ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 262

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
12 ta' Ottubru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1842 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-politika tal-Kunsill dwar data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta' dokumenti tal-Kunsill

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1843 tad-9 ta' Ottubru 2017 li taħtar membru u tliet membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Finlandja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1844 tad-9 ta' Ottubru 2017 li taħtar membru, propost mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni

6

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1845 tal-11 ta' Ottubru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2017) 6910)  ( 1 )

7

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1842

tad-9 ta' Ottubru 2017

dwar il-politika tal-Kunsill dwar data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta' dokumenti tal-Kunsill

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 240 tiegħu,

Billi:

(1)

Teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni ġodda ħolqu opportunitajiet bla preċedent għall-ġbir u l-ikkombinar ta' kontenut minn sorsi differenti. It-tendenza lejn soċjetà tal-informazzjoni u tal-għarfien tinfluwenza l-ħajja taċ-ċittadini kollha fl-Unjoni billi huma jkunu jistgħu jiksbu modi ġodda kif jaċċessaw u jakkwistaw l-għarfien.

(2)

L-informazzjoni tas-settur pubbliku hija sors importanti ta' għarfien u innovazzjoni fis-settur privat, li tappoġġa l-ħolqien ta' servizzi diġitali aħjar għaċ-ċittadini u l-kumpanniji madwar l-Ewropa.

(3)

Il-Kunsill u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE jiġbru, jipproduċu u jxerrdu firxa wiesgħa ta' informazzjoni dwar il-politiki u l-oqsma ta' attività tal-Unjoni. L-istituzzjonijiet tal-UE iżommu dokumenti li jistgħu jerġgħu jintużaw fi prodotti u servizzi diġitali u li jistgħu jsiru riżorsa ta' kontenut utli kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-kumpanniji.

(4)

Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tistabbilixxi regoli minimi għall-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku fl-Istati Membri, u hija tħeġġeġ lill-Istati Membri biex imorru lil hinn minn dawk ir-regoli minimi u biex jadottaw politiki ta' data miftuħa.

(5)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/833/UE (2), fl-2012 il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet il-Portal tad-Data Miftuħa tal-Unjoni Ewropea (“PDM UE”) li għandu l-għan li jkun punt uniku ta' aċċess għal data mill-istituzzjonijiet tal-UE u korpi oħra tal-Unjoni.

(6)

F'Ġunju 2013, l-Unjoni approvat il-Karta tal-G8 dwar id-Data Miftuħa u impenjat ruħha li timplimenta numru ta' attivitajiet ta' data miftuħa identifikati fil-Pjan ta' Azzjoni Kollettiv tal-G8 taħt dik il-Karta.

(7)

Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-24 u l-25 ta' Ottubru 2013, il-Kunsill Ewropew identifika d-data miftuħa bħala riżorsa mhux sfruttata b'potenzjal kbir għall-bini ta' soċjetajiet aktar b'saħħithom u aktar interkonnessi li jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet taċ-ċittadini u appella għall-promozzjoni attiva tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku.

(8)

Fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-2 ta' Marzu 2015, il-Kunsill enfasizza li sfruttament sħiħ u effiċjenti ta' għodod u servizzi bħad-data miftuħa jistgħu jixprunaw produttività u servizzi aħjar, u għandhom jiġu ffaċilitati. Barra minnhekk, fil-Konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta' Mejju 2015, il-Kunsill ħeġġeġ l-iżvilupp ta' ambjent ta' politika favur id-data fl-Unjoni li jippromwovi l-interoperabbiltà, l-użu u l-użu mill-ġdid ta' data tal-gvern għal skopijiet ta' riċerka u innovazzjoni filwaqt li jiżgura l-protezzjoni meħtieġa tad-data.

(9)

Il-PDM UE bħalissa fih għadd kbir ta' settijiet u links ta' data għall-Portali tad-Data Miftuħa tal-Istati Membri. Il-Kunsill ipparteċipa fil-PDM UE mill-2015, billi uża t-tliet settijiet ta' data li ġejjin: metadata tar-Reġistru Pubbliku tal-Kunsill, metadata tat-talbiet għal aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Kunsill u l-voti tal-Kunsill dwar atti leġislattivi.

(10)

Sal-lum, il-Kunsill ipparteċipa fil-PDM UE permezz ta' proġetti pilota. Minħabba li dawk il-proġetti pilota kienu ta' suċċess, jenħtieġ li tiġi stabbilita politika dwar id-data miftuħa għal dokumenti tal-Kunsill biex tiġi massimizzata l-esperjenza miksuba sa issa u jittieħed vantaġġ minnha, u biex il-Kunsill ikun jista' jiddefinixxi l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-pubblikazzjoni u l-użu mill-ġdid tad-dokumenti tiegħu.

(11)

Politika dwar id-data miftuħa għal dokumenti tal-Kunsill ittejjeb il-fluss ta' informazzjoni bejn il-Kunsill u l-pubbliku ġenerali; twassal għal użu aktar mifrux u t-tixrid tal-informazzjoni dwar l-Unjon; issaħħaħ ir-reputazzjoni tal-Kunsill għal aċċess miftuħ u trasparenza; u ssaħħaħ ir-responsabbiltà tal-Kunsill bħala istituzzjoni pubblika.

(12)

Jenħtieġ li l-politika tad-data miftuħa għal dokumenti tal-Kunsill tippromwovi l-iżvilupp ta' għodod u applikazzjonijiet li jgħinu lill-utenti jfittxu u jidentifikaw dokumenti għall-użu mill-ġdid.

(13)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal dokumenti li l-Kunsill mhuwiex f'pożizzjoni li jippermetti l-użu mill-ġdid tagħhom minħabba d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi jew minħabba sistemi ta' drittijiet ta' aċċess fl-Istati Membri.

(14)

Id-dritt ta' aċċess għal dokumenti tal-Kunsill jibqa' rregolat mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(15)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għal, u tiġi implimentata u applikata f'konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, kif ukoll mar-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u objettivi

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi politika dwar id-data miftuħa tal-Kunsill (“il-politika dwar id-data miftuħa”) billi tiddefinixxi l-prinċipji, il-kondizzjonijiet u l-limiti li jirregolaw l-użu mill-ġdid u l-mezzi prattiċi biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma u magħmula mill-Kunsill, kif definit fl-Artikolu 2(1).

2.   Il-politika dwar id-data miftuħa għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin:

(a)

li ttejjeb il-fluss ta' informazzjoni bejn il-Kunsill u l-pubbliku ġenerali; u

(b)

li tiffaċilita l-użu mill-ġdid wiesgħa ta' informazzjoni.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tapplika għal dokumenti miżmuma u magħmula mill-Kunsill li ġew magħmula disponibbli għall-pubbliku mill-Kunsill.

2.   Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal dokumenti miżmuma u magħmula mill-Kunsill li l-Kunsill mhux f'pożizzjoni li jippermetti l-użu mill-ġdid tagħhom minħabba:

(a)

drittijiet ta' proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi; jew

(b)

sistemi ta' drittijiet ta' aċċess fl-Istati Membri.

3.   Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal u għandha tiġi implimentata u applikata f'konformità ma':

(a)

ir-regoli dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, u b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(b)

ir-regoli dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Kunsill, u b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1049/2001; u

(c)

ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE, u b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (5).

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“dokument” tfisser:

(a)

kwalunkwe kontenut fi kwalunkwe mezz (miktub fuq il-karta jew miżmum f'sura elettronika jew bħala reġistrazzjoni ta' awdjo, viżiva jew awdjoviżiva) dwar kwistjoni marbuta ma' politiki, attivitajiet u deċiżjonijiet li jaqgħu fi ħdan l-isfera istituzzjonali ta' responsabbiltà tal-Kunsill;

(b)

kwalunkwe parti ta' dak il-kontenut;

(2)

“użu mill-ġdid” tfisser l-użu minn persuni jew entitajiet legali għal skopijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali li ma jkunux l-iskopijiet inizjali li għalihom ikun sar id-dokument;

(3)

“data personali” tfisser data kif definita fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001;

(4)

“format miftuħ” tfisser format ta' fajl li huwa indipendenti mill-pjattaforma u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mingħajr ebda restrizzjoni li tostakola l-użu mill-ġdid ta' dokumenti;

(5)

“format li jinqara minn magna” tfisser format strutturat għal applikazzjonijiet ta' software għall-identifikazzjoni b'mod affidabbli ta' dikjarazzjonijiet individwali ta' fatti u l-istruttura interna tagħhom.

Artikolu 4

Prinċipji ġenerali

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (“is-SĠK”) għandu jiżgura li d-dokumenti jsiru disponibbli għall-użu mill-ġdid:

(a)

għal kulħadd;

(b)

mingħajr il-ħtieġa ta' applikazzjoni individwali;

(c)

bla ħlas; u

(d)

għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali.

Artikolu 5

Drittijiet esklussivi u mhux diskriminatorji

1.   Kwalunkwe kundizzjoni applikabbli għall-użu mill-ġdid ta' dokumenti għandha tkun mhux diskriminatorja għall-kategoriji paragunabbli ta' użu mill-ġdid.

2.   L-użu mill-ġdid tad-dokumenti għandu jkun miftuħ għal kwalunkwe attur potenzjali fis-suq. M'għandhomx jingħataw drittijiet esklussivi.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-użu mill-ġdid

1.   Id-dokumenti għandhom isiru disponibbli għall-użu mill-ġdid skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-obbligu għal min juża mill-ġdid id-dokument li jirrikonoxxi s-sors tad-dokumenti;

(b)

l-obbligu li ma titbiddilx it-tifsira jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti;

(c)

l-assenza ta' responsabbiltà tal-Kunsill għal kwalunkwe konsegwenza li tirriżulta mill-użu mill-ġdid.

2.   Jekk meħtieġ, is-SĠK jista' japplika kondizzjonijiet oħra għal tip partikolari ta' dokument.

3.   Is-SĠK għandu jieħu miżuri xierqa biex jipproteġi d-drittijiet, l-interessi u l-immaġni pubblika tal-Kunsill fil-fora xierqa kollha.

Artikolu 7

Formati disponibbli

1.   Is-SĠK għandu jagħmel id-dokumenti disponibbli:

(a)

fi kwalunkwe format jew verżjoni lingwistika eżistenti miżmuma mill-Kunsill;

(b)

fuq l-Internet; u

(c)

fejn possibbli u xieraq, f'formati miftuħa u li jkunu jistgħu jinqaraw minn magna.

2.   Is-SĠK ma għandux ikun obbligat li:

(a)

joħloq, jadatta jew jaġġorna dokumenti;

(b)

li jipprovdi siltiet, jekk dan ikun jinvolvi sforz sproporzjonat, li jmur lil hinn minn operazzjoni sempliċi;

(c)

jittraduċi dokumenti fi kwalunkwe verżjoni lingwistika uffiċjali oħra għajr minn dawk disponibbli diġà; jew

(d)

ikompli jipproduċi ċerti tipi ta' dokumenti jew li jippreserva d-dokumenti f'format partikolari bl-għan tal-użu mill-ġdid tagħhom.

Artikolu 8

Rapport

Sal-10 ta' Ottubru 2022, is-SĠK għandu jippreżenta rapport lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, inkluż l-azzjonijiet ta' implimentazzjoni meħudin mis-SĠK sabiex jagħmlu d-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid b'mod miftuħ u f'formati li jistgħu jinqaraw minn magna.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

S. KIISLER


(1)  Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/833/UE tat-12 ta' Diċembru 2011 dwar l-użu mill-ġdid ta' dokumenti tal-Kummissjoni (ĠU L 330, 14.12.2011, p. 39).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1843

tad-9 ta' Ottubru 2017

li taħtar membru u tliet membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Finlandja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Finlandiż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Ilpo HAALISTO, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Veikko KUMPUMÄKI, tas-Sinjura Hannele LUUKKAINEN u tas-Sur Antero SAKSALA saru vakanti s-siġġijiet ta' tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Ilpo HELTIMOINEN, Lappeenrannan kaupunginvaltuuston jäsen,

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sinjura Terhi KOULUMIES, Helsingin kaupunginvaltuuston jäsen,

Is-Sur Jari ANDERSSON, Sastamalan kaupunginvaltuuston jäsen,

Is-Sur Mikko AALTONEN, Tampereen kaupunginvaltuuston jäsen.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

S. KIISLER


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1844

tad-9 ta' Ottubru 2017

li taħtar membru, propost mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tan-Netherlands,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Rogier VAN DER SANDE, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sinjura J. (Jeannette) BALJEU, Gedeputeerde in de provincie Zuid-Holland.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

S. KIISLER


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/7


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1845

tal-11 ta' Ottubru 2017

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2017) 6910)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”) u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE jridu jinkludu minn tal-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu minn tal-inqas sad-dati stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għal dawk iż-żoni.

(3)

Mid-data tal-adozzjoni tiegħu 'l hawn, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata diversi drabi sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-influwenza avjarja. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/696 (5) sabiex jiġu stabbiliti r-regoli fir-rigward tad-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247. Dik l-emenda qieset il-fatt li l-flieles ta' ġurnata jirrappreżentaw riskju baxx ħafna ta' tixrid tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja meta mqabbla ma' prodotti bażiċi oħra tat-tjur.

(4)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1841 (6) stipulat dispożizzjonijiet għall-istabbiliment ta' żona ristretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati sabiex jissaħħaħ il-kontroll tal-mard meta jkun hemm riskju ikbar ta' tixrid tal-vajrus u għad-dispaċċ ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tfaqqis minn dawk iż-żoni lejn Stati Membri oħra taħt ċertu kundizzjonijiet ta' sikurezza. L-Anness ġie emendat sabiex jinkludi ż-żoni ristretti oħra.

(5)

Barra minn hekk, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat diversi drabi sabiex jitqiesu l-bidliet fil-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE. Dak l-Anness ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1593 (7), wara n-notifika mill-Italja ta' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-azjendi tat-tjur fir-reġjuni tal-Lombardija u tal-Veneto, u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza minn dak l-Istat Membru madwar l-azjendi tat-tjur infettati skont id-Direttiva 2005/94/KE.

(6)

Minn meta saret l-emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1593 'il hawn, l-Italja identifikat u nnotifikat lill-Kummissjoni tifqigħat ġodda ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-azjendi tat-tjur, mill-ġdid fir-reġjuni tal-Lombardija u tal-Veneto ta' dak l-Istat Membru. L-Italja nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi tat-tjur infettati.

(7)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri li ħadet l-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja tas-sottotip H5N8 f'dak l-Istat Membru, u kienet sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Italja, qegħdin 'il bogħod biżżejjed minn kwalunkwe azjenda li fiha kienet ġiet ikkonfermata tifqigħa ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8.

(8)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex tiġi evitata l-impożizzjoni minn pajjiżi terzi ta' ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni, flimkien mal-Italja, jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fl-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'dak l-Istat Membru. Għaldaqstant jenħtieġ li l-entrati għall-Italja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġu aġġornati sabiex iqisu s-sitwazzjoni epidemjoloġika aġġornata f'dak l-Istat Membru fir-rigward ta' dik il-marda. B'mod partikolari, hemm bżonn li jiżdiedu entrati ġodda għal ċerti żoni fir-reġjuni tal-Lombardija u tal-Veneto sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni l-ġdida.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu inklużi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Italja wara t-tifqigħat il-ġodda ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja fir-reġjuni tal-Lombardija u tal-Veneto, skont id-Direttiva 2005/94/KE u d-durata tar-restrizzjonijiet applikabbli fiha.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 261, 11.10.2017, p. 26).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1593 tal-20 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 243, 21.9.2017, p. 14).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti A, l-entrata għall-Italja tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

Stat Membru: l-Italja

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0037) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.137063 and E11.664795

5.10.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0038) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,347216 and E11,557848

21.10.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0040) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 45,310657 E11,518548

20.10.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0039) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,433670 E11,080676

19.10.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0041) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,308910 E9,870331

20.10.2017”

(2)

Fil-Parti B, l-entrata għall-Italja tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

Stat Membru: l-Italja

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

The area of the parts of Lombardy and Emilia Romagna Regions (ADNS 17/0036) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.046214 and E10.186550

Mill-1.10.2017 sad-9.10.2017

The area of the parts of Lombardy and Emilia Romagna Regions (ADNS 17/0036) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.046214 and E10.186550

9.10.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0037) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.137063 and E11.664795

Mis-6.10.2017 sal-14.10.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0037) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.137063 and E11.664795

14.10.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0038) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,347216 and E11,557848

Mit-22.10.2017 sat-30.10.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0040) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,310657 and E11,518548

Mill-21.10.2017 sad-29.10.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0039) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,433670 and E11,080676

Mill-20.10.2017 sat-28.10.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0041) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.308910 and E9.870331

Mill-21.10.2017 sad-29.10.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0038) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,347216 and E11,557848

30.10.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0040) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,310657 and E11,518548

29.10.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0039) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,433670 and E11,080676

28.10.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0041) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.308910 and E9.870331

29.10.2017”

(3)

Fil-Parti C, tiddaħħal entrata għall-Italja:

Stat Membru: l-Italja

Żona li tinkludi:

Id-data sa meta l-miżuri jridu jibqgħu applikabbli skont l-Artikolu 3b

Municipality of ACQUAFREDDA (BS)

Municipality of CALCINATO (BS): South of A4 highway

Municipality of CALVISANO (BS)

Municipality of CARPENEDOLO (BS)

Municipality of DESENZANO DEL GARDA (BS): South of A4 highway

Municipality of ISORELLA (BS)

Municipality of LONATO DEL GARDA (BS): South of A4 highway

Municipality of MONTICHIARI (BS)

Municipality of POZZOLENGO (BS): South of A4 highway

Municipality of REMEDELLO (BS)

Municipality of VISANO (BS)

Municipality of ACQUANEGRA SUL CHIESE (MN)

Municipality of ASOLA (MN)

Municipality of BAGNOLO SAN VITO (MN)

Municipality of BIGARELLO (MN)

Municipality of BORGO VIRGILIO (MN)

Municipality of BORGOFRANCO SUL PO (MN)

Municipality of BOZZOLO (MN)

Municipality of CANNETO SULL'OGLIO (MN)

Municipality of CARBONARA DI PO (MN)

Municipality of CASALMORO (MN)

Municipality of CASALOLDO (MN)

Municipality of CASALROMANO (MN)

Municipality of CASTEL D'ARIO (MN)

Municipality of CASTEL GOFFREDO (MN)

Municipality of CASTELBELFORTE (MN)

Municipality of CASTELLUCCHIO (MN)

Municipality of CASTIGLIONE DELLE STIVIERE (MN)

Municipality of CAVRIANA (MN)

Municipality of CERESARA (MN)

Municipality of COMMESSAGGIO (MN)

Municipality of CURTATONE (MN)

Municipality of DOSOLO (MN)

Municipality of GAZOLDO DEGLI IPPOLITI (MN)

Municipality of GAZZUOLO (MN)

Municipality of GOITO (MN)

Municipality of GONZAGA (MN)

Municipality of GUIDIZZOLO (MN)

Municipality of MAGNACAVALLO (MN)

Municipality of MANTOVA (MN)

Municipality of MARCARIA (MN)

Municipality of MARIANA MANTOVANA (MN)

Municipality of MARMIROLO (MN)

Municipality of MEDOLE (MN)

Municipality of MOGLIA (MN)

Municipality of MONZAMBANO (MN)

Municipality of MOTTEGGIANA (MN)

Municipality of OSTIGLIA (MN)

Municipality of PEGOGNAGA (MN)

Municipality of PIEVE DI CORIANO (MN)

Municipality of PIUBEGA (MN)

Municipality of POGGIO RUSCO (MN)

Municipality of POMPONESCO (MN)

Municipality of PONTI SUL MINCIO (MN)

Municipality of PORTO MANTOVANO (MN)

Municipality of QUINGENTOLE (MN)

Municipality of QUISTELLO (MN)

Municipality of REDONDESCO (MN)

Municipality of REVERE (MN)

Municipality of RIVAROLO MANTOVANO (MN)

Municipality of RODIGO (MN)

Municipality of RONCOFERRARO (MN)

Municipality of ROVERBELLA (MN)

Municipality of SABBIONETA (MN)

Municipality of SAN BENEDETTO PO (MN)

Municipality of SAN GIACOMO DELLE SEGNATE (MN)

Municipality of SAN GIORGIO DI MANTOVA (MN)

Municipality of SAN GIOVANNI DEL DOSSO (MN)

Municipality of SAN MARTINO DALL'ARGINE (MN)

Municipality of SCHIVENOGLIA (MN)

Municipality of SERMIDE E FELONICA (MN)

Municipality of SERRAVALLE A PO (MN)

Municipality of SOLFERINO (MN)

Municipality of SUSTINENTE (MN)

Municipality of SUZZARA (MN)

Municipality of VIADANA (MN)

Municipality of VILLA POMA (MN)

Municipality of VILLIMPENTA (MN)

Municipality of VOLTA MANTOVANA (MN)

Municipality of BAONE (PD)

Municipality of BARBONA (PD)

Municipality of CARCERI (PD)

Municipality of CASALE DI SCODOSIA (PD)

Municipality of CASTELBALDO (PD)

Municipality of CERVARESE SANTA CROCE (PD)

Municipality of CINTO EUGANEO (PD)

Municipality of ESTE (PD)

Municipality of GRANZE (PD)

Municipality of LOZZO ATESTINO (PD)

Municipality of MASI (PD)

Municipality of MEGLIADINO SAN FIDENZIO (PD)

Municipality of MEGLIADINO SAN VITALE (PD)

Municipality of MERLARA (PD)

Municipality of MONTAGNANA (PD)

Municipality of OSPEDALETTO EUGANEO (PD)

Municipality of PIACENZA D'ADIGE (PD)

Municipality of PONSO (PD)

Municipality of ROVOLON (PD)

Municipality of SALETTO (PD)

Municipality of SANTA MARGHERITA D'ADIGE (PD)

Municipality of SANT'ELENA (PD)

Municipality of SANT'URBANO (PD)

Municipality of TEOLO (PD)

Municipality of URBANA (PD)

Municipality of VESCOVANA (PD)

Municipality of VIGHIZZOLO D'ESTE (PD)

Municipality of VILLA ESTENSE (PD)

Municipality of VO' (PD)

Municipality of BERGANTINO (RO)

Municipality of CASTELNOVO BARIANO (RO)

Municipality of MELARA (RO)

Municipality of ALBAREDO D'ADIGE (VR)

Municipality of ANGIARI (VR)

Municipality of ARCOLE (VR)

Municipality of BELFIORE (VR)

Municipality of BEVILACQUA (VR)

Municipality of BONAVIGO (VR)

Municipality of BOSCHI SANT'ANNA (VR)

Municipality of BOVOLONE (VR)

Municipality of BUTTAPIETRA (VR)

Municipality of CALDIERO (VR): South of A4 highway

Municipality of CASALEONE (VR)

Municipality of CASTAGNARO (VR)

Municipality of CASTEL D'AZZANO (VR)

Municipality of CASTELNUOVO DEL GARDA (VR): South of A4 highway

Municipality of CEREA (VR)

Municipality of COLOGNA VENETA (VR)

Municipality of COLOGNOLA AI COLLI (VR): South of A4 highway

Municipality of CONCAMARISE (VR)

Municipality of ERBÈ (VR)

Municipality of GAZZO VERONESE (VR)

Municipality of ISOLA DELLA SCALA (VR)

Municipality of ISOLA RIZZA (VR)

Municipality of LAVAGNO (VR): South of A4 highway

Municipality of LEGNAGO (VR)

Municipality of MINERBE (VR)

Municipality of MONTEFORTE D'ALPONE (VR): South of A4 highway

Municipality of MOZZECANE (VR)

Municipality of NOGARA (VR)

Municipality of NOGAROLE ROCCA (VR)

Municipality of OPPEANO (VR)

Municipality of PALU' (VR)

Municipality of PESCHIERA DEL GARDA (VR): South of A4 highway

Municipality of POVEGLIANO VERONESE (VR)

Municipality of PRESSANA (VR)

Municipality of RONCO ALL'ADIGE (VR)

Municipality of ROVERCHIARA (VR)

Municipality of ROVEREDO DI GUÀ (VR)

Municipality of SALIZZOLE (VR)

Municipality of SAN BONIFACIO (VR): South of A4 highway

Municipality of SAN GIOVANNI LUPATOTO (VR): South of A4 highway

Municipality of SAN MARTINO BUON ALBERGO (VR)

Municipality of SAN PIETRO DI MORUBIO (VR)

Municipality of SANGUINETTO (VR)

Municipality of SOAVE (VR): South of A4 highway

Municipality of SOMMACAMPAGNA (VR): South of A4 highway

Municipality of SONA (VR): South of A4 highway

Municipality of SORGÀ (VR)

Municipality of TERRAZZO (VR)

Municipality of TREVENZUOLO (VR)

Municipality of VALEGGIO SUL MINCIO (VR)

Municipality of VERONA (VR): South of A4 highway

Municipality of VERONELLA (VR)

Municipality of VIGASIO (VR)

Municipality of VILLA BARTOLOMEA (VR)

Municipality of VILLAFRANCA DI VERONA (VR)

Municipality of ZEVIO (VR)

Municipality of ZIMELLA (VR)

Municipality of AGUGLIARO (VI)

Municipality of ALBETTONE (VI)

Municipality of ALONTE (VI)

Municipality of ALTAVILLA VICENTINA (VI): South of A4 highway

Municipality of ARCUGNANO (VI): South of A4 highway

Municipality of ASIGLIANO VENETO (VI)

Municipality of BARBARANO VICENTINO (VI)

Municipality of BRENDOLA (VI): South of A4 highway

Municipality of CAMPIGLIA DEI BERICI (VI)

Municipality of CASTEGNERO (VI)

Municipality of GAMBELLARA (VI): South of A4 highway

Municipality of GRUMOLO DELLE ABBADESSE (VI): South of A4 highway

Municipality of LONGARE (VI)

Municipality of LONIGO (VI)

Municipality of MONTEBELLO VICENTINO (VI): South of A4 highway

Municipality of MONTECCHIO MAGGIORE (VI): South of A4 highway

Municipality of MONTEGALDA (VI)

Municipality of MONTEGALDELLA (VI)

Municipality of MOSSANO (VI)

Municipality of NANTO (VI)

Municipality of NOVENTA VICENTINA (VI)

Municipality of ORGIANO (VI)

Municipality of POJANA MAGGIORE (VI)

Municipality of SAREGO (VI)

Municipality of SOSSANO (VI)

Municipality of TORRI DI QUARTESOLO (VI): South of A4 highway

Municipality of VAL LIONA (VI)

Municipality of VICENZA (VI): South of A4 highway

Municipality of VILLAGA (VI)

Municipality of ZOVENCEDO (VI)

30.11.2017”