ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 271

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
20 ta' Ottubru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1914 tad-19 ta' Ottubru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sodju tas-salinomiċina (Sacox 120 microGranulate u Sacox 200 microGranulate) bħala addittiv għat-tiġieġ tas-simna u għat-tiġieġ imrobbija biex ibidu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1852/2003 u (KE) Nru 1463/2004 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1915 tad-19 ta' Ottubru 2017 li jipprojbixxi l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kampjuni ta' ċerti speċijiet ta' fawna u flora selvaġġi

7

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1916 tad-19 ta' Ottubru 2017 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2017 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għat-tewm

25

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1917 tad-19 ta' Ottubru 2017 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu japplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa sad-9 ta' Ottubru 2017 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 fis-settur taz-zokkor u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzji bħal dawn

27

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1918 tad-19 ta' Ottubru 2017 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2017 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2018 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

30

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1919 tad-19 ta' Ottubru 2017 dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għat-13-il sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

33

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1920 tad-19 ta' Ottubru 2017 li temenda l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-moviment ta' żrieragħ ta' Solanum tuberosum L. li joriġinaw fl-Unjoni

34

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1921 tas-16 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' arbitri

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1922 tas-16 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda tal-Anness IX għall-Protokoll I

41

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali ALN-UE tat-2 ta' Ottubru 2017 dwar deroga mir-regoli ta' oriġini stipulati fil-Protokoll 1 għall-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tas-sitwazzjoni speċjali tal-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar fir-rigward tat-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn [2017/1923]

44

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2017 tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali ALN-UE tat-2 ta' Ottubru 2017 dwar deroga mir-regoli ta' oriġini stabbiliti fil-Protokoll 1 tal-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, biex tittieħed f'kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċjali ta' Mauritius fir-rigward tat-tirsite [2017/1924]

47

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1914

tad-19 ta' Ottubru 2017

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sodju tas-salinomiċina (Sacox 120 microGranulate u Sacox 200 microGranulate) bħala addittiv għat-tiġieġ tas-simna u għat-tiġieġ imrobbija biex ibidu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1852/2003 u (KE) Nru 1463/2004 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Is-sodju tas-salinomiċina 120 g/kg (Sacox 120 microGranulate) kien awtorizzat għal għaxar snin skont id-Direttiva 70/524/KEE li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2003 (3) u għat-tiġieġ tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1463/2004 (4). Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għar-rievalwazzjoni tas-sodju tas-salinomiċina 120 g/kg (Sacox 120 microGranulate) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għat-tiġieġ imrobbija biex ibidu. F'konformità mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' formulazzjoni ġdida tas-sodju tas-salinomiċina 200 g/kg (Sacox 200 microGranulate) li talbet li l-addittiv ikun ikklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “koċċidijostatiċi u istomonostatiċi”. F'konformità mal-Artikolu 13(3) ta' dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni li titlob tnaqqis fiż-żmien tal-irtirar qabel il-qatla minn jum wieħed għall-ebda jum u li talbet modifika tal-Livelli Massimi ta' Residwi (“LMR”) għal dak l-addittiv minn 5 μg/kg għat-tessuti mxarrbin kollha għal 0,150 mg/kg tal-fwied, 0,040 mg/kg tal-kliewi, 0,015 mg/kg tal-muskolu u 0,150 mg/kg tal-ġilda/ix-xaħam. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-6 ta' Diċembru 2016 (5) li, skont il-kundizzjonijiet proposti ta' użu, is-sodju tas-salinomiċina 120 g/kg (Sacox 120 microGranulate) u s-sodju tas-salinomiċina 200 g/kg (Sacox 200 microGranulate) ma jħallux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-użu tas-sodju tas-salinomiċina 120 g/kg (Sacox 120 microGranulate) u tas-sodju tas-salinomiċina 200 g/kg (Sacox 200 microGranulate) huwa effettiv fil-kontroll tal-koċċidjożi fit-tiġieġ tas-simna u li, skont l-istudji provduti, il-konklużjoni qed tiġi estiża għat-tiġieġ imrobbija biex ibidu. Barra minn dan, l-Awtorità kkonkludiet li l-istimi tal-esponiment fl-ogħla livell ta' użu indikaw ħin aċċettabbli ta' rtirar tal-ebda jiem. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li mhux neċessarju li jiġu ffissati l-LMR. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Madankollu, għal raġunijiet ta' kontroll, jenħtieġ jiġu stabbiliti livelli massimi ta' residwi, kif intalab, għall-fwied, il-kliewi, il-muskoli u l-ġilda/xaħam. Ġie kkunsidrat ukoll li, preferibbilment waqt l-aħħar parti tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni, għandu jsir il-monitoraġġ fil-qasam tar-reżistenza tal-Eimeria spp. għas-sodju tas-salinomiċina.

(6)

Il-valutazzjoni tas-sodju tas-salinomiċina (Sacox 120 microGranulate u Sacox 200 microGranulate) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dik il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1852/2003 u (KE) Nru 1463/2004 jenħtieġ li jitħassru.

(8)

Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, jixraq li jingħata perjodu tranżitorju sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparati speċifikati fl-Anness, li jagħmlu parti mill-kategorija ta' addittivi “koċċidijostatiċi u istomonostatiċi” huma awtorizzati bħala koċċidjostat fin-nutriment tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1852/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 1852/2003 tħassar.

Artikolu 3

Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1463/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 1463/2004 tħassar.

Artikolu 4

Miżuri tranżitorji

Il-preparat speċifikat fl-Anness u l-għalf li jkun fih dak il-preparat li jkunu mmanifatturati u ttikkettati qabel id-9 ta' Mejju 2018 skont ir-regoli applikabbli qabel id-9 ta' Novembru 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2003 tal-21 ta' Ottubru 2003 li jawtorizza l-użu għal għaxar snin ta' koċċidjostatiku fl-għalf għall-bhejjem (ĠU L 271, 22.10.2003, p. 13).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1463/2004 tas-17 ta' Awwissu 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin tal-addittiv Sacox 120 microGranulate fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta' koċċidjostati u ta' sustanzi mediċinali oħra (ĠU L 270, 18.8.2004, p. 5).

(5)   EFSA Journal 2017; 15(1):4670.


ANNESS

In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

(isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Limiti Massimi ta' Residwi (LMR) fl-għalf rilevanti li joriġina mill-annimali

mg tas-sustanza attiva/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Koċċidijostatiċi u istomonostatiċi

51766

Huvepharma NV

Salinomiċina sodju 120 g/kg

(Sacox 120 microGranulate)

Salinomiċina sodju 200 g/kg

(Sacox 200 microGranulate)

Kompożizzjoni tal-addittiv

(Sacox120 microGranulate):

 

Sodju tas-Salinomiċina: 114-132 g/kg

 

Diossidu tas-siliċju 10-100 g/kg

 

Karbonat tal-kalċju: 500-700 g/kg

Għamla solida

(Sacox 200 microGranulate):

 

Sodju tas-salinomiċina: 190-220 g/kg

 

Diossidu tas-siliċju 50-150 g/kg

 

Karbonat tal-kalċju: 50- 150 g/kg

Għamla solida

Il-Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Sodju tas-salinomiċina,

C42H69Na O11,

Numru CAS: 55721-31-8,

melħ tas-sodju ta' polietere aċidu monokarbossilliku prodott mill-fermentazzjoni tas-Streptomyces azureus (DSM 32267)

Impuritajiet relatati:

≤ 10 mg Elajofilin/kg sodju tas-salinomiċina

≤ 2 g 17-epi-20-desoksisalinomiċina/kg sodju tas-salinomiċina.

≤ 10 g 20-epi-20-desoksisalinomiċina/kg sodju tas-salinomiċina.

≤ 10 g 18,19-epi-20-diidrosalinomiċina/kg sodju tas-salinomiċina.

≤ 10 g salinomiċina metilizzata kg sodju tas-salinomiċina.

Metodu analitiku  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tas-salinomiċina fl-addittiv tal-għalf:

Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja li tuża derivatizzazzjoni postkolonna akkoppjata ma' detezzjoni spettrofotometrika (HPLC-PCD-UV-Vis).

Għall-kwantifikazzjoni tal-salinomiċina fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf:

Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja li tuża derivatizzazzjoni postkolonna akkoppjata ma' detezzjoni spettrofotometrika (HPLC-PCD-UV-Vis) — EN ISO 14183.

Tiġieġ għas-simna

50

70

1.

L-addittivi għandhom jiġu inkorporati fl-għalf kompost f'forma ta' taħlita minn qabel.

2.

Dan li ġej għandu jkun indikat fl-istruzzjonijiet għall-użu:

“Perikoluż għall-ekwini u għad-dundjani.

Dan l-għalf fih jonoforu:

l-użu simultanju ma' ċerti sustanzi mediċinali (eż tijamulina) jista' jkun kontroindikattiv”.

3.

Is-sodju tas-salinomiċina ma għandux jitħallat ma' koċċidijostati oħrajn.

4.

Programm ta' monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq dwar ir-reżistenza għall-batterji u Eimeria spp. għandu jiġi ppjanat u eżegwit mid-detentur tal-awtorizzazzjoni.

5.

Ebda jum ta' żmien għall-irtirar.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inklużi l-protezzjonijiet tan-nifs, tal-għajnejn u tal-ġilda.

Id-9 ta' Novembru 2027

150 μg sodju tas-salinomiċina/kg tal-fwied;

40 μg sodju tas-salinomiċina/kg tal-fwied;

15 μg sodju tas-salinomiċina/kg ta' muskoli, u 150 μg sodju tas-salinomiċina/kg ta' ġilda/xaħam.

Tiġieġ imrobbija biex ibidu

12-il ġimgħa

50

50


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1915

tad-19 ta' Ottubru 2017

li jipprojbixxi l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kampjuni ta' ċerti speċijiet ta' fawna u flora selvaġġi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-għan tar-Regolament (KE) Nru 338/97 hu li jipproteġi l-ispeċijiet ta' fawna u flora salvaġġi u li jiggarantixxi l-konservazzjoni tagħhom billi jirregola l-kummerċ fl-ispeċijiet tal-annimali u tal-pjanti elenkati fl-Annessi tiegħu. L-ispeċijiet elenkati fl-Annessi jinkludu l-ispeċijiet stabbiliti fl-Appendiċijiet tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu ffirmata fl-1973 (2) (il-Konvenzjoni), kif ukoll l-ispeċijiet li l-istatus ta' konservazzjoni tagħhom jirrikjedi li l-kummerċ tagħhom mill-Unjoni, lejn l-Unjoni u fiha jkun irregolat jew immonitorjat.

(2)

L-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 jistipula li l-Kummissjoni tista' tistabbilixxi restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni ta' kampjuni ta' ċerti speċijiet fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tiegħu.

(3)

Abbażi ta' informazzjoni riċenti, il-Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika stabbilit skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 338/97 ikkonkluda li l-istatus ta' konservazzjoni ta' ċerti speċijiet elenkati fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97 se jkun ipperikolat b'mod serju jekk ma tkunx ipprojbita l-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni minn ċerti pajjiżi tal-oriġini. L-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kampjuni tal-ispeċijiet li ġejjin għalhekk jenħtieġ li tiġi pprojbita:

 

Macaca fascicularis mil-Laos;

 

Kinyongia fischeri u Kinyongia tavetana mit-Tanzanija;

 

Trioceros quadricornis mill-Kamerun;

 

Hippocampus algiricus mill-Guinea u mis-Senegal;

 

Ornithoptera priamus mill-Gżejjer Solomon (kampjuni selvaġġi u eżemplari mrobbija fil-magħluq)

 

Pandinus imperator (kampjuni mrobbija) mill-Ghana;

 

Phelsuma borai, Phelsuma gouldi, Phelsuma hoeschi u Phelsuma ravenala minn Madagascar.

(4)

Il-Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika kkonkluda wkoll li, fid-dawl tal-aħħar tagħrif disponibbli, il-projbizzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti speċijiet elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 338/97 ma jenħtieġx li tkun meħtieġa aktar għall-kampjuni tal-ispeċijiet li ġejjin:

Falco cherrug mill-Bahrain.

(5)

Il-Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika kkonkluda wkoll li, fid-dawl tal-aħħar tagħrif disponibbli, il-projbizzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti speċijiet elenkati fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97 ma jenħtieġx li tkun meħtieġa aktar għall-kampjuni tal-ispeċijiet li ġejjin:

 

Saiga borealis, Cypripedium macranthos, Orchis coriophora, Orchis pallens u Orchis ustulata mir-Russja;

 

Hexaprotodon liberiensis, Cercopithecus pogonias, Cercopithecus preussi, Lophocebus albigena, Euoticus pallidus u Arctocebus calabarensis min-Niġerja;

 

Profelis aurata, Cercopithecus mona, Cercopithecus petaurista, Perodicticus potto u Chamaeleo gracilis (kampjuni selvaġġi u eżemplari mrobbija fil-magħluq (b'tul mill-imnieħer sal-anus ta' aktar minn 8 cm)) mit-Togo;

 

Hydrictis maculicollis mit-Tanzanija;

 

Zaglossus bartoni mill-Indoneżja u minn Papua New Guinea;

 

Zaglossus bruijni mill-Indoneżja;

 

Alouatta guariba mill-Arġentina, mill-Bolivja u mill-Brażil;

 

Ateles belzebuth mill-Brażil, mill-Kolombja, mill-Ekwador, mill-Perù u mill-Venezwela;

 

Ateles fusciceps mill-Kolombja, mill-Ekwador u mill-Panama;

 

Ateles geoffroyi mill-Belize, mill-Kolombja, mill-Costa Rica, minn El Salvador, mill-Gwatemala, mill-Honduras, mill-Messiku u mill-Panama;

 

Ateles hybridus, Lagothrix lugens u Podocnemis lewyana mill-Kolombja u mill-Venezwela;

 

Lagothrix lagotricha mill-Brażil, mill-Kolombja, mill-Ekwador u mill-Perù;

 

Lagothrix poeppigii mill-Brażil, mill-Ekwador u mill-Perù;

 

Cercopithecus erythrogaster mill-Benin u min-Niġerja;

 

Cercopithecus erythrotis mill-Kamerun, mill-Guinea Ekwatorjali u min-Niġerja;

 

Cercopithecus hamlyni mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, mir-Rwanda u mill-Uganda;

 

Colobus vellerosus min-Niġerja u mit-Togo;

 

Macaca cyclopis mill-Ġappun u mit-Tajwan (POC);

 

Piliocolobus badius mill-Kosta tal-Avorju, mill-Gambja, mill-Ghana, mill-Guinea Bissau, mil-Liberja, mis-Senegal u minn Sierra Leone;

 

Galago matschiei u Balearica regulorum mir-Rwanda;

 

Pithecia pithecia u Paleosuchus trigonatus mill-Guyana;

 

Gyps bengalensis mill-Bangladesh, mill-Bhutan, mill-Brunei Darussalam, mill-Kambodja, miċ-Ċina, mill-Iran, mil-Laos, mill-Malasja, mill-Myanmar, min-Nepal, mill-Pakistan, mir-Russja, mit-Tajlandja u mill-Vjetnam;

 

Gyps indicus mill-Pakistan;

 

Gyps tenuirostris mill-Bangladesh, mill-Kambodja, mil-Laos, mill-Malasja, mill-Myanmar, min-Nepal, mit-Tajlandja u mill-Vjetnam;

 

Leucopternis lacernulatus u Aratinga auricapillus mill-Brażil;

 

Bugeranus carunculatus mill-Afrika t'Isfel;

 

Charmosyna diadema, Hippopus hippopus, Tridacna maxima u Tridacna squamosa minn New Caledonia;

 

Agapornis nigrigenis mill-Botswana, min-Namibja, miż-Żambja u miż-Żimbabwe;

 

Hapalopsittaca amazonina mill-Kolombja, mill-Ekwador u mill-Venezwela;

 

Hapalopsittaca pyrrhops mill-Ekwador u mill-Perù;

 

Leptosittaca branickii mill-Kolombja, mill-Ekwador u mill-Perù;

 

Poicephalus gulielmi mill-Kosta tal-Avorju;

 

Poicephalus robustus min-Niġerja u mill-Uganda;

 

Psittrichas fulgidus mill-Indoneżja u minn Papua New Guinea;

 

Uromastyx dispar u Ophrys pallida mill-Alġerija;

 

Calumma ambreense, Calumma capuroni, Calumma cucullatum, Calumma furcifer, Calumma guibei, Calumma hilleniusi, Calumma linota, Calumma peyrierasi, Calumma tarzan, Calumma tsaratananense, Calumma vatosoa, Furcifer angeli, Furcifer balteatus, Furcifer belalandaensis, Furcifer monoceras, Furcifer nicosiai, Furcifer tuzetae, Phelsuma abbotti, Phelsuma antanosy, Phelsuma barbouri, Phelsuma berghofi, Phelsuma flavigularis, Phelsuma guttata, Phelsuma hielscheri, Phelsuma klemmeri, Phelsuma malamakibo, Phelsuma masohoala, Phelsuma modesta, Phelsuma mutabilis, Phelsuma pronki, Phelsuma pusilla, Phelsuma seippi, Phelsuma serraticauda, Uroplatus ebenaui, Uroplatus fimbriatus, Uroplatus guentheri, Uroplatus henkeli, Uroplatus lineatus, Uroplatus malama, Uroplatus phantasticus, Uroplatus pietschmanni, Uroplatus sameiti, Uroplatus sikorae, Mantella bernhardi, Mantella expectata u Mantella milotympanum minn Madagascar;

 

Trioceros eisentrauti mill-Kamerun;

 

Phelsuma comorensis, Phelsuma laticauda u Phelsuma v-nigra minn Comoros;

 

Phelsuma dubia minn Comoros u minn Madagascar;

 

Boa constrictor mill-Honduras;

 

Python natalensis (kampjuni mrobbija) u Stigmochelys pardalis mill-Mozambique;

 

Python reticulatus mill-Malasja (Peniżolari);

 

Python sebae mill-Mauritania;

 

Batagur borneoensis mill-Brunei Darussalam, mill-Indoneżja, mill-Malasja u mit-Tajlandja;

 

Gopherus agassizii mill-Istati Uniti;

 

Gopherus berlandieri mill-Messiku u mill-Istati Uniti;

 

Tridacna derasa minn New Caledonia u mill-Filippini;

 

Galanthus nivalis mill-Bożnija-Ħerzegovina, mill-Iżvizzera u mill-Ukrajna;

 

Anacamptis pyramidalis, Barlia robertiana, Dactylorhiza romana, Ophrys holoserica, Ophrys tenthredinifera, Ophrys umbilicata, Orchis italica, Orchis morio, Orchis punctulata, Orchis purpurea, Orchis tridentata, Serapias cordigera, Serapias parviflora, Serapias vomeracea, Cyclamen intaminatum, Cyclamen mirabile, Cyclamen pseudibericum u Cyclamen trochopteranthum mit-Turkija;

 

Cypripedium japonicum mill-Ġappun u mill-Korea ta' Fuq;

 

Cypripedium margaritaceum miċ-Ċina;

 

Euphorbia guillauminiana, Pachypodium inopinatum, Pachypodium rosulatum u Pachypodium sofiense minn Madagascar;

 

Orchis mascula (kampjuni selvaġġi u eżemplari mrobbija fil-magħluq) mill-Albanija;

 

Orchis simia mill-Bożnija-Ħerzegovina, mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u mit-Turkija.

(6)

L-ispeċijiet Chitra chitra, Manis temminckii, Manis tricuspis, Macaca sylvanus, Psittacus erithacus u Psittacus erithacus timneh reċentement ġew inklużi fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni kif ukoll fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 338/97. Il-projbizzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kampjuni ta' dawn l-ispeċijiet li qabel kienu elenkati fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97 għalhekk ma għadhiex meħtieġa:

 

Chitra chitra mill-Malasja;

 

Manis temminckii mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

 

Manis tricuspis mill-Guinea;

 

Macaca sylvanus mill-Alġerija u mill-Marokk;

 

Psittacus erithacus mill-Benin, mill-Guinea Ekwatorjali, mil-Liberja u min-Niġerja;

 

Psittacus erithacus timneh mill-Guinea u mill-Guinea-Bissau.

(7)

L-ispeċijiet Trachemys scripta elegans, Callosciurus erythraeus, Sciurus carolinensis, Sciurus niger, Oxyura jamaicensis u Lithobates catesbeianus tneħħew mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97. Il-projbizzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kampjuni ta' dawn l-ispeċijiet li qabel kienu elenkati fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97 għalhekk ma għadhiex meħtieġa:

Trachemys scripta elegans, Callosciurus erythraeus, Sciurus carolinensis, Sciurus niger, Oxyura jamaicensis u Lithobates catesbeianus mill-pajjiżi kollha tal-oriġini.

(8)

Il-pajjiżi tal-oriġini tal-ispeċijiet li huma soġġetti għal restrizzjonijiet ġodda fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni kollha ġew ikkonsultati bilateralment jew permezz tal-proċessi multilaterali skont il-Konvenzjoni.

(9)

Fis-17-il Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ġew adottati referenzi għal nomenklatura ġdida għall-annimali (is-separazzjoni/l-iggruppar f'salt/l-għoti ta' ismijiet ġodda lill-gruppi tassonomiċi) u dan għandu jidher kif xieraq fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dawn il-bidliet jikkonċernaw l-ispeċijiet Poicephalus robustus/fuscicollis, Calumma linota/linotum, Cordylus/Smaug mossambicus, Cuora bourreti/galbinifrons/picturata, Geochelone/Centrochelys sulcata, Kinixys belliana/nogueyi/zombensis, Pandinus imperator/roesli, Tridacna maxima/noae u Trioceros quadricornis/eisentrauti, kif ukoll l-isem tal-klassi Actinopteri.

(10)

Il-lista tal-ispeċijiet li l-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni hija pprojbita għalhekk jenħtieġ li tiġi aġġornata, u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/736 (3) jenħtieġ li jiġi sostitwit għal raġunijiet ta' ċarezza.

(11)

Il-Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika ġie kkonsultat dwar dan ir-Regolament.

(12)

L-applikazzjonijiet għall-permessi tal-importazzjoni ta' kampjuni tal-ispeċijiet li l-importazzjoni tagħhom hija ristretta skont l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 jenħtieġ li jiġu ttrattati mill-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (4).

(13)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kummerċ tal-Fawna u l-Flora Selvaġġi stabbilit skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 338/97,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kampjuni tal-ispeċijiet tal-fawna u tal-flora selvaġġi stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament mill-pajjiżi tal-oriġini indikati fih hija pprojbita.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/736 huwa mħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni mħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(2)  https://cites.org/sites/default/files/eng/disc/CITES-Convention-EN.pdf.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/736 tas-7 ta' Mejju 2015 li jipprojbixxi l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kampjuni ta' ċerti speċijiet ta' fawna u flora selvaġġi (ĠU L 117, 8.5.2015, p. 25).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta' Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1).


ANNESS

I.   Eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 338/97 li l-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni hija pprojbita

Speċi

Sorsi koperti

Eżemplari koperti

Pajjiżi tal-oriġini

Bażi fl-Artikolu 4(6), il-Punt:

FAWNA

CHORDATA

 

 

 

 

MAMMALIA

ARTIODACTYLA

Bovidae

Capra falconeri

Eżemplari selvaġġi

Trofej tal-kaċċa

L-Użbekistan

(a)

CARNIVORA

Canidae

Canis lupus

Eżemplari selvaġġi

Trofej tal-kaċċa

Il-Belarussja, il-Mongolja, it-Taġikistan, it-Turkija

(a)

Ursidae

Ursus arctos

Eżemplari selvaġġi

Trofej tal-kaċċa

Il-Kanada (il-British Columbia), il-Każakistan

(a)

Ursus thibetanus

Eżemplari selvaġġi

Trofej tal-kaċċa

Ir-Russja

(a)

PROBOSCIDEA

Elephantidae

Loxodonta africana

Eżemplari selvaġġi

Trofej tal-kaċċa

Il-Kamerun

(a)

II.   Eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97 li l-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni hija pprojbita

Speċi

Sors(i) kopert(i)

Eżemplari koperti

Pajjiżi tal-oriġini

Bażi fl-Artikolu 4(6), il-Punt:

FAWNA

CHORDATA

 

 

 

 

MAMMALIA

ARTIODACTYLA

Bovidae

Ovis vignei bochariensis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Użbekistan

(b)

Cervidae

Cervus elaphus bactrianus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Użbekistan

(b)

Hippopotamidae

Hippopotamus amphibius

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Mozambique

(b)

Moschidae

Moschus moschiferus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Ir-Russja

(b)

CARNIVORA

Eupleridae

Cryptoprocta ferox

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Felidae

Panthera leo

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Etjopja

(b)

Profelis aurata

Eżemplari selvaġġi

Kollha

It-Tanzanija

(b)

Odobenidae

Odobenus rosmarus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Greenland

(b)

PRIMATES

Cercopithecidae

Cercopithecus dryas

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(b)

Macaca fascicularis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Laos

(b)

Piliocolobus badius (sinonimu Colobus badius)

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

Pitheciidae

Chiropotes chiropotes

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guyana

(b)

AVES

CICONIIFORMES

Balaenicipitidae

Balaeniceps rex

Eżemplari selvaġġi

Kollha

It-Tanzanija

(b)

FALCONIFORMES

Accipitridae

Accipiter erythropus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

Accipiter melanoleucus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

Accipiter ovampensis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

Aquila rapax

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

Aviceda cuculoides

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

Gyps africanus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

Gyps bengalensis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Afganistan, l-Indja

(b)

Gyps indicus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Afganistan, l-Indja

(b)

Gyps rueppellii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

Gyps tenuirostris

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indja

(b)

Hieraaetus ayresii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kamerun, il-Guinea, it-Togo

(b)

Hieraaetus spilogaster

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea, it-Togo

(b)

Lophaetus occipitalis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

Macheiramphus alcinus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

Polemaetus bellicosus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kamerun, il-Guinea, it-Tanzanija, it-Togo

(b)

Spizaetus africanus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

Stephanoaetus coronatus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kosta tal-Avorju, il-Guinea, it-Tanzanija, it-Togo

(b)

Terathopius ecaudatus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

It-Tanzanija

(b)

Torgos tracheliotus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kamerun, is-Sudan, it-Tanzanija

(b)

Trigonoceps occipitalis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kosta tal-Avorju, il-Guinea

(b)

Urotriorchis macrourus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

Falconidae

Falco chicquera

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea, it-Togo

(b)

Sagittariidae

Sagittarius serpentarius

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kamerun, il-Guinea, it-Tanzanija, it-Togo

(b)

GRUIFORMES

Gruidae

Balearica pavonina

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea, il-Mali, is-Sudan t'Isfel, is-Sudan

(b)

Balearica regulorum

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Botswana, il-Burundi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Kenja, l-Afrika t'Isfel, it-Tanzanija, iż-Żambja, iż-Żimbabwe

(b)

Bugeranus carunculatus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

It-Tanzanija

(b)

PSITTACIFORMES

Psittacidae

Agapornis fischeri

Eżemplari selvaġġi

Kollha

It-Tanzanija

(b)

Agapornis pullarius

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Kosta tal-Avorju, il-Guinea, il-Mali, it-Togo

(b)

Coracopsis vasa

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Deroptyus accipitrinus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Is-Suriname

(b)

Poicephalus fuscicollis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kosta tal-Avorju, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Guinea, il-Mali, it-Togo

(b)

Poicephalus gulielmi

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kamerun, il-Kongo, il-Guinea

(b)

Pyrrhura caeruleiceps

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kolombja

(b)

Pyrrhura pfrimeri

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Brażil

(b)

Pyrrhura subandina

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kolombja

(b)

STRIGIFORMES

Strigidae

Asio capensis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

Bubo lacteus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

Bubo poensis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

Glaucidium capense

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Ir-Rwanda

(b)

Glaucidium perlatum

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kamerun, il-Guinea

(b)

Ptilopsis leucotis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

Scotopelia bouvieri

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kamerun

(b)

Scotopelia peli

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea

(b)

REPTILIA

SAURIA

Agamidae

Uromastyx dispar

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Mali, is-Sudan

(b)

Uromastyx geyri

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Mali, in-Niġer

(b)

Chamaeleonidae

Brookesia decaryi

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Chamaeleo africanus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

In-Niġer

(b)

Chamaeleo gracilis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Benin, il-Ghana

(b)

Eżemplari mrobbija fil-magħluq

Kollha

Il-Benin

(b)

Chamaeleo senegalensis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Benin, il-Ghana, it-Togo

(b)

Imrobbi

Eżemplari ta' tul mill-imnieħer sal-anus ta' aktar minn 6 cm

Il-Benin, it-Togo

(b)

Furcifer labordi

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Kinyongia fischeri

Eżemplari selvaġġi

Kollha

It-Tanzanija

(b)

Kinyongia tavetana

Eżemplari selvaġġi

Kollha

It-Tanzanija

(b)

Trioceros camerunensis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kamerun

(b)

Trioceros deremensis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

It-Tanzanija

(b)

Trioceros feae

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea Ekwatorjali

(b)

Trioceros fuelleborni

Eżemplari selvaġġi

Kollha

It-Tanzanija

(b)

Trioceros montium

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kamerun

(b)

Trioceros perreti

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kamerun

(b)

Trioceros quadricornis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kamerun

(b)

Trioceros serratus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kamerun

(b)

Trioceros werneri

Eżemplari selvaġġi

Kollha

It-Tanzanija

(b)

Trioceros wiedersheimi

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kamerun

(b)

Cordylidae

Cordylus rhodesianus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Mozambique

(b)

Cordylus tropidosternum

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Mozambique

(b)

Cordylus vittifer

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Mozambique

(b)

Smaug mossambicus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Mozambique

(b)

Gekkonidae

Phelsuma borai

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Phelsuma breviceps

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Phelsuma gouldi

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Phelsuma hoeschi

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Phelsuma ravenalla

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Phelsuma standingi

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Scincidae

Corucia zebrata

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Gżejjer Solomon

(b)

Varanidae

Varanus albigularis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

It-Tanzanija

(b)

Varanus beccarii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Varanus dumerilii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Varanus exanthematicus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Benin, it-Togo

(b)

Imrobbi

Eżemplari ta' tul totali ta' aktar minn 35 cm

Il-Benin, it-Togo

(b)

Varanus jobiensis (sinonimu V. karlschmidti)

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Varanus niloticus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Benin, it-Togo

(b)

Imrobbi

Eżemplari ta' tul totali ta' aktar minn 35 cm

Il-Benin

(b)

Imrobbi

Kollha

It-Togo

(b)

Varanus ornatus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

It-Togo

(b)

Imrobbi

Kollha

It-Togo

(b)

Varanus salvadorii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Varanus spinulosus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Gżejjer Solomon

(b)

SERPENTES

Boidae

Calabaria reinhardtii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

It-Togo

(b)

Imrobbi

Kollha

Il-Benin, it-Togo

(b)

Candoia carinata

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Colubridae

 

 

 

 

Elapidae

Naja atra

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Laos

(b)

Naja kaouthia

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Laos

(b)

Naja siamensis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Laos

(b)

Pythonidae

Liasis fuscus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Morelia boeleni

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Python bivittatus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Iċ-Ċina

(b)

Python molurus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Iċ-Ċina

(b)

Python regius

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Benin, il-Guinea

(b)

TESTUDINES

Emydidae

Chrysemys picta

Kollha

Eżemplari ħajjin

Kollha

(d)

Geoemydidae

Cuora amboinensis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja, il-Malasja

(b)

Cuora bourreti

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Laos

(b)

Cuora galbinifrons

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Iċ-Ċina, il-Laos

(b)

Heosemys annandalii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Laos

(b)

Heosemys grandis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Laos

(b)

Heosemys spinosa

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Leucocephalon yuwonoi

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Malayemys subtrijuga

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Notochelys platynota

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Siebenrockiella crassicollis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Podocnemididae

Erymnochelys madagascariensis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Peltocephalus dumerilianus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guyana

(b)

Podocnemis unifilis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Is-Suriname

(b)

Testudinidae

Centrochelys sulcata

Imrobbi

Kollha

Il-Benin, it-Togo

(b)

Indotestudo forstenii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Kollha

(b)

Indotestudo travancorica

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Kollha

(b)

Kinixys erosa

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, it-Togo

(b)

Kinixys homeana

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Benin, il-Ghana, it-Togo

(b)

Imrobbi

Kollha

Il-Benin

(b)

Imrobbi

Eżemplari ta' tul għad-dritt tal-karapaċi ta' aktar minn 8 cm

It-Togo

(b)

Kinixys nogueyi

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Benin, il-Ghana

(b)

Imrobbi

Eżemplari ta' tul għad-dritt tal-karapaċi ta' aktar minn 5 cm

Il-Benin

(b)

Kinixys spekii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Mozambique

(b)

Kinixys zombensis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Mozambique

(b)

Manouria emys

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Manouria impressa

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Vjetnam

(b)

Stigmochelys pardalis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-Uganda

(b)

Testudo horsfieldii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Każakistan

(b)

Trionychidae

Amyda cartilaginea

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Pelochelys cantorii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

AMPHIBIA

ANURA

Conrauidae

Conraua goliath

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kamerun

(b)

Dendrobatidae

Hyloxalus azureiventris

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Perù

(b)

Ranitomeya variabilis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Perù

(b)

Ranitomeya ventrimaculata

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Perù

(b)

Mantellidae

Mantella aurantiaca

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Mantella cowani

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Mantella crocea

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Mantella pulchra

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Mantella viridis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Microhylidae

Scaphiophryne gottlebei

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

ACTINOPTERI

PERCIFORMES

Labridae

Cheilinus undulatus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

SYNGNATHIFORMES

Syngnathidae

Hippocampus algiricus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Guinea, is-Senegal

(b)

Hippocampus barbouri

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Hippocampus comes

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Hippocampus erectus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Brażil

(b)

Hippocampus histrix

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Hippocampus kelloggi

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Hippocampus kuda

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Iċ-Ċina, l-Indoneżja, il-Vjetnam

(b)

Hippocampus spinosissimus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

ARTHROPODA

 

 

 

 

ARACHNIDA

SCORPIONES

Scorpionidae

Pandinus imperator

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Benin, il-Ghana, it-Togo

(b)

Imrobbi

Kollha

Il-Benin, il-Ghana, it-Togo

(b)

Pandinus roeseli

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Benin, il-Ghana, it-Togo

(b)

Imrobbi

Kollha

Il-Benin, il-Ghana, it-Togo

(b)

INSECTA

LEPIDOPTERA

Papilionidae

Ornithoptera croesus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Ornithoptera priamus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Gżejjer Solomon

(b)

Ornithoptera priamus

Imrobbi

Kollha

Il-Gżejjer Solomon

(b)

Ornithoptera victoriae

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Gżejjer Solomon

(b)

Imrobbi

Kollha

Il-Gżejjer Solomon

(b)

MOLLUSCA

 

 

 

 

BIVALVIA

VENEROIDA

Tridacnidae

Hippopus hippopus

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Tonga, Vanuatu, il-Vjetnam

(b)

Tridacna crocea

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kambodja, Fiġi, il-Gżejjer Solomon, Tonga, Vanuatu, il-Vjetnam

(b)

Tridacna derasa

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Fiġi, Palau, il-Gżejjer Solomon, Tonga, Vanuatu, il-Vjetnam

(b)

Tridacna gigas

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Gżejjer Marshall, il-Gżejjer Solomon, Tonga, il-Vjetnam

(b)

Tridacna maxima

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kambodja, Fiġi, il-Gżejjer Marshall, il-Mikroneżja, il-Mozambique, il-Gżejjer Solomon, Tonga, Vanuatu, il-Vjetnam

(b)

Tridacna noae

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Fiġi, il-Mikroneżja, il-Gżejjer Solomon, Vanuatu

 

Tridacna rosewateri

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Mozambique

(b)

Tridacna squamosa

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Kambodja, Fiġi, il-Mozambique, il-Gżejjer Solomon, Tonga, Vanuatu, il-Vjetnam

(b)

Tridacna tevoroa

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Tonga

(b)

GASTROPODA

MESOGASTROPODA

Strombidae

Strombus gigas

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Grenada, il-Haiti

(b)

CNIDARIA

 

 

 

 

ANTHOZOA

HELIOPORACEA

Helioporidae

Heliopora coerulea

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Gżejjer Solomon

(b)

SCLERACTINIA

Scleractinia spp.

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Ghana

(b)

Agariciidae

Agaricia agaricites

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Haiti

(b)

Caryophylliidae

Catalaphyllia jardinei

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Gżejjer Solomon

(b)

Euphyllia divisa

Eżemplari selvaġġi

Il-qroll ħaj ħlief l-eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma' sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Euphyllia fimbriata

Eżemplari selvaġġi

Il-qroll ħaj ħlief l-eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma' sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Euphyllia paraancora

Eżemplari selvaġġi

Il-qroll ħaj ħlief l-eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma' sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Euphyllia paradivisa

Eżemplari selvaġġi

Il-qroll ħaj ħlief l-eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma' sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Euphyllia yaeyamaensis

Eżemplari selvaġġi

Il-qroll ħaj ħlief l-eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma' sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Plerogyra discus

Eżemplari selvaġġi

L-eżemplari kollha ħlief dawk imrobbija fil-baħar imwaħħla ma' sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Plerogyra simplex (Plerogyra taisnei)

Eżemplari selvaġġi

L-eżemplari kollha ħlief dawk imrobbija fil-baħar imwaħħla ma' sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Faviidae

Favites halicora

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Tonga

(b)

Platygyra sinensis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Tonga

(b)

Mussidae

Acanthastrea hemprichii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Tonga

(b)

Blastomussa merleti

Eżemplari selvaġġi

L-eżemplari kollha ħlief dawk imrobbija fil-baħar imwaħħla ma' sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Cynarina lacrymalis

Eżemplari selvaġġi

L-eżemplari kollha ħlief dawk imrobbija fil-baħar imwaħħla ma' sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Scolymia spp.

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Tonga

(b)

Pocilloporidae

Seriatopora stellata

Eżemplari selvaġġi

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Trachyphylliidae

Trachyphyllia geoffroyi

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Fiġi

(b)

FLORA

Cycadaceae

Cycadaceae spp.

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Mozambique

(b)

Euphorbiaceae

Euphorbia ankarensis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Euphorbia banae

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Euphorbia berorohae

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Euphorbia bongolavensis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Euphorbia bulbispina

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Euphorbia duranii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Euphorbia fianarantsoae

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Euphorbia iharanae

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Euphorbia kondoi

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Euphorbia labatii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Euphorbia lophogona

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Euphorbia millotii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Euphorbia neohumbertii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Euphorbia pachypodioides

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Euphorbia razafindratsirae

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Euphorbia suzannae-marnierae

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Euphorbia waringiae

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Madagascar

(b)

Orchidaceae

Cypripedium japonicum

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Iċ-Ċina, il-Korea t'Isfel

(b)

Cypripedium macranthos

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Korea t'Isfel

(b)

Cypripedium micranthum

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Iċ-Ċina

(b)

Dendrobium bellatulum

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Vjetnam

(b)

Dendrobium nobile

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Laos

(b)

Dendrobium wardianum

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Vjetnam

(b)

Myrmecophila tibicinis

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Belize

(b)

Phalaenopsis parishii

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Vjetnam

(b)

Stangeriaceae

Stangeriaceae spp.

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Mozambique

(b)

Zamiaceae

Zamiaceae spp.

Eżemplari selvaġġi

Kollha

Il-Mozambique

(b)


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1916

tad-19 ta' Ottubru 2017

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2017 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għat-tewm

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni tat-tewm.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni “A” mressqin tul l-ewwel sebat ijiem kalendarji tax-xahar ta' Ottubru 2017, għas-subperjodu mill-1 ta' Diċembru 2017 sat-28 ta' Frar 2018, għal ċerti kwoti, huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni “A”, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni “A” mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Diċembru 2017 sat-28 ta' Frar 2018 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Diċembru 2017 sat-28 ta' Frar 2018

(%)

L-Arġentina

Importaturi tradizzjonali

09.4104

Importaturi ġodda

09.4099

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali

09.4105

Importaturi ġodda

09.4100

0,481701

Pajjiżi terzi oħra

Importaturi tradizzjonali

09.4106

Importaturi ġodda

09.4102


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1917

tad-19 ta' Ottubru 2017

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu japplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa sad-9 ta' Ottubru 2017 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 fis-settur taz-zokkor u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzji bħal dawn

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 tal-Kummissjoni (2) fetaħ kwoti tarrifarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti fis-settur taz-zokkor.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa sad-9 ta' Ottubru 2017 fis-13.00 għas-subperjodu mill-1 sal-31 ta' Ottubru 2017 għan-numru tal-ordni 09.4321 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jixraq li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jenħtieġ li jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkolat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). Huwa xieraq li t-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda għal dak in-numru tal-ordni jiġi sospiż sa tmiem il-perjodu tal-kwota.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 sad-9 ta' Ottubru 2017 fis-13.00 jenħtieġ jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal liċenzji ta' importazzjoni skont l-ordinijiet bin-numri indikati fl-Anness hija sospiża sa tmiem il-perjodu tal-kwota 2017/2018.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

“Il-konċessjonijiet CXL taz-zokkor”

Il-perjodu tal-kwota 2017/2018

Applikazzjonijiet li tressqu sad-9 ta' Ottubru 2017 fis-13.00

In-numru tal-ordni

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni (f'perċentwal)

Applikazzjonijiet ġodda

09.4317

L-Awstralja

 

09.4318

Il-Brażil

 

09.4319

Kuba

 

09.4320

Kull pajjiż terz

 

09.4321

L-Indja

2,631578

Sospiżi

09.4329

Il-Brażil

 

09.4330

Il-Brażil

disponibbli fl-2022/2023 u 2023/2024


“Iz-zokkor mill-Balkani”

Il-perjodu tal-kwota 2017/2018

Applikazzjonijiet li tressqu sad-9 ta' Ottubru 2017 fis-13.00

In-numru tal-ordni

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni (f'perċentwal)

Applikazzjonijiet ġodda

09.4324

L-Albanija

 

09.4325

Il-Bożnija-Ħerzegovina

 

09.4326

Is-Serbja

 

09.4327

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1918

tad-19 ta' Ottubru 2017

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2017 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2018 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2018 huma iktar mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2018 huma iktar mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jiġu allokati d-dazji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006, flimkien mal-Artikolu 7(2) tiegħu.

(4)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u mill-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni imressqin mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2018 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2018 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2018 huma mogħtija fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2018 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fil-parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2018 huma mogħtija fil-parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta' Ġunju 2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

PARTI A

Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2018

(%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2018

(kg)

1

09.4211

0,388838

2

09.4212

13 622 005

4 A

09.4214

0,709344

09.4251

20,408202

09.4252

1,407574

6 A

09.4216

0,270271

09.4260

0,297978

7

09.4217

47 043 200

8

09.4218

9 276 800

PARTI B

Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2018

(%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2018

(kg)

5 A

09.4215

0,455581

09.4254

0,479158

09.4255

1,779372

09.4256

6 250 002


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/33


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1919

tad-19 ta' Ottubru 2017

dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għat-13-il sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti.

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għat-13-il stedina għall-offerti parzjali, għandu jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-13-il sejħa parzjali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080, illi fir-rigward tagħha l-perjodu meta l-offerti kellhom jintefgħu ntemm fis-17 ta' Ottubru 2017, il-prezz minimu tal-bejgħ għandu jkun ta' EUR 144,05/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


DIRETTIVI

20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/34


DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1920

tad-19 ta' Ottubru 2017

li temenda l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-moviment ta' żrieragħ ta' Solanum tuberosum L. li joriġinaw fl-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punt (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt 18.3 tat-Taqsima II tal-Parti A tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva, jipprevedi rekwiżiti speċjali fir-rigward tal-moviment ta' pjanti ta' speċi ta' bagħal jew li jiffurmaw it-tuberu ta' Solanum L., jew l-ibridi tagħhom, maħsuba għat-tħawwil, ħlief dawk tat-tuberi ta' Solanum tuberosum L. speċifikati fil-punti 18.1., 18.1.1. jew 18.2. tat-Taqsima II tal-Parti A tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva, u oħrajn minbarra l-materjal tal-manutenzjoni ta' kultura li jkun miżmum f'banek tal-ġeni jew f'kollezzjonijiet ta' stokk ġenetiku.

(2)

Ċerti Stati Membri talbu għal aktar rekwiżiti speċifiċi għall-moviment ta' żrieragħ ta' Solanum tuberosum L., komunement imsejħa wkoll “żerriegħa vera tal-patata” , li joriġinaw fl-Unjoni (minn hawn' il quddiem “iż-żrieragħ speċifikati”). Dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiżguraw il-ħarsien fitosanitarju tat-territorju tal-Unjoni minn organiżmi potenzjalment ospitati miż-żrieragħ speċifikati.

(3)

Żrieragħ li huma pjanti ta' speċi ta' bagħal, jew li jiffurmaw it-tuberu ta' Solanum L., jew l-ibridi tagħhom, maħsuba għat-tħawwil, li jkunu miżmuma f'banek ta' ġeni jew kollezzjonijiet ta' stokk ġenetiku, ma jenħtieġx li jitqiesu bħala żrieragħ speċifikati, minħabba li huma maħsuba għal skopijiet ta' riċerka u konservazzjoni.

(4)

Billi Synchytrium endobioticum (Schilbersky) Percival, Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus (Spieckermann and Kotthoff) Davis et al., Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. u l-vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata jippreżentaw ir-riskju fitosanitarju prinċipali għaż-żrieragħ speċifikati, u filwaqt li titqies l-analiżi tar-riskju tal-pesti tal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Prodotti tal-Ikel u l-Konsumaturi tan-Netherlands tal-2015 (2), huwa xieraq li jkun previst li jew iż-żrieragħ speċifikati jenħtieġ li joriġinaw minn żoni magħrufa li huma ħielsa minn dawk l-organiżmi, inkella ż-żrieragħ speċifikati u l-postijiet ta' produzzjoni tagħhom jenħtieġ li jkunu suġġetti għal rekwiżiti speċifiċi.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2018.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva, jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif trid issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  PRA EU internal movement of True Potato Seeds of official varieties, NVWA, Ġunju 2015.


ANNESS

Il-Parti II tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Il-punt 18.3 jinbidel b'li ġej:

“18.3.

Pjanti speċi ta' bagħal, jew li jiffurmaw it-tuberi ta' Solanum L., jew l-ibridi tagħhom, maħsuba għat-tħawwil ħlief dawk it-tuberi ta' Solanum tuberosum L. speċifikati fil-punti 18.1, 18.1.1 jew 18.2, ħlief il-materjal ta' manutenzjoni tal-kultura maħżun f'banek tal-ġeni jew kollezzjonijiet ta' stokk ġenetiku, u minbarra ż-żrieragħ ta' Solanum tuberosum L. speċifikati fil-punt 18.3.1.

(a)

Il-pjanti għandhom ikunu nżammu taħt kundizzjonijiet ta' kwarantina u jridu jkunu nstabu ħielsa minn kwalunkwe organiżmu ta' ħsara fit-testijiet ta' kwarantina;

(b)

it-testijiet ta' kwarantina msemmija f'(a) għandhom:

(aa)

ikunu sorveljati mill-organizzazzjoni uffiċjali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-Istat Membru kkonċernat u jitwettqu minn persunal imħarreġ xjentifikament ta' dik l-organizzazzjoni jew ta' kwalunkwe korp approvat b'mod uffiċjali;

(bb)

jitwettqu f'sit ipprovdut b'faċilitajiet xierqa suffiċjenti sabiex jikkontrollaw l-organiżmi ta' ħsara u jżommu l-materjal, inklużi l-pjanti indikaturi, b'tali mod li jiġi eliminat kwalunkwe riskju ta' tixrid tal-organiżmi ta' ħsara;

(cc)

jitwettqu fuq kull unità tal-materjal,

permezz ta' eżami viżwali f'intervalli regolari matul it-tul sħiħ ta' mill-anqas ċiklu veġetattiv wieħed, filwaqt li jitqies it-tip ta' materjal u l-istadju tal-iżvilupp tiegħu matul il-programm ta' ttestjar, għal sintomi kkawżati minn kwalunkwe organiżmu ta' ħsara,

permezz ta' ttestjar, skont metodi xierqa li jridu jiġu ppreżentati lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 18:

fil-każ tal-materjal kollu tal-patata, tal-anqas għall-

Virus moħbi tal-patata Andeana,

Arracacha virus B, oca strain,

Virus tal-patata li jagħmel tikek suwed,

Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata,

Virus tal-patata T,

Virus li joħloq tbajja fil-patata Andeana,

viruses komuni tal-patata A, M, S, V, X u Y (inkluż Yo, Yn u Yc) u għall-virus tal-werqa tal-patata,

Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus (Spieckermann u Kotthoff) Davis et al.,

Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al.;

fil-każ ta' żrieragħ ta' Solanum tuberosum L., għajr dawk speċifikati fil-punt 18.3.1., mill-inqas għall-viruses u għall-virojd elenkati fuq;

(dd)

b'ittestjar adegwat fuq kwalunkwe sintomu ieħor osservat fl-eżami viżiv sabiex jiġu identifikati l-organiżmi ta' ħsara li kkwawżaw tali sintomi;

(c)

kwalunkwe materjal, li ma jkunx instab ħieles, fl-ittestjar speċifikat taħt (b) mill-organiżmi ta' ħsara speċifikati taħt (b) għandu jiġi immedjatament meqrud jew sottopost għal proċeduri li jeliminaw l-organiżmu/i ta' ħsara;

(d)

kull organizzazzjoni jew korp ta' riċerka li jkunu qegħdin iżommu dan il-materjal għandhom jinfurmaw lis-servizz uffiċjali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-Istat Membru tagħhom dwar il-materjal miżmum.”

(2)

il-punt 18.3.1. li ġej jiddaħħal wara l-punt 18.3.:

“18.3.1.

Żrieragħ ta' Solanum tuberosum L., għajr dawk speċifikati fil-punt 18.4.

Stqarrija uffiċjali li:

Iż-żrieragħ ġejjin minn pjanti li jikkonformaw, kif applikabbli, mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 18.1., 18.1.1., 18.2. u 18.3.;

kif ukoll

(a)

iż-żrieragħ li joriġinaw f'żoni huma ħielsa minn Synchytrium endobioticum (Schilbersky) Percival, Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus (Spieckermann and Kotthoff) Davis et al., Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. u l-vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata;

jew

(b)

iż-żrieragħ jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)

li jkunu ġew prodotti f'sit fejn, sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta' veġetazzjoni, ma jkun ġie osservat l-ebda sintomu ta' mard ikkawżat minn organiżmi ta' ħsara msemmija fil-punt (a);

(ii)

li jkunu ġew prodotti f'sit fejn ittieħdu l-miżuri kollha li ġejjin:

(1)

tkun saret separazzjoni tas-sit minn pjanti solanini oħra u pjanti ospitanti oħrajn tal-vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata;

(2)

ikun hemm prevenzjoni ta' kuntatt minn mal-persunal u oġġetti, bħal għodod, makkinarju, vetturi, reċipjenti u materjal ta' imballaġġ, minn siti oħra li jipproduċu pjanti solanini u pjanti ospitanti oħrajn tal-vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata, jew jittieħdu miżuri tal-iġjene adegwati fir-rigward ta' persunal jew oġġetti minn siti oħra li jipproduċu pjanti solanini u pjanti ospitanti oħrajn tal-vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata għall-prevenzjoni mill-infezzjonijiet;

(3)

jintuża biss ilma ħieles mill-organiżmi kollha li jagħmlu l-ħsara msemmija f'dan il-punt.”


DEĊIŻJONIJIET

20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1921

tas-16 ta' Ottubru 2017

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' arbitri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-15 ta' Ottubru 2008, u ġie applikat provviżjorjament mid-29 ta' Diċembru 2008.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 221 tal-Ftehim, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' 15-il individwu b'għarfien speċjalizzat jew esperjenza speċjalizzata fid-dritt u fil-kummerċ internazzjonali li jkunu lesti li jservu bħala arbitri. Dan hu neċessarju biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwim.

(3)

Il-Kunsill Konġunt tal-CARIFORUM-UE (“il-Kunsill Konġunt”), fir-raba' laqgħa tiegħu fis-17 ta' Novembru 2017, għandu jadottata deċiżjoni dwar l-istabbiliment ta' dik il-lista.

(4)

Fil-Kunsill Konġunt, l-Unjoni tiġi rrappreżentata mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). L-Istati Membri jappoġġaw il-pożizzjoni tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 4(3) TUE.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kunsill Konġunt.

(6)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE fir-raba' laqgħa tiegħu fis-17 ta' Novembru 2017 fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' arbitri għandha tkun ibbażata fuq abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 289, 30.10.2008, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2017 TAL-KUNSILL KONĠUNT CARIFORUM-UE

stabbilit bil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra,

ta'…

fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' arbitri

IL-KUNSILL KONĠUNT CARIFORUM-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 221(1) tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta' ħmistax-il arbitru prevista fl-Artikolu 221(1) annessa ma' din id-Deċiżjoni hija adottata mill-Partijiet.

Artikolu 2

Il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp CARIFORUM-UE jista' jemenda l-lista ta' arbitri annessa ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi….

Magħmul fi …,

Għall-Istati tal-CARIFORUM

Għall-Parti tal-UE


ANNESS

Lista tal-arbitri msemmija fl-Artikolu 221(1) tal-Ftehim

Arbitri magħżula mill-Istati tal-CARIFORUM:

 

Is-Sinjura Tracy BENN-ROBERTS (Antigua u Barbuda)

 

Is-Sinjura Nicole FOSTER (Barbados)

 

Is-Sinjura Bertha COOPER – ROSSEAU (il-Bahamas)

 

Is-Sinjura Michelle A. BROWN (il-Ġamajka)

 

Is-Sinjura Fabiola MEDINA GARNES (ir-Repubblika Dominicana)

Arbitri magħżula mill-UE:

 

Is-Sur Jacques BOURGEOIS (il-Belġju)

 

Is-Sur Claus - Dieter EHLERMANN (il-Ġermanja)

 

Is-Sur Pieter Jan KUIJPER (in-Netherlands)

 

Is-Sur Giorgio SACERDOTI (l-Italja)

 

Is-Sur Ramon TORRENT (Spanja)

Arbitri magħżula b'mod konġunt mill-Partijiet:

 

Is-Sur Frederick ABBOTT (l-Istati Uniti)

 

Is-Sur James BACCHUS (l-Istati Uniti)

 

Is-Sur Armand DE MESTRAL (il-Kanada)

 

Is-Sa Claudia OROZCO (il-Kolombja)

 

Is-Sur Helge SELAND (in-Norveġja)


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/41


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1922

tas-16 ta' Ottubru 2017

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda tal-Anness IX għall-Protokoll I

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-15 ta' Ottubru 2008, u ġie applikat provviżjorjament mid-29 ta' Diċembru 2008.

(2)

Bis-saħħa tal-Artikolu 229(1) u (2) tal-Ftehim, il-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE (“il-Kunsill Konġunt”) jista' jadotta deċiżjonijiet li jkunu vinkolanti fuq il-Partijiet u fuq l-Istati Firmatarji tal-CARIFORUM, li għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jimplimentawhom skont ir-regoli interni ta' kull Parti u ta' kull Stat Firmatarju tal-CARIFORUM.

(3)

Il-Kunsill Konġunt, fir-raba' laqgħa tiegħu fis-17 ta' Novembru 2017, għandu jadotta deċiżjoni dwar l-emenda tal-Anness IX għall-Protokoll I tal-Ftehim (“Anness IX”) li jinkludi l-lista ta' Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (“OCTs”).

(4)

Fid-dawl tal-bidla tal-istatus ta' tliet territorji, dik l-emenda għandha l-għan li taġġorna l-lista tal-OTCs li tinsab fl-Anness IX u li tarmonizzaha ma' dik li tinsab mal-Anness II għat-Trattat.

(5)

Fiil-Kunsill Konġunt, l-Unjoni tiġi rrappreżentata mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri jappoġġaw il-pożizzjoni tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 4(3) TUE.

(6)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kunsill Konġunt.

(7)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE fir-raba' laqgħa tiegħu tas-17 ta' Novembru 2017 fir-rigward tal-emenda tal-Anness IX għall-Protokoll I tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 289, 30.10.2008, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2017 TAL-KUNSILL KONĠUNT TAL-CARIFORUM-UE

stabbilit bil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra,

ta'…

li jikkonċerna l-emenda tal-Anness IX għalal-Protokoll I: Pajjiżi u territorji extra-Ewropej

IL-KUNSILL KONĠUNT TAL-CARIFORUM-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tal-Protokoll I tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll I tal-Ftehim — Dwar id-Definizzjoni tal-Kunċett ta' “Prodotti Oriġinarji” u Metodi ta' Kooperazzjoni Amministrattiva — jiddefinixxi Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej (Overseas Countries and Territories — OCTs) bħala li tfisser il-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej imniżżla fl-Anness IX tiegħu;

(2)

Wara l-bidla fl-istatus ta' Mayotte (1) u Saint Barthélemy (2), u d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (3), il-lista ta' pajjiżi u territorji extra-Ewropej fl-Anness IX għall-Protokoll I tal-Ftehim jinħtieġ li tiġi aġġornata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness IX għall-Protokoll I huwa mibdul bl-Anness li jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …

Magħmul fi…,

Għall-Istati tal-CARIFORUM

Għall-Parti tal-UE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/419/UE tal-11 ta' Lulju 2012 li temenda l-istatus ta' Mayotte fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU UE L 204, 31.7.2012, p. 131).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/718/UE tad-29 ta' Ottubru 2010 li timmodifika l-istatus tal-gżira ta' Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU UE L 325, 9.12.2010, p. 4).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (ĠU UE L 76, 15.3.2014, p. 56).


ANNESS IX għall-Protokoll I

Pajjiżi u territorji extra-Ewropej

Għall-finijiet ta' dan il-Protokoll “pajjiżi u territorji barranin” tfisser il-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea elenkati hawn taħt:

(Din il-lista hija mingħajr preġudizzju għall-istatus ta' dawn il-pajjiżi u t-territorji, jew għat-tibdiliet futuri fl-istatus tagħhom.)

1.

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju tad-Danimarka:

Il-Groenlandja.

2.

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Repubblika Franċiża:

New Caledonia u d-Dipendenzi,

Il-Polineżja Franċiża,

Saint Pierre u Miquelon,

Saint Barthélemy

It-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartiku

Wallis u Futuna

3.

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju tan-Netherlands:

Aruba,

Bonaire,

Curaçao,

Saba,

Sint Eustatius,

Sint Maarten.

4.

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq:

Anguilla,

Bermuda,

Il-Gżejjer Cayman,

Il-Gżejjer Falkland,

South Georgia u s-South Sandwich Islands,

Montserrat,

Il-Gżejjer Pitcairn,

Saint Helena u d-Dipendenzi,

It-Territorju Brittaniku tal-Antartiku

It-Territorju Britanniku tal-Oċean Indjan,

Il-Gżejjer Turks u Caicos,

Il-Gżejjer Verġni Britanniċi.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/44


DEĊIŻJONI Nru 1/2017 TAL-KUMITAT DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI ALN-UE

tat-2 ta' Ottubru 2017

dwar deroga mir-regoli ta' oriġini stipulati fil-Protokoll 1 għall-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tas-sitwazzjoni speċjali tal-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar fir-rigward tat-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn [2017/1923]

IL-KUMITAT DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 41(4) tal-Protokoll I tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (“l-FSE interim”) japplika b'mod proviżorju sa mill-14 ta' Mejju 2012 bejn l-Unjoni u r-Repubblika ta' Madagascar, ir-Repubblika ta' Mauritius, ir-Repubblika tas-Seychelles u r-Repubblika taż-Żimbabwe.

(2)

Il-Protokoll 1 għall-FSE interim, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, jinkludi r-regoli ta' oriġini għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw fl-Istati ALN.

(3)

Skont l-Artikolu 42(8) tal-Protokoll 1 għall-FSE interim, jingħataw awtomatikament derogi minn dawk ir-regoli ta' oriġini fi ħdan kwota annwali ta' 8 000 tunnellata ta' tonn fil-landa u ta' 2 000 tunnellata ta' flettijiet tat-tonn.

(4)

Fid-29 ta' Novembru 2012, il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali ALN-UE adotta d-Deċiżjoni Nru 1/2012 (2) li tagħti deroga awtomatika mir-regoli ta' oriġini fir-rigward tat-tonn fil-landa u l-flettijiet tat-tonn importati fl-Unjoni skont l-Artikolu 42(8) tal-Protokoll 1 għall-FSE interim mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2017.

(5)

Sabiex il-kwota disponibbli tkun tista' tintuża b'mod effettiv u bis-sħiħ, il-Mauritius, is-Seychelles u l-Madagascar talbu deroga li tkopri l-kwantitajiet annwali ta' 8 000 tunnellata ta' tonn fil-landa u ta' 2 000 tunnellata ta' flettijiet tat-tonn importati fl-Unjoni mill-1 ta' Jannar 2018.

(6)

Peress li l-kwota annwali tingħata awtomatikament fuq talba mill-Istati ALN, il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali jenħtieġ li jalloka l-kwota globali lill-Istati ALN. Għaldaqstant, jenħtieġ li tingħata deroga lill-Istati ALN fir-rigward ta' 8 000 tunnellata ta' tonn fil-landa u ta' 2 000 tunnellata ta' flettijiet tat-tonn.

(7)

Ir-referenza fl-Artikolu 42(8) tal-Protokoll 1 għall-FSE interim għal “tonn fil-landa” għandha tinftiehem li tkopri t-tonn ippreservat fiż-żejt veġetali jew b'modi oħra. Għal dawk it-tipi ta' tonn, l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3) (“in-Nomenklatura Magħquda”) jirreferi għat-terminu “ippreservat”. It-terminu “tonn ippreservat” ikopri tonn fil-landa, iżda wkoll tonn ippakkjat f'vakwu f'boroż tal-plastik jew f'kontenituri oħra. Għalhekk huwa xieraq li jintuża t-terminu “tonn ippreservat”.

(8)

Fl-interess taċ-ċarezza, huwa xieraq li jiġi stabbiliti b'mod espliċitu li t-tonn mhux oriġinarju li se jintuża fil-manifattura tat-tonn ippreservat tal-kodiċijiet NM 1604 14 21, 31 u 41, 1604 14 28, 38 u 48, ex 1604 20 70 u tal-flettijiet tat-tonn tal-kodiċi NM 1604 14 26, 36 u 46 jenħtieġ li jkun tonn tal-Intestaturi SA 0302 jew 0303, sabiex it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn jibbenefikaw mid-deroga.

(9)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4) li jistabbilixxi regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Jenħtieġ li dawk ir-regoli jiġu applikati għall-ġestjoni tal-kwantità fir-rigward ta' liema qed tingħata d-deroga permezz ta' din id-Deċiżjoni.

(10)

Id-deroga jenħtieġ li tingħata għal perjodu ta' 5 snin kif previst fl-Artikolu 42(10), il-punt (a) tal-Protokoll 1 tal-FSE interim.

(11)

Sabiex ikun possibbli monitoraġġ effiċjenti tal-operat tad-deroga, l-awtoritajiet tal-Istati ALN jenħtieġ li jinfurmaw lill-Kummissjoni b'mod regolari bid-dettalji taċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 li jkunu nħarġu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Permezz ta' deroga mill-Protokoll 1 għall-FSE interim u skont l-Artikolu 42(8) ta' dak il-Protokoll, it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn tal-Intestatura SA 1604 manifatturati minn tonn mhux oriġinarju tal-Intestaturi SA 0302 jew 0303 għandhom jitqiesu li joriġinaw fi Stat ALN skont it-termini stipulati fl-Artikoli 2 sa 4 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika fuq bażi annwali għall-prodotti u l-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni li jkunu ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni minn Stat ALN matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2018 u l-31 ta' Diċembru 2022.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu amministrati skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 4

1.   L-awtoritajiet doganali tal-Istati ALN għandhom iwettqu verifiki kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

2.   Qabel tmiem ix-xahar wara kull tliet xhur, l-awtoritajiet doganali ta' dawk il-pajjiżi għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, permezz tas-Segretarjat tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali, dikjarazzjoni tal-kwantitajiet fir-rigward ta' liema jkunu nħarġu ċertifikati ta' moviment EUR.1 skont din id-Deċiżjoni u n-numri tas-serje ta' dawk iċ-ċertifikati.

3.   Il-Kaxxa Numru 7 taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 li jinħarġu skont din id-Deċiżjoni għandha tinkludi waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

 

“Deroga — Id-Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali ALN-UE tat-2 ta' Ottubru 2017 ”;

 

“Dérogation — Décision no 1/2017 du comité de coopération douanière AfOA-UE du 2 octobre 2017 ”;

Artikolu 5

1.   L-Istati ALN u l-Unjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa min-naħa tagħhom sabiex jimplimentaw din id-Deċiżjoni.

2.   Fejn l-Unjoni tiskopri, abbażi ta' informazzjoni oġġettiva, każi ta' irregolaritajiet jew frodi jew ta' repetizzjoni ta' nuqqas ta' rispett tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Unjoni tista' titlob sospensjoni temporanja tad-deroga msemmija fl-Artikolu 1 skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 22(5) u (6) tal-FSE interim.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2018.

Magħmul f'Antananarivo, 2 ta' Ottubru 2017

Is-Sur M. R. NABEE

Rappreżentant tal-ALN

f'isem l-Istati ALN

Is-Sur J. G. SANCHEZ

Il-Kummissjoni Ewropea

f'isem l-Unjoni Ewropea


(1)   ĠU L 111, 24.4.2012, p. 2.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali ALN-UE tad-29 ta' Novembru 2012 dwar deroga mir-regoli ta' oriġini kif stipulat fil-Protokoll 1 ta' mal-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, biex tittieħed f'kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċjali tal-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar fir-rigward tat-tonn ippreservat u tal-flettijiet tat-tonn (loins) (ĠU L 347, 15.12.2012, p. 38).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Perjodu

Piż nett

(f'tunnellati)

09.1618

1604 14 21 , 31 u 41

1604 14 28 , 38 u 48

ex 1604 20 70  (1)

Tonn ippreservat (2)

1.1.2018 — 31.12.2018

8 000

1.1.2019 — 31.12.2019

8 000

1.1.2020 — 31.12.2020

8 000

1.1.2021 — 31.12.2021

8 000

1.1.2022 — 31.12.2022

8 000

09.1619

1604 14 26 , 36 u 46

Flettijiet tat-tonn

1.1.2018 — 31.12.2018

2 000

1.1.2019 — 31.12.2019

2 000

1.1.2020 — 31.12.2020

2 000

1.1.2021 — 31.12.2021

2 000

1.1.2022 — 31.12.2022

2 000


(1)  Kodiċijiet TARIC 1604207030, 1604207040, 1604207050, 1604207092 u 1604207094.

(2)  F'kull forma ta' mballaġġ li biha l-prodott jitqies bħala ppreservat fi ħdan it-tifsira tal-Intestatura SA 1604.


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/47


DEĊIŻJONI Nru 2/2017 TAL-KUMITAT DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI ALN-UE

tat-2 ta' Ottubru 2017

dwar deroga mir-regoli ta' oriġini stabbiliti fil-Protokoll 1 tal-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, biex tittieħed f'kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċjali ta' Mauritius fir-rigward tat-tirsite [2017/1924]

IL-KUMITAT DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 41(4) tal-Protokoll 1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (“l-FSE interim”) japplika b'mod proviżorju sa mill-14 ta' Mejju 2012 bejn l-Unjoni u r-Repubblika ta' Madagascar, ir-Repubblika ta' Mauritius, ir-Repubblika tas-Seychelles u r-Repubblika taż-Żimbabwe.

(2)

Il-Protokoll 1 tal-FSE interim, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, jinkludi r-regoli ta' oriġini għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw fl-Istati tal-ALN.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 42(1) tal-Protokoll 1 tal-FSE interim, derogi minn dawk ir-regoli ta' oriġini jingħataw meta l-iżvilupp ta' industriji eżistenti fl-Istati tal-ALN jiġġustifikahom.

(4)

Mauritius talab deroga mir-regoli ta' oriġini fir-rigward ta' 120 tunnellata ta' tirsite (barracouta) tal-kodiċi NM 0305 69 80 importati fl-Unjoni minn April 2017 sa April 2018 f'konformità mal-Artikolu 42 tal-Protokoll 1 tal-FSE interim. Mauritius jindika fit-talba tiegħu li m'hemm l-ebda disponibbiltà ta' tirsite li joriġina fl-UE jew f'Mauritius, u li t-tirsite minn Stati AKP oħrajn ma jissodisfax ir-rekwiżiti rigward il-kwalità u l-provvista regolari. Għalhekk, Mauritius irid jakkwista tirsite mhux oriġinarju għall-industrija tal-ipproċessar tiegħu.

(5)

Id-deroga tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju u tippermetti d-diversifikazzjoni tas-settur tas-sajd ta' Mauritius, li huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu bbażat fuq prodotti tat-tonn. Mauritius indika li l-valur tal-esportazzjonijiet antiċipati taħt deroga jammonta għal EUR 468 000. Il-valur tal-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd tal-Kapitolu HS 03 minn Mauritius lejn l-Unjoni ammonta għal EUR 21 571 300 fl-2015. il-kwantitajiet baxxi, li jirrappreżentaw 2,15 % biss fil-valur, u l-perjodu limitat mitlub għad-deroga mhumiex tali li jikkawżaw dannu serju lil xi wieħed mis-setturi ekonomiċi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru wieħed jew aktar.

(6)

Għalhekk, huwa xieraq li Mauritius jingħata deroga għal 120 tunnellata ta' tirsite, li tirrispetta l-abilità tal-industrija eżistenti li tkompli l-esportazzjoni tagħha lejn l-Unjoni, limitata għal perjodu ta' sena.

(7)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Jinħtieġ li dawk ir-regoli jiġu applikati għall-ġestjoni tal-kwantità li għaliha qed tingħata d-deroga permezz ta' din id-Deċiżjoni.

(8)

Sabiex ikun hemm sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' Mauritius jikkomunikaw lill-Kummissjoni b'mod regolari d-dettalji taċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 maħruġin,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

B'deroga mill-Protokoll 1 tal-FSE interim u f'konformità mal-Artikolu 42(1) ta' dak il-Protokoll, it-tirsite tal-Intestatura HS 0305 69 (kodiċi NM 0305 69 80) manifatturat minn tirsite mhux oriġinarju (barracouta) tal-Intestatura HS 0303 89 għandu jitqies bħala li joriġina f'Mauritius f'konformità mat-termini stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodott u għall-kwantità stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, iddikjarat għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni minn Mauritius għal perjodu limitat ta' sena mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-kwantità stabbilita fl-Anness għandha tiġi ġestita f'konformità mal-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 4

L-awtoritajiet doganali ta' Mauritius għandhom iwettqu verifiki kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Qabel tmiem ix-xahar wara kull tliet xhur, l-awtoritajiet doganali ta' Mauritius għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, permezz tas-Segretarjat tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali, dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li fir-rigward tagħhom ikunu nħarġu ċertifikati ta' moviment EUR.1 skont din id-Deċiżjoni u n-numru tas-serje ta' dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Il-Kaxxa numru 7 taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 li jinħarġu skont din id-Deċiżjoni għandha tinkludi waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

“Deroga — Deċiżjoni Nru 2/2017 tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali ALN-UE tat-2 ta' Ottubru 2017 ”;

“Dérogation — Décision no 2/2017 du comité de coopération douanière AfOA-UE du 2 août 2017 ”.

Artikolu 6

1.   Mauritius u l-Unjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa min-naħa tagħhom sabiex jimplimentaw din id-Deċiżjoni.

2.   Meta l-Unjoni tiskopri, abbażi ta' informazzjoni oġġettiva, każi ta' irregolaritajiet jew frodi jew ta' nuqqas ripetut ta' rispett tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Unjoni tista' titlob sospensjoni temporanja tad-deroga msemmija fl-Artikolu 1 b'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 22(5) u (6) tal-FSE interim.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Ottubru 2017.

Magħmul f'Antananarivo, it-2 ta' Ottubru 2017.

Is-Sur M. R. NABEE

Rappreżentant tal-Istati tal-ALN

f'isem l-Istati tal-ALN

Is-Sur J. G. SANCHEZ

Il-Kummissjoni Ewropea

f'isem l-Unjoni Ewropea


(1)   ĠU L 111, 24.4.2012, p. 2.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu

Piż nett

(f'tunnellati)

09.1611

ex 0305 69 80

25

tirsite (barracouta), immelħa

2.10.2017–1.10.2018

120