ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 275

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
25 ta' Ottubru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1940 tat-13 ta' Lulju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut u tal-format ta' ċertifikati żootekniċi maħruġa għal annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina inklużi f'dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku għall-equidae ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1941 tal-24 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE ( 1 )

9

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1940

tat-13 ta' Lulju 2017

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut u tal-format ta' ċertifikati żootekniċi maħruġa għal annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina inklużi f'dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku għall-equidae

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/1012 jistabbilixxi regoli żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ ta' annimali għat-tnissil, u għad-dħul tagħhom fl-Unjoni. Ir-Regolament (UE) 2016/1012 japplika mill-1 ta' Novembru 2018.

(2)

L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2016/1012 jistabbilixxi r-regoli għall-ħruġ, il-kontenut u l-format ta' ċertifikati żootekniċi li jakkumpanjaw annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom (“iċ-ċertifikat żootekniku”). Dan jipprevedi li fejn annimali ta' razza pura għat-tnissil li jkunu ddaħħlu fi ktieb tat-tnissil minn soċjetà tat-tnissil jiġu nnegozjati u fejn dawk l-annimali ta' razza pura għat-tnissil huma maħsuba biex jiddaħħlu fi ktieb tat-tnissil ieħor, dawk l-annimali għat-tnissil iridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat żootekniku.

(3)

L-Artikolu 30(6) tar-Regolament (UE) 2016/1012 jistipula li ċ-ċertifikati żootekniċi għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fil-Partijiet u fil-Kapitoli rilevanti tal-Anness V ta' dak ir-Regolament. L-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2016/1012 jipprevedi li, b'deroga mill-Artikolu 30(6) tiegħu, fil-każ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, l-informazzjoni stabbilita fil-Kapitolu I tal-Parti 2 tal-Anness V tiegħu għandha tkun inkluża f'dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku għall-equidae u għandhom jiġu adottati atti delegati dwar il-kontenut u l-format ta' tali dokumenti ta' identifikazzjoni.

(4)

Il-Kapitolu I tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/1012 jistabbilixxi regoli dwar l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikat żootekniku għal annimali ta' razza pura għat-tnissil. Dik l-informazzjoni trid tinkludi s-sistema ta' identifikazzjoni u n-numru ta' identifikazzjoni indivdwali mogħti lill-annimali ta' razza pura għat-tnissil b'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali tal-ispeċi kkonċernata.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi rekwiżiti ta' traċċabbiltà tal-annimali terrestri miżmuma u tal-prodotti ġerminali. L-Artikolu 114 ta' dak ir-Regolament jipprevedi lil-operaturi li jżommu annimali miżmuma tal-ispeċi ekwina għandhom jiżguraw li dawk l-annimali jiġu identifikati individwalment b'kodiċi uniku li jiġi rreġistrat fil-bażi ta' dejta kompjuterizzata prevista f'dak ir-Regolament u b'dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku li jimtela b'mod korrett. Sabiex iċ-ċertifikat żootekniku jkun armonizzat kemm jista' jkun ma' dak id-dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku fir-rigward tal-kontenut u tal-proċedura amministrattiva, ir-Regolament (UE) 2016/1012 ippreveda li l-atti delegati jiġu adottati fir-rigward tal-format u tal-kontenut ta' dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku għall-annimali tal-ispeċi ekwina.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-kontenut u l-format taċ-ċertifikat żootekniku li jrid ikun inkluż f'dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku għall-equidae, li bih l-equidae jridu jiġu identifikati b'konformità mal-Artikolu 114(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429, u li jrid jakkumpanja lill-annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina f'kull ħin, inkluż meta dawn jiġu nnegozjati fl-Unjoni.

(7)

L-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2016/1012 jistabbilixxi derogi mir-rekwiżiti dwar il-ħruġ, il-kontenut u l-format ta' ċertifikati żootekniċi għall-kummerċ ta' annimali għat-tnissil. Dan jipprevedi li meta r-riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni jew tal-evalwazzjoni ġenetika jkunu disponibbli pubblikament fuq sit web, fiċ-ċertifikat żootekniku jista' jkun hemm referenza għas-sit web minn fejn wieħed ikun jista' jara dawk ir-riżultati, minflok ma jiġu inklużi fiċ-ċertifikat żootekniku. Dik il-possibbiltà jenħtieġ li tkun riflessa fir-rekwiżiti għaċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(8)

Il-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1012 tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali għas-soċjetajiet tat-tnissil li jistabbilixxu jew iżommu kotba tat-tnissil għal annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina. B'konformità mal-punt 1 tal-Parti 3 ta' dak l-Anness, l-annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina għandhom jiddaħħlu biss fi ktieb tat-tnissil fejn jiġu identifikati permezz ta' ċertifikat ta' kopertura u, fejn meħtieġ mill-programm ta' tnissil, bħala “moħor mhux miftum minn ommu”. B'deroga minn dik ir-regola, Stat Membru jew, jekk huwa hekk jiddeċiedi, l-awtorità kompetenti tiegħu, jistgħu jawtorizzaw soċjetà tat-tnissil biex iddaħħal annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina fil-ktieb tat-tnissil miżmum minn dik is-soċjetà tat-tnissil fejn dawk l-annimali jiġu identifikati b'kull metodu ieħor adatt li jipprovdi tal-anqas l-istess grad ta' ċertezza bħal ċertifikat ta' kopertura, bħal kontroll tal-parentela bbażat fuq analiżi tad-DNA jew fuq analiżi tal-gruppi tad-demm tagħhom, sakemm din l-awtorizzazzjoni timxi skont il-prinċipji stabbiliti mis-soċjetà tat-tnissil li żżomm il-ktieb tat-tnissil tal-oriġini ta' dik ir-razza.

(9)

Filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1012, l-informazzjoni dwar iċ-ċertifikat ta' kopertura, dwar l-identifikazzjoni bħala “moħor mhux miftum minn ommu” u dwar ir-riżultati tal-kontroll ta' parentela, jenħtieġ li tkun riflessa fir-regoli dwar il-kontenut taċ-ċertifikati żootekniċi għal annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(10)

Sabiex tkun żgurata l-uniċità u l-kontinwità tal-identifikazzjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina u b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1(c) u 3 tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1012, il-kodiċi uniku kif previst fl-Artikolu 114(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429, u l-isem ta' tali annimali għat-tnissil jenħtieġ li jiġu inklużi fiċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ bħala parti mid-dettalji tal-identifikazzjoni tiegħu.

(11)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/262 (3) jirrikjedi korp emittenti, inklużi l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet li jkunu stabbilew jew li jżommu kotba li jkun fihom ir-razez taż-żwiemel għall-equidae rreġistrati, li jassenja lil kull annimal ekwin numru permanenti uniku, li jiġbor f'kodiċi alfanumeriku informazzjoni dwar l-annimali ekwin individwali u l-bażi ta' dejta u l-pajjiż fejn din l-informazzjoni tkun ġiet irreġistrata l-ewwel darba. Dan in-numru permanenti uniku jrid ikun kompatibbli mas-sistema tan-Numru Universali Permanenti tal-Ekwini (UELN).

(12)

Intlaħaq qbil dwar is-sistema UELN bejn l-organizzazzjonijiet ewlenin tar-riproduzzjoni taż-żwiemel u tal-kompetizzjonijiet. Din is-sistema ġiet żviluppata fuq l-inizjattiva tal-World Breeding Federation for Sport Horses (WBFSH), l-International Stud-Book Committee (ISBC), il-World Arabian Horse Organization (WAHO), il-European Conference of Arabian Horse Organisations (ECAHO), il-Conférence internationale de l'anglo-arabe (CIAA), il-Fédération equestre internationale (FEI) u l-Union européenne du trot (UET) u tista' tinstab informazzjoni dwarha fuq is-sit web tal-UELN (4).

(13)

Il-format u l-kontenut tan-numru ta' identifikazzjoni individwali msemmi fil-punt 3 tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1012 ma jistgħux jiġu deċiżi sakemm l-atti delegati li jistabbilixxu r-rekwiżiti dettaljati għall-mezzi u għall-metodi ta' identifikazzjoni, inklużi l-applikazzjoni u l-użu tagħhom, ikunu ġewadottati b'konformità mal-Artikolu 118(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429. Madankollu, fiċ-ċertifikat żootekniku jenħtieġ li jkun hemm partijiet fejn jiddaħħal in-numru permanenti uniku assenjat lill-annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina b'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/262.

(14)

Sal-21 ta' April 2021, li hija d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429, il-Parti I taċ-ċertifikat żootekniku stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament hija fakultattiva jekk dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku għall-equidae jinkludi t-Taqsima V tal-mudell tad-dokument ta' identifikazzjoni stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/262.

(15)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun applikabbli mill-1 ta' Novembru 2018 b'konformità mad-data tal-applikazzjoni prevista fir-Regolament (UE) 2016/1012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kontenut u l-format taċ-ċertifikat żootekniku li jifformaw parti mid-dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku għal annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, previst fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2016/1012 (“iċ-ċertifikat żootekniku”), għandhom jiġu ppreżentati kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-Partijiet I u II taċ-ċertifikat żootekniku għandhom jiġu inklużi f'dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku għal annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina li jkun inħareġ b'konformità mal-Artikolu 114(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429 u jikkonformaw ma' dan li ġej:

(a)

Il-Parti I għandha tkun Taqsima tad-dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku li jrid jiġi stabbilit b'konformità mal-Artikolu 118(2)(b) tar-Regolament (UE) 2016/429;

(b)

Il-Parti II għandha tkun jew:

(i)

parti mit-Taqsima msemmija fil-punt (a) ta' dan l-Artikolu, f'liema każ iridu jiġu pprovduti aktar minn paġna waħda li juru dik il-Parti II, għall-aġġornamenti tal-informazzjoni, jew

(ii)

fejn ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti b'konformità mal-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012, mehmuża mad-dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku, f'liema każ għandha tkun marbuta mal-Parti I imsemmija fil-punt (a) ta' dan l-Artikolu permezz tad-dħul tan-numru ta' identifikazzjoni individwali, imsemmija bħala l-“kodiċi uniku” fl-Artikolu 114(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429.

Artikolu 3

1.   Mill-1 ta' Novembru 2018, it-Taqsima V tad-dokument ta' identifikazzjoni maħruġ għal annimal ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina b'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/262 għandha timtela b'konformità mal-Artikolu 9(2) tiegħu u, fejn ikun meħtieġ għall-finijiet tal-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012, tiġi ssupplimentata bil-Parti II taċ-ċertifikat żootekniku kif deskritt fl-Artikolu 2(b)(ii) ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-Parti II taċ-ċertifikat żootekniku għandha tiġi mehmuża mad-dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku maħruġ b'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/262 u għandha tkun marbuta maċ-ċertifikat tal-oriġini kif stabbilit fit-Taqsima V tal-Parti 1 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament billi jiddaħħal in-numru permanenti uniku kif definit fl-Artikolu 2(o) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Novembru 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/262 tas-17 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi regoli skont id-Direttivi tal-Kunsill 90/427/KEE u 2009/156/KE fir-rigward tal-metodi għall-identifikazzjoni tal-equidae (Regolament dwar il-Passaport Ekwin) (ĠU L 59, 3.3.2015, p. 1).

(4)  http://www.ueln.net


ANNESS

Ċertifikat żootekniku

għall-kummerċ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina (Equus caballus u Equus asinus), b'konformità mal-Kapitolu I tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/1012

PARTI I

1.

L-isem tas-soċjetà tat-tnissil li toħroġ iċ-ċertifikat jew tal-awtorità kompetenti

(ipprovdi d-dettalji ta' kuntatt u, fejn disponibbli, referenza għas-sit web)

2.

L-isem tal-ktieb tat-tnissil

3.

L-isem tar-razza

4.

L-isem u l-isem kummerċjali tal-annimal (1) u l-kodiċi tal-pajjiż tat-twelid (2)

5.1.

In-numru ta' identifikazzjoni individwali (3)

6.

In-numru tal-ktieb tat-tnissil (5)

5.2.

In-numru permanenti uniku (4)

☐☐☐-☐☐☐-☐☐☐ ☐☐☐ ☐☐☐

7.

L-identifikazzjoni tal-annimal (1)  (6)

7.1.

Il-kodiċi tat-transponder (1)

Is-sistema tal-qari (jekk mhux ISO 11784) (1)

Il-barcode (1)

☐☐☐ ☐☐☐ ☐☐☐ ☐☐☐ ☐☐☐

7.2.

Il-metodu alternattiv għall-verifika tal-identità (1)

8.

Id-data tat-twelid tal-annimal

(uża l-format jj/xx/ssss)

9.

Il-pajjiż tat-twelid tal-annimal

10.

L-isem, l-indirizz u l-indirizz tal-posta elettronika (1) tan-nissiel

11.

Il-pedigree (7)  (8)

11.1.

Missier

In-numru u t-taqsima tal-ktieb tat-tnissil

11.1.1.

In-nannu patern

In-numru u t-taqsima tal-ktieb tat-tnissil

11.1.1.1. (1)

Il-bużnannu patern

In-numru u t-taqsima tal-ktieb tat-tnissil

 

 

 

11.1.1.2. (1)

Il-bużnanna paterna

In-numru u t-taqsima tal-ktieb tat-tnissil

 

 

11.1.2.

In-nanna paterna

In-numru u t-taqsima tal-ktieb tat-tnissil

11.1.2.1. (1)

Il-bużnannu patern

In-numru u t-taqsima tal-ktieb tat-tnissil

 

 

11.1.2.2. (1)

Il-bużnanna paterna

In-numru u t-taqsima tal-ktieb tat-tnissil

 

 

11.2.

L-omm

In-numru u t-taqsima tal-ktieb tat-tnissil

11.2.1.

In-nannu matern

In-numru u t-taqsima tal-ktieb tat-tnissil

11.2.1.1. (1)

Il-bużnannu matern

In-numru u t-taqsima tal-ktieb tat-tnissil

 

 

11.2.1.2. (1)

Il-bużnanna materna

In-numru u t-taqsima tal-ktieb tat-tnissil

 

 

11.2.2.

In-nanna materna

In-numru u t-taqsima tal-ktieb tat-tnissil

11.2.2.1. (1)

Il-bużnannu matern

In-numru u t-taqsima tal-ktieb tat-tnissil

 

 

11.2.2.2. (1)

Il-bużnanna materna

In-numru u t-taqsima tal-ktieb tat-tnissil

 

 

12.1.

Magħmul fi

(niżżel il-post tal-ħruġ)

12.2.

Magħmul fi

(niżżel id-data tal-ħruġ fil-format jj/xx/ssss)

 

12.3.

L-isem u l-kapaċità tal-firmatarju

(niżżel b'ittri kbar l-isem u l-kapaċità tal-individwu  (9) awtorizzat mis-soċjetà tat-tnissil li toħroġ iċ-ċertifikat jew mill-awtorità kompetenti li tiffirma din il-parti taċ-ċertifikat żootekniku)

12.4.

Firma


PARTI II

1.1.

In-numru ta' identifikazzjoni individwali (1)

1.2.

In-numru permanenti uniku (2) ☐☐☐-☐☐☐-☐☐☐☐☐☐☐☐☐

2.

L-identifikazzjoni tal-annimal (3)

2.1.

Il-kodiċi tat-transponder (4) ☐☐☐ ☐☐☐ ☐☐☐ ☐☐☐ ☐☐☐

Is-sistema tal-qari (jekk mhux ISO 11784) (4)

Il-barcode (4)

3.

Is-sess

2.2.

Il-metodu alternattiv għall-verifika tal-identità (3)

4.

Il-klassi fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil (4)

5.

L-isem, l-indirizz u l-indirizz tal-posta elettronika (4) tas-sid (7)

4.1.

L-isem tal-ktieb tat-tnissil (5)

4.2.

Il-klassi fit-taqsima ewlenija (6)

6.

Informazzjoni addizzjonali (4)  (8)  (9)

6.1.

Ir-riżultati tal-ittestjar tal-prestazzjoni

6.2.

Ir-riżultati aġġornati tal-evalwazzjoni ġenetika li twettqet l-aħħar fi

(niżżel id-data fil-format jj/xx/ssss)

6.3.

Id-difetti ġenetiċi u l-pekuljaritajiet ġenetiċi tal-annimal b'rabta mal-programm tat-tnissil

6.4.

Is-sistema tal-kontroll tal-identità u r-riżultat (4)  (10)  (11)

6.5.

Ir-riżultati tal-kontroll ta' parentela (4)  (10)  (12)

7.

L-inseminazzjoni/it-tgħammir (13)  (14)

7.1.

Data (uża l-format jj/xx/ssss)

7.2.

In-numru taċ-ċertifikat ta' kopertura (15)

7.3.

L-identifikazzjoni tal-annimal raġel donatur

7.3.1.

In-numru ta' identifikazzjoni individwali (1)

7.3.2.

In-numru permanenti uniku (2) ☐☐☐-☐☐☐-☐☐☐☐☐☐☐☐☐

7.3.3.

Is-sistema tal-kontroll tal-identità u r-riżultat (4)  (10)  (11)

7.3.4.

Ir-riżultati tal-kontroll ta' parentela (4)

8.1.

Magħmul fi

(niżżel il-post tal-ħruġ)

8.2.

Magħmul fi

(niżżel id-data tal-ħruġ fil-format jj/xx/ssss)

 

8.3.

L-isem u l-kapaċità tal-firmatarju

(niżżel b'ittri kbar l-isem u l-kapaċità tal-individwu  (16) awtorizzat mis-soċjetà tat-tnissil li toħroġ iċ-ċertifikat jew mill-awtorità kompetenti li tiffirma din il-parti taċ-ċertifikat)

8.4.

Firma


(1)  Ħalliha vojta jekk mhux applikabbli.

(2)  Niżżel il-kodiċi tal-pajjiż fejn dan ikun meħtieġ minn ftehimiet internazzjonali dwar ir-razza.

(3)  In-numru tal-identifikazzjoni individwali skont il-punt 3 tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1012, imsejjaħ bħala “kodiċi uniku” fl-Artikolu 114(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429.

(4)  In-numru permanenti uniku kif definit fl-Artikolu 2(o) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/262, jekk ikun assenjat b'konformità ma' dak ir-Regolament.

(5)  Meħtieġ jekk ikun differenti min-numru ta' identifikazzjoni individwali jew min-numru permanenti uniku assenjat b'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/262.

(6)  Mhux meħtieġa jekk il-Parti I taċ-ċertifikat żootekniku tkun parti integrali mid-dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku maħruġ minn soċjetà tat-tnissil. Jekk id-dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku jkun inħareġ b'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/262, għandu jiġi indikat in-numru permanenti uniku kif definit fl-Artikolu 2(o) ta' dak ir-Regolament.

(7)  Jekk ikun meħtieġ, inkludi ġenerazzjonijiet addizzjonali fil-punt 11 tal-Parti I.

(8)  Niżżel in-numru ta' identifikazzjoni individwali skont il-punt 3 tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1012, imsemmi bħala “kodiċi uniku” fl-Artikolu 114(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429. Jekk in-numru ta' identifikazzjoni individwali mhuwiex disponibbli jew huwa differenti min-numru li taħtu huwa mniżżel l-annimal fil-ktieb tat-tnissil, niżżel in-numru tal-ktieb tat-tnissil.

(9)  Dak l-individwu għandu jkun rappreżentant mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 30(2)(b) tar-Regolament (UE) 2016/1012.

(1)  In-numru tal-identifikazzjoni individwali skont il-punt 3 tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1012, imsejjaħ bħala “kodiċi uniku” fl-Artikolu 114(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429.

(2)  In-numru permanenti uniku kif definit fl-Artikolu 2(o) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/262, jekk ikun assenjat b'konformità ma' dak ir-Regolament.

(3)  Mhux meħtieġ jekk l-informazzjoni tikkorrispondi għall-informazzjoni fil-punt 7 tal-Parti I u l-Partiijiet I u II huma ħaġa waħda u indiviżibbli u jinsabu fid-dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku jew huma mehmuża miegħu. Jekk id-dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku jkun inħareġ b'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/262, għandu jiġi indikat in-numru permanenti uniku kif definit fl-Artikolu 2(o) ta' dak ir-Regolament.

(4)  Ħalliha vojta jekk mhux applikabbli.

(5)  Meħtieġ jekk huwa differenti mill-punt 2 tal-Parti I.

(6)  Mhix meħtieġa meta din l-informazzjoni tkun ipprovduta fit-Taqsima V tad-dokument ta' identifikazzjoni maħruġ skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/262.

(7)  Mhux meħtieġa jekk l-informazzjoni dwar is-sid tkun disponibbli u aġġornata f'partijiet oħra tad-dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku.

(8)  Jekk meħtieġ, uża aktar karti.

(9)  Jekk dik l-informazzjoni ġenetika tista' tiġi aċċessata minn fuq sit web, tista' minflok tingħata referenza għal dak is-sit web, jekk ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti b'konformità mal-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) 2016/1012.

(10)  Abbażi ta' analiżi tad-DNA jew ta' analiżi tal-grupp tad-demm tiegħu.

(11)  Meħtieġa skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2016/1012 għal annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina użati għall-ġbir ta' semen għal inseminazzjoni artifiċjali. Tista' tkun meħtieġa mis-soċjetajiet tat-tnissil skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2016/1012 għal annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina użata għall-ġbir ta' ooċiti u embrijuni.

(12)  Jekk meħtieġa mill-programm ta' tnissil.

(13)  Meħtieġa fil-każ ta' nisa tqal. L-informazzjoni tista' tkun indikata f'dokument separat.

(14)  Ħassar kif xieraq.

(15)  Jekk mhux applikabbli, ipprovdi r-riżultati tal-kontroll tal-ġenituri fil-punt 7.3.4.

(16)  Dak l-individwu għandu jkun rappreżentant mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 30(2)(b) tar-Regolament (UE) 2016/1012.


25.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1941

tal-24 ta' Ottubru 2017

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi gwida ġenerali rigward il-forma tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE. Għandha tingħata gwida speċifika f'dokument separat wara li ssir konsultazzjoni mal-korpi kompetenti fl-Istati Membri u mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 huwa mibdul bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS

“ANNESS II

Forma tal-Ekotikketta tal-UE

L-Ekotikketta tal-UE għandu jkollha l-forma li ġejja:

Tikketta:

Image 1

Tikketta fakultattiva b'kaxxa għall-kitba (il-possibbiltà li l-operatur juża din il-kaxxa għall-kitba u t-test użat għandha tkun dik speċifikata fil-kriterji rilevanti għall-grupp ta' prodotti):

Image 2

Fuq il-prodott għandu jidher ukoll in-numru ta' reġistrazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE. Dan għandu jkun fil-forma li ġejja:

Image 3

Fejn ‘xxxx’ tirreferi għall-pajjiż ta' reġistrazzjoni, ‘yyy’ tirreferi għall-grupp ta' prodotti u ‘zzzzz’ tirreferi għan-numru mogħti mill-korp kompetenti.

Il-Kummissjoni Ewropea se tipprovdi aktar struzzjonijiet dwar id-disinn u l-użu l-Logo tal-Ekotikketta tal-UE wara li tikkonsulta lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea (EUEB) f'dokument ta' gwida separat.