ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 266

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
17 ta' Ottubru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1862 tas-16 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1863 tas-16 ta' Ottubru 2017 li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta [Almansa (DOP)]

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1864 tas-16 ta' Ottubru 2017 li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta [Rosé des Riceys (DOP)]

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1865 tas-16 ta' Ottubru 2017 li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta [Vacqueyras (PDO)]

5

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1866 tat-12 ta' Ottubru 2017 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fir-Repubblika Ċeka

6

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1867 tat-12 ta' Ottubru 2017 dwar it-tnedija fil-Portugall ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika

8

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1868 tat-12 ta' Ottubru 2017 dwar it-tnedija fil-Greċja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1869 tas-16 ta' Ottubru 2017 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b'appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq)

12

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1870 tas-16 ta' Ottubru 2017 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassijiet tiegħu skont id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

19

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1862

tas-16 ta' Ottubru 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistipula perjodu biex il-korpi ta' kontroll u l-awtoritajiet ta' kontroll jissottomettu t-talba tagħhom għal rikonoxximent bi skop tal-importazzjoni ta' prodotti konformi mal-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Minħabba li għadha qed tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-importazzjoni tal-prodotti konformi u minħabba li għadhom qed jiġu żviluppati l-linji gwida, il-mudelli, il-kwestjonarji u s-sistema ta' trażmissjoni elettronika meħtieġa relatati, għandha tittawwal l-iskadenza biex il-korpi ta' kontroll u l-awtoritajiet ta' kontroll jippreżentaw it-talbiet tagħhom.

(2)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 id-data “il-31 ta' Ottubru 2017” tinbidel u ssir “il-31 ta' Ottubru 2018”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1863

tas-16 ta' Ottubru 2017

li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta [Almansa (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Almansa”, li hija protetta bir-Regolament (KEE) Nru 2247/73 tal-Kummissjoni (2), imressqa minn Spanja skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-approvazzjoni tal-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet, skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi approvata l-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Almansa” (DOP), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2247/73 tas-16 ta' Awwissu 1973, dwar il-kontroll ta' nbejjed ta' kwalità prodotti f'reġjuni speċifiċi (ĠU L 230, 18.8.1973, p. 12) u l-lista ta' nbejjed ta' kwalità prodotti f'reġjuni speċifiċi ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(2) tiegħu kif emendata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 146, 13.6.1986, p. 11).

(3)  ĠU C 194, 17.6.2017, p. 33.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1864

tas-16 ta' Ottubru 2017

li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta [Rosé des Riceys (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Rosé des Riceys”, imressqa minn Franza skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-approvazzjoni tal-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet, skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(3)

Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi approvata l-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Rosé des Riceys” (DOP) hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 200, 23.6.2017, p. 4.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1865

tas-16 ta' Ottubru 2017

li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta [Vacqueyras (PDO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Vacqueyras”, imressqa minn Franza skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-approvazzjoni tal-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet, skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(3)

Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi approvata l-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Vacqueyras” (DOP), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 206, 30.6.2017, p. 9.


DEĊIŻJONIJIET

17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/6


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1866

tat-12 ta' Ottubru 2017

dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fir-Repubblika Ċeka

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, il-forniment ta' data personali previst taħt dik id-Deċiżjoni ma jistax isir sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fil-Kapitolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tat-territorji tal-Istati Membri involuti f'tali forniment.

(2)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (3) jipprevedi li l-verifika li l-kondizzjoni msemmija fil-premessa 1 ġiet sodisfatta fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandha ssir abbażi ta' rapport ta' valutazzjoni bbażat fuq kwestjonarju, żjara ta' valutazzjoni u prova pilota.

(3)

Taħt il-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta' data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta' data.

(4)

Ir-Repubblika Ċeka lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi (VRD).

(5)

Ir-Repubblika Ċeka wettqet b'suċċess prova pilota man-Netherlands.

(6)

Saret żjara ta' valutazzjoni fir-Repubblika Ċeka u ġie prodott rapport dwar iż-żjara ta' valutazzjoni mill-iskwadra ta' valutazzjoni Netherlandiża u Slovakka li ntbagħat lill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(7)

Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' valutazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju ta' VRD.

(8)

Fit-18 ta' Mejju 2017, il-Kunsill, wara li ħa nota tal-ftehim tal-Istati Membri kollha marbutin bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ikkonkluda li r-Repubblika Ċeka kienet implimentat għalkollox id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fil-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(9)

Għalhekk, għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat tal-VRD, ir-Repubblika Ċeka għandha tkun intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(10)

L-Artikolu 33 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI jagħti lill-Kunsill setgħat ta' implimentazzjoni bil-ħsieb tal-adozzjoni tal-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni, b'mod partikolari fir-rigward tar-riċezzjoni u l-forniment ta' data personali previsti taħt dik id-Deċiżjoni.

(11)

Peress li l-kondizzjonijiet biex jingħata bidu għall-eżerċizzju ta' tali setgħat ta' implimentazzjoni ġew sodisfatti u l-proċedura f'dan ir-rigward ġiet segwita, għandha tiġi adottata Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni dwar it-tnedija fir-Repubblika Ċeka ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' VRD sabiex dak l-Istat Membru jkun jista' jirċievi u jforni data personali skont l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(12)

Id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit huma marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi, ir-Repubblika Ċeka hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI mit-18 ta' Ottubru 2017.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika skont it-Trattati.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

U. REINSALU


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  L-Opinjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/8


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1867

tat-12 ta' Ottubru 2017

dwar it-tnedija fil-Portugall ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, il-forniment ta' data personali previst taħt dik id-Deċiżjoni ma jistax isir sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fil-Kapitolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tat-territorji tal-Istati Membri involuti f'tali forniment.

(2)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (3) jipprevedi li l-verifika li l-kondizzjoni msemmija fil-premessa 1 ġiet sodisfatta fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandha ssir abbażi ta' rapport ta' valutazzjoni bbażat fuq kwestjonarju, żjara ta' valutazzjoni u prova pilota.

(3)

Taħt il-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta' data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta' data.

(4)

Il-Portugall lesta l-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta' data dattiloskopika.

(5)

Il-Portugall wettaq b'suċċess prova pilota mal-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija.

(6)

Saret żjara ta' evalwazzjoni fil-Portugall u ġie prodott rapport dwar iż-żjara ta' valutazzjoni mill-iskwadra ta' valutazzjoni Awstrijakka li ntbagħat lill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(7)

Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni ġenerali, li jagħti sinteżi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' valutazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju ta' data dattiloskopika.

(8)

Fit-18 ta' Mejju 2017, il-Kunsill, wara li ħa nota tal-ftehim tal-Istati Membri kollha marbutin bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ikkonkluda li l-Portugall kien implimenta għalkollox id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fil-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(9)

Għalhekk, għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat ta' data dattiloskopika, il-Portugall għandu jkun intitolat li jirċievi u jforni data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(10)

L-Artikolu 33 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI jagħti lill-Kunsill setgħat ta' implimentazzjoni bil-ħsieb tal-adozzjoni tal-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni, b'mod partikolari fir-rigward tar-riċezzjoni u l-forniment ta' data personali previsti taħt dik id-Deċiżjoni.

(11)

Peress li l-kondizzjonijiet biex jingħata bidu għall-eżerċizzju ta' tali setgħat ta' implimentazzjoni ġew sodisfatti u l-proċedura f'dan ir-rigward ġiet segwita, għandha tiġi adottata Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni dwar it-tnedija fil-Portugall ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika sabiex dak l-Istat Membru jkun jista' jirċievi u jforni data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(12)

Id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit huma marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat ta' data dattiloskopika, il-Portugall huwa intitolat li jirċievi u jforni data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI mit-18 ta' Ottubru 2017.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika skont it-Trattati.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

U. REINSALU


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  Opinjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/10


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1868

tat-12 ta' Ottubru 2017

dwar it-tnedija fil-Greċja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, il-forniment ta' data personali previst taħt dik id-Deċiżjoni ma jistax isir sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fil-Kapitolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tat-territorji tal-Istati Membri involuti f'tali forniment.

(2)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (3) jipprevedi li l-verifika li l-kondizzjoni msemmija fil-premessa 1 ġiet sodisfatta fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandha ssir abbażi ta' rapport ta' valutazzjoni bbażat fuq kwestjonarju, żjara ta' valutazzjoni u prova pilota.

(3)

Taħt il-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta' data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta' data.

(4)

Il-Greċja lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta' data dattiloskopika.

(5)

Il-Greċja wettqet b'suċċess prova pilota mal-Awstrija.

(6)

Saret żjara ta' evalwazzjoni fil-Greċja u ġie prodott rapport dwar iż-żjara ta' valutazzjoni mill-iskwadra ta' valutazzjoni Awstrijakka li ntbagħat lill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(7)

Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sinteżi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju ta' data dattiloskopika.

(8)

Fid-19 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill, wara li ħa nota tal-ftehim tal-Istati Membri kollha marbutin bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ikkonkluda li l-Greċja implimentat għalkollox id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data fil-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(9)

Għalhekk, għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat ta' data dattiloskopika, il-Greċja għandha tkun intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(10)

L-Artikolu 33 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI jagħti lill-Kunsill setgħat ta' implimentazzjoni bil-ħsieb tal-adozzjoni tal-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni, b'mod partikolari fir-rigward tar-riċezzjoni u l-forniment ta' data personali previsti taħt dik id-Deċiżjoni.

(11)

Peress li l-kondizzjonijiet biex jingħata bidu għall-eżerċizzju ta' tali setgħat ta' implimentazzjoni ġew sodisfatti u l-proċedura f'dan ir-rigward ġiet segwita, għandha tiġi adottata Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni dwar it-tnedija fil-Greċja ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika sabiex dak l-Istat Membru jkun jista' jirċievi u jforni data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(12)

Id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit huma marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat ta' data dattiloskopika, il-Greċja hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI mit-18 ta' Ottubru 2017.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika skont it-Trattati.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

U. REINSALU


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  Opinjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1869

tas-16 ta' Ottubru 2017

dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b'appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-19 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill tenna l-appoġġ sod tal-Unjoni għall-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Iraq, u enfasizza l-importanza tas-sigurtà u l-istat tad-dritt għall-istabbiltà fl-Iraq. Il-Kunsill ħabbar li, b'reazzjoni għat-talba mill-awtoritajiet Iraqin, l-Unjoni kienet qed teżamina l-iskjerament ta' Skwadra tal-Unjoni ta' Konsulenza u Assistenza għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà biex tgħin fl-isforzi ta' riforma f'kooperazzjoni u f'koerenza ma' sħab internazzjonali oħrajn.

(2)

Fis-17 ta' Lulju 2017, il-Kunsill approva Kunċett ta' Maniġġjar ta' Kriżi għal Missjoni tal-PSDK possibbli b'appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq.

(3)

Fl-24 ta' Awwissu 2017, f'ittra lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ), il-Prim Ministru tal-Iraq laqa' l-Missjoni prevista.

(4)

B'segwitu għar-rakkomandazzjoni tad-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija, jenħtieġ li titnieda l-Missjoni.

(5)

Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) jenħtieġ li jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-Rappreżentant Għoli, kontroll politiku fuq il-Missjoni, jagħtiha direzzjoni strateġika u jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

(6)

Jenħtieġ li tiġi attivata l-Kapaċità ta' Sorveljanza għal din il-Missjoni.

(7)

Din il-Missjoni ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsabu fl-Artikolu 21 TUE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Missjoni

L-Unjoni b'dan tistabbilixxi u tniedi Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b'appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq).

Artikolu 2

Objettivi

L-objettivi strateġiċi tal-EUAM Iraq għandhom ikunu:

(1)

li tipprovdi pariri u għarfien espert lill-awtoritajiet Iraqin fil-livell strateġiku sabiex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Sigurtà Nazzjonali tal-Iraq;

(2)

li tanalizza, tivvaluta u tidentifika opportunitajiet għall-involviment potenzjali ulterjuri tal-Unjoni b'appoġġ għall-ħtiġijiet tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq fit-tul;

(3)

li tassisti lid-Delegazzjoni tal-Unjoni fl-Iraq fil-koordinazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq.

Artikolu 3

Kompiti

(1)   Sabiex jintlaħqu l-objettivi li jinsabu fil-punt (1) tal-Artikolu 2, l-EUAM Iraq għandha:

(a)

tappoġġa l-Kumitat Nazzjonali Kontra t-Terroriżmu fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali Kontra t-Terroriżmu u fl-identifikazzjoni tas-sottostrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha;

(b)

tappoġġa lid-Direttorat tal-Ippjanar tal-Ministeru għall-Intern biex jippjana r-riformi istituzzjonali tad-dipartiment, inkluż is-servizzi tal-pulizija, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tas-Sigurtà;

(c)

tikkontribwixxi għall-abbozzar ta' strateġija nazzjonali kontra l-kriminalità organizzata mmexxija mid-Dipartiment tal-Kriminalità Organizzata tal-Ministeru għall-Intern;

2.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi li jinsabu fil-punt (2) tal-Artikolu 2, l-EUAM Iraq għandha:

(a)

timmappja l-attivitajiet li għaddejjin b'appoġġ għas-settur tas-sigurtà ċivili, inkluż is-sigurtà tal-fruntiera, u tidentifika lezzjonijiet u lakuni;

(b)

tidentifika, b'koordinazzjoni mad-donaturi internazzjonali, il-proġetti ewlenin għat-twettiq malajr fuq terminu qasir li fihom jistgħu jinvolvu ruħhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri;

(c)

tidentifika ħtiġijiet u opportunitajiet fuq terminu medju sa twil għall-involviment possibbli futur fil-qasam tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà, bil-ħsieb li tagħti kontribut u tappoġġa l-ippjanar strateġiku u tal-politika tal-Unjoni għal tali involviment possibbli jekk ikun meħtieġ;

(d)

tikkontribwixxi għall-immaniġġar u t-tmexxija tal-arkitettura tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà bħala parti mis-Segretarjat Konġunt.

3.   L-EUAM Iraq għandha tassisti lid-Delegazzjoni tal-Unjoni fl-Iraq fil-koordinazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq.

4.   L-EUAM Iraq għandha tiżgura li l-perspettivi tad-drittijiet tal-bniedem u tas-sessi jkunu inkorporati fil-kompiti tagħha, u li l-politiki u l-pjanijiet żviluppati bl-appoġġ tagħha jkunu konformi mal-istandards u l-obbligi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u s-sessi.

5.   L-EUAM Iraq għandha tiżgura li l-azzjonijiet li jiġġieldu l-kriminalità organizzata jinkludu l-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali, it-traffikar fl-armi u d-drogi, il-kriminalità ċibernetika u t-traffikar illeċitu u l-qerda ta' beni kulturali. Din tal-aħħar ser tkun koordinata mill-qrib mal-atturi kollha rilevanti fuq il-post, b'mod partikolari mal-UNESCO u l-Koalizzjoni Globali.

6.   L-EUAM Iraq ma għandha twettaq l-ebda funzjoni eżekuttiva.

Artikolu 4

Linja ta' kmand u struttura

1.   L-EUAM Iraq għandu jkollha linja ta' kmand unifikata bħala operazzjoni ta' maniġġar ta' kriżi.

2.   L-EUAM Iraq għandu jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha f'Baghdad.

3.   L-EUAM Iraq għandha tkun strutturata f'konformità mad-dokumenti ta' ppjanar tagħha.

Artikolu 5

Kmandant ta' Operazzjoni Ċivili

1.   Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUAM Iraq. Is-CPCC għandha tkun għad-dispożizzjoni tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-ippjanar u t-tmexxija ta' EUAM Iraq.

2.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EUAM Iraq fil-livell strateġiku, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

3.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill u tal-KPS fir-rigward tat-tmexxija tal-operazzjonijiet, inkluż bil-ħruġ ta' struzzjonijiet fil-livell strateġiku lill-Kap tal-Missjoni kif meħtieġ, u jipprovdilu l-pariri u l-appoġġ tekniku. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.

4.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat li ssekondah skont ir-regoli nazzjonali, tal-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), rispettivament. Dawk l-awtoritajiet għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operazzjonali (OPCON) tal-persunal tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

5.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jkollu responsabbiltà ġenerali sabiex jiżgura li d-dmir ta' diliġenza tal-Unjoni jiġi attwat korrettament.

6.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fl-Iraq għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.

Artikolu 6

Kap tal-Missjoni

1.   Is-Sur Markus RITTER huwa b'dan maħtur bħala l-Kap tal-Missjoni.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà għall-EUAM Iraq u għandu jeżerċita kmand u kontroll tagħha, fil-livell operattiv. Il-Kap tal-Missjoni għandu jaqa' direttament taħt il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u jaġixxi f'konformità mal-istruzzjonijiet tiegħu.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun ir-rappreżentant tal-EUAM Iraq fil-qasam ta' responsabbiltà tagħha.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita r-responsabbiltà amministrattiva u loġistika għall-EUAM Iraq, inkluż responsabbiltà għall-assi, ir-riżorsi u t-tagħrif li tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-EUAM Iraq. Il-Kap tal-Missjoni jista' jiddelega kompiti ta' ġestjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' persunal u finanzjarji lil membri tal-persunal tal-EUAM Iraq, taħt ir-responsabbiltà ġenerali tiegħu.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinari fuq il-persunal tal-EUAM Iraq. Għall-persunal issekondat, l-azzjoni dixxiplinari għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat li ssekondah f'konformità mar-regoli nazzjonali, mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata, jew mis-SEAE rispettivament.

6.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-viżibbiltà adegwata tal-EUAM Iraq.

7.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina ma' atturi oħra tal-Unjoni fuq il-post, kif adatt. Mingħajr preġudizzju għal-linja tal-kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jirċievi gwida politika lokali mill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fl-Iraq.

Artikolu 7

Persunal

1.   L-EUAM Iraq għandu jikkonsisti primarjament minn persunal issekondat mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE. Kull Stat Membru, kull istituzzjoni tal-Unjoni u s-SEAE għandhom iġarrbu l-ispejjeż marbuta ma' kwalunkwe membru tal-persunal issekondat minnhom, inkluż l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-istazzjonament, is-salarji, il-kopertura medika u l-gratifiki minbarra l-gratifiki għal kull jum applikabbli.

2.   L-Istat Membru, l-istituzzjoni tal-Unjoni, jew is-SEAE rispettivament għandhom ikunu responsabbli biex iwieġbu għal kwalunkwe pretensjoni marbuta mas-sekondar minn jew dwar il-membri tal-persunal li jkunu ssekondaw, u biex iressqu kwalunkwe azzjoni kontra tali persuni.

3.   Il-persunal internazzjonali u lokali jistgħu jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali mill-EUAM Iraq jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux jistgħu jiġu provduti minn persunal issekondat mill-Istati Membri. Eċċezzjonalment, u f'każijiet debitament ġustifikati, fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda applikant kwalifikat mill-Istati Membri, jistgħu jiġu reklutati ċittadini minn Stati terzi parteċipanti fuq bażi kuntrattwali, kif adatt.

4.   Il-kondizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti bejn l-EUAM Iraq u l-membru tal-persunal ikkonċernat.

Artikolu 8

Status tal-EUAM Iraq u l-persunal tagħha

L-istatus tal-EUAM Iraq u l-persunal tagħha, inkluż kif adatt il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħrajn meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel tal-EUAM Iraq, għandhom ikunu s-suġġett ta' ftehim konkluż skont l-Artikolu 37 TUE f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUAM Iraq. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dan il-għan f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 TUE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħa għall-ħatra ta' Kap tal-Missjoni, fuq proposta mir-RGħ, u s-setgħa biex jiġi emendat il-Pjan Operazzjonali (OPLAN). Is-setgħat ta' deċiżjoni fir-rigward tal-objettivi u t-terminazzjoni tal-EUAM Iraq għandhom jibqgħu f'idejn il-Kunsill.

2.   Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f'intervalli regolari.

3.   Il-KPS għandu jirċievi, fuq bażi regolari u kif meħtieġ, rapporti mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma ta' responsabbiltà tagħhom.

Artikolu 10

Parteċipazzjoni ta' Stati terzi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni u l-qafas istituzzjonali uniku tagħha, Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna sabiex jikkontribwixxu għall-EUAM Iraq, bil-kondizzjoni li dawn iġarrbu l-ispejjeż tal-persunal issekondat minnhom, inkluż is-salarji, l-assigurazzjoni li tkopri r-riskji kollha, il-gratifiki għas-sussistenza għal kull jum u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-Iraq, u bil-kondizzjoni li jikkontribwixxu għall-ispejjeż operazzjonali tal-EUAM Iraq, kif meħtieġ.

2.   L-Istati terzi li jikkontribwixxu għall-EUAM Iraq għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi f'termini tal-ġestjoni ta' kuljum tal-EUAM Iraq bħall-Istati Membri.

3.   Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti u dwar l-istabbiliment ta' Kumitat ta' Kontributuri.

4.   L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi għandhom ikunu koperti minn ftehimiet konklużi f'konformità mal-Artikolu 37 TUE. Fejn l-Unjoni u Stat terz jikkonkludu jew ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta' dak l-Istat terz f'operazzjonijiet tal-Unjoni ta' maniġġar ta' kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta' dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EUAM Iraq.

Artikolu 11

Sigurtà

1.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jidderieġi l-ippjanar mill-Kap tal-Missjoni tal-miżuri ta' sigurtà u jiżgura li l-EUAM Iraq jimplimenta dawk il-miżuri b'mod korrett u effettiv f'konformità mal-Artikolu 5.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-EUAM Iraq u biex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti minimi ta' sigurtà applikabbli għall-EUAM Iraq, f'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V TUE, u mal-istrumenti ta' sostenn tagħha.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiġi assistit minn Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Missjoni, li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mas-SEAE.

4.   Il-persunal tal-EUAM Iraq għandu jingħata taħriġ mandatorju ta' sigurtà qabel ma jibda dmirijietu, f'konformità mal-OPLAN. Huwa għandu jingħata wkoll taħriġ regolari ta' aġġornament fuq il-post tal-operazzjonijiet, li jkun organizzat mill-Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Missjoni.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (1).

Artikolu 12

Kapaċità ta' Sorveljanza

Il-Kapaċità ta' Sorveljanza għandha tiġi attivata għall-EUAM Iraq.

Artikolu 13

Arranġamenti legali

L-EUAM Iraq għandu jkollha l-kapaċità li takkwista servizzi u provvisti, li tidħol f'kuntratti u arranġamenti amministrattivi, li timpjega persunal, li jkollha kontijiet bankarji, li takkwista u tiddisponi mill-assi u tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha, u li tkun parti għal proċeduri legali, kif meħtieġ sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni.

Artikolu 14

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Iraq mis-16 ta' Ottubru 2017 sas-17 ta' Ottubru 2018 għandu jkun ta' EUR 14 000 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja għal kull perijodu sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist mill-EUAM Iraq għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet. Barra minn hekk, ma għandha tapplika l-ebda regola ta' oriġini għall-prodotti mixtrija mill-EUAM Iraq. Soġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni, l-EUAM Iraq tista' tikkonkludi arranġamenti tekniċi ma' Stati Membri, l-Istat ospitanti, Stati terzi parteċipanti u ma' atturi internazzjonali oħra, fir-rigward tal-provvista ta' tagħmir, servizzi u siti lill-EUAM Iraq.

3.   L-EUAM Iraq għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha. Għal dan il-għan, l-EUAM Iraq għandha tiffirma ftehim mal-Kummissjoni.

4.   L-EUAM Iraq għandha tirrapporta b'mod sħiħ lill-Kummissjoni, u tkun issorveljata minnha fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-ftehim.

5.   L-arranġamenti finanzjarji għandhom jirrispettaw il-linja ta' kmand prevista fl-Artikoli 4, 5 and 6 u r-rekwiżiti operattivi tal-EUAM Iraq.

6.   In-nefqa marbuta mal-EUAM Iraq għandha tkun eliġibbli mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 15

Konsistenza tar-rispons u l-koordinazzjoni tal-Unjoni

1.   Ir-RGħ għandu jiżgura l-konsistenza tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni mal-azzjoni esterna tal-Unjoni fl-intier tagħha, inkluż il-programmi ta' żvilupp tal-Unjoni.

2.   Mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jaġixxi f'koordinazzjoni mill-qrib mad-Delegazzjoni tal-Unjoni fl-Iran sabiex jiżgura l-konsistenza tal-azzjoni tal-Unjoni fl-Iraq.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mill-qrib mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Istati Membri preżenti fl-Iraq.

Artikolu 16

Rilaxx ta' informazzjoni

1.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat li jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni, kif adatt u f'konformità mal-ħtiġijiet tal-EUAM Iraq, l-informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” li tiġi ġġenerata għall-finijiet tal-EUAM Iraq, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE.

2.   Fil-każ ta' ħtieġa operazzjonali speċifika u immedjata, ir-RGħ għandu jkun awtorizzat ukoll li jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li tkun ġiet iġġenerata għall-finijiet tal-EUAM Iraq, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għal dan il-għan għandhom jitfasslu arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti.

3.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat li jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE marbut mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-EUAM Iraq u li jkun kopert mill-obbligu ta' segretezza professjonali f'konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (2).

4.   Ir-RGħ jista' jiddelega s-setgħat u l-abbiltà li jikkonkludi l-arranġamenti, imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tiegħu, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u lill-Kap tal-Missjoni, f'konformità mat-taqsima VII tal-Anness VI għad-Deċiżjoni 2013/488/UE.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u tul taż-żmien

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika sas-17 ta' Ottubru 2018.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/19


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1870

tas-16 ta' Ottubru 2017

dwar il-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassijiet tiegħu skont id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/55/UE għandha l-għan li tippromwovi l-użu tal-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku, b'mod li tiżgura l-interoperabbiltà semantika u ttejjeb iċ-ċertezza legali. Il-benefiċċji tal-fatturazzjoni elettronika huma mmassimizzati meta fattura tkun tista' tintbagħat, tiġi ġġenerata, trażmessa, riċevuta u pproċessata b'mod għalkollox awtomatiku. L-użu ta' standard Ewropew komuni dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-identifikazzjoni ta' lista limitata ta' sintassijiet huma garanzija li dawn il-benefiċċji jiġu milħuqa fil-kuntest tas-suq intern.

(2)

Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/55/UE, il-Kummissjoni talbet lill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw l-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-prodotti relatati, u fosthom prinċipalment il-lista ta' sintassijiet, ibbażata fuq it-talba ta' standardizzazzjoni tal-10 ta' Diċembru 2014, C(2014) 7912 final (2).

(3)

Fit-28 ta' Ġunju 2017, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) ħareġ l-istandard Ewropew EN 16931-1:2017, Fatturazzjoni elettronika — Parti 1: Mudell semantiku tad-data tal-elementi prinċipali ta' fattura elettronika u l-lista ta' sintassijiet CEN/TS 16931-2:2017, Fatturazzjoni elettronika — Parti 2: Il-lista ta' sintassijiet li jikkonformaw mal-EN 16931-1, skont is-sistema ta' klassifikazzjoni tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN).

(4)

Il-prodotti relatati żviluppati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) bl-għan li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN).

(5)

Il-Kummissjoni ttestjat l-applikazzjoni prattika għall-utent aħħari tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika, skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/55/UE. It-test wera li l-istandard Ewropew EN 16931-1:2017 huwa adattat għall-iskop u li jilħaq il-kriterji elenkati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/55/UE u speċjalment il-kriterji tal-prattiċità, tal-faċilità tal-użu għall-utent u tal-ispejjeż possibbli ta' implimentazzjoni. Ir-Rapport tal-eżitu ta' dak it-test ġie ppreżentat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-11 ta' Ottubru 2017.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li l-fatturi elettroniċi jiġu riċevuti u pproċessati skont l-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u mas-sintassijiet relatati kemm jista' jkun malajr, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Ir-referenza tal-istandard EN 16931-1:2017, Fatturazzjoni elettronika — Parti 1: Jenħtieġ għalhekk li mudell semantiku tad-data tal-elementi prinċipali ta' fattura elettronika u l-lista ta' sintassijiet CEN/TS 16931-2:2017, Fatturazzjoni elettronika — Parti 2 jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenza tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika “EN 16931-1:2017, Fatturazzjoni elettronika — Parti 1: Mudell semantiku tad-data tal-elementi prinċipali ta' fattura elettronika u l-lista ta' sintassijiet bir-referenza CEN/TS 16931-2: 2017, Fatturazzjoni elettronika — Parti 2: Lista ta' sintassijiet li jikkonformaw mal-EN 16931-1”, kif stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, huma b'dan ippubblikati.

Artikolu 2

It-18 ta' April 2019 hija d-data finali biex jiddaħħlu fis-seħħ il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2014/55/UE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 133, 6.5.2014, p. 1.

(2)  Commission Implementing Decision C(2014) 7912 final of 10 December 2014 on a standardisation request to the European standardisation organisations as regards a European standard on electronic invoicing and a set of ancillary standardisation deliverables pursuant to Regulation (EU) No 1025/2012 of the European Parliament and of the Council (M/528).


ANNESS

LISTA TA' SINTASSIJIET

Il-lista ta' sintassijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/55/UE hija pprovduta minn CEN fil-klawżola 7 ta' CEN/TS 16931-2:2017, ippubblikata fit-28 ta' Ġunju 2017.

Iż-żewġ (2) sintassijiet huma dawn li ġejjin:

1.

Messaġġ UN/CEFACT ta' Fattura Intersettorjali f'XML (Cross Industry Invoice XML) kif speċifikat f'XML Schemas 16B (SCRDM — CII) (1).

2.

Messaġġi UBL ta' fattura u nota ta' kreditu kif definiti f'ISO/IEC 19845:2015 (2).


(1)  Dawn id-dokumenti huma disponibbli mill-UNECE (il-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa) fuq http://www.unece.org/cefact/xml_schemas/index

(2)  Dawn id-dokumenti huma disponibbli minn Oasis UBL (Universal Business Language) fuq http://docs.oasis-open.org/ubl/cs1-UBL-2.1/UBL-2.1.pdf