozju tal-entità fil-mira

L-akkwirent propost għandu jagħti lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira l-informazzjoni li ġejja li għandha x'taqsam mar-reputazzjoni u l-esperjenza ta' kull persuna li se tmexxi effettivament in-negozju tal-entità fil-mira bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni proposta:

(a)

dettalji personali inklużi l-isem tal-persuna, id-data u l-post tat-twelid, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt u, fejn disponibbli, in-numru tal-identifikazzjoni nazzjonali personali;

(b)

il-pożizzjoni li għaliha l-persuna qed tiġi jew se tiġi maħtura;

(c)

curriculum vitae dettaljat li jiddikjara l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali rilevanti, l-esperjenza professjonali, fosthom l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet kollha li għalihom il-persuna tkun ħadmet u n-natura u t-tul ta' żmien tal-funzjonijiet imwettqa, b'mod partikolari għal kull attività fil-kamp ta' applikazzjoni tal-pożizzjoni mixtieqa, u d-dokumentazzjoni relatata mal-esperjenza tal-persuna, bħal lista ta' persuni ta' referenza fosthom l-informazzjoni ta' kuntatt u ittri ta' rakkomandazzjoni. Għal pożizzjonijiet miżmuma f'dawn l-aħħar 10 snin, fid-deskrizzjoni ta' dawn l-attivitajiet, il-persuna għandha tispeċifika s-setgħat iddelegati tagħha, is-setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet interni u l-oqsma tal-operazzjonijiet taħt il-kontroll tagħha. Jekk il-curriculum vitae jinkludi esperjenzi rilevanti oħra, fosthom ir-rappreżentanza tal-korp ta' ġestjoni, dan għandu jiġi ddikjarat;

(d)

informazzjoni dwar dawn li ġejjin:

(1)

rekords kriminali, jew investigazzjonijiet jew proċeduri kriminali, każijiet ċivili u amministrattivi rilevanti, jew azzjonijiet dixxiplinarji, inkluż l-esklużjoni bħala direttur ta' kumpanija, il-falliment, l-insolvenza jew proċeduri simili, permezz ta' ċertifikat uffiċjali jekk disponibbli, jew permezz ta' dokument ekwivalenti ieħor;

(2)

investigazzjonijiet miftuħa, proċeduri ta' infurzar, sanzjonijiet, jew deċiżjonijiet ta' infurzar oħra kontra l-persuna li jistgħu jiġu pprovduti permezz ta' dikjarazzjoni tal-unur;

(3)

rifjut ta' reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex tmexxi kummerċ, negozju jew professjoni; jew l-irtirar, ir-revoka jew it-tmiem ta' tali reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja; jew espulsjoni minn korp regolatorju jew tal-gvern jew korp jew assoċjazzjoni professjonali;

(4)

it-tkeċċija mill-impjieg jew pożizzjoni ta' fiduċja, relazzjoni fiduċjarja jew sitwazzjoni simili;

(e)

informazzjoni dwar jekk valutazzjoni tar-reputazzjoni bħala persuna li tmexxi n-negozju diġà twettqitx minn awtorità superviżorja oħra, l-identità ta' din l-awtorità, u evidenza dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni;

(f)

deskrizzjoni dwar l-interessi finanzjarji u mhux finanzjarji jew relazzjonijiet tal-persuna jew tal-qraba tagħha mal-membri tal-korp maniġerjali u ma' persuni f'karigi b'funzjonijiet ewlenin fl-istess istituzzjoni, l-istituzzjoni prinċipali u s-sussidjarji u l-azzjonisti;

(g)

iż-żmien minimu, b'indikazzjonijiet annwali u ta' kull xahar, li se jkun iddedikat għat-twettiq tal-funzjonijiet tal-persuna fl-entità fil-mira;

(h)

il-lista ta' karigi ta' direttur eżekuttiv u mhux eżekuttiv miżmuma mill-persuna fil-preżent.

Għall-finijiet tal-punt (f), operazzjonijiet ta' kreditu, parteċipazzjonijiet azzjonarji, garanziji u rahan għandhom jitqiesu li jkunu parti mill-interessi finanzjarji, filwaqt li relazzjonijiet familjari jew oħrajn mill-qrib jitqiesu bħala parti mill-interessi mhux finanzjarji.

Artikolu 7

Informazzjoni dwar l-akkwiżizzjoni proposta

L-informazzjoni li ġejja dwar l-akkwiżizzjoni proposta għandha tiġi pprovduta mill-akkwirent propost lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira:

(a)

l-identifikazzjoni tal-entità fil-mira;

(b)

dettalji tal-intenzjonijiet tal-akkwirent propost fir-rigward tal-akkwiżizzjoni proposta, inkluż l-investiment strateġiku jew investiment ta' portafoll;

(c)

informazzjoni dwar l-ishma tal-entità fil-mira li hi proprjetà, jew maħsuba li tkun proprjetà, tal-akkwirent propost qabel u wara l-akkwiżizzjoni proposta, fosthom:

(1)

l-għadd u t-tip ta' ishma u l-valur nominali ta' dawn l-ishma;

(2)

il-perċentwal tal-kapital kumplessiv tal-entità fil-mira li l-ishma li huma proprjetà, jew maħsuba li jkunu proprjetà, tal-akkwirent propost jirrappreżentaw qabel u wara l-akkwiżizzjoni proposta:

(3)

is-sehem tad-drittijiet tal-vot kumplessiv tal-entità fil-mira li l-ishma li huma proprjetà tal-akkwirent propost, jew li huma maħsuba li jkunu proprjetà tiegħu, jirrappreżentaw qabel u wara l-akkwiżizzjoni proposta, jekk dan ikun differenti mis-sehem tal-kapital tal-entità fil-mira;

(4)

il-valur tas-suq, f'euro u fil-munita lokali, tal-ishma tal-entità fil-mira li huma proprjetà, jew li huma maħsuba li jkunu proprjetà, tal-akkwirent propost qabel u wara l-akkwiżizzjoni proposta.

(d)

deskrizzjoni ta' kull azzjoni flimkien ma' partijiet oħra, inkluż il-kontribut ta' dawk il-partijiet l-oħrajn għall-finanzjament, il-mezzi ta' parteċipazzjoni fl-arranġamenti finanzjarji relatati mal-akkwiżizzjoni proposta u l-arranġamenti organizzattivi futuri tal-akkwiżizzjoni proposta;

(e)

il-kontenut tal-ftehimiet tal-azzjonisti ppjanati ma' azzjonisti oħrajn fir-rigward tal-entità fil-mira;

(f)

il-prezz propost tal-akkwiżizzjoni u l-kriterji użati meta jkun qed jiġi ddeterminat dan il-prezz u, jekk ikun hemm differenza bejn il-valur tas-suq u l-prezz propost tal-akkwiżizzjoni, spjegazzjoni għaliex dan huwa l-każ.

Artikolu 8

Informazzjoni dwar l-istruttura tal-grupp il-ġdid propost u l-impatt tagħha fuq is-superviżjoni

1.   Meta l-akkwirent propost ikun persuna ġuridika, huwa għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-entita fil-mira b'analiżi tal-kamp ta' applikazzjoni tas-superviżjoni konsolidata tal-grupp li jkun jappartjeni għalih wara l-akkwiżizzjoni proposta. Din l-analiżi għandha tinkludi informazzjoni dwar liema entitajiet tal-grupp ikunu se jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti tas-superviżjoni konsolidata wara l-akkwiżizzjoni proposta u f'liema livelli fil-grupp dawn ir-rekwiżiti jkunu japplikaw fuq bażi subkonsolidata jew sħiħa.

2.   L-akkwirent propost għandu jagħti wkoll lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira analiżi tal-impatt tal-akkwiżizzjoni proposta fuq il-kapaċità tal-entità fil-mira biex tkompli tipprovdi informazzjoni f'waqtha u preċiża lis-superviżur tagħha, inkluż bħala riżultat ta' rabtiet mill-qrib tal-akkwirent propost mal-entità fil-mira.

Artikolu 9

Informazzjoni dwar l-iffinanzjar tal-akkwiżizzjoni proposta

L-akkwirent propost għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira bi spjegazzjoni dettaljata dwar is-sorsi speċifiċi ta' finanzjament għall-akkwiżizzjoni proposta, fosthom:

(a)

dettalji dwar l-użu ta' riżorsi finanzjarji privati u l-oriġini u d-disponibbiltà tal-fondi, inkluż kull appoġġ dokumentarju rilevanti li jipprovdi evidenza dokumentarja lill-awtorità kompetenti li ma jkunx hemm tentattiv ta' ħasil tal-flus permezz tal-akkwiżizzjoni proposta;

(b)

dettalji dwar il-mezzi ta' pagament tal-akkwiżizzjoni proposta u n-netwerk użat għat-trasferiment ta' fondi;

(c)

dettalji dwar l-aċċess għal sorsi ta' kapital u s-swieq finanzjarji fosthom id-dettalji ta' strumenti finanzjarji li għandhom jinħarġu;

(d)

informazzjoni dwar l-użu ta' fondi missellfa fosthom l-isem ta' min isellef rilevanti u dettalji tal-faċilitajiet mogħtija, inkluż maturitajiet, termini, rahan u garanziji, kif ukoll informazzjoni dwar is-sors tad-dħul li għandu jintuża biex jitħallas lura dan is-self u l-oriġini tal-fondi missellfa fejn min jislef ma jkunx istituzzjoni finanzjarja taħt superviżjoni;

(e)

informazzjoni dwar kull arranġament finanzjarju ma' azzjonisti oħra tal-entità fil-mira;

(f)

informazzjoni dwar l-assi tal-akkwirent propost jew tal-entità fil-mira li jkunu se jinbiegħu sabiex jgħinu fl-iffinanzjar tal-akkwiżizzjoni proposta, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-bejgħ, inkluż il-prezz, il-valutazzjoni, u dettalji dwar il-karatteristiċi tal-assi u informazzjoni dwar meta u kif l-assi nkisbu.

Artikolu 10

Informazzjoni addizzjonali għal parteċipazzjoni kwalifikanti ta' mhux aktar minn 20 %

Meta l-akkwiżizzjoni proposta tirriżulta f'li l-akkwirent propost ikollu parteċipazzjoni kwalifikanti fl-entità fil-mira ta' mhux aktar minn 20 %, l-akkwirent propost għandu jipprovdi dokument dwar l-istrateġija lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-perjodu li matulu l-akkwirent propost għandu l-intenzjoni li jżomm il-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu wara l-akkwiżizzjoni proposta u kull intenzjoni tal-akkwirent propost li jżid, inaqqas jew iżomm il-livell tal-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu fil-futur prevedibbli;

(b)

indikazzjoni tal-intenzjonijiet tal-akkwirent propost relatati mal-entità fil-mira, inkluż jekk dan għandux l-intenzjoni jew le, li jeżerċita kwalunkwe forma ta' kontroll fuq l-entità fil-mira u r-raġunijiet għal dik l-azzjoni.

(c)

informazzjoni dwar il-pożizzjoni finanzjarja tal-akkwirent propost u r-rieda tiegħu li jappoġġa lill-entità fil-mira b'fondi proprji addizzjonali jekk meħtieġa għall-iżvilupp tal-attivitajiet tagħha jew f'każ ta' diffikultajiet finanzjarji.

Artikolu 11

Rekwiżiti addizzjonali għal parteċipazzjonijiet kwalifikanti ta' bejn 20 % u 50 %

1.   Meta l-akkwiżizzjoni proposta tirriżulta f'li l-akkwirent propost ikollu sehem kwalifikanti fl-entità fil-mira ta' bejn 20 % u 50 %, l-akkwirent propost għandu jipprovdi dokument dwar l-istrateġija lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-informazzjoni kollha stabbilita fl-Artikolu 10;

(b)

dettalji dwar l-influwenza li l-akkwirent propost għandu l-intenzjoni li jeżerċita fuq il-pożizzjoni finanzjarja fir-rigward tal-entità fil-mira fosthom il-politika tad-dividendi, l-iżvilupp strateġiku, u l-allokazzjoni tar-riżorsi tal-entità fil-mira;

(c)

deskrizzjoni tal-intenzjonijiet u l-aspettattivi tal-akkwirent propost lejn l-entità fil-mira fuq perjodu medju ta' żmien, li jkopru l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 12(2) u (3).

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-informazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu għandha tingħata wkoll lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira minn kwalunkwe akkwirent propost imsemmi fl-Artikolu 10 fejn l-influwenza eżerċitata mill-parteċipazzjoni azzjonarja ta' dak l-akkwirent propost, fuq il-bażi ta' valutazzjoni komprensiva tal-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-entità fil-mira, tkun ekwivalenti għall-influwenza eżerċitata mill-parteċipazzjonijiet azzjonarji ta' bejn 20 % u 50 %.

Artikolu 12

Rekwiżiti addizzjonali għal parteċipazzjonijiet kwalifikanti ta' 50 % u iktar

1.   Fejn l-akkwiżizzjoni proposta tirriżulta f'li l-akkwirent propost ikollu parteċipazzjoni kwalifikanti fl-entità fil-mira ta' 50 % jew aktar, jew f'li l-entità fil-mira ssir sussidjarja tiegħu, l-akkwirent propost jipprovdi pjan tan-negozju lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira li għandu jinkludi pjan ta' żvilupp strateġiku, rapporti finanzjarji stmati tal-entità fil-mira, u l-impatt tal-akkwiżizzjoni fuq il-governanza korporattiva u l-istruttura organizzattiva ġenerali tal-entità fil-mira.

2.   Il-pjan ta' żvilupp strateġiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jindika, f'termini ġenerali, l-objettivi ewlenin tal-akkwiżizzjoni proposta u l-modi ewlenin ta' kif se jintlaħqu, fosthom:

(a)

l-objettiv ġenerali tal-akkwiżizzjoni proposta;

(b)

l-objettivi finanzjarji fuq terminu medju li jistgħu jiġu ddikjarati f'termini ta' redditu fuq l-ekwità, proporzjon kostijiet-benefiċċji, qligħ għal kull sehem, jew f'termini oħrajn kif xieraq;

(c)

ir-ridirezzjoni possibbli tal-attivitajiet, il-prodotti, il-klijenti fil-mira u r-riallokazzjoni possibbli tal-fondi jew tar-riżorsi mistennija li jkollhom impatt fuq l-entità fil-mira;

(d)

proċessi ġenerali għall-inklużjoni u l-integrazzjoni tal-entità fil-mira fl-istruttura tal-grupp tal-akkwirent propost, fosthom deskrizzjoni tal-interazzjonijiet prinċipali li għandhom jiġu segwiti ma' kumpaniji oħrajn fil-grupp, kif ukoll deskrizzjoni tal-politiki li jirregolaw ir-relazzjonijiet intragrupp.

3.   Meta l-akkwirent propost ikun entità awtorizzata u suġġetta għal superviżjoni fl-Unjoni, l-informazzjoni dwar id-dipartimenti partikolari fl-istruttura tal-grupp li huma affettwati mill-akkwiżizzjoni proposta għandha tkun biżżejjed għall-finijiet tal-informazzjoni msemmija fil-punt (d).

4.   Ir-rapporti finanzjarji stmati tal-entità fil-mira msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi kkonsolidata, għal perjodu ta' referenza ta' tliet snin, jinkludu dan li ġej:

(a)

stima tal-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-introjtu;

(b)

tbassir tar-rekwiżiti kapitali prudenzjali u l-proporzjon tas-solvenza;

(c)

informazzjoni dwar il-livell ta' skoperturi ta' riskju inklużi r-riskji tal-kreditu, tas-swieq u operattivi kif ukoll riskji rilevanti oħrajn;

(d)

previżjoni ta' tranżazzjonijiet intragrupp.

5.   L-impatt tal-akkwiżizzjoni fuq il-governanza korporattiva u l-istruttura organizzattiva ġenerali tal-entità fil-mira msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludi l-impatt fuq:

(a)

il-kompożizzjoni u d-dmirijiet tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew ta' superviżjoni, u l-kumitati ewlenin maħluqa minn tali korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet, fosthom il-kumitat ta' tmexxija, il-kumitat tar-riskju, il-kumitat tal-awditjar, il-kumitat tar-rimunerazzjoni, fosthom informazzjoni dwar persuni li jiġu maħtura biex imexxu n-negozju;

(b)

proċeduri amministrattivi u ta' kontabbiltà u l-kontrolli interni, fosthom bidliet fil-proċeduri u s-sistemi relatati mal-kontabilità, l-awditjar intern, il-konformità kontra l-ħasil tal-flus u l-ġestjoni tar-riskju, u l-ħatra tal-funzjonijiet ewlenin ta' awditur intern, uffiċjal għall-konformità u maniġer tar-riskji;

(c)

is-sistemi tal-IT ġenerali tal-organizzazzjoni fosthom kull bdil li jikkonċerna l-politika tal-esternalizzazzjoni tal-IT, il-flowchart tad-dejta, is-softwer intern u estern użat u l-proċeduri u għodod essenzjali tas-sigurtà tad-dejta u s-sistemi bħal back-up, pjanijiet ta' kontinwità u rendikonti tal-entrati;

(d)

il-politiki dwar l-esternalizzazzjoni, fosthom informazzjoni dwar l-oqsma kkonċernati, l-għażla tal-fornituri tas-servizzi, u d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-partijiet fil-kuntratt ta' esternalizzazzjoni bħal arranġamenti tal-awditjar u l-kwalità tas-servizz mistenni mingħand il-fornitur;

(e)

kull informazzjoni rilevanti oħra li tikkonċerna l-impatt tal-akkwiżizzjoni fuq il-governanza korporattiva u l-istruttura organizzattiva ġenerali tal-entità, fosthom kull modifika rigward id-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti.

Artikolu 13

Rekwiżiti mnaqqsa ta' informazzjoni

1.   Permezz ta' deroga mill-Artikoli 2, meta l-akkwirent propost ikun entità awtorizzata u soġġetta għal superviżjoni fl-Unjoni u l-entità fil-mira tkun tissodisfa l-kriterji stipulati fil-paragrafu 2, l-akkwirent propost għandu jippreżenta l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira:

(a)

meta l-akkwirent propost ikun persuna fiżika:

(1)

l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(1);

(2)

l-informazzjoni stabbilita fil-punti minn (c) sa (g) tal-Artikolu 4;

(3)

l-informazzjoni stabbilita fl-Artikoli 6, 7 u 9;

(4)

l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8(1);

(5)

meta l-akkwiżizzjoni proposta tirriżulta f'li l-akkwirent propost ikollu parteċipazzjoni kwalifikanti fl-entità fil-mira ta' mhux aktar minn 20 %, dokument dwar l-istrateġija kif stabbilit fl-Artikolu 10;

(6)

fejn l-akkwiżizzjoni proposta tirriżulta f'li l-akkwirent propost ikollu parteċipazzjoni kwalifikanti fl-entità fil-mira ta' bejn 20 % u 50 %, dokument dwar l-istrateġija kif stabbilit fl-Artikolu 11.

(b)

meta l-akkwirent propost ikun persuna ġuridika:

(1)

l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(2);

(2)

l-informazzjoni stabbilita fil-punti minn (c) sa (j) tal-Artikolu 5(1) u, fejn rilevanti, l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(3);

(3)

l-informazzjoni stabbilita fl-Artikoli 6, 7 u 9;

(4)

l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8(1);

(5)

meta l-akkwiżizzjoni proposta tirriżulta f'li l-akkwirent propost ikollu parteċipazzjoni kwalifikanti fl-entità fil-mira ta' mhux aktar minn 20 %, dokument dwar l-istrateġija kif stabbilit fl-Artikolu 10;

(6)

fejn l-akkwiżizzjoni proposta tirriżulta f'li l-akkwirent propost ikollu parteċipazzjoni kwalifikanti fl-entità fil-mira ta' bejn 20 % u 50 %, dokument dwar l-istrateġija kif stabbilit fl-Artikolu 11.

(c)

meta l-akkwirent propost ikun trust:

(1)

l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(3);

(2)

fejn rilevanti, l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(3)

(3)

l-informazzjoni stabbilita fl-Artikoli 6, 7 u 9;

(4)

l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8(1);

(5)

meta l-akkwiżizzjoni proposta tirriżulta f'li l-akkwirent propost ikollu parteċipazzjoni kwalifikanti fl-entità fil-mira ta' mhux aktar minn 20 %, dokument dwar l-istrateġija kif stabbilit fl-Artikolu 10;

(6)

fejn l-akkwiżizzjoni proposta tirriżulta f'li l-akkwirent propost ikollu parteċipazzjoni kwalifikanti fl-entità fil-mira ta' bejn 20 % u 50 %, dokument dwar l-istrateġija kif stabbilit fl-Artikolu 11.

2.   L-entità fil-mira msemmija fil-paragrafu 1 għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

ma jkollhiex assi miżmuma tal-klijenti tagħha;

(b)

ma tkunx awtorizzata għas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment “Il-kummerċ akkont tiegħu nnifsu” jew “Is-sottoskrizzjoni tal-istrumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid tal-istrumenti finanzjarji fuq bażi soda ta' impenn” imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;

(c)

fil-każ li tkun awtorizzata għas-servizz ta' investiment ta' “Ġestjoni tal-portafoll” kif imsemmi fil-punt (4) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE, l-assi mmaniġġati mill-impriża jkunu inqas minn EUR 500 miljun.

3.   Jekk l-akkwirent propost imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ġie vvalutat mill-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira fis-sentejn ta' qabel fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 4 u 5, dan l-akkwirent propost għandu jipprovdi biss dawk il-biċċiet ta' informazzjoni li nbidlu wara l-valutazzjoni preċedenti.

Jekk l-akkwirent propost jipprovdi biss dawk il-biċċiet tal-informazzjoni li jkunu nbidlu mill-valutazzjoni preċedenti skont l-ewwel subparagrafu, l-akkwirent propost għandu jiffirma dikjarazzjoni li tinforma l-awtorità kompetenti tal-entità fil-mira li ma hemmx il-ħtieġa għal aġġornament tal-bqija tal-informazzjoni.

Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(3)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


DEĊIŻJONIJIET

26.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1947

tat-23 ta' Ottubru 2017

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi, fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Armenja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi (1) (“il-Ftehim”) jistabbilixxi Kumitat Konġunt (il-“Kumitat Konġunt”). Dan jipprevedi li l-Kumitat Konġunt għandu, b'mod partikolari, jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistipula l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' viżi għal tranżitu minn, jew soġġorni previsti fit-territorju tal-Istati Membri ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(3)

Linji gwida komuni huma neċessarji sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata sħiħa tal-Ftehim mill-missjonijiet diplomatiċi u servizzi konsulari tal-Istati Membri, u biex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Partijiet tal-Ftehim li jibqgħu japplikaw għal ħruġ ta' viżi mhux koperti mill-Ftehim.

(4)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-adozzjoni tal-linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 12 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi, fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. IVA


(1)  ĠU L 289, 31.10.2013, p. 2.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).


ABBOZZ

TA' DEĊIŻJONI Nru …/… TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT TAĦT IL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-ARMENJA DWAR IL-FAĊILITAZZJONI TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI

ta'…

fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi (1) (il-“Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi l-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi huma indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …

Għall-Unjoni Ewropea

Għar-Repubblika tal-Armenja


(1)  ĠU L 289, 31.10.2013, p. 2.


ANNESS

LINJI GWIDA KOMUNI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-ARMENJA DWAR IL-FAĊILITAZZJONI TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI

L-għan tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi (il-“Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014, huwa li jiffaċilita, fuq il-bażi ta' reċiproċità, il-proċeduri għall-ħruġ ta' viżi għal soġġorn previst ta' mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum għaċ-ċittadini tal-Armenja.

Il-Ftehim jistabbilixxi, fuq il-bażi ta' reċiproċità, drittijiet u obbligi legalment vinkolanti għall-iskop ta' simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-ħruġ ta' viżi liċ-ċittadini tal-Armenja.

Dawn il-Linji Gwida, adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 12 tal-Ftehim (il-“Kumitat Konġunt”), għandhom l-għan li jiżguraw implimentazzjoni armonizzata tal-Ftehim mill-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri tal-Unjoni (“Stati Membri”). Dawn il-Linji Gwida mhumiex parti mill-Ftehim u għalhekk mhumiex legalment vinkolanti. Madankollu, huwa rrakkomandat ħafna li l-persunal diplomatiku u konsulari jsegwuhom b'mod konsistenti meta jimplimentaw il-Ftehim.

Hemm l-intenzjoni li dawn il-Linji Gwida jiġu aġġornati fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tal-Ftehim taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Konġunt.

Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni kontinwa u armonizzata tal-Ftehim u f'konformità mar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt, il-Partijiet qablu li jkollhom kuntatti informali bejn il-laqgħat formali tal-Kumitat Konġunt, sabiex jittrattaw kwistjonijiet urġenti. Rapporti dettaljati dwar dawn il-kwistjonijiet u l-kuntatti informali jiġu preżentati fil-laqgħa sussegwenti tal-Kumitat Konġunt.

I.   KWISTJONIJIET ĠENERALI

1.1.   Għan u kamp ta' applikazzjoni

L-Artikolu 1(1) tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   L-għan ta' dan il-Ftehim hu li jiffaċilita l-ħruġ ta' viżi għal żjara intiża ta' mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum għaċ-ċittadini tal-Armenja.”.

Il-Ftehim japplika għaċ-ċittadini kollha tal-Armenja li japplikaw għal viża għal soġġorn qasir, irrispettivament mill-pajjiż tar-residenza tagħhom.

Il-Ftehim ma japplikax għal persuni apolidi li jkollhom permess ta' residenza maħruġ mill-Armenja. Ir-regoli tal-acquis tal-Unjoni dwar il-viżi japplikaw għal dik il-kategorija ta' persuni.

Mill-10 ta' Jannar 2013, iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u ċ-ċittadini tal-pajjiżi assoċjati ma' Schengen huma eżentati mir-rekwiżit tal-viża meta jivvjaġġaw lejn l-Armenja għal perjodu ta' żmien li ma jaqbiżx id-90 jum jew meta jkunu fi transitu mit-territorju tal-Armenja.

L-Artikolu 1(2) tal-Ftehim jipprevedi li:

“2.   F'każ li l-Armenja ddaħħal mill-ġdid ir-rekwiżiti tal-viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni jew għal xi kategoriji minnhom, l-istess faċilitazzjonijiet mogħtija taħt dan il-Ftehim liċ-ċittadini tal-Armenja jkunu awtomatikament, fuq bażi ta' reċiproċità, japplikaw għaċ-ċittadini konċernati tal-Unjoni.”.

1.2.   Kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim

L-Artikolu 2 tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   L-iffaċilitar tal-viża provdut f'dan il-Ftehim japplika għaċ-ċittadini tal-Armenja biss safejn ma jkunux eżenti mir-rekwiżit tal-viża bil-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, b'dan il-Ftehim jew bi ftehimiet internazzjonali oħra.

2.   Il-liġi nazzjonali tal-Armenja jew tal-Istati Membri jew il-liġi tal-Unjoni għandhom japplikaw fi kwistjonijiet li mhumiex koperti mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, bħar-rifjut li tinħareġ viża, ir-rikonoxximent ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, evidenza ta' mezzi ta' għajxien suffiċjenti u l-miżuri dwar rifjut tad-dħul u ta' espulsjoni.”.

Il-Ftehim, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tiegħu, ma jaffettwax ir-regoli eżistenti dwar l-obbligi tal-viża u l-eżenzjonijiet mill-viża. Pereżempju, l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (1) jippermetti lill-Istati Membri li jeżentaw mir-rekwiżit ta' viża, fost kategoriji oħra ta' persuni, ekwipaġġi ċivili tal-ajru u tat-tbaħħir.

F'dak il-kuntest, għandu jiġi miżjud li skont l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (2), l-Istati Membri ta' Schengen kollha huma obbligati li jirrikonoxxu viżi għal soġġorn twil u permessi ta' residenza maħruġa minn xulxin bħala validi għal soġġorni qosra fit-territorji ta' xulxin. L-Istati Membri ta' Schengen kollha jaċċettaw il-permessi ta' residenza, il-viżi D u l-viżi għal żjarat qosra ta' stati assoċjati ma' Schengen għal dħul u soġġorni qosra u viċi versa.

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (il-“Kodiċi dwar il-Viżi”) japplika għall-ħruġ kollu mhux kopert mill-Ftehim, bħalma huma d-determinazzjoni tal-Istat Membru ta' Schengen responsabbli għall-ipproċessar ta' applikazzjoni għal viża, il-motivazzjoni għal rifjut li tinħareġ viża, id-dritt ta' appell kontra deċiżjoni negattiva u r-regola ġenerali tal-intervista personali mal-applikant għal u l-forniment tal-informazzjoni rilevanti kollha rigward l-applikazzjoni għal viża. Barra minn hekk, ir-regoli ta' Schengen (jiġifieri r-rifjut ta' dħul fit-territorju, il-prova ta' mezzi suffiċjenti ta' sussistenza, eċċ.) u l-liġi nazzjonali (jiġifieri r-rikonoxximent ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, il-miżuri ta' tkeċċija, eċċ.) ikomplu wkoll japplikaw għal kwistjonijiet li mhumiex koperti mill-Ftehim.

Anki jekk il-kundizzjonijiet previsti fil-Ftehim ikunu ssodisfati, pereżempju, tingħata evidenza dokumentata mill-applikant rigward l-iskop tal-vjaġġ għall-kategoriji previsti fl-Artikolu 4, il-ħruġ tal-viża jista' xorta jiġi rifjutat jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (“Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen”) ma jiġux issodisfati, jiġifieri l-persuna ma jkollhiex fil-pussess tagħha dokument validu tal-ivvjaġġar, ikun inħareġ allert fis-Sistema ta' informazzjoni ta' Schengen (SIS), il-persuna titqies li tkun ta' periklu għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, eċċ.

Flessibbiltajiet oħra għall-ħruġ ta' viżi previsti mill-Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi jibqgħu japplikaw. Pereżempju, viżi għal dħul multiplu għal perjodu ta' validità twil — sa ħames snin — jistgħu jinħarġu lil kategoriji ta' persuni apparti dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tal-Ftehim, jekk il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 24 tal-Kodiċi dwar il-Viżi jiġu ssodisfati. Bl-istess mod, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16(5) u (6) tal-Kodiċi dwar il-Viżi li jippermettu eżenzjoni jew tnaqqis tat-tariffa tal-viża jkomplu japplikaw.

1.3.   Tipi ta' viżi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim

Il-punt (d) tal-Artikolu 3 tal-Ftehim jiddefinixxi “viża” bħala “awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru fil-konfront ta' intenzjoni ta' transitu mit-territorju tal-Istati Membri, jew ta' żjara intiża fihom ta' mhux aktar minn 90 jum f'kull perijodu ta' 180 jum;”.

Il-faċilitazzjonijiet previsti fil-Ftehim japplikaw kemm għal viżi uniformi kif ukoll għal viżi b'validità territorjali limitata.

1.4.   Kalkolu tat-tul ta' żjara awtorizzata b'viża

Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) iddefinixxa mill-ġdid il-kunċett ta' soġġorn qasir. Id-definizzjoni preżenti ta' soġġorn qasir taqra kif ġej: “mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum, li jinkludi li jitqies il-perjodu ta' 180 jum li jippreċedi kull jum ta' soġġorn”. Dik id-definizzjoni daħlet fis-seħħ fit-18 ta' Ottubru 2013 u tinsab fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Il-jum tad-dħul jiġi kkalkulat bħala l-ewwel jum tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri u l-jum tal-ħruġ jiġi kkalkulat bħala l-aħħar jum tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri. Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perjodu ta' referenza “mobbli” ta' 180 jum, f'kull ġurnata tas-soġġorn b'ħarsa lura għall-aħħar perjodu ta' 180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżit ta' 90/180 jum jibqax jiġi ssodisfat. Dak ifisser li assenza mit-territorju tal-Istati Membri għal perjodu mhux interrott ta' 90 jum jippermetti żjara ġdida ta' mhux aktar minn 90 jum.

Kalkolatur ta' żjarat qosra, li jista' jintuża biex jiġi kkalkolat il-perjodu taż-żjara permissibbli skont ir-regoli l-ġodda, jinsab online fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/borders-and-visas/border-crossing/index_en.htm

Eżempju tal-kalkolu tas-soġġorn fuq il-bażi tad-definizzjoni preżenti:

Persuna li jkollha viża għal dħul multiplu, valida għal sena waħda (18 ta' April 2014 – 18 ta' April 2015) tidħol fit-territorju għall-ewwel darba fid-19 ta' April 2014 u toqgħod hemm tlett ijiem. Imbagħad l-istess persuna tidħol mill-ġdid fit-18 ta' Ġunju 2014 u toqgħod hemm għal 86 jum. X'inhi s-sitwazzjoni f'dati speċifiċi? Dik il-persuna meta se titħalla tidħol mill-ġdid?

Fil-11 ta' Settembru 2014: matul l-aħħar 180 jum (16 ta' Marzu 2014 – 11 ta' Settembru 2014) il-persuna għamlet soġġorn ta' tlett ijiem (19 – 21 ta' April 2014) b'żieda ta' 86 jum (18 ta' Ġunju 2014 – 11 ta' Settembru 2014) = 89 jum = ebda soġġorn eċċessiv. Il-persuna tista' tibqa' għal massimu ta' ġurnata waħda.

Mis-16 ta' Ottubru 2014: il-persuna tista' tidħol għal soġġorn ta' tlett ijiem addizzjonali. Fis-16 ta' Ottubru 2014 is-soġġorn fid-19 ta' April 2014 isir irrilevanti (barra mill-perjodu ta' 180 jum); fis-17 ta' Ottubru 2014 is-soġġorn fl-20 ta' April 2014 isir irrilevanti (barra mill-perjodu ta' 180 jum; eċċ.).

Mill-15 ta' Diċembru 2014: il-persuna tista' tidħol għal soġġorn ta' 86 jum addizzjonali. Fil-15 ta' Diċembru 2014 is-soġġorn tat-18 ta' Ġunju 2014 isir irrilevanti (barra mill-perjodu ta' 180 jum); fis-16 ta' Diċembru 2014 is-soġġorn fid-19 ta' Ġunju 2014 isir irrilevanti, eċċ.

1.5.   Sitwazzjoni rigward l-Istati Membri li għadhom ma japplikawx għalkollox l-acquis ta' Schengen, l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-politika komuni tal-Unjoni dwar il-viżi u pajjiżi assoċjati

L-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004 (ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja), fl-2007 (il-Bulgarija u r-Rumanija), u fl-2013 (il-Kroazja) huma marbuta b'dan il-Ftehim mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Il-Bulgarija, Ċipru, il-Kroazja u r-Rumanija, għadhom mhux qed jimplimentaw għalkollox l-acquis ta' Schengen. Dawn se jkomplu joħorġu viżi nazzjonali b'validità limitata għat-territorju nazzjonali tagħhom stess. Ladarba dawk l-Istati Membri jimplimentaw għalkollox l-acquis ta' Schengen, dawn ser japplikaw il-Ftehim fl-intier tiegħu.

Il-liġi nazzjonali tibqa' tapplika għall-kwistjonijiet kollha mhux koperti mill-Ftehim sad-data tal-implimentazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen minn dawk l-Istati Membri. Minn dik id-data, ir-regoli ta' Schengen u/jre il-liġi nazzjonali għandhom japplikaw għal kwistjonijiet mhux koperti mill-Ftehim.

Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija huma awtorizzati li jirrikonoxxu l-permessi ta' residenza, il-viżi D u l-viżi għal soġġorn qasir maħruġa mill-Istati Membri ta' Schengen u mill-pajjiżi assoċjati kollha għal soġġorni qosra fit-territorju tagħhom (6).

Il-Ftehim ma japplikax għad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit iżda jinkludi dikjarazzjonijiet konġunti dwar kemm ikun xieraq li dawk l-Istati Membri jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-viża mal-Armenja.

Għalkemm assoċjati ma' Schengen, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera mhumiex marbuta bil-Ftehim. Madankollu, il-Ftehim jinkludi Dikjarazzjoni Konġunta dwar kemm ikun xieraq li dawk il-pajjiżi assoċjati jikkonkludu mingħajr dewmien ftehimiet bilaterali dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi għal soġġorni qosra mal-Armenja.

1.6.   Il-Ftehim u l-ftehimiet bilaterali

L-Artikolu 13 tal-Ftehim jiprpevedi li:

“Mid-dħul tiegħu fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu jieħu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe ftehimiet bilaterali jew multilaterali jew arranġamenti konklużi bejn l-Istati Membri individwali u l-Armenja, safejn id-dispożizzjonijiet ta' dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jkopru kwistjonijiet li huma indirizzati minn dan il-Ftehim.”.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali fis-seħħ bejn l-Istati Membri u l-Armenja dwar kwistjonijiet koperti mill-ftehim ma jibqgħux japplikaw. F'konformità mal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeliminaw l-inkompatibilitajiet bejn il-ftehimiet bilaterali tagħhom u l-Ftehim.

F'każ li Stat Membru jkun ikkonkluda ftehim bilaterali jew arranġament mal-Armenja dwar kwistjonijiet mhux koperti mill-Ftehim, dak il-Ftehim jew arranġament jibqa' japplika wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

2.1.   Regoli li japplikaw għall-applikanti kollha għal viża

Ta' min ifakkar li l-faċilitazzjonijiet imsemmija hawn taħt, fir-rigward tat-tariffa tal-viża, it-tul tal-proċeduri għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża, it-tluq f'każ ta' dokumenti li ġew mitlufa jew misruqa, u l-estensjoni tal-viża f'ċirkostanzi eċċezzjonali, japplikaw għall-applikanti kollha milll-Armenja għal viża u detenturi ta' viża, inkluż it-turisti.

Fil-2.1.1.   Ħlas għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal viża

L-Artikolu 6(1) tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   Il-ħlas għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża għandu jammonta għal EUR 35.”.

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Ftehim, it-tariffa għall-ipproċessar ta' applikazzjoni għall-viża hija ta' EUR 35. Dik it-tariffa tapplika għall-applikanti kollha mill-Armenja għal viża (inklużi t-turisti) u tirrigwarda viżi għal soġġorni qosra, irrispettivament min-numru ta' dħul.

L-Artikolu 6(2) tal-Ftehim jipprevedi li: (NB: kwalunkwe arranġament implimentattiv isegwi l-kategorija):

“2.   Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-ħlasijiet għall-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-viża jitneħħew għal dawn il-kategoriji ta' persuni:

(a)

pensjonanti;”.

Sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-tariffa għal din il-kategorija, l-applikanti għal viża jridu jippreżentaw prova tal-istatus tagħhom ta' pensjonant, jiġifieri ktieb ta' pensjoni jew ċertifikat dwar ir-riċeviment ta' pensjoni. L-eżenzjoni tat-tariffa mhijiex ġustifikata f'każijiet fejn l-għan tal-vjaġġ huwa attività mħallsa.

“(b)

tfal taħt it-12-il sena;”.

Sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni tat-tariffa għal din il-kategorija, l-applikanti tal-viża jridu jippreżentaw evidenza li turi l-età tagħhom.

“(c)

membri ta' gvernijiet nazzjonali u reġjonali, u tal-Qorti Kostituzzjonali u tal-Qorti Suprema, jekk ma jkunux eżentati mir-rekwiżit tal-viża b'dan il-Ftehim;”.

Il-membri ta' gvernijiet reġjonali se jinftiehmu bħala membri tal-amministrazzjoni territorjali, jiġifieri Gvernaturi tar-reġjuni (marzpet) u d-deputati tagħhom, kif ukoll is-Sindku ta' Yerevan u d-deputat tiegħu/tagħha. Sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni tat-tariffa għal din il-kategorija, l-applikanti tal-viża jridu jippreżentaw evidenza mill-awtoritajiet tal-Armenja li turi l-pożizzjoni tagħhom.

“(d)

persuni b'diżabbiltà u l-persuni li jakkumpanjawhom, jekk meħtieġ;”.

Sabiex wieħed igawdi mill-eżenzjoni mit-tariffa, trid tinġieb evidenza li turi li ż-żewġ applikanti għal viża jaqgħu taħt din il-kategorija. F'każ ta' diżabbiltà, l-applikanti għal viża għandhom jippreżentaw estratt miċ-ċertifikat mediku li jattesta d-diżabbiltà. F'każijiet fejn id-diżabbiltà tal-applikanti għal viża hija ovvja (persuni għomja, persuni b'membri neqsin), ir-rikonoxximent viżwali f'uffiċċju konsulari huwa aċċettabbli.

F'każijiet ġustifikati l-applikazzjoni għal viża tista' tiġi ppreżentata minn rappreżentant jew it-tutur tal-persuna b'diżabbiltà.

“(e)

qraba mill-viċin — konjuġi, ulied (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet jew neputijiet — ta' ċittadini tal-Armenja legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini;

(f)

membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali inklużi membri permanenti ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Armenja, għandhom jipparteċipaw f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi;

(g)

tfal tal-iskola, studenti, studenti gradwati u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta' studju jew taħriġ edukattiv, inklużi programmi ta' skambju kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola;

(h)

ġurnalisti u ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;”.

Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-tariffa għal din il-kategorija, l-applikanti għall-viża jridu jġibu prova li huma membri ta' organizzazzjoni ġurnalistika jew tal-midja professjonali.

“(i)

parteċipanti f'avvenimenti internazzjonali tal-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;”.

Il-partitarji m'għandhomx jitqiesu bħala persuni li jakkumpanjaw.

“(j)

rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u persuni mistiedna minn organizzazzjonijiet mingħajr għan ta' qligħ tal-komunità Armena rreġistrati fl-Istati Membri meta jagħmlu vjaġġi għall-għanijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju jew programmi ta' sostenn Pan-Armeni u tal-komunità;”.

Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-tariffa għal din il-kategorija, l-applikanti għall-viża jridu jġibu prova li huma membri ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ

“(k)

persuni li jkunu qed jipparteċipaw f'attivitajiet xjentifiċi, akkademiċi, kulturali jew artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħra ta' skambju;

(l)

persuni li jkunu ppreżentaw dokumenti li jippruvaw il-ħtieġa li jivvjaġġaw għal raġunijiet umanitarji, inkluż biex jirċievu trattament mediku urġenti u l-persuna li takkumpanjahom, jew li jattendu funeral ta' qarib mill-viċin jew biex iżuru qarib mill-viċin li għandu mard serju.”.

Tingħata eżenzjoni mit-tariffa fil-każ tal-kategoriji ta' persuni msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, it-tariffa tkun ukoll eżentata skont l-Artikolu 16(4) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, għall-kategoriji segwenti ta' persuni:

riċerkaturi minn pajjiżi terzi li jkunu qed jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea bil-għan li jagħmlu riċerka xjentifika kif definita fir-Rakkomandazzjoni 2005/761/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ li m'għandhomx aktar minn ħamsa u għoxrin (25) sena li jipparteċipaw f'seminars, konferenzi, avvenimenti kulturali u edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ.

L-Artikolu 16(6) tal-Kodiċi dwar il-Viżi jipprevedi li:

“6.   F'każijiet individwali, l-ammont tat-tariffa tal-viża li għandha tiġi imposta tista' tiġi eżentata jew imnaqqsa meta dan isir biex jippromwovi interessi kulturali jew sportivi kif ukoll interessi fil-qasam tal-politika estera, il-politika tal-iżvilupp u oqsma oħrajn ta' interess pubbliku vitali jew għal raġunijiet umanitarji.”.

L-Artikolu 16(7) tal-Kodiċi dwar il-Viżi jipprevdi li t-tariffa tal-viża għandha tiġi imposta f'euro, fil-munita nazzjonali tal-pajjiż terz jew fil-munita li hi normalment użata fil-pajjiż terz fejn qiegħda tiġi ppreżentata l-applikazzjoni u ma jkunx hemm rifużjoni tagħha ħlief fil-każ ta' applikazzjoni inammissibbli jew jekk il-konsulat mhuwiex kompetenti.

Sabiex jiġu evitati diskrepanzi li jistgħu jwasslu għal visa shopping, il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri fl-Armenja għandhom jiżguraw l-istess tariffa tal-viża għal applikanti kollha għal viża tal-Armenja meta l-ammont tat-tariffa tal-viża jkun impost f'munita barranija.

L-applikanti milll-Armenja għal viża jingħataw riċevuta għat-tariffa tal-viża mħallsa skont l-Artikolu 16(8) tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

L-Artikolu 6(3) tal-Ftehim jipprevedi li:

“3.   Jekk Stat Membru jikkoopera ma' fornitur tas-servizzi estern bl-iskop ta' ħruġ ta' viża, il-fornitur tas-servizzi estern jista' jitlob ħlas għas-servizz. Dan il-ħlas ikun proporzjonat ma' kemm ikun nefaq il-fornitur tas-servizzi estern waqt it-twettiq tal-ħidmiet tiegħu, u ma għandux ikun aktar minn EUR 30. L-Istati Membri għandhom iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom direttament fil-konsulati tagħhom.”.

Rigward il-modalitajiet tal-kooperazzjoni ma' fornituri tas-servizzi esterni, l-Artikolu 43 tal-Kodiċi dwar il-Viżi jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-kompiti tagħhom.

2.1.2.   Tul tal-proċeduri għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża

L-Artikolu 7 tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   Il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri għandhom jieħdu deċiżjoni fuq it-talba li tinħareġ viża fi żmien għaxart ijiem mid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-ħruġ tal-viża.

2.   Il-perjodu ta' żmien għat-teħid ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża jista' jkun estiż sa 30 jum f'każijiet individwali, notevolment meta jkun jinħtieġ aktar skrutinju tal-applikazzjoni.

3.   Il-perjodu ta' żmien għat-teħid ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża jista' jitnaqqas għal jumejn jew inqas f'każijiet urġenti.”.

Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-viża tittieħed, bħala prinċipju, fi żmien 10 ijiem kalendarji mid-data tal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal viża ammissibli.

Dak il-perjodu jista' jiġi estiż sa 30 jum kalendarju f'każijiet individwali, notevolment meta huwa meħtieġ skrutinju aktar dettaljat tal-applikazzjoni jew fil-każ ta' rappreżentanza fejn jiġu kkonsultati l-awtoritajiet tal-Istat Membru rappreżentat.

Dawk l-iskadenzi kollha jibdew jiddekorru biss meta jitlesta l-fajl tal-applikazzjoni għal viża, jiġifieri mid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni għall-viża flimkien ma' dokumenti ġustifikattivi.

Bħala prinċipju, għal missjonijiet diplomatiċi u karigi konsulari tal-Istati Membri li jkollhom sistema ta' appuntamenti, iż-żmien ta' stennija biex jinkiseb appuntament mhuwiex inkluż fiż-żmien tal-ipproċessar. Ir-regoli ġenerali stipulati fl-Artikolu 9 tal-Kodiċi dwar il-Viżi huma applikabbli għal din il-kwistjoni kif ukoll għall-arranġamenti prattiċi oħra għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal viża.

Kif previst fl-Artikolu 7(4) tal-Ftehim, f'każ li jkun meħtieġ appuntament għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, l-appuntament “iseħħ, bħala regola, fi żmien ġimagħtejn mid-data ta' meta jkun intalab l-appuntament.”.

“F'każijiet ġustifikati ta' urġenza” (fejn l-applikazzjoni għall-viża ma setgħatx tiġi ppreżentata aktar kmieni għal raġunijiet li ma setgħux jiġu previsti mill-applikant), “l-applikanti jistgħu jitħallew mill-konsulat jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom jew mingħajr appuntament, jew għandu jingħata appuntament minnufih.”.

Meta jiġi ffissat l-appuntament, għandha titqies l-urġenza possibbli mitluba mill-applikant għal viża. Id-deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-perjodu għat-teħid ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża kif previst fl-Artikolu 7(3) tal-Ftehim tittieħed mill-uffiċjal konsulari.

2.1.3.   Estensjoni tal-viża f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni

L-Artikolu 9 tal-Ftehim jipprevedi li:

“Iċ-ċittadini tal-Armenja li ma jkollhomx il-possibblità li jħallu t-territorju tal-Istati Membri fiż-żmien stabbilit fil-viżi tagħhom minħabba raġunijiet ta' force majeure jew umanitarji għandu jkollhom il-perjodu ta' validità tal-viżi tagħhom estiż mingħajr ħlas skont il-leġiżlazzjoni applikata mill-Istat Membru li jkun qed jilqa', għall-perjodu meħtieġ għar-ritorn tagħhom lejn l-Istat ta' residenza tagħhom.”.

Rigward l-estensjoni tal-validità tal-viża f'każijiet ta' raġunijiet personali ġustifikati, fejn id-detentur tal-viża ma jistax jitlaq mit-territorju tal-Istat Membru sad-data indikata fuq l-istiker tal-viża, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33 tal-Kodiċi dwar il-Viżi għandhom japplikaw sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-Ftehim. Madankollu, taħt il-Ftehim l-estensjoni tal-viża issir mingħajr ħlas f'każ ta' force majeure jew raġunijiet umanitarji.

2.2.   Regoli ġodda li japplikaw għal ċerti kategoriji ta' applikanti għall-viża

2.2.1.   Evidenza dokumentata rigward l-għan tal-vjaġġ

Għall-kategoriji kollha tal-persuni elenkati fl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim, għandha tkun meħtieġa biss l-evidenza dokumentata indikata li tagħti prova tal-għan tal-vjaġġ. Kif previst fl-Artikolu 4(3) tal-Ftehim, l-ebda ġustifikazzjoni, stedina jew validazzjoni oħra li tikkonċerna l-għan tal-vjaġġ ma tkun meħtieġa. Madankollu, dan ma jfissirx eżenzjoni mir-rekwiżit li persuna għandha tissottometti personalment l-applikazzjoni għal viża jew tipprovdi d-dokumenti ta' prova rigward, pereżempju, il-mezzi ta' sussistenza.

Jekk f'każijiet individwali jkun għad fadal xi dubji rigward l-awtentiċità tad-dokument li juri l-għan reali tal-vjaġġ, skont l-Artikolu 21(8) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, l-applikant għall-viża jista' jissejjaħ għal intervista fil-fond addizzjonali fl-ambaxxata u/jew fil-konsulat fejn dak l-applikant ikun jista' jiġi mistoqsi dwar l-iskop effettiv taż-żjara jew dwar l-intenzjoni tal-applikant li jirritorna. F'każijiet individwali bħal dawn, jistgħu jiġu provduti dokumenti addizzjonali mill-applikant għall-viża jew jistgħu jintalbu b'mod eċċezzjonali mill-uffiċjal konsulari. Il-Kumitat Konġunt se jimmonitorja mill-qrib dik il-kwistjoni.

Għall-kategoriji ta' persuni mhux imsemmija fl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim (pereżempju turisti), ikomplu japplikaw ir-regoli ġenerali rigward dokumentazzjoni li sservi ta' prova tal-għan tal-vjaġġ. L-istess japplika għal dokumenti rigward il-kunsens tal-ġenituri għall-ivvjaġġar ta' tfal taħt it-18-il sena.

Ir-regoli ta' Schengen u l-liġi nazzjonali għandhom japplikaw għal kwistjonijiet li mhumiex koperti mill-Ftehim, bħar-rikonoxximent ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, il-garanziji dwar ir-ritorn u l-mezzi suffiċjenti ta' sussistenza.

Fil-prinċipju, id-dokument oriġinali mitlub mill-Artikolu 4(1) tal-Ftehim jiġi ppreżentat mal-applikazzjoni għall-viża. Madankollu, il-konsulat jista' jibda l-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-viża bbażata fuq il-facsimile jew kopji tad-dokument. Madankollu, il-konsulat jista' jitlob id-dokument oriġinali fil-każ tal-ewwel applikazzjoni għal viża u se jitlob għalih f'każijiet individwali fejn ikun hemm dubji.

L-Artikolu 4(1) tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   Għall-kategoriji li ġejjin ta' ċittadini tal-Armenja, id-dokumenti li ġejjin huma biżżejjed sabiex jiġġustifikaw l-għan tal-vjaġġ lejn il-Parti l-oħra:

(a)

għal qraba mill-viċin — konjuġi, ulied (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet u neputijiet li jżuru ċittadini tal-Armenja li huma legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini:

talba bil-miktub mill-persuna ospitanti;”.

Il-punt(a) tal-Artikolu 4(1) tal-Ftehim jirregola s-sitwazzjoni ta' qraba viċini Armeni li jkunu qed jivvjaġġaw lejn l-Istati Membri biex iżuru ċittadini tal-Armenja legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni residenti fl-Istat Membru li tiegħu jkunu ċittadini.

L-awtentiċità tal-firma tal-persuna li tagħmel l-istedina trid tkun ikkonfermata mill-awtorità kompetenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż ta' residenza. L-istedina tenħtieġ li tiġi validata mill-awtoritajiet kompetenti. Fil-każ tad-diplomatiċi, il-persunal tekniku u amministrattiv u uffiċjali oħra mibgħuta mill-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja fl-Istati Membri, l-awtentiċità tal-firma trid tiġi kkonfermata permezz ta' ittra jew nota verbali maħruġa mill-kap tal-missjoni diplomatika jew uffiċju konsulari.

“(b)

għal membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali inklużi membri permanenti ta' tali delegazzjonijiet li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Armenja, għandhom jipparteċipaw f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi:

ittra maħruġa minn awtorità kompetenti tal-Armenja li tikkonferma li l-applikant huwa membru ta' delegazzjoni tagħha, rispettivament membru permanenti tad-delegazzjoni tagħha, li qed jivvjaġġa lejn it-territorju tal-Parti l-oħra biex jipparteċipa f'dawn l-attivitajiet imsemmija, flimkien ma' kopja tal-istedina uffiċjali;”.

L-isem tal-applikant għal viża irid ikun indikat fl-ittra maħruġa mill-awtorità kompetenti li tikkonferma li l-persuna tkun parti mid-delegazzjoni li qed tivvjaġġa lejn it-territorju tal-Parti l-oħra biex tipparteċipa f'laqgħa uffiċjali. Mhux neċessarju li l-isem tal-applikant għal viża ikun indikat ukoll fl-istedina uffiċjali biex jieħu sehem fil-laqgħa, għalkemm dan jista' jkun neċessarju meta l-istedina uffiċjali tkun indirizzata lil persuna speċifika.

Dik id-dispożizzjoni tapplika għal membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali irrispettivament mit-tip ta' passaport li jkollhom.

“(c)

għal tfal tal-iskola, studenti, persuni gradwati u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta' studju jew taħriġ edukattiv, inkluż il-qafas ta' programmi ta' skambju kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola:

talba bil-miktub jew ċertifikat ta' reġistrazzjoni mill-università, akkademja, istitut, kulleġġ jew skola li tospita, jew karti tal-istudenti jew ċertifikati tal-korsijiet li se jattendu għalihom;”.

Il-karti tal-istudenti jistgħu jiġu aċċettati biss bħala ġustifikazzjoni tal-iskop ta' vjaġġ meta jkunu maħruġa mill-università, kulleġġ jew skola ospitanti fejn ikun se jseħħ l-istudju jew it-taħriġ edukattiv.

“(d)

għal persuni li jkunu qed jivvjaġġaw għal raġunijiet mediċi u l-persuni li jkun jeħtieġ li jakkumpanjawhom:

dokument uffiċjali tal-istituzzjoni medika li jikkonferma l-ħtieġa ta' kura medika f'din l-istituzzjoni, in-neċessità tal-akkumpanjament, u evidenza ta' mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex jitħallas it-trattament mediku.”.

Irid jiġi ppreżentat id-dokument tal-istituzzjoni medika li jikkonferma it-tliet elementi (in-neċessità ta' kura medika f'dik l-istituzzjoni, in-neċessità tal-akkumpanjament, u l-prova ta' mezzi finanzjarji suffiċjenti għall-ħlas tat-trattament mediku, pereżempju prova ta' ħlas bil-quddiem).

“(e)

għall-ġurnalisti u l-ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali:

ċertifikat jew dokument ieħor maħruġ minn organizzazzjoni professjonali jew minn impjegatur lill-applikant, li juri li l-persuna kkonċernata hi ġurnalist kwalifikat u li jiddikjara li l-għan tal-vjaġġ hu li jwettaq xogħol ġurnalistiku jew li juri li l-persuna hi membru tal-ekwipaġġ tekniku li qed jakkumpanja l-ġurnalist f'kapaċità professjonali;”.

Din il-kategorija ma tkoprix ġurnalisti li jaħdmu għal rashom u l-assistenti tagħhom.

Irid jiġi ppreżentat ċertifikat jew dokument ieħor li jipprova li l-applikant għal viża hu ġurnalist kwalifikat jew persuna li takkumpanjah f'kapaċità professjonali, u d-dokument oriġinali maħruġ mill-impjegatur ta' dik il-persuna li jgħid li l-għan tal-vjaġġ huwa li jitwettaq xogħol ġurnalistiku, jew li tingħata assistenza f'dak ix-xogħol.

Jeżisti numru ta' organizzazzjonijiet professjonali fl-Armenja, li jirrappreżentaw l-interessi ta' ġurnalisti jew persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali u li jistgħu joħorġu ċertifikat li jixhed li l-persuna hi ġurnalista professjonali jew persuna li takkumpanjah f'kapaċità professjonali f'qasam speċifiku. Sabiex jivvalutaw l-istatus professjonali ta' dawk l-organizzazzjonijiet, il-konsulati jistgħu jikkonsultaw www.e-register.am. Il-konsulati jistgħu jaċċettaw ċertifikat maħruġ mill-impjegatur tal-applikant.

“(f)

għal parteċipanti f'avvenimenti sportivi internazzjonali u persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni ospitanti, mill-awtoritajiet kompetenti, mill-federazzjonijiet sportivi nazzjonali jew mill-kumitati Olimpiċi nazzjonali tal-Istat Membru;”.

Il-lista ta' persuni li jakkumpanjaw fil-każ ta' avvenimenti sportivi internazzjonali jkun limitat għal dawk li jattendu f'kapaċità professjonali: allenaturi, massaġġaturi, maniġers, persunal mediku u l-kap tal-klabb sportiv. Għalhekk, il-partitarji m'għandhomx jitqiesu bħala persuni li jkunu qed jakkumpanjaw.

“(g)

għal nies tan-negozju jew rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tan-negozju:

talba bil-miktub mill-persuna ġuridika jew kumpanija ospitanti, organizzazzjoni jew uffiċċju jew fergħa ta' tali persuna ġuridika, jew kumpanija jew awtoritajiet statali jew lokali tal-Istati Membri jew kumitati organizzattivi jew wirjiet ta' kummerċ u industrija, konferenzi u simpożji li jsiru fit-territorji ta' xi wieħed mill-Istati Membri, approvata mill-awtoritajiet kompetenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali;”.

Sabiex jivverifikaw l-eżistenza tal-organizzazzjoni kummerċjali, il-konsulati jistgħu jikkonsultaw www.e-register.am.

“(h)

għal membri tal-professjonijiet li jkunu qed jipparteċipaw f'wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti simili:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni ospitanti li tikkonferma li l-persuna kkonċernata qed tipparteċipa fl-avveniment;.

(i)

għal rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u persuni mistiedna minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ tal-komunità Armena rreġistrati fl-Istati Membri meta jagħmlu vjaġġi għall-iskopijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju jew programmi ta' sostenn Pan-Armeni u tal-komunità:

talba bil-miktub maħruġa mill-organizzazzjoni li tistieden, konferma li l-persuna tkun qiegħda tirrappreżenta lill-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili jew tipparteċipa f'attivitajiet ta' sostenn Pan-Armeni jew tal-komunità u ċ-ċertifikat dwar l-istabbiliment ta' tali organizzazzjoni mir-reġistru rilevanti maħruġ minn awtorità statali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali;”.

Irid jiġi ppreżentat dokument mingħand l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili li jikkonferma li l-applikant għal viża ikun qed jirrappreżenta dik l-organizzazzjoni.

L-awtorità kompetenti tal-istat tal-Armenja li toħroġ iċ-ċertifikat dwar l-istabbiliment ta' organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili hija l-Ministeru tal-Ġustizzja.

Ir-reġistru fejn iċ-ċertifikati dwar l-istabbiliment ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma reġistrati huwa r-Reġistru tal-Istat ta' Persuni Ġuridiċi. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jamministra l-bażi ta' dejta elettronika ta' NGOs, li hija disponibbli fuq is-sit web https://www.e-register.am/ tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-membri individwali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mhumiex koperti mill-Ftehim.

“(j)

għal persuni li jkunu qed jipparteċipaw f'attivitajiet xjentifiċi, akkademiċi, kulturali jew artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħra ta' skambju:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni ospitanti biex jieħdu sehem fl-attivitajiet;”

“(k)

għal xufiera li jwasslu tagħbija internazzjonali u servizzi ta' trasport ta' passiġġieri lejn it-territorji tal-Istati Membri f'vetturi reġistrati fl-Armenja:

talba bil-miktub mill-assoċjazzjoni nazzjonali (trejdjunjin) ta' kumpaniji tat-trasport tal-Armenja li jipprovdu għal trasport internazzjonali bit-triq, li tiddikjara l-għan, l-itinerarju, it-tul u l-frekwenza tal-vjaġġi;”.

L-assoċjazzjoni nazzjonali tal-Armenja tat-trasportaturi li hija kompetenti biex tipprovdi t-talba bil-miktub għal xufiera professjonali hija l-Assoċjazzjoni tat-Trasportaturi bit-Triq Internazzjonali tal-Armenja (AIRCA).

“(l)

għal parteċipanti fi programmi uffiċjali ta' skambju organizzati minn bliet ġemellati u entitajiet muniċipali oħrajn:

talba bil-miktub mill-Kap tal-Amministrazzjoni/mis-Sindku ta' dawn l-ibliet jew awtoritajiet muniċipali;”.

Il-Kap tal-Amministrazzjoni/is-Sindku tal-belt jew l-entità oħra tal-lokalità kompetenti li toħroġ talba bil-miktub ikun il-Kap tal-Amministrazzjoni/is-Sindku tal-belt ospitanti jew tal-lokalità fejn l-attività ta' ġemellaġġ tkun se sseħħ. Dik il-kategorija tkopri biss ġemellaġġi uffiċjali.

“(m)

għal żjarat f'ċimiterji militari u ċivili:

dokument uffiċjali li jikkonferma l-eżistenza u l-preservazzjoni tal-qabar kif ukoll tar-relazzjoni familjali jew oħra bejn l-applikant u l-persuna midfuna.”.

Il-Ftehim ma jispeċifikax jekk id-dokument uffiċjali msemmi hawn fuq għandux jinħareġ mill-awtoritajiet: tal-pajjiż fejn se jkun hemm il-post tad-difna jew inkella minn dak tal-pajjiż fejn tirresjedi l-persuna li tkun trid iżżur il-post tad-difna. Għandu jiġi aċċettat li l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ pajjiżi jistgħu joħorġu tali dokument uffiċjali.

Irid jiġi ppreżentat id-dokument uffiċjali msemmi hawn fuq li jikkonferma l-eżistenza u l-preservazzjoni tal-qabar kif ukoll tar-relazzjoni familjali jew ta' xort'oħra bejn l-applikant għal viża u l-persuna midfuna.

Il-Ftehim ma joħloq l-ebda regoli ġodda dwar responsabbiltà għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li joħorġu t-talbiet bil-miktub. Il-liġi tal-Unjoni u/jew dik nazzjonali rispettiva tapplika fil-każ ta' ħruġ falz ta' talbiet bħal dawn.

2.2.2.   Ħruġ ta' viżi għal dħul multiplu

F'każijiet fejn l-applikant tal-viża jeħtieġ li jivvjaġġa sikwit jew regolarment fit-territorju tal-Istati Membri, jinħarġu viżi għal soġġorn qasir għal diversi soġġorni, sakemm it-tul totali ta' dawk iż-żjarat ma jaqbiżx id-90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum.

L-Artikolu 5 tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postazzjonijiet konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi għal dħul multiplu b'terminu ta' validità ta' ħames (5) snin għal dawn il-kategoriji ta' persuni:

(a)

konjuġi, tfal (inklużi dawk adottati), li jkunu taħt l-età ta' 21 sena jew ikunu dipendenti, u ġenituri (inklużi kustodji), li jkunu qed iżuru ċittadini tal-Armenja li jkunu legalment residenti fl-Istati Membri, jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini;

(b)

membri ta' gvernijiet nazzjonali u reġjonali u tal-Qorti Kostituzzjonali u dik Suprema, jekk ma jkunux eżentati mill-ħtieġa tal-viża bil-Ftehim preżenti, fil-qadi ta' dmirijiethom;

(c)

membri permanenti ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Armenja, għandhom jipparteċipaw regolarment f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti organizzati fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi;

B'deroga, meta l-ħtieġa jew l-intenzjoni ta' vjaġġar sikwit jew regolari tkun manifestament limitata għal perjodu iqsar, it-terminu tal-validità tal-viża ta' dħul multiplu għandu jkun limitat għal dak il-perjodu, partikolarment meta:

fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt a), il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għal residenza legali ta' ċittadini tal-Armenja legalment residenti fl-Unjoni Ewropea,

fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt b), it-terminu tal-kariga,

fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt c), it-terminu tal-validità tal-istatus bħala membru permanenti ta' delegazzjoni uffiċjali,

ikun inqas minn ħames snin.”.

Filwaqt li jitqies l-istatus professjonali ta' dawk il-kategoriji ta' persuni, jew ir-relazzjoni familjali tagħhom ma' ċittadin tal-Armenja li jkun legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri jew ma' ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li għandu ċ-ċittadinanza ta' dik il-persuna, huwa ġustifikat li jingħataw viża għal dħul multiplu b'validità ta' ħames snin, jew limitata għat-terminu tal-kariga jew residenza legali tagħhom jekk dawn ikunu ta' inqas minn ħames snin.

Il-persuni li jaqgħu taħt il-punt (a) tal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim, iridu jippreżentaw prova tar-residenza legali tal-persuna ospitanti.

Fir-rigward ta' persuni li jaqgħu taħt il-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim, għandha tingħata konferma rigward l-istatus professjonali tagħhom u t-tul tal-mandat tagħhom.

Dik id-dispożizzjoni ma tapplikax għal persuni li jaqgħu taħt il-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim jekk dawn ikunu eżentati mill-ħtieġa ta' viża mill-Ftehim, jiġifieri jekk huma detenturi ta' passaport diplomatiku.

Il-persuni li jaqgħu taħt il-punt (c) tal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim iridu jippreżentaw prova tal-istatus permanenti tagħhom bħala membri tad-delegazzjoni uffiċjali u tal-ħtieġa li jipparteċipaw b'mod regolari f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju.

F'każijiet fejn il-bżonn jew l-intenzjoni ta' vjaġġar ta' sikwit jew regolari tkun manifestament limitata għal perjodu iqsar, il-validità tal-viża ta' dħul multiplu tkun limitata għal dak il-perjodu.

“2.   Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postazzjonijiet konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi ta' diversi dħul b'perjodu ta' validità ta' sena għal dawn il-kategoriji ta' ċittadini, jekk kemm-il darba matul is-sena ta' qabel ikunu kisbu mill-inqas viża waħda, ikunu użawha skont il-liġijiet ta' dħul u residenza fit-territorju tal-Istat li żaru:

(a)

il-membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Armenja, għandhom jipparteċipaw b'mod regolari f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju kif ukoll f'avvenimenti li jsiru fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi;

(b)

ir-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u persuni mistiedna minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ tal-komunità Armena reġistrati fl-Istati Membri meta jagħmlu vjaġġi lejn l-Istati Membri għall-iskopijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju jew programmi ta' sostenn Pan-Armeni u tal-komunità;

(c)

il-membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f'wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili li jivvjaġġaw b'mod regolari lejn l-Istati Membri;

(d)

il-persuni li jieħdu sehem f'attivitajiet xjentifiċi, kulturali jew artistiċi, inklużi programmi tal-università u programmi oħrajn ta' skambju li jivvjaġġaw b'mod regolari lejn l-Istati Membri;

(e)

l-istudenti u persuni gradwati li jivvjaġġaw regolarment għall-għanijiet ta' studju jew taħriġ edukattiv, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju;

(f)

il-parteċipanti fi programmi uffiċjali ta' skambju organizzati minn bliet ġemellati u entitajiet muniċipali oħrajn;

(g)

il-persuni li jeħtieġu li jżuru regolarment għal raġunijiet mediċi u l-persuni meħtieġa li jakkumpanjawhom;

(h)

il-ġurnalisti u l-ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;

(i)

nies fin-negozju u rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet ta' negozju li jivvjaġġaw regolarment lejn l-Istati Membri;

(j)

il-parteċipanti f'avvenimenti internazzjonali tal-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;

(k)

ix-xufiera li jwasslu tagħbija internazzjonali u servizzi ta' trasport ta' passiġġieri lejn it-territorji tal-Istati Membri f'vetturi rreġistrati fl-Armenja.

B'deroga mill-ewwel sentenza, fejn il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment hija manifestament limitata għal perjodu iqsar, it-terminu tal-validità tal-viża għal dħul multiplu jkun limitat għal dak il-perjodu.”.

Fil-prinċipju, viżi għal dħul multiplu b'terminu ta' validità ta' sena jinħarġu lill-kategoriji ta' applikanti għall-viża msemmija hawn fuq jekk matul is-sena ta' qabel (12-il xahar) l-applikant għall-viża jkun kiseb tal-anqas viża waħda u jkun għamel użu minnha skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorn fit-territorju jew territorji tal-Istati Membri viżitati (pereżempju, il-persuna ma tkunx baqgħet aktar milli kien imissha) u hekk ikun hemm raġunijiet biex tintalab viża għal dħul multiplu.

F'każijiet fejn ma jkunx ġustifikat li tinħareġ viża valida għal sena, pereżempju jekk it-tul tal-programm ta' skambju jkun ta' inqas minn sena jew il-persuna ma jkollhiex bżonn li tivvjaġġa għal sena sħiħa, it-terminu tal-validità tal-viża tkun ta' anqas minn sena, sakemm ir-rekwiżiti l-oħra għall-ħruġ tal-viża jkunu ssodisfati.

“3.   Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postazzjonijiet konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi għal dħul multiplu b'perjodu ta' validità minimu ta' sentejn (2) u massimu ta' ħames (5) snin għall-kategoriji ta' ċittadini msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, dment li fis-sentejn (2) ta' qabel ikunu użaw il-viżi għal dħul multiplu għal sena skont il-liġijiet dwar id-dħul u r-residenza fit-territorju tal-Istat li żaru sakemm il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment ma tkunx manifestament limitata għal perjodu iqsar, li f'dan il-każ it-terminu tal-validità tal-viża għal dħul multiplu jkun limitat għal dak il-perjodu.

4.   Il-perjodu totali tas-soġġorn tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu m'għandux ikun itwal minn 90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum fit-territorju tal-Istati Membri.”.

Viżi għal dħul multiplu b'terminu ta' validità minn sentejn sa ħames snin jinħarġu għall-kategoriji ta' applikanti għall-viża msemmija fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, dment li matul is-sentejn ta' qabel (24 xahar) ikunu użaw iż-żewġ viżi ta' sena għal dħul multiplu skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorni fit-territorju jew territorji tal-Istati Membri viżitati u li r-raġunijiet għat-talba ta' viża għal dħul multiplu jkunu għadhom validi. Għandu jiġi nnutat li viża b'terminu ta' validità minn sentejn sa ħames snin tinħareġ biss jekk l-applikant għall-viża jkun ingħata żewġ viżi validi għal mill-anqas sena matul is-sentejn (24 xahar) preċedenti, u jekk dik il-persuna tkun għamlet użu minnh dawk il-viżi skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorn fit-territorju jew territorji tal-Istati Membri viżitati. Il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri jiddeċiedu, abbażi tal-valutazzjoni ta' kull applikazzjoni għall-viża, dwar it-terminu ta' validità ta' dawk il-viżi, jiġifieri minn sentejn sa ħames snin.

Ma hemm l-ebda obbligu li tinħareġ viża għal dħul multiplu jekk l-applikant ma jkunx għamel użu minn viża maħruġa preċedentement.

2.2.3.   Detenturi ta' passaporti diplomatiċi.

L-Artikolu 10 tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   Iċ-ċittadini tal-Armenja detenturi ta' passaporti diplomatiċi validi jistgħu jidħlu fit-territorji tal-Istati Membri, joħorġu minnhom jew jivvjaġġaw minn ġo fihom mingħajr viżi.

2.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu joqogħdu mingħajr viża fit-territorji tal-Istati Membri għal perjodu li ma jaqbiżx id-90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum.”.

Il-proċeduri għall-ippostjar ta' diplomatiċi fl-Istati Membri mhumiex koperti bil-Ftehim. Tapplika l-proċedura ta' akkreditazzjoni normali.

III.   KOOPERAZZJONI DWAR DOKUMENTI TAL-IVVJAĠĠAR

F'Dikjarazzjoni Konġunta annessa mal-Ftehim, il-Partijiet qablu li l-Kumitat Konġunt għandu jevalwa l-impatt tal-livell ta' sigurtà tad-dokumenti rispettivi tal-ivvjaġġar fuq il-funzjonament tal-Ftehim. Għal dak il-għan, ilPartijiet qablu li jinformaw lil xulxin b'mod regolari dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiġi evitat it-tifrix ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, billi jiġu żviluppati l-aspetti tekniċi tas-sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar kif ukoll dwar il-proċess tal-personalizzazzjoni tal-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.

IV.   ISTATISTIKA

Sabiex il-Kumitat Konġunt ikun jista' jimmonitorja b'mod effettiv l-implimentazzjoni tal-Ftehim, il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri għandhom jissottomettu statistika lill-Kummissjoni kull sitt xhur. Fejn possibbli, dik l-istatistika għandha tinkludi, ippreżentata fi tqassim għal kull xahar:

in-numru ta' kull tip ta' viżi maħruġa għall-kategoriji differenti koperti mill-Ftehim;

l-għadd ta' viżi miċħuda għall-kategoriji differenti koperti mill-Ftehim;

in-numru ta' viżi għal dħul multiplu maħruġa;

it-tul tal-validità tal-viżi għal dħul multiplu maħruġa;

l-għadd ta' viżi maħruġa mingħajr tariffi għall-kategoriji differenti koperti mill-Ftehim.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dak ir-rekwiżit (ĠU L 81, 21.3.2001, p.1).

(2)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u (KE) Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni Nru 565/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 895/2006/KE u Nru 582/2008/KE (ĠU L 157, 27.5.2014, p. 23).

(7)  Rakkomandazzjoni 2005/761/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 biex jiġi faċilitat il-ħruġ mill-Istati Membri ta' viżi għal waqfiet qosra uniformi għal riċerkaturi minn pajjiżi terzi li jkunu qed jivvjaġġaw fil-Komunità bil-għan li jagħmlu riċerka xjentifika (ĠU L 289, 3.11.2005, p. 23).


26.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/60


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1948

tal-25 ta' Ottubru 2017

li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/450/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/450/PESK tal-10 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/423/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/450/PESK.

(2)

Fis-17 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1591 (2005) aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/450/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/450/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU L 203, 11.7.2014, p. 106.


ANNESS

L-entrata li tikkonċerna lil “ALNSIEM, Musa Hilal Abdalla” hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

“2.

ALNSIEM, Musa Hilal Abdalla

Psewdonimu: a) Sheikh Musa Hilal; b) Abd Allah; c) Abdallah; d) AlNasim; e) Al Nasim; f) AlNaseem; g) Al Naseem; h) AlNasseem; i) Al Nasseem

Deżinjazzjoni: a) kien Membru tal-Assemblea Nazzjonali tas-Sudan mid-distrett ta' Al-Waha; b) kien konsulent speċjali fil-Ministeru tal-Affarijiet Federali; c) Kap Suprem tat-Tribù ta' Mahamid fit-Tramuntana ta' Darfur

Data tat-twelid: a) l-1 ta' Jannar 1964; b) 1959

Post tat-twelid: Kutum

Nazzjonalità: Is-Sudan

Indirizz: a) Kabkabiya, is-Sudan; b) Kutum, is-Sudan (Residenti f'Kabkabiya u l-belt ta' Kutum, fit-Tramuntana ta' Darfur u għex f'Khartoum).

Passaport: a) Passaport Diplomatiku D014433, maħruġ fil-21 ta' Frar 2013 (Skada fil-21 ta' Frar 2015); b) Passaport Diplomatiku D009889, maħruġ fis-17 ta' Frar 2011 (Skada fis-17 ta' Frar 2013).

Identifikazzjoni: Ċertifikat ta' Nazzjonalità A0680623.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU:25 ta' April 2006.

Informazzjoni oħra: Link tal-Internet tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5795065

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Alnsiem ġie elenkat fil-25 ta' April 2006 mill-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni 1672 (2006) bħala “Kap Suprem tat-Tribù ta' Jalul fit-Tramuntana ta' Darfur”.

Rapport mill-Human Rights Watch jiddikjara li għandhom memorandum iddatat it-13 ta' Frar 2004 minn uffiċċju tal-gvern lokali fit-Tramuntana ta' Darfur li jordna lill-“unitajiet tas-sigurtà fil-lokalità” biex “jippermettu li l-attivitajiet tal-mujahideen u l-voluntiera taħt il-kmand tax-Xejk Musa Hilal jipproċedu fiż-żoni tat-[Tramuntana ta' Darfur] u jiżguraw il-ħtiġijiet vitali tagħhom”. Fit-28 ta' Settembru 2005, 400 milizzja Għarbija attakkaw il-villaġġi ta' Aro Sharrow (inkluż il-kamp tiegħu ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP)), Acho, u Gozmena f'Darfur tal-Punent. Aħna nemmnu wkoll li Musa Hilal kien preżenti waqt l-attakk fuq il-kamp tal-IDP ta' Aro Sharrow: ibnu kien inqatel waqt l-attakk tal-Armata tal-Liberazzjoni Sudaniża (SLA) fuq Shareia, jiġifieri issa kien involut fi ġlieda personali marbuta mal-familja. Hemm raġunijiet validi biex wieħed jemmen li bħala l-Kap Suprem huwa kellu responsabbiltà diretta għal dawn l-azzjonijiet u huwa responsabbli għal ksur tad-dritt internazzjonali umanitarju u dwar id-drittijiet tal-bniedem u għal atroċitajiet oħra.”


26.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/62


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1949

tal-25 ta' Ottubru 2017

li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/715/UE li tidentifika pajjiż terz li l-Kummissjoni tqis li huwa pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni 2014/715/UE (2), il-Kummissjoni identifikat is-Sri Lanka bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (“IUU”), skont l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. F'dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni pprovdiet ir-raġunijiet li għalihom qieset li dak il-pajjiż naqas milli jaqdi dmirijietu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq li jieħu azzjoni biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/200 (3), il-Kunsill inkluda s-Sri Lanka fil-lista ta' pajjiżi li ma jikkooperawx stabbilita bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/170/UE (4).

(3)

L-Artikolu 18(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jeskludi l-importazzjoni fl-Unjoni tal-prodotti tas-sajd akkumpanjati b'ċertifikat tal-qbid ivvalidat mill-awtoritajiet ta' Stat tal-bandiera identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

(4)

Wara li ġie identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax, is-Sri Lanka ppruvat tieħu miżuri konkreti biex tirrimedja għan-nuqqasijiet identifikati.

(5)

Abbażi tal-informazzjoni miksuba mill-Kummissjoni, jidher li s-Sri Lanka implimentat l-obbligi rilevanti skont id-dritt internazzjonali u adottat qafas legali adegwat għall-ġlieda kontra s-sajd IUU. Stabbiliet skema adegwata u effiċjenti ta' monitoraġġ, kontroll u spezzjoni billi introduċiet ġurnali ta' abbord biex tiġi reġistrata dejta dwar il-qbid u sinjali tas-sejħa tar-radju għall-bastimenti tas-sajd u armat il-flotta kollha tal-ibħra miftuħa b'Sistema għall-Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS). Ħolqot ukoll sistema ta' sanzjonijiet ta' deterrent, irrevediet il-qafas legali tagħha dwar is-sajd u żgurat l-implimentazzjoni korretta tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-qbid. Barra minn hekk, is-Sri Lanka tejbet b'mod konsistenti l-konformità tagħha mar-rakkomandazzjonijiet u mar-riżoluzzjonijiet tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (ORĠS), bħall-miżuri ta' Kontroll mill-Istat tal-Port. Ittrasponiet ir-regoli tal-ORĠS f'liġi tas-Sri Lanka u adottat pjan ta' azzjoni nazzjonali tagħha stess kontra s-sajd IUU, b'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni internazzjonali kontra s-sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat tan-Nazzjonijiet Uniti.

(6)

Għaldaqstant, jidher li s-Sri Lanka implimentat l-obbligi rilevanti skont id-dritt internazzjonali u li l-azzjonijiet meħuda minnha bħala Stat tal-bandiera huma biżżejjed biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 94, 117 u 118 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar u l-Artikoli 18, 19, 20 u 23 tal-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istokkijiet tal-Ħut.

(7)

Għalhekk, jista' jiġi konkluż li s-sitwazzjoni li ġġustifikat l-identifikazzjoni tas-Sri Lanka bħala pajjiż terz li ma jikkooperax ġiet iġġustifikata u li s-Sri Lanka ħadet miżuri konkreti li kapaċi jwasslu għal titjib dejjiemi tas-sitwazzjoni.

(8)

B'konsegwenza ta' dan il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/992 (5) li tneħħi s-Sri Lanka mil-lista ta' pajjiżi li ma jikkooperawx.

(9)

F'dawk iċ-ċirkostanzi jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/715/UE titħassar b'effett mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/992.

(10)

Din id-Deċiżjoni ma teskludi l-ebda pass possibbli li jista' jittieħed fil-futur mill-Unjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008, f'każ li s-Sri Lanka tonqos milli taqdi d-dmirijiet li hija għandha skont id-dritt internazzjonali, bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, li tieħu azzjoni biex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura tat-28 ta' Frar 2017,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/715/UE hija mħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mit-22 ta' Ġunju 2016.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/715/UE tal-14 ta' Ottubru 2014 li tidentifika pajjiż terz li l-Kummissjoni tqis li huwa pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU L 297, 15.10.2014, p. 13).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/200 tas-26 ta' Jannar 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fir-rigward tas-Sri Lanka (ĠU L 33, 10.2.2015, p. 15).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/170/UE tal-24 ta' Marzu 2014 li vistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU L 91, 27.3.2014, p. 43).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/992 tas-16 ta' Ġunju 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fir-rigward ta' Sri Lanka (ĠU L 162, 21.6.2016, p. 15).


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

26.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/64


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 204/16/COL

tat-23 ta' Novembru 2016

dwar għajnuna illegali mill-Istat li allegatament ingħatat lil Íslandsbanki hf. u Arion Bank hf. permezz ta' ftehimiet ta' self f'termini allegatament preferenzjali (L-Iżlanda) [2017/1950]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (“l-Awtorità”)

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), b'mod partikolari l-Artikolu 61 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b'mod partikolari l-Artikolu 24,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“Protokoll 3”), b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 13 tal-Parti II,

WARA li saret sejħa biex il-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   FATTI

1.   PROĊEDURA

(1)

Fit-23 ta' Settembru 2013, l-Awtorità rċeviet ilment li allega li Íslandsbanki hf. (“ISB”) u Arion Bank hf. (“Arion”) kienu ngħataw għajnuna illegali mill-Istat permezz ta' finanzjament fuq terminu twil b'rati ta' imgħax favorevoli mill-Bank Ċentrali tal-Iżlanda (“CBI”) (1).

(2)

B'ittra datata t-23 ta' Ottubru 2013, l-Awtorità bagħtet talba għal informazzjoni lill-awtoritajiet Iżlandiżi (2), li għaliha wieġbu fis-17 ta' Jannar 2014 (3). Sussegwentement, il-każ ġie diskuss f'laqgħa bejn rappreżentanti tal-Awtorità u tal-awtoritajiet Iżlandiżi f'Reykjavik f'Mejju 2014. Id-diskussjonijiet ġew segwiti minn ittra datata l-5 ta' Ġunju 2014 (4). Il-każ reġa' ġie diskuss f'laqgħa bejn ir-rappreżentanti tal-Awtorità u tal-awtoritajiet Iżlandiżi, inkluż ma' rappreżentant mis-CBI, f'Reykjavik fi Frar 2015. Dawn id-diskussjonijiet ġew segwiti minn ittra datata l-24 ta' Frar 2015 (5), u l-awtoritajiet Iżlandiżi bagħtu risposta għaliha fl-1 ta' April 2015 (6).

(3)

Bid-Deċiżjoni Nru 208/15/COL tal-20 ta' Mejju 2015, l-Awtorità bdiet il-proċedura formali ta' investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet ta' għajnuna illegali mill-Istat mogħtija lil ISB u lil Arion permezz ta' ftehimiet dwar konverżjoni ta' self allegatament f'termini preferenzjali. B'ittra datata t-28 ta' Awwissu 2015 (7), l-awtoritajiet Iżlandiżi kkummentaw dwar id-deċiżjoni tal-Awtorità. Fl-istess data, l-Awtorità rċeviet ukoll kummenti mingħand wieħed miż-żewġ benefiċjarji, jiġifieri Arion (8).

(4)

Fl-24 ta' Settembru 2015, id-deċiżjoni dwar il-bidu tal-proċedura formali ta' investigazzjoni ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu taż-ŻEE (9). B'ittra datata l-5 ta' Ottubru 2015, is-CBI issottometta kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ. (10).

(5)

B'ittra datata l-14 ta' Ġunju 2016, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali mingħand is-CBI, ISB u Arion (11). L-awtoritajiet Iżlandiżi pprovdew l-informazzjoni mitluba b'ittra datata l-20 ta' Settembru 2016 (12).

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

2.1.   SFOND

(6)

Il-miżuri kkonċernati huma konnessi mas-self ta' kollateral u titoli mis-CBI. Bħala parti mir-rwol tiegħu ta' bank ċentrali u kreditur tal-aħħar istanza, u f'konformità mal-politika monetarja ta' banek ċentrali oħrajn, is-CBI jipprovdi faċilitajiet ta' kreditu ta' terminu qasir lil impriżi finanzjarji fil-forma ta' self ta' kollateral, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli tas-CBI li jappartjenu lil dan. L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom l-għażla li jitolbu self mil-lum għall-għada jew self fuq sebat ijiem b'kollateral li huwa kkundsidrat eliġibbli mis-CBI.

(7)

Fl-2007 u l-2008, is-self ta' kollateral żdied kostantement, u s-CBI sar sors maġġuri ta' likwidità għal impriżi finanzjarji. Is-self ta' kollateral laħaq il-quċċata fl-1 ta' Ottubru 2008, eżatt qabel ma kkollassaw il-banek, meta s-CBI kien sellef ISK 520 biljun lil istituzzjonijiet finanzjarji. B'hekk, fiż-żmien tal-kollass tat-tliet banek kummerċjali (Landsbankinn, Glitnir u Kaupthing) f'Ottubru 2008, is-CBI kien kiseb pretensjonijiet konsiderevoli kontra dawn l-impriżi finanzjarji domestiċi li kienu garantiti minn kollaterali ta' tipi varji. Dak iż-żmien, kważi 42 % tal-kollateral għall-faċilitajiet ta' self tas-CBI ħadu l-forma ta' titoli garantiti mit-Teżor jew ta' titoli garantiti b'assi, waqt li madwar 58 % tal-kollateral sottostanti kien jikkonsisti f'bonds maħruġin minn Glitnir, Kaupthing, u Landsbankinn (13).

2.2.   IL-FTEHIM TA' SELF KONKLUŻ MA' ISB

(8)

Bil-kollass ta' Glitnir fl-2008, il-pretensjonijiet tas-CBI saru dovuti u pagabbli, u b'hekk għamlu lis-CBI kreditur tal-bank fallut. B'deċiżjoni tal-Awtorità għas-Sorveljanza Finanzjarja (“FME”) f'Ottubru 2008, fi prinċipju l-assi u l-obbligazzjonijiet domestiċi kollha (ħlief xi assi u obbligazzjonijiet esklużi) ta' Glitnir ġew trasferiti lil ISB, inklużi l-obbligazzjonijiet pendenti ta' Glitnir lis-CBI, li kienu jammontaw għal madwar ISK 55,6 biljun, kif ukoll indirettament, is-sjieda tal-kollateral bażi (il-portafoll tas-self b'ipoteka) (14).

(9)

Peress li d-dejn mas-CBI kien jikkonsisti f'self ta' kollateralzzat fuq terminu qasir, ħlas lura immedjat kien ikollu impatt serju fuq il-pożizzjoni ta' likwidità ta' ISB u seta' jipperikola r-ristrutturar tal-bank. Skont is-CBI, l-alternattiva kienet tkun li s-CBI jiġbor id-dejn, li kien iħalli lis-CBI bil-portafoll tas-self b'ipoteka. Il-ġestjoni ta' dan kienet tkun diffiċli għal bank ċentrali. Il-bejgħ tal-portafoll tas-self b'ipoteka wkoll ma kienx ikkunsidrat bħala għażla dak iż-żmien minħabba l-kriżi finanzjarja u n-nuqqas ta' akkwirent potenzjali fis-suq.

(10)

B'hekk, ISB fittex li jinnegozja mill-ġdid id-dejn mas-CBI biex jikkonvertih f'dejn fit-tul bi profil ta' amortizzament raġonevoli, biex jevita impatt negattiv ulterjuri fuq il-pożizzjoni ta' likwidità ta' ISB. Wara n-negozjati bejn ISB u s-CBI, fil-11 ta' Settembru 2009 intlaħaq ftehim bir-riżultat li ISB ħareġ bond awtonomu lis-CBI fl-ammont ta' ISK 55,6 biljun. Il-bond kien garantit b'assi bl-istess portafoll tas-self ipotekarju, jew simili, kopert mill-bonds li nħarġu minn Glitnir fil-passat. Il-bond kien ikkollateralizzat iżżejjed bi proporzjon bejn is-self u l-valur (“LTV”) ta' 70 % (15). Il-bond jimmatura f'għaxar snin, b'rata tal-imgħax ta' 4,5 %, marbuta mal-IPK (l-indiċi tal-prezz tal-konsumatur).

2.3.   IL-FTEHIM TA' SELF KONKLUŻ MA' ARION

(11)

F'Ottubru 2008, kien jidher ċar li Kaupthing ma setax jiġi salvat u b'hekk l-FME ħadet kontroll tal-operazzjonijiet tal-bank. B'konformità mal-Att Nru 125/2008 dwar l-Awtorità għall-Ħlasijiet mit-Teżor dovuti għal Ċirkostanzi Mhux tas-Soltu tas-Suq Finanzjarju eċċ. (l-“Att ta' Emerġenza”), li għadda fis-6 ta' Ottubru 2008, l-FME iddeċidiet li taqsam lil Kaupthing f'bank qadim u f'bank ġdid. Il-bank il-ġdid, li wara sar Arion, fil-prinċipju ħa f'idejh il-biċċa l-kbira tal-assi u l-obbligazjonijiet domestiċi. Madankollu, l-obbligazzjonijiet garantiti lejn is-CBI u l-kollateral rispettiv, inkluż il-portafoll tas-self għall-akkomodazzjoni, ma ġewx trasferiti (16). Il-bank il-qadim tqiegħed taħt is-superviżjoni ta' kumitat ta' riżoluzzjoni u aktar tard sar soġġett għal proċeduri ta' stralċ, bil-għan li, eventwalment, jingħalqu l-operazzjonijiet kollha.

(12)

Kaupthing, il-Gvern u Arion waslu għal ftehim fit-3 ta' Settembru 2009 rigward il-kapitalizzazzjoni ta' Arion u l-bażi għall-kumpens minn Kaupthing għal Arion (il-“ftehim dwar il-kapitalizzazzjoni ta' Kaupthing”). Skont dan il-ftehim, Kaupthing kellu l-għażla li jakkwista l-kontroll ta' Arion billi jissottoskrivi għal kapital azzjonarju ġdid u kellu jħallas għall-kapital azzjonarju l-ġdid bl-assi tal-bank l-antik stess (jiġifieri, l-assi li ma kinux ġew trasferiti wara d-deċiżjoni tal-FME kif deskritt hawn fuq).

(13)

Qabel ma Kaupthing seta' jiddeċiedi jekk jiksibx sehem ta' maġġuranza f'Arion, kellu jintlaħaq ftehim mas-CBI dwar is-saldu tal-pretensjonijiet pendenti billi wħud mill-assi li kien ikollu bżonn biex iħallas għall-kapital azzjonarju l-ġdid kienu tqiegħdu bħala kollateral kontra self ipprovdut mis-CBI lil Kaupthing, inkluż il-portafoll tas-self għall-akkomadazzjoni. Għalhekk, fit-30 ta' Novembru 2009, il-Ministeru tal-Finanzi, is-CBI u l-Kumitat ta' Riżoluzzjoni ta' Kaupthing għamlu ftehim dwar is-saldu tal-pretensjonijiet tas-CBI kontra Kaupthing (il-“ftehim dwar is-saldu”). Is-saldu tas-self mil-lum għal għada kien is-suġġett tal-Artikolu 3 tal-ftehim dwar is-saldu u hemmhekk il-partijiet qablu li Arion Bank jassumi d-dejn ta' Kaupthing lejn is-CBI billi joħroġ bond li jammonta għal madwar ISK […] (*1) biljun, f'forma speċifika mehmuża mal-ftehim bħala Appendiċi II, filwaqt li s-CBI imbagħad jassenja l-portafoll tas-self għad-djar lil Arion.

(14)

Fit-22 ta' Jannar 2010, Arion u s-CBI ikkonkludew ftehim dwar self li, skont is-CBI u Arion, kien jirrappreżenta l-finalizzazzjoni formali tal-Artikolu 3 tal-ftehim dwar is-saldu u l-ftehim dwar il-kapitalizzazzjoni, jiġifieri meta l-kredituri ta' Kaupthing saru s-sidien ta' Arion. Il-ftehim dwar is-self issostitwixxa l-bond imsemmi qabel. Il-ftehim dwar is-self kien essenzjalment jirrifletti t-termini tal-bond, ħlief li l-ammont prinċipali tal-ftehim dwar is-self kien denominat f'EUR, USD u CHF minflok ISK. Din il-bidla fid-denominazzjoni tal-munita kienet f'konformità mat-termini tal-ftehim dwar is-saldu li kienu jipprevedu li, minkejja d-denominazzjoni tal-kapital, Arion għandu jħallas l-imgħax u l-pagamenti rateali f'muniti barranin sal-punt li setal-bank. Il-ftehim dwar is-saldu stipula wkoll li jekk Arion ma setax iħallas f'muniti barranin, u minflok xtaq iħallas f'ISK, kellu jissottometti applikazzjoni bil-miktub bir-raġuni lis-CBI.

(15)

Il-ftehim dwar is-self stipula self fuq perjodu ta' seba' snin, li jista' jiġi estiż b'sentejn jew tlieta, għal ammont ta' EUR […] miljun, USD […] miljun u CHF […] miljun. Arion ingħata permess jibdel il-kombinazzjoni tal-muniti li bihom kellu jitħallas lura s-self. L-imgħax pagabbli kien EURIBOR/LIBOR + 300 bps. Il-portafoll tas-self għall-akkomodazzjoni ta' Arion serva ta' kollateral għas-CBI.

3.   L-ILMENT

(16)

Skont l-ilmentatur, il-ftehimiet dwar is-self bejn ISB, Arion u s-CBI ma ġewx ivvalutati fid-deċiżjonijiet tal-Awtorità li approvaw l-għajnuna għar-ristrutturar għal ISB u Arion (17). Billi l-miżuri ma ġewx indirizzati f'dawn il-każijiet, l-ilmentatur iqis li huwa importanti li tinkiseb l-opinjoni tal-Awtorità dwar (i) il-kompatibilità ta' dawn l-allegati miżuri ta' għajnuna addizzjonali mal-Ftehim taż-ŻEE, u (ii) il-konsegwenzi tan-nuqqas min-naħa tal-awtoritajiet Iżlandiżi li jinnotifikaw dawn il-miżuri.

(17)

L-ilmentatur jallega li, meta s-CBI daħlet fil-ftehimiet dwar is-self ma' Arion u ISB, banek oħrajn fl-Iżlanda ma ngħatawx l-opportunità li jirċievu finanzjament bħal dan mis-CBI jew minn aġenziji governattivi oħrajn. L-ilmentatur b'hekk isostni li l-għajnuna kienet selettiva għax ingħatat esklussivament lil ċerti istituzzjonijiet finanzjarji li jikkompetu fis-suq bankarju tal-Iżlanda. Skont l-ilmentatur, meta ISB ingħata s-self, il-bank ingħata għajnuna biex jevita l-infurzar mis-CBI dwar il-kwistjoni tal-bond kopert; u fil-każ ta' Arion, is-self ingħata biex jiġi żgurat bilanċ xieraq fuq ir-riskju tal-valuta tal-bank. L-ilmentatur jargumenta li istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, li ma rċevewx għajnuna bħal din, kienu mġiegħla jbigħu assi fi swieq li kienu jiffavorixxu lill-akkwirenti.

(18)

Skont l-ilmentatur, il-ftehimiet ta' self taw lil ISB u lil Arion vantaġġ ċar fil-forma ta' finanzjament għal żmien twil b'rati ta' interessi favorevoli taħt ir-rati tas-suq u li ma kinux disponibbli għal parteċipanti oħrajn fis-suq. Skont l-ilmentatur, l-ebda investitur privat ma kien jidħol fi ftehimiet bħal dawn f'dan iż-żmien turbolenti fis-swieq finanzjarji. Sabiex jissostanzja l-istqarrija tiegħu li r-rati tal-imgħax kienu inqas mir-rati tas-suq f'dak iż-żmien, l-ilmentatur issottometta firxiet ta' swap ta' inadempjenza ta' kreditu (“CDS”) tal-gvern Iżlandiż fl-2009 u r-rati tal-imgħax tal-ħruġ ta' bonds tal-2009 HFF150224 u HFF150434 mill-Fond għall-Finanzjament tal-Akkomodazzjonijiet tal-Iżlanda (“HFF”, Housing Financing Fund). L-ilmentatur isostni li l-miżuri saħħew lil ISB u Arion fis-suq bankarju u b'hekk affettwaw il-pożizzjoni ta' parteċipanti oħra fis-suq.

(19)

Fl-aħħar, l-ilmentatur jgħid li l-pjanijiet għar-ristrutturar ta' ISB u Arion, implimentati mill-gvern Iżlandiż u li l-Awtorità sabet li huma għajnuna kompatibbli skont l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ZEE, kienu biżżejjed biex jirrimedjaw it-taqlib fl-ekonomija tal-Iżlanda. Skont l-ilmentatur, il-miżuri ta' għajnuna addizzjonali implimentati permezz tal-ftehimiet imsemmija hawn fuq ma kinux neċessarji, xierqa jew proporzjonati biex tiġi restawrata s-sistema bankarja Iżlandiża u b'hekk jinvolvu għajnuna mill-Istat inkompatibbli.

4.   RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TA' PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(20)

Fid-Deċiżjoni Nru 208/15/COL, l-Awtorità vvalutat preliminarjament jekk il-faċilitajiet ta' kreditu b'terminu qasir fornuti mis-CBI lil Glitnir u Kaupthing, kif ukoll il-ftehimiet ta' self konklużi bejn is-CBI u kemm Arion kif ukoll ISB, jistgħux jikkostitwixxu għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE; u, jekk iva, jekk l-għajnuna mill-istat tistax tkun kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ZEE.

(21)

Rigward is-self ta' kollateral b'terminu qasir tas-CBI lil banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, l-Awtorità sabet li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Linji Gwida Bankarji (18) dwar l-assistenza fil-likwidità u l-faċilitajiet tal-bank ċentrali kienu twettqu. Għaldaqstant, l-Awtorità kkonkludiet li l-faċilitajiet ta' kreditu b'terminu qasir fornuti mis-CBI lil Glitnir u Kaupthing ma kinux jinvolvu għajnuna mill-istat.

(22)

Madankollu, b'konnessjoni mal-ftehimiet ta' self bejn is-CBI u kemm Arion kif ukoll ISB taħt termini allegatament favorevoli, l-Awtorità waslet għall-konklużjoni preliminari li ma jistax jiġi eskluż li dawn jikkostitwixxu għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. L-aspetti li ġejjin ġew identifikati fid-Deċiżjoni Nru 208/15/COL:

(i)

L-Awtorità nnutat li l-appoġġ pubbliku mogħti minn bank ċentrali jista' jitqies li huwa attribwibbli lill-Istat u b'hekk jikkostitwixxi trasferiment ta' riżorsi tal-istat.

(ii)

L-Awtorità esprimiet dubji jekk il-miżuri vvalutati kinux konsistenti mal-kondotta ta' kreditur privat li jsib lilu nnifsu f'sitwazzjoni legali u fattwali paragunabbli. Għalhekk, il-valutazzjoni preliminari tal-Awtorità uriet li vantaġġ ekonomiku favur ISB u Arion ma setax jiġi eskluż.

(iii)

Billi ma ngħatat l-ebda evidenza li turi li l-ftehimiet allegatament favorevoli ta' self kienu disponibbli għall-impriżi kollha f'sitwazzjoni fattwali u legali li tixbah lil dik ta' ISB u Arion, l-Awtorità kienet tal-opinjoni preliminari li l-miżuri jidhru li kienu selettivi.

(iv)

Fl-aħħar, l-Awtorità nnutat li għalkemm ISB u Arion illum joperaw l-aktar fis-suq Iżlandiż, huma madankollu involuti fl-għoti ta' servizzi finanzjarji, li huma kompletament miftuħin għall-kompetizzjoni u l-kummerċ fiż-ŻEE. B'hekk, fl-opinjoni preliminari tal-Awtorità, il-miżura x'aktarx kienet ta' tfixkil għall-kompetizzjoni u affettwat il-kummerċ fiż-ŻEE.

(23)

Skont l-Awtorità, kien hemm bżonn ta' aktar evidenza biex tkun tista' tiddetermina jekk it-termini tas-self kinux jistgħu jitqiesu bħala kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE.

(24)

Bħala konsegwenza, wara l-valutazzjoni preliminari tagħha, l-Awtorità kellha dubji jekk il-miżuri kkonċernati u t-termini tas-self b'mod partikolari kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-istat, u, jekk iva, jekk setgħux jinstabu li huma kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE.

5.   KUMMENTI MINGĦAND IS-CBI

5.1.   ĠENERALI

(25)

Is-CBI jinnota li r-ristrutturar tas-sistema finanzjarja Iżlandiża, tal-pedament legali, u tal-eżekuzzjoni governattiva tagħha, ġew indirizzati preċedentement mill-Awtorità, fost oħrajn fid-deċiżjonijiet dwar l-għajnuna għar-ristrutturar ta' ISB u Arion. Skont is-CBI, mhux loġiku li l-miżuri investigati f'dan il-każ jittieħdu barra mill-kuntest tagħhom u jiġu vvalutati bħala strumenti awtonomi.

(26)

Skont is-CBI, mhux realistiku għal bank ċentrali li jinforza kollateral bħal dak inkwistjoni fil-każ ta' Kaupthing (Arion) u ISB. Bl-approprijazzjoni ta' kollateral bħal dak, is-CBI kien jieħu r-rwol ta' bank kummerċjali b'wieħed mill-akbar portafolli tas-self għall-akkomodazzjoni fl-Iżlanda. Dan ma kienx ikun konsistenti mar-rwol tiegħu bħala bank ċentrali. Kien hemm ukoll riskju importanti li l-operazzjonijiet ta' Arion u ISB jiġu destabilizzati, li kien jipperikola l-istabilità finanzjarja. L-Awtorità għandha tqis li s-CBI għandu obbligu legali li jippromwovi l-istabbilità finanzjarja. Kieku s-CBI ġabret il-pretensjoni fuq ISB, il-likwidità ta' ISB kienet tiddgħajjef wisq biex jopera bħala bank b'saħħtu u konsegwentement is-CBI ma kienx ikun f'pożizzjoni li jiġbor il-pretensjoni kollha tiegħu.

(27)

Is-CBI jinnota li, sfortunatament, il-Linji Gwida Bankarji ma jindirizzawx x'jiġri meta pretensjonijiet li jkunu ġejjin minn operazzjonijiet ta' politika monetarja jaqgħu f'inadempjenza u bank ċentrali jkun imġiegħel jieħu passi biex jiġbor il-pretensjonijiet u japproprja l-assi kollaterali. Is-CBI jargumenta li l-konverżjoni tal-pretensjonijiet tas-CBI fi ftehimiet ta' self għandha tiġi kkunsidrata bħala kontinwazzjoni normali tal-miżuri tal-kredituri li għandhom l-għan li jimmassimizzaw l-irkupru tal-pretensjonijiet li ġejjin minn faċilitajiet ta' kreditu b'terminu qasir u mhux bħala finanzjament fornut lil Arion u ISB.

5.2.   IL-PREŻENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(28)

Rigward jekk il-ftehimiet ta' self tawx vantaġġ lill-banek, is-CBI l-ewwel jargumenta li d-dewmien inizjali fil-pagamenti ma kienx jinvolvi għajnuna mill-istat, minħabba ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali prevalenti fl-Iżlanda wara l-kollass tas-sistema bankarja f'Ottubru 2008. Is-saldu tal-pagamenti ma' ISB f'Settembru 2009 u ma' Kaupthing f'Novembru 2009 ma jistax jiġi kkunsidrat bħala dewmien, skont is-CBI, billi l-Iżlanda kienet għaddejja minn ristrutturar komprensiv tal-banek bl-għajnuna tal-IMF u kien hemm grad għoli ta' inċertezza dwar il-valutazzjoni tal-assi tal-banek.

(29)

Is-CBI jenfasizza li għandu l-obbligu legali li jżomm l-istabilità finanzjarja u li jissorvelja l-bilanċi tal-iskambju barrani tal-istituzzjonijiet tal-kreditu. B'hekk, is-CBI kellu obbligu legali li jindirizza s-sitwazzjoni gravi prevalenti dak iż-żmien. Il-konklużjoni tal-ftehimiet ta' self kienet l-aħjar deċiżjoni ekonomika razzjonali f'dawk iċ-ċirkustanzi. Is-CBI jinnota li l-approprjazzjoni tal-kollateral mhux biss kienet tkun inkonsistenti mar-rwol ta' bank ċentrali, iżda fl-aħħar ir-riżultat kien ikun li s-CBI kien jirkupra inqas mid-dejn f'terminu qasir.

(30)

Barra minn hekk, skont is-CBI, it-termini tal-ftehimiet ta' self, jiġifieri r-rati tal-imgħax u l-kollateral, kienu favorevoli għas-CBI. Is-CBI jirreferi għal informazzjoni disponibbli dwar strumenti maħruġin mad-dinja kollha u wkoll għat-termini ta' strumenti oħrajn li daħlu fihom il-partijiet f'dak iż-żmien (Arion, ISB, is-CBI, istituzzjonijiet finanzjarji domestiċi oħrajn, u l-Istat) (19). B'hekk, skont is-CBI, it-termini tal-ftehimiet ta' self kienu fiż-żewġ każijiet kompletament konsistenti mat-termini normali tas-suq f'dak iż-żmien, u b'hekk kompletament f'konformità mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq.

(31)

Rigward jekk dawn il-ftehimiet ta' self kinux selettivi, is-CBI jargumenta li l-impriżi kollha f'sitwazzjoni legali u fattwali paragunabbli ġew trattati b'mod ekwu. F'dan ir-rigward, is-CBI jinnota li Straumur, bank tal-investiment privat Iżlandiż, ukoll ikkonkluda ftehim mas-CBI dwar is-saldu tad-dejn f'terminu qasir tiegħu (20). Barra minn hekk, skont is-CBI, MP Bank ma kienx f'sitwazzjoni fattwali jew legali simili minħabba li d-djun fuq terminu qasir tiegħu ma kinux garantiti b'assi paragunabbli mal-portafoll tas-self għall-akkomodazzjoni iżda b'garanziji pubbliċi bħal strumenti tat-Teżor u strumenti siguri simili, jiġifieri assi li setgħu jiġu kummerċjalizzati faċilment b'valur stabbilit u bl-ebda spiża involuta jew assoċjata mal-approprijazzjoni. B'hekk, is-CBI jirrifjuta d-dikjarazzjoni li banek oħrajn fl-Iżlanda ma ngħatawx l-opportunità li jirċievu finanzjament bħal dan mis-CBI jew minn aġenziji governattivi oħrajn.

(32)

Fl-aħħar, is-CBI jinnota li l-Awtorità għandha tqis li matul il-perjodu meta ġew konklużi l-ftehimiet ta' self, ma kien hemm de facto l-ebda kompetizzjoni bejn impriżi finanzjarji Iżlandiżi u impriżi finanzjarji oħrajn fiż-ŻEE. F'Novembru 2008, il-Parlament Iżlandiż adotta l-Att Nru 134/2008, li jemenda l-Att dwar ir-Rata tal-Kambju Nru 87/1992, li impona restrizzjonijiet fuq il-movimenti kapitali transkonfinali u fuq tranżazzjonijiet ta' kambju relatati magħhom, u b'hekk sar impossibbli għal entitajiet finanzjarji barranin li jikkompetu fis-suq Iżlandiż (21). B'hekk, is-CBI jargumenta li l-miżuri ma kinux ta' natura li jfixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim taż-ŻEE.

(33)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, is-CBI jargumenta li l-konklużjoni tal-ftehimiet ta' self ma tistax tikkostitwixxi għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

5.3.   KOMPATIBILITÀ

(34)

Jekk madankollu l-Awtorità tqis il-miżuri bħala għajnuna mill-istat, is-CBI jargumenta li l-miżuri għandhom jitqiesu bħala kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(b) tiegħu, peress li ffurmaw parti integrali mill-miżuri li kienu neċessarji, proporzjonati u xierqa bħala rimedju għal tfixkil serju fl-ekonomija Iżlandiża u b'hekk kienu konnessi direttament mal-miżuri ta' għajnuna għar-ristrutturar approvati mill-Awtorità fid-deċiżjonijiet tagħha dwar l-għajnuna għar-ristrutturar ta' Arion u ISB.

6.   KUMMENTI MINGĦAND ARION

6.1.   ĠENERALI

(35)

Arion jargumenta wkoll li l-miżuri investigati f'dan il-każ ma jistgħux jittieħdu barra mill-kuntest tagħhom u jiġu vvalutati bħala strumenti awtonomi. Arion jissuġġerixxi li l-Awtorità diġà investigat u approvat ir-ristrutturar u l-kapitalizzazzjoni ta' Arion fid-deċiżjoni tagħha dwar l-għajnuna għar-ristrutturar ta' Arion.

(36)

Arion jinnota li d-denominazzjoni tas-self f'muniti barranin minflok ISK kienet f'konformità mat-termini tal-ftehim tas-saldu, li stipula li Arion għandu jħallas l-imgħax u l-pagamenti bin-nifs f'muniti barranin sal-punt li setal-bank u li kien permess li jħallas f'ISK f'ċirkostanzi eċċezzjonali biss. Arion jinnota wkoll li l-Artikolu 4 tal-ftehim tas-saldu stipula li l-mutwarju jista', bil-permess tal-mutwanti, ibiddel id-denominazzjoni tad-dejnparzjalment jew kompletament. It-termini tal-ftehim ta' self huma b'hekk kompletament skont it-termini tal-ftehim tas-saldu. Arion jenfasizza li l-Awtorità diġà rrevediet u approvat it-termini tal-ftehim tas-saldu fid-deċiżjoni tagħha dwar l-għajnuna għar-ristrutturar ta' Arion (22).

(37)

Skont Arion, id-deskrizzjoni tal-Awtorità fid-Deċiżjoni Nru 208/15/COL li l-pożizzjoni ta' Arion mingħajr il-portafoll tas-self għad-djar kienet tkun dgħajfa, mhijiex korretta. Skont Arion, il-portafoll tas-self għad-djar kien tassew ass ta' valur billi kien jinkludi s-self ta' wħud mill-klijenti l-aktar importanti ta' Arion u kien moqdi wkoll minn Arion. Skont il-ftehim tas-saldu (u mhux id-deċiżjoni tal-FME), Kaupthing seta' jittrasferixxi l-portafoll tas-self għad-djar lil Arion bħala parti mill-kapitalizzazzjoni ta' Arion. Madankollu, fl-assenza tal-Artikolu 3 tal-ftehim tas-saldu (u b'hekk fl-assenza tat-trasferiment tal-portafoll tas-self għad-djar), assi oħrajn kieku kienu jissostitwixxu l-portafoll tas-self għall-akkomodazzjoni biex iwettqu r-rekwiżiti tal-kapitalizzazzjoni u r-ristrutturar ta' Arion.

6.2.   EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(38)

Skont Arion, il-pożizzjoni tas-CBI tista' tiġi kkwalifikata bħal dik ta' kreditur privat li jinforza l-pretensjonijiet kontra Kaupthing, kif deskritt fil-ftehim tas-saldu, skont ir-regoli applikabbli li jirregolaw l-istralċ tal-proċeduri (23). L-assenjazzjoni tal-portafoll għall-akkomodazzjoni skont il-ftehim ta' saldu u l-konklużjoni tal-ftehim tas-self saru f'termini kompletament konsistenti mat-termini normali tas-suq f'dak iż-żmien. Bħala konsegwenza, il-kondotta tas-CBI tikkonforma mar-rekwiżiti tat-test tal-kreditur privat. B'hekk, is-CBI ma ta l-ebda vantaġġ lil Arion li jista' jiġi kkunsidrat bi kwalunkwe mod bħala għajnuna mill-istat.

(39)

Skont Arion, il-punti ewlenin li għandhom jiġu kkunsidrati meta ssir valutazzjoni dwar jekk kreditur privat ipotetiku kienx jidħol fil-ftehim tas-saldu u l-ftehim ta' self jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

(i)

Ekonomikament u funzjonalment, kienet l-unika għażla li tagħmel sens għas-CBI. Fl-aħħar mill-aħħar l-approprjazzjoni tal-portafoll tas-self għall-akkomodazzjoni kienet tirriżulta fl-irkupru ta' ammont aktar baxx tad-dejn b'terminu qasir għas-CBI.

(ii)

Bħala kreditur garantit, is-CBI ma kellu l-ebda għażla oħra disponibbli dak iż-żmien.

(iii)

Id-debitur, Kaupthing, kien tqiegħed fil-proċedimenti ta' stralċ u b'hekk id-dejn b'terminu qasir kellu jiġi konkluż skont l-Att Nru 21/1991 dwar il-Proċedimenti tal-Falliment.

(iv)

Il-miżuri kienu f'konformità mal-għan tal-gvern li jittrasferixxi l-parti domestika tal-banek l-antiki lill-banek ġodda.

(v)

Ir-ristrutturar u l-kapitalizzazzjoni ta' Arion kienet parti mir-ristrutturar globali tas-settur finanzjarju.

(vi)

It-termini tal-ftehim ta' self, jiġifieri r-rati tal-imgħax u l-garanzija, kienu favorevoli għas-CBI. Dan huwa evidenti mill-informazzjoni disponibbli dwar l-istrumenti li ħarġu mad-dinja kollha iżda anki mit-termini ta' strumenti oħrajn li daħlu fihom il-partijiet f'dak iż-żmien (jiġifieri Arion, is-CBI u istituzzjonijiet finanzjarji domestiċi oħrajn, u l-Istat).

(40)

Billi l-Awtorità, fid-Deċiżjoni Nru 208/15/COL, ikkunsidrat li jkun diffiċli li jiġu determinati l-punti ta' riferiment xierqa għar-rati tal-imgħax matul il-kriżi finanjarja, Arion ipprovda informazzjoni dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u ta' bonds privileġġjati mhux garantiti minn banek fl-Ewropa matul il-perjodu inkwistjoni. Billi s-self ipprovdut mis-CBI kien garantit primarjament bl-ipoteki, Arion jargumenta li jixbah bonds koperti li kienu ħarġu mill-banek Ewropej matul l-2009 li użaw ipoteki residenzjali bħala garanzija. Skont Arion, is-sett tad-dejta li pprovda (24) juri li l-firxiet ta' finanzjament li kienu qed iħallsu l-banek Ewropej kellhom medda bejn 0,1 % u 1,90 % aktar mir-rati interbankarji, b'firxa medjana ta' 0,72 %. L-ogħla rati għal bonds koperti tħallsu mill-Bank tal-Irlanda f'Settembru 2009 (1,9 % aktar mir-rati interbankarji) u minn EBS Mortgage Finance mill-Irlanda(1,75 % aktar mir-rati interbankarji) f'Novembru 2009. Skont Arion, huwa diffiċli li wieħed jara kif strument ta' dejn garantit b'ipoteki u assi oħrajn ta' kwalità għolja, u b'rata tal-imgħax LIBOR + 3,00 %, jista' jitqies bħala għajnuna mill-Istat, waqt li fl-istess ħin l-ogħla spejjeż għall-finanzjament ta' bank Ewropew b'kollateral ipotekarju kienu rati interbankarji + 1,9 %.

(41)

Skont Arion, il-bidla li saret fil-ftehim ta' self mit-termini tal-ftehim tas-saldu relatata mad-denominazzjoni tas-somma kapitali ewlenija f'EUR, USD and CHF, minflok ISK, kienet favorevoli għas-CBI. Arion jinnota li limitazzjonijiet stretti fuq il-moviment transkonfinali ta' kapital u ta' tranżazzjonijiet relatati tal-kambju kienu imposti fl-Iżlanda minn meta kkollassat is-sistema bankarja fil-Ħarifa tal-2008. L-applikazzjoni tat-test tal-kreditur privat f'dawn iċ-ċirkustanzi tista' twassal biss għall-konklużjoni li kreditur privat kien jippreferi denominazzjoni f'muniti barranin minflok f'ISK. Bidla bħal din fid-denominazzjoni b'hekk tkun ta' vantaġġ għall-kreditur, mhux id-debitur.

(42)

Arion jagħmel paragun ukoll ma' ftehim ta' saldu (“il-ftehim LBI”) li ġie konkluż bejn il-Landsbankinn il-“ġdid” (“NBI”), u l-Landsbankinn il-“qadim” (“LBI”) f'Diċembru 2009. Il-ftehim ta' LBI kien jinvolvi l-ħruġ ta' bond privileġġjat garantit, denominat f'EUR, GBP u USD, fl-ammont ta' ISK 247 biljun f'munita barranija għal terminu ta' għaxar snin minn NBI għal LBI. Barra minn hekk, fil-bidu tal-2013, ħareġ bond kontinġenti ta' ISK 92 biljun f'munita barranija. Dawn il-bonds privileġġjati garantiti kienu konsiderazzjoni għall-assi u l-obbligazzjonijiet trasferiti minn LBI fid-9 ta' Ottubru 2008 bid-deċiżjoni tal-FME dwar it-tneħħija ta' assi u obbligazzjonijiet minn LBI għal NBI. Dawn il-bonds privileġġjati garantiti jimmaturaw f'Ottubru 2018 u m'għandhomx ħlasijiet rateali matul l-ewwel ħames snin. Ir-rati tal-imgħax huma EURIBOR/LIBOR + 175 bps għall-ewwel ħames snin u EURIBOR/LIBOR + 290 bps għall-ħames snin li jibqa'. Huma garantiti minn ġabriet ta' self lill-klijenti ta' Landsbankinn (25).

(43)

Skont Arion, it-termini tal-ftehim ta' LBI jista' jitqies bħala paragunabbli direttament mat-termini fil-ftehim ta' self. Id-differenzi jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

(i)

Marġni ta' 175 bps/290 bps minn parti mutwanti privata mqabbla ma' 300 bps mis-CBI skont il-ftehim ta' self.

(ii)

Somma kapitali ewlenija viċin l-ekwivalenti ta' ISK 350 biljun minn parti mutwanti privata imqabbla ma' ISK […] biljun mis-CBI skont il-ftehim ta' self.

(iii)

Ġabra ta' self ta' kollateral lil klijenti ta' parti mutwanti privata mqabbla ma' ġabra diversifikata ta' esponimenti domestiċi fuq ipoteki sovrani, muniċipali u residenzjali lis-CBI skont il-ftehim ta' self.

(44)

Id-differenzi t'hawn fuq bejn dawn iż-żewġ każijiet huma, skont Arion, kollha favorevoli għall-ftehim ta' self u s-CBI, jiġifieri rata tal-imgħax ogħla, somma kapitali ewlenija aktar baxxa u ġabra kollaterali aktar b'saħħitha, minkejja l-fatt li l-mutwanti f'dan il-każ huwa parti privata. Dan jindika li t-termini tal-finanzjamenti fornuti lil Arion skont il-ftehim ta' self huma f'konformità mat-termini prevalenti tas-suq f'dak iż-żmien.

(45)

Fil-qosor, Arion b'hekk jargumenta li l-konklużjoni tal-ftehim ta' self bejn is-CBI u Arion ma jistax jikkostitwixxi għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

6.3.   KOMPATIBILITÀ

(46)

Jekk l-Awtorità, minkejja l-argumenti ppreżentati hawn fuq, tikkunsidra li l-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, Arion jargumenta li dawn il-miżuri huma kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(b).

(47)

Billi l-miżuri inkwistjoni kienu jiffurmaw parti inseparabbli mill-kapitalizzazzjoni finali ta' Arion u l-pjan ta' ristrutturar ta' Arion sottomess lill-Awtorità, Arion jargumenta li dawn il-miżuri ma jistgħux jiġu separati mill-valutazzjoni totali li għamlet l-Awtorità f'dak il-każ. Huma b'hekk koperti mid-deċiżjoni tal-Awtorità dwar l-għajnuna għar-ristrutturar ta' Arion.

(48)

Arion huwa wkoll tal-opinjoni li, jekk l-Awtorità tikkunsidra li huwa possibbli li tiġi riveduta parti speċifika ta' tranżazzjoni li diġà ġiet evalwata u approvata mill-Awtorità fid-deċiżjoni dwar l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta' Arion, allura l-Awtorità għandha tikkunsidra s-sitwazzjoni fattwali u legali sħiħa. Il-valutazzjoni tal-Awtorità dwar il-kompatibilità tal-miżuri inkwistjoni għandha għalhekk tkun f'konformità mal-valutazzjoni fid-deċiżjoni dwar l-għajnuna għar-ristrutturar ta' Arion, u b'mod partikolari dwar jekk il-kriterji tal-linji gwida applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat ġewx issodisfati.

7.   KUMMENTI MINGĦAND ISB

(49)

ISB pprovda informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet ta' bonds simili ggarantiti b'assi fl-Ewropa fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim mas-CBI. Skont ISB, bonds simili ggarantiti b'assi fl-Ewropa kienu qed jiġu nnegozjati għal primjum ta' 40-80 bps kontra dokumenti ggarantiti mill-istat f'dak iż-żmien. ISB pprovda graff li turi data mill-2009 għal tliet pajjiżi, jiġifieri Franza, il-Ġermanja u Spanja, dwar id-differenza fil-firxa bejn firxiet ta' bonds koperti u firxiet sovrani. Il-firxiet koperti minn iBoxx (26) huma medja ponderata tal-bonds koperti pendenti kollha minn dawk il-pajjiżi rispettivi b'tul medju tal-indiċi fil-medda ta' ħames sa seba' snin.

Image

(50)

Kif jidher mill-graff, il-firxa telgħet u niżlet sostanzjalment matul dan il-perjodu u hija, pereżempju, attwalment negattiva fil-każ ta' Spanja. Fl-2009, id-differenza fil-firxa għal dawn it-tliet pajjiżi kienet fil-medda ta' 40–160 bps.

II.   VALUTAZZJONI

1.   IL-PREŻENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(51)

Fil-kapitoli li ġejjin, l-Awtorità sejra tivvaluta jekk il-ftehimiet ta' self konklużi bejn is-CBI u kemm ISB kif ukoll Arion jinvolvu għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(52)

Miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jitwettqu b'mod kumulattiv: il-miżura (i) tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat; (ii) tagħti vantaġġ ekonomiku lil intrapriża; (iii) hija selettiva; u (iv) x'aktarx tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

(53)

Bħala punt preliminari, ta' min jiftakar li m'hemm l-ebda eżenzjoni ġenerali ta' politika monetarja mill-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat (27). Tabilħaqq, l-esklużjoni ta' assistenza ta' likwidità mil-liġi dwar l-applikazzjoni tal-għajnuna mill-istat, kif imsemmi fil-paragrafu 21 hawn fuq, hija limitata għal miżuri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafu 51 tal-Linji Gwida Bankarji tal-2008 tal-Awtorità u fil-paragrafu 62 tal-Linji Gwida Bankarji tal-2013 tal-Awtorità (28). Dan ma jimplikax li l-azzjonijiet kollha tal-banek ċentrali huma esklużi mill-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat. Fil-każ attwali, l-Awtorità tikkunsidra lil-provvediment ta' self fuq terminu twil mis-CBI ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi msemmijin qabel tal-Linji Gwida Bankarji tal-2008 u l-2013, minħabba li l-miżuri kienu konnessi mal-miżuri ta' ristrutturar fornuti liż-żewġ banek. B'hekk, l-Awtorità għandha tivvaluta l-miżuri fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

1.1.   PREŻENZA TAR-RIŻORSI TAL-ISTAT

(54)

Skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, miżura għandha tingħata mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat biex tkun tikkostitwixxi għajnuna mill-istat.

(55)

L-Istat, għall-għan tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, ikopri l-korpi kollha tal-amministrazzjoni pubblika, mill-gvern ċentrali sal-livell tal-belt jew l-inqas livell amministrattiv kif ukoll impriżi u korpi pubbliċi (29).

(56)

Il-miżuri eżaminati jieħdu l-forma ta' ftehimiet ta' self bejn is-CBI u Arion u ISB f'termini allegatament favorevoli.

(57)

Biex jiġi ddeterminat jekk il-provvediment ta' self fuq terminu twil mis-CBI jinvolvix riżorsi tal-istat, irid jiġi vvalutat jekk il-miżuri li jieħu bank ċentrali jistgħux jitqiesu li huma imputabbli għall-Istat. Ġeneralment, il-banek ċentrali huma indipendenti mill-gvern ċentrali. Madankollu, huwa irrilevanti jekk istituzzjoni fis-settur pubbliku hijiex awtonoma jew le (30). Barra minn hekk, huwa ġeneralment aċċettat li l-banek ċentrali jwettqu kompitu pubbliku. L-Awtorità tinnota li hemm każistika stabbilita li appoġġ finanzjarju mogħti minn istituzzjoni li sservi għan pubbliku jista' jirriżulta fl-għotja ta' għajnuna mill-istat (31). L-appoġġ pubbliku mogħti minn bank ċentrali b'hekk jista' jitqies ukoll li huwa imputabbli lill-Istat u b'hekk jikkwalifika bħala għajnuna mill-istat (32). Tabilħaqq, skont il-Linji Gwida Bankarji tal-2013, finanzjament fornut minn bank ċentrali lil istituzzjonijiet ta' kreditu speċifiċi ġeneralment jimplika t-trasferiment ta' riżorsi tal-Istat (33).

(58)

Madankollu, lil hinn minn dawn ir-rimarki, il-kwistjoni dwar jekk il-ftehimiet ta' self inkwistjoni ngħatawx mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat tista' tibqa' miftuħa, minħabba l-konklużjoni fit-taqsima li jmiss li l-miżuri ma tawx vantaġġ ekonomiku lill-banek.

1.2.   VANTAĠĠ

(59)

Biex jikkostitwixxu għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, il-miżuri jridu jikkonferixxu vantaġġ fuq l-impriża.

(60)

Vantaġġ, fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma kinitx takkwista taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, li b'hekk ipoġġiha f'pożizzjoni aktar favorevoli mill-kompetituri tagħha. L-effett tal-miżura fuq l-impriża biss huwa rilevanti, u mhuwiex il-kawża jew l-objettiv tal-intervent tal-Istat. (34) Biex tikkostitwixxi għajnuna, il-miżura tista' tieħu l-forma ta' vantaġġ ekonomiku pożittiv kif ukoll tnaqqis ta' piż ekonomiku. Dan tal-aħħar huwa kategorija wiesgħa li tinkludi kwalunkwe miżura li tnaqqas l-ispejjeż li normalment jitħallsu mill-baġit tal-impriża. Il-mistoqsija dwar jekk il-konklużjoni tal-ftehimiet ta' self jistgħux jitqiesu bħala għoti ta' vantaġġ lil ISB u Arion fl-aħħar mill-aħħar tiddependi fuq jekk kreditur privat ta' daqs paragunabbli għal dak ta' korp pubbliku, li jkun qed jopera fl-istess kundizzjonijiet tas-suq, kienx jagħti self simili taħt kundizzjonijiet simili.

(61)

Biex jiġi determinat jekk korp pubbliku jkunx aġixxa bħal kwalunkwe operatur tal-ekonomija tas-suq f'sitwazzjoni simili, għandhom jitqiesu biss il-benefiċċji u l-obbligazzjonijiet konnessi mar-rwol tal-Istat jew tal-korp pubblikubħala operatur ekonomiku, bl-esklużjoni ta' dawk relatati mar-rwol tiegħu bħala awtorità pubblika (35). Barra minn hekk, biex jiġi ddeterminat jekk intervent tal-istat jikkonformax mal-kundizzjonijiet tas-suq, irid jiġi eżaminat fuq bażi ex ante, filwaqt li titqies biss l-informazzjoni disponibbli fiż-żmien meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-intervent. Barra minn hekk, fl-assenza ta' informazzjoni speċifika tas-suq dwar tranżazzjoni speċifika ta' dejn, il-konformità tal-istrument tad-dejn mal-kundizzjonijiet tas-suq jistgħu jiġu stabbiliti abbażi ta' tqabbil ma' tranżazzjonijiet paragunabbli tas-suq, jiġifieri permezz ta' valutazzjoni komparattiva.

(62)

It-test tal-kreditur privat, żviluppat u raffinat mill-qrati tal-Unjoni Ewropea (36), iservi biex jistabbilixxi jekk il-kundizzjonijiet li taħthom kreditur pubbliku jitlob li jitħallas lura, possibilment billi jiġu riskedati l-ħlasijiet, jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. Meta l-Istat ikun fil-pożizzjoni, mhux bħala investitur jew promotur ta' proġett, iżda bħala kreditur li jipprova jimmassimizza l-irkupru ta' dejn pendenti, trattament klementi biss, fil-forma ta' differiment ta' ħlas, jista' ma' jkunx biżżejjed biex jiġi preżunt trattament favorevoli fis-sens ta' għajnuna mill-istat. F'ċirkustanzi bħal dawn, il-kondotta tal-kreditur pubbliku trid titqabbel ma' dik ta' kreditur privat ipotetiku f'sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli. Il-mistoqsija kruċjali hija jekk kreditur privat kienx jagħti trattament simili lil debitur f'ċirkustanzi simili.

(63)

Qabel ma jiġu vvalutati il-ftehimiet ta' self, tqum il-kwistjoni dwar jekk id-dewmien inizjali fis-saldu tal-ħlasijiet, li huwa mifhum li dam minn madwar Ottubru 2008 sa tard fl-2009, jistax jinvolvi għajnuna mill-istat. B'mod ġenerali, deċiżjonijiet minn korpi pubbliċi li jittolleraw ħlasijiet tard fuq self jistgħu jindikaw vantaġġ lid-debitur u jinvolvu għajnuna mill-istat. Filwaqt li diferiment temporanju ta' ħlas probabbilment jista' jikkorrispondi mal-kondotta ta' kreditur privat u b'hekk ma jinvolvix għajnuna mill-istat, kondotta bħal din, għall-ewwel konsistenti mal-kundizzjonijiet tas-suq, tista' ssir għajnuna mill-istat f'każijiet ta' dewmien protratt fil-ħlas (37).

(64)

Mill-perspettiva ta' kreditur privat, l-infurzar ta' pretensjoni li saret dovuta hija n-norma awto-evidenti. Dan japplika wkoll jekk l-impriża tad-debitur tkun f'diffikultajiet finanzjarji, kif ukoll fil-każ ta' insolvenza. Normalment, f'dawn iċ-ċirkustanzi, kredituri privati ma jkunux lesti li jaċċettaw diferiment ulterjuri tal-ħlas jekk dan ma jġibilhomx xi vantaġġ ċar. Għall-kuntrarju, ladarba debitur jidħol f'diffikultà finanzjarja, aktar self jingħata biss lid-debitur taħt termini aktar stretti, pereżempju b'rati tal-imgħax ogħla jew b'titoli aktar komprensivi, peress li l-ħlas lura jkun ipperikolat. Eċċezzjonijiet jistgħu jkunu ġġustifikati f'każijiet individwali fejn in-nuqqas ta' infurzar jidher li jkun l-aktar alternattiva sensibbli. Dan ikun il-każ meta n-nuqqas ta' infurzar joffri b'mod ċar prospetti itjeb ta' ġbir ta' proporzjon sostanzjalment ogħla tal-pretensjonijiet meta mqabbla ma' alternattivi possibbli oħrajn jew jekk telf konsegwenzjali akbar jista' jiġi evitat b'dan il-mod. Jista' jkun fl-interessi ta' kreditur privat li jżomm in-negozju tal-kumpanija debitriċi għaddej minflok ma jillikwida l-assi tagħha u b'hekk, f'ċerti ċirkustanzi, jinġabar biss parti mid-dejn. Meta kreditur privat jaċċetta li jieqaf milli jinforza l-pretensjoni tiegħu kompletament, normalment jirrekjedi lid-debitur jipprovdi titoli addizzjonali. Meta dan ma jkunx possibbli, pereżempju fil-każijiet ta' diffikultà finanzjarja, kreditur privat ifittex assigurazzjonijiet ta' kumpens massimu jekk il-kundizzjoni finanzjarja tad-debitur titjieb aktar 'il quddiem. Jekk id-debitur ma jagħtix biżżejjed titoli jew impenni, kreditur privat ġeneralment ma jaċċettax li jikkonkludi ftehimiet ta' riskedar jew li jipprovdi lid-debitur b'self addizzjonali.

(65)

Rigward id-dewmien inizjali fis-saldu tal-ħlasijiet, is-CBI jargumenta li s-saldu tal-ħlasijiet ma' ISB f'Settembru 2009 u ma' Kaupthing f'Novembru 2009 ma jistax jitqies bħala dewmien fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali prevalenti fl-Iżlanda wara l-kollass tas-sistema bankarja f'Ottubru 2008. Matul il-perjodu mill-kollass sas-saldu tal-pretensjonijiet, l-Iżlanda kienet għaddejja minn ristrutturar komprensiv tal-banek bl-assistenza tal-IMF u kien hemminċertezza konsiderevoli dwar il-valutazzjoni ġusta tal-assi tal-banek. Għalhekk, is-CBI, bħala l-kreditur tal-banek, kellu bżonn iż-żmien biex jevalwa b'mod xieraq l-assi li servew ta' kollateral. L-Awtorità vvalutat dawn l-argumenti u tikkunsidra li s-CBI aġixxa skont it-test tal-kreditur privat fejn hu kkonċernat id-dewmien inizjali.

(66)

Barra minn hekk, l-Awtorità jeħtieġ li tivvaluta jekk kreditur privat li jkollu pretensjonijiet simili fuq terminu qasir għall-banek f'kontumaċja kienx jaqbel mat-trasferiment tal-portafolli tas-self għall-akkomodazzjoni fil-kundizzjonijiet stipulati hawn fuq u mal-konklużjoni sussegwenti ta' ftehimiet ta' self mal-banek il-ġodda taħt l-istess kundizzjonijiet.

(67)

L-Awtorità tinnota li wara l-kollass ta' Glitnir u Kaupthing fil-Ħarifa tal-2008, is-CBI sab lilu nnifsu f'pożizzjoni fejn ma kienx realistiku li jistenna li jinforza kollateral bħal dawk inkwistjoni fil-każ ta' Arion u ISB. Meta wieħed iqis li l-portafolli ta' self kienu jikkostitwixxu sehem kbir mill-klijentela ta' Arion u ISB, l-approprjazzjoni ta' dan il-kollateral setgħet tipperikola l-istabbiltà finanzjarja ta' Arion u ISB u setgħet twassal lil dawn l-impriżi finanzjarji għall-falliment. L-infurzar tal-kollateral kien jinkludi wkoll spejjeż amministrattivi addizzjonali għas-CBI. Barra minn hekk, kieku l-portafolli ta' self ġew offruti għall-bejgħ, is-CBI xorta ma kienx ikollu assigurazzjoni ta' rkupru aċċettabbli, u kien ikun improbabbli ħafna li l-investituri b'saħħa kapitali biżżejjed kienu jkunu disponibbli biex jixtru l-portafolli, minħabba s-sitwazzjoni tas-suq fl-Iżlanda dak iż-żmien. Għalhekk, l-approprijazzjoni tal-portafolli ta' self għall-akkomodazzjoni — jew bl-infurzar tal-kollateral, jew inkella wara l-falliment — fl-aħħar kienet tirriżulta fl-irkupru ta' ammont iżgħar tad-dejn fuq terminu qasir min-naħa tas-CBI.

(68)

Minħabba din is-sitwazzjoni, is-CBI b'hekk għażel li jidħol fi ftehimiet ta' self biex jiżgura l-ħlas sħiħ tal-pretensjonijiet tiegħu, bl-imgħax u mingħajr ma jkollu għalfejn jidħol fi spejjeż amministrattivi. Il-ftehimiet ta' self b'hekk saru biex jinkiseb l-irkupru massimu possibbli f'dak iż-żmien.

(69)

Abbażi ta' dawn l-elementi, l-Awtorità tikkunsidra li s-CBI ipprova jimmassimizza l-irkupru tal-pretensjonijiet tiegħu meta għamel il-ftehimiet ta' self.

(70)

L-Awtorità trid tivvaluta wkoll jekk il-kundizzjonijiet tal-ftehimiet ta' self, u b'mod partikolari r-rati tal-imgħax applikabbli, kinux ikunu ta' valur biżżejjed għal kreditur privat biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test tal-kreditur privat.

(71)

Fid-Deċiżjoni Nru 208/15/COL, l-Awtorità nnutat li kien diffiċli li wieħed jiddetermina punti ta' riferiment xierqa għar-rati tal-imgħax matul il-kriżi finanzjarja. Bi tweġiba għal dan, ISB, Arion u s-CBI issottomettew informazzjoni u kummenti addizzjonali.

(72)

ISB jargumenta li r-rati tal-imgħax jikkonformaw mar-rati tal-imgħax ta' bonds simili ggarantiti mill-assi ta' dak iż-żmien. Il-maturità tal-bond ta' ISB hija ta' għaxar snin, b'rata tal-imgħax ta' 4,5 %, konnessa mas-CPI (l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur), u hija kkollateralizzata żżejjed bi proporzjon bejn is-self u l-valur (LTV) ta' 70 %. Ir-rata tal-imgħax kienet stipulata madwar 50 bps 'il fuq mill-bonds tal-HFF garantiti mill-istat fid-data tal-ħruġ. Bħala paragun, ir-rati komuni fl-Ewropa f'dak iż-żmien għal titoli simili garantiti mill-assi kienu 40-80 bps aktar minn dokumenti ggarantiti mill-istat. ISB ipprovda wkoll graff li turi li d-differenzi tal-firxa għal Franza, il-Ġermanja u Spanja kienu fil-medda ta' 40-160 bps fl-2009.

(73)

Bl-istess mod, Arion jargumenta li l-ftehim ta' self tiegħu mas-CBI ġie konkluż skont it-termini tas-suq. Fost oħrajn, Arion iqabblu ma' ftehim paragunabbli konkluż bejn NBI u LBI. Iż-żewġ ftehimiet ġew konklużi madwar l-istess żmien, jiġifieri tmiem l-2009 u l-bidu tal-2010, u kienu jinvolvu saldi ta' pretensjonijiet simili. It-tqabbil juri li t-termini tal-ftehim ta' self ta' Arion kienu aktar stretti minn dawk fil-ftehim ta' LBI, li kien jinvolvi kreditur privat. Tabilħaqq, jidher li l-ftehim ta' LBI kien jirrekjedi rati tal-imgħax aktar baxxi, kien jinvolvi ammont ta' kapital ogħla u kellu kollateral inqas diversifikat mill-ftehim ta' self ta' Arion.

(74)

Fl-ittra tiegħu tal-31 ta' Marzu 2015 (38), Arion ipprovda informazzjoni addizzjonali dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u ta' bonds privileġġjati mhux garantiti minn banek fl-Ewropa matul il-perjodu tal-1 ta' Jannar 2009 u l-31 ta' Diċembru 2010. Meta jqis li s-self ipprovdut mis-CBI huwa garantit primarjament bl-ipoteki, Arion jargumenta li dan jixbah lill-bonds koperti li ħarġu minn banek Ewropej matul l-2009 li kienu użaw ipotekiresidenzjali bħala garanzija. Kif imsemmi aktar 'il fuq, skont is-sett tad-data provdut minn Arion, il-firxiet ta' finanzjament li kienu qed iħallsu l-banek Ewropej kellhom medda minn 0,1 % sa 1,90 % aktar mir-rati interbankarji, b'firxa medjana ta' 0,72 %. L-ogħla rati għall-bonds koperti tħallsu mill-Bank tal-Irlanda f'Settembru 2009 (1,9 % aktar mir-rati interbankarji) u minn EBS Mortgage mill-Irlanda (1,75 % aktar mir-rati interbankarji) f'Novembru 2009.

(75)

Is-CBI jargumenta wkoll li t-termini tal-ftehimiet ta' self, jiġifieri r-rati tal-imgħax u l-kollateral, kienu favorevoli għas-CBI. Skont is-CBI, dan huwa evidenti mill-informazzjoni disponibbli dwar strumenti maħruġin mad-dinja kollha (kif dokumentat minn Arion, ara aktar 'il fuq) kif ukoll mit-termini ta' strumenti oħrajn li saru dak iż-żmien, inkluż il-ftehim ta' LBI.

(76)

L-Awtorità tinnota li l-ftehimiet ta' self konklużi bejn is-CBI u l-banek għandhom rata tal-imgħax ta' LIBOR + 3,00 % u huma kkollateralizzati b'ipoteki u assi oħrajn. Kif turi l-informazzjoni pprovduta minn ISB u Arion, din ir-rata tal-imgħax hija ħafna aktar mir-rati medji tal-imgħax għal strumenti ta' dejn paragunabbli konklużi dak iż-żmien, u saħansitra taqbeż l-ogħla spiża għall-finanzjament ta' kwalunkwe bank Ewropew ieħor dak iż-żmien li kellhom ipoteki bħala kollateral (jiġifieri l-Bank tal-Irlanda, rati interbankarji + 1,9 %). L-Awtorità tikkunsidra li l-informazzjoni li tikkonċerna strumenti ta' dejn paragunabbli pprovduta mill-banek hija affidabbli u li tippreżenta stampa preċiża tal-kundizzjonijiet tas-suq fiż-żmien meta ġew konklużi l-ftehimiet ta' self. Barra minn hekk, peress li dawn ir-rati tal-imgħax ġew miftiehma minn partijiet privati, l-Awtorità tikkunsidra li huma jirrappreżentaw punt ta' riferiment aktar xieraq biex jiġu determinati r-rati tas-suq f'dak iż-żmien mill-firxiet tas-CDS u r-rati tal-imgħax fuq bonds HFF ċitati mill-ilmentatur.

(77)

Rigward il-ftehim ta' self konkluż ma' Arion, l-Awtorità tinnota li s-self kien denominat f'muniti barranin minflok f'ISK. Madankollu, kif jinnota Arion, din il-bidla fid-denominazzjoni kienet f'konformità mat-termini tal-ftehim tas-saldu, li ppreveda li Arion kien jinħtieġ li jħallas imgħax u ħlasijiet rateali f'muniti barranin sa fejn setal-bank u Arion seta', bil-permess ta' min isellef, ibiddel id-denominazzjoni tad-dejn parzjalment jew kompletament. Kif ġie nnutat qabel, l-Awtorità diġà eżaminat u approvat it-termini tal-ftehim tas-saldu fid-deċiżjoni dwar l-għajnuna għar-ristrutturar ta' Arion. Barra minn hekk, kif innota Arion, minħabba l-limitazzjonijiet stretti fl-Iżlanda dwar il-moviment minn fruntiera għall-oħra tal-kapital u ta' tranżazzjonijiet tal-kambju relatati, kreditur privat kien probabbilment jippreferi denominazzjoni f'muniti barranin minflok f'ISK. Bidla bħal din fid-denominazzjoni b'hekk tkun ta' vantaġġ għall-kreditur, mhux id-debitur.

(78)

Meta tqis il-parametri tas-suq f'dak iż-żmien u l-evidenza ppreżentata, l-Awtorità tikkonkludi li t-termini ta' self in ġenerali, u r-rati tal-imgħax b'mod partikolari, tal-ftehimiet ta' self kienu jkunu aċċettabbli wkoll għal kreditur privat li jkun jinsab f'sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli.

(79)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-ftehimiet ta' self bejn is-CBI u, rispettivament, ISB u Arion ma tawx vantaġġ ekonomiku lil ISB u Arion.

1.3.   SELETTIVITÀ, TFIXKIL TAL-KOMPETIZZJONI U EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ BEJN PARTIJIET KONTRAENTI

(80)

Biex tikkwalifika bħala għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, il-miżura trid tkun selettiva kif ukoll x'aktarx ta' tfixkil għall-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim. Madankollu, peress li l-Awtorità tikkonkludi li fil-każ attwali ma ngħata l-ebda vantaġġ ekonomiku, u billi l-kundizzjonijiet kumulattivi għall-eżistenza tal-għajnuna mill-istat b'hekk mhumiex issodisfati, l-Awtorità m'għandha tagħmel l-ebda valutazzjoni ulterjuri f'dan ir-rigward.

2.   KONKLUŻJONI

(81)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni preċedenti, l-Awtorità tikkunsidra li l-ftehimiet ta' self li s-CBI kkonkluda ma' ISB u Arion ma jikkostitwixxux għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-ftehimiet ta' self konklużi bejn is-CBI u, rispettivament, Íslandsbanki hf. u Arion banki hf. ma jikkostitwixxux għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Bil-preżenti, l-investigazzjoni formali ingħalqet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Iżlanda.

Artikolu 3

Il-verżjoni ta' din id-deċiżjoni bil-lingwa Ingliża biss hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2016.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Sven Erik SVEDMAN

President

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Dokument Nru 684053.

(2)  Dokument Nru 685741.

(3)  It-tweġiba mingħand l-awtorijiet Iżlandiżi kien fiha ittri mingħand is-CBI (Dokument Nru 696093), ISB (Dokument Nru 696092) u Arion (Dokument Nru 696089).

(4)  Dokument Nru 709261.

(5)  Dokument Nru 745267.

(6)  Ir-risposta mingħand l-awtoritajiet Iżlandiżi kien fiha ittri mingħand is-CBI (Dokument Nru 753104) u Arion (Dokument Nru 753101).

(7)  Dokument Nru 771173.

(8)  Dokument Nru 771174.

(9)  Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 208/15/COL tal-20 ta' Mejju 2015 dwar għajnuna mill-Istat illegali li allegatament ingħatat lil Íslandsbanki hf. u Arion banki hf. permezz ta' ftehimiet dwar konverżjoni ta' self f'termini allegatament preferenzjali (“Deċiżjoni Nru 208/15/COL”) (ĠU C 316, 24.9.2015, p. 6, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 57, 24.9.2015, p. 1). Disponibbli minn: http://www.eftasurv.int/media/esa-docs/physical/208-15-COL.pdf

(10)  Dokument Nru 775870.

(11)  Dokument Nru 808042.

(12)  Dokumenti Nru 819287, 819289, 819291, 819293 u 819295.

(13)  Għal ħarsa ġenerali dwar l-iżviluppi fis-self kollaterali, ara r-Rapport Annwali tas-CBI tal- 2008, p. 9-11, disponibbli hawn http://www.sedlabanki.is/lisalib/getfile.aspx?itemid=7076

(14)  Glitnir kien stabbilixxa programm ta' bonds koperti, li fuq il-bażi tiegħu portafoll tas-self b'ipoteka nbiegħ lill-Fond ta' Glitni banka (GLB) li imbagħad iggarantixxa n-Noti (l-obbligazzjonijiet ta' Glitnir) maħruġin mill-programm ta' bonds koperti. Il-bonds koperti ma kinux inbiegħu lill-investituri iżda ntużaw bħala kollateral fi tranżazzjonijiet ta' riakkwist mas-CBI. B'deċiżjoni tal-FME fl-14 ta' Ottubru 2008, fost affarijiet oħrajn, l-unitajiet ta' azzjonijiet kollha fil-Fond ġew trasferiti lil ISB. Il-bonds koperti pendenti inżammu mis-CBI bħala kollateral għad-dejn pendenti li kellu Glitnir mas-CBI, u li issa kien approprjat lil ISB u kien jammonta għal madwar ISK 55 biljun meta ttieħdet id-deċiżjoni tal-FME. ISB kellu jopera l-Fond u jwettaq il-ħlasijiet kollha tad-dejn oriġinali biex jipproteġi l-assi (il-portafoll tas-self b'ipoteka) u jħallas it-tariffi lill-partijiet kollha li kellhom x'jaqsmu mal-programm ta' dejn oriġinali. Billi kien hemm spejjeż u kumplikazzjonijiet prevedibbli involuti fl-operazzjoni tal-Fond u s-servizzjar tas-self permezz tal-Fond, ISB fittex li jinnegozja mill-ġdid id-dejn mas-CBI biex jipprova, fost affarijiet oħrajn, jestendi t-termini tad-dejn.

(15)  Il-proporzjon bejn is-self u l-valur huwa terminu finanzjarju użat mill-mutwanti li jesprimi l-proporzjon tas-self mal-valur ta' ass mixtri.

(16)  Ara r-Rapport tal-Ministeru tal-Finanzi dwar ir-ristrutturar tal-banek kummerċjali, paġni 13-17. Disponibbli online minn: http://www.althingi.is/altext/pdf/139/s/1213.pdf

(*1)  L-informazzjoni fil-parenteżi kwadri hija koperta mill-obbligu tas-sigriet professjonali.

(17)  Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 244/12/COL tas-27 ta' Ġunju 2012 dwar l-għajnuna għar-ristrutturar mogħtija lil Íslandsbanki (“deċiżjoni dwar l-għajnuna għar-ristrutturar ta' ISB”) (ĠU L 144, 15.5.2014, p. 70 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 28, 15.5.2014, p. 1); u d-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 291/12/COL tal-11 ta' Lulju 2012 dwar l-għajnuna għar-ristrutturar ta' Arion Bank (“deċiżjoni dwar l-għajnuna għar-ristrutturar ta'Arion”) (ĠU L 144, 15.5.2014, p. 169 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 28, 15.5.2014, p. 89), paragrafi 86, 149, 168 u 238.

(18)  Linji gwida dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Diċembru 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat biex jappoġġaw miżuri favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“Linji Gwida Bankarji 2013”) (ĠU L 264, 4.9.2014, p. 6 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 50, 4.9.2014, p. 1), paragrafu 62, li ssostitwixxew il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat għal miżuri meħudin fir-rigward ta' istituzzjonijiet finanzjarji (“il-Linji Gwida Bankarji 2008”) (ĠU L 17, 20.1.2011, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 3, 20.1.2011, p. 1), paragrafu 51.

(19)  Dokument Nru 819287.

(20)  Ara: http://www.almchf.com/new-and-events/nr/121

(21)  Kawża E-03/11 Pálmi Sigmarsson vs Seðlabanki Íslands [2011] EFTA Ct. Rep. 430.

(22)  Deċiżjoni dwar l-għajnuna għar-ristrutturar ta' Arion, paragrafi 86, 149, 168 u 238.

(23)  Li r-riorganizzazzjoni finanzjarja u l-insolvenza tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, bħal Kaupthing, hija regolata mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Impriżi Finanzjarji Nru 161/2002 li fih sett speċifiku ta' regoli dwar l-insolvenza ssupplimentat bid-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Att dwar il-Falliment Nru 21/1991 li japplika għall-każijiet kollha ta' insolvenza fl-Iżlanda. Il-proċeduri ta' stralċ f'ħafna rispetti jixbħu dawk tal-proċeduri ta' falliment, u fil-fatt ħafna mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Falliment huma inkorporati f'tal-ewwel b'referenza, bħall-ipproċessar ta' talbiet kif ukoll dispożizzjonijiet oħrajn li jiżguraw trattament ekwu tal-kredituri.

(24)  Ara l-iskedi 1 sa 3, mehmużin mal-ittra ta' Arion tal-31 ta' Marzu 2015 (Dokument Nru 753101).

(25)  Dokument Nru 696088.

(26)  L-indiċi tas-suq tal-bonds tal-iBoxx huma punt ta' riferiment għall-użu professjonali u jinkludu ħruġ ta' bonds li għandhom grad ta' investiment likwidu.

(27)  Ara s-sentenza f'Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni, C-57/86, EU:C:1988:284, paragrafu 9.

(28)  Għalkemm il-Linji Gwida Bankarji tal-2008 m'għadhomx effettivi, kienu effettivi fiż-żmien meta ġew adottati l-miżuri kkuntestati u għalhekk l-Awtorità għandha tapplikahom f'dan il-każ.

(29)  Sentenza f'Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-248/84, EU:C:1987:437, paragrafu 17.

(30)  Sentenza f'Air France vs Il-Kummissjoni, T-358/94, EU:T:1996:194, paragrafi 58 sa 62.

(31)  Sentenzi f'L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-173/73, EU:C:1974:71, paragrafu 16; Steinicke and Weinling vs Il-Ġermanja, C-78/76, EU:C:1977:52.

(32)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/600/KE tal-10 ta' Novembru 1999Banco di Sicilia u Sicilcassa (ĠU L 256, 10.10.2000, p. 21) fil-paragrafi 48 u 49, fejn jiġi aċċettat mingħajr diskussjoni ulterjuri li avvanzi mogħtija mill-Banca d'Italia lil banek f'diffikultà jikkostitwixxu assistenza finanzjarja mogħtija mill-Istat.

(33)  Linji Gwida Bankarji 2013, paragrafu 62.

(34)  Sentenza f'L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-173/73, EU:C:1974:71, paragrafu 13.

(35)  Sentenzi f'Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, EU:C:2012:318, paragrafi 79 sa 81; Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-234/84, EU:C:1986:302, paragrafu 14; Il-Belġju vs Il-Kummissjoni C-40/85, EU:C:1986:305, paragrafu 13; Spanja vs Il-Kummissjoni, Kawżi Konġunti C-278/92 sa C-280/92, EU:C:1994:325, paragrafu 22; u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-334/99, EU:C:2003:55, paragrafu 134.

(36)  Ara s-sentenzi fi Spanja vs Il-Kummissjoni, C-342/96, EU:C:1999:210, paragrafi 46 et seq.; SIC vs Il-Kummissjoni, T-46/97, EU:T:2000:123, paragrafu 98 et seq.; DM Transport, C-256/97, EU:C:1999:332, paragrafi 19 et seq.; Spanja vs Il-Kummissjoni, C-480/98, EU:C:2000:559,paragrafi 19 et seq.; HAMSA vs Il-Kummissjoni, T-152/99, EU:T:2002:188, paragrafu 167; Spanja vs Il-Kummissjoni,C-276/02, EU:C:2004:521, paragrafi 31 et seq.; Lenzig vs Il-Kummissjoni, T-36/99, EU:T:2004:312, paragrafi 134 et seq.; Technische Glaswerke Ilmenau vs Il-Kummissjoni, T-198/01, EU:T:2004:222, paragrafi 97 et seq.; Spanja vs Il-Kummissjoni, C-525/04 P, EU:C:2007:698, paragrafi 43 et seq.; Olympiaki Aeroporia Ypiresies vs Il-Kummissjoni, T-68/03, EU:T:2007:253; u Buzek Automotive vs Il-Kummissjoni, T-1/08, EU:T:2011:216, paragrafi 65 et seq.

(37)  Ara l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Jacobs f'DM Transport, C-256/97, EU:C:1998:436, paragrafu 38.

(38)  Dokument Nru 753101.


Rettifika

26.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/78


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 517/2011 tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza ta' ċerti serotipi tas-Salmonella fit-tiġieġ għall-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2160/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 138 tas-26 ta' Mejju 2011 )

F'paġna 50, fl-Anness, il-punt 3.5,

minflok:

“3.5.   L-ittestjar għar-reżistenza antimikrobika

L-iżolati jridu jiġu ttestjati għar-reżistenza antimikrobika skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/407/KE (1).”,

aqra:

“3.5.   L-ittestjar għar-reżistenza għall-antimikrobiċi

L-iżolati jridu jiġu ttestjati għar-reżistenza għall-antimikrobiċi skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/407/KE (1).”;

F'paġna 50, fl-Anness, fil-punt 3.6, l-ewwel paragrafu,

minflok:

“L-awtorità kompetenti għandha tassigura li mill-inqas varjant iżolat wieħed tas-serotipi rilevanti tas-Salmonella mill-kampjuni bħala parti mill-kontrolli uffiċjali ta' kull binja u ta' kull sena jinħażen għall-phagetyping jew l-ittestjar għas-suxxettibilità antimikrobika futura, u dan bl-użu ta' metodi normali għal ġbir tal-kultura, hekk li tkun żgurata l-integrità tal-varjanti għal perjodu minimu ta' sentejn.”,

aqra:

“L-awtorità kompetenti għandha tassigura li mill-inqas varjant iżolat wieħed tas-serotipi rilevanti tas-Salmonella mill-kampjuni bħala parti mill-kontrolli uffiċjali ta' kull binja u ta' kull sena jinħażen għall-phagetyping jew l-ittestjar għas-suxxettibilità għall-antimikrobiċi futura, u dan bl-użu ta' metodi normali għal ġbir tal-kultura, hekk li tkun żgurata l-integrità tal-varjanti għal perjodu minimu ta' sentejn.”.