ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 252

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
29 ta' Settembru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1602 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

1

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1603 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

3

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1604 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

22

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1605 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

23

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2017/1606 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni

26

 

*

Riżoluzzjoni (UE, Euratom) 2017/1607 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

28

 

*

Riżoluzzjoni (UE, Euratom) 2017/1608 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015

66

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2017/1609 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2015

101

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2017/1610 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2015

103

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2017/1611 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2015

105

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2017/1612 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015

107

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2017/1613 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015

109

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2017/1614 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2015

111

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2017/1615 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni

113

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1616 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja

115

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1617 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja

116

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1618 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri

120

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1619 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri

121

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1620 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

124

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1621 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

125

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1622 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

129

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1623 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

130

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1624 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni

133

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1625 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni

134

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1626 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

136

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1627 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

137

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1628 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

139

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1629 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

140

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1630 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015

143

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1631 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015

145

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1632 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015

159

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1633 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2015

161

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1634 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2015

162

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1635 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2015

165

 

*

Deċiżjoni (EU) 2017/1636 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2015

166

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1637 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2015

167

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1638 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2015

170

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1639 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

171

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1640 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

172

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1641 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

175

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1642 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015

176

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1643 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015

177

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1644 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015

181

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1645 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (li issa sar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi) (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2015

182

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1646 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (li issa sar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi) (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2015

183

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1647 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (li issa sar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi) (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2015

186

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1648 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

187

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1649 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

188

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1650 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

192

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1651 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015

193

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1652 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015

194

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1653 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015

197

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1654 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

198

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1655 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

199

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1656 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

203

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1657 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2015

204

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1658 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2015

205

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1659 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2015

208

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1660 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015

209

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1661 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015

210

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1662 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015

214

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1663 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015

215

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1664 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015

216

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1665 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015

219

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1666 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2015

220

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1667 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2015

221

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1668 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2015

224

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1669 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015

225

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1670 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015

226

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1671 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015

231

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1672 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2015

232

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1673 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2015

233

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1674 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2015

236

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1675 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

237

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1676 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

238

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1677 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

242

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1678 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2015

243

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1679 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2015

244

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1680 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2015

249

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1681 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015

250

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1682 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015

251

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1683 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015

256

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1684 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2015

257

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1685 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2015

258

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1686 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2015

261

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1687 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015

262

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1688 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015

263

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1689 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015

266

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1690 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

267

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1691 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

268

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1692 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

271

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1693 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (li issa saret l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2015

272

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1694 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (li issa saret l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2015

273

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1695 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (li issa saret l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2015

277

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1696 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2015

278

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1697 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2015

279

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1698 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2015

283

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1699 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015

284

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1700 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015

285

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1701 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015

288

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1702 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015

289

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1703 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015

290

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1704 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015

294

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1705 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

295

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1706 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

296

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1707 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

299

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2017/1708 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2015

300

 

*

Riżoluzzjoni (UE, Euratom) 2017/1709 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2015

301

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2017/1710 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2015

302

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1711 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

303

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1712 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

304

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1713 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

307

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1714 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015

308

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1715 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015

309

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1716 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015

312

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1717 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2015

313

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1718 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2015

314

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1719 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2015

318

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1720 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2015

319

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1721 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2015

320

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1722 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2015

323

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1723 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (issa l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)) għas-sena finanzjarja 2015

324

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1724 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (issa l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)) għas-sena finanzjarja 2015

326

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1725 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (issa l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)) għas-sena finanzjarja 2015

330

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1726 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

331

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1727 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

332

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1728 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

335

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1729 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2015

336

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1730 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2015

337

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1731 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2015

340

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1732 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015

341

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1733 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015

342

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1734 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015

345

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1735 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015

346

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1736 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015

347

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1737 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015

350

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1738 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2015

351

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1739 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2015

352

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1740 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2015

355

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1741 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2015

356

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1742 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2015

357

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1743 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2015

360

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2017/1744 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2015

361

 

*

Riżoluzzjoni (UE, Euratom) 2017/1745 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għall-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2015

362

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2017/1746 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2015

366

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1747 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015

367

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1748 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015

368

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1749 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015

371

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2017/1750 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll

372

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/1


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1602 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)475 — C8-0270/2016) (2),

wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew (3),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (5) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar ir-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94, l-Artikolu 98(3) u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0153/2017),

A.

billi l-President adotta l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2015 fl-4 ta' Lulju 2016,

B.

billi fl-24 ta' Ġunju 2016 is-Segretarju Ġenerali, bħala l-uffiċjal awtorizzanti b'delega, iċċertifika b'assigurazzjoni raġonevoli li r-riżorsi assenjati lill-baġit tal-Parlament intużaw għall-iskopijiet previsti, konformement mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-proċeduri ta' kontroll stabbiliti joffru l-garanziji neċessarji ta' legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

C.

billi l-awditu tal-Qorti tal-Awdituri afferma li, fil-valutazzjoni speċifika tiegħu tal-amministrazzjoni u ta' nefqa oħra fl-2015, ma identifika l-ebda dgħufija serja fir-rapporti ta' attività annwali eżaminati u fis-sistemi ta' kontroll intern tal-istituzzjonijiet u tal-korpi, kif jirrikjedi r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

D.

billi l-Artikolu 166(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jirrikjedi li kull istituzzjoni tal-Unjoni tieħu l-passi kollha xierqa sabiex tieħu azzjoni fuq il-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament;

1.

Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69, 13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 354, 27.9.2016, p. 1.

(4)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.

(5)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 10.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  PE 422.541/Bur.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/3


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1603 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94, l-Artikolu 98(3) u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0153/2017),

A.

billi fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu tal-kontijiet finali, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Parlament Ewropea (il-“Parlament”) iddikjara l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Parlament fl-aspetti materjali kollha, u li l-ebda kwistjoni li tirrikjedi riserva ma tressqet għall-attenzjoni tiegħu;

B.

billi, skont il-proċedura tas-soltu, intbagħtu 129 mistoqsija lill-amministrazzjoni tal-Parlament u r-risposti bil-miktub waslu għand il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (CONT) u ġew diskussi pubblikament minnu fil-preżenza tal-Viċi President responsabbli għall-baġit, tas-Segretarju Ġenerali u tal-awditur intern;

C.

billi l-iskrutinju, b'mod partikolari fil-forma ta' proċedura ta' kwittanza annwali, huwa essenzjali biex jiggarantixxi li dawk responsabbli politikament u l-amministrazzjoni tal-Parlament jagħtu kont ta' xogħolhom liċ-ċittadini tal-Unjoni; billi hemm lok permanenti għal titjib f'termini ta' kwalità, effiċjenza u effikaċja fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi; billi l-prinċipji ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u ta' governanza tajba tar-riżorsi umani għandhom ikunu l-elementi ċentrali fl-eżekuzzjoni tal-baġit;

Sorveljanza tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament

1.

Josserva li s-sistema ta' sorveljanza formali tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament tikkonsisti minn erba' komponenti prinċipali:

(a)

iċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet finali min-naħa tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Parlament;

(b)

ir-rapporti annwali tal-awditur intern u l-opinjoni tiegħu dwar is-sistema ta' kontroll intern;

(c)

il-valutazzjoni tal-infiq amministrattiv u ta' natura oħra tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, inkluż il-Parlament, min-naħa tal-awditur estern tiegħu, il-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) u

(d)

il-proċedura tal-kwittanza mħejjija mill-Kumitat CONT, li twassal għal deċiżjoni tal-Parlament dwar l-għoti tal-kwittanza lill-President tal-Parlament.

2.

Josserva li r-rapport annwali tal-awditur intern fih sejbiet ibbażati fuq eżerċizzji ta' awditjar speċifiċi; għandu l-għan li jtejjeb il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja iżda mhux li joffri stampa komprensiva tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament; josserva, analogament, li r-rapport tal-Qorti jirrappreżenta biss ir-riżultati ta' kampjun żgħir (16-il tranżazzjoni) tat-tranżazzjonijiet kollha tal-Parlament;

3.

Jirrikonoxxi li, b'mod ġenerali, il-livell baxx ta' żball fil-każ tal-infiq amministrattiv jista' jindika l-attenzjoni relattivament skarsa li l-Qorti tagħti lit-tranżazzjonijiet tal-Parlament;

4.

Jirrimarka, iżda, li anki jekk ir-rata ta' żball hija notevolment baxxa, ir-riskju għar-reputazzjoni huwa relattivament għoli, inkwantu tali żbalji finanzjarji u baġitarji jafu jħallu riperkussjonijiet negattivi fuq id-dehra tal-istituzzjoni;

5.

Iżid li, aktar reċentement, bħala konsegwenza tan-neċessità, li ġeneralment tinħass, ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni, il-kwittanzi ma jmisshomx jillimitaw ruħhom biex jaqbdu l-irregolaritajiet, iżda wkoll jinkludu l-miżura ta' prestazzjonijiet u riżultati konkreti, u li dan l-aspett ukoll huwa ta' importanza partikolari fil-każ tal-Parlament, minħabba li n-nuqqas ta' riżultati għandu impatt dirett fuq ir-reputazzjoni tal-istituzzjoni;

6.

Jinnota li, f'dan il-kuntest, ħidmet il-Parlament fl-ambitu tal-proċedura ta' kwittanza toffri opportunità biex il-kontijiet tal-amministrazzjoni tal-Parlament jitqiesu aktar fil-fond; jitlob li jissaħħaħ l-għarfien espert intern fil-qasam tal-kontabilità u tal-awditjar li r-rapporteurs ikunu jistgħu jutilizzawh huma u jħejju r-rapporti tal-kwittanza tagħhom;

Il-kontijiet tal-Parlament

7.

Jikkonstata li l-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament għall-2015 ammontaw għal EUR 1 794 929 112, jew 19,78 % tal-Intestatura 5 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (1) allokati għall-infiq amministrattiv għall-2015 tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fit-totalità tagħhom u li jirrappreżentaw żieda ta' 2,2 % meta mqabbla mal-baġit 2014 (EUR 1 755 631 742);

8.

Jinnota li d-dħul totali li tniżżel fil-kontijiet sal-31 ta' Diċembru 2015 kien EUR 176 367 724 (2014: EUR 174 436 852), inklużi EUR 27 988 590 minn dħul assenjat (2014: EUR 26 979 032);

9.

Jindika li erba' kapitoli kienu jirrappreżentaw 71 % tal-impenji totali: il-Kapitolu 10 (Membri tal-istituzzjoni), il-Kapitolu 12 (Uffiċjali u persunal temporanju), il-Kapitolu 20 (Bini u nefqiet relatati) u l-Kapitolu 42 (Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari); josserva li dan jindika l-livell għoli ta' kontinwità li jikkaratterizza n-nefqa tal-Parlament, fil-biċċa l-kbira tagħha marbuta mar-remunerazzjoni tal-Membri u tal-persunal, adegwata skont ir-Regolamenti tal-Persunal u obbligi kuntrattwali oħrajn;

10.

Jinnota ċ-ċifri li abbażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2015, speċifikament:

(a)   Approprjazzjonijiet disponibbli (EUR)

approprjazzjonijiet għall-2015:

1 794 929 112

riporti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2014:

riporti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2014:

277 911 825

approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal dħul assenjat għall-2015:

27 988 590

riporti li jikkorrispondu għal dħul assenjat mill-2014:

106 077 150

Total:

2 206 906 677

(b)   Użu tal-approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2015 (EUR)

impenji:

2 176 992 756

pagamenti li saru:

1 770 807 099

approprjazzjonijiet riportati awtomatikament inklużi dawk li ġejjin minn dħul assenjat:

392 379 176

approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament:

approprjazzjonijiet kanċellati:

43 720 402

(c)   Dħul baġitarju (EUR)

miġbur fl-2015:

176 367 724

(d)

Karta tal-bilanċ totali fil-31 ta' Diċembru 2015 (EUR)

1 511 058 599

11.

Jinnota li fl-2015, id-99,1 % tal-approprjazzjonijiet iskritti fil-baġit tal-Parlament ġew impenjati, b'rata ta' kanċellazzjoni ta' 0,9 % u li, bħal ma ġara fis-snin preċedenti, inkiseb livell għoli ħafna ta' implimentazzjoni tal-baġit;

12.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ammont tal-approprjazzjonijiet kanċellati kien jirriżulta EUR 41 422 684, u li l-kanċellazzjonijiet kienu jirrigwardaw prinċipalment is-salarji u n-nefqa marbuta mal-bini;

13.

Josserva li t-trasferiment “ta' tlaqqit” kien jammonta għal EUR 71 000 000, li jirrappreżenta 4 % tal-approprjazzjonijiet totali trasferiti minn intestaturi relatati ma' approprazzjonijiet ta' proviżjonament u minn sorsi oħrajn biex jikkontribwixxu għall-kopertura tal-pagament ta' lokazzjoni għall-binja Konrad Adenauer; iħeġġeġ li l-politika immobiljari tal-Parlament għandha tkun stabbilita b'biżżejjed ċarezza bħala parti mill-istrateġija tal-baġit; iqis dan il-livell ta' trasferiment “ta' tlaqqit” għoli ħafna; huwa tal-fehma soda li ġestjoni effikaċi tal-baġit għandha tnaqqas dan it-trasferiment sal-minimu indispensabbli; jistieden lill-Qorti, f'dan ir-rigward, tirrediġi rapport dwar il-politika immobiljari tal-Parlament;

L-opinjonijiet tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet għall-2015 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

14.

Jinnota li, kumplessivament, mill-evidenza għall-awditjar jirriżulta li l-infiq għall-“amministrazzjoni” mhuwiex milqut materjalment minn żball, iżda li fuq il-bażi ta' seba' żbalji kwantifikati, il-livell ta' żball stmat fil-kuntest tal-Intestatura 5 tal-QFP dwar l-amministrazzjoni huwa 0,6 % (minn 0,5 % fl-2014);

15.

Huwa mħasseb sew dwar is-sejba tal-Qorti li mill-151 tranżazzjoni eżaminata għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, 22 (14,6 %) kienu milquta minn żbalji; jinnota, madankollu, li, minn dawn it-22 tranżazzjoni, sebgħa biss ġew kwantifikati, u għaldaqstant kellhom implikazzjonijiet finanzjarji, li ssarrfu f'livell ta' żball stmat ta' 0,6 %;

16.

Jinnota, ukoll, is-sejbiet li jikkonċernaw speċifikament il-Parlament li jinsabu fir-rapport annwali tal-Qorti għall-2015; josserva li l-Qorti waslet għall-konklużjoni tal-eżistenza ta' dgħufijiet fil-kontrolli tal-awtorizzazzjoni u tas-saldu tan-nefqa tal-2014; jikkonstata li dawn id-dgħufijiet kienu jirrigwardaw biss tranżazzjoni waħda mis-16-il tranżazzjoni tal-Parlament li ġew eżaminati, fir-rigward ta' xi grupp politiku, u li dawn ġew solvuti fl-2015;

17.

Jinnota Sr-risposti li ta l-Parlament lill-Qorti matul il-proċedura kontradittorja; jitlob lill-Qorti żżomm lill-kumitat responsabbli informat dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tagħha biex tingħata gwida aħjar u jsir rieżami tal-qafas ta' kontroll eżistenti għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit allokati lill-gruppi politiċi;

Ir-rapport annwali tal-awditur intern

18.

Josserva li, fil-laqgħa miftuħa tal-kumitat responsabbli tat-30 ta' Jannar 2017 mal-awditur intern, dan tal-aħħar ippreżenta r-rapport annwali tiegħu u indika li, fl-2015, kien adotta rapporti ta' awditjar dwar is-suġġetti li ġejjin:

Segwitu tal-azzjonijiet li għadhom sospiżi mir-rapporti ta' awditjar intern;

Kodiċi ta' kondotta dwar il-multilingwiżmu;

Effiċjenza operattiva tal-IT u kejl tal-prestazzjoni;

Sistema ta' Ġestjoni Finanzjarja (SĠF);

Proċedura ta' rkupru tad-dejn;

Ġestjoni tal-kontinwità operattiva;

Inventarju u ġestjoni tal-kompetenzi esterni liċ-ċentru tad-data tal-IT;

19.

Jinnota u jappoġġa l-fehmiet espressi mill-awditur intern rigward il-ħtieġa li:

tkun abbozzata proposta motivata ta' aġġornament tal-Kodiċi ta' kondotta dwar il-multilingwiżmu għas-servizzi ta' interpretazzjoni, li jkun fih dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ippjanar tal-laqgħat tat-trilogu;

jitjieb il-qafas regolatorju applikabbli għal-laqgħat b'interpretazzjoni u partikolarment: allinjament aħjar tar-regoli diġà eżistenti; miżuri biex id-domanda tinqasam b'mod aktar ibbilanċjat matul il-ġimgħa u identifikazzjoni u sfruttament tal-ħinijiet mhux użati biżżejjed; jissottolinja l-bżonn li jonqos in-numru ta' laqgħat kanċellati bi preavviż qasir, billi dan iġib miegħu tqassim tar-riżorsi ferm ineffikaċi;

ikunu stabbiliti kriterji rilevanti u limiti minimi indikattivi għall-bidu tal-proċeduri legali u għar-rinunzja tad-dejn u biex dawn jitressqu għall-approvazzjoni tal-uffiċjal awtorizzanti prinċipali b'delega;

ikunu definiti governanza u strateġija adegwati (inkluża gwida tal-istituzzjoni u arranġamenti prattiċi) għall-ġestjoni tal-kontinwità operattiva;

20.

Jinnota li, fi tmiem l-2015, wara awditi ta' segwitu suċċessivi, għadhom sospiżi erba' azzjonijiet mir-rieżami tal-qafas tal-kontroll intern, kollha kkaratterizzati minn riskju moderat, u li f'każ minnhom, il-kompletament tal-azzjoni ġie pospost għall-2017 fil-kuntest tas-sistema ta' ġestjoni finanzjarja l-ġdida tal-Parlament; jistieden lill-awditur intern iżomm lill-Kumitat CONT informat dwar il-progress miksub fir-rigward ta' dawk l-azzjonijiet;

21.

Jitlob lill-awditur intern, huwa u jippreżenta r-rapport annwali, jagħmel aktar enfasi fuq l-aspetti li fihom sab nuqqasijiet u/jew irregolaritajiet; jitlob ukoll lill-Awditur Ġenerali jagħmel ir-rapporti tiegħu dwar is-segwitu, l-iżviluppi u s-soluzzjonijiet għall-problemi identifikati matul il-mandat tiegħu disponibbli għall-Kumitat CONT; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jintroduċi proċeduri għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni u tar-riżultati;

Segwitu għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza 2014

22.

Jinnota r-risposti bil-miktub għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għall-2014 mogħtija lill-Kumitat CONT fl-20 ta' Ottubru 2016 u tal-preżentazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tad-diversi mistoqsijiet u talbiet fir-rigward tar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-2014 u l-iskambju ta' fehmiet mal-Membri li segwa; jiddispjaċih, madankollu, li ħafna minn dawn l-applikazzjonijiet ma ngħatawx segwitu u li ma ngħatat la motivazzjoni u lanqas ġustifikazzjoni; jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm aktar lok għal diskussjoni mas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat CONT dwar il-kwistjonijiet li jolqtu l-baġit tal-Parlament u l-implimentazzjoni tiegħu;

23.

Jinnota li kien hemm inkonsistenza bejn id-dati ta' preżentazzjoni tal-abbozz ta' rapport dwar il-kwittanza tal-Parlament u l-possibbiltà li jitressqu mistoqsijiet supplimentari lis-Segretarju Ġenerali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jagħti risposti lill-mistoqsijiet supplimentari qabel ma jiskadi t-terminu għat-tressiq tal-emendi u, jekk neċessarju, qabel il-votazzjoni fil-kumitat;

Kwittanza tal-Parlament għall-2015

24.

Jinnota l-iskambju ta' fehmiet bejn il-Viċi President responsabbli għall-baġit, is-Segretarju Ġenerali u l-Kumitat CONT fil-preżenza tal-membru tal-Qorti u tal-awditur intern, fit-30 ta' Jannar 2017;

25.

Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-impenn li ħadet l-amministrazzjoni tal-Parlament biex ittejjeb kostantement il-prestazzjoni tas-servizzi tal-Parlament fl-intier tagħhom u biex dan isir b'mod effiċjenti, għad li jqis ukoll li, f'ċerti każijiet, il-bidliet qegħdin jieħdu wisq żmien biex jissarrfu fil-prattika;

26.

Jinnota li l-Parlament, li liċ-ċittadin jiswielu madwar EUR 3,60 fis-sena, ma għandux jibża' minn paragun ma' sistemi parlamentari oħrajn, speċjalment peress li terz tal-ispejjeż huwa dovut għal fatturi bażiċi (multilingwiżmu u postijiet tax-xogħol) li fuqhom il-Parlament stess għandu influwenza limitata u li ma japplikawx bl-istess mod għall-parlamenti l-oħra;

27.

Jinnota, madankollu, li l-attenzjoni mogħtija lill-baġitjar abbażi tal-prestazzjoni tvarja minn direttorat ġenerali għall-ieħor u li laħqet livell tajjeb, pereżempju, fid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi (DĠ FINS), iżda għadha f'fażi preliminari fi bnadi oħra tal-amministrazzjoni; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiggarantixxi li jkunu fissati u sottoposti għal monitoraġġ objettivi ċari u li jistgħu jitkejlu fl-amministrazzjoni kollha;

28.

Jinnota r-risposta tas-Segretarju Ġenerali dwar l-aċċess għall-applikazzjoni ePetition għall-Membri u għall-pubbliku ġenerali, kif ukoll tar-rapport tas-Servizz Legali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta dwar l-azzjonijiet maħsuba biex jagħtu segwitu lir-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz Legali;

29.

Jilqa' l-attenzjoni li tagħti l-amministrazzjoni lis-sostenibbiltà, partikolarment fil-kuntest tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku; josserva, madankollu, li bid-dħul fis-seħħ tad-direttiva l-ġdida dwar l-akkwist pubbliku (2), sar possibbli li tiżdied l-importanza tal-kriterji marbuta mas-sostenibbiltà soċjali u ambjentali meta mqabbla mal-kriterju tal-prezz l-aktar baxx;

30.

Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta pjan ta' azzjoni dwar il-mod kif ikunu applikati l-kriterji ta' sostenibbiltà fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku tal-Parlament u, f'dan ir-rigward, jinkludi evalwazzjoni tal-użu li jsir mill-akkwist pubbliku ekoloġiku bħala strument;

31.

Jirrikonoxxi li, skont il-Qorti, il-kostijiet tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament jammontaw għal EUR 114-il miljun fis-sena u jinnota s-sejba, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2013 dwar is-siti tas-sedi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (3), li, 78 % tal-missjonijiet kollha tal-persunal tal-Parlament li jidħlu fl-ambitu tar-Regolamenti tal-Persunal hija l-konsegwenza diretta tad-dispersjoni ġeografika tas-servizzi tal-Parlament; ifakkar li l-istima tal-impatt ambjentali ta' din id-dispersjoni hija bejn il-11 000 u d-19 000 tunnellata emissjonijiet ta' CO2; jistieden lill-Bureau jitlob lis-Segretarju Ġenerali jiddefinixxi mingħajr dewmien pjan direzzjonali għal sede unika għall-Parlament; itenni l-appell tiegħu lill-Parlament u lill-Kunsill biex jieħdu ħsieb il-bżonn ta' pjan direzzjonali għal sede unika, kif jiddikjara l-Parlament f'bosta riżoluzzjonijiet preċedenti, bil-għan li jiffranka fit-terminu twil; jemmen li l-ħruġ tar-Renju Unit u l-bżonn li jerġgħu jiġu assenjati l-aġenziji Ewropej li bħalissa għandhom is-sede tagħhom fir-Renju Unit, jistgħu joffru opportunità eċċellenti biex jissolvew bosta problemi fl-istess ħin; jiġbed l-attenzjoni għall-Artikolu 341 tat-TFUE li jistabbilixxi li s-sedi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim bejn il-Gvernijiet tal-Istati Membri u għall-Protokoll 6 anness mat-TUE u mat-TFUE li jistabbilixxi li l-Parlament Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strasburgu; ifakkar li s-soluzzjoni ta' sede unika teħtieġ bidla fit-Trattat;

32.

Ifakkar fir-risposta li tat l-amministrazzjoni lill-mistoqsija 75 fil-kwestjonarju dwar il-kwittanza għall-Parlament għall-2013, speċifikament li kienet iddeċidiet li tissospendi l-'prattika ta' missjonijiet fit-tul …, … fatt li wassal għal iffrankar notevoli', iżda jikkunsidra bħala kontradizzjoni kbira l-fatt li 13-il membru tal-persunal bħalissa jinsabu fuq missjoni fit-tul; iqis li missjoni fit-tul ta' membru tal-persunal, b'allowance tal-espatrijazzjoni u b'allowances tas-sussistenza ta' kuljum, fil-post fejn din il-persuna diġà kienet tgħix u taħdem tikkostitwtixxi użu diskutibbli ta' flus il-kontribwenti u jmur kontra r-Regolamenti tal-Persunal; jinsisti għal kjarifika tar-ċirkostanzi ta' kull missjoni fit-tul, u partikolarment tad-divulgazzjoni tar-raġunijiet u tal-kostijiet għal tali missjoni fit-tul;

33.

Ifakkar li, skont ir-Regolamenti tal-Persunal, l-uffiċjali kollha u l-aġenti l-oħrajn tal-Unjoni, anki dawk li jaħdmu fil-kabinetti, għandhom jaqdu dmirijiethom unikament billi jżommu quddiem għajnejhom l-interessi tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-uffiċjali tal-Unjoni huma mħallsin minn flus il-kontribwenti, li mhumiex maħsubin biex jiffinanzjaw l-istampa jew lil membri tal-persunal ieħor involuti fil-promozzjoni ta' kwalunkwe interess politiku nazzjonali ta' President; jistieden lill-Bureau jistabbilixxi dispożizzjonijiet ċari fir-regolamenti tal-Parlament;

34.

Jinnota d-deċiżjoni tal-President tal-21 ta' Ottubru 2015 bl-intenzjoni li jaħtar persuni f'karigi maniġerjali fi ħdan il-Parlament mingħajr rispett tal-proċeduri, u partikolarment mingħajr ma saret sejħa għal applikazzjonijiet; jinnota li din id-deċiżjoni “ma tikkorrispondix għar-regoli” (risposta tal-amministrazzjoni marbuta mat-tieni kwestjonarju tal-Kumitat CONT); jinsisti fuq il-fatt li din id-deċiżjoni tal-President għandha tkun formalment revokata;

35.

Jinnota li fil-15 ta' Diċembru 2015 il-President awtorizza l-allokazzjoni ta' allowance speċjali illimitata lill-persunal tal-kabinett tiegħu, oltre l-allowance eżistenti, minkejja li r-Regolamenti tal-Persunal ma jipprevedux din l-allowance speċjali; jerġa' jqajjem il-kwistjoni dwar il-leġittimità ta' din l-awtorità u l-validità tal-allowances speċjali; jitlob li tkun eżaminata l-possibbiltà li jkun jaf jekk id-deċiżjoni kkonċernata għandhiex tkun revokata;

Il-ġestjoni tal-iskema ta' sussidju għall-gruppi ta' viżitaturi

36.

Jinnota l-adozzjoni min-naħa tal-Bureau, fl-24 ta' Ottubru 2016, tar-Regoli riveduti li jirregolaw il-pagament tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-gruppi ta' viżitaturi sponsorjati;

37.

Jilqa' l-fatt li dawn inaqqsu konsiderevolment il-pagamenti fi flus kontanti u jintroduċu l-obbligu tat-trasferimenti elettroniċi, b'hekk jonqos ir-riskju ta' serq kif ukoll ir-riskju għar-reputazzjoni tal-Parlament, filwaqt li tkompli tkun garantita flessibbiltà konsiderevoli; isostni l-intenzjoni tal-Bureau li jevalwa s-sistema riveduta wara sena mill-implimentazzjoni; jiddeplora, madankollu, il-fatt li l-assistenti parlamentari jistgħu jkunu nominati biex jirċievu pagamenti fil-kontijiet personali tagħhom u jiċċertifikaw l-ispejjeż tal-grupp; jibża' li dan ipoġġi responsabbiltà ġuridika u finanzjarja inutli fuq l-assistenti parlamentari akkreditati u jesponihom għal riskji potenzjali; iħeġġeġ lill-Bureau jerġa' jeżamina din il-kwistjoni bħala prijorità;

38.

Jiddeplora l-fatt li l-Parlament ta l-kwittanza lill-President tiegħu fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2014 u fl-aħħar minuta ħassar paragrafi importanti, b'hekk qajjem aktar dubji dwar l-attivitajiet politiċi tal-President u l-aġir finanzjarju tiegħu matul l-elezzjonijiet Ewropej tal-2014;

Ir-reġistru ta' trasparenza u l-kunflitti ta' interess

39.

Jilqa' ż-żieda fl-attenzjoni min-naħa tal-mezzi ta' komunikazzjoni u tal-pubbliku murija lill-Parlament u lill-amministrazzjoni tiegħu; josserva, madankollu, li ċerti ġurnalisti jsibuha diffiċli jiksbu l-informazzjoni speċifika li jkunu qegħdin ifittxu; jirrimarka li t-trasparenza tal-Parlament u tal-amministrazzjoni tiegħu hija essenzjali għal-leġittimità tal-istituzzjoni u li, dejjem fir-rispett tar-regoli li jirregolaw il-protezzjoni tad-data, għandu jitjieb l-aċċess għall-informazzjoni;

40.

Jistieden lill-Bureau jippubblika fuq is-sit web tal-Parlament id-dokumenti rilevanti ppreżentati lilu mis-Segretarju Ġenerali f'forma li jista' jinqara elettronikament, sakemm ma n-natura tal-informazzjoni li tkun fihom ma tagħmilx dan possibbli, bħal fil-każ, ngħidu aħna, tal-protezzjoni tad-data personali;

41.

Jisħaq fuq il-bżonn li xogħol il-korpi deċiżjonali interni tal-Parlament, partikolarment il-Bureau, isir aktar trasparenti u aċċessibbli; jappella għall-pubblikazzjoni fl-Intranet tal-aġendi tal-Bureau f'ħin utli u għall-pubblikazzjoni tal-minuti b'mod ħafna aktar tempestiv; josserva li mhuwiex neċessarju li dak li jkun jistenna sakemm dawn jiġu tradotti bil-lingwi kollha;

42.

Ifakkar fl-obbligu tal-Membri li jinformaw minnufih lill-amministrazzjoni b'kull bidla fid-dikjarazzjonijiet ta' interessi tagħhom;

43.

Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Bureau, u jevidenzja r-rikjesti kollha għal azzjoni jew deċiżjoni min-naħa tal-Bureau; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiddefinixxi pjan ta' azzjoni u kalendarju li lill-Bureau jippermettilu jagħti segwitu u/jew jirrispondi lir-rakkomandazzjonijiet misjuba fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar il-kwittanza u jinkludi r-riżultati fid-dokument ta' monitoraġġ annwali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta f'ħin utli lill-Kumitat għall-Baġits u lill-KumitatCONT dwar il-proġetti kollha b'impatt konsiderevoli fuq il-baġit li ġew ippreżentati lill-Bureau;

44.

Jemmen li l-Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw is-sit web tal-Parlament biex jiggarantixxu lill-eletturi tagħhom l-akbar trasparenza possibbli rigward l-attivitajiet tagħhom u jistieden, għaldaqstant, lis-Segretarju Ġenerali jiżviluppa sistema li l-Membri jistgħu jużaw biex jippubblikaw id-dettalji tal-laqgħat tagħhom mar-rappreżentanti ta' interessi; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jagħmel dan possibbli mill-aktar fis, kif diġà mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-2014;

45.

Jistieden lill-Bureau biex jiddefinixxi u jippubblika r-regoli dwar l-użu tal-allowance għan-nefqa ġenerali (GEA);

46.

Jinnota li mhux il-Membri kollha jafu bil-possibbiltà li jirritornaw l-eċċess tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali; ifakkar lill-Membri li l-GEA ma jikkostitwix salarju personali addizzjonali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jippubbliċizza din il-possibbiltà b'mod prijoritarju; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirritornaw l-eċċess fi tmiem il-mandat tagħhom;

47.

Jistieden, analogament, lis-Segretarju Ġenerali jforni lill-Membri li jixtiequ jippubblikaw fil-paġni tas-sit web personali tagħhom l-informazzjoni dwar kwalunkwe allowance ieħor imħallas lilhom mill-Parlament, bir-reġistrazzjoni tad-data xierqa li tista' tkun faċilment riproċessata;

48.

Jistieden barra minn hekk lis-Segretarju Ġenerali jassisti b'mod analogu anki lill-gruppi politiċi interessati;

49.

Jinnota li fis-sit web tal-Parlament hemm disponibbli firxa wiesgħa ta' dokumenti li jirrigwardaw id-deċiżjoni relatata mar-rikonoxximent tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, flimkien mad-dettalji li jispeċifikaw l-ammont finali tal-finanzjament; jitlob lill-Parlament jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal reviżjoni tal-att ġuridiku attwali tal-Unjoni dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (4), biex jipprevedi wkoll rekwiżiti aktar rigorużi għat-twaqqif ta' partiti u fondazzjonijiet politiċi Ewropej, bil-għan li jkunu evitati l-abbużi;

50.

Jilqa' l-introduzzjoni ta' formola speċjali għar-rapporteurs, li fiha dawn tal-aħħar jistgħu jindikaw liema rappreżentanti ta' interessi influwenzaw ir-rapporti tagħhom (impronta leġiżlattiva);

51.

Itenni l-appell tiegħu lill-amministrazzjoni tal-Parlament biex tipproduċi rapport dwar l-użu tar-reċinti tal-Parlament min-naħa tar-rappreżentanti ta' interessi u tal-organizzazzjonijiet esterni l-oħra;

52.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-kodiċi ta' mġiba attwali tal-Membri jaf ikollu bżonn titjib ulterjuri biex ikunu evitati l-kunflitti ta' interessi, billi tingħata attenzjoni speċjali lis-segwenti:

xogħlijiet aċċessorji bi ħlas tal-Membri;

attivitajiet ta' lobbying iddestinati lill-istituzzjonijiet Ewropej minn ex Membri matul il-perjodu li fih għandhom dritt għal allowance tranżitorju;

ir-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-Membri;

kompożizzjoni u kompetenzi tal-kumitat konsultattiv.

Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

53.

Jilqa' favorevolment l-iżvilupp ta' indikaturi għall-kejl tar-riżultati fir-rigward tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Parlament u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiddedika, fir-rapport tal-2016 dwar l-attivitajiet tal-Parlament, taqsima speċifika dwar l-effikaċja ta' dan l-approċċ il-ġdid imsejjes fuq ir-rendiment fil-qasam tal-komunikazzjoni;

54.

Isostni d-diversi programmi mmirati li jaġevolaw iż-żjarat ta' ġurnalisti u ċittadini interessati li jsiru jafu aktar dwar l-attivitajiet tal-Parlament;

55.

Itenni, f'dan ir-rigward, l-appell tiegħu fil-kwittanza għall-2014 li fiha ġie kkonstatat li s-sit web tal-Parlament baqa' relattivament diffiċli għall-użu, b'navigazzjoni diffiċli u ma kienx għadu daħħal l-aktar żviluppi teknoloġiċi reċenti, bir-riżultat li kien diffiċli li dak li jkun isib l-informazzjoni rilevanti malajr; ġie rrimarkat ukoll li, fid-dawl tal-importanza tal-komunikazzjoni maċ-ċittadini Ewropej, is-sit web ma jikkontribwix għat-titjib tad-dehra tal-Parlament fost il-pubbliku ġenerali;

56.

Jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM) jintroduċi sit web aktar effiċjenti u faċli għall-utenti li jdaħħal magna tat-tiftix fis-sit web aktar effiċjenti, wieħed li se jgħolli l-profil tal-Parlament mal-pubbliku ġenerali u jikkorrispondi b'mod aktar dirett għall-ħtiġijiet u għall-interessi taċ-ċittadini; josserva li nkisbu biss riżultati medjokri, minkejja li ntefqu riżorsi konsiderevoli;

57.

Jesprimi tħassib dwar l-effikaċja tal-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-Parlament; Jappella, f'dan ir-rigward, li jsir rieżami komprensiv tal-istrateġija attwali u, partikolarment, approċċ aktar attiv lejn dawk li mhumiex awtomatikament interessati fl-attivitajiet tal-Parlament jew dawk li saħansitra huma xettiċi dwar il-funzjonament tiegħu; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiżviluppa strateġija ġdida bil-għan li tkun estiża ulterjorment lejn dawn iċ-ċittadini biex dawn tal-aħħar ikunu involuti wkoll, anki permezz tal-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni, tal-indirizzar adegwat tal-preġudizzji inġustifikati filwaqt li jkunu evitati kampanji ta' reklamar bla bżonn u li jqumu ħafna flus;

58.

Jissottolinja l-bżonn ta' modernizzazzjoni tal-missjoni tal-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament billi jkun ottimizzat l-użu tat-teknoloġiji ta' komunikazzjoni l-ġodda u tkun sfruttata l-pożizzjoni ġeografika privileġġjata tagħhom, viċin iċ-ċittadini, ħalli titkompla l-intensifikazzjoni tal-attivitajiet “going local”, bħal dibattiti organizzati mal-Membri u mas-soċjetà ċivili, bit-tir li jiġu mismugħa n-nies u jkunu involuti; jenfasizza li d-dibattitu online u l-attenzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni mqanqla minn tali avvenimenti għandhom jikkontribwixxu biex tissaħħaħ aktar il-viċinanza maċ-ċittadini; jinnota li l-bini u l-persunal tal-uffiċċji tal-informazzjoni fl-Istati Membri jqumu ħafna flus b'mod sproporzjonat meta mqabbel mal-ammont ta' flus li jintefaq għall-funzjonijiet ewlenin ta' dawn l-uffiċċji; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Kumitat CONT, sa tmiem l-2017, rapport dettaljat dwar l-attività u l-finanzi tal-uffiċċji tal-informazzjoni fl-ibliet ta' Brussell u Strasburgu rispettivament, b'enfasi speċjali fuq il-valur miżjud tagħhom;

59.

Huwa mħasseb bir-risposti mogħtija lill-mistoqsijiet għal risposta bil-miktub dwar l-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament f'ċerti Stati Membri, billi fil-maġġor parti tal-każijiet frazzjoni biss tal-kostijiet operattivi tagħhom tirriżulta mill-għanijiet u mill-kompiti reali ta' tali uffiċċji, filwaqt li l-parti l-kbira tal-flus tintefaq fuq il-kiri tal-uffiċċini u s-salarji u l-ispejjeż tal-vjaġġi tal-persunal tagħhom;

60.

Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jtejjeb il-komunikazzjoni interna bejn id-diversi direttorati ġenerali, sabiex l-iżvilupp, pereżempju, ta' strumenti importanti ġodda bħat-tren leġiżlattiv isiru magħrufa mal-pubbliku ġenerali, kemm intern kif ukoll estern;

Premju LUX

61.

Jilqa' l-preżentazzjoni konġunta, li saret mill-Kumitat CONT u mill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-istħarriġ, kif mitlub fil-kwittanza għall-2013, li sar biex jiddetermina jekk il-Premju LUX huwiex magħruf u b'liema mod jitqies fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, kif ukoll tar-riżultati relatati;

62.

Ifakkar li l-istħarriġ kien jirrigwarda, prinċipalment, il-fatt jekk il-Premju Ċinematografiku LUX huwiex magħruf fost il-Membri u r-reġisti ċinematografiċi, l-għan tal-Premju, li huwa li juri liċ-ċittadini l-impenn tal-Parlament favur valuri kunsenswali, bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem u s-solidarjetà, kif ukoll l-impenn tiegħu favur id-diversità kulturali u lingwistika;

63.

Jinnota li l-istħarriġ kellu rata ta' risposta baxxa, 18 % biss tal-Membri li jikkomponu l-Parlament, li jikkorrispondu għal 137 Membru mill-gruppi politiċi u mill-Istati Membri kollha, u li fost dawn il-Membri aktar minn 90 % kienu jafu bil-Premju Ċinematografiku LUX, 75 % fehmu l-iskop tiegħu u aktar minn 80 % kellhom opinjoni pożittiva tal-Premju;

64.

Mhuwiex konvint bil-metodu ta' selezzjoni li bih il-Membri jiddeċiedu l-kandidati u jagħżlu r-rebbieħ tal-Premju, u jistieden lill-Bureau jirrapporta dwar mudelli alternattivi biex jinkisbu ir-riżultati mixtieqa, pereżempju billi jingħata sostenn lil inizjattiva kumparabbli meħuda mill-organizzazzjonijiet tar-reġisti ċinematografiċi stess;

65.

Jinnota li, minkejja li maż-żmien in-numru tal-ispettaturi żdied, 43 000 spettatur fil-livell tal-Unjoni jirrappreżentaw ċifra li għadha baxxa wisq u tqanqal il-mistoqsija ta' jekk il-Premju LUX huwiex ġustikabbli;

Dar l-Istorja Ewropea

66.

Jiddispjaċih bid-dewmien ripetut li ġarrab il-ftuħ ta' Dar l-Istorja Ewropea, li oriġinarjament kien ippjanat għal Marzu 2016 u mbagħad ġie pospost għal Settembru u għal Novembru 2016, u bħalissa pprogrammat għas-6 ta' Mejju 2017;

67.

Jinnota bi tħassib id-diskussjonijiet li għaddejjin dwar in-natura tal-wirjiet temporanji; jenfasizza l-importanza tal-indipendenza akkademika ta' Dar l-Istorja Ewropea f'termini ta' kontenut u disinn tal-wirja, u li dawn ikunu definiti esklussivament minn kriterji mużeoloġiċi u storiċi;

68.

Jinnota bi pjaċir li, skont l-istimi, Dar l-Istorja Ewropea se tilqa' 250 000 viżitatur fis-sena; jirrimarka li l-kostijiet operattivi annwali ta' din il-faċilità huma stmati minn qabel għal EUR 13,3-il miljun; jesprimi t-tħassib tiegħu għan-numru proporzjonalment baxx ta' viżitaturi meta mqabbel mal-kostijiet operattivi, fid-dawl tal-fatt li fl-2015, il-Parlament laqa' 326 080 viżitatur u li l-kost operattiv kien biss EUR 4,3 miljun;

69.

Jinnota li bl-istabbiliment tal-Parlamentarium u l-ftuħ ta' Dar l-Istorja Ewropea, il-Parlament u l-inħawi ta' madwaru qed isiru attrazzjoni għaċ-ċittadini u t-turisti u dan se jġib miegħu għarfien aħjar tar-rwol tal-Parlament u jispjega liċ-ċittadini l-impenn tal-Parlament lejn valuri kunsenswali bħad-drittijiet tal-bniedem u s-solidarjetà; jitlob li l-Bureau jikkunsidra li jidħol fi djalogu mal-awtoritajiet lokali biex jara kif dawn tal-aħħar jistgħu jikkontribwixxu għall-finanzjament u l-ġestjoni ta' Dar l-Istorja Ewropea;

70.

Jistieden lill-Bureau jikkunsidra li jadatta t-tmexxija ta' Dar l-Istorja Ewropea f'approċċ aktar interistituzzjonali, jeżamina kooperazzjoni ulterjuri ma' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, speċjalment il-Kummissjoni u l-Kunsill;

71.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tikkontribwixxi EUR 800 000 fis-sena għall-kostijiet operattivi ta' Dar l-Istorja Ewropea; iqis, madankollu, li l-Kummissjoni jmissha tikkontribwixxi proporzjon ferm akbar għall-kostijiet operattivi annwali stmati;

Direttorat Ġenerali għall-Persunal (DĠ PERS)

72.

Josserva li, sal-31 ta' Diċembru 2015, total ta' 5 391 uffiċjal u membru tal-persunal temporanju kienu impjegati fi ħdan is-Segretarjat (b'żieda ta' 96 meta mqabbla mal-31 ta' Diċembru 2014) u total ta' 771 uffiċjal u membru tal-persunal temporanju fi ħdan il-gruppi politiċi (b'żieda ta' 26 meta mqabbla mal-31 ta' Diċembru 2014). Flimkien mal-aġenti kuntrattwali, id-DĠ PERS kien responsabbli minn 9 402 membri tal-persunal (b'żieda ta' 467 meta mqabbla mal-31 ta' Diċembru 2014);

73.

Jinnota li fl-1 ta' Jannar 2015, 47 post tħassru mill-organigramma tal-Parlament skont ir-reviżjoni tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-QFP għall-perjodu 2014-2020, b'hekk it-total tal-organigramma ammonta għal 6 739 post li minnhom 5 723 (84,9 %) kienu għas-Segretarjat u 1 016 (15,1 %) għall-gruppi politiċi. Fil-31 ta' Diċembru 2015, 4,9 % tal-postijiet fis-Segretarjat kienu vakanti, meta mqabbel ma' 9,6 % fi tmiem l-2014;

74.

Jilqa' l-fatt li l-bilanċ tal-ġeneru fost id-diretturi ġenerali tjieb minn 18,2 %/81,8 % fl-2014 għal 33,3 %/66,7 % fl-2015, iżda josserva li l-bilanċ tal-ġeneru fost id-diretturi niżel minn 34 %/66 % fl-2014 għal 31,1 %/68,9 % fl-2015; ifakkar li n-nisa jikkostitwixxu l-maġġoranza assoluta tal-membri tal-persunal tal-Parlament, iżda huma rrappreżentati f'parti limitata tal-postijiet maniġerjali; josserva li l-bilanċ tal-ġeneru fost il-kapijiet ta' unità kompla jiżdied minn 30 %/70 % fi tmiem l-2014 għal 31,2 %/68,8 % fi tmiem l-2015; jenfasizza li l-iżbilanċi fil-postijiet maniġerjali għandhom għaldaqstant jippersistu u li l-programm tal-opportunitajiet indaqs għal dawn il-postijiet jibqa' jkollu importanza assoluta; huwa tal-fehma soda li, sal-2019, tal-anqas 40 % tal-postijiet maniġerjali fil-Parlament għandhom ikunu okkupati minn nisa;

75.

Jesprimi s-sorpriża tiegħu dwar il-fatt li l-kumitat konsultattiv tal-Parlament għall-ħatra tal-uffiċjali għolja jikkonsisti unikament minn persunal maniġerjali għoli u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jinkludi rappreżentant ta' assoċjazzjoni tal-persunal;

76.

Jenfasizza li jkun tajjeb li l-bilanċ ġeografiku, speċifikament ir-relazzjoni bejn in-numri tal-membri tal-persunal b'nazzjonalità partikolari u d-daqs tal-popolazzjoni tal-Istati Membri korrispondenti, jibqa' element importanti tal-ġestjoni tar-riżorsi, b'mod partikolari fir-rigward tal-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni mill-2004 'l hawn, u jilqa' l-fatt li l-Parlament laħaq kompożizzjoni kumplessivament ibbilanċjata bejn l-uffiċjali mill-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni qabel l-2004 u dawk li ngħaqdu sussegwentement; jiġbed l-attenzjoni iżda għall-fatt li dawn l-Istati Membri għadhom jirrappreżentaw 3 % biss tal-persunal fil-livell ta' “amministratur għoli” (AD12-16) fit-tliet postijiet tax-xogħol, meta mqabbla mal-perċentwal tagħhom tal-popolazzjoni tal-Unjoni, li hu 21 % u li għadu mistenni aktar progress f'dan ir-rigward;

77.

Jirrikonoxxi l-fatt li għal ċerti attivitajiet, bħat-tmexxija tal-kantins u t-tindif, il-Parlament ipprefera l-għażla tal-esternalizzazzjoni u, b'konsegwenza ta' dan, għal ċerti DĠ, in-numru ta' persunal estern fil-binjiet tal-Parlament jista' saħansitra jaqbeż in-numru ta' uffiċjali;

78.

Jinnota, madankollu, li dawn id-deċiżjonijiet ta' esternalizzazzjoni ma jistgħux jagħtu spjegazzjoni tal-użu tal-persunal estern kollu u li, pereżempju fid-Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku (DĠ ITEC), il-proporzjon bejn persunal estern u uffiċjali huwa diffiċli li tiġġustifikah;

79.

Jesprimi l-fehma tiegħu li l-persunal estern ma għandux jintuża biex jagħmel tajjeb għat-tnaqqis fin-numru ta' postijiet kif maqbul fil-kuntest tar-reviżjoni tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal u fil-QFP attwali;

80.

Jinnota r-risposti tas-Segretarju Ġenerali dwar il-kundizzjonijiet applikati mill-Parlament għall-kuntratti esterni; jenfasizza li l-amministrazzjoni jeħtieġ li ssegwi mill-qrib u sistematikament il-fornituri tas-servizzi bil-għan li jirrispettaw rigorożament il-leġiżlazzjoni fil-qasam, fost oħrajn, tal-impjiegi, tas-sikurezza u tad-drittijiet soċjali, applikabbli għall-persunal estern kollu li jaħdem fi ħdan ir-reċinti tal-Parlament, pereżempju fil-kantins, fit-tindif, fil-manutenzjoni, eċċ.; jistieden lill-Parlament jintroduċi mekkaniżmi ta' allarm u kontroll perjodiċi bil-għan li jipprevjeni u jaqbad eventwali każijiet, iżolati jew sistematiċi, ta' negliġenza, abbuż jew ksur, b'mod li jkun jista' jieħu azzjoni immedjata;

81.

Jinnota li l-proċedura biex il-gwardji ta' sigurtà tal-Parlament isiru servizz intern tlestiet u li l-istess proċedura għas-servizz tax-xufiera għaddejja bħalissa; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta lill-Kumitat CONT dwar dak li dawn il-proċeduri għallmu u kwalunkwe ffrankar li sar bħala konsegwenza;

82.

Jinnota bi tħassib li l-persunal tal-kantins ma jitħallasx skont is-sigħat imniżżla fil-kuntratt tiegħu fil-ġimgħat li fihom il-Membri jaħdmu f'postijiet oħra, pereżempju fil-ġimgħat riservati għall-attivitajiet esterni tal-Parlament (fid-distretti elettorali) jew waqt is-sessjonijiet plenarji fi Strasburgu u li lil numru konsiderevoli ta' dawn il-membri tal-persunal jiġi applikat tnaqqis tas-sigħat tax-xogħol, b'konsegwenzi fuq il-ħajja tax-xogħol u fuq ir-remunerazzjoni tagħhom; jistieden lis-Segretarju Ġenerali joħroġ b'soluzzjoni fl-ambitu tan-negozjati mal-fornitur tas-servizzi tal-kantins, li tiggarantixxi lill-impjegati sigħat regolari u ħlas kull ġimgħa;

83.

Jinnota li fi tmiem l-2015 kien hemm 1 813-il assistent parlamentari akkreditat (APA) jaħdmu mal-Parlament, meta mqabbel ma' 1 686 sena qabel. Jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lid-drittijiet tal-APA u tal-assistenti lokali, billi l-kuntratti tagħhom huma direttament marbutin mal-mandat tal-Membri li lilhom jagħtu assistenza, filwaqt li dak li jkun iżomm quddiem għajnejh li l-APA huma membri tal-persunal b'kuntratt tax-xogħol mal-Parlament, filwaqt li l-assistenti lokali huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

84.

Jiddispjaċih li r-rapport ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l- APA ma ġiex ippreżentat lill-Kumitat CONT sa tmiem l-2016, kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-2014, u li, sal-lum, għadu ma ġiex ippreżentat;

85.

Jirrimarka li f'każijiet ta' fastidju jew żvelar ta' informazzjoni protetta (whistleblowing), l-APA jinsabu b'pożizzjoni partikolarment vulnerabbli, peress li l-kuntratti tagħhom jissejsu fuq fiduċja reċiproka bejn il-Membru u l-assistent tiegħu; jinnota li jekk din il-fiduċja tkun nieqsa, din tkun raġuni biżżejjed biex il-kuntratt jintemm; jinnota, barra minn hekk, li jekk il-Membru jkollu jirriżenja minħabba danni għar-reputazzjoni li jirriżultaw minn reat jew ksur ieħor tal-liġi, dan normalment ifisser li l-kuntratti tal-assistenti kollha tiegħu jintemmu wkoll; jitlob, għalhekk, it-tisħiħ immedjat tar-rappreżentanza tal-APA fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta' fastidju, u jkun garantit il-bilanċ tal-ġeneru, kif diġà mitlub fil-kuntest tal-kwitttanza għall-2013 u għall-2014; jistieden lill-Bureau jassenja fondi suffiċjenti biex ikopri l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza tal-APA li ressqu lment, li spiss ma jkollhomx il-mezzi neċessarji biex imorru personalment Brussell biex jippreżentaw il-każ tagħhom lill-Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta' fastidju; jitlob li, fl-ambitu tar-reviżjoni li jmiss tar-Regolamenti tal-Persunal, tkun eżaminata l-possibbiltà li jkunu previsti miżuri finanzjarji kumpensatorji għall-APA, bil-għan li jkunu garantiti t-trattament indaqs tal-APA u r-rikonoxximent tal-vulnerabbiltà partikolari tagħhom f'każ ta' fastidju jew ta' żvelar ta' informazzjoni protetta;

86.

Jilqa' l-intenzjoni tal-amministrazzjoni biex titnieda proċedura ta' adegwament tal-allowances b'rata fissa għall-missjonijiet fi Strasburgu li jirċievu l-APA, li huma notevolment inqas minn dawk li jirċievu l-uffiċjali permanenti; jenfasizza li l-adegwament għandu jissejjes fuq metodu ta' kalkolu trasparenti u li għandu jkun f'korrelazzjoni diretta mar-reviżjoni reċenti 'l fuq tal-allowances u tal-limiti massimi għall-ispejjeż ta' akkomodazzjoni għall-uffiċjali permanenti; jenfasizza wkoll li għandha tiddaħħal l-indiċizzazzjoni awtomatika tal-allowances għar-reviżjonijiet futuri;

87.

Jiddeplora l-fatt li l-Bureau ma weġibx għat-talba li saritlu mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-2013 u għall-2014, biex japplika lill-APA l-istess allowances ta' kuljum li jirċievu l-membri l-oħra tal-persunal; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jagħti, qabel ma jiġu implimentati l-eventwali bidliet, stima tal-kost addizzjonali li jkun jirriżulta permezz ta' dan l-adegwament; jissottolinja sadanittant il-fatt li l-limiti massimi attwali għar-rimborżi tal-missjonijiet għall-assistenti parlamentari akkreditati ilhom mill-2009 ma jiġu adegwati u li d-diskrepanza bejn l-assistenti parlamentari akkreditati u l-membri l-oħra tal-persunal żdiedet ulterjorment biex laħqet tal-anqas l-40 % b'segwitu għall-introduzzjoni tal-limiti massimi l-ġodda li ġew approvati mill-Kunsill fid-9 ta' Settembru 2016 u li sa issa ġew applikati biss għall-uffiċjali tal-persunal, mill-10 ta' Settembru 2016; jappella għalhekk lill-Bureau biex jieħu l-miżuri neċessarji biex jirrimedja għal din l-inugwaljanza;

88.

Jiddispjaċih ħafna rigward il-fatt li, f'każ ta' mewt jew ta' riżenja ta' Membru, il-perjodu ta' impjieg ta' APA jintemm mat-tmiem tax-xahar ta' kalendarju rilevanti; jenfasizza li, għalhekk, jekk il-mandat tal-Membru jintemm l-aħħar jum ta' xahar partikolari, l-APA x'aktarx lanqas ikollu ġurnata waħda ta' preavviż; jitlob li din is-sitwazzjoni inaċċettabbli tissolva fl-ambitu tar-reviżjoni li jmiss tar-Regolamenti tal-Persunal, billi l-perjodu ta' preavviż jintrabat ma' perjodu ta' żmien definit, pereżempju erba' ġimgħat, minflok milli max-xhur ta' kalendarju; jitlob ukoll lill-Bureau jintroduċi malajr miżuri temporanji biex tinstab soluzzjoni provviżorja għal din il-problema qabel ma ssir tali reviżjoni ġuridika;

89.

Huwa mħasseb fuq l-allegata prassi skont liema l-Membri jobbligaw lill-APA jmorru fuq missjoni, partikolarment fi Strasburgu, mingħajr ma dawn ikollhom la ordnijiet ta' missjoni u lanqas jieħdu rimborż tal-ispejjeż tal-missjoni jew tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar; huwa tal-opinjoni li din il-prassi tagħti lok għal abbuż: fl-assenza ta' ordni ta' missjoni, l-APA jkollhom iħallsu minn buthom l-ispejjeż u mhumiex koperti mill-assigurazzjoni fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Bureau jiżgura li r-Regolamenti tal-Persunal jiġu implimentati sewwa u jippenalizza lil dawk il-Membri li jiksru r-regoli;

90.

Jinnota li t-trainees għandhom dritt għal skont ta' EUR 0,50 għall-platti prinċipali fir-ristoranti self-service kollha ta' Brussell u Lussemburgu u ta' EUR 0,80 f'dawk ta' Strasburgu; iqis madankollu li, fid-dawl tal-livell medju tal-paga li jaqalgħu t-trainees u tal-prezzijiet għoljin applikati f'dawn l-aħħar sentejn, tali skontijiet mhumiex biżżejjed biex iħallu lanqas l-iċken impatt fuq il-finanzi tagħhom; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti roħs fil-prezz skont ir-remunerazzjoni tagħhom;

91.

Jistieden lill-Bureau jiżgura li jkunu garantiti d-drittijiet soċjali u tal-pensjoni lill-APAs li ħadmu mingħajr interruzzjoni għal dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi; jistieden lill-amministrazzjoni, f'dan ir-rigward, tressaq proposta li tqis id-deċiżjoni li ssir elezzjoni bikrija fl-2014, u l-ħin mgħoddi fil-proċedura ta' reklutaġġ meta tkun qed tikkalkula l-perjodu ta' 10 snin ta' servizz mitlub mir-Regolamenti tal-Persunal;

92.

Jistieden lill-Konferenza tal-Presidenti tikkunsidra mill-ġdid il-possibbiltà li l-APA, f'ċerti kundizzjonijiet li għad iridu jiġu stabbiliti, jakkumpanjaw lill-Membri f'delegazzjonijiet u f'missjonijiet uffiċjali tal-Parlament, kif diġà mitlub minn diversi Membri.

93.

Jistieden lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau janalizzaw u jsolvu l-problemi li jinħolqu prinċipalment mill-aħħar bidla tal-kundizzjonijiet rigward l-APA (bħad-dewmien tal-iffirmar tal-kuntratti, l-interruzzjoni tal-kuntratti l-elezzjonijiet Ewropej bikrija, eċċ.) li tista' jkollha konsegwenzi gravi għall-ksib futur tad-drittijiet tax-xogħol min-naħa tal-APA; jitlob ukoll li r-rappreżentanti tal-APA jkunu involuti fit-tfittxija tas-soluzzjonijiet;

94.

Jitlob lill-Parlament, fl-interessi tal-opportunitajiet indaqs u tar-rispett tad-drittijiet tax-xogħol, jadotta linji gwida dwar l-attribuzzjoni ta' grad lill-APA u jiżviluppa deskrizzjonijiet tax-xogħol, responsabbiltajiet u kompiti ċari korrispondenti għall kull grupp ta' funzjoni;

95.

Jinnota li fl-2015 in-numru ta' każijiet ta' tmiem tas-servizz kien 154, li minnhom 126 kienu każijiet ta' rtirar, 13-il każ ta' invalidità, disa' każijiet ta' riżenja u sitt każijiet ta' mewt; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jeżegwixxi b'mod rigoruż ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal dwar il-kunflitti ta' interess potenzjali wara t-t-tmiem tas-servizz fil-Parlament, partikolarment f'każijiet ta' riżenja, billi huwa sorprendenti li l-ebda każ ta' kunflitt ta' interessi potenzjali ma ġie qatt ippubblikat;

96.

Jinnota bi tħassib li mhumiex previsti dispożizzjonijiet speċjali għall-persunal fil-każ li Stat Membru jiddeċiedi li joħroġ mill-Unjoni; jistieden lis-Segretarju Ġenerali, huwa u jirrikonoxxi li din il-kwistjoni tolqot lill-istituzzjonijiet Ewropej kollha, jidħol fi djalogu mal-Kummissjoni biex jaċċerta ruħu li l-persunal ta' ċittadinanza Brittanika ma jisfax vittma fil-każ ta' Brexit, u li d-drittijiet statutorji, kuntrattwali u akkwiżiti tiegħu jkunu salvagwardati bis-sħiħ;

97.

Jitlob organizzazzjoni aktar effiċjenti tal-korsijiet ta' taħriġ biex ikunu adattati għall-esiġenzi speċifiċi tal-APA;jitlob, b'mod partikolari, lill-amministrazzjonitqis il-kalendarju tal-attivitajiet parlamentari u tal-Membri u tiddefinixxi orarji adegwati u suġġetti speċifiċi;

98.

Jirrimarka l-fatt li 43 % tal-persunal tal-Parlament iqis li t-telexogħol ikollu effett pożittiv fuq is-sodisfazzjon professjonali tagħhom; jenfasizza li l-Parlament huwa l-unika istituzzjoni li ma daħħlitx it-telexogħol u s-sistema tal-flexitime, filwaqt li t-tnejn ilhom bosta snin applikati fil-maġġor parti tal-istituzzjonijiet l-oħra, partikolarment il-Kummissjoni, b'riżultati bil-provi f'termini ta' żieda fil-produttività u titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-membri tal-persunal; josserva li l-Parlament daħħal it-telexogħol okkażjonali f' Ottubru 2016; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta lis-servizzi kollha interessati, inklużi l-Membri u l-assistenti tagħhom, dwar l-implimentazzjoni ta' dan is-servizz; jitlob ukoll li s-sistema tal-“flexitime” tiġi inkorporata malajr kemm jista' jkun fil-prattiki ta' ħidma tal-Parlament;

99.

Jistieden lill-Parlament ibiddel ir-regoli tiegħu dwar l-internships offruti mill-Membri u mill-gruppi politiċi, bil-għan li titjieb is-sitwazzjoni tal-interns u tat-trainees fil-Parlament, inkluża remunerazzjoni dinjituża, id-definizzjoni ta' tul ta' żmien limitat tat-traineeships u ftehim ta' tagħlim;

DĠ FINS

Kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew

100.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Parlament jippubblika fis-sit web tiegħu lista annwali kompluta ta' dawk il-kuntratturi kollha tiegħu li ngħataw kuntratt ta' valur ogħla minn EUR 15 000, u li tali lista tinkludi l-isem u l-indirizz tal-kuntrattur, it-tip u s-suġġett tal-kuntratt, it-tul ta' żmien u l-valur tiegħu, il-proċedura segwita u d-direttorat ġenerali rilevanti;

101.

Jirrimarka li din il-lista tmur oltre r-rekwiżiti ta' trasparenza stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju; jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jagħmlu disponibbli l-informazzjoni sħiħa dwar il-kuntratturi u l-kuntratti kollha mogħtija permezz ta' proċedura ta' akkwist pubbliku, inklużi każijiet ta' għoti dirett jew proċeduri ristretti;

102.

Isostni l-konklużjoni tal-Qorti li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jeħtieġu jwaqqfu arkivju pubbliku uniku ta' informazzjoni li fih tinżamm l-informazzjoni relatata mal-kuntratti ta' akkwist tagħhom sabiex jippermetti li jkun hemm trasparenza u monitoraġġ ex post effikaċi tal-attivitajiet ta' akkwist tagħhom;

103.

Jirrimarka li, minkejja l-appelli preċedenti għal titjib, is-servizz li toffri l-aġenzija tal-ivvjaġġar tal-Parlament għadu insodisfaċenti, inkwantu l-prezzijiet huma relattivament għoljin u l-aġenzija ma rnexxilhiex tinnegozja ftehimiet mal-kumpaniji tal-ajru prinċipali biex tikseb prezzijiet aktar vantaġġjużi u flessibbiltà akbar fl-arranġamenti tal-vjaġġi;

104.

Jistieden lill-aġenzija tipprova b'mod attiv toffri prezzijiet orħos indipendentement mill-kumpanija tal-ajru inkwistjoni; jitlob li l-aġenzija tintroduċi proċess ta' feedback (stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-utenti), biex tidentifika s-setturi li fihom huwa possibbli li tagħmel progress ulterjuri;

Fond pensjonistiku volontarju

105.

Jinnota li fi tmiem l-2015 id-defiċit attwarjali stmat tal-Fond pensjonistiku volontarju kien żied sa EUR 276,8 miljun; ikompli josserva li, fi tmiem l-2015, l-ammont ta' attiv nett li għandu jitqies u l-impenn attwarjali jammontaw għal EUR 155,5 miljun u EUR 432,3 miljun rispettivament;

106.

Ifakkar li dan il-passiv futur previst jinfirex fuq bosta deċennji iżda josserva li l-ammont totali mħallas fl-2015 mill-Fond pensjonistiku volontarju jammonta għal EUR 15,8-il miljun;

107.

Jirrimarka li dan iqajjem tħassib dwar il-possibbiltà li l-Fond jiġi eżawrit u li l-Parlament huwa l-garanti tal-pagament tad-drittijiet għal pensjoni meta u jekk dan il-Fond ma jkunx jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu;

108.

Jistieden lill-Bureau għal darb'oħra biex, malajr kemm jista' jkun, jagħmel valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-Fond pensjonistiku;

109.

Ifakkar fil-paragrafu 112 tar-riżoluzzjoni tal-kwittanza tas-sena li għaddiet (5) li fiha jsir appell biex issir valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-Fond pensjonistiku; jiddispjaċih li tali valutazzjoni għadha ma saritx;

110.

Ifakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fl-2013, li kienet valida d-deċiżjoni biex l-età tal-irtirar għal min ikun sottoskritt fil-Fond tiżdied minn 60 sa 63 sena b'mod li jiġi evitat eżawriment bikri tal-kapital u biex tkun allinjata mal-Istatut il-ġdid għall-Membri;

111.

Iqis li, meta normalment il-fondi pensjonistiċi nazzjonali huma suġġetti għal standards rigorużi u ma jistgħux fl-ebda każ ikollhom defiċit attwarjali, il-Fond pensjonistiku volontarju issa għandu defiċit attwarjali ta' 64 % tal-impenn attwarjali; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Bureau pjan ta' azzjoni komprensiv intiż li jevita eżawriment bikri tal-Fond;

Kwistjonijiet oħra

112.

Jiddispjaċih bil-fatt li l-Parlament huwa u jagħżel ma' liema istituzzjonijiet finanzjarji jittratta għall-pagamenti u għall-kontijiet tiegħu, ma tingħata l-ebda attenzjoni lill-politiki ta' dawn l-istituzzjonijiet fir-rigward tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpanniji u jfakkar lis-Segretarju Ġenerali jaċċerta ruħu li fil-ġejjieni l-Parlament jittratta primarjament ma' istituzzjonijiet finanzjarji b'politiki ta' investiment li jikkonċentraw fuq is-sostenibbiltà u fuq aspetti oħrajn tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpanniji;

113.

Jenfasizza li fl-2015 il-Parlament kellu medja ta' EUR 106,25 miljun fil-kontijiet bankarji mingħajr ma qala' l-ebda introjtu mill-imgħax; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jeżamina jekk huwiex neċessarju li jkun hemm ammont daqshekk għoli ta' likwidità u, b'mod partikolari, jistiednu jtejjeb il-ġestjoni tat-teżor f'dan ir-rigward u, jekk possibbli, isib modi kif iżid ir-redditi minn tali depożiti;

DĠ ITEC

114.

Huwa sodisfatt bl-implimentazzjoni tal-orjentamenti strateġiċi 2014-2019 tad-DĠ ITEC; iqis li huma bosta l-bidliet fl-ambjent tax-xogħol elettroniku għall-Membri u għall-persunal li qegħdin jiġu implimentati, iżda l-implikazzjonijiet ta' dawn il-bidliet, fosthom l-opportunitajiet il-ġodda, huma relattivament ftit magħrufa u qegħdin jiġu żviluppati prinċipalment fi ħdan id-DĠ ITEC; jitlob kooperazzjoni aktar stretta bejn id-DĠ ITEC u d-DĠ COMM bil-għan li titjieb il-komunikazzjoni interna u esterna dwar il-ħafna innovazzjonijiet li ġew jew li dalwaqt jiġu implimentati;

115.

Jifhem li l-isforzi li jagħmel id-DĠ ITEC biex itejjeb in-numru tar-riżultati relatati mal-paġni tal-web tal-Parlament fil-kuntest tal-magna tat-tiftix Google; huwa, madankollu, ukoll tal-fehma li l-magna tat-tiftix fi ħdan is-sit web tal-Parlament stess imissha twassal għal riżultati utli, biex b'hekk l-utenti jkunu jistgħu jinqdew effettivament bil-portal biex jaslu malajr fil-paġni tal-web li jinteressawhom; huwa mħasseb li bħalissa din il-magna tat-tiftix ma taħdimx sew u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jsib soluzzjoni malajr għal din il-problema li ilha tippersisti;

116.

Jinnota bi tħassib li minkejja l-fatt li id-DĠ ITEC kull sena tonfoq EUR 35 miljun għax-xiri ta' hardware ġdid, ma hemm l-ebda politika ċara relatata ma' akkwist sostenibbli mil-lat ambjentali u soċjali u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiżviluppa pjan ta' azzjoni f'dan ir-rigward biex jaċċerta ruħu li fil-ġejjieni kull sejħa għal offerti tinkludi kriterji ta' selezzjoni ta' hardware li jinvolvu aspetti ambjentali u soċjali;

117.

Jistieden lid-DĠ ITEC jagħmel il-paġni tal-web kollha tal-Parlament aċċessibbli minn apparati portabbli, peress li, għad li parti kbira mill-viżitaturi tal-paġni tuża iPad jew telefon ċellulari biex taċċedi għas-siti tal-Parlament u tal-kumitati speċjalizzati, l-interfaċċji attwali ma jistgħux jitqiesu kompatibbli mal-apparti portabbli; jipproponi l-implimentazzjoni ta' miżuri maħsuba biex itejbu, konkretament u fi ħdan żmien raġonevoli, l-aċċessibbiltà tal-paġni għall-apparti portabbli;

118.

Iqis bħala essenzjali għall-mandat tal-Membri li l-printers jibqgħu fl-uffiċċji tagħhom; jindika li l-użu tal-cartridges ġeneriċi li jqumu ftit flus jistgħu jikkaġunaw livelli perikolużi ta' emissjonijiet ta' partiċelli u ħsara għas-saħħa; jitlob li d-DĠ ITEC u d-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DĠ INLO) jippromwovu l-akkwist ta' printers ekoloġiċi u jiggarantixxu l-użu esklużiv ta' cartridges oriġinali, filwaqt li joħolqu alternattivi li bihom il-Membri u l-persunal tagħhom ikollhom printers mhux fl-uffiċċji tagħhom imma f'postijiet strateġikament viċin dawk l-uffiċċji;

119.

Jinnota l-adozzjoni min-naħa tal-Bureau fis-7 ta' Settembru 2015 ta' politika fil-qasam tas-sigurtà tas-sistemi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (politika ta' sigurtà ICT); jisħaq fuq il-fatt li fil-kuntest globali attwali hija urġenti l-implimentazzjoni ta' politika ta' sigurtà ICT konsiderevolment aktar soda li tindirizza bis-sħiħ il-ġestjoni tar-riskji assoċjati maċ-ċibersigurtà; jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward il-ħatra ta' uffiċjal tal-Parlament inkarigat miċ-ċibersigurtà;

120.

Itenni l-appell fir-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għall-2014 għall-ħolqien ta' sistema ta' twissija bikrija ta' emerġenza li tippermetti lid-DĠ ITEC, f'kollaborazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni (DĠ SAFE), jibgħat komunikazzjonijiet rapidi permezz ta' SMS jew email lill-Membri u lill-persunal li jagħtu l-kunsens tagħhom biex id-dettalji tal-kuntatt tagħhom jitniżżlu f'lista ta' komunikazzjoni li għandha tintuża f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza speċifiċi;

121.

Ifaħħar lid-DĠ ITEC talli installa l-Wi-Fi fil-binjiet kollha tal-Parlament; josserva, madankollu, li fl-emiċiklu ta' Strasburgu l-Wi-Fi mhuwiex affidabbli, speċjalment meta, matul is-sessjonijiet ta' votazzjoni u d-dibattiti ta' prijorità, ħafna Membri jużaw simultanjament is-sistema; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jieħu l-passi meħtieġa f'dan ir-rigward;

Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tal-Unjoni

122.

Jilqa' il-fatt li ċerti laqgħat pubbliċi tad-delegazzjonijiet interparlamentari diġà jixxandru bil-webstreaming; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jkompli l-iżvilupp u l-estensjoni ta' dan is-servizz flimkien mal-kontenut tas-siti web tad-delegazzjonijiet;

DĠ INLO

123.

Jinnota li l-istrateġija immobiljari fit-terminu medju tal-2010 attwalment hija sottoposta għal reviżjoni; jitlob li din l-istrateġija tkun estiża biex tkopri prospettiva fuq terminu itwal u tinkludi studju tal-konsegwenzi probabbli tal-Brexit;

124.

Jilqa' il-fatt li mill-2019 'il quddiem, il-kwantità ta' spazju tal-uffiċċji tal-Membri u tal-assistenti tagħhom fi Strasburgu se tiżdied; jappella lis-Segretarju Ġenerali, sakemm tinstab soluzzjoni għal sede unika tal-Parlament, jiggarantixxi numru minimu ta' metri kwadri għal kull assistent f'konformità mar-regoli fis-seħħ dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, peress li l-Parlament, inkwantu qiegħed jikser deliberatament dawn ir-regoli tal-ispazju minimu għall-uffiċċji, jinsab f'pożizzjoni ta' vulnerabbiltà;

125.

Jiddispjaċih ħafna dwar id-deċiżjoni biex tinbidel l-għamara fl-uffiċċji tal-Membri u tal-assistenti fi Brussell u jitlob li dan it-tibdil jiġi sospiż minnufih; josserva li l-maġġor parti tal-għamara hija perfettament utilizzabbli u f'kundizzjoni tajba u li, għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni biex tinbidel; iqis li l-feedback ta' għadd ta' Membri — u mhux stħarriġ ġenerali — ma jistax jikkostitwixxi, għalih waħdu, raġuni biżżejjed biex ikun ġustifikat it-tibdil, u li l-kwistjonijiet ta' gosti, moda jew stil antikwat indikati mill-amministrazzjoni huma daqstant inadegwati; huwa tal-fehma li l-biċċiet individwali tal-għamara għandhom jinbidlu biss jekk juru sinjali ċari ta' deterjorament jew ta' tkagħbir bl-użu jew jikkawżaw riskji għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol ta' natura speċifika jew ġenerali (pereżempju, it-titjib possibbli tal-ergonomija tas-siġġijiet); josserva li fi żmien ta' kriżi ekonomika u r-ristrettezzi finanzjarji bħal dawk li qegħdin ngħixu bħalissa, il-kwistjonijiet estetiċi ta' din ix-xorta jafu jikkompromettu serjament il-kredibbiltà tal-Parlament u, b'mod partikolari, tal-Membri tiegħu, f'għajnejn iċ-ċittadini u tal-opinjoni pubblika;

126.

Jirrikonoxxi li skont id-deċiżjonijiet tal-Bureau tal-2013 u tal-2015, il-kuntratti l-ġodda relatati mal-forniment tal-ikel ma jipprevedu l-ebda sussidju dirett mill-baġit tal-Parlament; jinsab imħasseb, madankollu, li ċerti servizzi huma offruti bi prezzijiet ogħla minn dawk tas-suq fl-2015; qiegħed jirreferi, f'dan ir-rigward, għas-servizzi tal-kafè matul il-laqgħat; josserva li l-prezzijiet kienu riveduti f'Awwissu 2016;

127.

Jiddispjaċih ħafna bil-kriterji arbitrarji, soġġettivi u sproporzjonati użati fil-proċedura ta' reklutaġġ ta' xufiera u fl-internalizzazzjoni tas-servizz, li bdiet fl-2016 minħabba raġunijiet ta' sikurezza; jiddispjaċih li l-proċedura ma qisitx il-ħiliet u l-esperjenza miksuba tax-xufiera fis-snin li matulhom ħadmu f'kuntatt dirett mal-Membri, ir-relazzjoni ta' fiduċja stabbilita ma' dawn tal-aħħar, u lanqas tal-fatt li dawn ix-xufiera sfaw qiegħda, ħafna minnhom diġà f'età li fiha huwa diffiċli ssib xogħol;

Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni u l-Konferenzi (DĠ INTE)

128.

Huwa mħasseb bid-djalogu soċjali problematiku bejn id-DĠ INTE u r-rappreżentanti tal-interpreti, li beda f'Jannar 2014 u li, sal-lum, għadu ma ntlaħaq l-ebda qbil; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jibda medjazzjoni bejn il-partijiet involuti biex itejjeb il-fehim reċiproku tal-pożizzjonijiet u jsib soluzzjonijiet aċċettabbli għal kulħadd;

129.

Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu bil-progress li diġà ntlaħaq fil-proċess ta' modernizzazzjoni tad-DĠ INTE, partikolarment fir-rigward tad-disponibbiltà msaħħa tal-interpreti, iż-żieda moderata fin-numru ta' sigħat li l-interpreti jqattgħu jagħtu interpretazzjoni u d-distribuzzjoni mtejba tal-volum ta' xogħol tal-interpreti; josserva li l-metodu ta' kalkolu fir-rigward tal-istatistika ġie ċċarat u li l-leave annwali u minħabba mard kollu issa ġie eskluż mill-kalkolu tan-numru medju ta' sigħat li l-interpreti jqattgħu fil-kabina;

130.

Jitlob informazzjoni mis-Segretarju Ġenerali rigward il-miżuri li ttieħdu mill-adozzjoni tar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-baġit 2014 bil-għan li jintlaħqu aktar effiċjenza u effikaċja f'termini ta' riżorsi fl-organizzazzjoni ta' laqgħat billi tiġi semplifikata l-ġestjoni tal-konferenzi fi ħdan il-Parlament;

DĠ SAFE

131.

Jilqa' isforzi kontinwi biex titjieb is-sigurtà u s-sikurezza fir-reċinti tal-Parlament u madwarhom; jirrikonoxxi li s-sigurtà fi ħdan il-Parlament trid timmira li tilħaq bilanċ delikat bejn il-kunsiderazzjoni ta' teħid ta' sensiela ta' miżuri protettivi u l-introduzzjoni ta' sistema eċċessivament imsejsa fuq is-sigurtà li xxekkel l-attività tal-Parlament; jinsisti madankollu fuq il-fatt li s-sigurtà tal-Parlament għandha tkompli tissaħħaħ u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiggarantixxi li l-persunal jitħarreġ b'mod adegwat u jkun kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod professjonali, anki fis-sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

132.

Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiggarantixxi li kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni tkun segwita attivament, flimkien mal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi u Lussemburgiżi;

133.

Jistieden lid-DĠ ITEC u lid-DĠ SAFE isaħħu l-kapaċitajiet taċ-ċiberdifiża fid-dawl taż-żieda fit-theddid ta' attakki ċibernetiċi fix-xhur reċenti;

Parlament li jirrispetta l-ambjent

134.

Ifakkar li l-Bureau nieda proġett ta' sistema ta' ġestjoni ambjentali (EMAS) fil-Parlament fid-19 ta' April 2004; josserva li l-Bureau adotta fl-2016 politika ambjentali riveduta li żżomm u ttenni l-impenn tal-Parlament favur titjib ambjentali kontinwu;

135.

Jilqa' l-installazzjoni tal-helpdesk interistituzzjonali dwar l-akkwist pubbliku ekoloġiku, li issa għandu jkun implimentat bis-sħiħ bl-istabbiliment ta' objettivi ċari fil-qasam, kif ukoll bil-intensifikazzjoni tal-isforzi fl-informazzjoni interna, fil-promozzjoni u fil-governanza effettiva dwar l-akkwist pubbliku ekoloġiku; jenfasizza li l-fornituri ta' servizz sottokuntrattati jeħtiġilhom jikkonformaw ukoll ma' dawk ir-regoli; jiddeplora l-użu mifrux ta' fliexken, tazzi, kontenituri u imballaġġi tal-plastik fil-Parlament f'dan ir-rigward;

136.

Iżomm quddiem għajnejh il-fatt li l-Parlament impenja ruħu li jnaqqas bi 30 % għal kull FTE l-emissjonijiet ta' CO2 sal-2020 meta mqabbel mal-2006; ifaħħar il-fatt li bejn l-2006 u l-2015 dan l-indikatur naqas b'madwar 24,3 %;

137.

Iqis li huwa tal-akbar importanza, għalhekk, li l-Parlament jistabbilixxi objettivi ġodda, aktar impenjattivi u kwantitattivi għalih innifsu li huwa mistenni li dawn l-objettivi jitkejlu regolarment mis-servizzi responsabbli; jinnota f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Bureau tal-2015 li jpaċi l-ammont totali ta' emissjonijiet tal-karbonju tal-Parlament, inklużi l-emissjonijiet minn titjiriet tal-Membri bejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom u l-postijiet tax-xogħol tal-Parlament;

138.

Ifakkar lill-Parlament fl-impenn tiegħu li ħa fl-ambitu tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) dwar l-effiċjenza fl-enerġija li tistabbilixxi li dan se jintrabat, “mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-baġit u l-akkwist, li japplikaw l-istess rekwiżiti għall-binjiet li huma l-proprjetà tagħhom u li huma jokkupaw bħal dawk applikabbli għall-binjiet tal-gvern ċentrali tal-Istati Membri skont l-Artikoli 5 u 6” tagħha, minħabba l-viżibilità għolja tal-binjiet tagħhom u r-rwol ta' tmexxija li jenħtieġ li jkollu fir-rigward tal-prestazzjoni enerġetika tal-binjiet; jissottolinja l-urġenza li jkun konformi ma' din id-dikjarazzjoni, biss biss għall-kredibbiltà tiegħu stess fir-reviżjonijiet li għaddejjin bħalissa tal-prestazzjoni enerġetika tal-bini u d-direttivi dwar l-effiċjenza fl-enerġija;

139.

Jistieden lill-Bureau jistudja skema ta' inċentivi għall-promozzjoni ta' trasport iktar sostenibbli u effiċjenti fit-traġitti bejn id-dar u l-post tax-xogħol;

140.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Parlament rigward l-implimentazzjoni ta' politika komprensiva biex tonqos il-ħela tal-ikel; jistieden lill-Parlament jiżgura li l-fornituri kollha tas-servizzi tal-ikel fil-binjiet kollha tal-Parlament jattivaw ruħhom biex jevitaw il-ħela tal-ikel; jistieden lill-Parlament jippromwovi ulterjorment il-prassi ta' donazzjoni tal-ikel li ma jinbiegħx għal skopijiet ta' karità;

141.

Jassumi li l-introduzzjoni ta' sistema effiċjenti ta' prenotazzjoni tas-swali tal-laqgħat u reġistru ta' ġestjoni tal-faċilitajiet jistgħu joħolqu potenzjal konsiderevoli fir-rigward tal-ispejjeż u tal-isforzi ambjentali tal-Parlament, u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti spinta lil dan l-approċċ f'dan is-sens;

Gruppi politiċi (partita baġitarja 4 0 0)

142.

Jinnota li, fl-2015, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 0, attribwita lill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati, intużaw kif ġej:

Grupp

2015

2014 (*2)

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati (*1)

Nefqa

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali (%)

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali (%)

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss (2011)

PPE

17 440

10 198

17 101

98,06

8 720

19 919

7 908

17 796

89,34

9 960

S

15 256

5 748

15 379

100,81

5 625

15 619

4 653

14 850

95,07

5 422

ECR

5 959

1 614

5 065

84,99

2 509

5 014

1 060

4 476

105,43

1 598

ALDE

5 692

2 517

5 865

103,03

2 344

6 214

1 774

5 491

88,35

2 498

GUE/NGL

4 305

1 256

3 832

89,02

1 729

3 527

417

2 689

76,62

1 255

Verts/ALE

4 153

1 293

3 890

93,67

1 556

4 292

1 389

4 396

88,41

1 287

EFDD

3 843

1 643

3 629

94,45

1 856

3 231

1 142

2 708

88,83

1 615

ENF

1 587

0

827

52,09

760

 

 

 

 

 

Membri mhux affiljati

1 627

533

1 001

61,51

214

1 991

441

1 281

64,32

533

Total

59 860

24 803

56 588

94,53

25 312

59 807

18 784

53 687

89,76

24 168

143.

Ifakkar li l-Qorti rrakkomandat li fir-rapport annwali tagħha li l-Parlament “jeżamina il-qafas ta' kontroll eżistenti għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit li jiġu allokati għal gruppi politiċi. Barra minn hekk, li l-Parlament Ewropew jipprovdi gwida aħjar permezz ta' monitoraġġ rinforzat dwar l-applikazzjoni, mill-gruppi, tar-regoli għall-awtorizzazzjoni u l-ħlas ta' nfiq, u għall-proċeduri ta' akkwist”;

Partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej

144.

Jinnota li, fl-2015, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 2 intużaw kif ġej (7):

Partit

Taqsira

Riżorsi proprji (*3)

Għotja tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tan-nefqa eleġibbli (massimu 85 %)

Bilanċ favorevoli mid-dħul (trasferiment għar-riservi) jew telf

Partit Popolari Ewropew

PPE

1 926

8 053

12 241

85

363

Partit Soċjalista Ewropew

PSE

1 246

5 828

8 024

85

40

Partit tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa

ALDE

561

2 093

2 789

85

90

Partit tal-Ħodor Ewropej

PĦE

480

1 666

2 245

85

83

Alleanza tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej

AKRE

395

1 952

2 401

85

8

Partit tax-Xellug Ewropew

XE

372

1 484

2 044

85

71

Partit Demokratiku Ewropew

PDE

120

457

577

85

0

Demokratiċi tal-UE

DUE

55

292

370

85

3

Alleanza Ħielsa Ewropea

ALE

127

636

845

85

0

Moviment Politiku Kristjan Ewropew

MPKE

87

461

560

85

4

Alleanza Ewropea għal-Libertà

AEL

94

494

588

85

7

Alleanza Ewropea tal-Movimenti Nazzjonali

AEMN

53

292

399

85

0

Moviment għal Ewropa tan-Nazzjonijiet u tal-Libertà

MENL

161

401

562

85

0

Alleanza għad-Demokrazija Diretta fl-Ewropa

ADDE

250

821

1 070

85

– 403

Moviment għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija

MELD

91

44

226

85

– 208

Total

 

6 017

24 974

34 943

85

59

145.

Jinnota li, fl-2015, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 3 intużaw kif ġej (8):

Fondazzjoni

Taqsira

Affiljata mal-partit

Riżorsi proprji (*4)

Għotja tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tan-nefqa eleġibbli (massimu 85 %)

Ċentru għall-Istudji Ewropej Wilfried Martens

ĊSEWM

PPE

949

4 725

5 674

85

Fondazzjoni għall-Istudji Progressivi Ewropej

FEPS

PSE

847

3 848

4 695

85

Forum Liberali Ewropew

FLE

ALDE

183

880

1 063

85

Fondazzjoni Ħadra Ewropea

FĦE

PĦE

163

914

1 077

85

Nittrasformaw l-Ewropa

NE

XE

159

847

1 066

85

Istitut tad-Demokratiċi Ewropej

IDE

PDE

47

284

331

85

Ċentru Maurits Coppieters

ĊMC

ALE

57

241

298

85

Direzzjoni Ġdida — Fondazzjoni għar-Riforma Ewropea

AKRE

323

1 100

1 423

85

Fondazzjoni Ewropea għal-Libertà

FEL

AEL

47

268

315

85

Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Interstatali Ewropea

OKIE

DUE

33

132

165

85

Fondazzjoni Politika Kristjana għall-Ewropa

FPKE

MPKE

51

267

318

85

Fondazzjoni għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija

FELD

MELD

50

248

298

85

Istitut għad-Demokrazija Diretta fl-Ewropa

IDDE

ADDE

144

673

817

85

Identitajiet u Tradizzjonijiet Ewropej

ITE

AEMN

32

169

201

85

Total

 

 

3 085

14 596

17 681

85

146.

Jinnota bi tħassib li fil-każijiet tal-Alleanza għad-Demokrazija Diretta fl-Ewropa, tal-Moviment għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija, tal-Istitut għad-Demokrazija Diretta fl-Ewropa u tal-Fondazzjoni għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija nqabdu irregolaritajiet kbar relatati mal-finanzjament dirett jew indiriett projbit tal-partiti nazzjonali u mad-donazzjonijiet;

147.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-riskju għar-reputazzjoni tal-Parlament li irregolaritajiet bħal dawn jikkostitwixxu, u huwa konvint mill-bżonn ta' azzjoni rapida u effikaċi li tipprevjeni u tieħu ħsieb kull irregolarità simili fil-ġejjieni; iqis, madankollu, li dawn l-irregolaritajiet huma ristretti għal għadd limitat ta' partiti politiċi u fondazzjonijiet politiċi; huwa tal-fehma li dawn l-irregolaritajiet m'għandhomx iqajmu dubji dwar il-ġestjoni finanzjarja ta' partiti politiċi u fondazzjonijiet politiċi oħra;

148.

Huwa konxju mir-regolamenti l-ġodda, jiġifieri r-Regolament Nru 1141/2014 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1142/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 (9) li se jibdew ikollhom effett fuq il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għas-sena finanzjarja 2018, u bir-rwol importanti tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej, stabbilita dan l-aħħar, kif ukoll bid-diskussjonijiet li għaddejjin fi ħdan il-Bureau dwar il-proposti tas-Segretarju Ġenerali biex jiġu indirizzati għadd ta' kwistjonijiet pendenti bis-saħħa ta' dawn ir-Regolamenti; jistieden lill-awditur intern tal-Parlament jirrediġi, mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid, rapport ta' awditjar ġdid dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej;

149.

Iqis li huwa essenzjali, f'dan ir-rigward, li jiġi eżaminat kwalunkwe nuqqas fis-sistema attwali ta' kontrolli interni u esterni fir-rigward tal-evitar ta' irregolaritajiet gravi; jinnota d-dikjarazzjonijiet tal-kontabilista esterna, EY, li skont hu l-awditi tiegħu huma mmirati biex jiksbu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali huma ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u li l-entità rrispettat ir-regoli u r-regolamentazzjonijiet pertinenti u li dawn jinkludu l-eżami, fuq il-bażi ta' testijiet, tal-elementi probatorji li jsostnu l-opinjoni; josserva, madankollu, li l-eżamijiet ma jinkludux l-investigazzjonijiet ta' eventwali rapporti u dokumenti frawdolenti, u għaldaqstant joffru biss konoxxenza kemxejn limitata tal-attivitajiet finanzjarji eżaminati;

150.

Jinnota l-iskarsezza ta' riżorsi umani (effettivament 2 FTEs) fid-DĠ FINS iddedikati għall-kontroll tal-kontijiet tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej; huwa tal-opinjoni soda li fid-dawl tar-riskju għoli għar-reputazzjoni involut, aktar riżorsi jistgħu jkunu ddedikati għal din l-attività;

151.

Jistieden lill-Bureau, sakemm jippermetti l-prinċipju ta' kunfidenzjalità, jaġevola l-aċċess għad-dokumenti ta' bażi li jinsabu fir-rapport finali tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, partikolarment il-kontijiet u l-awditi li saru;

152.

Jitlob lill-Awtorità l-ġdida tippreżenta lill-Parlament rapport ta' progress wara l-ewwel sena ta' attività, jiġifieri l-2017; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiggarantixxi li l-awtorità jkollha għad-dispożizzjoni tagħha r-riżorsi neċessarji biex taqdi dmirijietha.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(2)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(3)  ĠU C 436, 24.11.2016, p. 2.

(4)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1).

(5)  ĠU L 246, 14.9.2016. p. 3.

(6)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(*1)  l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

(*2)  is-sena 2014 kienet magħmula minn sentejn finanzjarji minħabba l-elezzjonijiet parlamentari f'Mejju 2014. Iċ-ċifri għall-2014 fit-tabella jirrappreżentaw l-ammonti konsolidati.

(7)  

Noti:

l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

Nota (1): id-dħul totali jinkludi r-riport tas-sena preċedenti skont l-Artikolu 125(6) tar-Regolament Finanzjarju

(*3)  l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR.

(8)  

Noti:

l-ammonti kollha huma f'eluf ta' EUR

(*4)  l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR.

(9)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1142/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta' Ottubru 2014, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 28).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/22


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1604 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)475 — C8-0271/2016) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0131/2017),

1.

Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69, 13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.

(4)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/23


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1605 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0131/2017),

A.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.   Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, ikkonkludiet li l-pagamenti b'mod ġenerali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 għan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi ma kellhomx żbalji materjali;

2.   Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li jikkonċerna s-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), il-Qorti osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati b'rabta mar-riżorsi umani u mal-akkwist għall-Kunsill Ewropew u l-Kunsill;

3.   Jinnota li fl-2015 il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill kellhom baġit globali ta' EUR 541 791 500 (EUR 534 202 300 fl-2014), b'rata ta' implimentazzjoni ta' 92,6 %;

4.   Jieħu nota taż-żieda ta' EUR 7,6 miljun (+ 1,4 %) fil-baġit tal-Kunsill għall-2015;

5.   Jinnota l-pubblikazzjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) tar-rapporti ta' attività annwali tas-Servizz Legali u tad-diretturi ġenerali għall-Komunikazzjoni u l-Ġestjoni tad-Dokumenti u għall-Amministrazzjoni;

6.   Jieħu nota tal-ispjegazzjonijiet mogħtija fir-rapport ta' attività annwali tal-Amministrazzjoni rigward is-sottonfiq strutturali; jinsab imħasseb, madankollu, li r-rata ta' sottonfiq għadha għolja f'ċerti kategoriji; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin biex jittejjeb l-ippjanar baġitarju;

7.   Isostni t-tħassib tiegħu dwar in-numru għoli ħafna ta' approprjazzjonijiet li ġew riportati mill-2015 għall-2016, b'mod partikolari dawk relatati mal-proprjetà immobiljari, l-impjant u t-tagħmir;

8.   Itenni li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għandu jinfired bil-għan li jikkontribwixxi għat-trasparenza tal-ġestjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u jtejjeb ir-responsabbiltà taż-żewġ istituzzjonijiet;

9.   Jitlob li l-istampa ġenerali tar-riżorsi umani tkun analizzata skont il-kategorija, il-grad, is-sess, in-nazzjonalità u t-taħriġ vokazzjonali;

10.   Jenfasizza li l-bilanċ ġeografiku, jiġifieri r-relazzjoni bejn in-nazzjonalità tal-persunal u d-daqs tal-Istati Membri, għandu jibqa' element importanti fil-ġestjoni tar-riżorsi umani, partikolarment fir-rigward tal-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni mill-2004 'l hawn; jilqa' l-fatt li l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill laħqu kompożizzjoni kumplessiva bilanċjata ta' uffiċjali mill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni qabel u wara l-2004, iżda jirrimarka li l-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni fl-2004 jew wara għadhom sottorappreżentati fil-livell ogħla tal-amministrazzjoni u fil-karigi maniġerjali, li fihom għad irid isir progress;

11.   Jinnota l-eżistenza ta' politika ta' bilanċ bejn is-sessi fis-SĠK; jilqa' t-tendenza pożittiva tar-rappreżentanza tan-nisa fil-karigi maniġerjali; jistieden lill-Kunsill, madankollu, biex ikompli jsaħħaħ l-isforzi tiegħu, filwaqt li jirrimarka li l-livell tal-bilanċ bejn is-sessi f'karigi maniġerjali xorta waħda laħaq biss 30 %/70 % sa tmiem l-2015;

12.   Jilqa' l-informazzjoni rigward l-attivitajiet okkupazzjonali ta' ex uffiċjali anzjani tas-SĠK wara t-tluq mis-servizz (1) fis-sena 2015; jappoġġja t-trasparenza sħiħa u l-pubblikazzjoni ta' tali informazzjoni kull sena;

13.   Jinnota bi tħassib kbir li fl-2015 is-SĠK kien għadu ma implimentax regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, kif irrimarka l-Ombudsman; jistieden lill-Kunsill jimplimenta regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta mingħajr aktar dewmien;

14.   Josserva t-tabella tal-persunal tal-Kunsill biex jikkonforma mal-ftehim interistituzzjonali li jnaqqas il-persunal b'5 % fuq perjodu ta' ħames snin; jitlob li jiġi infurmat dwar kif dan it-tnaqqis huwa kompatibbli mal-ħolqien ta' 19-il kariga ġdida; jissuġġerixxi li l-Kunsill jirrapporta lill-Parlament dwar l-ekonomiji alternattivi possibbli magħmula biex jikkumpensaw għad-dewmien fit-tnaqqis tal-persunal;

15.   Jieħu nota tar-riorganizzazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni biex itejjeb il-kwalità u l-effiċjenza tiegħu; jistenna li din ir-riforma jkollha impatt pożittiv fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill;

16.   Huwa mħasseb dwar id-dewmien fit-tlestija tal-binja Europa; jitlob li jiġi infurmat dwar l-impatt finanzjarju tal-posponiment;

17.   Itenni l-appell tiegħu biex il-politika immobiljari tal-Kunsill tiġi pprovduta lill-awtorità ta' kwittanza; ifakkar lill-Kunsill fl-appell tal-Parlament għal rapporti ta' progress dwar proġetti ta' bini u għal analiżi dettaljata tal-ispejjeż sal-lum;

18.   Jinnota b'sodisfazzjon li s-SĠK kiseb it-tikketta ta' impriża ekodinamika fl-2015 u ċ-ċertifikazzjoni EMAS fl-2016 għall-ġestjoni ambjentali effiċjenti tiegħu;

Is-sitwazzjoni kurrenti

19.   Jieħu nota tar-risposta uffiċjali tas-segretarju ġenerali tal-Kunsill għall-istedina tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament biex jattendi l-iskambju ta' fehmiet mas-segretarji ġenerali tal-istituzzjonijiet l-oħra; josserva li r-risposta sempliċement ittenni l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-iskambju ta' informazzjoni finanzjarja li diġà ġiet espressa fil-passat; jinnota li l-kwestjonarju bil-miktub mibgħut lis-SĠK fis-17 ta' Novembru 2016 b'mistoqsijiet mill-Membri baqa' mingħajr risposta;

20.   Itenni li l-Kunsill għandu jkun trasparenti u responsabbli għal kollox fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilu bħala istituzzjoni tal-Unjoni; jenfasizza li dan jimplika li l-Kunsill jeħtieġlu jieħu sehem bis-sħiħ u b'rieda tajba fil-proċedura ta' kwittanza annwali, bħalma jagħmlu l-istituzzjonijiet l-oħra; iqis, f'dan ir-rigward, li s-superviżjoni effikaċi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni tirrikjedi kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill permezz ta' arranġament ta' ħidma; jiddispjaċih ħafna dwar id-diffikultajiet li nqalgħu fil-proċeduri ta' kwittanza sal-lum;

21.   Jinsisti li n-nefqa tal-Kunsill trid tgħaddi minn skrutinju bl-istess mod bħal dik tal-istituzzjonijiet l-oħra, u jirrimarka li l-elementi fundamentali ta' dan l-iskrutinju huma stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tiegħu tas-snin li għaddew;

22.   Ifakkar li l-Parlament jagħti kwittanza lill-istituzzjonijiet l-oħra wara li jikkunsidra d-dokumenti pprovduti u t-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet; jiddispjaċih li l-Parlament ripetutament jiltaqa' ma' problemi biex jirċievi risposti mill-Kunsill; jittama, f'dan is-sens, li jkun hemm kooperazzjoni ferm itjeb mas-segretarju ġenerali tal-Kunsill, li għalih is-sena 2015 kienet l-ewwel sena li fiha refa' dawn ir-responsabbiltajiet;

23.   Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' għoti tal-kwittanza fl-imgħoddi minħabba kooperazzjoni insuffiċjenti bejn il-Parlament u l-Kunsill; jinnota li jidher li hemm aktar rieda tajba miż-żewġ naħat, u jesprimi ottimiżmu li se jsir progress bil-ħsieb li l-kooperazzjoni tittejjeb fil-ġejjieni, ħaġa li sejra ttejjeb l-immaġni pubblika tal-Parlament u tal-Kunsill; jistieden lill-Parlament u lill-Kunsill ikomplu f'din it-triq;

24.   Jissottolinja s-setgħa tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 164 sa 167 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u jafferma li l-għoti jew iċ-ċaħda tal-kwittanza huma dmir li l-Parlament għandu lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni;

25.   Ifakkar li kull waħda mill-istituzzjonijiet, kif definit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, hija awtonoma fl-implimentazzjoni tat-taqsima proprja tagħha tal-baġit, minħabba l-awtonomija baġitarja tagħha stabbilita fl-Artikolu 55 ta' dak ir-Regolament; jafferma li, skont il-prassi u l-interpretazzjoni tar-regoli kurrenti u l-awtonomija baġitarja tal-Kunsill, u sabiex tinżamm it-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika lejn il-kontribwenti tal-Unjoni, il-Parlament jagħti l-kwittanza lil kull istituzzjoni fuq bażi individwali;

26.   Iqis li kooperazzjoni sodisfaċenti bejn il-Parlament, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill bħala riżultat ta' proċedura ta' djalogu miftuħ u formali, tista' tkun sinjal pożittiv li jingħata liċ-ċittadini tal-Unjoni.


(1)  It-tielet u r-raba' paragrafi tal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/26


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2017/1606 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016) 475 — C8-0269/2016) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016) 674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016) 338, SWD(2016) 339),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tal-2015 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2016) 446),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2015 (COM(2016) 628) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016) 322),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05876/2017 — C8-0037/2017),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

A.

billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015 (6);

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mar-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69,13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.

(4)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(6)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0144 (ara l-paġna 66 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/28


RIŻOLUZZJONI (UE, Euratom) 2017/1607 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni,

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-aġenziji eżekuttivi għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikoli 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġitġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) (“ir-Regolament Finanzjarju”) u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (2) (ir-“Regoli tal-Applikazzjoni”),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

A.

billi l-Ewropa qed taffaċċja kriżi ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet tagħha, sitwazzjoni li kull istituzzjoni individwali tal-Unjoni jeħtiġilha taċċetta sehemha mir-responsabbiltà għaliha, u li għalhekk tirrikjedi rigorożità partikolari min-naħa tal-Parlament meta jkun qed iwettaq l-iskrutinju tal-kontijiet tal-Kummissjoni;

B.

billi jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri jtejbu l-politika tagħhom dwar il-komunikazzjoni sabiex ikunu jistgħu jinformaw liċ-ċittadini b'mod xieraq rigward ir-riżultati li jkun kiseb il-baġit tal-Unjoni u l-valur miżjud tagħhom;

C.

billi l-Parlament jeħtieġlu jieħu impenn qawwi fil-konfront tat-tħassib taċ-ċittadini tal-Unjoni rigward fejn qed jintefaq il-baġit tal-Unjoni u kif l-Unjoni tħares l-interessi tagħhom;

D.

billi jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jaħdmu biex ikun hemm sistema baġitarja li tkun robusta u reżiljenti, u li fil-prestazzjoni tagħha ma turix biss flessibbiltà iżda anke aġilità, kemm fi żminijiet ta' stabbiltà u kemm fi żminijiet ta' taqlib;

E.

billi l-politika ta' koeżjoni ġġib magħha valur miżjud ċar billi ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini fl-Ewropa kollha peress li hija politika fundamentali fil-qasam tas-solidarjetà u għajn vitali ta' investiment pubbliku;

F.

billi hemm bżonn li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jibnu fehim ċar u jaqblu rigward liema prijoritajiet ta' politiki u beni pubbliċi Ewropej jenħtieġ li jiġu ffinanzjati l-ewwel bi tweġiba għat-tħassib taċ-ċittadini tagħna u biex jinstaddu t-toqob fil-politiki tagħna;

G.

billi l-infiq tal-Unjoni, għalkemm huwa limitat għal 1 % tad-DGN, huwa strument sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-politiki fl-Ewropa kollha kemm hi bl-użu tal-valur miżjud Ewropew, u bħala medja jirrappreżenta 1,9 % tal-infiq governattiv ġenerali tal-Istati Membri tal-Unjoni;

H.

billi, filwaqt li l-perċentwali involuti fil-baġit tal-Unjoni bħala (a) porzjon tal-infiq aggregat kumplessiv tal-Istati Membri, u (b) l-element mhux ikkontabbilizzat/minfuq ħażin/moħli ta' dak il-baġit, huma żgħar, l-ammonti effettivament involuti huma konsiderevoli u għaldaqstent jiġġustifikaw skrutinju intensiv;

I.

billi, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, filwaqt li l-Istati Membri huma rikjesti jikkooperaw b'mod sinċier mal-Kummissjoni sabiex jassiguraw li l-approprjazzjonijiet jintużaw skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

J.

billi, meta jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni, il-Parlament jivverifika jekk il-fondi jkunux intużaw b'mod korrett jew le, u jekk l-objettivi tal-politiki jkunux intlaħqu jew le;

Il-baġit, il-perjodi ta' programmazzjoni u l-prijoritajiet politiċi

1.

Jinnota li t-tul ta' seba' snin tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali mhuwiex issinkronizzat mal-mandati ta' ħames snin tal-Parlament u tal-Kummissjoni, u li dan joħloq ukoll diskrepanzi bejn il-baġit għas-sena finanzjarja u l-kwittanza għalih; jindika barra minn hekk li lanqas iċ-ċiklu ta' għaxar snin għall-ippjanar strateġiku u l-Istrateġija Ewropa 2020 mhuma allinjati maċ-ċiklu ta' seba' snin għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE; huwa tal-opinjoni li dan huwa waħda mill-kawżi ta' nuqqas importanti fil-qasam tal-governanza politika tal-Unjoni peress li l-Parlament u l-Kummissjoni huma marbutin bi ftehimiet preċedenti fir-rigward tal-objettivi politiċi u l-finanzjamenti u dan jista' jagħti l-impressjoni li l-elezzjonijiet Ewropej huma irrilevanti f'dan il-kuntest;

2.

Jinnota li, fl-2015, il-baġit tal-Unjoni kellu jsostni l-ilħuq tal-objettivi ta' żewġ programmi politiċi differenti fuq żmien twil:

(a)

l-Istrateġija Ewropa 2020 fuq naħa, u

(b)

l-għaxar prijoritajiet politiċi stabbiliti mill-President Juncker fuq in-naħa l-oħra,

filwaqt li kellu wkoll jirreaġixxi għal għadd ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi: ir-rifuġjati, l-insigurtà fl-Ewropa u fil-viċinat tagħha, l-instabbiltà finanzjarja fil-Greċja u l-impatt ekonomiku tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet lejn ir-Russja, kif ukoll l-impatt prolongat tal-kriżi finanzjarja u l-konsegwenzi strutturali tagħha ta' qgħad, faqar u inugwaljanza;

3.

Jinnota li l-politiki tal-Unjoni jista' jkollhom objettivi differenti fuq żmien qasir, fuq żmien medju u fuq żmien twil, li l-ilħuq tagħhom mhux bilfors jista' jiġi ddeterminat minn qafas finanzjarju pluriennali wieħed; jemmen li hemm bżonn tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li jinstab bilanċ ġdid bejn l-issettjar tal-aġenda politika, l-implimentazzjoni tal-politiki u l-bżonnijiet tal-qafas finanzjarju;

4.

Jiddispjaċih li l-arranġamenti baġitarji temporanji ma joffrux is-sistema ideali għat-traspożizzjoni tal-aspirazzjonijiet soċjali u politiċi f'objettivi operattivi utli għall-programmi u l-iskemi ta' nfiq;

5.

Jindika li, fl-2020, se jkun hemm opportunità biex l-istrateġija fuq żmien twil u t-tfassil tal-politiki jiġi allinjati maċ-ċiklu baġitarju u jirrakkomanda li din l-opportunità tiġi sfruttata;

6.

Jinsab preokkupat li, fl-2015, sehem l-infiq relatata mal-klima mill-baġit tal-Unjoni kien biss ta' 17,3 % fl-2015 u kien biss 17,6 % bħala medja għall-perjodu 2014-2016 skont il-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”) (3), filwaqt li l-objettiv kien li, minn tal-inqas, jintlaħaq sehem ta' 20 % fuq il-perjodu finanzjarju kollu kemm hu; jisħaq għalhekk li skont il-Qorti hemm riskju serju li l-objettiv ta' 20 % ma jintlaħaqx mingħajr ma jsir aktar sforz biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima;

7.

Jindika barra minn hekk li l-objettiv ta' 20 % ta' nfiq relatat mal-klima ġie deċiż qabel il-Ftehim ta' Pariġi; jinsab konvint li jenħtieġ li jsiru sforzi ulterjuri sabiex il-baġit tal-Unjoni jagħti saħansitra aktar attenzjoni għall-bżonnijiet fil-qasam tal-klima; jissottolinja, barra minn hekk, li r-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali toħloq opportunità eċċellenti biex jiġi żgurat li l-objettiv ta' 20 % ta' nfiq fuq azzjonijiet relatati mal-klima jintlaħaq u biex tiġi prevista l-possibbiltà li dan il-limitu minimu jiżdied bi qbil mal-impenji internazzjonali li l-UE ħadet matul il-COP 21;

8.

Jilqa' l-approċċ ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni li nediet il-Kummissjoni; jikkunsidra li jenħtieġ li l-baġit tal-Unjoni jkun aktar effiċjenti u effikaċi minn qatt qabel minħabba r-riżorsi finanzjarji skarsi; jiddispjaċih madankollu li fil-biċċa l-kbira l-Kummissjoni tiffoka fuq l-outputs aktar milli fuq l-eżiti.

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

9.

Jaqbel mas-suġġeriment li għamlet il-Qorti fid-dokument ta' tgħarrif tagħha tat-28 ta' Ottubru 2016 dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (punti 39 u 40) li wasal iż-żmien li l-Kummissjoni tesplora alternattivi oħra, pereżempju:

li l-ibbaġitjar isir skont programm f'ċiklu kontinwu ppjanat fuq ħames snin, li jkun hemm klawżola/i ta' reviżjoni skont l-objettivi u l-politiki u li l-evalwazzjoni ssir skont programm f'ċiklu kontinwu;

li t-tul tal-programmi u l-iskemi jiġi stabbilit skont il-bżonnijiet politiċi aktar milli abbażi tat-tul tal-perjodu ta' ppjanar finanzjarju; u li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġu rikjesti jippreżentaw bżonnijiet iġġustifikati sew (a) għall-finanzjament tal-Unjoni u (b) għar-riżultati li jridu jiksbu qabel jiġi stabbilit l-infiq;

10.

Jappella lill-Kummissjoni biex, fl-aġenda tal-laqgħa tal-esperti li jmiss dwar Baġit Iffokat fuq ir-Riżultati, tinkludi s-suġġerimenti li għamlet il-Qorti fil-punti 39 u 40 tad-dokument ta' tagħrif tagħha msemmi iktar 'il fuq tat-28 ta' Ottubru 2016 u r-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' livell għoli dwar ir-riżorsi proprji, bħala tħejjija għall-Konferenza li jmiss dwar l-inizjattiva “Baġit tal-UE ffokat fuq ir-riżultati” fejn l-oqsma ta' politika li fuqhom ikun tajjeb li jintefaq il-baġit tal-Unjoni ser jiġu diskussi qabel jiġi deċiż il-qafas finanzjarju;

11.

Jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet kollha li għamlet il-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 31/2016 tagħha, b'mod speċjali r-rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni jmissha tesplora l-opportunitajiet potenzjali kollha, inklużi r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u r-reviżjoni ta' xi bażijiet legali, sabiex tiżgura bidla reali ulterjuri lejn l-azzjoni klimatika; jappella lill-Qorti biex toħroġ rapport ta' segwitu dwar l-infiq relatat mal-klima mill-baġit tal-Unjoni sa tmiem l-2018;

12.

Jappella lill-Kummissjoni sabiex tisfrutta aktar l-opportunitajiet rigward ir-riżerva ta' prestazzjoni fi ħdan il-qafas legali eżistenti, b'mod li toħloq stimulu finanzjarju ġenwin sabiex il-ġestjoni finanzjarja tittejjeb effettivament; jitlob barra minn hekk li r-riżerva ta' prestazzjoni tiġi rinforzata bħala strument, billi jiżdied il-komponent li jiddependi fuq il-prestazzjoni fil-qafas leġiżlattiv sussegwenti;

13.

Jappella lill-Kummissjoni biex torjenta l-prijoritajiet tagħha lejn il-ksib b'suċċess tal-Istrateġija Ewropa 2020 billi tuża l-istrumenti tas-Semestru Ewropew;

14.

Jappella lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi abbozz tal-prijoritajiet politiċi għall-perjodu finanzjarju li jibda fl-2021, u biex tippreżenta t-test lill-Parlament fi stadju bikri;

15.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma għamlitx rieżami komplut tal-Istrateġija Ewropa 2020 sabiex tiżgura l-implimentazzjoni tagħha taħt l-Aġenda Strateġika għall-Unjoni fi Żminijiet ta' Bidla, li ġiet adottata mill-Kunsill Ewropew f'Ġunju 2014, skont kif tipprevedi din l-aġenda;

16.

Jappella lill-Kummissjoni biex tqis il-Ftehim ta' Pariġi u żżid minnufih l-objettiv tal-infiq relatat mal-klima fil-baġit tal-Unjoni minn 20 % għal 30 %;

17.

Jappella lill-Kummissjoni biex tfassal il-baġits ġejjiena tal-Unjoni b'mod li tagħmilhom aktar effiċjenti u effikaċi, u tallinjahom aħjar mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-klima, u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni;

Il-baġits moħbija

18.

Jindika li diversi mekkaniżmi finanzjarji li jsostnu l-politiki tal-Unjoni mhumiex iffinanzjati direttament mill-baġit tal-Unjoni u lanqas ma jiġu rreġistrati fil-karta tal-bilanċ tal-Unjoni: dawn jinkludu l-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja, il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u l-Fond Ewropew tal-Investiment ikkollegat mal-Bank Ewropew tal-Investiment;

19.

Jinnota li mekkaniżmi oħra, bħall-faċilitajiet ta' finanzjament mħallat u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, jiġu rreġistrati parzjalment fil-karta tal-bilanċ tal-UE;

20.

Jindika l-użu dejjem jikber tal-istrumenti finanzjarji li prinċipalment jinkludu s-self, l-istrumenti ta' ekwità, il-garanziji u l-istrumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju taħt ġestjoni indiretta għall-perjodu 2014-2020, u jindika wkoll li l-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment iġġestixxa kważi l-istrumenti finanzjarji kollha taħt ġestjoni indiretta; ma jemminx li hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli biex tkun tista' ssir valutazzjoni ta' dak li kisbu dawn l-istrumenti, b'mod speċjali fir-rigward tal-impatt soċjali u ambjentali tagħhom; jenfasizza li l-istrumenti finanzjarji jistgħu jservu ta' suppliment għall-għotjiet iżda mhux suppost jissostiwixxuhom;

21.

Jiddispjaċih li l-użu dejjem jikber ta' tali strumenti finanzjarji, u anke tal-istrumenti finanzjarji f'ġestjoni kondiviża (l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja), joħloq aktar riskji mhux biss biex il-baġit tal-Unjoni jibqa' strument kredibbli u suffiċjenti kemm għall-objettivi attwali u kemm għal dawk ġejjiena, iżda anke għall-obbligu ta' rendikont u għall-koordinament tal-politiki u l-operazzjonijiet tal-Unjoni; jissottolinja li, qabel jiġi estiż l-użu tal-istrumenti finanzjarji, imissha ssir evalwazzjoni komprensiva tar-riżultati, il-kisbiet u l-effiċjenza tagħhom; jindika li r-rapporti speċjali tal-Qorti (4) jiddikjaraw li l-istrumenti finanzjarji ma jaħdmux kif inhu mistenni u/jew huma kbar wisq u/jew mhux qed jirnexxielhom jattiraw lill-kapital privat;

22.

Iwissi lill-Kummissjoni li l-istrumenti finanzjarji jew kwalunkwe arranġament ta' finanzjament mhumiex bilfors vinkolati mill-objettivi politiċi u l-miri tal-Unjoni u jistgħu jiffinanzjaw proġetti li ma jkunux konformi mal-impenji tal-Unjoni;

23.

Jindika li t-tnedija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi laqtet id-dewmien fit-tnedija tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi se jkollu wkoll impatt fuq l-użu li jsir minn xi strumenti finanzjarji oħra;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

24.

Jappella lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri biex l-arranġamenti ta' finanzjament tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni — li attwalment jinkludu għodda differenti u kombinamenti bejniethom, bħal pereżempju, il-programmi, il-fondi strutturali u ta' investiment, il-fondi fiduċjarji, il-fondi għall-investimenti strateġiċi, il-fondi ta' garanzija, il-faċilitajiet, l-istrumenti finanzjarji, l-istrumenti ta' assistenza makrofinanzjarja, eċċ. — tagħmilhom aktar ċari, sempliċi u koerenti, u armati aħjar biex jiżguraw biżżejjed trasparenza, obbligu ta' rendikont, prestazzjoni u fehim pubbliku dwar kif jiġu ffinanzjati l-politiki tal-Unjoni u l-benefiċċji li jġibu magħhom; jiddispjaċih li l-proposta għal regolament finanzjarju ġdid minn Settembru 2016 ma tindirizzax dawn il-problemi b'mod adegwat;

25.

Jappella lill-Kummissjoni biex tevalwa mill-ġdid il-valutazzjoni ex ante għall-istrument ta' dejn tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fid-dawl tal-ħolqien tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, kif ukoll tippreżenta lill-Parlament b'valutazzjoni tal-impatt tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi fuq il-programmi u l-istrumenti finanzjarji l-oħra tal-Unjoni;

26.

Jitlob lill-Qorti tevalwa l-kontribut tal-istrumenti finanzjarji u l-arranġamenti ta' finanzjament (kif inhuma elenkati fil-paragrafu 24) għall-Istrateġija Ewropa 2020; jappella lill-Kummissjoni biex tieħu kwalunkwe miżura rilevanti sabiex tiżgura li l-istrumenti finanzjarji u kull arranġament ta' finanzjament ikunu kompatibbli mal-istrateġija u l-objettivi tal-Unjoni u mal-impenji li ħadet;

27.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissarju Oettinger li, fuq żmien twil, id-diversi baġits moħbija jerġgħu jinġiebu taħt il-kappa tal-baġit tal-Unjoni; iqis li kieku dan iżid enormement l-obbligu demokratiku li jingħata rendikont; huwa tal-opinjoni soda li jkun tajjeb li din il-problema tissolva malajr kemm jista' jkun, iżda sa mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni finanzjarja li jmiss; jappella lill-Kummissjoni biex tħejji komunikazzjoni dwar din il-kwistjoni qabel Novembru 2017;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

28.

Jiddispjaċih li l-arretrati fl-użu tal-fondi strutturali fil-perjodu 2007-2013 huma sinifikanti; jinnota li, sa tmiem l-2015, il-pagament ta' 10 % mill-ammont totali ta' EUR 446,2 biljun li ġie allokat għall-programmi operattivi kollha approvati kien għadu pendenti;

29.

Jisħaq li din is-sitwazzjoni tista' tassew tirriżulta problema sinifikanti u ddgħajjef l-effikaċja tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej peress li, f'xi Stati Membri, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni li ma jkunx intalab il-pagament tagħha, flimkien mal-kofinanzjament rikjest, taqbeż il-15 % tal-infiq governattiv ġenerali kollu kemm hu meta jitqiesu l-aħħar żewġ perjodi ta' oqfsa finanzjarji, 2007-2013 u 2014-2020;

30.

Jinnota bi tħassib il-fatt li, sa tmiem l-2015, ħames Stati Membri (ir-Repubblika Ċeka, l-Italja, Spanja, il-Polonja u r-Rumanija) u benefiċjarji prinċipali rrappreżentaw aktar minn nofs l-approprjazzjonijiet ta' impenn li ma ntużawx għall-fondi strutturali li ma wasslux għal pagamenti għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, u li r-raġunijiet għal dan id-dewmien huma diversi: in-nuqqas ta' kapaċità u assistenza amministrattiva, in-nuqqas ta' riżorsi nazzjonali għall-kofinanzjament tal-operazzjonijiet tal-Unjoni, id-dewmien biex jiġu ppreżentati l-programmi reġjonali għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, eċċ.;

31.

Jindika li karatteristika ġdida f'dan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali hija li l-ammonti li ma jintużawx taħt il-limitu massimu għall-pagamenti u taħt dak għall-impenji awtomatikament iżidu l-flessibbiltà għas-snin sussegwenti;

32.

Jisħaq li l-livell tal-impenji fl-2015 kien ogħla milli qatt kien fis-snin preċedenti u eżatt fi ħdan il-limitu kumplessiv (97,7 % tal-ammont disponibbli);

33.

Jindika li, fl-2015, tliet kwarti tal-infiq operattiv marru għal skemi li kienu qed joperaw taħt ir-regoli tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali preċedenti: jiġifieri sussidji għall-bdiewa għall-2014, proġetti ta' koeżjoni u proġetti ta' riċerka taħt is-Seba' Programm Kwadru li beda fl-2007;

34.

Iqis li huwa inaċċettabli li, sa tmiem l-2015, anqas minn 20 % tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej — bl-eċċezzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali — kienu nħatru mill-Istati Membri; iqis dawn il-ħatriet bħala pass neċessarju biex l-awtoritajiet tal-Istati Membri jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa lill-Kummissjoni; huwa tal-opinjoni li l-ammont konsiderevoli ta' elementi ġodda li ġew introdotti għall-perjodu 2014-2020 wassal għal diffikultajiet amministrattivi minkejja l-isforzi favur is-semplifikazzjoni;

35.

Jindika li d-diffikultajiet biex jitlestew il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità rigward is-sistema ta' ġestjoni u kontroll il-ġdida, li ġeneralment jinzertaw fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni, huma kawża serja għad-dewmien fl-assorbiment;

36.

Jinnota li r-riċessjoni ekonomika globali, li għandha effett dirett fis-sura tal-miżuri ta' trażżin baġitarju li jiġu applikati lill-baġits pubbliċi u d-diffikultajiet biex jinkiseb finanzjament intern, hija wkoll fattur ewlieni għad-dewmien fl-assorbiment;

37.

Jiddispjaċih profondament li, b'konsegwenza ta' dan, hemm riskju li d-dewmien fl-eżekuzzjoni baġitarja għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 ikun akbar minn dak esperjenzat għall-perjodu 2007-2013; jibża' li l-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss jista' jibda b'livell ta' impenji pendenti li, tant ikun għoli, li ma jkollux preċedenti, u li jista' jipperikola l-ġestjoni tal-baġit tal-Unjoni fl-ewwel snin; jistenna li l-Kummissjoni tkun ħadet it-tagħlima tagħha minn dan bl-intenzjoni li tipprevjeni dewmien simili fil-futur;

38.

Jinnota li l-Kummissjoni, f'Marzu 2015, adottat pjan ta' pagament li jippreżenta miżuri fuq żmien qasir għat-tnaqqis tal-livell tal-kontijiet mhux imħallsa, iżda jindika li, waqt li dawk il-miżuri huma intenzjonati biex itejbu l-ġestjoni tal-flussi tal-flus fuq żmien iqsar, l-indirizzar tal-livell għoli ta' impenji pendenti jirrikjedi perspettiva fuq żmien itwal u evalwazzjoni bir-reqqa tal-kawżi li huma l-għeruq tagħhom (diffikultajiet amministrattivi u operattivi, restrizzjonijiet makroekonomiċi, eċċ.) b'mod li titfassal strateġija effikaċi sabiex ma jerġgħux iseħħu fil-futur;

39.

Jisħaq li l-attivazzjoni tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea tista' toħloq problemi bil-mod kif jiġi ġestit il-baġit tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-pagamenti; jindika l-ħtieġa li dan l-element kruċjali jiġi koperti fi kwalunkwe ftehim tranżitorju jew finali ma' kwalunkwe Stat Membru li jirtira.

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

40.

Jitlob li l-Kummissjoni tieħu miżuri biex jiġu osservati strattament ir-regoli u l-kalendarji rigward l-impenji pendenti, inklużi:

(i)

l-għeluq u d-diżimpenn tal-programmi tal-2007-2013;

(ii)

l-użu xieraq tal-korrezzjoni netta fil-koeżjoni;

(iii)

tnaqqis tal-flus kontanti miżmuma mill-fiduċjarji; u

(iv)

il-kumpilazzjoni ta' pjanijiet u previżjonijiet ta' pagament meta l-impenji pendenti jkunu sinifikanti;

41.

Jitlob għal darba oħra li l-Kummissjoni annwalment tistabbilixxi previżjoni aġġornata fuq żmien twil tal-fluss tal-flus, li tkun tkopri perjodu bejn is-seba' u l-għaxar snin fil-futur, u li tinkludi l-limiti massimi baġitarji, il-ħtiġijiet ta' pagament, ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità u d-diżimpenji potenzjali b'mod li l-ħtiġijiet ta' pagament jiġu jikkorrispondu aħjar mal-fondi disponibbli;

42.

Jitlob li, bħala kwistjoni ta' urġenza, minħabba s-sitwazzjoni mwiegħra li attwalment jinsabu fiha diversi Stati Membri, il-Kummissjoni, fil-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tagħha, tikkunsidra r-restrizzjonijiet tal-kapaċità u l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi speċifiċi ta' ċerti Stati Membri; jappella lill-Kummissjoni biex tuża l-istrumenti kollha disponibbli permezz tal-assistenza teknika u l-Programm il-ġdid għall-Appoġġ tar-Riforma Strutturali biex isostni lil dawk l-Istati Membri b'mod li tevita s-sottoutilizzazzjoni tal-fondi u żżid ir-rati ta' assorbiment, b'mod speċjali fil-qasam tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej;

43.

Itenni l-bżonn għal semplifikazzjoni u ċarezza tar-regoli u l-proċeduri kemm fil-livell tal-Unjoni u kemm f'dak nazzjonali, b'mod li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-fondi tal-Unjoni min-naħa tal-benefiċjarji u tiġi żgurata ġestjoni tajba ta' dawk il-fondi mis-servizzi amministrattivi; jemmen li s-semplifikazzjoni se tikkontribwixxi għal allokazzjoni mgħaġġla tal-fondi, rati ta' assorbiment ogħla, żieda fl-effiċjenza u t-trasparenza, inqas żbalji ta' implimentazzjoni u perjodi iqsar għall-pagamenti; jikkunsidra li hemm bżonn jintlaħaq bilanċ bejn is-semplifikazzjoni u l-istabbiltà tar-regoli, il-proċeduri u l-kontrolli; jinnota li, fi kwalunkwe każ, waħda mill-prekundizzjonijiet neċessarji biex l-implimentazzjoni tirnexxi hija li l-applikanti u l-benefiċjarji potenzjali jiġu pprovduti b'informazzjoni u linji gwida suffiċjenti;

44.

Jappella lill-Kummissjoni biex iżżomm lura milli tqaċċat mill-ġdid l-assistenza teknika għad-dispożizzjoni tagħha u toħroġ bi pjan ta' azzjoni għal assorbiment effikaċi u puntwali, b'enfasi partikolari fuq dawk l-Istati Membri u r-reġjuni li waqgħu lura u li għandhom rati ta' assorbiment baxxi;

L-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja

45.

Jiddispjaċih li 75 % biss (5) mill-kontribuzzjonijiet għall-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 f'ġestjoni kondiviża tħallsu lid-destinatarji finali sa tmiem l-2015 (fi tmiem l-2014 kienu tħallsu 57 % u fi tmiem l-2012 kienu tħallsu 37 %) u li l-ammont tal-flus miżmuma fl-istrumenti finanzjarju taħt ġestjoni indiretta baqa' għoli (EUR 1,4 biljun fl-2015; EUR 1,3 biljun fl-2014; EUR 1,4 biljun fl-2013);

46.

Jinnota bi tħassib il-fatt li l-ammonti mhux użati mill-istrumenti finanzjarji għadhom relattivament għoljin, u li minn dawn l-ammonti, 80 % kienu kkonċentrati f'ħames Stati Membri fi tmiem l-2014 (u mit-total ta' dawn, l-Italja kienet tirrappreżenta 45 %); jikkunsidra li l-Kummissjoni jmissha twettaq valutazzjoni komprensiva ta' dawn l-istrumenti qabel tmiem l-2018, b'mod li tistabbilixxi jekk ikollhomx jiġu riportati għall-perjodu ta' programmazzjoni finanzjarja li jmiss;

47.

Jitlob li l-Kummissjoni tirkupra l-bilanċi tal-flus mhux użati fl-strumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża, kif ukoll il-fondi mhux użati li jifdal fl-istrumenti finanzjarji taħt ġestjoni indiretta mill-Oqfsa Finanzjarji Pluriennali preċedenti li jkun skada l-perjodu ta' eliġibbiltà għalihom;

Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti

48.

Jilqa' l-fatt li l-Qorti tagħti opinjoni favorevoli dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet għall-2015, kif ilha tagħmel mill-2007, u li kkonkludiet li d-dħul fl-2015 kien liberu minn kwalunkwe żball materjali, kif ukoll jinnota b'sodisfazzjon li l-impenji li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fl-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

49.

Jiddispjaċih profondament li, għat-22 sena konsekuttiva, il-pagamenti huma materjalment milquta minn żbalji minħabba l-fatt li s-sistemi ta' superviżjoni u ta' kontroll huma biss parzjalment effikaċi;

50.

Jiddispjaċih li, minkejja t-titjib, ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli li tolqot lill-pagamenti hija ta' 3,8 %; ifakkar li l-istima tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli għall-pagamenti fis-sena finanzjarja 2014 kienet ta' 4,4 %, fis-sena finanzjarja 2013 kienet ta' 4,7 %, fis-sena finanzjarja 2012 kienet ta' 4,8 % u fis-sena finanzjarja 2011 kienet ta' 3,9 %;

51.

Jisħaq li, allavolja s-sitwazzjoni tjiebet f'dawn l-aħħar snin, ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli għadha ferm ogħla mis-soll ta' materjalità ta' 2 %; jisħaq li kieku l-Kummissjoni, l-awtoritajiet fl-Istati Membri jew l-awdituri indipendenti sfruttaw l-informazzjoni kollha disponibbli għalihom, kienu jkunu jistgħu jipprevjenu, jew jidentifikaw u jikkoreġu proporzjon sinifikanti tal-iżbalji qabel saru l-pagamenti relatati; ma jistax jaċċetta li l-informazzjoni disponibbli ma tintużax biex jitnaqqas il-livell ta' żbalji; jemmen bis-sħiħ li l-Istati Membri jiżvolġu rwol kruċjali f'dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Istati Membri jisfruttaw l-informazzjoni kollha disponibbli biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu kwalunkwe żball u biex jaġixxu konsegwentement;

52.

Jiddispjaċih li, minħabba bidla fil-qafas legali tal-politika agrikola komuni fl-2015, il-Qorti m'għadhiex tinkludi l-kundizzjonalità fl-ittestjar tat-tranżazzjonijiet li twettaq, u b'hekk it-tqabbil mas-sena finanzjarja preċedenti sar aktar diffiċli; fl-2014, tali żbalji kkontribwew 0,6 punti perċentwali għal-livell kumplessiv ta' żball stmat għall-intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, “Riżorsi naturali”, filwaqt li annwalment ikkontribwew bejn 0,1 u 0,2 punti perċentwali għal-livell ta' żball stmat fuq il-perjodu 2011-2014;

53.

Jinnota bi tħassib li, kieku l-miżuri korrettivi meħuda mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni ma kinux ġew applikati għall-pagamenti awditjati mill-Qorti, il-livell kumplessiv ta' żball stmat kien ikun ta' 4,3 % minflok ta' 3,8 %;

54.

Jinnota li t-tip tal-ġestjoni jkollu impatt limitat fuq il-livell ta' żball, peress li l-Qorti sabet li l-livell ta' żball stmat għan-nefqa taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri (4,0 %) huwa kważi l-istess bħal dak għan-nefqa ġestita direttament mill-Kummissjoni (3,9 %);

55.

Jindika li l-Qorti sabet l-ogħla livelli ta' żball stmati fl-infiq taħt l-intestatura “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” (5,2 %) u għall-intestatura “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” (4,4 %), filwaqt li l-intestatura “Nefqa amministrattiva” kellha l-inqas livell ta' żball stmat (0,6 %); jissottolinja l-fatt li, ġeneralment, l-iżbalji ma jikkostitwux frodi; jirrakkomanda li l-Qorti jmissha tniedi rapport speċjali li jeżamina u jqabbel dawk l-oqsma bl-intenzjoni li tipproduċi dokument konċiż bl-“aħjar prattika”;

56.

Jinnota li l-profili tar-riskju differenti tal-iskemi ta' rimborż u l-iskemi ta' intitolamenti kellhom influwenza kbira fuq il-livell ta' żbalji fl-oqsma ta' nfiq differenti; fl-oqsma fejn l-Unjoni tagħti rimborż tal-ispejjeż eliġibbli abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż li jagħmlu l-benefiċjarji, il-livell tal-iżball huwa ta' 5,2 %, waqt li fl-oqsma fejn il-pagamenti jsiru meta jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet minflok ma jingħata rimborż tal-ispejjeż, ir-rata ta' żball hija ta' 1,9 %; jirrakkomanda li l-Qorti teżamina u tqabbel dawk l-oqsma bil-ħsieb li tikkonkludi rapport speċjali dwar l-aħjar prattika;

Ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni: ir-riżultati fil-qasam tal-ġestjoni u l-għodod tal-Kummissjoni għal governanza interna

57.

Jinnota li, meta mqabbel mas-sitwazzjoni fl-2014, l-ammont f'riskju fil-pagamenti, kif ġie ddeterminat mill-Kummissjoni fir-Rapport Annwali tagħha tal-2015 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2016)446), naqas b'xi 10 %, u dan huwa dovut b'mod speċjali għat-tnaqqis fl-ammont f'riskju li ġie rrapportat fis-settur tal-agrikoltura;

58.

Jisħaq fuq il-fatt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-infiq huwa milqut minn livell ta' żball materjali, peress li, kif jidher fir-Rapport Annwali tagħha tal-2015 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni, l-ammont f'riskju jvarja bejn EUR 3,3 u EUR 4,5 biljun, varjazzjoni li tirrappreżenta bejn it-2,3 % u t-3,1 % tal-pagamenti; jinnota l-istima tal-Kummissjoni li fil-ġejjieni l-iżbalji li se tidentifika u tikkoreġi se jvarjaw bejn EUR 2,1 u EUR 2,7 biljun;

59.

Jikkondividi l-fehma tal-Qorti li l-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-istima tagħha tal-iżball rigward l-ammont f'riskju tjiebet tul is-snin, iżda li l-istimi individwali tad-direttorati ġenerali rigward il-livell ta' nfiq irregolari mhumiex ibbażati fuq metodoloġija konsistenti (ara b'mod partikolari l-punt 1.38 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2015); jirrakkomanda li din il-prattika tiġi regolarizzata u standardizzata malajr kemm jista' jkun;

60.

Jinnota li, minkejja t-titjib li sar, il-Kummissjoni għadha ma eliminatx ir-riskju li l-impatt tal-azzjonijiet korrettivi qed jiġi sopravvalutat;

61.

Jindika b'mod partikolari l-fatt li, għal aktar minn tliet kwarti tal-2015, id-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni jibbażaw l-istimi tagħhom tal-ammont f'riskju fuq id-data pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali, filwaqt li, mir-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorati Ġenerali kkonċernati tal-Kummissjoni Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u Żvilupp Rurali (DĠ AGRI) u Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO), jidher li l-affidabbiltà tar-rapporti dwar il-kontrolli tal-Istati Membri għadha problematika, għalkemm ir-rapportar tad-data min-naħa tal-Istati Membri tjieb; jikkunsidra li huwa inaċċettabbli li l-Istati Membri ma jikkooperawx b'mod leali mal-Kummissjoni fir-rigward tar-rapporti dwar il-kontrolli u l-affidabbiltà tagħhom;

62.

Jissottolinja li l-piż tal-kontrolli għall-utenti aħħarin jonqos kieku kellu jiġi applikat approċċ ta' “awditu wieħed”, skont liema l-awditu Ewropew ma jitwettaqx separatament iżda jibni fuq l-awditi nazzjonali; josserva li madankollu tali linja kontinwa tal-obbligu ta' rendikont tkun possibbli biss jekk l-awditi nazzjonali jkunu adegwati u jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri jaqblu dwar il-prinċipji u l-interpretazzjonijiet; jappella lill-Kummissjoni biex tkun proattiva f'dan ir-rigward billi tippubblika linji gwida;

63.

Jemmen li l-għoti tal-kwittanza jmissu jiddependi fuq it-titjib neċessarju fil-ġestjoni finanzjarja fil-livell tal-Istati Membri; jindika l-istrument tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali f'dan il-kuntest li jista' jgħin biex jitqawwew l-obbligu ta' rendikont u s-sjieda fil-livell nazzjonali;

64.

Jindika li, minħabba l-ispeċifiċità tal-ipprogrammar pluriennali u l-kumplessità u l-akkumulazzjoni tar-regoli reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni li japplikaw għall-proċedura baġitarja, u peress li l-iżbalji jistgħu jiġu kkoreġuti aktar minn għaxar snin wara li jkunu seħħew, huwa artifiċjali li l-istima tal-impatt tal-korrezzjonijiet futuri tiġi bbażata fuq il-korrezzjonijiet reġistrati f'dawn l-aħħar sitt snin;

65.

Jenfasizza, f'dak il-kuntest, li kieku l-Kummissjoni kienet ċerta mill-effikaċja tal-kapaċità korrettiva tagħha, id-diretturi ġenerali ma jmisshom joħorġu l-ebda riżerva finanzjarja fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom;

66.

Jindika li l-Kummissjoni qed tirrapporta (6) li b'kollox ġie implimentat ammont ta' EUR 3,9 biljun f'korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri; jinnota li l-Qorti kklassifikathom fi tliet kategoriji: EUR 1,2 biljun f'korrezzjonijiet u rkupri li saru f'ras il-għajn u li ġew applikati qabel il-Kummissjoni aċċettat in-nefqa (fir-rigward tal-agrikoltura, il-koeżjoni u l-ġestjoni diretta/indiretta); EUR 1,1 biljun f'talbiet għal rimborż li l-Istati Membri rtiraw wara li n-nefqa kienet ġiet aċċettata billi ssostitwew l-ammonti ineliġibbli bi proġetti ġodda fil-qasam tal-koeżjoni; EUR 1,6 biljun f'korrezzjonijiet netti (fir-rigward tal-agrikoltura u l-ġestjoni diretta/indiretta);

67.

Jisħaq fuq il-fatt li, fejn ikun hemm riskju għoli ta' irregolarità, l-aħjar prattika hija li r-riskju jiġi diskuss u li l-livell u l-impatt probabbli jiġu kkwantifikati; jiddispjaċih li r-rapportar min-naħa tal-Kummissjoni dwar dan is-suġġett jagħti attenzjoni sinifikanti għall-“kapaċità korrettiva” minflok jikkwantifika u janalizza n-natura tal-iżbalji li jidentifika, u minflok jieħu l-miżuri preventivi rilevanti biex tali żbalji jiġu evitati; jindika b'mod partikolari li l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar “Il-Protezzjoni tal-Baġit tal-Unjoni” ma jipprovdu l-ebda stima tal-livell ta' irregolarità preżenti fit-talbiet għal rimborż inizjali jew f'dawk li jkunu ġew approvati;

68.

Jikkondividi l-fehma li esprimiet il-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 27/2016 tagħha li d-distinzjoni li r-riforma Kinnock-Prodi introduċiet bejn “ir-responsabbiltà politika tal-Kummissarji” u r-responsabbiltà operattiva tad-diretturi ġenerali tfisser li mhux dejjem ġie ċċarat jekk “ir-responsabbiltà politika” tinkludix it-teħid tar-responsabbiltà għall-eżekuzzjoni baġitarja mid-direttorati ġenerali jew jekk hijiex separata minnha (ara l-punt 5 tar-sommarju eżekuttiv tar-Rapport Speċjali Nru 27/2016 tal-Qorti);

69.

Jindika li l-Kulleġġ tal-kummissarji ma jassumix ir-responsabbiltà għall-kontijiet annwali billi jabbozza daħla jew rapport mill-President jew il-kummissarju għall-Baġit, u li l-Kummissjoni ma tistabbilixxix dikjarazzjoni annwali dwar il-governanza jew dwar il-kontroll intern, bi qbil mal-aħjar prattika u l-prattika komuni tal-Istati Membri;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

70.

Jappella għal darba oħra lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw proċeduri sodi biex jikkonfermaw l-għażla taż-żmien, l-oriġini u l-ammont tal-miżuri korrettivi u biex jipprovdu informazzjoni li tirrikonċilja sa fejn ikun possibbli, is-sena meta jsir il-pagament, is-sena meta jinstab l-iżball relatat u s-sena meta l-irkurpi jew il-korrezzjonijiet finanzjarji jiġu żvelati fin-noti għall-kontijiet;

71.

Jappella għal darba oħra lill-Kummissjoni biex toħroġ, fuq bażi annwali, dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni waħda u xierqa abbażi tar-rapporti annwali tal-attività tad-diretturi ġenerali u biex tipproduċi l-istima statistika tagħha stess rigward il-livell ta' żball; jitlob lill-Kummissjoni tevalwa separatament l-ammont ta' flus tal-Unjoni li qed tipprevedi li tiġbor lura bħala rkupri jew korrezzjonijiet finanzjarji kkollegati mas-sena finanzjarja 2015;

72.

Jitlob lill-Kummissjoni twettaq analiżi bir-reqqa tal-hekk imsejħa “proġetti retrospettivi”, jiġifieri l-prattika li fil-programmi operattivi reġjonali jiddaħħlu l-proġetti li jkunu diġà tniedew mill-awtoritajiet bl-użu ta' fondi oħrajn u li jistgħu jinkorporaw jew jissostitwixxu l-miżuri jew il-proġetti li jippreżentaw problemi operattivi jew li jkunu bi ksur tar-regoli, analiżi li għandha tinkludi valutazzjonijiet ex ante li jivverifikaw jekk il-proġetti sostituti jissodisfawx l-objettivi ppjanati;

73.

Jappella lill-Kummissjoni biex iżżid dikjarazzjoni annwali dwar il-governanza u l-kontroll intern mad-dikjarazzjoni finanzjarja, li tkun tkopri b'mod partikolari:

deskrizzjoni tal-għodod tal-Kummissjoni għal governanza interna;

valutazzjoni tal-attivitajiet ta' riskju operattiv u strateġiku matul is-sena; u

dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà fiskali fuq żmien medju u twil;

u biex, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, tipprovdi stima tal-livell ta' irregolarità preżenti fit-talbiet għal rimborż inizjali jew f'dawk li jkunu ġew approvati;

74.

Jappella lill-Istati Membri biex jipprovdu data affidabbli lill-Kummissjoni, b'mod speċjali fir-rigward tar-rapporti dwar il-kontrolli;

Ir-riżervi politiċi

75.

Jaqbel mar-riżervi maħruġa mid-diretturi ġenerali tad-Direttorati Ġenerali REGIO, id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (DĠ MARE), id-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni (DĠ HOME), id-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni u Żvilupp Internazzjoni (DĠ DEVCO) u DĠ AGRI fir-rapport annwali tal-attività tagħhom; huwa tal-opinjoni li dawk ir-riżervi juru li l-proċeduri ta' kontroll implimentati fil-Kummissjoni u l-Istati Membri ma jistgħux jagħtu l-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi kollha fl-oqsma ta' politika korrispondenti;

76.

Jikkontesta għaliex id-direttur ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (DĠ RTD), kif għamel fis-snin preċedenti, reġa' ħareġ riżerva orizzontali li tkopri l-pagamenti u d-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż kollha taħt is-Seba' Programm Kwadru; jappella lid-Kummissjoni biex sa fl-aħħar tiżviluppa approċċ aktar sinifikanti u bbażat fuq ir-riskju, u biex tuża r-riżervi speċifiċi meta jkun hemm bżonn;

Il-ksib ta' riżultati mill-baġit tal-Unjoni

Ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni: l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni

77.

Jinnota li r-Rapport Annwali tagħha tal-2015 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni jgħaqqad flimkien żewġ rapporti preċedenti: ir-Rapport ta' Evalwazzjoni prodott skont l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u r-Rapport ta' Sinteżi rikjest mill-Artikolu 66(9) tar-Regolament Finanzjarju;

78.

Jilqa' l-fatt li, għal kull waħda mill-intestaturi baġitarji, ir-rapport jipprovdi informazzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 u evidenza dwar ir-riżultati tal-programmi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2007-2013, kif ukoll jippreżenta l-kollegamenti mal-istrateġija Ewropa 2020;

79.

Jiddispjaċih li l-hekk imsejjaħ rapport ta' evalwazzjoni, fuq naħa, jikkonfondi d-deskrizzjonijiet tal-attivitajiet mar-riżultati, u fuq in-naħa l-oħra, jipprova jevalwa l-impatt tal-politiki u jagħmel wegħdiet għall-ġejjieni;

80.

Jindika li l-Istati Membri mhumiex rikjesti jinkludu indikaturi komuni fil-programmi tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u li l-valutazzjonijiet abbażi tar-riżultati mhumiex parti mill-istadju ta' kontroll inizjali fl-Istati Membri;

81.

Jiddispjaċih li, minflok ma ssemplifikat l-għodod tagħha għal governanza interna, il-Kummissjoni żiedet pjan strateġiku pluriennali ġdid għal kull dipartiment tal-Kummissjoni abbażi ta' objettivi ġenerali komuni li jkopru l-għaxar prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni Juncker, u li jsostnu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-obbligi skont it-Trattati;

82.

Itenni l-appell tiegħu għal konċentrazzjoni tematika, kif esprima fir-rapport tiegħu dwar il-kwittanza għas-sena baġitarja 2014; jappella lill-Kummissjoni biex tindaga sa liema punt il-konċentrazzjoni tematika tista' tikkontribwixxi għas-semplifikazzjoni u għal tnaqqis tal-piż regolatorju u l-piż tal-kontrolli;

83.

Jappella lill-Kummissjoni biex tadotta r-rapport annwali tagħha dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni fi żmien utli sabiex il-Qorti tkun tista' tqisu fir-rapport annwali tagħha; jinsisti li jkun tajjeb li l-informazzjoni pprovduta f'dan ir-rapport tkun kemm jista' jkun oġġettiva u tinkludi valutazzjoni komprensiva tar-riżultati miksuba fis-sena preċedenti mill-Kummissjoni fit-twettiq tal-politiki tagħha; jitlob lill-Kummissjoni tirrifletti dwar il-bżonn għal perjodu ta' programmazzjoni politika fuq żmien twil, skont l-Istrateġija Ewropa 2020 fuq għaxar snin;

84.

Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li l-proċess biex jiġu stabbiliti l-indikaturi tal-prestazzjoni jkun trasparenti u demokratiku, bl-involviment tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, is-sħab u l-partijiet interessati kollha kkonċernati b'mod li l-indikaturi jkunu adegwati biex ikejlu l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, kif ukoll biex iwieġbu għall-aspettattivi taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

85.

Jappella lill-Kummissjoni biex, fir-rapporti ġejjiena tagħha dwar il-prestazzjoni, tevalwa aħjar l-outputs u l-eżiti tal-politiki kollha; jappella lill-Kummissjoni biex b'mod ċar u sintetiku turi l-kontribut li jagħtu l-politiki Ewropej għal-objettivi tal-Unjoni u biex tevalwa l-kontribut rispettiv tagħhom għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020;

Il-programm Orizzont 2020

86.

Ifakkar li Orizzont 2020 huwa programm ambizzjuż u estensiv li l-objettiv ġenerali tiegħu huwa bbażat fuq tliet prijoritajiet: xjenza eċċellenti, tmexxija industrijali u sfidi tas-soċjetà;

87.

Jinnota li l-Kummissjoni Juncker adottat għaxar prijoritajiet politiċi għall-perjodu 2014-2019 li mhumiex eżatt l-istess bħall-prijoritajiet tal-istrateġija Ewropa 2020; dan iwassal għal sitwazzjoni fejn il-qafas legali u l-allokazzjoni baġitarja għal Orizzont 2020 jirriflettu l-Istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li l-Kummissjoni, fl-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020, mill-2014 iffokat l-ippjanar strateġiku u l-arranġamenti ġestjonali mill-ġdid fuq l-għaxar prijoritajiet politiċi;

88.

Jiddispjaċih li sa issa l-Kummissjoni għadha ma ddefinietx ir-relazzjoni bejn iż-żewġ settijiet ta' prijoritajiet, u jitlobha tiċċara dawn il-kollegamenti;

89.

Jisħaq li fattur kruċjali biex Orizzont 2020 jirnexxi huwa sinerġija u komplementarjetà effikaċi bejn il-programmi ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali u dawk Ewropej; jinnota li l-Kummissjoni qed tippjana li tanalizza l-impatt u s-sinerġiji bejn Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej fil-kuntest tal-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020;

90.

Jieħu nota taż-żewġ eżempji ta' komplementarjetajiet bejn il-programmi ta' riċerka nazzjonali u dawk tal-Unjoni li ngħataw fir-rapport annwali tal-Qorti għall-2015 u li l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar fil-Bulgarija u l-Portugall sabu li, filwaqt li f'xi oqsma l-programmi ta' riċerka nazzjonali u dawk tal-Unjoni huma komplementari fil-pajjiżi tagħhom, hemm ukoll xi dgħufijiet fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-indikaturi relatati ma' Orizzont 2020 fi ħdan il-pjanijiet ta' azzjoni u l-istrateġiji nazzjonali u xi kwistjonijiet rigward il-koordinament u l-interazzjoni bejn il-parteċipanti kollha involuti f'Orizzont 2020 fil-livell nazzjonali (7); jieħu nota wkoll tal-fatt li l-Bulgarija kienet l-ewwel Stat Membru li uża volontarjament il-faċilità ta' appoġġ għall-politiki ta' Orizzont 2020 u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli tappoġġa lill-Istati Membri li għandhom bżonn jimmodernizza is-setturi ta' riċerka u innovazzjoni tagħhom;

91.

Ifakkar li l-qafas legali ta' Orizzont 2020 jintroduċi bosta elementi importanti għall-ġestjoni tal-prestazzjoni, bħal objettivi u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni; jisħaq fuq il-fatt li kumplessivament l-objettivi u l-indikaturi li ntlaħaq qbil dwarhom tabilħaqq jirrappreżentaw titjib reali fuq il-programmi qafas preċedenti;

92.

Jindika li għad fadal għadd ta' dgħufijiet fl-indikaturi tal-prestazzjoni li jintużaw f'Orizzont 2020, bħal:

(i)

f'dak li għandu x'jaqsam mal-bilanċ tal-indikaturi li jkejlu biss l-inputs jew l-outputs minflok ir-riżultati u l-impatt (8),

(ii)

in-nuqqas ta' linji ta' riferiment, u

(iii)

nuqqas ta' ambizzjoni fl-objettivi;

93.

Jiddispjaċih li l-Qorti sabet li l-Kummissjoni mhijiex qed tuża l-programmi ta' ħidma tagħha taħt Orizzont 2020 u s-sejħiet għal proposti assoċjati biex tikkonċentra l-objettivi aktar fuq il-prestazzjoni kif rikjest (9);

94.

Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rigward tal-proposti u l-ftehimiet ta' għotja eżaminati mill-Qorti, tqiegħdet biżżejjed enfasi fuq il-prestazzjoni fl-objettivi meta rrikjedietha l-Kummissjoni, u li l-istess japplika għall-proċess ta' evalwazzjoni ta' dawn il-proposti;

95.

Jiddispjaċih li, fil-programmi ta' ħidma individwali li jagħtu l-impetu lil Orizzont 2020 u s-sejħiet għal proposti konnessi, l-użu tal-kunċett aktar estensiv tal-“impatt mistenni” minflok ir-“riżultat mistenni” iżid ir-riskju li l-informazzjoni pprovduta għal din il-parti tkun wiesgħa wisq u li se jkun diffiċli li tiġi aggregata l-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta' Orizzont 2020 (10);

96.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Kummissjoni mhux dejjem tuża l-kunċetti fundamentali fir-rigward tal-prestazzjoni (pereżempju, “outputs”, “riżultati”, “eżiti” u “impatt”) b'mod konsistenti;

97.

Jiddispjaċih li l-Qorti sabet li l-istruttura attwali ma tippermettix li l-Kummissjoni tissorvelja u tirrapporta separatament l-infiq u l-prestazzjoni fl-oqsma tar-riċerka u l-iżvilupp u tal-innovazzjoni fi ħdan Orizzont 2020; barra minn hekk, filwaqt li l-kontribuzzjoni finanzjarja ta' Orizzont 2020 fi ħdan l-Istrateġija Ewropa 2020 hija stabbilita sew fil-proċess baġitarju permezz tad-dikjarazzjonijiet ippubblikati tal-programmi, huwa spjaċevoli li l-Kummissjoni għadha ma rrapportatx dwar l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 u dwar il-kontribut tiegħu għall-Istrateġija Ewropa 2020 b'mod sinifikattiv; jappella lill-Kummissjoni biex tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 u l-kontribut tiegħu għall-Istrateġija Ewropa 2020 b'mod sinifikattiv malli jsiru disponibbli r-riżultati tal-programm;

98.

Jissuġġerixxi li r-rwol għall-punti ta' kuntatt nazzjonali jmissu jitqawwa b'mod li jiġi pprovdut appoġġ tekniku ta' kwalità fuq il-post; jikkunsidra li valutazzjoni annwali tar-riżultati, taħriġ u stimoli għall-punti ta' kuntatt nazzjonali li jkollhom prestazzjoni tajba jżidu r-rata ta' suċċess tal-programm Orizzont 2020;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

99.

Jappella lill-Kummissjoni biex, fir-rapporti ġejjiena tagħha dwar il-prestazzjoni, tippreżenta l-kontribut ta' Orizzont 2020 għall-Istrateġija Ewropa 2020 b'mod ċar u eżawrjenti;

Il-pjanijiet ta' ġestjoni u r-rapporti annwali tal-attività ta' erba' direttorati ġenerali responsabbli għall-infiq taħt “Riżorsi naturali”

100.

Jiddispjaċih dwar l-osservazzjonijiet li għamlet il-Qorti li bosta mill-objettivi li ntużaw fil-pjanijiet ta' ġestjoni u r-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ AGRI, DĠ CLIMA, DĠ ENVI u DĠ MARE ittieħdu direttament minn dokumenti ta' politika jew dokumenti leġiżlattivi u ma kellhomx il-livell ta' dettall meħtieġ għall-finijiet ta' ġestjoni u sorveljanza;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

101.

Jitlob li l-Kummissjoni:

tivvaluta l-prestazzjoni tal-programmi ta' ħidma u billi l-objettivi ta' livell għoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar Orizzont 2020 tittraduċihom f'objettivi operattivi fil-livell tal-programmi ta' ħidma;

tiċċara ulterjorment il-kollegamenti bejn l-Istrateġija Ewropa 2020 (2010-2020), il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2014-2020) u l-prijoritajiet tal-Kummissjoni (2015-2019);

tiżgura l-użu konsistenti tat-termini “input”, “output”, “riżultat” u “impatt” fl-attivitajiet tagħha kollha kemm huma bi qbil mal-linji gwida tagħha għal regolamentazzjoni aħjar;

tieħu l-miżuri biex tiżgura li r-riċerkaturi li jagħmlu l-istess xogħol fuq l-istess proġett jitħallsu l-istess;

tipprovdi lista, abbażi tan-nazzjonalità, tal-intrapriżi kollha kkwotati fil-borża u/jew li juru profitt fir-rendikonti annwali tagħhom, u li jirċievu fondi minn Orizzont 2020;

Id-dħul

102.

Jilqa' l-fatt li l-evidenza kumplessiva li l-Qorti kisbet mill-awditjar tindika li d-dħul mhuwiex milqut minn livell materjali ta' żball u, b'mod partikolari, li s-sistemi eżaminati huma effikaċi għar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING u l-VAT, li s-sistemi eżaminati huma kumplessivament effikaċi għar-riżorsi proprji tradizzjonali, waqt li l-kontrolli interni fundamentali fl-Istati Membri li żaret il-Qorti kienu madankollu parzjalment effikaċi, u li l-Qorti ma sabet l-ebda żball fit-tranżazzjonijiet li ttestjat;

103.

Ifakkar li riżerva hija mezz sabiex element dubjuż fid-data dwar l-ING li jippreżenta Stat Membru jinżamm miftuħ biex possibbilment jiġi kkoreġut, u jilqa' l-fatt li l-Qorti ma identifikatx problemi serji fir-riżervi mneħħija li eżaminat mill-ġdid fl-2015;

104.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, għalkemm sar progress biex tittejjeb l-affidabbiltà tad-data dwar l-ING tal-Greċja, ir-riżervi ma tneħħewx; jinnota li din kienet l-unika riżerva ġenerali pendenti fi tmiem l-2015, u tkopri l-2008 u l-2009;

105.

Jinnota li, fir-rigward tad-dazji doganali, il-Qorti sabet li l-metodoloġija użata għall-kontrolli li saru biex jiġi vverifikat jekk ir-regolamenti dwar it-tariffi u l-importazzjoni humiex qed jiġu rispettati mill-importaturi (li jinkludu awditjar “wara l-iżdoganar”), il-kwalità u r-riżultati li pproduċew varjaw bejn Stat Membru u ieħor; il-Qorti rrilevat b'mod speċjali l-interruzzjoni tal-perjodu ta' preskrizzjoni ta' tliet snin fi Franza għan-notifiki tad-dejn, prattika li tvarja minn dawk fl-Istati Membri l-oħra u li twassal biex l-operaturi ekonomiċi fi ħdan l-UE jiġu ttrattati differenti (11);

106.

Jinnota, fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali, li fi tmiem l-2015, il-Kummissjoni kellha wkoll lista ta' 325 punt miftuħ li jikkonċernaw in-nuqqas ta' konformità mar-regoli doganali tal-Unjoni li kienu ġew identifikati permezz ta' spezzjonijiet fl-Istati Membri;

107.

Jindika li, fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet dwar id-dazji doganali u l-imposti fuq iz-zokkor, il-Qorti sabet ineffiċjenzi fil-ġestjoni tal-ammonti riċevibbli (magħrufa bit-terminu “kontabilità B”) fl-Istati Membri u li l-Kummissjoni identifikat nuqqasijiet simili fi 17 mit-22 Stat Membru li żaret;

108.

Jisħaq li l-Qorti identifikat riskji relatati mal-irkupru tad-dejn doganali mingħand il-kumpaniji rreġistrati barra l-Unjoni jew iċ-ċittadini tal-pajjiżi mhux tal-Unjoni, u li sabet għadd ta' każijiet minn Stati Membri differenti li ma setgħux jiġbru d-djun mingħand ċittadini jew kumpaniji bbażati, pereżempju, fil-Belarus, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, ir-Russja, l-Iżvizzera, it-Turkija u l-Ukrajna;

109.

Jisħaq li l-impatt tar-reviżjonijiet importanti għall-bilanċi tal-ING seta' kien iżgħar kieku kien hemm fis-seħħ politika ta' reviżjoni komuni tal-Unjoni għall-armonizzazzjoni tal-kalendarju għar-reviżjonijiet importanti;

110.

Jiddeplora l-fatt li l-elementi strutturali u legali li wasslu għall-inċident politiku li seħħ fl-aħħar ta' Ottubru 2014 rigward il-kontribuzzjonijiet ta' xi Stati Membri għadhom jeżistu;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

111.

Jappella lill-Kummissjoni biex:

tieħu l-passi meħtieġa biex tarmonizza l-iskadenzi tan-notifiki tad-dejn lill-operaturi ekonomiċi b'segwitu għal awditu wara l-iżdoganar fl-Istati Membri kollha kemm huma;

tiżgura li l-Istati Membri jipprovdu dikjarazzjonijiet korretti tal-ammonti miġbura mid-dazji doganali fid-dikjarazzjonijiet ta' kull tliet xhur, u tipprovdi gwida dwar x'suppost jiġi rreġistrat;

tiffaċilita sa fejn ikun possibbli l-irkupru tad-djun doganali mill-Istati Membri, meta d-debituri ma jkunux ibbażati fi Stat Membru tal-Unjoni;

ittejjeb il-kontrolli fuq il-kalkoli tal-kontribuzzjonijiet miż-Żona Ekonomika Ewropea u mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles u fuq il-kalkolu tal-mekkaniżmi ta' korrezzjoni; u

timplimenta l-arranġamenti meħtieġa sabiex tnaqqas l-impatt tar-reviżjonijiet tal-metodi u s-sorsi li jippreżentaw l-Istati Membri għall-kompilazzjoni tal-ING tagħhom.

Is-segwitu għall-kwittanza lill-Kummissjoni għall-2014  (12)

112.

Jindika li l-Kummissjoni qablet li tibda azzjonijiet ġodda fuq 88 talba li saru mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014;

113.

Jinnota li, skont il-Kummissjoni, fir-rigward ta' 227 talba mill-Parlament, l-azzjoni rikjesta diġà ttieħdet jew hija għaddejja bħalissa, u li għal raġunijiet marbuta mal-qafas legali u baġitarju eżistenti jew mar-rwol jew il-prerogattivi istituzzjonali tagħha, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta 35 mit-talbiet li saru mill-Parlament;

114.

Jiddispjaċih li t-tweġibiet tal-Kummissjoni xi drabi jibqgħu vagi u ambigwi;

115.

Jilqa' l-azzjoni tal-Kummissjoni li tat segwitu għal ħamsa mis-sitt impenji prinċipali;

116.

Jinsisti madankollu li l-Kummissjoni tagħti istruzzjonijiet lid-direttorati ġenerali tagħha biex jippubblikaw kull rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiżi individwali li jkunu ħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew fir-rapporti annwali tal-attività rispettivi tagħhom (is-sitt impenn);

117.

Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha b'mod partikolari fir-rigward tal-affidabbiltà tad-data trażmessa mill-Istati Membri, it-trasparenza fir-rigward tal-benefiċjarji aħħarin tal-fondi tal-Unjoni, it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Kumitat Etiku, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u r-riforma tal-istrutturi amministrattivi tal-Iskejjel Ewropej;

118.

Jikkundanna b'qawwa l-fatt li l-Kummissjoni ma tħossx il-bżonn li tkompli tippubblika r-rapport tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni; huwa tal-opinjoni li, huma x'inhuma l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, din il-kanċellazzjoni tal-aħħar minuta tibgħat sinjal ħażin mhux biss lill-Istati Membri iżda anke liċ-ċittadini; itenni l-opinjoni tiegħu li l-korruzzjoni għadha problema għall-Unjoni u għall-Istati Membri, u li, mingħajr miżuri effikaċi kontra l-korruzzjoni, hija ddgħajjef il-prestazzjoni ekonomika, l-istat tad-dritt u l-kredibbiltà tal-istituzzjonijiet demokratiċi fi ħdan l-Unjoni; jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tiffinalizza u tippubblika r-rapport tal-2016 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, biex taġixxi malajr u b'mod qawwi ħalli telimina l-korruzzjoni fl-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u biex tikkummissjona valutazzjoni indipendenti tal-istandards tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni infushom;

119.

Itenni b'qawwa l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżviluppa sistema ta' indikaturi stretti u ta' kriterji uniformi u faċilment applikabbli, abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Programm ta' Stokkolma, biex tkejjel il-livell tal-korruzzjoni fl-Istati Membri u tevalwa l-politiki tal-Istati Membri kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa indiċi ta' korruzzjoni b'mod li tikkategorizza lill-Istati Membri; huwa tal-opinjoni li indiċi ta' korruzzjoni jista' jipprovdi bażi tajba li fuqha l-Kummissjoni tkun tista' tistabbilixxi l-mekkaniżmu ta' kontroll speċifiku għall-pajjiżi individwali meta tkun qed tikkontrolla l-infiq tar-riżorsi tal-Unjoni;

Il-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

UE 2020

120.

Jinnota li, minkejja r-rata ta' żball ripetuta u d-dewmien fl-implimentazzjoni u fl-għeluq tiegħu, l-evalwazzjoni ex post tas-Seba' Programm Kwadru li saret minn grupp ta' esperti ta' livell għoli (13), ikkunsidrat li s-Seba' Programm Kwadru irnexxa; il-grupp ta' livell għoli ssottolinja b'mod partikolari li s-Seba' Programm Kwadru:

inkoraġġixxa l-eċċellenza xjentifika fil-livell individwali u istituzzjonali,

ippromwova riċerka rivoluzzjonarja permezz tal-programm ġdid “Ideas” (Kunsill Ewropew tar-Riċerka),

involva lill-industrija u lill-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju b'mod strateġiku,

irrinforza modalità ġdida ta' kollaborazzjoni u qafas miftuħ għall-innovazzjoni,

saħħaħ liż-Żona Ewropea tar-Riċerka billi aġixxa ta' katalista għal kultura ta' kooperazzjoni u billi bena netwerks komprensivi adattati biex jindirizzaw l-isfidi tematiċi,

indirizza ċerti sfidi għas-soċjetà permezz tar-riċerka, it-teknoloġija u l-innovazzjoni permezz tal-programm “Cooperation”,

inkoraġġixxa l-armonizzazzjoni tas-sistemi u l-politiki nazzjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni,

qanqal il-mobbiltà tar-riċerkaturi madwar l-Ewropa: permezz tal-programm “People”, inħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji għal suq tax-xogħol miftuħ għar-riċerkaturi,

ippromwova l-investiment fl-infrastrutturi Ewropej għar-riċerka,

laħaq massa kritika ta' riċerka madwar il-panorama Ewropew u dak globali;

121.

Jiddispjaċih li l-konsultazzjoni pubblika mal-partijiet interessati fil-kuntest tal-evalwazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru, li saret bejn Frar u Mejju 2015, indikat id-dgħufijiet li ġejjin:

piż amministrattiv kbir, u regoli legali u finanzjarji kkumplikati,

grad għoli ta' sottoskrizzjoni eċċessiva,

attenzjoni insuffiċjenti għall-impatt fuq is-soċjetà,

l-ambitu tas-suġġetti u s-sejħiet kien strett wisq,

attenzjoni insuffiċjenti għall-parteċipazzjoni min-naħa tal-industrija,

limitu minimu għoli għal min ikun għadu jibda; rati baxxi tal-medja ta' suċċess ta' 19 % u 22 % rispettivament għall-proposti u l-applikanti;

komunikazzjoni dgħajfa;

122.

Jiddispjaċih profondament li huwa ferm probabbli li l-objettiv li 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-Istati Membri jiġi investit fir-riċerka sal-2020 mhux se jintlaħaq; jikkunsidra għaldaqstant li t-tnaqqis rikorrenti mill-baġit tal-Unjoni fir-rigward tal-programmi ta' riċerka jmissu jintemm; jappella lill-Istati Membri kollha biex jilqgħu l-isfida; jappella wkoll lill-Kummissjoni biex tislet il-konklużjonijiet neċessarji għar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss;

123.

Jilqa' l-progress li sar biex jinkisbu riżultati fir-rigward tal-impenji tal-Unjoni tal-Innovazzjoni: sa nofs l-2014, l-impenji kollha jew kienu ntlaħqu jew kienu fit-triq it-tajba biex jintlaħqu;

124.

Jilqa' wkoll il-fatt li sehem il-fondi minn Orizzont 2020 li ġie allokat għall-intrapriżi żgħar u medji żdied minn 19,4 % fl-2014 għal 23,4 % fl-2015, u jirrakkomanda li din ix-xejra titħeġġeġ b'mod proattiv;

125.

Jikkunsidra li huwa inaċċettabbli li d-DĠ RTD ma kkonformax mat-talba tiegħu li d-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni jmisshom jippubblikaw kull rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiżi individwali li joħorġu fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom; jinnota bi tħassib li għadd limitat ta' territorji biss huma rappreżentati fl-aktar 20 proġett importanti ta' Orizzont 2020;

Kwistjonijiet ġenerali

126.

Jirrimarka li l-kapitolu ħamsa tar-Rapport Annwali tal-Qorti 2015 jkopri wkoll il-pagamenti fl-oqsma li ġejjin: ir-riċerka (EUR 10,4 biljun), l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (EUR 1,8 biljun), l-ispazju (EUR 1,4 biljun), it-trasport (EUR 1,3 biljun), azzjonijiet u programmi oħra (EUR 1,1 biljun), l-enerġija (EUR 0,5 biljun) u l-kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (COSME) (EUR 0,3 biljun); ir-riċerka għaldaqstant tirrappreżenta 62 % tal-infiq;

127.

Jinnota li r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-programmi qafas ta' riċerka hija kondiviża fost id-Direttorati Ġenerali differenti tal-Kummissjoni, l-Aġenziji Eżekuttivi, l-Impriżi Konġunti u l-hekk imsejħa korpi tal-Artikolu 185 (sħubijiet mal-Istati Membri), u dan kollu jirrikjedi koordinament mill-qrib;

128.

Jiċċara li l-awditu tal-Qorti kellu x'jaqsam kważi esklużivament mal-pagamenti taħt is-Seba' Programm Kwadru;

129.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, fir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ RTD, huwa indikat li sa tmiem l-2015, 1 915-il proġett taħt is-Seba' Programm Kwadru, b'valur ta' EUR 1,63 biljun, kienu għadhom ma tlestewx; dan jista' jdewwem l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020;

Is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll

130.

Jenfasizza li l-Qorti tikkunsidra li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll għar-riċerka u l-politiki interni l-oħra kienu “parzjalment effettivi”;

131.

Jinsab mħasseb dwar il-fatt li, fl-2015, mill-150 tranżazzjoni li awditjat il-Qorti, 72 (48 %) kienu milquta minn żbalji; abbażi tat-38 żball li kkwantifikat il-Qorti, hija stmat li l-livell ta' żball kien ta' 4,4 %; barra minn hekk, f'16-il każ ta' żbalji kwantifikabbli, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali jew l-awdituri indipendenti kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu jew jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel jaċċettaw in-nefqa; kieku din l-informazzjoni kollha ntużat għall-korrezzjoni tal-iżbalji, il-livell ta' żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun 0,6 % aktar baxx;

132.

Jiddeplora l-fatt li f'10 mit-38 tranżazzjoni li kienu soġġetti għal żball ikkwantifikat, il-Qorti rrapportat żbalji li jaqbżu l-20 % tal-partiti eżaminati; dawn l-għaxar każijiet (disgħa mis-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u wieħed mill-Programm Kompetittività u Innovazzjoni 2007-2013) jirrappreżentaw 77 % tal-livell ta' żball stmat kumplessiv għall-intestatura “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” fl-2015;

133.

Jiddispjaċih li l-biċċa l-kbira tal-iżbalji kkwantifikati li sabet il-Qorti (33 minn 38) kellhom x'jaqsmu mar-rimborż tal-persunal u l-ispejjeż indiretti ineliġibbli li ddikjaraw il-benefiċjarji u li kważi l-iżbalji kollha li sabet il-Qorti fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż kienu dovuti għal miżinterpretazzjoni tar-regoli kumplessi dwar l-eliġibbiltà jew kalkolu inkorrett tal-ispejjeż eliġibbli min-naħa tal-benefiċjarji, u dan iwassal għall-konklużjoni ovvja li hemm bżonn li dawn ir-regoli jiġu ssemplifikati;

134.

Jilqa' l-fatt li, skont il-Qorti, il-konformità mar-regoli dwar l-akkwist tjiebet b'mod sinifikanti;

135.

Jikkontesta għaliex id-Direttur Ġenerali tad-DĠ RTD reġa' ħareġ, kif għamel fis-snin preċedenti, riżerva orizzontali li tkopri d-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż kollha taħt is-Seba' Programm Kwadru (EUR 1,47 biljun); huwa tal-opinjoni li r-riżervi orizzontali ġeneralment ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala strument ta' ġestjoni finanzjarja tajba; jirrikonoxxi madankollu li ċerti partijiet min-nefqa taħt is-Seba' Programm Kwadru ma kinux koperti minn riżerva fejn kien hemm evidenza li r-riskji (u għaldaqstant ir-rati ta' żball residwu) kienu aktar baxxi b'mod sinifikanti milli kienu għan-nefqa kollha kemm hi; jinnota li fi ħdan l-iżvilupp tar-riċerka u tat-teknoloġija, dan japplika għall-infiq li jsir minn impriżi konġunti speċifiċi; jinnota li barra mid-DĠ RTD, dan japplika wkoll għall-infiq li jsir mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka taħt il-programm Marie Curie, u għall-infiq kollu li jsir mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka;

136.

Jinsab sorpriż li l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, fl-2015, ma pparteċipax fiċ-Ċentru ta' Appoġġ Komuni għar-riċerka u l-innovazzjoni;

137.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, skont il-kummissarju, is-Seba' Programm Kwadru mhux se jiġi kompletament eżegwit u evalwat qabel l-2020, u dan jista' jikkawża dewmien fil-programmi ta' segwitu fil-ġejjieni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippubblika r-rapport ta' evalwazzjoni malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn qabel tippreżenta l-programm ta' riċerka għal wara Orizzont 2020;

Orizzont 2020

138.

Jinnota li, taħt Orizzont 2020, sa tmiem l-2015 kienu saru biss pagamenti bil-quddiem; iwissi lill-Kummissjoni li jekk il-proġett Orizzont 2020 jibda tard, dan jista' jdewwem l-implimentazzjoni tal-programm; iwissi li m'għandux ikun hemm arretrati finanzjarji fi tmiem il-programm;

139.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Qorti sabet li l-programmi pluriennali li jistabbilixxu objettivi politiċi, bħall-Istrateġija UE 2020 jew Orizzont 2020, filwaqt li jipprogressaw b'mod parellel, mhumiex verament ikkollegati (14);

140.

Jiddispjaċih, barra minn hekk, li l-ewwel rapport ta' monitoraġġ dwar Orizzont 2020 jagħti biss ftit informazzjoni dwar l-effetti ta' sinerġija bejn il-programm u l-fondi strutturali (15); jappella lill-Kummissjoni biex tirrapporta dwar dawn l-effetti ta' sinerġija malli jsiru disponibbli r-riżultati tal-programm;

141.

Jinsab profondament imħasseb minħabba l-opinjoni tal-Qorti (16) li Orizzont 2020 mhuwiex orjentat biżżejjed lejn il-prestazzjoni;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

142.

Jeżiġi mill-ġdid, skont kif diġà għamel fir-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza lill-Kummissjoni għall-2014 (17), li l-Kummissjoni tagħti istruzzjonijiet lid-direttorati ġenerali kollha biex jippubblikaw kull rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiżi individwali li jkunu ħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew fir-rapporti annwali tal-attività rispettivi tagħhom;

143.

Jappella lill-Istati Membri jagħmlu sforz addizzjonali bl-għan li jilħqu l-objettiv li 3 % tal-PDG jiġi investit fir-riċerka; iqis li dan kieku jagħti spinta lill-eċċellenza u l-innovazzjoni; jappella għalhekk lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibbiltà li tipproponi “patt favur ix-xjenza” fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, billi tibni fuq id-dinamika li diġà nħolqot mill-Patt tas-Sindki; jappella lill-Istati Membri u lill-Parlament biex jagħmlu sforz anke permezz tal-baġit tal-Unjoni;

144.

Jappella lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni “L-output tal-innovazzjoni tal-UE”, peress li skont il-Kummissjoni stess, in-natura komposta tal-indikatur mhijiex adegwata biex jiġu stabbiliti l-objettivi (18);

145.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti segwitu b'mod partikolari lis-16-il każ ta' żbalji kwantifikabbli fejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali jew l-awdituri indipendenti kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu jew jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel jaċċettaw in-nefqa; u, barra minn hekk, iħeġġiġha tinforma lill-kumitat responsabbli tiegħu fid-dettall dwar il-miżuri korrettivi li ttieħdu qabel tmiem Ottubru 2017;

146.

Jappella lill-Kummissjoni biex tinforma lill-kumitat responsabbli tiegħu fid-dettall dwar l-10 tranżazzjonijiet li kienu jirrappreżentaw 77 % tal-iżbalji u l-miżuri ta' rimedju meħuda;

147.

Jappella lill-Kummissjoni biex timmodernizza s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tagħha sabiex ir-riżervi orizzontali jsiru superfluwi; jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-kumitat responsabbli tiegħu dwar il-miżuri li jittieħdu qabel Novembru 2017;

148.

Jappella lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Qorti, tiċċara ulterjorment il-kollegamenti bejn l-Istrateġija Ewropa 2020 (2010-2020), il-qafas finanzjarju pluriennali (2014-2020), u l-prijoritajiet tal-Kummissjoni (2015-2019) permezz ta', pereżempju, l-proċess ta' ppjanar strateġiku u rapportar (2016-2020); iqis li dan kieku jsaħħaħ l-arranġamenti ta' monitoraġġ u rapportar u jippermetti li l-Kummissjoni tirrapporta b'mod effikaċi dwar il-kontribut tal-baġit tal-UE għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020;

Varji

149.

Jieħu nota tal-fatt li, taħt il-linja baġitarja 04 03 01 05 “Miżuri ta' tagħrif u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema”, l-għotjiet operattivi ġew attribwiti b'mod esklużiv għal żewġ istituti trejdunjonistiċi speċifiċi biss, l-Istitut Ewropew tat-Trejdjunjins u ċ-Ċentru Ewropew għall-Mistoqsijiet tal-Ħaddiema; ifakkar lill-Kummissjoni li l-għotjiet operattivi u s-sħubijiet qafas għandhom essenzjalment jiġu ttrattati bħala għotjiet u għaldaqstant jiġu soġġetti għal proċeduri miftuħa ta' sejħiet għal offerti u pubblikazzjoni; jesprimi t-tħassib ġenerali tiegħu rigward il-ġustifikazzjoni ta' tali prattiki ta' attribuzzjoni minħabba raġunijiet ta' monopolji de facto jew il-kompetenza teknika tal-korpi u grad għoli ta' speċjalizzazzjoni jew setgħa amministrattiva (Artikolu 190(1)(c) u (f) tar-Regoli ta' Applikazzjoni); iqis li jekk l-għotjiet operattivi jiġu attribwiti b'mod esklużiv u persistenti lil korpi għal dawn ir-raġunijiet, dan jista' effettivament iwassal għal tali monopolji de facto u grad għoli ta' kompetenzi tekniċi, speċjalizzazzjoni u setgħat, u għaldaqstant jiġġustifika ulterjorment l-attribuzzjoni esklużiva ta' għotjiet operattivi abbażi tal-Artikolu 190 tar-Regoli ta' Applikazzjoni;

150.

Ifakkar, f'dak ir-rigward, lill-Kummissjoni li l-eċċezzjonijiet mir-regoli dwar it-trasparenza u l-pubblikazzjoni hekk kif inhuma stabbiliti fl-Artikolu 125 u dawk segwenti tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu interpretati u applikati b'mod restrittiv; jistieden lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu ħilithom biex jiddefinixxu b'mod ċar kemm il-kalendarju taż-żmien u kemm il-kamp ta' applikazzjoni għall-eċċezzjonijiet mill-prinċipji ta' trasparenza u pubblikazzjoni, bl-għan ċar li jkomplu jrażżnu l-użu tagħhom;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

151.

Jitlob lill-Kummissjoni tapplika u tinterpreta b'mod restrittiv l-eċċezzjonijiet mir-regoli ta' trasparenza u pubblikazzjoni skont kif inhuma stabbiliti fl-Artikolu 125 u dawk segwenti tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni tiddefinixxi b'mod ċar kemm il-kalendarju taż-żmien u kemm il-kamp ta' applikazzjoni għall-eċċezzjonijiet mill-prinċipji ta' trasparenza u pubblikazzjoni, bl-għan ċar li tkompli trażżan l-użu tagħhom;

Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

UE 2020

152.

Jinnota l-fatt li, skont l-evalwazzjoni ex post 2007-2013 tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u Fond ta' Koeżjoni (FK) (19), kull EUR 1 ta' investiment tal-politika ta' koeżjoni se jiġġenera EUR 2,74 ta' PDG addizzjonali sal-2023; jilqa' l-fatt li, fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-fondi strutturali u ta' koeżjoni ġew investiti fl-innovazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji (EUR 32,3 biljun), appoġġ ġeneriku għall-intrapriżi (EUR 21,4 biljun), l-infrastruttura għar-riċerka u l-żvilupp teknoloġiku (EUR 17,5 biljun), l-investiment fit-trasport (EUR 82,2 biljun), l-investiment fl-enerġija (EUR 11,8 biljun), l-investiment ambjentali (EUR 41,9 biljun), l-investiment fil-kultura u t-turiżmu (EUR 12,2 biljun) u l-infrastruttura urbana u soċjali (EUR 28,8 biljun);

153.

Jilqa' l-fatt li, sa ċertu punt, il-FEŻR u l-FK kienu kapaċi jikkontrobattu l-effetti tal-kriżijiet finanzjarji tal-perjodu 2007-2008, u dan jindika li, mingħajr l-intervent tal-fondi strutturali, id-diverġenza ekonomika u soċjali fost ir-reġjuni Ewropej kienet tikber saħansitra aktar;

154.

Jilqa' r-riżultati li ntwera li kisbet il-politika ta' koeżjoni mill-evalwazzjonijiet ex post tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 fir-rigward tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020:

mill-FEŻR u l-FK: taħt il-Miri Ewlenin 1 “Impjiegi” u 2 “Riċerka u Żvilupp, u Innovazzjoni”, inħolqu 41 600 impjieg fil-qasam tar-riċerka u ngħata appoġġ lill 400 000 intrapriża ta' daqs żgħir u medju; taħt il-Mira Ewlenija 3 “Tibdil fil-klima u Enerġija”, ġiet iġġenerata kapaċità addizzjonali ta' 3 900 MW ta' produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli;

mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE): taħt il-Mira Ewlenija 1 “Impjiegi”, minn tal-anqas 9,4 miljun persuna sabu impjieg (u minn dawn, aktar minn 300 000 persuna li ngħataw appoġġ bdew jaħdmu għal rashom); taħt il-Mira Ewlenija 4 “Edukazzjoni”, minn tal-anqas 8,7 miljun persuna kisbu kwalifika/ċertifikat;

155.

Jinnota, madankollu, li ftit ħafna mill-programmi kienu ffokati fuq ir-riżultati jew l-impatt imkejjel; għalhekk ftit li xejn huwa magħruf dwar is-sostenibbiltà tal-investimenti;

156.

Jirrileva, madankollu, l-fatt li, fl-2015, ftit ħafna mill-programmi kienu ffokati fuq ir-riżultati jew l-impatt imkejjel; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tistabbilixxi s-sett ta' indikaturi meħtieġa biex timplimenta l-baġit abbażi tar-riżultati u tilħaq qbil dwarhom fil-livell interistituzzjonali; jinnota madankollu li f'dan l-istadju, ftit li xejn huwa magħruf dwar is-sostenibbiltà u l-valur miżjud Ewropew tal-investimenti;

157.

Jiddispjaċih li ma ġiex informat rigward il-miżuri li l-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri jieħdu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; jappella lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament Ewropew rigward il-miżuri li ħadu l-Istati Membri fil-kuntest tas-Semestru Ewropew;

158.

Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li l-Qorti kienet diġà indikat li se jkun hemm dewmien fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fir-rapport annwali tagħha għall-2014; u li, madankollu, fi tmiem l-2015, kienu nħatru inqas minn 20 % tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew: kwistjonijiet ġenerali

159.

Jilqa' l-fatt li l-Qorti allinjat il-kapitoli fir-rapport annwali tagħha mal-intestaturi taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali; huwa tal-opinjoni li, madankollu, il-fondi taħt din l-intestatura huma ta' tali importanza finanzjarja — EUR 28,3 biljun għall-FEŻR; EUR 12,1 biljun għall-FK; EUR 10,3 biljun għall-FSE) li l-istrateġija ta' awditjar tal-Qorti jmissha żżomm lill-FEŻR u lill-FK, fuq in-naħa waħda, u lill-FSE, fuq in-naħa l-oħra, identifikabbli;

160.

Jinsab imħasseb li, b'mod partikolari lejn tmiem perjodu ta' programmazzjoni, l-Istati Membri ffokaw fuq l-assorbiment tal-fondi disponibbli taħt il-pakketti nazzjonali minflok fuq l-ilħuq tal-objettivi tal-politiki; jappella lill-Kummissjoni biex tgħin lil dawk l-Istati Membri li jkollhom l-agħar prestazzjoni permezz ta' assistenza teknika, b'mod speċjali fi tmiem il-perjodu finanzjarju;

161.

Jinsab anzjuż biex is-16-il Stat Membru li għadhom ma ttrasponewx id-direttiva dwar l-akkwist pubbliku (20), id-19-il Stat Membru li għadhom ma ttrasponewx id-direttiva dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (21) u s-17-il Stat Membru li għadhom ma ttrasponewx id-direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (22) dan jagħmluh malajr kemm jista' jkun peress li d-direttivi huma mmirati lejn semplifikazzjoni ulterjuri; jappella lill-Kummissjoni biex tivverifika l-progress f'dawn l-oqsma;

162.

Jirrileva l-importanza tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: sal-aħħar ta' Novembru 2015, qrib it-320 000 persuna żagħżugħa kienu ġew inklużi f'azzjonijiet mogħtija appoġġ mill-Inizjattiva u 18 minn 22 Stat Membru kienu nedew azzjonijiet fl-ambitu tagħha; 28 % tal-finanzjament disponibbli taħt l-Inizjattiva kien ġie impenjat, 20 % kien ingħata taħt kuntratt lill-benefiċjarji u 5 % kien tħallas lill-benefiċjarji; jinnota li tliet Stati Membri kienu għadhom ma impenjaw l-ebda finanzjament sal-aħħar ta' Novembru 2015 (Spanja, l-Irlanda u r-Renju Unit);

163.

Jieħu nota tar-riżultati preliminari mill-implimentazzjoni tal-FSE u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-2014-2015, u tal-ammont ta' 2,7 miljun parteċipant li ħadu sehem fl-attivitajiet tal-FSE u tal-Inizjattiva, inklużi 1,6 miljun persuna qiegħda u 700 000 persuna inattiva;

164.

Jiddispjaċih, fl-istess ħin, li jidher li studju inizjali (23) jindika wkoll nuqqas ta' effikaċja fis-servizzi mogħtija u nuqqasijiet fil-ġbir ta' data f'xi Stati Membri.

Is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll

165.

Jinnota li, fl-2015, aktar minn 80 % tal-pagamenti kienu pagamenti interim għall-programmi operattivi tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, li l-perjodu ta' eliġibbiltà għalih intemm fil-31 ta' Diċembru 2015; il-pagamenti bil-quddiem għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 ammontaw għal madwar EUR 7,8 biljun;

166.

Jesprimi tħassib dwar il-fatt li, fl-Italja, kien hemm dewmien inaċċettabbli fil-pagamenti lit-trainees taħt il-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jappella lill-Kummissjoni biex tissorvelja s-sitwazzjoni u tfassal pjan ta' azzjoni speċifiku għal dawk l-Istati Membri fejn qed isseħħ din il-problema;

167.

Jirrikonoxxi li l-Qorti eżaminat 223 tranżazzjoni (120 tranżazzjoni kellhom x'jaqsmu mal-FEŻR, 52 mal-FK u 44 mal-FSE);

168.

Jinsab preokkupat dwar il-fatt li l-Qorti kkwantifikat li l-livell ta' żball stmat kien ta' 5,2 % (fl-2014: 5,7 %); jinsab allarmat li, kif ġara fis-snin preċedenti, il-Qorti kellha tikkonkludi li “Fi 18-il każ ta' żbalji kwantifikabbli li saru mill-benefiċjarji, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom informazzjoni suffiċjenti biex jipprevienu, jew biex jaqbdu u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma jiddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw l-informazzjoni kollha biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivverifika jekk l-Istati Membri humiex qed jużaw l-informazzjoni kollha biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji; Li kieku din l-informazzjoni kollha kienet intużat, il-livell ta' żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun aktar baxx b'2,4 punti perċentwali” (24);

169.

Jieħu nota tal-fatt li, fl-ambitu tal-infiq taħt il-FEŻR/FK, il-Qorti identifikat li r-riskji prinċipali għar-regolarità kienu li, fuq naħa waħda, il-benefiċjarji jiddikjaraw spejjeż li jkunu ineliġibbli skont ir-regoli nazzjonali dwar l-eliġibbiltà u/jew id-dispożizzjonijiet anqas numerużi dwar l-eliġibbiltà fir-regolamenti tal-Unjoni dwar il-fondi strutturali jew li, fuq in-naħa l-oħra, jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-regoli fil-livell tal-Unjoni u/jew nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku meta jkunu qed jingħataw il-kuntratti; l-istima tal-Kummissjoni hija li r-riskju ta' żball f'dan il-qasam ta' politika huwa bejn it-3 % u l-5,6 %;

170.

Jieħu nota tal-fatt li, fil-qasam tal-infiq taħt il-FSE, il-Qorti identifikat li r-riskju prinċipali għar-regolarità kellu x'jaqsam man-natura intanġibbli tal-investimenti f'kapital uman u l-involviment ta' sħab moltepliċi, ta' spiss fuq skala żgħira, fl-implimentazzjoni tal-proġetti; l-istima tal-Kummissjoni hija li r-riskju ta' żball f'dan il-qasam ta' politika huwa bejn it-3 % u l-3,6 %;

171.

Jinnota b'dispjaċir li wieħed mis-sorsi ewlenin ta' żbalji relatati mal-infiq taħt l-intestatura “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” għadu l-ksur tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku; jindika li ksur serju tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku jinkludi l-għoti dirett ta' kuntratti addizzjonali jew xogħlijiet jew servizzi addizzjonali li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda ġustifikazzjoni, l-esklużjoni illegali ta' offerenti, il-kunflitti ta' interess u kriterji tal-għażla diskriminatorji; iqis li huwa essenzjali li jkun hemm politika ta' trasparenza sħiħa fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kuntratturi u s-sottokuntratturi, bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-iżbalji u l-abbużi tar-regoli;

172.

Jissottolinja li s-semplifikazzjoni, inklużi l-għażliet ta' spejjeż semplifikati, tnaqqas ir-riskju ta' żball; jindika, madankollu, il-fatt li l-awtoritajiet maniġerjali huma anzjużi dwar ammont ta' xogħol addizzjonali, inċertezzi legali u r-riskju li kwalunkwe irregolarità tiġi kkunsidrata bħala żball sistemiku;

173.

Jilqa' l-fatt li r-rapporti annwali ta' kontroll tal-Istati Membri saru aktar affidabbli tul is-snin: f'14-il każ FEŻR/FK biss ir-rata ta' żball li rrapportaw l-Istati Membri kien aġġustat b'aktar minn 2 %;

174.

Jiddispjaċih li d-DĠ REGIO ra l-ħtieġa li joħroġ 67 riżerva (tnaqqis minn 77) minħabba sistemi ta' ġestjoni u kontroll inaffidabbli fi 13-il Stat Membru u riżerva waħda rigward il-Programm Transkonfinali bejn Greċja u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja taħt l-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni; mis-67 programm taħt riżerva, 22 jistgħu jiġu allokati lil Spanja, 10 lill-Ungerija u 7 lill-Greċja; sadattant, huwa stmat li l-impatt finanzjarju ta' dawn ir-riżervi naqas minn EUR 234 miljun fl-2014 għal EUR 231 miljun fl-2015 għall-FEŻR/FK;

175.

Jiddispjaċih ukoll li d-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni (DĠ EMPL) ħareġ 23 riżerva (tnaqqis minn 36) minħabba sistemi ta' ġestjoni u kontroll inaffidabbli fi 11-il Stat Membru; jieħu nota tal-fatt li huwa stmat li l-impatt finanzjarju ta' dawn ir-riżervi naqas minn EUR 169,4 miljun fl-2014 għal EUR 50,3 miljun fl-2015 għall-FSE;

176.

Jappoġġa l-pjanijiet tal-Kummissjoni li t-titjib tal-evalwazzjonijiet tal-impatt tal-programmi taħt il-politika ta' koeżjoni jmissu jsir prijorità (25); jistaqsi lill-Kummissjoni kif il-konklużjonijiet se jiġu inkorporati f'leġiżlazzjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss.

L-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja

177.

Jinnota li l-awtoritajiet maniġerjali tal-Istati Membri rrapportaw li, b'kollox, fi tmiem l-2015 kienu qed joperaw 1 052 strument ta' inġinerija finanzjarja (inklużi 77 fond ta' investiment u 975 fond speċifiku): l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja għall-intrapriżi jirrappreżentaw 89 %, il-proġetti ta' żvilupp urban 7 % u l-fondi għall-effiċjenza enerġetika/enerġiji rinnovabbli 4 %;

178.

Jinsab konxju li dawk l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja ġew stabbiliti f'25 Stat Membru (l-Istati Membri kollha ħlief l-Irlanda, il-Lussemburgu u l-Kroazja) u rċevew appoġġ finanzjarju minn 188 programm operattiv, inkluż programm operattiv wieħed ta' kooperazzjoni transkonfinali;

179.

Jirrikonoxxi li l-valur totali tal-kontribuzzjonijiet mill-programmi operattivi li tħallsu lill-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja ammontaw għal EUR 16,9 biljun, inklużi EUR 11,7 biljun f'fondi strutturali (FEŻR u FSE); jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-pagamenti għad-destinatarji finali laħqu EUR 12,7 biljun sa tmiem l-2015, u li EUR 8,6 biljun minnhom kienu mill-fondi strutturali, biex b'hekk intlaħqet rata ta' assorbiment ta' kważi 75 % tal-ammonti mill-programmi operattivi li tħallsu lill-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja;

180.

Jirrimarka li destinatarji fil-Polonja, l-Ungerija, l-Italja u Franza huma l-benefiċjarji ewlenin tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja;

181.

Jikkondividi l-fehma tal-Qorti li l-Kummissjoni jmissha tiżgura li l-infiq kollu relatat ma' strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 jiġi inkluż minn kmieni biżżejjed fid-dikjarazzjonijiet ta' għeluq b'mod li jippermetti li l-awtoritajiet tal-awditjar iwettqu l-kontrolli tagħhom; iqis, barra minn hekk, li l-Kummissjoni jmissha tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha li implimentaw strumenti finanzjarji biex iwettqu awditi speċifiċi dwar l-implimentazzjoni ta' dawn l-istrumenti fil-prospettiva tal-għeluq;

182.

Jinsab profondament preokkupat dwar il-fatt li l-kumplessità finanzjarja ġġenerati minn aktar minn 1 000 strument ta' inġinerija finanzjarja tikkostitwixxi sehem kbir mill-“galassji ta' baġits” li jagħmluha impossibbli li jingħata rendikont demokratiku.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

183.

Jinsab profondament imħasseb dwar il-fatt li l-konklużjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 19/2016 tagħha dwar “L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta' strumenti finanzjarji — tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-perjodu tal-programm 2007-2013” żvelaw li l-ispejjeż u l-imposti għall-fondi ġestiti mill-Bank Ewropew tal-Investiment/Fond Ewropew tal-Investiment li jimplimentaw strumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża huma ġeneralment ogħla, u jinkoraġġixxi lill-Qorti biex twettaq awditu simili għall-perjodu attwali;

184.

Jappella lill-Kummissjoni biex mill-2018 tibda tippreżenta, annwalment, sa Ġunju ta' kull sena, rapport dwar l-implimentazzjoni sa mill-bidu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali u dwar il-qagħda attwali, inklużi r-riżultati miksuba, tal-istrumenti finanzjarji kollha ġestiti u implimentati mill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, li joperaw b'riżorsi mill-baġit tal-UE, biex tużah fil-proċedura ta' kwittanza.

Każijiet speċifiċi

185.

Jinnota li l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) nieda investigazzjonijiet amministrattivi, bħal pereżempju fil-Ġermanja fir-rigward tal-Grupp Volkswagen abbażi tal-iskandlu tal-emissjonijiet, fi Franza fir-rigward tal-Front Nazzjonali u l-President tiegħu, u fir-Repubblika Ċeka fir-rigward tal-proġett magħruf bħala “Bejta taċ-Ċikonji” abbażi ta' allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet; jappella lill-Kummissjoni biex tinforma lill-kumitat responsabbli tiegħu immedjatament malli titlesta l-investigazzjoni;

186.

Jinsab profondament imħasseb dwar il-fatt li, fl-Ungerija, il-Qorti u d-DĠ REGIO skoprew irregolaritajiet serji relatati mal-kostruzzjoni tal-linja tal-metro nru 4 f'Budapest; jinnota li abbażi ta' inkjesta amministrattiva li bdiet issir mill-OLAF fl-2012 u li ġiet konkluża biss dan l-aħħar minħabba n-natura kumplessa tal-każ, il-Kummissjoni jista' jkollha tirkupra EUR 228 miljun u l-BEI jista' jkollu jirkupra EUR 55 miljun; il-ġestjoni ħażina ġiet skoperta fil-livell tal-proġett; josserva li r-rapport tal-OLAF dwar il-każ jirrakkomanda wkoll li jkun hemm segwitu ġudizzjarju fl-Ungerija u fir-Renju Unit; jappella lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-kumitat responsabbli tiegħu regolarment informat dwar il-progress li jkun sar u dwar il-miżuri meħuda;

187.

Jiddeplora l-fatt li l-gvern Rumen adotta ordinanza li setgħet xeklet it-tmexxija ta' ġlieda effikaċi kontra l-korruzzjoni u li, barra minn hekk, setgħet offriet il-possibbiltà li tingħata maħfra lil dawn il-politiċi li setgħu kienu implikati f'atti illegali; iqis li tali miżuri leġiżlattivi ġodda jista' jkollhom impatt negattiv ħafna fuq it-tentattiv tal-Kummissjoni li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni peress li r-Rumanija hija destinatarju importanti ta' fondi strutturali; jappella lill-Kummissjoni biex tinforma lill-kumitat responsabbli tiegħu dwar il-miżuri li tkun ħadet biex tindirizza s-sitwazzjoni;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

188.

Jeżiġi mill-ġdid, skont kif diġà għamel fir-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza lill-Kummissjoni għall-2014 (26), li l-Kummissjoni tagħti istruzzjonijiet lid-direttorati ġenerali kollha biex jippubblikaw kull rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiżi individwali li jkunu ħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew fir-rapporti annwali tal-attività rispettivi tagħhom;

189.

Jitlob lill-Qorti biex iżżomm lill-FEŻR u lill-FK, fuq in-naħa waħda, u lill-FSE, fuq in-naħa l-oħra, identifikabbli separatament fl-istrateġija ta' awditjar tagħha, minħabba l-importanza finanzjarja tagħhom;

190.

Jappella lill-Kummissjoni biex:

tiżgura li jiġu rinforzati s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll ikkonċernati fil-15-il Stat Membru (27) li wrew dgħufijiet, u tirrapporta bil-miktub dwar l-isforzi tagħha lill-kumitat responsabbli tiegħu qabel Ottubru 2017;

tiċċara d-distinzjoni bejn it-taxxa fuq il-valur miżjud li tkun rekuperabbli u dik li ma tkunx;

tirrapporta dwar l-ammont li jkun ġie diżimpenjat (pajjiż, fond, ammont) wara li l-perjodu finanzjarju 2007-2013 ikun wasal fi tmiemu;

tipproponi, bi qbil mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti, meta tkun qed tħejji l-proposta leġiżlattiva tagħha għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, l-aġġornamenti neċessarji għall-mekkaniżmu għat-tfassil u t-twassil tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, waqt li tqis ukoll is-suġġerimenti tal-grupp ta' livell għoli dwar is-semplifikazzjoni biex issaħħaħ il-kontribut mill-politika ta' koeżjoni għall-indirizzar tal-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri tal-Unjoni; jappella lill-Kummissjoni biex tħejji komunikazzjoni dwar din il-kwistjoni fi stadju bikri;

tipprevedi indikaturi tal-prestazzjoni aktar maneġġevoli u miżurabbli għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, peress li l-Parlament jattribwixxi l-istess importanza għall-kontrolli tal-legalità u tar-regolarità, fuq in-naħa l-waħda, u għall-prestazzjoni, fuq in-naħa l-oħra;

tipprevedi trasparenza sħiħa u aċċess għad-dokumentazzjoni kollha għall-ħidma infrastrutturali ffinanzjata mill-Unjoni, waqt li tagħti attenzjoni partikolari għad-data relatata mal-kuntratturi u s-sottokuntratturi;

191.

Jappoġġa kompletament il-fehma tal-Kummissarju Oettinger meta ddikjara li, fuq żmien twil, l-istrumenti finanzjarji u l-baġits moħbija jridu jerġgħu jinġiebu taħt il-kappa tal-baġit tal-Unjoni, peress li dan kieku jkun ifisser li l-Kummissjoni jkollha tagħti rendikont ta' għemilha lill-Parlament; jappella lill-Kummissjoni biex tħejji komunikazzjoni dwar din il-kwistjoni qabel Novembru 2017;

Il-Politika Agrikola Komuni

192.

Ifakkar li l-iskemi ta' għajnuna diretta li ġew introdotti permezz tar-riforma tal-PAK fl-2013 ma daħlux fis-seħħ qabel is-sena tat-talba 2015 u li dan ir-rapport jirrigwarda l-infiq tas-sena baġitarja 2015, li jikkorrispondi għall-applikazzjonijiet għal għajnuna diretta li ġew ippreżentati fl-2014, l-aħħar sena tal-iskemi tal-PAK preċedenti.

Kwistjonijiet ta' konformità

193.

Jindika li, fis-sena finanzjarja 2015, għall-Intestatura 2 “Riżorsi Naturali” tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, il-livell ta' żball stmat tal-Qorti huwa ta' 2,9 %; jinnota li dan il-livell huwa simili għal dak tal-2014, meta titqies il-bidla fl-approċċ tal-Qorti fir-rigward tal-iżbalji ta' kundizzjonalità li m'għadhomx inklużi fir-rata ta' żball;

194.

Jappella għalhekk lill-Kummissjoni biex, bil-ħsieb li ttejjeb l-obbligu ta' rendikont u tirrapporta fil-livelli maniġerjali superjuri, teżamina l-possibbiltà ta' applikazzjoni aktar flessibbli u effiċjenti tar-regola dwar il-mobbiltà interna tal-managers fil-każijiet fejn żmien twil fil-kariga jikkorrispondi ma' rati ta' żball għoljin li jiġu nnotati b'mod kostanti mill-Qorti u ma' riżervi sostnuti rigward ir-riżultati tal-ġestjoni fis-servizzi kkonċernati;

195.

Jindika li għal “Appoġġ tas-suq u għajnuna diretta”, l-istima tar-rata ta' żball li għamlet il-Qorti hija ta' 2,2 %, kemmxejn ogħla mis-soll ta' materjalità ta' 2 % (l-istess livell bħal tal-2014), filwaqt li għal “Żvilupp rurali u politiki oħra”, il-livell ta' żball stmat baqa' għoli f'livell ta' 5,3 % iżda huwa anqas mil-livell ta' 6 % li ġie stmat is-sena li għaddiet;

196.

Jisħaq li l-iżbalji fil-qasam tal-appoġġ dirett kienu kważi kollha dovuti għad-dikjarazzjoni ta' numru eċċessiv ta' ettari eliġibbli, minkejja l-fatt li l-affidabbiltà tad-data fis-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art ilha dawn l-aħħar snin titjieb kontinwament, u jindika li, fil-qasam tal-iżvilupp rurali, nofs l-iżbalji kienu kkawżati mill-fatt li l-benefiċjarju jew il-proġett ma kinux eliġibbli, 28 % minn kwistjonijiet relatati mal-akkwist u 8 % minn ksur ta' impenji agroambjentali;

197.

Jiddispjaċih b'qawwa li, għaż-żewġ oqsma, l-appoġġ dirett u l-iżvilupp rurali, l-awtoritajiet nazzjonali setgħu naqqsu l-livell ta' żball għal livell qrib jew inqas il-materjalità (28), peress li jew kellhom biżżejjed informazzjoni biex jidentifikaw l-iżball jew kienu huma stess li għamluh l-iżball; iħeġġeġ lill-Istati Membri jisfruttaw l-informazzjoni kollha disponibbli biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu kwalunkwe żball u biex jaġixxu konsegwentement;

198.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni naqqset b'mod sinifikanti l-għadd ta' proċeduri ta' konformità miftuħa: minn 192 fl-2014 għal 34 fl-2015, u li, b'segwitu għal tibdiliet fil-leġiżlazzjoni mfassla biex jirrazzjonalizzaw il-proċedura, il-Kummissjoni issa tissorvelja iktar mill-qrib iċ-ċiklu ta' awditjar b'mod li tikkonforma mal-iskadenzi interni u esterni.

L-awtoritajiet maniġerjali

199.

Jiddispjaċih li l-Qorti sabet nuqqasijiet li jolqtu wħud mill-funzjonijiet ta' kontroll kruċjali tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri u li dawn kellhom x'jaqsmu:

(a)

fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija:

mas-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art, mal-kontrolli amministrattivi;

mal-kwalità tal-ispezzjonijiet fuq il-post;

man-nuqqas ta' konsistenza fid-definizzjoni tal-parametri biex l-art tinżamm f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba; u

mal-proċeduri ta' rkupru għall-pagamenti inkorretti;

(b)

fir-rigward tal-appoġġ għall-iżvilupp rurali:

man-nuqqasijiet fil-kontrolli amministrattivi relatati mal-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-akkwist pubbliku;

(c)

fir-rigward tal-kundizzjonalità: mal-affidabbiltà tal-istatistika ta' kontroll u t-teħid ta' kampjuni;

L-affidabbiltà tad-data kkomunikata mill-Istati Membri

200.

Jinnota li, fl-2015, għall-ewwel darba, il-korpi ta' ċertifikazzjoni ġew rikjesti jaċċertaw il-legalità u r-regolarità tal-infiq; jiddispjaċih li l-Kummissjoni setgħet tuża l-ħidma ta' dawn il-korpi b'mod limitat biss minħabba d-dgħufijiet sinifikanti fil-metodoloġija u fl-implimentazzjoni bħal pereżempju:

strateġiji ta' awditjar inadegwati;

teħid ta' kampjuni żgħar wisq;

insuffiċjenza ta' ħiliet u għarfien espert fil-qasam legali min-naħa tal-awdituri tal-Korpi ta' Ċertifikazzjoni;

201.

Jiddispjaċih profondament dwar il-fatt li għad hemm problema dwar l-affidabbiltà tad-data kkomunikata mill-Istati Membri, bħal pereżempju:

(a)

fil-pagamenti diretti:

id-DĠ AGRI għamel aġġustamenti (pagamenti supplimentari) għal 12 minn 69 aġenzija tal-pagamenti, b'rata ta' żball ta' aktar minn 2 % (iżda l-ebda minnhom ma kellha aktar minn 5 %) filwaqt li aġenzija tal-pagamenti waħda biss inizjalment ikkwalifikat id-dikjarazzjoni tagħha;

id-DĠ AGRI ħareġ riżervi għal 10 aġenziji tal-pagamenti: 3 għal Spanja, waħda kull wieħed għal Franza, il-Bulgarija, Ċipru, l-Italja (il-Kalabrija), ir-Rumanija u waħda kull wieħed għal Spanja u Franza għall-POSEI (Programm ta' Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità indrizzat lejn ir-reġjuni ultraperiferiċi);

(b)

fil-qasam rurali:

id-DĠ AGRI għamel aġġustamenti (pagamenti supplimentari) għal 36 minn 72 aġenzija tal-pagamenti u f'14-il każ, ir-rata ta' żball aġġustata kienet akbar minn 5 %;

id-DĠ AGRI ħareġ riżerva għal 24 aġenzija tal-pagamenti li tinkludi 18-il Stat Membru: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja (4 aġenziji tal-pagamenti), il-Latvja, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, l-Iżvezja, Spanja (3 aġenziji tal-pagamenti) u r-Renju Unit (2 aġenziji tal-pagamenti);

barra minn hekk id-DĠ AGRI ħareġ riżervi fir-rigward tal-akkwist pubbliku għal 2 Stati Membri: il-Ġermanja u Spanja;

202.

Jisħaq li, fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija, ir-rati ta' żball stabbiliti mid-DĠ AGRI u l-Qorti jvarjaw bejniethom (29), filwaqt li fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, ir-rata ta' żball aġġustata ta' 4,99 % li indika d-DĠ AGRI hija ġeneralment konformi mal-livell ta' żball stmat mill-Qorti;

Kwistjonijiet ta' prestazzjoni

203.

Jinnota li, kif għamlet fl-2014, il-Qorti eżaminat kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni għal tranżazzjonijiet magħżula fil-qasam tal-iżvilupp rurali, u jinsab imħasseb dwar il-fatt li ma kienx hemm biżżejjed evidenza li l-ispejjeż kienu raġonevoli fl-44 % tal-proġetti u l-fatt li kien hemm nuqqasijiet fl-indirizzar tal-miżuri u fl-għażla tal-proġetti, inklużi kollegamenti dgħajfa mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020; jappella lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri kollha possibbli biex ittejjeb din is-sitwazzjoni inkwetanti.

L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni

204.

Jinsab imħasseb dwar l-affidabbiltà tad-data li l-Kummissjoni użat biex tkejjel l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni Nru 1 (KPI 1) kif ġie definit mid-DĠ AGRI fir-rigward tal-introjtu mill-fatturi agrikoli; jemmen li x-xejra attwali fil-biedja part time minħabba l-prezzijiet baxxi tal-prodotti bażiċi mhijiex qed tiġi rrappreżentata b'mod preċiż; jinnota b'mod partikolari li:

(a)

il-Kummissjoni ma tistax tipprovdi ċifri preċiżi tal-bdiewa li ħallew l-impjieg tagħhom fl-2015 minħabba l-kriżi fis-setturi tal-prodotti tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal peress li m'għandhiex data faċilment disponibbli dwar parteċipanti ġodda fis-settur jew dwar in-numru ta' bdiewa li ħallewh (mistoqsijiet bil-miktub nri 1 u 3 mis-smigħ tal-Kummissarju Hogan tad-29 ta' Novembru 2016);

(b)

is-sena 2013 kienet l-aħħar waħda li għaliha hemm disponibbli ċifri dwar in-numru ta' farms: 10 841 000 farms mmexxija minn bidwi wieħed f'kull każ;

(c)

in-numru tad-destinatarji mill-ewwel pilastru tal-PAK fl-2015 kien ta': 7 246 694 bidwi fl-Unjoni u 127 268 benefiċjarji mogħtija appoġġ fl-ambitu ta' intervent fis-suq;

(d)

l-introjtu mill-fatturi agrikoli jiġi kkalkulat għal kull “unità ta' xogħol annwali” li tikkorrispondi għall-ħidma li ssir minn persuna waħda li tkun okkupata f'azjenda agrikola fuq bażi full time, u l-forza tax-xogħol agrikola totali fit-28 Stat Membru fl-2013 kienet ekwivalenti għal 9,5 miljun unità ta' xogħol annwali, u minn dawn 8,7 miljun (92 %) kienu ħaddiema regolari (30)  (31);

(e)

il-Qorti, fir-Rapport Speċjali Nru 1/2016 tagħha, ikkonkludiet li s-sistema tal-Kummissjoni biex tkejjel il-prestazzjoni tal-PAK fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa mhijiex imfassla tajjeb biżżejjed, u li l-kwantità u l-kwalità tad-data statistika li ntużat biex jiġi analizzat l-introjtu tal-bdiewa għandhom limitazzjonijiet sinifikanti;

205.

Jibża' li l-Kummissjoni mhijiex mgħammra tajjeb biex tipprovdi data annwali komprensiva rigward l-Indikatur Ewlieni tal-Prestazzjoni Nru 1, u lanqas — b'riżultat ta' dan — biex tissorvelja b'mod preċiż u komprensiv l-evoluzzjoni tal-introjtu tal-bdiewa;

206.

Jikkunsidra li l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni Nru 4 dwar ir-rata tal-impjiegi fil-qasam tal-iżvilupp rurali mhuwiex rilevanti, peress li r-rata tal-impjiegi fil-qasam tal-iżvilupp rurali ma tiġix biss influwenzata mill-miżuri tal-PAK u anke peress li l-objettiv li jinżammu u jinħolqu l-impjiegi rurali huwa kondiviż ma' ħafna strumenti oħra, b'mod partikolari l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej l-oħra;

PAK ġusta

207.

Jisħaq fuq id-differenzi kbar bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-introjtu medju tal-bdiewa (32) u jfakkar li s-sena l-oħra, il-Parlament sab li “mhuwiex sostenibbli li […] 44,7 % tal-azjendi agrikoli kollha tal-Unjoni […] għandhom introjtu ta' inqas minn EUR 4 000 fis-sena[, li] bħala medja 80 % tal-benefiċjarji tal-appoġġ dirett tal-PAK jirċievu madwar 20 % tal-pagamenti, u […] 79 % tal-benefiċjarji tal-appoġġ dirett tal-PAK jirċievu EUR 5 000 jew inqas fis-sena” (33);

208.

Jieħu nota tal-fatt li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI rrapporta f'paġna mir-rapport annwali tal-attività tiegħu għall-2015 dwar “Ix-xejriet fid-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti” u saħaq għal darb'oħra li huwa f'idejn l-Istati Membri li jużaw l-alternattivi li pprovdiet ir-riforma tal-PAK fl-2013 biex jiddistribwixxu mill-ġdid is-sussidji tal-PAK;

209.

Jikkunsidra li l-pagamenti diretti ma jiżvolġux kompletament ir-rwol tagħhom ta' mekkaniżmu li jservi ta' xibka ta' sikurezza għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu tal-farms, b'mod partikolari għall-farms ta' daqs iżgħar, peress li d-distribuzzjoni żbilanċjata attwali tal-pagamenti twassal biex l-20 % tal-farms kollha fl-Unjoni jirċievu t-80 % tal-pagamenti diretti kollha, u dan ma jirriflettix il-livell ta' produzzjoni imma qed jintiret mill-fatt li l-Istati Membri għadhom jibbażaw il-pagamenti fuq kriterji storiċi, għalkemm jirrikonoxxi li d-daqs tal-farms, kbir jew żgħir, jiddependi minn kull Stat Membru; huwa tal-opinjoni li l-farms ta' daqs akbar mhux bilfors ikollhom bżonn l-istess grad ta' appoġġ għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu tal-farms bħal dawk ta' daqs iżgħar fi żminijiet meta l-introjtu jkun volatili peress li jistgħu jibbenefikaw mill-ekonomiji ta' skala li x'aktarx iġibuhom aktar reżiljenti; jikkunsidra li, jekk jitqiegħed limitu massimu fuq il-pagamenti diretti, kif ipproponiet inizjalment il-Kummissjoni u kif qabel il-Parlament, dan jista' jipprovdi biżżejjed riżorsi finanzjarji biex il-PAK issir aktar ġusta.

Il-bijokarburanti

210.

Jindika li, skont il-konklużjonijiet li rrapportat il-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 18/2016 tagħha dwar is-sistema tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti sostenibbli, is-sistema ta' ċertifikazzjoni tal-Unjoni għas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti mhijiex kompletament affidabbli u kienet suxxettibbli għal frodi peress li l-Kummissjoni ħarġet deċiżjonijiet ta' rikonoxximent lil skemi volontarji li ma kellhomx proċedura ta' verifika xierqa biex jiżguraw li l-oriġini tal-bijokarburanti prodotti mill-iskart kienet tassew l-iskart.

Is-semplifikazzjoni

211.

Jinsisti fuq il-fatt li, fir-Rapport Speċjali Nru 25/2016 tagħha, il-Qorti vverifikat jekk is-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art ippermettiex li l-Istati Membri jivverifikaw b'mod affidabbli l-kejl u l-eliġibbiltà tal-artijiet iddikjarati mill-bdiewa, u jekk is-sistemi kinux qed jiġu adattati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-PAK 2014-2020, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-obbligi marbuta mal-ekoloġizzazzjoni;

212.

Jinsab imħasseb minħabba l-konklużjonijiet tal-Qorti li sitt bidliet kbar li potenzjalment jolqtu lis-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art ġew introdotti f'Mejju 2015 u li l-kumplessità tar-regoli u tal-proċeduri rikjesti biex jiġu ttrattati dawk il-bidliet kompliet iżżid il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri.

L-aġenzija tal-pagamenti Ċeka

213.

Jitlob lill-Kummissjoni tħaffef il-proċedura ta' approvazzjoni tal-konformità li nfetħet fit-8 ta' Jannar 2016 sabiex tikseb informazzjoni dettaljata u preċiża dwar ir-riskju ta' kunflitt ta' interess li jikkonċerna l-Fond Statali għall-Intervent Agrikolu fir-Repubblika Ċeka; jieħu nota tal-fatt li, jekk ir-riżoluzzjoni ta' kunflitt ta' interess ma tirnexxix, fl-aħħar mill-aħħar dan jista' jwassal biex l-akkreditament tal-aġenzija tal-pagamenti jiġi rtirat mill-awtorità kompetenti jew biex il-Kummissjoni timponi korrezzjonijiet finanzjarji, u jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament mingħajr dewmien jekk, fi tmiem il-proċedura ta' approvazzjoni tal-konformità, id-DĠ AGRI jittrażmetti informazzjoni relatata ma' każijiet possibbli ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni lill-OLAF;

Inkjesta dwar l-approvazzjoni tal-konformità

214.

Jikkunsidra li s-semplifikazzjoni tal-PAK u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u l-aġenziji tal-pagamenti jmisshom ikunu prijoritajiet għall-Kummissjoni fis-snin li ġejjin; jikkunsidra wkoll li, filwaqt li l-Kummissjoni jmissha tagħmel ħilitha biex iżżomm ix-xejra pożittiva fl-effiċjenza tal-ġestjoni tagħha tal-PAK u r-rati ta' żball tal-PAK billi tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq iż-żamma tal-kapaċità korrettiva tagħha u fuq l-azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu mill-Istati Membri, imissha tikkunsidra li toqgħod lura milli tibda inkjesti dwar l-approvazzjoni tal-konformità ta' ambitu minuri jew milli tkomplihom;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

215.

Jappella lill-Kummissjoni biex:

(a)

tkompli bl-isforzi tagħha biex tagħti segwitu għall-każijiet fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tkunx konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż kull mezz legali għad-dispożizzjoni tagħha, b'mod partikolari s-sospensjoni ta' pagamenti;

(b)

tissorvelja annwalment ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-kwalità mwettqa mill-Istati Membri fir-rigward tas-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art, u tivverifika li l-Istati Membri kollha li jkollhom valutazzjonijiet negattivi tabilħaqq iwettqu l-azzjoni korrettiva meħtieġa;

(c)

teżamina mill-ġdid il-qafas legali attwali sabiex tissemplifika u tirrazzjonalizza r-regoli relatati mas-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art għall-perjodu tal-PAK li jmiss, pereżempju, billi tikkunsidra mill-ġdid il-ħtieġa għas-soll ta' stabbiltà ta' 2 % u r-regola tal-100 siġra;

(d)

tiżgura li l-pjanijiet ta' azzjoni kollha tal-Istati Membri li jindirizzaw l-iżbalji fil-qasam tal-iżvilupp rurali jkunu jinkludu azzjonijiet effikaċi fir-rigward tal-akkwist pubbliku;

(e)

tissorvelja u tappoġġa b'mod attiv lill-korpi ta' ċertifikazzjoni biex itejbu l-ħidma u l-metodoloġija tagħhom rigward il-legalità u r-regolarità tal-infiq, u b'mod partikolari biex jipprovdu opinjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq taħt il-PAK li jkunu ta' kwalità u ambitu li jippermettu li l-Kummissjoni taċċerta l-affidabbiltà tad-data ta' kontroll tal-aġenziji tal-pagamenti jew, fejn ikun xieraq, li tipprovdi stima tal-aġġustament meħtieġ tar-rati ta' żball tal-aġenziji tal-pagamenti abbażi ta' dawn l-opinjonijiet, bl-intenzjoni li jiġi implimentat l-approċċ ta' awditu uniku fil-qasam tal-infiq agrikolu;

(f)

taġġorna l-manwal ta' awditjar tad-DĠ AGRI billi tinkludi proċeduri ta' awditjar fid-dettall u rekwiżiti ta' dokumentazzjoni għall-verifika tad-data pprovduta mill-Istati Membri u li tintuża għall-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji;

(g)

tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikseb data preċiża u komprensiva mill-Istati Membri dwar in-numru ta' bdiewa fl-UE u rigward l-introjtu tal-bdiewa sabiex tassew tkejjel u tissorvelja l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni Nru 1 li huwa msemmi fir-rapport annwali tal-attività tad-direttur ġenerali tad-DĠ AGRI fir-rigward tal-introjtu agrikolu;

(h)

tiddefinixxi mill-ġdid l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni Nru 4 fir-rigward tal-impjiegi fil-qasam rurali b'mod li tisħaq fuq l-impatt speċifiku tal-miżuri tal-PAK fuq l-impjiegi f'dawk l-oqsma;

(i)

tniedi dibattiti regolari bejn l-Istati Membri fil-Kunsill fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet introdotti mir-riforma tal-PAK tal-2013 għad-distribuzzjoni mill-ġdid tal-pagamenti diretti bejn il-benefiċjarji, u biex tirrapporta kompletament dwar il-progress li jkun sar f'dan ir-rigward fir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ AGRI; (34)

(j)

tivvaluta, fil-kuntest tar-riflessjonijiet tagħha dwar PAK issemplifikata u mmodernizzata, jekk l-iskema ta' pagamenti diretti hijiex imfassla kif suppost biex jiġi stabbilizzat id-dħul tal-farms kollha jew jekk fasla politika differenti, jew mudell ta' distribuzzjoni tal-pagamenti diretti jistgħux jirriżultaw biex il-fondi pubbliċi biex aġġustati aħjar għal mal-objettivi;

(k)

timmodifika sostanzjalment is-sistema ta' ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti sostenibbli u b'mod partikolari tivverifika b'effikaċja li l-produtturi ta' materja prima għall-bijokarburanti tal-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti ambjentali tal-UE għall-agrikoltura, jipprovdu biżżejjed evidenza tal-oriġini tal-iskart u tar-residwi li jintużaw għall-produzzjoni tal-bijokarburanti u tivvaluta jekk il-governanza tal-iskemi volontarji tnaqqasx ir-riskju ta' kunflitt ta' interess;

(l)

tgħolli l-limitu minimu li taħtu ma jkunx hemm bżonn li jsiru inkjesti dwar l-approvazzjoni tal-konformità bi qbil mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minn EUR 50 000 għal EUR 100 000 (35);

(m)

tikkunsidra mill-ġdid l-introduzzjoni ta' limitu massimu vinkolanti għall-pagamenti diretti.

L-Ewropa Globali

Ir-rati ta' żball

216.

Jindika li, skont il-konklużjonijiet tal-Qorti, l-infiq fuq “L-Ewropa Globali” kien milqut minn livell ta' żball materjali b'livell ta' żball stmat ta' 2,8 %, (2,7 % fl-2014);

217.

Jiddispjaċih li, jekk jiġu esklużi t-tranżazzjonijiet b'donaturi multipli u dawk ta' appoġġ baġitarju, ir-rata ta' żball għat-tranżazzjonijiet speċifiċi taħt il-ġestjoni diretta tal-Kummissjoni ġiet kkwantifikata bħala 3,8 % (3,7 % fl-2014);

218.

Jinnota li, kieku l-informazzjoni kollha miġbura mill-Kummissjoni — u mill-awdituri mqabbda mill-Kummissjoni — intużat għall-korrezzjoni tal-iżbalji, ir-rata ta' żball stmat għall-kapitolu L-Ewropa Globali kienet tkun ta' 1,6 % anqas; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tisfrutta l-informazzjoni kollha disponibbli biex tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi kwalunkwe żball u biex taġixxi konsegwentement;

219.

Jindika li t-tranżazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju eżaminati mill-Qorti kienu liberi minn żbalji ta' legalità u ta' regolarità;

220.

Jindika li l-aktar tip ta' żball sinifikanti, li jirrappreżenta t-33 % tal-livell ta' żball stmat, jirrigwarda l-infiq mhux imġarrab: jiġifieri nefqa li tkun għadha ma ġġarbitx fil-mument meta l-Kummissjoni tkun aċċettatha u f'xi każijiet awtorizzatha;

221.

Jindika li l-aktar tip ta' żball frekwenti, li jirrappreżenta t-32 % tal-livell ta' żball stmat, jirrigwarda l-infiq ineliġibbli, jiġifieri:

(a)

in-nefqa relatata ma' attivitajiet li ma jkunux koperti b'kuntratt jew li tkun iġġarrbet barra l-perjodu ta' eliġibbiltà;

(b)

nuqqas ta' konformità mar-regola dwar l-oriġini;

(c)

taxxi ineliġibbli u spejjeż indiretti li jkunu ġew inkorrettament iddebitati bħala spejjeż diretti.

Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

222.

Ifakkar li, fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tiegħu, id-direttur ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir (DĠ NEAR) jikkunsidra li, għaż-żewġ strumenti finanzjarji ġestiti mid-DĠ NEAR — l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u l-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni — l-esponiment finanzjarju mill-ammont f'riskju huwa anqas mis-soll ta' materjalità ta' 2 % u l-medja stabbilita tar-rata ta' żball għad-direttorat ġenerali kollu kemm hu hija ta' 1,12 %;

223.

Jiddispjaċih li din id-dikjarazzjoni mhijiex konsistenti mal-ħidma ta' awditjar tal-Qorti u jinnota li d-DĠ NEAR jirrikonoxxi fir-rapport tiegħu li l-approċċ li ħa għandu bżonn titjib ulterjuri;

224.

Jinnota b'mod partikolari li l-kalkolu tar-rata ta' żball residwu li d-DĠ NEAR għamel għad-90 % tal-infiq, irriżulta fi tliet rati: rata ta' żball residwu għall-ġestjoni diretta tal-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni, rata ta' żball residwu għall-ġestjoni indiretta tal-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni, u rata ta' żball residwu għall-modalitajiet ta' ġestjoni kollha tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat; għall-10 % li jifdal mill-infiq, id-DĠ NEAR uża sorsi oħra ta' assigurazzjoni;

225.

Jisħaq li l-Qorti sabet li l-kalkolu tar-rata ta' żball residwu fir-rigward tal-modalità ta' ġestjoni “ġestjoni indiretta mill-pajjiżi benefiċjarji”, li jgħaqqad ir-riżultati mill-kampjuni mhux statistiċi li ttieħdu mill-awtoritajiet tal-awditjar mar-rata ta' żball residwu storika kkalkulata mid-DĠ NEAR, mhuwiex rappreżentattiv biżżejjed u ma jipprovdix informazzjoni preċiża dwar l-ammont ta' pagamenti fir-riskju; jindika li, skont il-Qorti, hemm riskju li l-kalkolu jissottovaluta l-livell ta' żball u jista' potenzjalment ikollu impatt fuq l-assigurazzjoni pprovduta mid-Direttur Ġenerali;

226.

Jilqa' l-fatt li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ DEVCO temm il-prattika preċedenti ta' riżerva kumplessiva rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-operazzjonijiet kollha tad-DĠ DEVCO u li, b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, għamel dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ddifferenzjata skont ir-riskju fir-rapport annwali tal-attività tal-2015;

227.

Jinnota li nħarġet riżerva speċifika li tkopri l-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika minħabba d-dgħufijiet fil-kontrolli li identifika s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni; jikkunsidra li tali riżerva jmissha nħarġet qabel peress li n-nuqqasijiet misjuba ilhom preżenti mill-2004 meta ġiet stabbilita l-Faċilità; jiddikjara li l-prattika ta' riżerva kumplessiva rigward id-DĠ DEVCO kollu kemm hu ovvjament ikkontribwiet għal nuqqas ta' trasparenza fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja tad-DĠ DEVCO;

228.

Jinnota l-valutazzjoni tad-DĠ DEVCO li żewġ oqsma ta' nfiq jippreżentaw riskju għoli:

(i)

l-għotjiet taħt ġestjoni diretta;

(ii)

il-ġestjoni indiretta flimkien ma' organizzazzjonijiet internazzjonali;

iżda jikkondividi l-fehmiet li esprimiet il-Qorti li riżerva setgħet kienet iġġustifikata fir-rigward tal-ġestjoni indiretta mal-pajjiżi benefiċjarji b'mod partikolari peress li l-għotjiet li jiġu implimentati indirettament mill-pajjiżi benefiċjarji jmisshom jirrikjedu livell simili ta' analiżi tar-riskju bħal dak li jsir għall-għotjiet li jiġu implimentati direttament;

229.

Jindika li, skont il-konklużjonijiet tal-Qorti (ara l-punti 48-50 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2015 dwar il-FEŻ), il-kapaċità korrettiva tad-DĠ DEVCO ġiet sopravvalutata peress li l-irkupri ta' prefinanzjamenti u l-imgħax iggwadanjat u l-kanċellazzjonijiet ta' ordnijiet ta' rkupru ma ġewx esklużi mill-kalkolu tal-ammont annwali medju tal-ordnijiet ta' rkupru maħruġa għal żbalji u irregolaritajiet bejn l-2009 u l-2015;

Id-dgħufijiet fis-sistemi ta' kontroll u prevenzjoni

230.

Jisħaq li l-Qorti sabet dgħufijiet fis-sistemi ta' kontroll tal-Kummissjoni bħal pereżempju:

il-verifiki tan-nefqiet li wettqu l-awdituri maħtura mill-benefiċjarji f'xi każijiet ma rnexxilhomx jidentifikaw l-iżbalji, u dan wassal biex il-Kummissjoni aċċettat spejjeż ineliġibbli;

ġie identifikat dewmien fil-validazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-pagament tan-nefqiet min-naħa tal-Kummissjoni;

ir-regoli speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni għall-istrumenti ta' ġemellaġġ (taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija) rigward l-ispejjeż għall-ammonti li jitħallsu f'daqqa u b'rata fissa tfasslu b'tali mod li ħolqu riskju li s-sħab fl-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni jiġġeneraw profitt;

Ir-rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna

231.

Jiddispjaċih għal darb'oħra li r-rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna maħruġa mill-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni ma ġewx annessi mar-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ DEVCO u tad-DĠ NEAR, kif previst mill-Artikolu 67(3) tar-Regolament Finanzjarju; jiddispjaċih li dawn sistematikament jiġu kkunsidrati bħala kunfidenzjali filwaqt li, skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament Finanzjarju, “għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill b'kont dovut meħud, fejn ikun xieraq, tal-kunfidenzjalità tagħhom”;

232.

Jinnota li, peress li din kienet l-ewwel darba li saret l-analiżi tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fid-DĠ NEAR, ma kienx possibbli li tinsilet kwalunkwe konklużjoni f'termini ta' “xejriet” u li, fl-2015, ħames indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ma ġewx ikkalkolati għad-DĠ NEAR;

233.

Jindika li:

(a)

kumplessivament, il-prestazzjoni tad-delegazzjonijet, li tkejlet skont in-numru ta' parametri ta' riferiment li laħqet bħala medja kull delegazzjoni, marret għall-aħjar;

(b)

il-valur totali tal-portafoll tal-proġetti ġestiti mid-delegazzjonijiet naqas minn EUR 30 biljun għal EUR 27,1 biljun; u

(c)

il-proporzjon ta' proġetti bi problemi ta' implimentazzjoni naqas minn 53,5 % għal 39,7 %;

234.

Jisħaq li (i) l-Istrument għall-Istabbiltà, (ii) l-Istrument MIDEAST u (iii) il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għadhom il-programmi li joħolqu preokkupazzjoni minħabba l-livelli għoljin ta' diffikultajiet fl-implimentazzjoni u li hemm ir-riskju inaċċettabbli li EUR 3 minn kull EUR 4 li jintefqu fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp ma jilħqux l-objettivi tagħhom jew jiddewmu;

235.

Jinnota li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet irrapportaw l-informazzjoni dwar 3 782 proġett li jikkorrispondu għal EUR 27,41 biljun ta' impenji u li:

(a)

800 proġett (21,2 %) b'valur ta' EUR 9,76 biljun (35,6 % tal-portafoll tal-proġetti kollu kemm hu) huma esposti għal xi forma ta' riskju fir-rigward tal-outputs — riskju a priori jew riskju attwali, u l-proġetti ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp jirrappreżentaw 72 % tal-ammont totali f'riskju (EUR 7 biljun);

(b)

648 proġett (17,1 %) b'valur ta' EUR 6 biljun (22 % tal-portafoll tal-proġetti kollu kemm hu) qegħdin f'riskju ta' dewmien, u l-proġetti ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp jirrappreżentaw żewġ terzi tal-proġetti kollha li ddewmu;

(c)

1 125 proġett (29,75 %) b'valur ta' EUR 10,89 biljun (39,71 %) qegħdin f'riskju li ma jilħqux l-objettivi tagħhom jew li tiddewwem l-implimentazzjoni tagħhom, u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp jirrappreżenta 71 % tal-EUR 10,8 biljun ikkonċernati;

236.

Jilqa' l-fatt li, għall-ewwel darba, il-Kummissjoni interrogat lill-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni dwar ir-riskji a priori tal-proġetti li jistgħu joffru pass inizjali lejn proċess iċċentralizzat ta' mmaniġġjar tar-riskju; jirrakkomanda li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli dwar il-qasam diffiċli fejn tista' tkun qed topera d-delegazzjoni, il-Kummissjoni tintensifika d-djalogu tagħha mad-delegazzjonijiet dwar kif għandu jiġi mmaniġġjat dan ir-riskju tul il-fażi ta' implimentazzjoni tal-proġett;

237.

Jinnota li, mid-delegazzjonijiet li għalihom huwa responsabbli d-DĠ DEVCO, l-erbgħa bl-agħar prestazzjoni huma dawk għall-Jemen, għar-Repubblika Ċentru-Afrikana, għall-Gabon u għall-Mauritania, filwaqt li, mid-delegazzjonijiet li għalihom huwa responsabbli d-DĠ NEAR, l-erbgħa li ġew ikklassifikati bl-agħar prestazzjoni huma dawk għas-Sirja, għall-Eġittu, għall-Albanija u għall-Kosovo;

238.

Jistenna li d-DĠ DEVCO jkompli jagħmel progress biex jikseb il-prijoritajiet li ġejjin fl-2016, u li jirrapporta dwarhom fir-rapport annwali tal-attività tiegħu għall-2016:

(a)

iż-żieda tal-preċiżjoni tal-previżjoni finanzjarja rigward id-deċiżjonijiet u l-kuntratti;

(b)

iż-żieda tal-perċentwal tal-pagamenti li jsiru sal-iskadenza ta' 30 jum;

(c)

iż-żieda tal-effikaċja tal-kontrolli;

(d)

it-titjib tal-prestazzjoni tad-delegazzjonijiet kollha li anqas minn 60 % tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħhom ġew immarkati bl-“aħdar” fl-2015, b'mod partikolari permezz tal-adozzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni u sistemi ta' informazzjoni;

239.

Jistenna li d-DĠ NEAR jikseb dawn il-prijoritajiet li ġejjin fl-2016, u li jirrapporta dwarhom fir-rapport annwali tal-attività tiegħu għall-2016:

(a)

l-introduzzjoni tal-ħames indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li kienu nieqsa fir-rapport dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna għas-sena finanzjarja 2015;

(b)

it-titjib tal-possibbiltajiet ta' monitoraġġ għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni;

L-infiq tal-Unjoni fir-rigward tal-migrazzjoni u l-ażil fil-pajjiżi tal-viċinat

240.

Ifakkar li wieħed mill-aspetti importanti tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni huwa li anke l-ġlieda kontra l-faqar hija mistennija timmira biex toħloq il-kundizzjonijiet li jirriżultaw fil-prevenzjoni tal-wasla bla rażan ta' migranti irregolari fl-Ewropa;

241.

Jaqbel mal-konklużjonijiet prinċipali li rrapportat il-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 9/2016 tagħha rigward “L-infiq tal-UE fuq il-politika esterna dwar il-migrazzjoni fil-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar tal-Mediterran u l-Viċinat tal-Lvant sal-2014” u jisħaq b'mod partikolari li l-frammentazzjoni eżistenti tal-istrumenti xxekkel is-sorveljanza parlamentari (i) tal-mod kif jiġu implimentati l-fondi, u (ii) tal-identifikazzjoni tar-responsabbiltajiet, u għaldaqstant tagħmilha diffiċli li jiġu vvalutati l-ammonti finanzjarji li effettivament jintefqu bħala appoġġ għall-azzjoni esterna fil-qasam tal-migrazzjoni;

Il-Bank Dinji

242.

Ifakkar, fid-dawl tal-informazzjoni allarmanti li Politico pprovda fit-2 ta' Diċembru 2016 rigward il-biża' li, fit-trattattivi tal-Kummissarju Georgieva mal-Bank Dinji, kien hemm kunflitt ta' interess, fl-appell li l-Parlament għamel lill-Kummissjoni fl-aħħar riżoluzzjoni ta' kwittanza tiegħu dwar il-baġit tal-Kummissjoni għall-2014 biex teżamina mill-ġdid il-kodiċi ta' kondotta għall-kummissarji sa tmiem l-2017, anke billi tiddefinixxi x'jikkostitwixxi kunflitt ta' interess; jisħaq li, mingħajr definizzjoni fid-dettall ta' x'jikkostitwixxi kunflitt ta' interess, il-Parlament ma jkunx jista' jevalwa b'mod ġust u konsistenti l-eżistenza ta' kunflitti ta' interess reali jew potenzjali;

243.

Jikkunsidra li l-arranġament ta' finanzjament il-ġdid konkluż mill-Kummissjoni mal-Bank Dinji (36) li ssostitwixxa r-rata fissa tal-ħlasijiet għall-ġestjoni b'formula aktar kumplessa u li ppreveda b'mod partikolari li ċerti proġetti mwettqa direttament mill-Bank Dinji jistgħu jiġu soġġetti għal imposta ta' 17 % fuq l-ispejjeż tal-persunal u tal-konsulenti, probabbli se jkun ta' ħsara għall-baġit tal-Unjoni u jista' jirriżulta biex il-pagamenti jaqbżu l-limitu massimu ta' 7 % fuq l-ispejjeż ta' ġestjoni, u dan huwa pprojbit mill-Artikolu 124(4) tar-Regolament Finanzjarju;

244.

Jisħaq li l-ħlas għall-ġestjoni li se jsir lill-Bank Dinji mhux se jintuża għall-proġetti fl-oqsma tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni; jistaqsi għaliex il-Bank Dinji għandu jiġi rremunerat mill-Kummissjoni għall-attivitajiet bankarji li huma fil-qalba tal-missjoni tiegħu ta' bankier.

International Management Group

245.

Jifraħ lill-Kummissjoni rigward l-eżitu tal-proċedimenti fil-Kawża T-381/15 tat-2 ta' Frar 2017; jistaqsi liema kuntratti mal-International Management Group għadhom fis-seħħ attwalment;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

246.

Jappella:

lid-DĠ DEVCO u lid-DĠ NEAR biex iqawwu l-kwalità tal-verifiki tan-nefqiet ikkummissjonati mill-benefiċjarji, speċifikament billi jintroduċu miżuri ġodda bħall-użu ta' grilja tal-kwalità biex jivverifikaw il-kwalità tal-ħidma li tkun saret mill-awdituri kkummissjonati mill-benefiċjarji u r-reviżjoni tat-termini ta' referenza tal-awdituri;

lid-DĠ NEAR biex jieħu azzjoni biex jiżgura li l-finanzjament li jitwassal permezz ta' strument ta' ġemellaġġ ikun konformi mar-regola li tipprojbixxi l-profitt u jaderixxi mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

lid-DĠ NEAR biex jirrivedi l-metodoloġija tar-rata ta' żball residwu sabiex jipprovdi informazzjoni li tkun statistikament preċiża rigward l-ammont li jkun qiegħed f'riskju għall-pagamenti li jsiru taħt ġestjoni indiretta fil-qafas tal-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni;

lid-DĠ DEVCO biex jirrevedi l-istima tal-kapaċità korrettiva tiegħu fil-ġejjieni billi jeskludi mill-kalkolu l-irkupri tal-prefinanzjamenti li ma jkunux intefqu u l-imgħax iggwadanjat u l-kanċellazzjoni tal-ordnijiet ta' rkupru li jkunu nħarġu preċedentement;

lid-DĠ DEVCO u lid-DĠ NEAR biex jippubblikaw ir-rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni joħorġu bħala anness mar-rapporti annwali tal-attività tagħhom kif previst mill-Artikolu 67(3) tar-Regolament Finanzjarju, u biex, fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom, jindikaw il-miżuri li jkunu ħadu biex jirrimedjaw għas-sitwazzjoni fid-delegazzjonijiet bi problemi ta' implimentazzjoni, biex inaqqsu d-dewmien u jissemplifikaw il-programmi;

lill-Kummissjoni biex tippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni tal-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

lill-Kummissjoni biex:

(i)

tiċċara l-objettivi;

(ii)

tiżviluppa, tespandi u ttejjeb il-qafas biex titkejjel il-prestazzjoni tal-politiki tagħha fir-rigward tal-migrazzjoni u l-ażil fil-pajjiżi tal-viċinat;

(iii)

tiffoka r-riżorsi finanzjarji disponibbli fuq objettivi prijoritarji ddefiniti u kkwantifikati b'mod ċar; u

(iv)

tikkonsolida ulterjorment il-kollegament bejn l-iżvilupp u l-migrazzjoni;

lill-Kummissjoni biex, fil-kodiċi ta' kondotta għall-kummissarji, tinkludi d-definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi kunflitt ta' interess, biex tikkunsidra fundamentalment mill-ġdid il-bżonn li, fl-arranġamenti finanzjarji tagħha mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-entitajiet fdati, tipprevedi dispożizzjonijiet rigward ir-remunerazzjoni tagħhom għall-ispejjeż tal-persunal marbuta mal-attivitajiet li jinsabu fil-qalba tal-missjoni tagħhom, u biex tirrapporta komprensivament lill-Parlament Ewropew sa tmiem l-2017 dwar ir-riflessjonijiet tagħha f'dan ir-rigward iżda anke dwar l-impatt tal-applikazzjoni tal-politika l-ġdida dwar l-irkupru tal-ispejjeż;

Il-migrazzjoni u s-sigurtà

247.

Jilqa' l-fatt li, minħabba s-sensittività politika tal-kwistjoni, il-Qorti għall-ewwel darba indirizzat il-politika dwar il-migrazzjoni u s-sigurtà fit-tieni parti tal-kapitolu 8 tar-rapport annwali tagħha; jinnota li, b'baġit ta' EUR 0,8 biljun, dan il-qasam jirrappreżenta sehem żgħir iżda dejjem jikber mill-baġit tal-Unjoni;

248.

Jiddeplora l-fatt li l-Qorti ma fformulat l-ebda rata ta' żball rigward dan il-qasam ta' politika, filwaqt li d-direttur ġenerali tad-DĠ HOME, fir-rapport annwali tal-attività tiegħu għall-2015, jipprovdi stima ta' 2,88 % għar-rata ta' żball pluriennali residwu għall-għotjiet mhux relatati mar-riċerka li kienu taħt il-ġestjoni diretta tad-DĠ HOME;

249.

Jikkondividi t-tħassib li esprimiet il-Qorti rigward il-fatt li l-awditjar tas-solidarjetà u tal-ġestjoni tal-flussi migratorji mwettaq mill-Kummissjoni ma kopriex it-testijiet tal-kontrolli fuq il-biċċa l-kbira tal-proċessi ewlenin u li għaldaqstant hemm ir-riskju li l-Kummissjoni kkunsidrat li xi programmi annwali b'sistemi ta' kontroll ineffikaċi jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli u konsegwentement l-attenzjoni tal-awditjar ex post tal-Kummissjoni mhux se tiġi ffokata fuqhom;

250.

Ifakkar li DĠ HOME identifika nuqqasijiet fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati, il-Fond Ewropew għar-Ritorn, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi u l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu 2007-2013 min-naħa tar-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Franza u l-Polonja;

251.

Huwa tal-opinjoni li l-Indikatur Ewlieni tal-Prestazzjoni Nru 1 inkluż fir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ HOME għall-2015 mhuwiex rilevanti peress li r-rata tal-migranti irregolari li jiġu ripatrijati lejn pajjiżi terzi ma tiġix influwenzata b'mod sinifikanti mill-ġestjoni min-naħa tad-DĠ HOME;

252.

Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni tikkunsidra li huwa diffiċli jekk mhux impossibbli li tipprovdi stima tal-ispejjeż li jitħallsu għall-migranti/applikanti għal ażil għal kull pajjiż individwali, peress li l-ġestjoni tal-flussi migratorji tinkludi firxa wiesgħa ta' attivitajiet (37);

253.

Jitlob lill-Qorti tipprovdi lill-awtorità ta' kontroll baġitarju b'rata tal-iżball l-aktar probabbli fir-rigward tal-politika dwar il-migrazzjoni u s-sigurtà fir-rapport annwali tagħha għall-2016 u tevalwa l-kapaċità korrettiva tas-servizzi tal-Kummissjoni f'dan il-qasam ta' politika;

254.

Jesprimi tħassib dwar il-verifiki li saru fuq il-fondi għar-rifuġjati li, fl-emerġenzi, l-Istati Membri spiss jallokawhom b'mod li ma jikkonformax mar-regoli fis-seħħ; iqis li huwa essenzjali li l-Kummissjoni tintroduċi verifiki aktar rigorużi, anke bil-ħsieb li tiżgura li jitħarsu d-drittijiet tal-bniedem tar-rifuġjati u tal-applikanti għal ażil.

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

255.

Jirrakkomanda li d-DĠ HOME:

(a)

jikkwantifika u janalizza bir-reqqa fir-rapport annwali tal-attività tiegħu n-natura tal-iżbalji li jidentifika u jipprovdi aktar informazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-“kapaċità korrettiva” tiegħu;

(b)

jippromwovi l-użu tal-għażliet ta' spejjeż semplifikati, l-użu tal-ammonti li jitħallsu f'daqqa u l-ispejjeż unitarji standardizzati fil-ġestjoni tal-fondi tiegħu;

(c)

jislet bir-reqqa tagħlimiet mill-imgħoddi rigward in-nuqqasijiet identifikati fil-ġestjoni tal-Fond Ewropew għar-Rifuġjati, il-Fond Ewropew għar-Ritorn, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi u l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu 2007-2013;

(d)

jipprovdi lill-awtorità baġitarja u lill-awtorità għall-kontroll baġitarju bl-aktar data preċiża possibbli fir-rigward tal-ispejjeż li jsiru għall-migranti/applikanti għal ażil b'mod li tingħata ġustifikazzjoni solida għall-ammont ta' talbiet baġitarji għal programmi ta' finanzjament, filwaqt li jiġi rikonoxxut il-valur inkwantifikabbli tal-ħajja umana, fuq livell individwali u fuq livell kumplessiv;

(e)

jittestja l-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll intern li l-Istati Membri jużaw fir-rigward tal-biċċa l-kbira tal-proċessi ewlenin fil-qafas tal-programmi SOLID: il-proċeduri ta' għażla u ta' għoti, il-proċeduri ta' għoti, il-monitoraġġ tal-proġetti, il-pagamenti u l-kontabbiltà;

(f)

jorganizza u jippromwovi aktar sinerġija bejn is-servizzi kollha responsabbli għal programmi li possibilment jinfluwenzaw il-flussi migratorji;

L-amministrazzjoni

256.

Jinnota li uffiċjal jista' jinħatar fil-kariga ta' espert anzjan jew ta' assistent anzjan li tiftaħ il-possibbiltà ta' promozzjoni għall-grad AD 14 jew AST 11, u li, ladarba uffiċjal ikun inħatar fil-kariga ta' espert anzjan, ma hemm l-ebda possibbiltà li jiċċaqlaq lura għax-xogħol ta' amministratur; jiddispjaċih dwar l-inkonsistenza bejn din il-miżura u dawk li huma mmirati biex inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi jew li jirrinforzaw il-kollegament bejn il-grad u l-funzjoni; jappella lill-Kummissjoni biex ittemm din il-prattika;

257.

Jinnota bi tħassib li l-ammont medju ta' snin fi grad qabel il-promozzjoni naqas għall-gradi AD 11 u ogħla; għall-grad AD 12 pereżempju, fl-2008, il-medja kienet li uffiċjal kien jiġi promoss biss kull 10,3 snin, filwaqt li fl-2015 kien jiġi promoss kull 3,8 snin, u dan juri li l-promozzjonijiet fil-gradi tas-salarji superjuri tħaffu; jitlob lill-Kummissjoni tnaqqas il-ħeffa tal-promozzjonijiet fil-gradi ogħla minn AD 11 jew AST 9;

258.

Jenfasizza li jkun tajjeb li l-bilanċ ġeografiku, speċifikament ir-relazzjoni bejn in-nazzjonalità tal-persunal u d-daqs tal-Istati Membri, jibqa' element importanti tal-ġestjoni tar-riżorsi, b'mod partikolari fir-rigward tal-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni mill-2004 'l hawn, u jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni laħqet kompożizzjoni aktar ibbilanċjata bejn l-uffiċjali mill-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni qabel l-2004 u dawk li ngħaqdu sussegwentement; iżda jindika li dawn l-Istati Membri tal-aħħar għadhom sottorappreżentati fil-livell superjuri tal-amministrazzjoni u fil-karigi maniġerjali, li għadu mistenni li jkun hemm progress fir-rigward tagħhom;

259.

Jinnota bi tħassib il-prezzijiet eċċessivament għaljin li jimponu s-servizz mediċi fil-Lussemburgu u d-diffikultajiet biex jiġi żgurat li l-membri tar-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard tal-istituzzjonijiet tal-UE jirċievu t-trattament bl-istess kundizzjonijiet li jirċevuh iċ-ċittadini tal-Lussemburgu; jappella lill-istituzzjonijiet, u lill-Kummissjoni b'mod partikolari, biex jeżiġu u jiggarantixxu li l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38), li jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi ta' kura tas-saħħa fit-territorju tagħhom jitolbu l-istess ħlasijiet mill-pazjenti minn Stati Membri oħrajn bħal dawk li jitolbu mill-pazjenti domestiċi, jiġi inforzat fl-Istati Membri kollha, u b'mod speċjali fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu; jappella wkoll biex, fejn ma jkunx hemm konformità ma' din id-direttiva, timponi s-sanzjonijiet xierqa;

L-OLAF

260.

Jinnota li l-Kulleġġ tal-kummissarji neħħa l-immunità tad-direttur ġenerali tal-OLAF, b'segwitu għal talba mill-awtoritajiet Belġjani, fil-kuntest tal-investigazzjonijiet relatati mal-każ “Dalli”; huwa tal-opinjoni li d-direttur ġenerali jinsab ikkonfrontat b'kunflitt ta' interess triplu:

filwaqt li l-Kulleġġ kien fil-proċess li jiddeċiedi dwar it-tneħħija tal-immunità tiegħu, id-direttur ġenerali kkunsidra l-possibbiltà li jiftaħ investigazzjonijiet tal-OLAF kontra l-membri tal-Kummissjoni,

ladarba l-Kulleġġ kien ħa d-deċiżjoni li jneħħilu l-immunità, id-direttur ġenerali ħa azzjoni legali kontra l-Kummissjoni minħabba irregolarità allegata meta adottat id-deċiżjoni tagħha; fl-istess ħin, id-direttur ġenerali kompla jirrappreżenta lill-Kummissjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet politiċi relatati mal-portafoll tiegħu,

wara li t-tneħħija tal-immunità tiegħu kienet ġiet ikkonfermata, il-prosekutur pubbliku Belġjan fetaħ investigazzjoni dwar ir-rwol tad-direttur ġenerali fil-każ ikkonċernat, filwaqt li baqa' jaqdi r-rwol ta' interlokutur għad-direttur ġenerali tal-OLAF fil-ġlieda kontra l-frodi fil-konfront tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-Belġju;

Jikkunsidra li dawn il-kunflitti ta' interess jistgħu jagħmlu ħsara kemm għar-reputazzjoni tal-OLAF, kif ukoll għal dik tal-Kummissjoni; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni timponi lid-direttur ġenerali tal-OLAF li joħroġ bil-liv sa meta tintemm l-investigazzjoni mmexxija mill-awtoritajiet Belġjani, u taħtar sostitut temporanju;

261.

Jinsab maħsud mir-rapporti tal-aħbarijiet li, skont il-kalkoli tal-OLAF, in-“negliġenza kontinwa” min-naħa tad-dwana tar-Renju Unit ċaħħdet lill-Unjoni minn EUR 1 987 biljun fi dħul minħabba d-dazji fuq merkanzija Ċiniża li ntilfu; u li netwerk altament sofistikat tal-kriminalità organizzata seraq EUR 3,2 biljun mill-introjtu mit-taxxa fuq il-valur miżjud ta' pajjiżi importanti tal-Unjoni bħal Franza, il-Ġermanja, Spanja u l-Italja; jitlob li jingħata aċċess għall-fajl sħiħ dwar il-każ u li jinżamm regolarment informat.

Il-kodiċi ta' kondotta

262.

Huwa tal-opinjoni soda li hemm bżonn dejjem jikber għal regolamentazzjoni qawwija fil-qasam tal-etika b'mod li jiġu sodisfatti l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 245 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jinsisti li kodiċijiet ta' kondott li jiffunzjonaw sew jeżiġu attenzjoni kontinwa; jisħaq li kodiċi ta' kondotta ma jkunx miżura preventiva effikaċi sakemm ma jiġix applikat kif suppost u sakemm il-konformità ma tiġix eżaminata mill-ġdid b'mod sistematiku, mhux biss fil-każijiet ta' inċidenti;

263.

Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni li tirrevedi l-kodiċijiet ta' kondotta għall-kummissarji; jiddispjaċih madankollu li r-reviżjoni hija limitata għal estensjoni tal-perjodu ta' preklużjoni għal tliet snin għall-ex Presidenti tal-Kummissjoni; jappella lill-Kummissjoni biex teżamina mill-ġdid il-kodiċi ta' kondotta għall-kummissarji sa tmiem l-2017, anke billi timplimenta r-rakkomandazzjoni tal-Parlament li l-kumitat etiku ad hoc jiġi riformat biex is-setgħat tiegħu jiġu estiżi, billi tiddefinixxi x'jikkostitwixxi “kunflitt ta' interess”, kif ukoll billi tintroduċi kriterji għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta' impjieg b'segwitu għal mandat u testendi l-perjodu ta' preklużjoni għal tliet snin għall-kummissarji kollha;

264.

Jindika li pass importanti fir-rigward tal-kunflitti ta' interess ikun li tiżdied it-trasparenza tal-President tal-Kummissjoni, il-kumitat etiku ad hoc tal-Kummissjoni u tas-Segretarjat Ġenerali, meta jkunu qed jiġu eżaminati mill-ġdid is-sitwazzjonijiet ta' kunflitt potenzjali; jinnota li huwa biss permezz tal-pubblikazzjoni proattiva tal-opinjonijiet tal-kumitat etiku li l-pubbliku jkun jista' jeżiġi rendikont mingħand il-Kummissjoni ta' għemilha;

265.

Jappella lill-Kulleġġ tal-kummissarji biex, issa li ġiet iffinalizzata r-rakkomandazzjoni tal-kumitat etiku ad hoc fil-każ tal-ex President tal-Kummissjoni, jieħu deċiżjoni li jirreferi l-każ lil-Qorti tal-Ġustizzja biex din tagħti opinjoni rigward il-kwistjoni.

Il-gruppi ta' esperti

266.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni (39), iżda jiddispjaċih li, minkejja l-fatt li bosta organizzazzjonijiet nongovernattivi esprimew l-interess tagħhom, il-Kummissjoni ma organizzatx konsultazzjoni pubblika sħiħa; itenni l-importanza li tingħata ħajja ġdida lill-forom ta' involviment min-naħa tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali f'oqsma kruċjali bħat-trasparenza u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

267.

Ifakkar li nuqqas ta' trasparenza jkollu effett negattiv fuq il-fiduċja li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jemmen li r-riforma effikaċi tas-sistema tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni, imsejsa fuq prinċipji ċari ta' trasparenza u kompożizzjoni bilanċjata, se ttejjeb id-disponibbiltà u l-affidabbiltà tad-data, li sussegwentement tgħin biex iżżid il-fiduċja tan-nies fl-Unjoni;

268.

Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni jmissha tagħmel progress biex il-gruppi ta' esperti jkollhom kompożizzjoni aktar ibbilanċjata; jiddeplora l-fatt, madankollu, li għadha ma saret l-ebda distinzjoni espliċita bejn dawk li jirrappreżentaw interessi ekonomiċi u dawk li jirrappreżentaw interessi mhux ekonomiċi, b'mod li jkun iggarantit livell massimu ta' trasparenza u bilanċ;

269.

Ifakkar li kemm il-Parlament u kemm l-Ombudsman Ewropew irrakkomandaw li l-Kummissjoni tippubblika l-aġendi, id-dokumenti ta' sfond, il-minuti tal-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-gruppi ta' esperti;

Il-konsulenti speċjali

270.

Jappella lill-Kummissjoni biex tippubblika l-ismijiet, il-funzjoni, il-grad u l-kuntratt (il-ħinijiet tax-xogħol, it-tul tal-kuntratt, il-post tax-xogħol) tal-konsulenti speċjali kollha; jikkunsidra li hemm riskju ta' kunflitti ta' interess mal-konsulenti speċjali; huwa tal-opinjoni soda li l-kunflitti ta' interess imisshom jiġu evitati peress li jdgħajfu l-kredibbiltà tal-istituzzjonijiet; jappella lill-Kummissjoni biex tippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-konsulenti speċjali;

L-iskejjel Ewropej

271.

Jinnota li l-iskejjel individwali huma responsabbli mill-kontijiet annwali tagħhom (li jikkostitwixxu il-“Qafas Ġenerali”); jindika li l-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit għall-2015 ammontaw għal EUR 288,8 miljun, u li l-Kummissjoni kkontribwiet EUR 168,4 miljun (58 %) minnhom;

272.

Jinsab maħsud li, wara dawn is-snin kollha ta' riformi allegati, il-Qorti tibqa' tkun estremament kritika rigward il-ġestjoni finanzjarja tal-iskejjel Ewropej:

“II.

L-iskejjel ma ħejjewx il-kontijiet annwali tagħhom qabel l-iskadenza legali. Instabu bosta żbalji, li ħafna minnhom ġew korretti (b'riżultat tar-rieżami) fil-verżjoni finali tal-kontijiet. Dawn jikkostitwixxu dgħufijiet sistematiċi fil-proċeduri kontabilistiċi. […]

IV.

Is-sistemi ta' pagament taż-żewġt iskejjel magħżula kienu milquta minn dgħufijiet sinifikanti: ma kien hemm l-ebda kollegament awtomatiku bejn is-sistemi ta' kontabilità u dawk ta' pagament, u ma saret l-ebda segregazzjoni stretta bejn id-dmirijiet, il-pagamenti li saru barra mis-sistema ta' kontabilità ma ġewx irrifjutati awtomatikament mis-sistema u ġeneralment il-livell ta' kontroll kien wieħed fqir. Dawn id-dgħufijiet jirrappreżentaw riskju sinifikanti f'termini tal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti.

V.

Il-Qorti ukoll sabet diversi dgħufijiet sinifikanti fil-proċeduri ta' akkwist, li rriskjaw li jikkompromettu l-prinċipji ta' trasparenza u ta' trattament indaqs.

VI.

Fi ftit każijiet, il-Qorti ma sabitx evidenza dwar il-kwalifiki tal-persunal irreklutat u nnotat omissjonijiet fil-fajls personali tagħhom.

VII.

B'riżultat ta' dan, il-Qorti ma setgħetx tikkonferma li l-ġestjoni finanzjarja kienet tajba”;

273.

Jiddeplora l-fatt li, “[…]il-Qorti ma setgħetx tikkonferma li l-ġestjoni finanzjarja kienet tajba”;

274.

Jiddeplora wkoll il-fatt li l-Kummissjoni, bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Qorti u minħabba każ fejn kien hemm suspett ta' frodi li seħħ bejn l-2003 u l-2012, reġgħet ħarġet riżerva ta' reputazzjoni fuq il-pagamenti;

275.

Jinnota li d-daqs tal-baġit allokat lis-sistema tal-iskejjel Ewropej huwa konsiderevolment akbar minn dak li, bl-eċċezzjoni ta' tnejn minnhom, jirċievu t-32 aġenzija; jemmen li l-obbligu tas-sistema tal-iskejjel Ewropej li tagħti rendikont dwar l-azzjonijiet finanzjarji li tieħu jmissu jitqawwa sa livell li jista' jitqabbel ma' dak tal-aġenziji Ewropej, anke permezz ta' proċess ta' kwittanza ddedikata għall-EUR 168,4 miljun li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha;

276.

Ifakkar li, fil-proċedura tiegħu ta' kwittanza lill-Kummissjoni għall-2010, il-Parlament kien diġà kkontesta l-“istrutturi tat-teħid ta' deċiżjonijiet u ta' finanzjar tal-Konvenzjoni għall-Iskejjel Ewropej;”; u kien eżiġa li l-Kummissjoni “tesplora mal-Istati Membri reviżjoni ta' dik il-Konvenzjoni u […] tirrapporta sal-31 ta' Diċembru 2012 dwar il-progress li jkun sar” (40); jinnota li l-Parlament qatt ma rċieva rapport ta' progress;

277.

Jinnota li l-kriżi finanzjarja u organizzattiva li għaddejja bħalissa fis-sistema tal-iskejjel Ewropej qed issir dejjem iktar serja minħabba l-pjanijiet li tinfetaħ il-ħames skola fi Brussell u l-konsegwenzi possibbli jekk Stat Membru partikolari jirtira mill-Konvenzjoni għall-Iskejjel Ewropej f'xi mument fil-ġejjieni; jikkontesta jekk is-sistema tal-iskejjel Ewropej kif inhi attwalment organizzata u ffinanzjata għandhiex ir-riżorsi biex taffronta l-espansjoni ppjanata għal ħamest iskejjel fi Brussell; jinnota li, minħabba f'hekk, hemm ir-riskju li jinħolqu problemi saħansitra aktar sinifikanti fil-ġejjieni jekk xi taqsimiet lingwistiċi jispiċċaw imġebbda żżejjed, peress li, taħt il-mudelli attwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi, dawn għandhom biss il-kapaċità li, fi Brussell, ikopru erba' (fil-każ tat-taqsimiet tal-lingwa Ġermaniża) jew tlitt iskejjel (fil-każ tat-taqsimiet tal-lingwa Ingliża);

278.

Iqis li mhuwiex aċċettabbli li r-rappreżentanti tal-Istati Membri jibqgħu jagħtu l-kwittanza lill-Iskejjel Ewropej, allavolja l-parir tal-Kummissjoni, li tħallas it-58 % tal-baġit annwali, u tal-Qorti kien wieħed negattiv;

279.

Jaqbel kompletament mal-11-il rakkomandazzjoni li l-Qorti ħarġet fir-rapport tagħha tal-11 ta' Novembru 2015, dwar il-kontijiet annwali tal-iskejjel Ewropej għall-2014, u li jinkludu kwistjonijiet relatati mal-kontabilità, il-persunal, il-proċedura ta' akkwist, l-istandards tal-kontrolli u l-pagamenti;

280.

Jilqa' l-pjan ta' azzjoni aġġornat li d-DĠ Riżorsi Umani u Sigurtà fassal bil-għan li jindirizza r-riżerva tal-Kummissjoni u l-osservazzjonijiet tal-Qorti;

281.

Jappella lill-Kummissjoni biex tħejji komunikazzjoni lill-Parlament u lill-Kunsill fejn tirrifletti dwar kif l-istruttura amministrattiva tal-Iskejjel Ewropej tista' tiġi rriformata l-aħjar qabel Novembru 2017;

282.

Jappella biex il-Kummissjoni tiżvolġi r-rwol sħiħ tagħhom fl-aspetti kollha tal-proċess ta' riforma li jkompri l-kwistjonijiet maniġerjali, finanzjarji, organizzattivi u pedagoġiċi; jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta kull sena rapport lill-Parlament fejn tagħti l-valutazzjoni tagħha rigward l-istat tal-progress f'dawn l-oqsma, sabiex jiġi żgurat li l-kumitati rilevanti tiegħu jkunu jistgħu jwettqu skrutinju tal-ġestjoni tas-sistema tal-iskejjel u tevalwa l-użu li jsir mir-riżorsi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-sistema mill-baġit tal-Unjoni; jitlob li l-kummissarju rilevanti jagħti attenzjoni mill-qrib lill-kwistjoni, u jagħmillu appell speċifiku biex jieħu sehem personalment fil-laqgħat biennali tal-bord tal-gvernaturi; itenni l-fehma tal-Parlament li “rieżami komprensiv” tas-sistema tal-iskejjel Ewropej huwa rikjest b'urġenza; jappella biex l-ewwel abbozz tar-rieżami kkonċernat jiġu pprovdut sat-30 ta' Ġunju 2017;

L-opinjonijiet tal-kumitati

L-affarijiet barranin

283.

Jinnota, filwaqt li jilqa' l-progress miksub, li l-Kummissjoni għadha ma rrikonoxxitx il-konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju ta' sitta mill-għaxar missjonijiet ċivili li saru taħt il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintensifika l-ħidma biex takkredita l-missjonijiet ċivili kollha taħt il-PSDK, bi qbil mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti, b'mod li tippermettilhom jiġu fdati b'kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja taħt ġestjoni indiretta;

284.

Jilqa' l-istabbiliment tal-Pjattaforma ta' Sostenn għall-Missjonijiet intenzjonata biex tnaqqas il-piż amministrattiv u żżid l-effiċjenza tal-missjonijiet ċivili taħt il-PSDK; jiddispjaċih dwar id-daqs u l-ambitu limitati tagħha, u jtenni l-appell tiegħu biex isir progress ulterjuri lejn ċentru għal servizzi kondiviżi li jkun jista' jwassal għal titjib ulterjuri fil-baġit u fl-effiċjenza permezz taċ-ċentralizzazzjoni tas-servizzi ta' appoġġ għall-missjonijiet kollha li ma jkollhomx bżonn jiġu żgurati lokalment;

285.

Itenni l-fehma tiegħu li hemm bżonn li r-regoli finanzjarji tal-Unjoni jiġu adattati aħjar għall-ispeċifiċitajiet tal-azzjoni esterna, inkluża l-ġestjoni tal-kriżijiet, u jisħaq li hemm bżonn li r-reviżjoni attwali tar-Regolament Finanzjarju tagħti aktar flessibbiltà;

286.

Jinsab imħasseb min-nuqqas ta' mezzi diretti ta' kontroll f'dak li jirrigwarda l-użu tal-assistenza makrofinanzjarja mill-pajjiżi terzi destinatarji; jappella lill-Kummissjoni biex l-assistenza ta' dan it-tip torbotha b'mod aktar strett ma' parametri li jistgħu jitkejlu;

287.

Jilqa' bl-istess mod ir-rakkomandazzjonijiet li l-Qorti ssuġġeriet fir-Rapport Speċjali Nru 13/2016 tagħha dwar l-assistenza tal-Unjoni għat-tisħiħ tal-amministrazzjoni pubblika fil-Moldova u fir-Rapport Speċjali Nru 32/2016 tagħha dwar l-assistenza mill-Unjoni lill-Ukrajna; jikkunsidra li jkun tajjeb l-Unjoni tisfrutta kompletament l-influwenza tal-kundizzjonalità u tiżgura l-monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tar-riformi li saru sabiex tagħti kontribut pożittiv għar-rinforz tal-prattiki demokratiċi kemm fil-Moldova u kemm fl-Ukrajna.

L-iżvilupp u l-kooperazzjoni

288.

Jilqa' f'dan il-kuntest ir-Rapport Speċjali Nru 9/2016 tal-Qorti dwar l-infiq tal-Unjoni fuq il-politika esterna dwar il-migrazzjoni fil-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar tal-Mediterran u l-Viċinat tal-Lvant; jirrileva l-fatt li l-Qorti waslet għall-konklużjoni li l-infiq fil-qasam tal-migrazzjoni esterna tal-Unjoni ma rnexxilux juri l-effikaċja tiegħu, li huwa impossibbli li r-riżultati tiegħu jitkejlu, li l-approċċ tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-migrazzjoni jkollha impatt pożittiv fuq l-iżvilupp mhuwiex ċar, li l-appoġġ għar-ripatrijazzjoni u r-riammissjoni qed ikollu impatt żgħir u li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, li suppost jirfed l-azzjonijiet kollha, jibqa' teoriku u rarament biss jiġi tradott fil-prattika;

289.

Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 15/2016 tal-Qorti dwar l-infiq fuq l-għajnuna umanitarja fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar; jirrileva li l-Qorti tikkonkludi li l-għajnuna umanitarja li ngħatat lill-popolazzjoni milquta mill-kunflitt fiż-żona tal-Lagi l-Kbar Afrikani kienet, ġeneralment, ġestita b'mod effikaċi mill-Kummissjoni; jisħaq fuq il-kuntrast qawwi fir-rigward tal-infiq fil-qasam tal-migrazzjoni u jqis li dan huwa prova ulterjuri li politiki ta' żvilupp mħejjija tajjeb jagħtu riżultati ħafna aħjar milli jagħti l-attiviżmu fuq żmien qasir fil-qasam tal-migrazzjoni;

290.

Jinsab preokkupat ħafna mix-xejra notevoli fil-proposti reċenti tal-Kummissjoni li qed jiġu injorati d-dispożizzjonijiet legalment vinkolanti tar-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) f'dak li għandu x'jaqsam mal-infiq eliġibbli tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp u l-pajjiżi eliġibbli għall-infiq fil-qafas tal-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp; ifakkar li l-legalità tal-infiq tal-Unjoni hija prinċipju kruċjali ta' ġestjoni finanzjarja tajba u li l-kunsiderazzjonijiet politiċi ma jmisshomx jieħdu preċedenza fuq dispożizzjonijiet legali spjegati b'mod ċar jekk il-Kummissjoni trid li tibqa' kredibbli fir-rigward tal-kwistjonijiet fil-qasam tal-istat ta' dritt; ifakkar lill-Kummissjoni f'dan il-kuntest rigward is-sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (42) dwar il-kooperazzjoni mal-Marokk u l-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent, fejn il-Qorti ddeċidiet li l-Unjoni kisret b'mod konsistenti l-liġi internazzjonali;

291.

Jappoġġa l-użu ta' appoġġ baġitarju b'mod ġenerali, iżda jħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta u tiddefinixxi b'mod aktar ċar l-eżiti fil-qasam tal-iżvilupp li għandhom jinkisbu permezz tal-appoġġ baġitarju f'kull każ u fuq kollox biex tqawwi il-mekkaniżmi ta' kontroll rigward l-imġiba tal-istati destinatarji fl-oqsma tal-korruzzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija; jesprimi tħassib serju dwar l-użu potenzjali tal-appoġġ baġitarju fil-pajjiżi li tonqoshom is-sorveljanza demokratika, jew minħabba n-nuqqas ta' demokrazija parlamentari li tiffunzjona, ta' libertajiet għas-soċjetà ċivili u għall-media, jew minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-korpi ta' sorveljanza;

292.

Jappella lill-Kummissjoni biex tinkorpora approċċ għall-iżvilupp abbażi ta' inċentivi billi tintroduċi l-prinċipju “aktar għal aktar”, waqt li tieħu l-Politika Ewropea tal-Viċinat bħala eżempju; jemmen li, fir-riformi interni tiegħu għall-bini u l-konsolidazzjoni tal-istituzzjonijiet demokratiċi, il-qerda tal-korruzzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, aktar ma pajjiż jagħmel progress u aktar ma dan il-progress jimxi b'rata mgħaġġla, aktar għandu jirċievi appoġġ mill-Unjoni; jisħaq li dan l-approċċ ta' “kundizzjonalità pożittiva”, flimkien ma' enfasi qawwija fuq il-finanzjament ta' proġetti fuq skala żgħira għall-komunitajiet rurali, jista' jwassal għal bidla reali u jiggarantixxi li flus il-kontribwenti tal-Unjoni jintefqu b'mod aktar sostenibbli;

293.

Jiddispjaċih li ma saret l-ebda konsultazzjoni minn qabel tal-Parlament meta kien qed jitwaqqaf il-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-Unjoni għall-Afrika; jappella biex isiru sforzi aktar effikaċi biex titqawwa t-trasparenza tad-deċiżjonijiet dwar il-proġetti tal-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza u jissottolinja n-nuqqas ta' format adegwat għall-konsultazzjoni regolari mal-Parlament; jiddispjaċih li ma ttieħdet l-ebda azzjoni f'dan ir-rigward;

L-impjiegi u l-affarijiet soċjali

294.

Jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-Kummissjoni tuża l-esperjenza miksuba fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 u tirrapporta dwar analiżi ffokata tar-regoli nazzjonali dwar l-eliġibbiltà għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 u li, abbażi tagħha, tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif għandhom jissemplifikaw u jevitaw regoli kumplessi jew ta' piż bla bżonn;

295.

Jappella lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-possibbiltà li tinkludi l-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni fl-Istħarriġ Annwali tagħha dwar il-Piżijiet skont il-qbil li ntlaħaq fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (43); jirrileva li l-introduzzjoni ta' objettivi għat-tnaqqis tal-piżijiet annwali li jinkludu l-programmi ta' finanzjament tal-UE kieku żżid il-konformità u għaldaqstant tikkontribwixxi għal tnaqqis fir-rata ta' żball;

296.

Jilqa' ż-żieda fil-konċentrazzjoni fuq ir-riżultati taħt il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020; jikkunsidra, madankollu, li jekk l-indikaturi tar-riżultati u s-sistemi ta' monitoraġġ jiġu żviluppati ulterjorment, dan kieku jikkontribwixxi għal responsabbiltà finanzjarja tajba u jżid l-effiċjenza tal-programmi operattivi fil-ġejjieni.

L-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel

297.

Jinsab sodisfatt bil-ħidma mwettqa mill-ħames aġenziji deċentralizzati li jaqgħu fil-qasam ta' responsabbiltà tiegħu u li jwettqu kompiti tekniċi, xjentifiċi jew maniġerjali li jgħinu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jfasslu u jimplimentaw il-politiki fil-qasam tal-politika ambjentali u klimatika, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel, kif ukoll bil-mod kif ġew implimentati l-baġits ta' dawk l-aġenziji;

298.

Jinsab sodisfatt bl-implimentazzjoni kumplessiva tal-baġit operattiv tal-programm LIFE+, li ammontat għal 99,95 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u 98,93 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2015; jisħaq li l-programm LIFE+ ikkontribwixxa sabiex iżid l-għarfien u l-parteċipazzjoni min-naħa tal-pubbliku fil-leġiżlazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika ambjentali tal-Unjoni, kif ukoll sabiex itejjeb il-governanza f'dan is-settur; jinnota li fl-2015, EUR 225,9 miljun ġew impenjati għal għotjiet għal azzjoni, EUR 40 miljun intużaw għal strumenti finanzjarji ġestiti mill-Bank Ewropew tal-Investiment u EUR 59,2 miljun intużaw għal miżuri maħsuba biex jappoġġaw ir-rwol tal-Kummissjoni li tibda u tissorvelja l-iżvilupp tal-politika u tal-leġiżlazzjoni; jinnota li EUR 10,2 miljun intużaw bħala appoġġ amministrattiv għall-programm LIFE u bħala appoġġ għall-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji;

299.

Jieħu nota tal-fatt li d-DĠ CLIMA żied ir-rata ta' implimentazzjoni tiegħu għal 99,9 % ta' EUR 108 747 880 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u 91,77 % ta' EUR 47 479 530 f'approprjazzjonijiet ta' pagament, u li jekk din in-nefqa amministrattiva ma titqisx, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-pagamenti tilħaq is-96,88 %;

300.

Jinkoraġġixxi lill-awtorità baġitarja biex, fil-futur, tiffoka fuq il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji li jkollhom valur miżjud reali għall-Unjoni; jirrikonoxxi li ġew implimentati għaxar proġetti pilota u ħames azzjonijiet preparatorji li b'kollox ammontaw għal EUR 1 400 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 5 599 888 f'approprjazzjonijiet ta' pagament;

301.

Jirrikonoxxi li evalwazzjoni tat-tieni Programm fil-qasam tas-Saħħa (2008-2013) ġiet iffinalizzata fl-2015; jilqa' l-fatt li t-tielet Programm fil-qasam tas-Saħħa ġie rinforzat fl-2015 biex jappoġġa u jrawwem l-iskambju ta' informazzjoni u prattiki tajba fl-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom mal-isfidi marbuta mal-akkoljenza ta' ammont sinifikanti ta' migranti, applikanti għal ażil u rifuġjati, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-preparazzjoni tad-Direttort Ġenerali għas-Saħħa u għas-Sikurezza tal-Ikel ta' rekord mediku personali għall-valutazzjoni tas-saħħa tal-migranti biex jintuża fil-“punti kritiċi” u fiż-żoni ta' akkoljenza u ta' baġit addizzjonali għall-proġetti marbuta mas-saħħa tal-migranti;

It-trasport u t-turiżmu

302.

Jinnota li, fl-2015, EUR 12,8 biljun ġew allokati għal 263 proġett fil-qasam tat-trasport permezz ta' ftehimiet ta' għotja ffirmati fl-2015 fl-ambitu tas-sejħiet għal proposti tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tal-2014; jinnota wkoll li l-finanzjament tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ġġenera EUR 28,3 biljun ta' investimenti totali, u jgħaqqad kontribuzzjoni tal-Unjoni ma' baġits reġjonali u mill-Istati Membri, kif ukoll self mill-Bank Ewropew għall-Investiment;

303.

Jinnota li, għall-qasam “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”, li għalih jappartjeni s-settur tat-trasport, l-awditu tal-Qorti kopra biss seba' tranżazzjonijiet taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobiltà u Trasport (DĠ MOVE); jinnota li nstabu żbalji f'waħda biss mit-tranżazzjonijiet awditjati u li dawk l-iżbalji jikkonċernaw nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku;

304.

Jindika li r-rapport ta' evalwazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment jinnota żbilanċi ġeografiċi u konċentrazzjonijiet settorjali fil-portafoll tal-komponent “Infrastruttura u Innovazzjoni” u li l-finanzjament taħt il-komponent “Infrastruttura u Innovazzjoni” jinsab kkonċentrat (63 %) fi tliet Stati Membri; jappella lill-Kummissjoni biex b'mod urġenti tivvaluta l-impatt tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi fuq l-Unjoni kollha kemm hi; jiddispjaċih li l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi mhuwiex qed jintuża biżżejjed għall-finanzjament ta' proġetti innovattivi fil-qasam tat-trasport f'kull modalità ta' trasport, pereżempju biex jiġu promossi l-mezzi ta' trasport sostenibbli jew biex jitħeġġu ulterjorment kemm il-proċess ta' diġitalizzazzjoni kif ukoll l-aċċessibbiltà mingħajr ostakli;

305.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni (DĠ MOVE) għadha ma stabbilitx dokument strateġiku konsolidat formalizzat għas-superviżjoni fuq l-iżvilupp tal-kurituri tan-netwerk ewlieni TEN-T; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tadotta dokument strateġiku ta' dan it-tip rigward l-attivitajiet ta' superviżjoni u t-trasparenza; ifakkar li t-trasparenza u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha jikkontribwixxu għas-suċċess tal-proġetti fil-qasam tat-trasport;

306.

Jindika li l-proġetti fil-qasam tat-trasport fil-perjodu 2014-2020 se jiġu ffinanzjati minn diversi sorsi, inklużi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-FK, il-FEŻR u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi; jappella, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex tiżviluppa s-sinerġiji li jippermettu kemm li dawn is-sorsi ta' finanzjament differenti jallokaw il-fondi disponibbli b'mod aktar effiċjenti, kif ukoll it-taħlit ta' dawn ir-riżorsi; jappella lill-Kummissjoni biex kull sena tipprovdi u tippubblika, inter alia fuq is-siti tagħha fuq l-Internet, listi faċilment aċċessibbli tal-proġetti fl-oqsma tat-trasport, inklużi l-perċentwali tas-sehem modali, u tat-turiżmu, li jkunu qed jiġu kofinanzjati permezz tal-fondi msemmija;

L-iżvilupp reġjonali

307.

Jappella lill-Kummissjoni biex, permezz tal-grupp ta' livell għoli (44), tagħti attenzjoni speċifika lir-regoli nazzjonali dwar l-eliġibbiltà fl-awditu tagħha tas-sistemi nazzjonali ta' ġestjoni u kontroll, biex b'hekk tgħin lill-Istati Membri jissemplifikawhom b'mod li jippermetti li jsiru tibdiliet; jissottolinja, f'dan il-kuntest, l-importanza li jiġi applikat il-prinċipju ta' awditu uniku; jappella lill-Kummissjoni biex, permezz ta' gwida semplifikata u effikaċi, tiċċara l-kunċett ta' VAT li tista' tiġi rkuprata sabiex tevita li jkun hemm interpretazzjoni differenti tat-terminu “VAT li ma tistax tiġi rkuprata” u tevita użu subottimali tal-fondi tal-Unjoni; jappella lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali biex jiżguraw li l-benefiċjarji jiġu pprovduti b'informazzjoni konsistenti dwar il-kundizzjonijiet ta' finanzjament, b'mod partikolari dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa u l-limiti massimi rilevanti għar-rimborż;

308.

Jiddeplora l-fatt li, fl-2015, l-awtoritajiet maniġerjali ppreżentaw numru iktar baxx ta' dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż għar-rimborż milli ppreżentaw fl-2014, li wassal għal tnaqqis fl-ammont tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż mhux imħallsa minn EUR 23,2 biljun fl-2014 għal EUR 10,8 biljun fl-2015, li minnhom EUR 2,8 biljun baqgħu ma tħallsux sa tmiem l-2014; jindika li d-dewmien fl-eżekuzzjoni baġitarja għall-perjodu 2014-2020 mhux suppost ikun iżjed minn dak għall-perjodu preċedenti u jwassal biex id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż mhux imħallsa jakkumulaw lejn tmiem il-perjodu ta' finanzjament; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissorvelja s-sitwazzjoni mill-qrib flimkien mal-Istati Membri u tadatta l-pjan ta' pagament tagħha konsegwentement;

309.

Jiddispjaċih li, sat-30 ta' Ġunju 2016, mhux l-Istati Membri kollha kienu ttrasponew id-direttivi dwar l-akkwist pubbliku, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tassisti lill-Istati Membri biex iżidu l-kapaċità tagħhom biex jittrasponu dawn id-direttivi, kif ukoll biex jimplimentaw il-pjanijiet ta' azzjoni kollha tagħhom dwar il-kundizzjonalitajiet ex ante, peress li dawn huma prerekwiżit essenzjali għall-prevenzjoni tal-irregolaritajiet frodulenti u mhux; jisħaq fuq l-importanza tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni dwar l-akkwist pubbliku għall-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej fil-perjodu 2014-2020, bil-għan li jiġu ssemplifikati, mħaffa u armonizzati l-proċeduri elettroniċi fil-qasam tal-akkwist pubbliku;

310.

Jinnota li r-rata ta' żborż medja għall-istrumenti finanzjarji tal-FEŻR u tal-FSE kienet ta' 57 % fi tmiem l-2014, li tirrappreżenta biss żieda ta' 10 % meta mqabbla ma' dik tal-2013; jiddispjaċih dwar l-osservazzjoni tal-Qorti dwar il-fatt li l-perjodu ta' eleġibbiltà tal-iżborżi li saru lid-destinatarji finali fl-ambitu tal-istrumenti finanzjarji ġie estiż permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni minflok regolament emendatorju; jesprimi tħassib dwar il-possibbiltà li l-Qorti tiddeċiedi li l-iżborżi kollha li jkunu saru wara l-31 ta' Diċembru 2015 kienu irregolari; jinnota bi tħassib li sehem sinifikanti tad-dotazzjonijiet inizjali tal-istrumenti finanzjarji tal-FEŻR u FSE matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 intefaq fuq l-ispejjeż u l-ħlasijiet maniġerjali;

311.

Jilqa' pożittivament l-approċċ tal-Qorti li jikkonċentra fuq il-prestazzjoni, u jikkunsidra li d-definizzjoni tal-indikaturi tar-riżultati rilevanti min-naħa tal-awtoritajiet maniġerjali biex ikejlu l-kontribut tal-proġetti għall-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fil-programmi operattivi, bi qbil mal-kriterju tal-addizzjonalità, hija prattika tajba; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi intensifikata l-komunikazzjoni; jappella lill-Kummissjoni biex tidentifika mezzi ta' komunikazzjoni aktar effiċjenti b'mod li żżid il-viżibbiltà tal-investimenti li jużaw il-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej; jappella lill-Kummissjoni biex tiżviluppa għadd limitat ta' indikaturi rilevanti li jistgħu jgħinu biex titkejjel il-prestazzjoni;

312.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu possibbli tal-istrumenti territorjali billi jiżguraw li, fi żmien debitu, jiġi approvat il-finanzjament tal-istrateġiji integrati fil-qasam tal-iżvilupp urban, li se jippermettu li l-bliet jinvestu fi strateġiji komprensivi, jisfruttaw is-sinerġiji bejn il-politiki u jiżguraw impatt fit-tul aktar effikaċi fuq it-tkabbir u l-impjiegi.

L-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

313.

Jitlob lill-Qorti tkompli tipprovdi valutazzjonijiet separati għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u għall-Intestatura 2, anke wara s-sena finanzjarja li jmiss, peress li l-valutazzjonijiet separati jippermettu li tittieħed azzjoni mmirata biex jittejbu r-rati ta' żball li huma konsiderevolment differenti;

314.

Iħeġġeġ kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex ikomplu jindirizzaw u jnaqqsu l-kumplessitajiet fir-rigward tal-pagamenti diretti kull fejn ikun possibbli, u b'mod partikolari jekk ikun hemm ħafna livelli differenti involuti fl-amministrazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija;

315.

Jilqa' l-ġenerazzjoni ġdida ta' strumenti finanzjarji addizzjonali, iżda jemmen li dawn jeħtiġilhom jitfasslu b'objettivi aktar ċari u grad suffiċjenti ta' skrutinju fi tmiem il-perjodu ta' implimentazzjoni biex jintwera l-impatt tagħhom u jiġi żgurat li ma jirriżultawx fiż-żieda tar-rata ta' żball;

316.

Jappella biex, fir-rigward tal-aġenziji ta' pagament nazzjonali fl-Istati Membri li naqsu milli jissodisfaw l-aspettativi f'dawn l-aħħar tliet snin, r-responsabbiltà f'dawk l-aġenziji ta' pagament taqa' f'idejn uffiċjali tal-Unjoni li diġà jkunu fil-kariga minflok ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat;

317.

Jiġbed l-attenzjoni għan-natura pluriennali tas-sistema għall-ġestjoni tal-politika agrikola u jenfasizza li l-evalwazzjoni finali tal-irregolaritajiet relatati mal-implimentazzjoni tar-regolament (45) se tkun possibbli biss fi tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni;

318.

Jinnota li ma jkunx tajjeb li s-semplifikazzjoni tal-PAK tqiegħed f'riskju l-produzzjoni vijabbli tal-ikel u jappella biex jiġu introdotti miżuri li jiffavorixxu t-tranżizzjoni lejn ekonomija li tuża livell baxx ta' karbonju fis-settur agroalimentari u f'dak tal-forestrija.

Is-sajd

319.

Jinsab sodisfatt meta jara li s-segwitu li ngħata għar-riżervi li d-DĠ MARE esprima fir-rapport annwali tiegħu tal-2014 fir-rigward tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll għall-programmi tal-Fond Ewropew għas-Sajd (2007-2013) ippermetta li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-għadd tal-programmi operattivi u l-Istati Membri kkonċernati għal ħamsa biss;

320.

Għandu rasu mistrieħa li s-sistema ta' kontroll intern implimentata mid-DĠ MARE tipprovdi biżżejjed assigurazzjoni biex ir-riskju relatat mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet jiġi ġestit b'mod adegwat;

321.

Jilqa' l-fatt li l-ebda waħda mit-12-it tranżazzjoni speċifikament relatati mas-sajd li awditjat il-Qorti ma turi żbalji kwantifikabbli;

322.

Iqis, madankollu, li huwa ta' dispjaċir il-fatt li l-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri bagħtu tard ħafna d-dettalji tal-programmi operattivi tagħhom li huma relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, u dan ikkawża dewmien kbir fil-mobilizzazzjoni tal-fondi;

323.

Jinnota li, b'konsegwenza ta' dan, l-ebda nefqa ma ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni qabel it-30 ta' Ġunju 2015 u għaldaqstant ma sar il-monitoraġġ tal-ebda nefqa sa dik id-data; jindika li l-Istati Membri huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża;

Il-kultura u l-edukazzjoni

324.

Itenni l-fatt li l-inkorporazzjoni tal-programmi kollha għall-mobbiltà taż-żgħażagħ fl-Unjoni f'Erasmus+ hija primarjament maħsuba biex iżżid l-effikaċja tagħhom, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżomm mal-għanijiet u l-linji baġitarji miftiehma tal-programm sabiex tevita li l-programm jitlef il-fokus tiegħu;

325.

Jilqa' r-reattività li wrew kemm Erasmus+ kif ukoll Ewropa Kreattiva fir-rispons tagħhom għall-isfidi emerġenti fl-oqsma tal-integrazzjoni tar-rifuġjati/migranti u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni fl-2015;

326.

Jinnota li s-self taħt il-Faċilità ta' Garanzija ta' Self lill-Istudenti (self taħt Erasmus+ għall-Masters) tqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fl-2015, bl-iskema mnedija minn żewġ banek fi Spanja u Franza; jinsisti li, biex din issir faċilità ta' self vijabbli, se jkun vitali li tiġi żgurata kopertura ġeografika wiesgħa u li l-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib il-kundizzjonijiet tas-self;

327.

Ifakkar li l-2015 kienet l-ewwel sena fejn il-ġestjoni tal-programm Ewropa Kreattiva saret minn żewġ direttorati ġenerali tal-Kummissjoni, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u d-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, Il-Kontenut u t-Teknoloġija; jinsisti fuq il-ħtieġa ta' approċċ ikkoordinat sabiex l-isfidi organizzattivi interni ma jxekklux il-funzjonament tal-programm jew il-perċezzjoni tiegħu min-naħa tal-pubbliku;

Il-libertajiet ċivili, il-ġustizzja u l-intern

328.

Jappella lill-Kummissjoni biex tabbozza u tippreżenta lill-awtorità ta' kwittanza rekord storiku tal-każijiet ta' kunflitti ta' interess li ġew identifikati;

329.

Jiddispjaċih li l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ HOME ma jkoprux il-volum ta' persuni li ġew assistiti, risistemati, rilokati u ripatrijati fl-2015; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' indikaturi għall-evalwazzjoni tal-effett tal-miżuri li ġew adottati biex jirrinforzaw il-koordinament u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi;

330.

Jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' prijoritajiet politiċi aktar ċari u fuq żmien twil, bi traduzzjoni aktar konkreta fi prijoritajiet operattivi; jisħaq f'dan ir-rigward fuq l-importanza ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-korpi l-oħra, speċjalment l-aġenziji;

331.

Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' allinjament tal-istrutturi ta' governanza tas-sigurtà tal-informazzjoni tal-Kummissjoni mal-aħjar prattiki rikonoxxuti (skont ir-rapport tal-awditjar tas-Servizz tal-Awditjar Intern);

Il-kwistjonijiet relatati mal-ġeneri

332.

Jindika li jkun tajjeb li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tkun objettiv trasversali għal kull qasam politiku; jinnota madankollu li wħud mill-programmi m'għandhomx azzjonijiet immirati speċifiċi b'allokazzjonijiet baġitarji speċifiċi biex jissodisfaw dan l-objettiv, u li ġbir aħjar tad-data suppost jirriżulta mhux biss fil-kwantifikazzjoni tal-approprjazzjonijiet allokati għall-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, iżda anke f'titjib tal-evalwazzjoni tal-impatt ta' dawk il-fondi tal-Unjoni;

333.

Itenni l-appelli tiegħu lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tuża l-ibbaġitjar abbażi tal-ġeneri f'kull stadju tal-proċess baġitarju, inkluż, fost affarijiet oħra, fl-implimentazzjoni tal-baġit u fil-valutazzjoni tal-eżekuzzjoni tiegħu, inklużi l-FEIS, il-FSE, il-FEŻR, u Orizzont 2020, b'mod li tiġġieled id-diskriminazzjoni li qed isseħħ fl-Istati Membri; jisħaq li jkun tajjeb li sett komuni ta' indikaturi kwantifikabbli tar-riżultati u tal-impatti, li jkun jippermetti valutazzjoni aħjar tal-implimentazzjoni tal-baġit mill-perspettiva tal-ġeneri, jiġi inkorporat fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-baġit, bi qbil mal-inizjattiva “Baġit iffukat fuq ir-Riżultati” u l-konċentrazzjoni fuq il-prestazzjoni;

334.

Jappella lill-Kummissjoni biex tuża analiżi tal-linji baġitarji ġodda u ta' dawk eżistenti li tkun tqis il-perspettiva ta' bbaġitjar abbażi tal-ġeneri u biex, fejn ikun possibbli, twettaq il-bidliet meħtieġa fil-politika biex tiżgura li l-inugwaljanza bejn il-ġeneri ma sseħħx b'mod indirett.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(3)  Rapport speċjali Nru 31/2016 tal-Qorti.

(4)  Ir-Rapport Speċjali Nru 05/2015 u Nru 19/2016 tal-Qorti.

(5)  Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ REGIO: sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja rrapportata mill-awtoritajiet maniġerjali bi qbil mal-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, is-sitwazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2015, 20 ta' Settembru 2016, p. 61.

(6)  Ara l-punt 1.39 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2015.

(7)  Ara l-paragrafi 3.22 u 3.23 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2015.

(8)  Ara l-paragrafu 3.29 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2015.

(9)  Ara l-paragrafi 3.33 sa 3.38 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2015.

(10)  Ara l-paragrafu 3.56 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2015.

(11)  Ara l-punt 4.16 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2015.

(12)  COM(2016)674, SWD(2016)338, SWD(2016)339.

(13)  “Impenn u Koerenza — Evalwazzjoni Ex-Post tas-Seba' Programm Kwadru tal-UE (2007-2013)”, Novembru 2015.

(14)  Ir-rapport annwali tal-Qorti għall-2015, punt 3.19.

(15)  Ir-rapport annwali tal-Qorti għall-2015, punt 3.22.

(16)  Ir-rapport annwali tal-Qorti għall-2015, taqsima 3.

(17)  Riżoluzzjoni (UE, Euratom) 2016/1461 tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III — Il-Kummissjoni u Aġenziji Eżekuttivi, punt 8 (ĠU L 246, 14.9.2016, p. 27).

(18)  Ir-rapport annwali tal-attività 2015, id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Brussell 2016, paġna 11, in-nota 8 f'qiegħ il-paġna.

(19)  SWD(2016)318.

(20)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(21)  Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

(22)  Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(23)  L-ewwel riżultati tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, Rapport finali lid-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea, Ġunju 2016.

(24)  Ir-rapport annwali tal-Qorti dwar is-sena finanzjarja 2015, punt 6.36.

(25)  Tweġiba għall-mistoqsija 19 fil-mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissarju Crețu.

(26)  Ara paragrafu 8 tar-riżoluzzjoni tat-28 ta' April 2016.

(27)  Ir-rapport annwali tal-Qorti għall-2015, punt 6.9, nota numru 8 f'qiegħ il-paġna.

(28)  Kieku dawn l-iżbalji ġew evitati, il-livell ta' żball stmat minna għal “Appoġġ tas-suq u għajnuna diretta” kien jitnaqqas b'0,9 punti perċentwali u dak għal “Żvilupp rurali u politiki oħra” bi 3,2 punti perċentwali.

(29)  Ir-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ AGRI jiddikjara li r-rata ta' żball aġġustata aggregata niżlet minn 2,61 % fl-2014 għal 1,47 % fl-2015.

(30)  Full time tfisser l-ammont minimu ta' sigħat rikjest mid-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti li jirregolaw il-kuntratti ta' impieg. Jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali ma jindikawx in-numru ta' sigħat, jitqies li 1 800 siegħa huma n-numru minimu ta' sigħat ta' xogħol fis-sena: ekwivalenti għal 225 ġurnata xogħol ta' tmien sigħat kull waħda.

(31)  Skont l-aħħar Stħarriġ tal-Istruttura tal-Farms (Eurostat), il-bidla kumplessiva fil-forza tax-xogħol agrikola fl-UE 28 matul il-perjodu 2007-2013 kienet tnaqqis ta' 2,3 miljun unità ta' xogħol annwali, li huwa ekwivalenti għal tnaqqis ta' 19,8 %.

(32)  Ara t-tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub nru 3 mis-smigħ tal-Kummissarju Hogan tad-29 ta' Novembru 2016.

(33)  Ara paragrafu 317 tar-riżoluzzjoni tat-28 ta' April 2016.

(34)  L-Istati Membri jeħtiġilhom inaqqsu d-differenzi bejn il-livelli tal-pagamenti għal kull ettaru lill-benefiċjarji fit-territorji rispettivi tagħhom (dan huwa magħruf bħala “konverġenza interna”). Fil-prinċipju (għalkemm japplikaw ċerti eċċezzjonijiet), jeħtiġilhom ukoll inaqqsu b'5 % minn tal-anqas id-dħul ta' aktar minn EUR 150 000 li kwalunkwe benefiċjarju jaqla mill-iskema ta' pagament bażiku jew mill-iskema ta' pagament uniku skont l-erja. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom l-għażla li jiddistribwixxu mill-ġdid massimu ta' 30 % tal-pakkett nazzjonali bil-pagamenti diretti tagħhom għall-ewwel 30 ettaru fuq kull farm (“pagament ridistributtiv”), kif ukoll li jistabbilixxu limitu massimu assolut fuq id-dħul ta' kull benefiċjarju mill-iskema ta' pagament bażiku jew mill-iskema ta' pagament uniku skont l-erja (“iffissar ta' limitu massimu”).

(35)  Ara l-Artikolu 35(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59) u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(36)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016)2210 tat-12 ta' April 2016 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5434 li tawtorizza l-użu tar-rimborż abbażi tal-ispejjeż unitarji għall-attivitajiet implimentati minn entità tal-Grupp tal-Bank Dinji skont il-Ftehim Qafas mal-Unjoni.

(37)  Ara t-tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub nru 23 mis-smigħ tal-Kummissarju Avramopoulos tad-29 ta' Novembru 2016.

(38)  Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

(39)  C(2016)3301.

(40)  Ara l-paragrafu 38 tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III — Il-Kummissjoni u Aġenziji Eżekuttivi (ĠU L 286, 17.10.2012, p. 31).

(41)  Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44).

(42)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Diċembru 2016, Il-Kunsill vs Front Polisario, C-104/16 P, ECLI:EU:C:2016:973.

(43)  Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

(44)  Il-Grupp ta' Livell Għoli ta' Esperti Indipendenti dwar il-Monitoraġġ tas-Semplifikazzjoni għall-Benefiċjarji tal-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej.

(45)  Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/66


RIŻOLUZZJONI (UE, Euratom) 2017/1608 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri mfassla skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)475 — C8-0338/2016) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni (5) u r-riżoluzzjoni tiegħu bil-kummenti, li hija parti integrali minn din id-deċiżjoni,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05876/2017 — C8-0037/2017),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0160/2017),

A.

billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

B.

billi r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri jinkludu informazzjoni dwar aspetti importanti relatati mal-implimentazzjoni tal-fondi u, għaldaqstant, huma utli għall-Parlament fl-eżerċitar tar-rwol tiegħu ta' awtorità ta' kwittanza;

C.

billi l-kummenti tal-Parlament dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu msemmija hawn fuq tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni;

Parti I   Rapport Speċjali Nru 18/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Assistenza finanzjarja pprovduta lil pajjiżi li jinsabu f'diffikultajiet”

1.

Jieħu nota tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”);

2.

Jilqa' l-ewwel rapport speċjali tal-Qorti dwar il-governanza ekonomika fl-Unjoni u jistenna bil-ħerqa r-rapporti li ġejjin li se jiġu ppubblikati fis-sena li ġejja;

3.

Jiddispjaċih li l-Qorti f'dan ir-rapport ma nkludietx lill-Istati Membri kollha li rċevew assistenza finanzjarja mill-bidu tal-kriżi finanzjarja 'l hawn, inkluż il-programm għall-Greċja, biex b'hekk jiġi ffaċilitat tqabbil;

4.

Jilqa' madankollu l-fatt li l-Qorti se tipproduċi Rapport Speċjali separat dwar il-Greċja; jistieden lill-Qorti tqabbel ir-riżultati taż-żewġ Rapporti Speċjali u b'mod partikolari tindirizza s-suġġerimenti tal-Parlament għar-rapport dwar il-Greċja, inklużi r-riżultati fuq perjodu medju u twil (jiġifieri, id-dibattitu attwali dwar il-possibbiltà ta' tnaqqis tad-dejn);

5.

Jinkoraġġixxi lill-Qorti tkompli ssaħħaħ ir-riżorsi umani tagħha stess u l-kompetenza f'dan il-qasam sabiex ittejjeb il-kwalità ta' xogħolha; Jistieden lill-Qorti sadattant sabiex tieħu kompletament inkunsiderazzjoni r-rapporti ta' esperti esterni mitluba mill-Qorti bħala bażi ta' sfond għall-awditu;

6.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja llimitat l-awditu għal żmien qasir ħafna u għax-xenarju konkret ta' assistenza finanzjarja kif deċiż mill-Kunsill, bla ma qieset soluzzjonijiet potenzjali oħra għall-iżbilanċi fiskali li diġà kienu parti md-dibattitu pubbliku u akkademiku, bħall-mutwalizzazzjoni tad-dejn sovran jew it-tnaqqis tad-dejn;

7.

Jiddispjaċih li r-rapport jillimita l-enfasi tiegħu għall-ġestjoni tal-assistenza, iżda ma janalizzax jew jixħet dubju dwar il-kontenut tal-programm u l-kundizzjonijiet innegozjati għall-assistenza finanzjarja;

8.

Jieħu nota tal-fatt li l-miżuri speċifiċi li ttieħdu fil-livell politiku tal-Unjoni u l-karatteristiċi ewlenin tal-programmi ġew deskritti biss fir-rapport speċjali; iħeġġeġ lill-Qorti tanalizza jekk il-miżuri adottati kinux adegwati għall-objettivi tal-programmi u l-mod li bih interaġixxew mal-qafas politiku usa' u l-objettivi fit-tul, inkluża l-istrateġija Ewropa 2020;

9.

Jinnota li l-objettivi tal-programmi ta' assistenza finanzjarja kienu biex il-pajjiżi megħjuna jirritornaw lejn is-swieq finanzjarji, jiksbu finanzi pubbliċi sostenibbli, u jerġgħu lura għat-tkabbir u jitnaqqas il-qgħad; jiddispjaċih li s-sejbiet tal-Qorti ma analizzawx bis-sħiħ ir-riżultati tal-programm fir-rigward ta' dawn l-objettivi;

10.

Jinnota li l-Qorti ffukat primarjament il-konklużjonijiet tagħha fuq il-Kummissjoni bħala l-maniġer tal-assistenza finanzjarja, iżda jqis li sabiex wieħed jifhem aħjar kellha tingħata iktar attenzjoni lill-Fond Monetarju Internazzjonali u lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li inizjalment appoġġaw lill-Kummissjoni fit-tħejjija u fil-monitoraġġ tal-programmi;

11.

Jaqbel mal-Kummissjoni li r-rwol tal-Kunsill u ta' sħab oħra ġie sottovalutat fl-istabbiliment u l-ġestjoni tal-programm; jitlob lill-Qorti u lill-Kummissjoni janalizzaw ir-rilevanza tal-miżuri adottati mill-Kunsill, ir-rwol tal-Bank Ċentrali Ewropew u jekk dawn kinux xierqa biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm u kkontribwixxewx għall-objettivi tal-Unjoni, inkluża l-eliminazzjoni gradwali tal-kriżi ekonomika, iż-żieda fl-impjiegi u t-tkabbir;

12.

Jiddispjaċih li s-sħab mhux dejjem qasmu l-informazzjoni disponibbli kollha mal-Kummissjoni, li wassal għal approċċi inkonsistenti mit-tim tan-negozjati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twaqqaf ftehimiet formali mas-sħab tagħha sabiex ikun hemm aċċess sħiħ għall-informazzjoni kollha disponibbli fiż-żmien dovut u b'hekk jiġu evitati problemi bħal dawn fil-ġejjieni;

13.

Jirrimarka li xi wħud mir-riformi indikati fil-programmi (jiġifieri r-riforma tas-swieq tax-xogħol) jistgħu jwasslu biss għal riżultati fil-kompetittività fuq perjodu twil ħafna, filwaqt li l-programmi ta' assistenza jfittxu l-aktar riżultati iżjed immedjati u fuq perjodu qasir;

14.

Jinnota li l-programmi kienu bbażati l-aktar fuq il-lat ta' nefqiet (riformi fis-swieq tax-xogħol, skemi ta' qgħad u tal-pensjonijiet, tnaqqis ta' entitajiet lokali eċċ.) kif ukoll tnaqqis għal programmi pubbliċi; jifhem li dan it-tnaqqis sar sabiex jiġu riformati s-swieq finanzjarji tal-pajjiżi megħjuna;

15.

Iħeġġeġ lill-Kunsill jagħmel rieżami bir-reqqa tal-kaxxa tal-għodda u s-sett ta' miżuri disponibbli għall-assistenza finanzjarja fi programmi futuri sabiex jitnaqqas l-impatt fuq il-popolazzjoni, l-effett mhux mixtieq fuq id-domanda interna u s-soċjalizzazzjoni tal-ispejjeż tal-kriżi;

16.

Jirrimarka li l-assistenza finanzjarja mogħtija lill-Istati Membri f'diffikultà ħadet il-forma ta' self minn swieq kapitali bl-użu tal-baġit tal-Unjoni bħala garanzija; jikkunsidra li r-rwol tal-Parlament bħala awtorità baġitarja f'dawn il-programmi ddgħajjef, u b'hekk tnaqqset iżjed il-leġittimità demokratika tal-assistenza finanzjarja pprovduta;

17.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-livell tal-involviment tal-Parlament fil-qafas tal-assistenza finanzjarja meta l-baġit tal-Unjoni jkun fil-periklu;

18.

Iqis importanti li jiġi studjat ir-rwol tal-Bank Ċentrali Ewropew fl-għajnuna indiretta lill-Istati Membri biex jilħqu l-għanijiet tagħhom u fl-appoġġ usa' lill-arkitettura finanzjarja tal-Unjoni matul iż-żmien tal-programmi finanzjarji;

19.

Iqis li meta faqqgħet il-kriżi kien diffiċli li jiġu mbassra xi żbilanċi f'daqqa, b'effetti devastanti f'ċerti Stati Membri; jenfasizza d-diffikultà biex wieħed ibassar il-kobor u n-natura tal-kriżijiet finanzjarji globali tal-2007-2008 li kienu mingħajr preċedent;

20.

Jaqbel mal-Qorti li l-attenzjoni li ngħatat lill-qafas ġuridiku ta' sorveljanza ta' qabel il-kriżi ma kinitx adegwata biex tidentifika r-riskju fil-pożizzjonijiet fiskali sottostanti fi żminijiet ta' kriżi ekonomika severa;

21.

Jilqa' l-approvazzjoni mil-leġiżlaturi tas-“six pack” u t-“two pack” introdotti b'riżultat tal-kriżi finanzjarja li indirizzaw id-dgħufija ta' sorveljanza li nkixfet mill-kriżi; iqis, madankollu, li r-riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-Unjoni f'dawn l-aħħar snin ma wasslitx għal eliminazzjoni totali tal-kriżi, u jistieden lill-Kummissjoni tkompli tanalizza l-punti qawwija u d-dgħufijiet tal-qafas il-ġdid meta mqabbel ma' ekonomiji oħra simili (jiġifieri l-Istati Uniti, il-Ġappun u pajjiżi oħra tal-OECD) u tipproponi riformi ġodda, jekk meħtieġ;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex tkompli ttejjeb il-kwalità tal-previżjonijiet makroekonomiċi u fiskali tagħha;

23.

Jieħu nota tal-konklużjoni tal-Qorti li l-Kummissjoni, f'restrizzjonijiet diffiċli ta' ħin u esperjenza limitata, kisbet dmirijiet ex novo biex tiġġestixxi l-programmi ta' assistenza finanzjarja; jenfasizza l-konklużjoni tal-Qorti li, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi, din kienet kisba;

24.

Jilqa' d-deċiżjoni li l-ġestjoni tal-assistenza finanzjarja titħalla tkun ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni minflok ta' sħab finanzjarji oħrajn, biex b'hekk ikun jista' jkun hemm assistenza mfassla apposta li tikkunsidra l-partikolaritajiet u s-sjieda tal-Istati Membri;

25.

Huwa tal-fehma li filwaqt li l-Istati Membri għandhom jiġu ttrattati b'mod ugwali, hemm bżonn ukoll ta' flessibbiltà biex programmi u riformi jiġu adattati u aġġustati għaċ-ċirkostanzi nazzjonali partikolari; iqis li għall-programmi futuri tal-Kummissjoni u r-rapporti tal-Qorti, hemm bżonn li tiġi identifikata u divrenzjata l-implimentazzjoni ta' miżuri strettament tal-Unjoni minn aġendi nazzjonali spekulattivi;

26.

Jieħu nota tal-kumment tal-Qorti rigward id-diffikultà tal-Kummissjoni biex iżżomm kont tal-informazzjoni u li l-proċessi tagħha ma kinux immirati lejn evalwazzjoni retrospettiva tad-deċiżjonijiet meħuda;

27.

Jissottolinja li fil-fażi bikrija tal-programmi, il-Kummissjoni kienet qed topera taħt pressjoni politika qawwija u ta' ħin fid-dawl ta' riskji mhux magħrufa li sfidaw l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa b'konsegwenzi imprevedibbli fuq l-ekonomija;

28.

Iqis li, filwaqt li ma kellhiex esperjenza preċedenti dwar assistenza finanzjarja, il-Kummissjoni “tgħallmet matul il-proċess” u rnexxielha tistabbilixxi dawk il-programmi relattivament malajr u tejbet il-ġestjoni tagħha għal oħrajn li ġew aktar tard;

29.

Jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti li l-Kummissjoni għandha tkompli tanalizza l-aspetti prinċipali tal-aġġustamenti tal-pajjiżi, iżda għandha wkoll tqabbel il-previżjonijiet ekonomiċi inkluż tas-suq tad-djar, id-dejn nazzjonali pubbliku u privat; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jipprovdu lill-Kummissjoni b'data xierqa fuq bażi sistematika u regolari;

30.

Iqis li ż-żmien minn meta tnieda l-ewwel programm tal-Unjoni sat-tmiem l-analiżi tal-Qorti għandu jagħti l-opportunità biex jiġu inklużi rakkomandazzjonijiet imtejba dwar it-titjib u r-riżultati tal-programm għal programmi futuri, b'riżultat tad-djalogu interistituzzjonali u avversjali bejn il-Qorti u l-Kummissjoni;

31.

Iqis li, għal raġunijiet ta' trasparenza, informazzjoni u komunikazzjoni aħjar maċ-ċittadini, ir-risposti tal-Kummissjoni u l-opinjoni tal-Qorti għandhom jiġu ppreżentati f'żewġ kolonni biex b'hekk ikunu jistgħu jitqabblu l-fehmiet bħalma jiġri għar-rapport annwali tal-Qorti;

32.

Meta titqies is-sensittività ta' dawn ir-rapporti l-ġodda dwar il-governanza finanzjarja tal-Unjoni, jirrakkomanda li l-istqarrijiet għall-istampa u dokumenti oħra ta' komunikazzjoni għandhom jirriflettu bir-reqqa s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

Parti II   Rapport Speċjali Nru 19/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni għar-riżultati biex jitjieb it-twassil tal-assistenza teknika lill-Greċja”

33.

Jinnota li fil-mument li din ir-riżoluzzjoni kienet qed titfassal, il-Kummissjoni kienet diġà ressqet il-proposta tagħha għall-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għar-Riforma Strutturali; jilqa' l-fatt li evidentement il-Kummissjoni kkunsidrat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u jittama li l-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma Strutturali se jirriżulta fi strument qawwi għall-assistenza teknika bbażat fuq it-tagħlimiet misluta mit-Task Force għall-Greċja;

34.

Jinsab imħasseb li l-istabbiliment ad hoc u rapidu tat-task force ikkawżalha wħud mill-problemi operattivi tagħha; jitlob għal valutazzjoni bir-reqqa tas-sitwazzjoni fuq il-post u t-tfassil ta' pjan ta' azzjoni konċiż u pass b'pass bħala eżerċizzju preliminari mandatorju ta' kwalunkwe proġett ta' assistenza teknika; jitlob li fil-programmi sussegwenti tal-assistenza teknika tagħha l-Kummissjoni tapplika approċċ aktar ippjanat, li jinkludi kalendarju bid-dati tal-bidu u t-tmiem tal-mandati;

35.

Jissottolinja li baġit iddedikat huwa prerekwiżit essenzjali għal programm ta' assistenza teknika ta' suċċess, kemm għall-ippjanar kif ukoll għar-razzjonalizzazzjoni tal-ispejjeż, u b'hekk jiġu evitati livelli differenti ta' kontroll u regoli li għandhom jiġu osservati, relatati ma' linji baġitarji separati;

36.

Jinnota li t-task force mmaniġġjat għadd impressjonanti ta' proġetti li jinvolvu diversi organizzazzjonijiet sħab; jemmen li l-impatt tal-assistenza teknika seta' ġie mtejjeb permezz ta' simplifikar tal-programmi, li jillimita l-għadd ta' organizzazzjonijiet sħab u l-ambitu tal-proġetti biex jiġu minimizzati l-isforzi ta' koordinazzjoni amministrattiva u tiżdied l-effiċjenza;

37.

Jiddispjaċih li l-Istat Membru benefiċjarju kif ukoll it-task force ma pprovdewx lill-Kummissjoni b'rapporti ta' attività regolari; jirrimarka li l-Kummissjoni għandha tinsisti li tirċievi rapporti ta' attività trimestrali mingħajr dewmien eċċessiv kif ukoll rapport finali komprensiv fil-forma ta' evalwazzjoni ex-post fi żmien raġonevoli wara l-konklużjoni tal-ħidma tat-Task Force għall-Greċja; jitlob lill-Kummissjoni biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-assistenza teknika b'mod sistematiku sabiex tadatta ruħha għal assistenza teknika orjentata lejn ir-riżultati; jitlob ukoll li, fid-diversi rapporti tagħhom, l-assistenza teknika u t-Task Force għall-Greċja jispeċifikaw b'mod preċiż kif u f'liema reġjuni ntużaw l-hekk imsejħa fondi “ta' salvataġġ” għall-Greċja;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Parlament u lill-Kunsill jużaw id-diskussjoni dwar il-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma Strutturali għall-perjodu 2017-2020 bħala opportunità biex jirrevedu l-prattiki tajba tal-mexxejja fil-qasam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Istati Membri, issib sistema biex jitqabbdu esperti direttament mill-Istati Membri, u b'hekk jiġi evitat saff ieħor ta' kumplessità u piż amministrattiv billi jiġu evitati l-aġenziji nazzjonali;

39.

Jitlob b'insistenza lill-Istati Membri juru impenn aktar qawwi: approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni jippermetti lill-Parlament kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali jiżvolġu rwol li jkun aktar ta' appoġġ permezz tal-kumitati ta' sorveljanza tal-baġit rispettivi tagħhom;

Parti III   Rapport Speċjali Nru 21/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Analiżi tar-riskji relatati ma' approċċ orjentat lejn ir-riżultati, għal azzjoni tal-UE fl-iżvilupp u l-kooperazzjoni”

40.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

41.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Kummissjoni integrat l-analiżi tar-riskji fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet esterni tagħha, li huma mwettqa f'ambjenti kumplessi u fraġli b'bosta tipi ta' riskji peress li l-pajjiżi sħab għandhom livelli ta' żvilupp u oqfsa ta' governanza differenti;

42.

Jilqa' b'mod speċjali r-rakkomandazzjoni tal-Qorti lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-użu tat-terminoloġija rigward ir-riżultati fuq żmien twil (outputs, eżiti u impatti) u jisħaq fuq l-importanza li jissawru objettivi SMART reali qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar il-finanzjament ta' proġetti differenti;

43.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi ffokata aktar attenzjoni fuq it-tiswir ta' għanijiet “li jistgħu jinkisbu u realistiċi” sabiex jiġu evitati l-każijiet fejn l-objettivi inizjali jintlaħqu mill-pajjiżi sħab iżda mingħajr ma jinkisbu riżultati sinifikanti f'termini ta' żvilupp;

44.

Jikkunsidra li hemm bżonn jiġi evitat li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq l-eżitu baġitarju bħala l-uniku objettiv ġestjonali peress li dan jista' jkun ta' detriment għall-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u l-kisba ta' riżultati;

45.

Ifakkar li monitoraġġ u mmappjar regolari tal-fatturi ta' riskju għoli (esterni, finanzjarji u operattivi) u l-kwantifikazzjoni tagħhom, mill-fażijiet ta' identifikazzjoni sa dawk ta' implimentazzjoni, huma prerekwiżit mhux biss għal ġestjoni finanzjarja tajba u nefqiet ta' kwalità, iżda anke biex tiġi żgurata l-kredibbiltà, is-sostenibbiltà u r-reputazzjoni tal-interventi tal-Unjoni; huwa tal-fehma li l-istabbiliment ta' profili tar-riskju għal kull attività u kull pajjiż jiffaċilita wkoll it-tfassil ta' strateġija għal mitigazzjoni rapida tar-riskji fil-każ li tiddeterjora s-sitwazzjoni f'pajjiż sieħeb;

46.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-ambjent ta' kontroll u l-funzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju jiġu adattati regolarment biex jitqies il-fatt li qed ifeġġu forom ġodda ta' strumenti u faċilitajiet ta' assistenza bħal finanzjament imħallat, fondi fiduċjarji u sħubiji finanzjarji ma' istituzzjonijiet internazzjonali oħra;

47.

Itenni l-fehma li hemm bżonn ta' bilanċ ġdid bejn l-assorbiment, il-konformità u l-prestazzjoni li għandu jiġi rifless fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet;

48.

Jemmen li l-iżvilupp tal-bini tal-kapaċitajiet, tal-oqfsa ta' governanza u tas-sjieda tal-pajjiżi sħab huwa wkoll mod importanti biex jittaffew ir-riskji sistemiċi b'mod li jiġi promoss ambjent faċilitanti li jippermetti li l-fondi jilħqu l-iskopijiet intenzjonati tagħhom u jirrispondu għar-rekwiżiti tat-3 Ejiet (ekonomija, effiċjenza u effikaċja);

49.

Jikkunsidra li hemm bżonn ukoll li jissaħħu d-djalogu politiku u d-djalogu dwar il-politika, il-kundizzjonalità tal-għajnuna u l-qafas tal-katina loġistika b'mod li jiġu zgurati kemm il-koerenza bejn id-deċiżjoni kif ukoll il-prekundizzjonijiet tal-pagamenti jew tal-ħlasijiet fil-ftehimiet ta' finanzjament billi l-pagamenti jiġu kkollegati b'mod ċar mal-kisba tal-azzjonijiet u r-riżultati kif ukoll mar-rilevanza tal-objettivi u l-indikaturi magħżula;

50.

Jinkoraġġixxi, b'mod partikolari fil-każ tal-inizjattivi kofinanzjati u b'diversi donaturi, lill-istituzzjonijiet internazzjonali biex:

jivvalutaw u jippjanaw il-benefiċċji futuri ta' proġett u l-mod kif kull sieħeb jikkontribwixxi lejn l-eżiti finali u l-impatti fuq livell aktar estensiv, b'mod li jiġu evitati l-mistoqsijiet dwar is-sjieda tar-riżultati, jiġifieri liema parti mir-riżultati kienet attribwibbli għall-finanzjament tal-Unjoni jew għall-interventi ta' donaturi oħra;

jagħqdu l-oqfsa ta' governanza tagħhom ma' dak tal-Unjoni, speċifikament billi jtejbu l-metodi ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom; jikkunsidra li jkun tajjeb li l-funġibbiltà tal-fondi tiġi mmonitorjata mill-qrib għal-livell għoli tar-riskju fiduċjarju tagħha;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-konnessjoni bejn l-evalwazzjonijiet u l-formulazzjoni tal-politiki tkun effikaċi billi tikkunsidra kull ma jkun tgħallmet fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet;

52.

Ifakkar li, jekk jiddgħajfu l-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-valutazzjoni tar-riżultati, dan ikun ta' ħsara għall-obbligu ta' rendikont fil-konfront tal-pubbliku u t-tgħarrif komprensiv għal min ifassal il-politika;

Parti IV   Rapport Speċjali Nru 23/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Il-kwalità tal-ilma fil-baċin tax-Xmara Danubju: sar progress fl-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma iżda għad fadal xi jsir”

53.

Jemmen li l-linji gwida għal rappurtar aktar differenzjat dwar il-progress li sar fir-rigward tal-kwalità tal-ilma għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni;

54.

Jaqbel mal-Qorti li l-Kummissjoni għandha trawwem il-komparabbiltà tad-data billi, pereżempju, tnaqqas id-diskrepanzi fin-numru ta' sustanzi fiżikokimiċi li jiġu vvalutati għall-istatus ekoloġiku;

55.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tkompli ssegwi l-progress tal-Istati Membri biex tintlaħaq kwalità tajba tal-ilma, l-għan tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;

56.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw monitoraġġ tal-ilma ta' kwalità tajba biex ikollhom informazzjoni preċiża dwar is-sitwazzjoni u l-oriġini tat-tniġġis skont il-korp tal-ilma biex ikun jista' jsir immirar aħjar u biex tiżdied il-kosteffettività tal-miżuri rimedjali;

57.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżguraw koordinazzjoni bejn dawk il-korpi li jiddefinixxu l-miżuri fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċin tax-xmara u dawk li qed japprovaw il-proġetti għall-finanzjament;

58.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jivvalutaw u jiżguraw l-effettività tal-mekkaniżmi ta' infurzar, b'mod partikolari l-kopertura li trid tinkiseb u l-effett deterrent tal-penali applikati;

59.

Jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw il-potenzjal tal-użu tal-imposta fuq it-tniġġis tal-ilma bħala strument ekonomiku u bħala mod kif jiġi applikat il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” tal-inqas għas-sustanzi prinċipali li jaffettwaw il-kwalità tal-ilma b'mod negattiv;

60.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li, b'mod sistematiku, tevalwa mhux biss l-eżistenza, iżda wkoll l-adegwatezza tal-istandards u r-rekwiżiti minimi tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba adottati mill-Istati Membri;

61.

Jinnota li l-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar il-metodi possibbli għall-irkupru tal-ispejjeż fil-qasam tat-tniġġis minn sorsi diffużi;

62.

Jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw il-potenzjal tal-użu ta' strumenti ekonomiċi, bħalma huma taxxi ambjentali, bħala inċentiv għat-tnaqqis tat-tniġġis u bħala mod ta' kif jiġi applikat il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”;

63.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidentifikaw modi biex jiġu ssemplifikati t-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-kontrolli u biex jiżgura l-effettività tagħhom, fuq il-bażi ta' inventarju tal-infurzar tal-mekkaniżmi tal-Unjoni u dawk nazzjonali;

Parti V   Rapport Speċjali Nru 24/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “L-indirizzar tal-frodi intra-Komunitarja tal-VAT: Tinħtieġ aktar azzjoni”

64.

Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tagħti bidu għall-istabbiliment ta' sistema komuni biex tistima d-daqs tal-frodi intra-Komunitarja tal-VAT, li tippermetti li l-Istati Membri jevalwaw il-prestazzjoni tagħhom abbażi ta' indikaturi adegwati. Il-prestazzjoni għandha tkun f'termini ta' tnaqqis tal-inċidenza ta' frodi intra-Komunitarja tal-VAT, ta' żieda fid-detezzjoni ta' frodi, u ta' żieda fl-irkupru tat-taxxa wara d-detezzjoni ta' frodi;

65.

Jemmen li sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tal-Eurofisc bħala sistema ta' twissija bikrija effiċjenti, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda li l-Istati Membri: (a) jintroduċu analiżi komuni tar-riskju biex jiġi żgurat li l-informazzjoni skambjata permezz tal-Eurofisc tkun immirata tajjeb fuq il-frodi; (b) itejbu l-veloċità u l-frekwenza ta' dawn l-iskambji ta' informazzjoni; (c) jużaw ambjent tal-IT li jkun affidabbli u faċli għall-utent; (d) jistabbilixxu indikaturi u miri rilevanti biex titkejjel il-prestazzjoni tal-oqsma ta' ħidma differenti; (e) jipparteċipaw fl-oqsma ta' ħidma kollha tal-Eurofisc;

66.

Jistieden lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha dwar l-arranġamenti ta' kooperazzjoni amministrattivi bejn l-Istati Membri għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa biex tiġi miġġielda l-frodi intra-Komunitarja tal-VAT, twettaq żjarat ta' monitoraġġ magħżula fuq bażi tar-riskju; jemmen li dawn iż-żjarat ta' monitoraġġ għandhom jiffukaw fuq it-titjib tal-puntwalità tar-risposti tal-Istati Membri għal talbiet għal informazzjoni, l-affidabbiltà tas-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT, il-veloċità tal-Kontrolli Multilaterali, u s-segwitu għas-sejbiet tar-rapporti preċedenti tagħha dwar il-kooperazzjoni amministrattiva;

67.

Filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-Istati Membri jeħtieġu informazzjoni minn pajjiżi mhux tal-Unjoni biex jinfurzaw il-ġbir tal-VAT fuq is-servizzi min-negozju għall-konsumatur u l-prodotti intanġibbli ta' kummerċ elettroniku fornuti permezz tal-Internet, jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri fin-negozjar ta' arranġamenti ta' assistenza reċiproka mal-pajjiżi fejn il-biċċa l-kbira tal-fornituri ta' servizzi diġitali huma stabbiliti u fl-iffirmar ta' dawn l-arranġamenti, sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi mhux tal-Unjoni u jiġi infurzat il-ġbir tal-VAT;

68.

Huwa tal-fehma li filwaqt li l-frodi Intra-Komunitarja tal-VAT spiss hija marbuta ma' strutturi kriminali organizzati, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jeliminaw l-ostakli legali li jipprevjenu l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi fil-livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni; iqis b'mod partikolari, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Europol għandu jkollhom aċċess għad-data tas-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT u tal-Eurofisc u li l-Istati Membri għandhom jibbenefikaw mill-informazzjoni ta' intelligence li huma jipprovdu;

69.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha tipprovdi riżorsi finanzjarji biżżejjed sabiex tiżgura l-vijabbiltà u s-sostenibbiltà tal-pjanijiet ta' azzjoni operazzjonali stabbiliti mill-Istati Membri u ratifikati mill-Kunsill taħt l-umbrella tal-inizjattiva Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali;

Parti VI   Rapport Speċjali Nru 25/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “L-appoġġ mill-UE għall-infrastruttura rurali: il-potenzjal li jinkiseb valur sinifikattivament akbar għall-flus”

70.

Jirrikonoxxi l-importanza ta' investimenti infrastrutturali rurali appoġġati mill-fondi tal-Unjoni, speċjalment mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għal ħtiġijiet, li l-benefiċċji tagħhom imorru lil hinn mill-agrikoltura, li inkella setgħu ma ġewx iffinanzjati minħabba sfidi ekonomiċi sinifikanti u skarsezza ta' finanzjamenti li jaffaċċjaw iż-żoni rurali;

71.

Jikkonstata li finanzjament mill- Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għal proġetti infrastrutturali huwa bbażat fuq ġestjoni kondiviża fejn l-Istati Membri huma responsabbli għall-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll kif ukoll għall-għażla u l-implimentazzjoni tal-proġetti, filwaqt li r-rwol tal-Kummissjoni huwa li tissorvelja l-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll fl-Istati Membri; jemmen li dawn ir-regoli għandhom jiġu definiti b'mod iktar ċar sabiex il-benefiċjarji jkunu jafu fuq liema oqsma għandhom kompetenza il-korpi ta' monitoraġġ; jissottolinja li kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri jridu jirrispettaw il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

72.

Jikkunsidra s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, inklużi fir-Rapport Speċjali Nru 25/2015, utli għal titjib ulterjuri tal-utilizzazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni ta' investimenti ffinanzjati mill-Unjoni f'infrastruttura rurali u għall-kisba ta' riżultati u valur aħjar għall-flus, u jitlob lill-Kummissjoni biex timplimentahom;

73.

Jirrakkomanda bil-qawwa li investimenti tal-Unjoni fl-infrastruttura rurali jiġu mmirati lejn proġetti li jippermettu t-titjib tas-servizzi pubbliċi u/jew jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali, u li għalihom hemm ħtieġa dimostrabbli għal appoġġ pubbliku u li jagħtu valur miżjud, filwaqt li jiġi żgurat ukoll li dawn il-fondi jkunu investimenti addizzjonali, u ma jintużawx bħala sostitut għal finanzjament nazzjonali ta' servizzi essenzjali;

74.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri jużaw approċċ koordinat li jikkwantifika l-ħtiġijiet, fejn applikabbli, u d-diskrepanzi fil-finanzjament u jiġġustifika l-użu tal-miżuri tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali, u li jqis mhux biss il-fondi u l-programmi tal-Unjoni, iżda anke programmi nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll fondi pubbliċi u privati li jistgħu jindirizzaw — jew diġà qed jindirizzaw —l-istess bżonnijiet bħall-Programmi tal-Iżvilupp Rurali;

75.

Jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq l-ewwel passi meħuda biex tiżgura koordinazzjoni effettiva u komplementarjetà bejn il-fondi differenti tal-Unjoni, imwettqa permezz ta' lista ta' kontroll użata minnha sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-PŻR tal-2014-2020, u biex tipprovdi gwida ulterjuri lill-Istati Membri matul l-implimentazzjoni tal-programmi dwar kif jiksbu mhux biss komplementarjetà aħjar, iżda wkoll dwar kif jiġi evitat ir-riskju ta' sostituzzjoni ta' fondi u biex jitnaqqas ir-riskju ta' “deadweight”; f'dan ir-rigward, jitlob ukoll lill-Kummissjoni tintervjeni billi tippromwovi prattiki tajba;

76.

Jirrakkomanda lill-Istati Membri, sabiex jittaffa r-riskju ta' 'deadweight', li qabel jistabbilixxu r-rati ta' għajnuna għal miżuri infrastrutturali jevalwaw il-livell xieraq ta' finanzjament pubbliku meħtieġ biex jitħeġġeġ l-investiment, kif ukoll li matul il-proċess ta' għażla tal-proġetti jivverifikaw, fejn xieraq qabel japprovaw applikazzjonijiet għal għajnuna, jekk l-applikant għandux biżżejjed kapital jew aċċess għal kapital biex jiffinanzja l-proġett kollu jew parti minnu; iħeġġeġ użu aħjar tas-sistemi ta' informazzjoni ġestjonali mill-Istati Membri;

77.

Jitlob li jiġi rrispettat il-prinċipju ta' addizzjonalità fuq il-livelli kollha u jinsisti għalhekk fuq struttura xierqa tal-kumitati ta' monitoraġġ u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-proċess ta' koordinazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tutilizza b'mod xieraq ir-rwol konsultattiv tagħha fil-kumitati ta' monitoraġġ;

78.

Jilqa' l-fatt li f'Marzu 2014 il-Kummissjoni ħarġet gwida li tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-eliġibbiltà u l-kriterji ta' għażla jiġu applikati b'mod trasparenti u konsistenti matul il-perjodu ta' programmazzjoni, li l-kriterji ta' għażla jiġu applikati anke f'każijiet meta l-baġit disponibbli ma jkunx suffiċjenti biex jiffinanzja l-proġetti kollha eliġibbli u li l-proġetti b'marka totali li tkun taħt ċertu limitu stabbilit jiġu esklużi mill-għajnuna u jistieden lill-Istati Membri biex jsegwu din il-gwida b'mod strett fir-rigward ta' proġetti infrastrutturali rurali ffinanzjati mill-Unjoni;

79.

Jitlob li l-Istati Membri jistabbilixxu u japplikaw b'mod konsistenti l-kriterji li jiżguraw l-għażla tal-aktar proġetti kosteffikaċi, jiġifieri l-proġetti bil-potenzjal li jagħtu l-akbar kontribut għall-objettivi tal-PŻR għal kull unità ta' spiża; jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-istimi tal-ispejjeż tal-proġetti jiġu bbażati fuq informazzjoni aġġornata tal-prezzijiet li tirrifletti l-prezzijiet attwali tas-suq u li l-proċeduri ta' akkwist pubbliku jkunu ġusti u trasparenti u jippromovu kompetizzjoni ġenwina; jinnota l-linji gwida żviluppati mill-Kummissjoni fi tmiem l-2014 dwar kif għandhom jiġu evitati żbalji komuni fi proġetti kofinanzjati mill-Unjoni, u jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jissodisfaw il-kundizzjonalità ex-ante tar-rekwiżiti ta' akkwist pubbliku sa tmiem l-2016;

80.

Jitlob ukoll għal aktar trasparenza fil-proċess ta' għażla u jqis li l-opinjoni pubblika dwar il-problemi lokali f'żoni rurali għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet ta' ġestjoni meta japprovaw applikazzjonijiet għal għotja; jirrikonoxxi li l-gruppi ta' azzjoni lokali jista' jkollhom rwol importanti f'dan il-proċess;

81.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinkludi fl-ambitu tal-awditi futuri tagħha eżami tal-aspetti tal-prestazzjoni li jikkonċernaw proġetti infrastrutturali rurali u jistenna li l-bidliet li saru mill-Kummissjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, ibbażati fuq problemi identifikati mill-passat, se jwasslu għat-titjib ippjanat;

82.

Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jintroduċu rekwiżiti li jobbligaw lill-benefiċjarji jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul u l-manutenzjoni xierqa tal-infrastruttura ffinanzjata minn investimenti tal-Unjoni, u biex jivverifikaw l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti rispettivi;

83.

Jitlob lill-Istati Membri jistabbilixxu qafas ta' żmien raġonevoli għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-għotjiet u għall-pagamenti u jirrispettawh, peress li f'bosta każijiet il-benefiċjarji jkunu diġà użaw self tranżitorju sabiex ilestu x-xogħlijiet;

84.

Jirrakkomanda li għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġbru data f'waqtha, rilevanti u affidabbli li tkun tipprovdi informazzjoni utli dwar il-kisbiet tal-proġetti u l-miżuri ffinanzjati; jistenna li din l-informazzjoni se tippermetti li jinsiltu konklużjonijiet dwar l-effiċjenza u l-effettività tal-fondi minfuqa, tidentifika l-miżuri u t-tipi ta' proġetti ta' infrastruttura li jwasslu għall-akbar kontribut għall-objettivi tal-Unjoni u tipprovdi bażi tajba għat-titjib tal-immaniġġjar tal-miżuri;

85.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li objettivi ċari, speċifiċi u fejn possibbli kwantifikati jiġu stabbiliti għall-proġetti li għalihom jiġu allokati l-fondi, u għalhekk jiffaċilitaw l-eżekuzzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti, kif ukoll ir-rapportar utli għall-awtoritajiet ta' ġestjoni;

86.

Jirrikonoxxi li “żvilupp lokali mmexxi mill-komunità” huwa għodda importanti biex jiġu megħluba n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti.

Parti VII   Rapport Speċjali Nru 1/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Is-sistema tal-Kummissjoni għall-kejl tal-prestazzjoni fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa hija mfassla tajjeb u bbażata fuq data soda?”

87.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżviluppa qafas statistiku aktar komprensiv sabiex jipprovdi informazzjoni dwar l-introjtu disponibbli tal-familji tal-bdiewa u ħalli jiġi rifless aħjar il-livell tal-għajxien tal-bdiewa; jemmen li għal dan l-iskop il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u fuq il-bażi ta' metodoloġija komuni, tqis kif strumenti ta' statistika eżistenti tal-Unjoni jistgħu jiġu żviluppati u kkombinati bl-aħjar mod;

88.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni ttejjeb il-qafas għat-tqabbil tal-introjtu tal-bdiewa ma' introjtu f'setturi oħra tal-ekonomija;

89.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa aktar il-Kontijiet Ekonomiċi għall-Agrikoltura sabiex il-potenzjal tagħhom ikun jista' jintuża aħjar sabiex:

jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata dwar il-fatturi li jħallu impatt fuq l-introjtu agrikolu;

jiżgura t-trażmissjoni ta' data fil-livell reġjonali bbażata fuq arranġamenti formali mal-Istati Membri.

90.

Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha teżamina jekk il-Kontijiet Ekonomiċi għall-Agrikoltura jistgħux ikomplu jiġu żviluppati biex jipprovdu stima raġonevoli tal-valur ekonomiku tal-prodotti pubbliċi mill-bdiewa u tiżgura li l-informazzjoni tal-Kontijiet Ekonomiċi għall-Agrikoltura tintuża b'mod xieraq fl-indikaturi tal-introjtu;

91.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tibbaża l-analiżi tagħha tal-introjtu tal-bdiewa fuq indikaturi li jieħdu kont tas-sitwazzjoni attwali tal-agrikoltura u fuq biżżejjed data konsistenti għall-benefiċjarji kollha tal-miżuri tal-PAK; iqis li dan jista' jsir permezz tal-iżvilupp ta' sinerġiji bejn data amministrattiva eżistenti jew permezz tal-iżvilupp tan-Netwerk tad-Data tal-Kontabilità Agrikola jew ta' għodod oħra tal-istatistika li huma adatti;

92.

Huwa tal-fehma li, fid-dawl tal-importanza tal-Kontijiet Ekonomiċi għall-Agrikoltura għall-monitoraġġ tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tintroduċi rappurtar regolari dwar il-kwalità fuq il-Kontijiet Ekonomiċi għall-Agrikoltura u tikseb aċċertament raġonevoli li l-Istati Membri stabbilixxew qafas ta' garanzija tal-kwalità biex jiġi żgurat li d-data pprovduta mill-Istati Membri tkun kumparabbli u kkompilata skont il-kriterji ta' kwalità li japplikaw għall-istatistika Ewropea;

93.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tindirizza dgħufijiet identifikati fl-implimentazzjoni tan-Netwerk tad-Data tal-Kontabilità Agrikola billi taqbel fuq skeda ta' żmien ċara mal-Istati Membri kkonċernati u tħeġġeġ użu aħjar tal-potenzjal tas-sistema;

94.

Iħħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa aktar l-arranġamenti attwali tal-kwalità għall-istabbiliment tal-istatistika tan-Netwerk tad-Data tal-Kontabilità Agrikola mill-Istati Membri biex tiżgura li, fl-Istati Membri kollha, setturi u klassifikazzjonijiet tad-daqs ta' azjendi li huma ta' interess għall-PAK ikunu rappreżentati b'mod adegwat, u jirriflettu wkoll l-għażliet li saru mill-Istati Membri f'termini ta' alternattivi tal-PAK;

95.

Jirrakkomanda, filwaqt li jqis id-dgħufijiet identifikati mill-Qorti, li l-Kummissjoni ttejjeb l-affidabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-miżuri tal-PAK fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa billi:

tiddefinixxi mill-bidu, objettivi operattivi u linji bażi xierqa li magħhom tista' titqabbel il-prestazzjoni tal-miżuri tal-PAK għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss;

fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet tagħha, tikkomplementa l-qafas attwali ta' indikaturi ta' prestazzjoni b'data oħra rilevanti u ta' kwalità tajba biex jitkejlu r-riżultati miksuba;

fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet tagħha wkoll, tivvaluta l-effettività u l-effiċjenza tal-miżuri mfassla biex jappoġġaw l-introjtu tal-bdiewa;

Parti VIII   Rapport Speċjali Nru 3/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Il-ġlieda kontra l-ewtrofikazzjoni fil-Baħar Baltiku: tinħtieġ azzjoni ulterjuri u aktar effettiva”

96.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti u japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha;

97.

Jiddispjaċih ħafna li minkejja li bejn l-2007 u l-2013, l-Unjoni kkontribwixxiet EUR 14,5 biljun għat-trattament tal-ilma mormi u miżuri ta' ħarsien tal-ilma fl-Istati Membri tal-Unjoni fir-reġjun tal-Baħar Baltiku, flimkien ma' EUR 44 miljun għat-titjib fil-kwalità tal-ilma fir-Russja u fil-Belarussja fl-2001-2014, sar progress limitat biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tan-nutrijenti; jitlob lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-kosteffettività tal-miżuri msemmija hawn fuq;

98.

Jenfasizza li l-ewtrofikazzjoni hija waħda mit-theddidiet prinċipali għall-kisba ta' status ekoloġiku tajjeb għall-Baħar Baltiku u jenfasizza l-importanza li tiġi miġġielda l-ewtrofikazzjoni ta' wieħed mill-ibħra l-aktar imniġġsa fid-dinja; għaldaqstant, jiddispjaċih li sar progress limitat fir-rigward tat-tnaqqis tan-nutrijenti fil-qafas tal-iskema ta' tnaqqis ta' nutrijenti tal-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent Marin fil-Baħar Baltiku (HELCOM) li talloka miri għat-tnaqqis ta' nutrijenti għal kull pajjiż Baltiku; jiddispjaċih li d-Direttiva tal-Unjoni ġiet applikata parzjalment biss minn xi Stati Membri;

99.

Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom joħolqu proċeduri għall-programm tan-nitrati tagħhom abbażi tal-aħħar indikazzjoni xjentifika u l-iktar konsulenza reċenti;

100.

Jitlob lill-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri jiġbru informazzjoni dwar il-kosteffettività tal-miżuri għat-tnaqqis ta' piż ta' nutrijenti sabiex issir analiżi robusta għall-istabbiliment ta' programmi ta' miżuri futuri;

101.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb l-affidabbiltà tad-data tal-monitoraġġ dwar nutrijenti fil-Baħar Baltiku minħabba li l-affidabbiltà mhijiex garantita;

102.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-għażla effettiva ta' żoni denominati bħala vulnerabbli għan-nitrati lill-Istati Membri sabiex jiġu implimentati miżuri suffiċjenti f'żoni li jkunu ferm vulnerabbli u min-naħa l-oħra tevita li tpoġġi piżijiet bla bżonn fuq il-bdiewa li joperaw f'żoni li mhumiex vulnerabbli għan-nitrati; jenfasizza li l-Istati Membri fir-reġjun tal-Baħar Baltiku għandhom jevalwaw mill-ġdid iż-żoni denominati bħala żoni vulnerabbli għan-nitrati tagħhom;

103.

Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' effettività tal-azzjonijiet sabiex jitnaqqas it-tniġġis ta' nutrijenti tal-ilma urban mormi; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura segwitu effettiv tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma Urban Mormi (7) u tiżgura li l-Istati Membri jikkonformaw bis-sħiħ mad-Direttiva;

104.

Jiddispjaċih li r-rakkomandazzjonijiet tal-HELCOM ntlaħqu biss b'mod parzjali u ġew implimentati skont id-Direttiva tal-Unjoni għal attivitajiet speċifiċi;

105.

Jinnota li l-effett ta' lieva kien qawwi fil-finanzjament tal-proġetti fir-Russja u fil-Belarussja; jinsab imħasseb, madankollu, dwar id-dewmien fi proġetti li jistgħu jwasslu għal tnaqqis sinifikanti ta' riżorsi; jitlob lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha f'dan ir-rigward u tiffoka aktar mill-qrib fuq in-niġġiesa identifikati minn HELCOM; jemmen ukoll li, f'dak li jirrigwarda l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u pajjiżi terzi għandhom jiġu identifikati l-aħjar prattiki u għandhom jiġu applikati b'mod wiesa';

Parti IX   Rapport Speċjali Nru 4/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Jeħtieġ li l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija jimmodifika l-mekkaniżmi operazzjonali tiegħu u l-elementi tat-tfassil tiegħu biex jikseb l-impatt mistenni”

106.

Jilqa' r-rapport speċjali dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (European Institute of Innovation and Technology (EIT)) u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

107.

Jilqa' s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

108.

Jinnota li l-Qorti identifikat bosta dgħufijiet f'kunċetti u proċessi operattivi ewlenin u tat erba' rakkomandazzjonijiet sabiex l- EIT jsir istitut innovattiv li jwassal għal skoperti ġodda;

109.

Ifakkar fil-kwittanza tal-2012 u tal-2013 fejn id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' kwittanza lill-EIT ġiet posposta, abbażi ta' nuqqas ta' assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' għotjiet tal-EIT, evidenza inadegwata li ma nqabiżx il-limitu ta' 25 % tan-nefqa globali tal-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI), il-livell għoli ta' riporti li ma ġewx implimentati u d-dewmien fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni;

110.

Iqis li dan ir-rapport tal-Qorti jqajjem tħassib serju dwar il-bażi, il-mudell ta' finanzjament u l-operat tal-EIT;

111.

Jinnota r-risposta tal-Kummissjoni għar-rapport, fejn hija tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-fatti u s-sejbiet; josserva li l-Kummissjoni taqbel mal-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

112.

Jinnota li r-rapport jiddikjara li fl-2015 l-EIT għamel bosta titjib, li jidher li jissodisfaw is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti; jinnota li jeħtieġ li jkun hemm monitoraġġ u evalwazzjoni mill-qrib biex jiġu verifikati l-effetti ta' dan it-titjib;

113.

Jenfasizza li ftehim ta' għotja pluriennali bejn l-EIT u l-KKI u l-istrateġija pluriennali tal-KKI m'għandhiex tkun ta' ostaklu għar-rappurtar annwali tal-KKI;

114.

Jenfasizza li l-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni tar-riżultati huma essenzjali għall-obbligu ta' rendikont pubbliku u biex min ifassal il-politiki ikollu disponibbli informazzjoni komprensiva; jenfasizza li dan irid japplika wkoll fil-każ tal-EIT u l-KIC;

115.

Jinnota li l-Kummissarju għar-Riċerka, ix-Xjenza u l-Innovazzjoni fl-2015 introduċa l-kunċett ta' “Innovazzjoni Miftuħa” bħala kunċett politiku ewlieni għat-tfassil tal-politika tal-innovazzjoni fil-livell tal-Unjoni; iqis li mhuwiex ċar xi rwol l-EIT jiżvolġi f'dan il-kunċett; jenfasizza li dan il-kunċett ma jipprovdix qafas ċar għall-iżvilupp ta' azzjoni koerenti u koordinata mill-Kummissjoni, meta wieħed iqis l-għadd ta' politiki u strumenti inkwistjoni u l-għadd ta' direttorati ġenerali involuti fl-appoġġ għall-innovazzjoni;

116.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura politika dwar l-innovazzjoni li tkun koordinata u effiċjenti, fejn id-direttorati ġenerali responsabbli jaġġustaw l-attivitajiet u l-istrumenti, u biex tinforma lill-Parlament dwar dawn l-isforzi;

117.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li fl-ambitu tal-KKI, l-involviment tan-negozji fl-għażla tal-proġetti ta' riċerka jista' jwassal għal sitwazzjonijiet fejn riċerkaturi jkunu marbuta finanzjarjament u mod ieħor mal-industrija, u b'hekk, ma jkunux jistgħu jitqiesu aktar bħala indipendenti; jesprimi dan it-tħassib fid-dawl ta' żviluppi fejn żdiedet l-influwenza tan-negozji fix-xjenza u r-riċerka fundamentali;

118.

Jifhem l-objettiv tal-missjoni tal-EIT li jippromwovi l-kooperazzjoni fost l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni; jinnota li l-kumpaniji jistgħu spiss ikunu l-benefiċjarju prinċipali, bħala s-sidien legali ta' prodotti innovattivi fis-suq u li jirċievu l-profitti finanzjarji; jenfasizza l-ħtieġa, f'din is-sitwazzjoni, li tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li tiġi inkorporata struttura fil-mudell ta' kooperazzjoni fejn fondi mogħtija jistgħu, għall-inqas parzjalment, imorru lura lejn l-EIT;

119.

Jemmen li t-titjib imsemmi u l-qbil tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet jiġġustifikaw li wieħed jistenna aktar żviluppi fi ħdan l-EIT;

120.

Jistieden lill-EIT jipprovdi analiżi dettaljata tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti lill-awtorità ta' kwittanza fir-rapport annwali tagħha tal-2016;

121.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament rapport ta' segwitu dwar l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet li ttieħdu b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

Parti X   Rapport Speċjali Nru 5/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Il-Kummissjoni żgurat l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva dwar is-Servizzi?”

122.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti, japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha u jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni taċċettahom u se tikkunsidrahom fil-ġejjieni;

123.

Jinnota li minkejja l-limitazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha bl-esklużjoni tal-forniment ta' ċerti servizzi, id-Direttiva dwar is-Servizzi (8) għandha kamp ta' applikazzjoni wiesa' ħafna, li wassal lill-Kummissjoni biex ikollha sett ta' miżuri li jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tagħha;

124.

Jenfasizza li s-suq tas-servizzi għadu ma kisibx il-potenzjal sħiħ tiegħu u li l-impatt fuq it-tkabbir u l-impjiegi tal-implimentazzjoni ta' suċċess tad-Direttiva dwar is-Servizzi għadu qawwi; filwaqt li l-benefiċċji ekonomiċi potenzjali tal-implimentazzjoni sħiħa tad-direttiva għadhom mhumiex magħrufa; iqis li l-Kummissjoni għandha tiżviluppa studju sabiex tistma l-gwadanji fl-output fl-aktar termini kwantitattivi affidabbli possibbli;

125.

Jinkoraġġixxi l-inklużjoni sussegwenti ta' aktar setturi sabiex tinkiseb it-tneħħija aktar wiesgħa ta' ostakli settorjali għall-integrazzjoni tas-suq bl-għan aħħari tat-tneħħija tal-ostakli fis-suq intern għas-servizzi u l-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tal-Unjoni għat-tkabbir, il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi;

126.

Jikkunsidra li l-Istati Membri setgħu għamlu użu aħjar mill-miżuri pprovduti mill-Kummissjoni, biex jappoġġaw it-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar speċjalment bil-qsim tal-problemi ffaċċjati fil-fażijiet differenti tal-proċedura, bid-diskussjoni ta' soluzzjonijiet komuni possibbli u bl-iskambju tal-aħjar prattiki;

127.

Jaqbel li l-Kummissjoni għandha tnaqqas, kemm jista' jkun, it-tul tal-proċeduri ta' ksur;

128.

Jiddispjaċih li l-għodod bħall-punti uniċi ta' kuntatt, is-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net) ma kinux magħrufa biżżejjed u użati min-negozji u l-konsumaturi meta kellhom problema marbuta mal-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi;

129.

Jinnota li l-forniment tas-servizzi online għadu limitat minħabba inċertezzi għall-fornituri u r-riċevituri;

Parti XI   Rapport Speċjali Nru 6/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Programmi ta' qerda, kontroll u monitoraġġ għat-trażżin tal-mard tal-annimali”

130.

Jilqa' r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u jilqa' l-aċċettazzjoni tal-Kummissjoni;

131.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li programmi tal-mard tal-annimali ġew evalwati bħala ta' suċċess mill-awditu u li l-pariri tekniċi, l-analiżi tar-riskju u l-mekkaniżmi ta' appoġġ kienu kklassifikati bħala tajbin; jilqa' r-riżultati pożittivi ta' dawn il-programmi dwar is-saħħa tal-annimali fl-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japplikaw dan l-approċċ ta' suċċess anke fil-futur;

132.

Jemmen li l-indikaturi ta' output estensivi għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' ċertu mard tal-annimali u żoonożi għandhom jittejbu aktar, partikolarment fir-rigward tal-implimentazzjoni teknika u tal-indikaturi ekonomiċi, li jippermettu analiżi tal-kosteffettività tal-programmi;

133.

Jinnota l-opinjoni tal-Kummissjoni li huwa diffiċli li tistabbilixxi l-kosteffettività tal-programmi, speċjalment billi ma hemmx mudelli disponibbli anke fuq livell internazzjonali; jinnota wkoll li l-kostijiet-benefiċċji tal-programmi ġew ippruvati billi ġie evitat it-tixrid ta' mard u l-kontaminazzjoni tal-bnedmin u billi ġew salvati l-ħajjiet;

134.

Jinnota li l-iskambju ta' informazzjoni epidemjoloġika u l-aċċess faċli għal riżultati storiċi jistgħu jiġu appoġġati aħjar mis-sistemi ta' informazzjoni rilevanti, li jippermettu koordinament aħjar tal-attivitajiet ta' kontroll bejn l-Istati Membri; jinnota li skont il-Kummissjoni li l-għodod tal-IT eżistenti qed jiġu żviluppati biex jappoġġaw aħjar lill-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura valur miżjud tal-għodod tal-IT żviluppati għall-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa;

135.

Iqis li l-Kummissjoni għandha tappoġġa d-disponibbiltà ta' vaċċini għall-użu mill-Istati Membri meta jkun ġustifikat b'mod epidemiku; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-banek tat-tilqim/antiġeni diġà ġew implimentati għal żewġ tipi ta' mard; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli b'analiżi tar-riskji li jistgħu jistabbilixxu ħtieġa potenzjali għal banek tat-tilqim/antiġeni oħra;

136.

Jinnota li l-Kummissjoni taċċetta li tiżgura li l-Istati Membri jinkludu b'mod sistematiku, meta jkun rilevanti, l-aspett tal-organiżmi selvaġġi fil-programmi veterinarji tagħhom;

137.

Jinnota li l-programmi f'ċerti pajjiżi ma kellhomx suċċess fil-qerda tal-mard tal-annimali u l-progress kien pjuttost kajman; jistieden lill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri tagħti prijorità lil dawn il-każijiet speċifiċi u tħejji strateġija dettaljata li tippermetti l-koerenza għall-qerda tal-mard, b'mod partikolari t-tuberkulożi bovina fir-Renju Unit u l-Irlanda u l-bruċellożi ovina u kaprina fin-Nofsinhar tal-Italja;

138.

Jinnota bi tħassib li l-leġiżlazzjoni sottostanti li tkopri s-suġġett tal-mard tal-annimali għadha kumplessa u frammentata wisq; jilqa' l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni unifikanti — ir-Regolament dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (9) f'Marzu 2016; jinnota li r-Regolament il-ġdid se jkun applikabbli ħames snin wara l-adozzjoni; jilqa' l-fatt li r-Regolament il-ġdid se joffri regoli semplifikati, aktar sempliċi, u aktar ċari;

Parti XII   Rapport Speċjali Nru 7/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Kif is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jimmaniġġja l-binjiet tiegħu madwar id-dinja”

139.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

140.

Jenfasizza li s-SEAE u l-Istati Membri għandhom interess komuni fl-iżvilupp ulterjuri tal-kooperazzjoni lokali fil-qasam tal-ġestjoni tal-bini, filwaqt li tingħata attenzjoni speċifika u kontinwa għall-kwistjonijiet ta' sigurtà, l-aħjar valur għall-flus u l-immaġni tal-Unjoni;

141.

Jilqa' b'sodisfazzjon ż-żieda ta' proġetti ta' kolokazzjoni ta' delegazzjonijiet tal-Unjoni mal-Istati Membri, bl-iffirmar ta' 17-il memoranda ta' qbil; jinkoraġġixxi lis-SEAE jkompli jfittex modi oħra biex iwessa' din il-prattika tajba; iqis li din il-politika għandha tinkludi approċċi innovattivi bl-għan li jiġu definiti kemm strateġija koordinata ta' kolokazzjoni ma' Stati Membri ħerqana li jagħmlu dan, kif ukoll arranġamenti xierqa ta' qsim tal-ispejjeż relatati mal-binjiet u l-loġistika;

142.

Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' reġistrazzjoni u n-nuqqas ta' preċiżjoni fis-sistema ta' informazzjoni għall-ġestjoni ta' binjiet ta' uffiċini u residenzi tad-delegazzjonijiet; jitlob li jsir rieżami regolari dwar il-kompletezza u l-affidabbiltà tad-data miġbura mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

143.

Iħeġġeġ lis-SEAE jsaħħaħ l-għodod ta' ġestjoni ta' kontroll u monitoraġġ tal-ispejjeż kollha li nġarrbu fir-rigward tal-politika tal-bini sabiex jiġi żgurat qafas preċiż u segwitu għan-nefqiet kollha; iqis li għandu jkun hemm enfasi fuq l-osservanza ta' limiti stabbiliti fil-politika tal-bini sabiex jitnaqqas it-total tal-kera annwali tal-uffiċċji tad-delegazzjonijiet, l-adegwatezza tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-entitajiet kolokati, il-kopertura tal-ispejjeż operazzjonali involuti f'sitwazzjonijiet ta' kolokazzjoni u l-korrettezza tal-ispejjeż b'kundizzjonijiet tas-suq lokali;

144.

Jemmen li għarfien espert legali u tekniku dwar il-ġestjoni tal-proprjetà immobbli għandu jiġi żviluppat mill-aktar fis, filwaqt li titqies kwalunkwe għażla alternattiva kosteffettiva, bħal li jiġu mqabbda esperti esterni, bħal sensara lokali, li jfittxu fis-suq jew possibbilment jinnegozjaw mas-sidien tal-proprjetà;

145.

Jappoġġa l-implimentazzjoni ta' strateġija fuq żmien medju u fit-tul li tidentifika l-għażliet kollha, mill-prijoritajiet ta' investiment jew possibbiltajiet ta' xiri, tiġdid ta' kirjiet għall-qsim tal-bini mal-Istati Membri, filwaqt li jitqies it-tbassir tal-persunal u tal-ippjanar u l-iżvilupp tal-politika;

Parti XIII   Rapport Speċjali Nru 8/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “It-trasport ferrovjarju tal-merkanzija fl-UE: għadu mhux fit-triq it-tajba”

146.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti, japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha u jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni taċċettahom u li se tikkunsidrahom;

147.

Jiġbed l-attenzjoni lejn l-oqsma fejn l-azzjoni mill-Istati Membri u l-Kummissjoni hija meħtieġa l-aktar: il-liberalizzazzjoni tas-suq, proċeduri ta' ġestjoni tat-traffiku, restrizzjonijiet amministrattivi u tekniċi, monitoraġġ u trasparenza tal-prestazzjoni tas-settur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, kompetizzjoni ġusta bejn il-modi differenti tat-trasport, approċċ konsistenti bejn l-objettivi tal-politika u l-allokazzjoni tal-fondi, koordinazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-għażla, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-proġetti u l-manutenzjoni tan-netwerk ferrovjarju;

148.

Jinnota li l-Kummissjoni ma evalwatx tajjeb l-impatt tal-pakketti leġiżlattivi li hija varat mis-sena 2000 'l hawn dwar is-settur ferrovjarju, b'mod partikolari it-trasport ferrovjarju tal-merkanzija; jiddispjaċih li l-fondi tal-Unjoni investiti f'diversi proġetti ma jistgħux jitqiesu bħala kosteffettivi;

149.

Iqis li jekk is-sitwazzjoni attwali fis-settur ferrovjarju se tibqa' hekk, mhux se jkun possibbli li jinkisbu l-miri li qed jevolvu u li huma stabbiliti għall-2030;

150.

Iqis li huwa fl-interess tal-Istati Membri li ssir valutazzjoni tal-impatt komuni u mandatorja ta' leġiżlazzjoni futura tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija biex ikun żgurat li jingħelbu b'mod effettiv in-nuqqasijiet relatati ma' inkompatibbiltajiet tan-netwerk;

151.

Jinnota li s-settur ferrovjarju ġeneralment huwa korporattiv ħafna u li huwa jista' jaffettwa l-perċezzjoni tal-liberalizzazzjoni tas-suq, bir-riżultat li jkun jidher aktar bħala theddida milli bħala vantaġġ;

152.

Iqis lit-trasport ferrovjarju tal-merkanzija bħala wieħed mill-aspetti ewlenin tas-suq uniku għall-oġġetti u minħabba l-potenzjal pożittiv immens tiegħu f'termini ta' miri għat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis fl-użu tat-trasport bit-triq, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti impetu ġdid fi ħdan l-istrateġija tas-suq uniku; jitlob li tiġi stabbilita strateġija tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija;

153.

Jitlob evalwazzjoni komprensiva tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija tal-Unjoni, b'enfasi partikolari fuq l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 (10) inkluż punt uniku ta' servizz u allokazzjoni tal-mogħdijiet tal-attività, u evalwazzjoni, b'mod parallel, ta' kurituri tal-merkanzija u kurituri tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa inklużi l-proġetti diġà approvati taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

154.

Jitlob evalwazzjoni komprensiva tal-interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji nazzjonali;

155.

Jitlob li ssir evalwazzjoni tal-istrateġiji tal-Istati Membri għat-trasport mfassla b'segwitu għall-konklużjoni tal-ftehimiet ta' sħubija dwar l-armonizzazzjoni transkonfinali u l-operabbiltà tal-kurituri TEN-T;

156.

Jitlob pjan ta' azzjoni biex jappoġġa l-implimentazzjoni sħiħa u rapida tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju;

157.

Jiddispjaċih li bosta mill-ostakli għall-iżvilupp ta' trasport ferrovjarju Ewropew b'saħħtu u kompetittiv li ġew identifikati mill-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 8/2010 għadhom qed ifixklu l-progress fis-settur;

Parti XIV   Rapport Speċjali Nru 9/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “L-infiq tal-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni esterna fil-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar tal-Mediterran u tal-Viċinat tal-Lvant sal-2014”

158.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

159.

Jinnota l-approċċ kritiku tal-Qorti u l-għadd kbir ta' nuqqasijiet ippreżentati mill-Qorti, partikolarment in-nuqqas ta' effettività fl-użu tal-fondi allokati;

160.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-osservazzjonijiet kollha tal-Qorti u tieħu l-miżuri mitluba sabiex jiġi evitat li jsiru l-istess żbalji matul il-politika tal-migrazzjoni 2014-2020; jitlob li jiġu applikati r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Qorti;

161.

Jemmen li l-użu tal-fondi għandu jkun iggwidat minn sistemi ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni mtejba bbażati fuq indikaturi bażiċi, punti ta' riferiment progressivi u objettivi li jitkejlu u realistiċi; jistieden lill-Kummissjoni twettaq rieżami tal-indikaturi kollha, il-punti ta' riferiment u l-objettivi pprovduti mill-programmi tal-migrazzjoni nnifishom;

162.

Huwa tal-fehma li għandu jkun hemm impenn kostanti lejn rispons komprensiv u koordinat, hekk kif il-kriżi tal-migrazzjoni toħloq bosta sfidi f'ħafna setturi u li jisbqu l-fruntieri istituzzjonali;

163.

Jappella biex il-fehim u l-qafas strateġiċi tal-politiki esterni u l-alternattivi politiċi tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni jiġu kontinwament rfinuti mal-atturi ewlenin sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza, kif ukoll mobilizzazzjoni koordinata u koerenti tal-mekkaniżmi relatati mal-migrazzjoni esterna fuq żmien qasir, fuq żmien medju u fuq żmien twil, kemm jekk fi ħdan il-qafas baġitarju tal-Unjoni u kemm jekk barra minnu;

164.

Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha b'mod kostruttiv għal koordinazzjoni aħjar bejn strumenti, mekkaniżmi u partijiet interessati rilevanti biex tiġi evitata kriżi tal-migrazzjoni;

165.

Jistieden lill-partijiet interessati ewlenin kollha jirriflettu b'mod adegwat dwar il-bilanċ bejn il-flessibbiltà f'interventi, il-komplementarjetà tal-fondi, il-livell tagħhom u l-ingranaġġ meħtieġ kif ukoll dwar is-sinerġiji potenzjali u l-addizzjonalità ġenerali tal-interventi tal-Unjoni, u li jirrispondu b'mod adegwat għalihom;

166.

Jemmen f'dan il-kuntest, li għandha tingħata attenzjoni xierqa biex l-għajnuna tiġi mmirata b'mod adegwat lejn kwistjonijiet differenti u li qed jevolvu tal-migrazzjoni esterna, filwaqt li tiġi żgurata wkoll l-adegwatezza tas-superviżjoni ta' fondi żburżati sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' misapproprjazzjoni ta' fondi u finanzjament doppju;

167.

Jikkunsidra li hemm bżonn kruċjali li tiġi rikonċiljata d-domanda għal riżultati aħjar mad-disponibbiltà ta' biżżejjed fondi biex jiġi żgurat livell għoli ta' ambizzjoni fit-tfassil ta' reazzjoni komprensiva u sostenibbli mill-Unjoni għall-isfidi attwali u ġejjiena kkawżati mill-kriżi tal-migrazzjoni; jemmen li n-negozjati dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali huma l-forum xieraq biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, bl-għan li jiżdied il-baġit għal dawk il-fondi;

168.

Jemmen li, minbarra n-nuqqas ta' finanzjament, il-frammentazzjoni attwali tal-istrumenti bl-objettivi speċifiċi tagħhom li ma humiex marbutin ma' xulxin ixxekkel is-sorveljanza parlamentari fuq il-mod li bih il-fondi jiġu implimentati u l-identifikazzjoni ta' fejn jaqgħu r-responsabbiltajiet, u għalhekk tagħmilha aktar diffiċli li jiġi vvalutat biċ-ċar l-ammonti finanzjarji li jintefqu verament biex jappoġġaw l-azzjoni esterna dwar il-migrazzjoni; jiddispjaċih li dan iwassal għal nuqqas ta' effettività, trasparenza u obbligu ta' rendikont; jikkunsidra li hemm bżonn li l-modi kif jintużaw l-istrumenti politiċi eżistenti jiġu ffokati mill-ġdid, b'arkitettura ta' objettivi ċara u mġedda sabiex jiżdiedu l-effettività u l-viżibbiltà kumplessivi tagħhom;

169.

Huwa tal-fehma li l-infiq tal-Unjoni fil-migrazzjoni esterna jeħtieġ li jiġi żburżat b'mod aktar effiċjenti u li hemm bżonn li jissodisfa l-kriterji ta' “valur miżjud” sabiex in-nies jiġu pprovduti b'kundizzjonijiet ta' għajxien adegwati fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom u tiġi evitata żieda fil-flussi ta' migranti ekonomiċi;

170.

Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi, tevalwa u tagħmel rieżami b'mod kostruttiv tal-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, li kellhom jibdew f'Ottubru 2016;

171.

Jilqa' l-ħolqien ta' fondi fiduċjarji tal-Unjoni u l-intenzjoni li l-fondi jiġu żburżati aktar malajr u b'aktar flessibbiltà f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, u li jinġabru flimkien diversi sorsi ta' finanzjament biex jiġu indirizzati l-ħafna dimensjonijiet ta' kwalunkwe kriżi;

172.

Jinnota li l-fondi fiduċjarji huma parti minn reazzjoni ad hoc li turi li l-baġit tal-Unjoni u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali huma nieqsa mir-riżorsi u l-flessibbiltà meħtieġa għal approċċ komprensiv u rapidu għal kriżijiet ewlenin; jiddeplora l-fatt li dawn iwasslu biex tiġi evitata l-awtorità baġitarja, li timmina l-unità tal-baġit;

173.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni, bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, li tiġi stabbilita riżerva ta' kriżi ġdida tal-Unjoni Ewropea, li għandha tiġi ffinanzjata minn approprjazzjonijiet diżimpenjati, bħala strument addizzjonali biex ikun hemm reazzjoni rapida għal kwistjonijiet urġenti tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill jappoġġa bis-sħiħ din il-proposta;

174.

Jenfasizza l-importanza ta' mekkaniżmi ta' kontroll suffiċjenti li jiżguraw l-iskrutinju politiku tal-implimentazzjoni baġitarja fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu passi immedjati biex iżżid l-involviment tal-awtorità baġitarja u tal-awtorità għall-kontroll baġitarju u biex tallinja aħjar il-fondi fiduċjarji u mekkaniżmi oħra man-norma baġitarja, b'mod partikolari billi dawn tagħmilhom jidhru fil-baġit tal-Unjoni;

175.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma pprovdietx dettalji ta' pagamenti attwali u jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri adegwati biex issaħħaħ u tissemplifika l-kodifikazzjoni fis-sistema ta' informazzjoni finanzjarja sabiex l-ammonti mmirati għal azzjoni esterna dwar il-migrazzjoni jkunu jistgħu jiġu segwiti u mmonitorjati aħjar;

176.

Jitlob lill-Kummissjoni tniedi għodda repożitorja komprensiva għal infiq tal-Unjoni relatat mal-migrazzjoni, inklużi l-proġetti kollha li twettqu, li għadhom għaddejjin u dawk ippjanati; iqis li l-bażi ta' data interattiva għandha tipprovdi lill-partijiet interessati u liċ-ċittadini b'riżultati ippreżentati fuq il-mappa tad-dinja, u tippermetti tiftix skont il-pajjiż, it-tip ta' proġett u l-ammont korrispondenti;

177.

Huwa tal-fehma li l-ġestjoni permezz ta' tbassir tkun aktar effettiva milli sempliċiment politika reattiva bħall-ġestjoni tal-kriżi fit-tul;

178.

Ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament lejn approċċ olistiku għall-migrazzjoni bbażat fuq taħlita ta' politika ġdida li tinkludi t-tisħiħ tar-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp billi jiġu indirizzati l-kawżi primarji tal-migrazzjoni, filwaqt li tiġi promossa wkoll bidla fil-modi ta' finanzjament tal-kriżi tal-migrazzjoni;

Parti XV   Rapport Speċjali Nru 10/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Jeħtieġ li jsir aktar titjib biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv”

179.

Jilqa' s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Qorti;

180.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha ttejjeb it-trasparenza tal-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv permezz ta' komunikazzjoni regolari tal-valutazzjonijiet tagħha tal-pajjiż dwar il-konformità ma' riformi strutturali proposti taħt il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv, kif ukoll permezz ta' trasparenza akbar fl-applikazzjoni tar-regoli;

181.

Jemmen li, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta b'mod regolari lill-Parlament dwar il-progress tal-Proċeduri ta' Defiċit Eċċessiv speċifiċi għall-pajjiż;

182.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli tavvanza fl-involviment tal-kunsilli fiskali nazzjonali u biex tiżgura li l-Bord Fiskali Ewropew jieħu rwol formali skont il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv; jieħu nota tal-fatt li t-trasparenza taħt il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv tjiebet f'dawn l-aħħar snin u jirrikonoxxi li ċerta informazzjoni ta' natura politikament sensittiva ma tistax dejjem titqiegħed fid-dominju pubbliku;

183.

Jirrakkomanda li l-proċedura ta' defiċit eċċessiv tiffoka aktar mill-qrib fuq it-tnaqqis tad-dejn tal-gvern; jinnota li fi tmiem l-2014, 13-il Stat Membru biss kellhom livelli tad-dejn b'paragun mal-prodott domestiku gross ta' inqas minn 60 %; jindika li diversi Stati Membri issa għandhom dejn kbir, minkejja l-fatt li l-Unjoni qed tibbenefika minn irkupru modest u l-livelli ta' dejn pubbliku huma ogħla milli kienu fl-2010;

184.

Jirrikonoxxi li r-regola ta' dejn massimu saret operattiva taħt il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv biss fl-2011; iqis li t-tnaqqis tal-livelli ta' dejn tal-gvern, b'mod partikolari fi Stati Membri bi djun kbar, se jtejjeb it-tkabbir ekonomiku b'mod sostanzjali fit-tul;

185.

Jirrakkomanda li jiġi żgurat li tinżamm biżżejjed flessibbiltà fl-applikazzjoni tar-regoli tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv skont il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir; jenfasizza li billi fil-politika makroekonomika jseħħu avvenimenti mhux mistennija, hemm bżonn li qafas ta' governanza ekonomika sod ikun jista' jiġi adattat sabiex iqis l-iżviluppi ekonomiċi;

186.

Iqis li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv tkun koordinata aktar mill-qrib ma' miżuri ta' riforma strutturali miftiehma permezz tas-Semestru Ewropew;

Parti XVI   Rapport Speċjali Nru 11/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: progress limitat f'kuntest diffiċli”

187.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti, japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis dawn ir-rakkomandazzjonijiet meta tkun qed taħdem biex issaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

188.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-progress li sar fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi kien wieħed limitat filwaqt li ma sar l-ebda progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni f'ċerti oqsma ewlenin bħalma hu l-iżvilupp ta' servizz ċivili professjonali u indipendenti;

189.

Jinnota li sar biss progress parzjali fl-indirizzar determinat tal-korruzzjoni u fit-titjib tat-trasparenza;

190.

Jinnota madankollu li l-Kummissjoni jkollha topera f'kuntest politiku diffiċli u tiltaqa' ma' nuqqas ta' rieda politika u nuqqas ta' impenn min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali biex jindirizzaw b'mod determinat il-kwistjonijiet li fadal; jinnota li r-restrizzjonijiet tal-kriżi politika li għaddejja bħalissa kellhom rwol fis-suċċess tal-proġetti ffinanzjati;

191.

Jinnota u jappoġġa r-rwol kruċjali li taqdi l-Kummissjoni biex tissolva l-kriżi politika fil-pajjiż u jilqa' l-involviment tal-kummissarju fil-medjazzjoni tad-djalogu politiku bejn il-forzi politiċi li huma kontra xulxin;

192.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem fuq id-djalogu mal-mexxejja politiċi fl-ispettru politiku kollu, l-awtoritajiet nazzjonali u l-esperti dwar il-ġudikatura u l-infurzar tal-liġi, bil-għan li jintlaħaq qbil dwar il-ġlieda attiva kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri u mekkaniżmi stretti għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-kriminalità ekonomika skont il-liġi kriminali tal-pajjiż;

193.

Jirrakkomanda bil-qawwa li l-Kummissjoni għandha tuża d-djalogu politiku u l-kuntatti mal-awtoritajiet nazzjonali sabiex tittejjeb l-effiċjenza tas-sistema tal-akkwist pubbliku u t-trasparenza fl-infiq pubbliku;

194.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jiddispjaċih minħabba n-nuqqas ta' strateġija effettiva tal-gvern fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; itenni li hemm il-ħtieġa li jsir impenn politiku akbar min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali bil-għan li jiġu żgurati riżultati sostenibbli f'dan ir-rigward;

195.

Jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-kisbiet ta' proġetti li rnexxew, li huma sostenibbli, għandhom valur miżjud kwantifikabbli u li ġew implimentati u użati skont ir-regolamenti, meta tkun qed issegwi l-Istrument ta'Assistenza ta' Qabell-Adeżjoni (IPA II);

196.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni stabbilixxiet proġetti ffokati fuq organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-Kummissjoni tkompli b'din il-prattika u tistabbilixxi relazzjonijiet tajba ma' NGOs lokali;

197.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tfassal proġetti li jsaħħu d-drittijiet u l-pożizzjoni tal-informaturi li jiġbdu l-attenzjoni tal-pubbliku lejn il-każijiet ta' korruzzjoni u frodi;

198.

Jinnota li minkejja li ħafna mill-proġetti ġew ġestiti tajjeb, ir-riżultati mhux dejjem kienu sostenibbli jew l-anqas biss intlaħqu; jinnota wkoll li l-proġetti mhux dejjem kienu tat-tip li kellhom approċċ koerenti lejn it-tisħiħ tal-bini tal-kapaċità amministrattiva; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-ippjanar strateġiku u tiżgura s-sostenibbiltà u l-vijabbiltà tal-proġetti billi dan isir prekundizzjoni tal-proġetti;

199.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssegwi l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba; jistieden lill-Kummissjoni tgħin fit-tfassil ta' proġetti li jservu wkoll bħala pass li jwassal għal investimenti ulterjuri fil-pajjiż; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti prijorità lil proġetti li għandhom potenzjal kbir f'oqsma ewlenin bħalma huma l-akkwist pubbliku jew il-proċeduri ta' selezzjoni, u tevita li tiffinanzja proġetti li għandhom prospetti limitati ta' sostenibbiltà;

200.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirreaġixxi b'mod flessibbli għal żviluppi mhux mistennija billi jew jiġu rilaxxati f'waqthom ir-riżorsi rilevanti jew inkella billi jitnaqqsu sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet emerġenti;

Parti XVII   Rapport Speċjali Nru 12/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “L-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet: mhijiex dejjem xieraq u mhux dejjem jista' jintwera li huwa effettiv”

201.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

202.

Jilqa' s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

203.

Jinnota t-tweġiba tal-Kummissjoni u tal-aġenziji involuti li, fost affarijiet oħra, tinkludi informazzjoni importanti dwar il-miżuri li ttieħdu minn mindu sar l-awditjar;

204.

Jenfasizza li l-aġenziji huma responsabbli għall-programmazzjoni pluriennali u annwali kif ukoll għall-implimentazzjoni (operattiva u finanzjarja) tal-azzjonijiet tagħhom iffinanzjati permezz ta' għotjiet; iqis għaldaqstant li l-ġestjoni effettiva min-naħa tal-aġenziji tal-attivitajiet iffinanzjati permezz ta' għotjiet hi għalhekk kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi u l-politiki tal-Unjoni;

205.

Jinnota li l-Qorti kkonkludiet li l-aġenziji awditjati ġeneralment aġġudikaw u ħallsu l-għotjiet b'mod konformi mar-regoli;

206.

Josserva madankollu li l-Qorti identifikat ċerti nuqqasijiet fir-rigward tal-alternattivi ta' finanzjament, il-proċeduri għall-aġġudikazzjoni, is-sistemi ta' kontroll u l-kejl tal-prestazzjoni, u ħarġet ħames rakkomandazzjonijiet biex dawn in-nuqqasijiet jittejbu;

207.

Jinnota li ġustifikazzjoni u għażla strateġiċi ta' strument ta' finanzjament min-naħa ta' aġenzija jistgħu jsaħħu l-effettività u l-effiċjenza tal-għodda, u għaldaqstant l-implimentazzjoni tal-kompiti tagħha; jenfasizza li segwitu inadegwat ta' evalwazzjoni ex ante jista' jwassal lill-aġenziji biex jagħżlu għodod ta' finanzjament mhux xierqa u tfassil ħażin tal-għotjiet;

208.

Jiddispjaċih għad-deskrizzjonijiet wesgħin komuni tal-attivitajiet ffinanzjati permezz ta' għotjiet tal-aġenziji u deskrizzjonijiet vagi tal-output li jwasslu għal pjanijiet mhux kompluti ta' ħidma annwali;

209.

Jinnota l-importanza li l-azzjonijiet iffinanzjati permezz ta' għotjiet tal-aġenziji jiġu allinjati mal-mandat u l-objettivi strateġiċi tagħhom; jinkoraġġixxi għaldaqstant lill-aġenziji kollha biex ikollhom linji gwida u kriterji speċifiċi sabiex jassistu l-għażla tagħhom tal-għodda ta' finanzjament speċifiku, abbażi ta' analiżi tal-ħtiġijiet tal-aġenzija, ir-riżorsi tagħha, l-objettivi li għandhom jinkisbu, il-benefiċjarji potenzjali li se jiġu indirizzati, kif ukoll il-livell ta' kompetizzjoni meħtieġ u t-tagħlimiet misluta mill-għażliet preċedenti;

210.

Jinnota li l-programmi ta' ħidma tal-aġenziji għandhom jindikaw liema attivitajiet għandhom jiġu implimentati permezz ta' għotjiet, l-objettivi speċifiċi li għandhom jintlaħqu u r-riżultati mistennija li għandhom jinkisbu mill-azzjonijiet iffinanzjati permezz ta' għotjiet, kif ukoll ir-riżorsi finanzjarji u umani ippjanati li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati permezz ta' għotjiet;

211.

Jikkunsidra li l-iffissar ta' objettivi strateġiċi, riżultati li għandhom jinkisbu u impatti, huwa ta' importanza kbira sabiex jinkiseb programmar annwali definit sew;

212.

Jenfasizza li l-qafas regolatorju ta' xi aġenziji jġegħilhom jużaw proċeduri għall-għotjiet; jinnota bi tħassib, madankollu, li aġenziji ma kkunsidrawx sistematikament il-possibbiltajiet kollha ta' finanzjament disponibbli għalihom u li l-għotjiet mhux dejjem kienu l-għodda l-aktar xierqa; jinnota wkoll l-osservazzjoni tal-Qorti li l-proċeduri għall-għotjiet jużaw kriterji ta' eliġibbiltà aktar restrittivi u kriterji għall-aġġudikazzjoni finanzjarji aktar dgħajfa milli jintużaw fil-proċeduri għall-akkwist pubbliku u għaldaqstant ikun tajjeb li ma jkunux l-għażla ta' finanzjament awtomatika; iqis, madankollu, li jkun tajjeb li jinżamm bilanċ attent bejn id-dgħufijiet tal-proċeduri għall-għotjiet u l-ispejjeż amministrattivi involuti fil-proċeduri għall-akkwist pubbliku, u għaldaqstant ma jaqbilx mal-osservazzjoni tal-Qorti li jkun tajjeb li l-akkwist pubbliku jkun l-għażla awtomatika;

213.

Jinsab imħasseb mill-osservazzjoni tal-Qorti li l-aġenziji involuti ma stabbilixxewx sistemi adegwati ta' monitoraġġ u evalwazzjonijiet ex post; jistieden lill-aġenziji jiżviluppaw evalwazzjonijiet ex post biex itejbu l-monitoraġġ u r-rappurtar tagħhom dwar l-attivitajiet iffinanzjati permezz ta' għotja;

214.

Jenfasizza li l-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni tar-riżultati huma essenzjali għall-obbligu ta' rendikont pubbliku u biex min ifassal il-politiki jkollu disponibbli informazzjoni komprensiva; jenfasizza li minħabba n-natura deċentralizzata tagħhom, dan hu saħansitra aktar rilevanti għall-aġenziji; jistieden lill-aġenziji jwaqqfu sistemi ta' monitoraġġ u rappurtar tal-għotjiet ibbażati fuq indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jkunu orjentati lejn ir-riżultati u lejn l-impatt, kif ukoll riżultati tal-evalwazzjoni ex post; iqis li r-rwol ta' indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni huwa kruċjali għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-progress, l-impatt u r-riżultati;

215.

Jinnota bi tħassib li l-indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni jkomplu jiffokaw fuq l-inputs u l-outputs aktar milli fuq ir-riżultati u l-impatti; jistieden lill-aġenziji jiżviluppaw l-indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni tagħhom b'mod aktar strateġiku u jibbażawhom fuq ir-riżultati u l-impatti;

216.

Jistieden lill-aġenziji jiżviluppaw u jwettqu evalwazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanijiet ta' ħidma annwali tagħhom sabiex itejbu l-effiċjenza permezz ta' implimentazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni aktar preċiżi;

217.

Jirrakkomanda l-allokazzjoni strateġika ta' għodod finanzjarji għal objettivi fuq perjodu qasir sabiex titjieb il-preċiżjoni tad-deċiżjonijiet ta' finanzjament;

218.

Jappella lin-Netwerk tal-Aġenziji tal-Unjoni biex jassisti lill-aġenziji jtejbu l-proċeduri ta' finanzjament tagħhom u, b'mod partikolari, il-proċeduri tagħhom għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni f'dan ir-rigward;

219.

Jenfasizza b'mod partikolari s-sejbiet tal-Qorti rigward il-proċeduri għall-għotjiet u l-bżonn ta' trasparenza, trattament ugwali u l-evitar ta' kunflitti ta' interess potenzjali; jistieden lill-aġenziji kkonċernati biex kemm jista' jkun malajr jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti;

220.

Jappella lill-aġenziji biex japplikaw proċeduri speċifiċi għall-għotjiet sabiex jistabbilixxu proċeduri interni formali li jirregolaw il-prinċipji ta' trasparenza u trattament ugwali, u li jissalvagwardjaw kontra l-potenzjal ta' kunflitti ta' interess; jenfasizza li għal din ir-raġuni, l-aġenziji għandhom isaħħu s-sistema ta' verifikazzjoni tagħhom rigward l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' għotjiet;

221.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-aġenziji li kienu soġġetti għall-awditjar f'dan ir-rapport speċjali biex jipprovdu lill-Parlament b'aġġornament tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet:

Parti XVIII   Rapport Speċjali Nru 13/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “L-Assistenza tal-Unjoni għat-tisħiħ tal-amministrazzjoni pubblika fil-Moldova”

222.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti, japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis dawn ir-rakkomandazzjonijiet fil-ħidma biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tar-Repubblika tal-Moldova;

223.

Jinnota bi tħassib li l-Unjoni kkontribwixxiet biss b'mod parzjali biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni pubblika u li l-Qorti rreġistrat għadd ta' nuqqasijiet, inklużi dgħufijiet fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti awditjati;

224.

Jinnota, madankollu, li l-Kummissjoni trid topera f'kuntest politiku diffiċli u tiltaqa' ma' korruzzjoni mifruxa u ħafna dgħufijiet tal-istituzzjonijiet pubbliċi bħal burokrazija eċċessiva, nuqqas ta' enfasi fuq il-funzjonijiet ewlenin, rata għolja ta' bidla fil-persunal, effiċjenza baxxa u nuqqas ta' responsabbiltà; jinnota wkoll li l-Moldova hija kkaratterizzata bil-kbir minn instabbiltà politika, taqlib ekonomiku, faqar enormi u emigrazzjoni enormi;

225.

Jinnota li għalkemm iċ-ċirkostanzi politiċi partikolari u l-fatturi esterni kellhom rwol importanti fis-suċċess tal-programmi bbaġitjati u tabilħaqq ħafna drabi kienu jmorru lil hinn mill-kontroll tal-Kummissjoni, kien hemm dgħufijiet konkreti li setgħu ġew indirizzati mill-Kummissjoni;

226.

Jinnota li d-dgħufijiet osservati mill-Qorti inkludew ir-rispons kajman min-naħa tal-Kummissjoni għal żviluppi għal għarrieda, allinjament dgħajjef tal-programmi mal-istrateġiji nazzjonali tal-Moldova, nuqqas ta' miri ambizzjużi, kundizzjonijiet vagi u mhux ċari, u nuqqas ta' ġustifikazzjoni għall-għoti ta' fondi addizzjonali bbażati fuq l-inċentivi;

227.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-kontropartijiet tagħha tal-Moldova jiżviluppaw strateġiji nazzjonali sistematiċi u fformulati b'mod ċar, li jkunu jinkludu objettivi ċari u li jistgħu jitkejlu, kif ukoll biex it-tfassil tal-programmi fil-pajjiż ikun jaqbel aħjar ma' dawn l-istrateġiji;

228.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tagħmel użu minn evalwazzjonijiet ex ante biex tivvaluta b'mod ċar il-ħtiġijiet ta' finanzjament u toħloq ippjanar baġitarju ffukat u ġustifikat;

229.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' strateġija realment effettiva tal-gvern fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jilqa' l-ħatra tal-konsulent ta' livell għoli ta' kontra l-korruzzjoni għall-uffiċċju tal-Prim Ministru; itenni, madankollu, il-ħtieġa ta' strateġija aktar ambizzjuża u effettiva u impenn politiku akbar mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex ikunu żgurati riżultati sostenibbli f'dan ir-rigward; jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali jiffukaw fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u trasparenza u integrità akbar tal-amministrazzjoni pubblika bħala kwistjoni ta' prijorità;

230.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli d-djalogu mal-mexxejja politiċi fl-ispettru politiku kollu, l-awtoritajiet nazzjonali u l-esperti dwar il-ġudikatura u l-infurzar tal-liġi, bil-għan li jintlaħaq qbil dwar il-ġlieda attiva kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri u mekkaniżmi stretti għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-kriminalità ekonomika skont il-liġi kriminali tal-pajjiż;

231.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tfassal proġetti li jsaħħu d-drittijiet u l-pożizzjoni tal-informaturi li jiġbdu l-attenzjoni tal-pubbliku lejn il-każijiet ta' korruzzjoni u frodi;

232.

Jinnota li l-metodi ewlenin għall-għoti tal-għajnuna huma l-appoġġ baġitarju settorjali (74 % tal-għajnuna) u l-proġetti; jinnota b'dispjaċir li l-appoġġ baġitarju kellu effett limitat fuq it-tisħiħ tal-amministrazzjoni pubblika;

233.

Jinnota bi tħassib li l-metodu ta' sostenn baġitarju settorjali huwa mezz ta' distribuzzjoni baġitarja b'riskju għoli ħafna, speċjalment fil-kuntest tal-Moldova, fejn l-amministrazzjoni pubblika hija pparalizzata minn korruzzjoni enormi u ddominata minn oligarkija lokali; jistieden lill-Kummissjoni terġa' tqis il-metodi utilizzati abbażi ta' analiżi profonda tar-riskju;

234.

Jistieden lill-Kummissjoni tutilizza metodi li jġibu riżultati viżibbli u tanġibbli għaċ-ċittadini tal-Moldova;

235.

Jinnota li d-disinji tal-proġetti ġeneralment ġeneralment kienu rilevanti, għalkemm kienu nieqsa mill-koordinazzjoni fir-rigward tal-ambitu u ż-żmien u l-għajnuna teknika għall-iżvilupp tal-kapaċità amministrattiva waslet aktar tard milli meħtieġ;

236.

Jiddispjaċih li għalkemm il-proġetti ġeneralment taw l-outputs mistennija, ir-riżultati ma kinux dejjem sostenibbli, u li dan huwa parzjalment minħabba r-rieda politika u fatturi esterni; jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-kisbiet ta' proġetti li rnexxew, li huma sostenibbli, għandhom valur miżjud kwantifikabbli u li ġew implimentati u użati skont ir-regolamenti; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-ippjanar strateġiku u tiżgura s-sostenibbiltà u l-vijabbiltà tal-proġetti billi dan isir prekundizzjoni tal-proġetti;

237.

Jinnota li l-proġetti parzjalment ikkontribwixxew għat-tisħiħ tal-amministrazzjoni pubblika, madankollu mhux dejjem kienu konformi mal-ħtiġijiet jew l-objettivi tal-amministrazzjoni tal-Moldova; jistieden lill-Kummissjoni tiffoka l-proġetti b'mod aktar speċifiku fuq ħtiġijiet nazzjonali konkreti;

238.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssegwi l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba; jistieden lill-Kummissjoni tgħin tfassal proġetti li jservu bħala punt ta' tluq lejn investimenti ulterjuri fil-pajjiż u biex tistabbilixxi kooperazzjoni mal-istituzzjoni finanzjarja internazzjonali f'dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti prijorità lil proġetti li għandhom potenzjal kbir f'oqsma ewlenin bħalma huma l-akkwist pubbliku jew il-proċeduri ta' selezzjoni, u tevita li tiffinanzja proġetti li għandhom prospetti limitati ta' sostenibbiltà;

239.

Jinnota bi tħassib li, għalkemm fl-2012 il-Kummissjoni żviluppat analiżi aktar sistematika tar-riskju, kumitati ta' tmexxija ta' livell għoli għal operazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju u sistema ta' twissija bikrija dwar riskji li għadhom kemm ġew materjalizzati, ma kienx possibbli li s-“serqa tas-seklu” tiġi identifikata f'waqtha, fejn USD 1 biljun f'fondi tad-depożitanti, li potenzjalment kienu anke jinkludu kontribuzzjonijiet mill-finanzi tal-Unjoni, insterqu tul skandlu kbir tal-korruzzjoni; jinnota li l-pagamenti ta' appoġġ baġitarju eventwalment twaqqfu f'Lulju 2015 u t-tkomplija tagħhom kienet soġġetta għal titjib fis-sitwazzjoni makroekonomika u fiskali u l-konklużjoni ta' ftehim tal-FMI;

240.

Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sistema ta' twissija bikrija u l-analiżi tar-riskju sabiex ikun hemm reazzjoni aktar malajr u aktar flessibbli għal riskji potenzjali;

241.

Josserva li l-bini ta' kapaċità amministrattiva fil-Moldova jikkostitwixxi kwistjoni ewlenija minħabba li l-pajjiż m'għandux kontroll sħiħ fuq it-territorju kollu tiegħu, li jinċentiva tendenzi separatisti ta' forzi inklinati lejn ir-Russja; ifakkar li l-Moldova għandha perspettiva Ewropea u għalhekk dan il-pajjiż huwa sieħeb strateġiku għall-Unjoni;

242.

Jiddispjaċih li l-instabbiltà politika li għadha għaddejja fil-Moldova qed tagħmel ħsara fit-tul lill-kredibbiltà tal-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż, li jwassal għal progress limitat lejn id-demokrazija, tnaqqis fl-appoġġ għall-integrazzjoni tal-Unjoni u żieda f'inizjattivi politiċi favur ir-Russja;

243.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-impenn tagħha fil-Moldova, bil-għan li ssaħħaħ l-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika bejn l-Unjoni u l-Moldova; jenfasizza l-importanza tal-appoġġ tal-Unjoni, il-gwida u l-monitoraġġ fuq riformi prijoritarji mmirati li jindirizzaw il-politiċizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-istat, il-korruzzjoni sistematika u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, bil-għan li jintlaħqu dawn l-objettivi;

Parti XIX   Rapport Speċjali Nru 14/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Inizjattivi ta' politika u appoġġ finanzjarju tal-UE għall-integrazzjoni tar-Rom: sar progress sinifikanti fl-aħħar għaxar snin, iżda sforzi addizzjonali huma meħtieġa fil-prattika”

244.

Huwa konxju tal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE (11) dwar l-Ugwaljanza bejn ir-Razez, id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (12) dwar l-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol u d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) dwar il-libertà ta' moviment u ta' residenza fl-Unjoni;

245.

Jilqa' d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal-2008 dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija (14), ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Rom (15), il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 dwar “Qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom għall-perjodu sal-2020” (COM(2011) 173), tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri effettivi ta' integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri (16), kif ukoll il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2015 bit-titolu “Rapport dwar l-implimentazzjoni ta' Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom tal-2015” (COM(2015) 299);

246.

Jirrimarka li l-integrazzjoni tar-Rom tiddependi mill-inklużjoni tagħhom u l-ħila tagħhom li jgawdu l-istess drittijiet bħal dawk rikonoxxuti għaċ-ċittadini kollha Ewropej li huma jagħmlu għalkollox parti minnhom;

247.

Jiġbed l-attenzjoni għall-prinċipji bażiċi komuni għall-inklużjoni tar-Rom (17), jiġifieri l-għaxar prinċipji bażiċi komuni diskussi fl-ewwel laqgħa tal-Pjattaforma Ewropea għall-Inklużjoni tar-Rom li saret fi Praga fl-2009, qabel ma ġew inklużi bħala anness għall-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur tat-8 ta' Ġunju 2009;

248.

Japprova r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jimplimentaw kemm jista' jkun malajr ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

249.

Iqis li l-fatt li l-inklużjoni u l-integrazzjoni tar-Rom matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 ma ngħatawx biżżejjed attenzjoni huwa diżappunt; jistieden li jitqiesu aktar, waqt it-tfassil tal-qafas strateġiku futur tal-Unjoni, id-diffikultajiet ta' inklużjoni u d-diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-Rom u komunitajiet oħra emarġinati;

250.

Iqis li l-fatt li l-istħarriġ li sar mill-Qorti ma qiesx firxa usa' ta' pajjiżi fejn ir-Rom jikkostitwixxu popolazzjoni sinifikanti, bħal pereżemju l-Islovakkja, il-Greċja u Franza huwa sfortuna;

251.

Jistieden lill-Istati Membri jiddefinixxu l-persuni żvantaġġati li jixtiequ li jkunu l-mira skont il-ħtiġijiet u l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom u biex jagħtu attenzjoni speċjali lill-popolazzjonijiet Rom fl-allokazzjoni ta' fondi Ewropej;

252.

Jiddeplora l-fatt li l-kumplessità tal-fondi tal-politika ta' koeżjoni, li huma l-uniċi disponibbli għal proġetti relatati mal-inklużjoni, l-integrazzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-konfront tar-Rom, ma tippermettix kontribut suffiċjenti għall-inklużjoni tar-Rom u biex jiġi żgurat l-aċċess tagħhom għad-drittijiet;

253.

Iqis li jkun tajjeb li kull Stat Membru jadotta pjan direzzjonali bl-għan li janalizza l-impatt reali ta' liġijiet, regolamenti, dispożizzjonijiet amministrattivi, u fondi qabel ma jingħata appoġġ lir-Rom u jidentifika fejn għandhom jiġu msaħħa r-riżorsi u l-kapaċitajiet amministrattivi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali biex jingħata appoġġ għat-tfassil u l-ġestjoni ta' proġetti favur l-inklużjoni, l-integrazzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fir-rigward tar-Rom;

254.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-finanzjament disponibbli għar-Rom, tanalizza l-ostakli eżistenti u tikkunsidrahom fil-kuntest tas-semplifikazzjoni ta' fondi;

255.

Jirrikonoxxi l-importanza li jintagħżlu, fl-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, proġetti fit-tul favur komunitajiet tar-Rom emarġinati;

256.

Jirrimarka l-ħtieġa li jiġu żviluppati kriterji ta' għażla aktar flessibbli għal proġetti favur l-inklużjoni tar-Rom u komunitajiet oħra emarġinati;

257.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, matul il-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss jew matul ir-reviżjoni tal-programmi operattivi, li l-objettivi ta' integrazzjoni tar-Rom inklużi fl-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom ikunu riflessi fil-qafas tal-fondi strutturali u ta' investiment ewropej fil-livelli operattivi kollha;

258.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jipprovdu data statistika rilevanti u armonizzata dwar ir-Rom, li tagħti lok li jiġu vvalutati aħjar l-inklużjoni soċjali, amministrattiva u ekonomika tagħhom;

259.

Isostni li l-esklużjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni, il-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar, l-esklużjoni mill-edukazzjoni, il-qgħad u d-diskriminazzjoni fl-aċċess għall-impjiegi sikwit huma elementi ewlenin tal-emarġinazzjoni; jiġbed, għalhekk, l-attenzjoni fuq l-importanza li jkun hemm inizjattivi integrati, li jiġbru fihom il-qasam tad-djar, l-edukazzjoni u l-aċċess għall-impjiegi, biex jiġu megħjuna r-Rom u komunitajiet oħra emarġinati;

260.

Jirrimarka li ostaklu ewlieni fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-konfront tar-Rom huwa r-rata baxxa ferm ta' rappurtar ta' każijiet ta' diskriminazzjoni lill-organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet bħall-pulizija u s-servizzi soċjali; għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri jadottaw strateġija biex tiġi rimedjata d-diskriminazzjoni istituzzjonali u biex jittaffa l-effett tan-nuqqas ta' fiduċja min-naħa tar-Rom fil-konfront tal-istituzzjonijiet;

261.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, bi sħubija mar-rappreżentanti ta' komunitajiet emarġinati, b'mod partikolari l-popolazzjonijiet Rom u “l-istituzzjonijiet speċjalizzati”, ċiklu ta' taħriġ għall-gvernijiet tal-Istati Membri biex jiġġieldu l-prattiki diskriminatorji, u jkunu aktar ta' eżempju biex titrawwem l-inklużjoni permezz ta' djalogu b'saħħtu, kostruttiv u effettiv;

262.

Jinnota li l-Unjoni għandha programm għall-impjiegi u l-innovazzjoni soċjali, li għandu baġit ta' EUR 900 miljun għall-perjodu 2014-2020, li jagħti attenzjoni partikolari lill-persuni vulnerabbli, u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

263.

Jitlob lill-Kummissjoni tirrifletti dwar l-istabbiliment ta' fond Ewropew iddedikat speċifikament għall-inklużjoni tar-Rom u komunitajiet oħra emarġinati, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura kontroll adegwat tan-nefqa minn fond tali;

264.

Jistieden lill-Kummissjoni tfassal strateġija ġenwina Ewropea għall-inklużjoni tar-Rom, li tkun pjan ta' azzjoni Ewropew imħejji u implimentat fil-livelli politiċi u amministrattivi kollha, li jinvolvi lir-rappreżentanti tal-komunità Rom u li jkun ibbażat fuq il-valuri fundamentali tal-ugwaljanza, l-aċċess għad-drittijiet, u n-nondiskriminazzjoni; isostni li din l-istrateġija trid tikkontribwixxi għall-inklużjoni effettiva tar-Rom u l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni, l-impjiegi, l-akkomodazzjoni, il-kultura, il-kura tas-saħħa, il-parteċipazzjoni f'affarijiet pubbliċi, it-taħriġ u l-moviment liberu fl-Unjoni;

265.

Jirrimarka madankollu li huwa l-kompitu tal-Istati Membri li jieħdu l-miżuri kollha ta' appoġġ favur ir-Rom u li jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tal-liġi nazzjonali u tad-drittijiet kollha fit-territorju tagħhom, mingħajr ebda diskriminazzjoni;

Parti XX   Rapport Speċjali Nru 15/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Il-Kummissjoni mmaniġġjat b'mod effettiv l-għajnuna umanitarja pprovduta lill-popolazzjonijiet milquta minn kunflitti fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani?”

266.

Jilqa' r-rapport speċjali ddedikat għar-rieżami tar-riskji relatati ma' approċċ orjentat lejn ir-riżultati, għal azzjoni tal-Unjoni fl-iżvilupp u l-kooperazzjoni, u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

267.

Jilqa' s-sejbiet skont liema l-għajnuna umanitarja kienet ġestita b'mod effettiva, speċjalment f'ambjent tax-xogħol diffiċli kkaratterizzat minn nuqqas ta' sigurtà u imprevedibbiltà li jrendu l-implimentazzjoni effiċjenti sfida reali;

268.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha favur il-kollegament bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp meta jippermettu l-kundizzjonijiet lokali. Dan jista' jiġi potenzjalment appoġġat permezz ta' pjattaforma permanenti bejn is-servizzi li tikkollega l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp; jemmen li din il-pjattaforma tista' sservi, fost skopijiet oħra, għall-identifikazzjoni ta' programmi potenzjali biex jiġu kkombinati; iqis li approċċi integrati b'għanijiet ta' koordinazzjoni ddikjarati b'mod ċar u strateġija tal-pajjiż/reġjun koerenti fost il-partijiet interessati kollha għandhom jiġu mwaqqfa fejn ikun possibbli;

269.

Jistieden barra minn hekk lis-servizzi tal-Kummissjoni biex iwettqu tranżizzjoni aħjar minn attivitajiet umanitarji għal żmien qasir għal interventi ta' żvilupp fit-tul u għal koordinazzjoni koerenti mhux biss fost atturi differenti tal-Unjoni iżda wkoll bi prijoritajiet nazzjonali u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn permezz ta' strateġija komuni ta' qafas umanitarju u ta' żvilupp konġunt;

270.

Iqis li għandha ssir evalwazzjoni sistematika tat-twassil reali tal-interventi umanitarji b'valutazzjoni tal-ispejjeż amministrattivi fir-reġjun permezz ta' aktar attenzjoni fuq l-effiċjenza u bl-iżvilupp ta' punti ta' riferiment possibbli għal spejjeż komuni u regolari;

271.

Iħeġġeġ, kull meta jkun possibbli, li l-perjodi ta' żmien jiġu adottati aħjar għall-ambjent ta' intervent sabiex jiġu evitati estensjonijiet twal u li jiswew il-flus;

272.

Jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u tan-NU jirrispettaw u jimplimentaw bis-sħiħ il-Ftehim Qafas Finanzjarju u Amministrattiv; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim u l-linji gwida relatati, u biex tidentifika l-oqsma li jeħtieġu titjib u tressaq proposti rilevanti f'dan ir-rigward;

273.

Ifakkar li r-rapporti minn Organizzazzjonijiet Internazzjonali u tan-NU għandhom jiżguraw l-iktar traċċabbiltà preċiża ta' finanzjament possibbli, tqabbil ma' aspetti operattivi tat-twassil tal-għajnuna li ntlaħaq ftehim dwarhom fil-bidu tal-intervent kif ukoll li jipprovdu feedback utli għas-servizzi tal-Kummissjoni; jenfasizza l-importanza li organizzazzjonijiet sħab iwasslu rapporti f'waqthom lill-Kummissjoni, sabiex jippermettu ġestjoni rapida jew aġġustament tar-rispons umanitarju u modalitajiet ta' finanzjament;

274.

Jenfasizza l-ħtieġa li jittejjbu l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza tan-NU fir-rigward tal-użu tar-riżorsi u l-prestazzjoni tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-orjentazzjonijiet u l-għanijiet strateġiċi umanitarji u ta' żvilupp li ntlaħaq ftehim dwarhom internazzjonalment;

275.

Jitlob lill-Kummissjoni tintroduċi valutazzjonijiet tar-riżultati f'livell tal-pjanijiet ta' implimentazzjoni umanitarja biex jippermettu valutazzjoni (benchmarking) komparattiva ta' talipjanijiet u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki;

276.

Jiddispjaċih għall-firxa wiesgħa ta' informazzjoni orjentata lejn ir-riżultati li mhijiex kompluta jew mhux suffiċjenti, u li timpedixxi lill-Kummissjoni milli teżerċita b'mod xieraq il-funzjoni ta' monitoraġġ tagħha;

277.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jinkiseb l-ogħla livell ta' trasparenza u obbligu istituzzjonali ta' rendikont fil-livelli kollha billi jiġi żgurat l-aċċess għal informazzjoni baġitarja u data finanzjarja eżawrjenti u affidabbli relatati mal-proġetti b'finanzjament mill-Unjoni, b'mod li l-Parlament ikun jista' jeżerċita l-funzjoni ta' skrutinju tiegħu.

Parti XXI   Rapport Speċjali Nru 16/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “L-objettivi tal-UE għall-edukazzjoni: il-programmi huma allinjati iżda hemm nuqqasijiet fil-kejl tal-prestazzjoni”

278.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti, japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha u jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni taċċettahom u se tikkunsidrahom;

279.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni implimentat rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-Qorti fil-qafas ġuridiku tagħha tal-fondi strutturali u tal-ivestiment Ewropej għall-2014-2020, u b'hekk tiżgura valur aħjar għall-flus, jiġifieri, permezz ta' qafas u riżerva ta' prestazzjoni, kundizzjonalitajiet ex ante, indikaturi tal-output u tar-riżultati komuni;

280.

Jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq il-prestazzjoni u r-riżultati u jinsab kuntent li l-qafas regolatorju l-ġdid għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 jinkludi dispożizzjonijiet għar-rappurtar dwar ir-riżultati mill-Istati Membri;

281.

Jinnota n-nuqqasijiet fil-kejl tal-prestazzjoni b'mod partikolari fl-istabbiliment ta' miri u ta' indikaturi tal-output u tar-riżultati għall-proġetti implimentati fil-perjodu 2007-2013; jiddispjaċih li l-indikaturi tar-riżultati għadhom mhumiex totalment affidabbli u jistenna li d-dgħufija titneħħa għat-tieni nofs tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;

282.

Jilqa' x-xejra fit-tnaqqis tal-għadd ta' persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien u mill-edukazzjoni terzjarja; jistieden lill-Istati Membri jallinjaw il-miri speċifiċi nazzjonali tagħhom ma' dawk tal-Unjoni biex jinkisbu aħjar l-objettivi għall-edukazzjoni;

283.

Jinnota li r-rata ta' impjieg fil-mira fost iż-żgħażagħ gradwati fl-Unjoni ġiet stabbilita għal 82 % sal-2020 u li erba' mill-ħames Stati Membri miżjura għadhom ma laħqux din il-mira; jindika li dawn l-erba' Stati Membri ffaċċjaw kriżi ekonomika serja li issa qed jibdew jirkupraw minnha; jemmen li għadu possibbli li dawn l-Istati Membri jilħqu u saħansitra jaqbżu din il-mira;

284.

Jisħaq l-importanza li jinżamm livell suffiċjenti ta' investimenti tal-Unjoni fl-edukazzjoni, meta titqies ir-rabta qawwija bejn il-kisba edukattiva u l-impjegabbiltà;

Parti XXII   Rapport Speċjali Nru 17/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “L-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jagħmlu aktar biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-akkwist pubbliku tagħhom”

285.

Jilqa' s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Qorti;

286.

Jappella għal żieda fit-trasparenza tal-akkwist pubbliku fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll fil-livell nazzjonali, permezz ta' disponibbiltà għall-pubbliku ta' dokumenti u data dwar l-akkwist pubbliku; iqis li l-viżibbiltà tal-attivitajiet ta' akkwist tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fuq l-Internet hija dgħajfa, li l-informazzjoni hija insuffiċjenti, mhux ċara u mifruxa fuq diversi siti tal-Internet;

287.

Jappoġġa bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni joħolqu punt ta' kuntatt waħdieni komuni elettroniku għall-attivitajiet ta' akkwist tagħhom, li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jsibu l-informazzjoni rilevanti kollha f'post online wieħed u biex jinteraġixxu mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' dan is-sit web; jemmen li l-proċeduri ta' akkwist, inklużi l-komunikazzjoni dwar ir-regoli applikabbli, l-opportunitajiet kummerċjali, id-dokumenti rilevanti tal-akkwist, is-sottomissjoni tal-offerti u kull komunikazzjoni oħra bejn l-istituzzjonijiet u l-operaturi ekonomiċi għandhom jiġu mmaniġġjati kollha permezz ta' dan il-one stop shop;

288.

Jitlob li s-sit web tal-Kummissjoni dwar il-fondi Ewropej mogħtija lill-Istati Membri kollha għandu jiġi ppubblikat f'waħda mit-tliet lingwi ta' ħidma tal-istituzzjoni u jinkludi l-istess data għall-Istati Membri kollha, tal-inqas il-valur, l-għan tal-kuntratt, l-isem tal-kuntrattur, l-isem tas-sottokuntratturi (jekk ikun hemm), it-tul tal-kuntratt u jekk jeżistu dokumenti addizzjonali; jirrimarka li dan se jippermetti lill-NGOs mill-Istati Membri u liċ-ċittadini kollha josservaw kif jintefqu l-flus u l-kosteffiċjenza tal-proġetti;

289.

Jinsisti li huwa r-rwol tal-awtoritajiet kontraenti li jiżguraw akkwist pubbliku li huwa bbażat fuq is-suq, li jiġġenera ammont suffiċjenti ta' offerti u jipprovdi aċċess bilanċjat lill-operaturi ekonomiċi kollha; jaqbel mal-Qorti li fir-rigward tar-reviżjoni tal-2016 li għaddejja tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tipproponi ġabra unika tar-regoli għall-akkwist pubbliku; jenfasizza li l-parteċipazzjoni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għandha tiġi mħeġġa b'mod espliċitu, b'kuntrast mas-sitwazzjoni attwali fejn l-operaturi l-kbar biss qegħdin f'vantaġġ; iqis li għandhom jiġu inklużi r-regoli dwar studju tas-suq qabel il-kuntratti tal-bini u dwar ir-reġim tal-lingwa għall-proċeduri ta' akkwist f'ġabra unika tar-regoli filwaqt li d-devjazzjonijiet mid-Direttiva dwar l-Akkwist (18) għandhom jiġu ġġustifikati;

290.

Ifakkar li l-użu ta' proċeduri ta' akkwist ristretti mill-awtoritajiet kontraenti jiskoraġġixxi lill-offerenti potenzjali, jimblokka t-trasparenza u l-informazzjoni dwar kif jintużaw flus il-kontribwenti; jenfasizza li l-Kunsill uża proċeduri ristretti għall-maġġoranza vasta tal-offerti tiegħu u li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni meħuda flimkien taw 25 % jew aktar tal-kuntratti tagħhom wara proċedura ristretta bejn l-2010 u l-2014; jitlob li dawn il-proċeduri jiġu użati f'numru limitat ħafna ta' każijiet, b'ġustifikazzjoni xierqa;

291.

Jieħu nota tal-fatt li l-Parlament jippubblika fuq is-sit web tiegħu lista annwali kompluta tal-kuntratturi kollha tiegħu li ngħataw kuntratti b'valur ta' aktar minn EUR 15 000, iżda li ma jippubblikax il-kuntratti kollha tiegħu; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kollha biex jagħmlu disponibbli l-informazzjoni sħiħa dwar il-kuntratturi u l-kuntratti kollha mogħtija permezz ta' akkwist pubbliku, inklużi każijiet ta' għoti dirett jew proċeduri ristretti;

292.

Jisħaq fuq il-bżonn ta' aktar pubbliċità u avviżi dwar kuntratti trasparenti ppubblikati għall-operaturi kollha; ifakkar li, skont is-sejbiet tal-Qorti, “il-Parlament Ewropew uża proċedura negozjata biex ikkonkluda 'kuntratt ta' bini' għal EUR 133,6 miljun għal bini fi Brussell għalkemm il-bini ma kienx jeżisti meta ġie ffirmat il-kuntratt fis-27 ta' Ġunju 2012”, filwaqt li injora r-regola li bini eżistenti biss huwa kopert mill-eċċezzjoni tas-sejħa għall-offerti fuq il-bażi l-aktar wiesgħa possibbli pprovduta fl-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Applikazzjoni; jissottolinja bil-qawwa li kull bini mhux lest jew bini li għadu ma nbeniex għandu jkun soġġett għal metodi miftuħa u kompetittivi ta' għoti u jemmen li din il-politika għandha tkun estiża għall-kuntratti kollha ta' bini, minħabba l-kumplessità tal-kuntratti u l-ammonti kbar ta' fondi involuti;

293.

Jaqbel mal-Qorti li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jaqsmu l-kuntratti f'lottijiet kull fejn possibbli biex iżidu l-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' akkwist tagħhom; jissottolinja li fl-2014, il-Kunsill ta kuntratt qafas għal 10 snin, b'valur ta' aktar minn EUR 93 miljun, għall-ġestjoni, il-manutenzjoni, it-tiswija u l-adattament ta' installazzjonijiet tekniċi fil-bini preżenti jew futur tiegħu lil kumpanija waħda mingħajr ma qasmu f'lottijiet; isemmi li l-Kummissjoni pproċediet bl-istess mod fl-2015 għall-kuntratt tagħha ta' ħames snin magħruf bħala “Pariri tal-Ewropa tiegħek” — is-servizz legali mingħajr ħlas tal-Unjoni, b'valur ta' madwar EUR 9 miljun; jenfasizza li n-nuqqas ta' diviżjoni flimkien ma' dewmien eċċessivament twil ta' kuntratti qafas (ta' għaxra jew seba' snin, b'rekord ta' 17-il sena fuq kuntratt mogħti mill-Kunsill għall-bini Justus Lipsus) jeqred il-kompetizzjoni, iħeġġeġ n-nuqqas ta' trasparenza u l-korruzzjoni potenzjali; jitlob għaldaqstant lill-istituzzjonijiet kollha biex itemmu dawn il-prattiki, li jmorru kompletament kontra l-ispirtu ta' trasparenza u prattika tajba li l-Unjoni għandha tippromwovi;

294.

Jirrikjedi li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jiżviluppaw u jimplimentaw għodod u metodi adegwati għal verifiki u evalwazzjonijiet, sabiex jirrikonoxxu u jindikaw il-preżenza ta' irregolaritajiet; itenni li huma meħtieġa teknoloġiji aħjar ta' monitoraġġ, identifikazzjoni, analiżi u rappurtar sabiex ikunu jistgħu jiġu miġġielda l-frodi u l-korruzzjoni; jinsisti li dan l-għarfien għandu jsir disponibbli wkoll għall-Istati Membri; jenfasizza r-rwol ċentrali tal-informaturi fil-kxif ta' għemil ħażin u jfakkar li kull istituzzjoni u aġenzija Ewropea trid tadotta regoli vinkolanti interni għall-protezzjoni tal-informaturi, skont l-Artikolu 22c tar-Regolament tal-Persunal, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014;

295.

Jaqbel mal-Qorti li l-Kummissjoni għandha tipproponi emendi għar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni sabiex tippermetti rieżami rapidu tal-ilmenti mill-operaturi ekonomiċi li jqisu li jkunu ġew trattati b'mod inġust; jinnota li dan ir-rieżami għandu jsir qabel ma l-operaturi ekonomiċi jirrikorru għand l-Ombudsman Ewropew jew il-qrati tal-Unjoni;

296.

Iqis li l-infurzar tal-liġi fl-akkwist pubbliku jista' jiġi żgurat l-ewwel u qabel kollox billi jiġu stabbiliti korpi u aġenziji investigattivi kompetenti u indipendenti li jiffokaw fuq l-investigazzjoni tal-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku; jirrimarka li l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-Unjoni għandhom jaqsmu bejniethom l-informazzjoni u l-intelligence dwar l-akkwist pubbliku, kif ukoll mal-OLAF, l-Europol, l-Eurojust u korpi oħra investigattivi; jirrakkomanda b'mod qawwi li l-istituzzjonijiet b'poteri investigattivi, partikolarment l-OLAF, itejbu s-sistemi ta' ġestjoni ta' każijiet tagħhom biex jipproduċu rapporti u statistika dwar it-tipi differenti ta' allegazzjonijiet taħt investigazzjoni u r-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet;

297.

Jilqa' l-konklużjoni tal-Qorti li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jeħtieġu jwaqqfu repożitorju pubbliku uniku tal-informazzjoni relatata mal-kuntratti ta' akkwist tagħhom sabiex ikun jista' jsir monitoraġġ ex post effikaċi tal-attivitajiet ta' akkwist tagħhom;

298.

Jenfasizza li l-ġbir ċentrali tad-data tal-akkwist pubbliku jgħin sabiex jinbnew statistiki sinifikanti, preċiżi u dettaljati bl-għan li jipprevjenu, jidentifikaw u jinvestigaw il-korruzzjoni fir-rigward tal-akkwist pubbliku u jieħdu l-kontromiżuri xierqa; jenfasizza li aktar oqsma tad-data fil-bażijiet tad-data ċentrali dwar l-akkwist (inklużi Tenders Electronic Daily (TED)) jistgħu jirreferu għal sitwazzjonijiet ta' allert fir-rigward ta' irregolaritajiet fl-akkwist pubbliku; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jiżguraw li tali bażijiet tad-data jimtlew b'mod f'waqtu u komplut;

299.

Jissottolinja r-rwol tal-ġurnalisti investigattivi u l-NGOs fl-iżgurar tat-trasparenza fil-proċess tal-akkwist pubbliku u l-identifikazzjoni tal-frodi jew ta' kunflitti ta' interess potenzjali; jemmen bis-sħiħ li l-kategoriji msemmija hawn fuq għandu jkollhom aċċess sħiħ għal ARACHNE, ORBIS u strumenti u bażijiet tad-data oħra relatati li jippermettu li jinstab kwalunkwe suspett ta' kunflitt ta' interess jew ta' korruzzjoni fl-akkwist pubbliku fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari fir-rigward ta' proposti għal akkwisti magħmula bl-użu ta' fondi Ewropej;

300.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji kollha biex dejjem jippubblikaw is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess għall-maniġment ta' livell medju u superjuri, għall-membri, l-esperti u għal kull tip ta' korp jew struttura, saħansitra f'każijiet ta' esperti separati mill-Istati Membri, peress li s-CVs ta' dawn l-esperti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku f'kull ħin; jissottolinja li dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess li xi istituzzjonijiet u aġenziji għadhom jużaw mhijiex id-dokument xieraq li jrid jiġi ppubblikat, peress li l-evalwazzjoni ta' preżenza jew nuqqas ta' kunflitt ta' interess għandha dejjem tkun parti minn organizzazzjoni jew korp terz indipendenti;

301.

Jistieden lill-Qorti biex b'mod regolari tippubblika rekords tal-abbużi kollha relatati ma' każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta kif ukoll is-sitwazzjonijiet kollha ta' kunflitt ta' interess jew sitwazzjonijiet ta' revolving doors identifikati matul il-proċessi ta' monitoraġġ jew ta' verifika u jitlob lill-Qorti biex għall-inqas kull sena tippubblika rapporti speċjali dwar il-politika u l-każijiet ta' kunflitt ta' interess fl-aġenziji u l-impriżi konġunti kollha Ewropej, b'mod partikolari dawk marbuta mal-industriji;

302.

Jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jużaw evalwazzjoni bejn il-pari għal tagħlim reċiproku u skambju tal-aħjar prattika tal-akkwist pubbliku;

Parti XXIII   Rapport Speċjali Nru 18/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Is-sistema tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti sostenibbli”

303.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti, speċjalment il-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Qorti; jinnota li l-Kummissjoni aċċettat erbgħa minn ħames rakkomandazzjonijiet sħaħ, u rakkomandazzjoni waħda aċċettat parti minnha; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-aċċettazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjoni dwar l-affidabbiltà tad-data pprovduta mill-Istati Membri;

304.

Jinnota li l-Unjoni hija kkunsidrata bħala mexxej fir-rigward tal-politika ambjentali globali, billi tistabbilixxi standards ambjentali fil-livell internazzjonali u tipprovdi l-aħjar prattika dwar il-ħarsien tal-ambjent u żżomm preżenza kompetittiva fis-suq globali; jirrimarka li fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali tagħha, l-Unjoni tistabbilixxi bħala objettiv għall-2050 li “ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna”; jinnota li waħda mill-prijoritajiet hija li jkun żgurat li “il-prosperità u ambjent b'saħħtu jirriżultaw minn ekonomija ċirkolari innovattiva fejn ma jinħela xejn u fejn ir-riżorsi naturali huma mmaniġġjati b'mod sostenibbli, u l-bijodiversità hija mħarsa, apprezzata u rrestawrata f'modi li jsaħħu r-reżiljenza tas-soċjetà tagħna”;

305.

Jirrimarka li l-Unjoni impenjat ruħha fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (19) sabiex tiżgura li sal-2020 is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli użati fil-forom kollha ta' trasport huwa ta' mill-inqas 10 %, u dan jista' jintlaħaq biss permezz ta' użu sostanzjali ta' bijokarburanti; jinnota madankollu li l-produzzjoni ta' bijokarburanti tista' hija stess tkun marbuta ma' ċerti riskji fir-rigward tal-użu tal-art u li għaldaqstant huwa meħtieġ li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom;

306.

Jenfasizza li l-istabbiliment ta' sistema effikaċi u affidabbi għaċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti sostenibbli jikkostitwixxi wieħed mill-passi importanti lejn it-twettiq tal-prijoritajiet ta' politika msemmija fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali; jinnota li s-sostenibbiltà tal-bijokarburanti hija ċertifikata minn skemi volontarji rikonoxxuti mill-Kummissjoni; jiddispjaċih li l-Qorti sabet li s-sistema ta' ċertifikazzjoni tal-Unjoni għas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti ma kenitx għalkollox affidabbli;

307.

Jinnota b'dispjaċir li l-proċedura ta' rikonoxximent tal-Kummissjoni ma tqisx uħud mill-aspetti ewlenin tas-sostenibbiltà u tal-kummerċ ġust, bħalma huma l-kunflitti dwar il-pussess ta' art, ix-xogħol furzat jew it-tħaddim tat-tfal, il-kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena għall-bdiewa, il-perikli għas-saħħa u s-sikurezza u l-impatt tat-tibdil indirett fl-użu tal-art, li f'kuntesti differenti huma meqjusa bħala estremament rilevanti; iqis li dan jirrappreżenta inkonsistenza fil-politiki tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mill-ġdid il-proċeduri ta' valutazzjoni tagħha b'mod aktar komprensiv u tinkludi dawn l-aspetti fil-proċedura ta' verifika tagħha għall-iskemi volontarji; jistieden lill-Kummissjoni tirrikjedi li l-iskemi volontarji jirrappurtaw darba fis-sena abbażi tal-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħhom u informazzjoni rilevanti li tkun tikkonċerna r-riskji msemmija hawn fuq;

308.

Jinnota li sal-ġurnata tal-lum il-Kummissjoni ressqet żewġ rapporti dwar l-impatt li għandha l-politika tal-Unjoni dwar il-bijokarburanti fuq is-sostenibbiltà soċjali fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi u fuq id-disponibbiltà ta' oġġetti tal-ikel bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu minn kulħadd; jinnota b'dispjaċir li l-informazzjoni li tinsab fir-rapporti kienet pjuttost limitata u tipprovdi biss konklużjonijiet mhux ċari; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sistema ta' rappurtar u tipprovdi lill-Parlament analiżi dettaljata sabiex jinforma lill-pubbliku dwar dawn il-kwistjonijiet importanti;

309.

Jinnota bi tħassib kbir li l-produzzjoni ta' bijokarburanti tista' tikkompeti mal-kultivazzjoni ta' għelejjel tal-ikel u li d-disseminazzjoni enormi tal-għelejjel imkabbra għall-produzzjoni tal-bijokarburanti jista' jkollha impatt enormi fuq standards ambjentali u tas-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, pereżempju fl-Amerka t'Isfel u fin-Nofsinhar tal-Asja, u li dan jista' jwassal għal deforestazzjoni massiva u għal tnaqqis fl-agrikoltura tradizzjonali, li tħalli impatti soċjoekonomiċi fit-tul fuq il-komunitajiet lokali; jiddispjaċih li r-rapporti tal-Kummissjoni ma jindirizzawx kwistjonijiet usa' ta' żvilupp fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ aktar konsistenti u koerenti lejn il-politiki tagħha dwar l-ambjent, l-enerġija, l-iżvilupp u kwistjonijiet oħra relatati; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-impatt ta' ILUC;

310.

Jinnota b'dispjaċir li l-Kummissjoni tat rikonoxximent lil skemi volontarji li ma għandhomx proċeduri ta' verifika xierqa biex jiżguraw li l-oriġini tal-bijokarburanti prodotti mill-iskart kien tabilħaqq skart jew li l-materja prima għall-bijokarburanti kultivati fl-Unjoni fil-fatt issodisfat ir-rekwiżiti ambjentali tal-Unjoni għall-agrikoltura; jistieden lill-Kummissjoni tivverifika li l-produtturi tal-materja prima għall-bijokarburanti tal-Unjoni fil-fatt jikkonformaw mar-rekwiżiti ambjentali tal-Unjoni għall-agrikoltura; jistieden lill-Kummissjoni tagħti biżżejjed evidenza tal-oriġini tal-iskart u tar-residwi użati għall-produzzjoni tal-bijokarburanti;

311.

Jinnota bi tħassib li xi skemi rikonoxxuti ma kinux trasparenti biżżejjed jew li l-istrutturi ta' tmexxija tagħhom kienu ffurmati mir-rappreżentanti biss ta' ftit operaturi ekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-iskemi volontarji huma ħielsa minn kunflitti ta' interess u tipprovdi komunikazzjoni effikaċi mal-partijiet ikkonċernati l-oħra;

312.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżgura t-trasparenza tal-iskemi volontarji u tal-operaturi ekonomiċi billi teżiġi li l-iskemi jwaqqfu sit web uffiċjali li jipprovdi informazzjoni dettaljata disponibbli għall-pubbliku dwar l-iskemi volontarji, il-proċeduri ta' ċertifikazzjoni tagħhom, il-persunal impjegat, ċertifikati maħruġa, rapporti ta' awditu, ilmenti, u l-operaturi ekonomiċi li jikkooperaw magħhom;

313.

Jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni ma tissorveljax il-funzjonament ta' skemi volontarji rikonoxxuti u għaldaqstant ma tistax tikseb assigurazzjonijiet dwar il-kwalità taċ-ċertifikazzjonijiet; jinnota b'dispjaċir li għad ma hemm l-ebda sistema ta' lment speċifika, li timpedixxi lill-Kummissjoni milli tivverifika li l-ilmenti jiġu trattati b'mod korrett; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi sistema ta' superviżjoni li se taċċerta jekk iċ-ċertifikazzjoni tal-iskemi volontarji tikkonformax mal-istandards stabbiliti għar-rikonoxximent; jistieden lill-Kummissjoni titlob li l-iskemi volontarji jistabbilixxu sistemi ta' lmenti trasparenti, faċli biex jintużaw, informattivi u aċċessibbli fuq is-siti web tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja s-sistemi ta' lmenti u tieħu azzjoni jekk ikun hemm bżonn;

314.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni toħroġ noti ta' gwida lill-iskemi volontarji li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-aħjar prattiki u għal żieda fl-effikaċja; jinnota, madankollu, li n-noti mhumiex vinkolanti u mhumiex implimentati b'mod sħiħ; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra tagħmel in-noti ta' gwida vinkolanti għall-iskemi volontarji sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti jiġu ssodisfati;

315.

Jinnota li l-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw li l-istatistika dwar is-sostenibbiltà tal-bijokarburanti rapportati lill-Kummissjoni huma affidabbli, iżda li hemm riskju ta' stima eċċessiva tal-istatistika; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi rekwiżit għall-Istati Membri biex isostnu l-istatistika tagħhom b'evidenza xierqa fil-forma, pereżempju, ta' ċertifikat jew dikjarazzjoni maħruġa mill-entità inkarigata mill-ġbir tad-data dwar il-bijokarburanti sostenibbli u tittrażmettihom lill-awtorità nazzjonali li, min-naħa tagħha, tibgħathom lill-Eurostat;

316.

Itenni li d-data ppreżentata mill-Istati Membri ħafna drabi ma tistax titqabbel minħabba definizzjonijiet li jvarjaw u li bażikament tagħmilha impossibbli li tiġi aċċertata s-sitwazzjoni reali; jistieden lill-Kummissjoni tarmonizza d-definizzjoni ta' sustanzi ta' skart li ma kinux preċedentement inklużi fil-lista tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli użata għall-produzzjoni ta' bijokarburanti avvanzati fl-installazzjonijiet eżistenti qabel l-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/1513 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) li temenda d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli;

317.

Jinnota bi tħassib li l-valur speċifiku (għadd doppju) tal-bijokarburanti prodotti minn skart u residwi jżid ir-riskju ta' frodi; jirrimarka li hemm bżonn ta' djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-monitoraġġ u dwar il-prevenzjoni tal-frodi; jistieden lill-Kummissjoni tniedi djalogu bħal dan;

318.

Jilqa' l-eżempju ta' skema volontarja msemmi fir-rapport tal-Qorti li jistabbilixxi standards għolja għall-produzzjoni sostenibbli mmirati mhux biss biex jipprevjeni l-ħsara ekoloġika, inkluż permezz tal-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja, iżda wkoll biex jissalvagwardjaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa u l-protezzjoni tas-saħħa tal-impjegati fl-azjendi tal-biedja, kif ukoll ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għad-drittijiet tax-xogħol u għad-drittijiet tal-art; iqis li dan huwa eżempju tal-aħjar prattika; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li toħloq pjattaforma għall-iskemi volontarji fejn jistgħu jiġu skambjati l-aħjar prattiki;

Parti XXIV   Rapport Speċjali Nru 19/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta' strumenti finanzjarji — tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-programm tal-2007-2013”

319.

Jilqa' l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet fir-rapport tal-Qorti;

320.

Jiddispjaċih li l-ħarsa ġenerali lejn l-istrumenti finanzjarji ma setgħetx tiddeskrivi azzjoni li rnexxiet ittejjeb l-investimenti fl-Unjoni; jinnota li l-Kummissjoni, in primis, u l-Istati Membri assumew riskji aktar għoljin, u jiddispjaċih li ma kien hemm l-ebda kontribuzzjoni sinifikanti mis-settur privat għalihom;

321.

Jisħaq fuq il-livelli għoljin tal-ispejjeż u l-onorarji tal-ġestjoni meta mqabbla mal-appoġġ finanzjarju realment mogħti lill-benefiċjarji finali; jissuġġerixxi li jiġu stabbiliti limiti tat-taxxa għall-intermedjarji finanzjarji; jindika li jkun tajjeb li d-daqsijiet tal-fondi speċifiċi taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew jiġu riveduti sabiex jiġu sfruttati l-ekonomiji sinifikanti fl-ispejjeż għall-operazzjoni tal-fondi;

322.

Jikkunsidra li l-Kummissjoni qiegħda f'pożizzjoni privileġġata biex tipprovdi gwida addizzjonali lill-Istati Membri dwar kif għandhom jistabbilixxu tali strumenti finanzjarji fi ħdan l-Istati Membri jew fil-livell tal-Unjoni (li jkunu mmaniġġjati direttament jew indirettament mill-Kummissjoni); jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji ma jiġux soġġetti għal skemi ta' evitar tat-taxxa inaċċettabbli;

323.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li d-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa ntużaw f'xi każijiet biex jagħmlu l-istrumenti finanzjarji aktar attraenti għall-investituri mis-settur privat; jiddispjaċih li l-Kummissjoni qed tikkunsidra li l-ftehimiet dwar deċiżjonijiet tat-taxxa bil-quddiem ma jistgħux per se jitqiesu bħala opposti għall-politika proprja tagħha; jappella lill-Kummissjoni biex tipprevjeni kwalunkwe forma ta' deċiżjoni fil-qasam tat-taxxa rigward l-użu tal-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni;

324.

Jikkondividi l-fehma li t-tagħlimiet li nsiltu mill-perjodu ta' programmazzjoni awditjat (2007-2013) għandhom jiġu riflessi meta jkunu qed jitwaqqfu l-istrumenti finanzjarja għall-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej; jikkunsidra, b'mod partikolari, li jkun tajjeb li l-proposti jiġu orjentati lejn il-prestazzjoni u r-riżultati pjuttost milli lejn sempliċi konformità; iqis il-ħtieġa li l-proġetti jżidu aktar il-valur tal-ispeċjalizzazzjoni reġjonali u l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni Ewropej;

325.

Jiddispjaċih li l-bażi legali fil-perjodu preċedenti ppermettiet li l-Istati Membri jiffriżaw parti mill-kontribuzzjoni tagħhom fil-kontijiet tal-banek u l-intermedjarji finanzjarji li jimmaniġġjaw il-fondi, mingħajr ma ntużat verament għall-finijiet maħsuba għaliha; jinnota l-modifiki li introduċiet il-Kummissjoni fil-linji gwida tagħha dwar l-għeluq; jappella lill-Kummissjoni biex tissorvelja attivament is-sitwazzjoni b'mod li tevita tali prattika;

326.

Iqis li jkun tajjeb li l-effett ta' ingranaġġ jixhed il-livell sa kemm il-finanzjament privat ikun ġie attirat mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji inizjali kemm tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri; jiddispjaċih li l-konklużjonijiet mir-rapport speċjali tal-Qorti juru li kemm l-istrumenti finanzjarji taħt ġestjoni ċentrali kif ukoll dawk taħt ġestjoni kondiviża ma kellhomx suċċess biex jattiraw il-kapital privat; iqis li l-kofinanzjament ta' strumenti finanzjarji min-naħa tal-Istati Membri għandu jiġi kkunsidrat, flimkien mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, bħala parti tal-finanzjamenti pubbliċi;

327.

Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni għall-ingranaġġ tal-istrumenti finanzjarji li tkun applikabbli fl-oqsma kollha tal-baġit tal-Unjoni, li tkun tiddistingwi b'mod ċar bejn l-ingranaġġ ta' kontribuzzjonijiet privati u kontribuzzjonijiet pubbliċi nazzjonali taħt il-programm operattiv u/jew l-ingranaġġ ta' kontribuzzjonijiet kapitali privati jew pubbliċi addizzjonali, u li tkun tqis it-tip ta' strument involut; jirrakkomanda li jsiru aktar sforzi mill-Istati Membri dwar il-ġbir tad-data, il-ġestjoni u l-kondiviżjoni fuq l-effett rotanti tal-istrumenti finanzjarji;

328.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li ab initio tiġi pprovduta stima ċara u konkreta tal-ingranaġġ għall-fondi tal-istrumenti finanzjarji futuri; jistenna li l-Kummissjoni tiżgura, għall-istrumenti finanzjarji taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l- Fond Soċjali Ewropew matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, li l-Istati Membri jipprovdu data kompleta u affidabbli dwar il-kontribuzzjonijiet privati fuq dotazzjonijiet ta' kapital, kemm permezz tal-programmi operazzattivi kif ukoll apparti minnhom;

329.

Huwa tal-opinjoni li, qabel jieħdu deċiżjoni dwar il-miżuri ta' inġinerija finanzjarja tal-proġetti infrastrutturali rilevanti, ikun tajjeb li l-awtoritajiet maniġerjali jassiguraw ruħhom li l-proposta tagħhom tkun iġġustifikata kif dovut permezz ta' evalwazzjoni ex ante indipendenti ta' kwalità għolja, abbażi ta' metodoloġija standardizzata u li jkun intlaħaq qbil komuni fir-rigward tagħha; isostni l-fehma li jkun tajjeb li, qabel tapprova l-programmi operattivi li jinkludu proġetti infrastrutturali rilevanti, il-Kummissjoni tivverifika l-konsistenza tagħhom ma' evalwazzjoni ex ante indipendenti u tiżgura l-kwalità ta' din l-evalwazzjoni;

330.

Jirrakkomanda lill-awtoritajiet maniġerjali li r-rimunerazzjoni tal-maniġer ta' fond tintrabat mal-kwalità tal-investimenti fil-fatt imwettqa, kif imkejla mill-kontribut tagħhom biex jinkisbu l-objettivi strateġiċi tal-programmi operattivi u għall-valur tar-riżorsi li jintraddu lill-operazzjoni mingħand l-investimenti li jitwettqu mill-istrument;

331.

Jirrakkomanda li l-awtoritajiet ta' ġestjoni u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jieħdu approċċ proattiv u joffru assistenza teknika fuq il-post sabiex jintużaw aħjar l-istrumenti finanzjarji fir-reġjuni;

332.

Isostni b'qawwa li jkun tajjeb li l-Kummissjoni twettaq analiżi komparattiva tal-ispejjeż ta' implimentazzjoni tal-għotjiet u tal-istrumenti finanzjarji (f'ġestjoni ċentrali u f'dik kondiviża) għall-perjodu tal-programm 2014-2020 bil-ħsieb li tistabbilixxi l-livelli reali tagħhom u tħalli impatt fuq il-kisba tal-miri ta' Ewropa 2020 u l-11-il objettiv tematiku tal-politika ta' koeżjoni; jinnota li informazzjoni ta' dan it-tip tkun partikolarment rilevanti fid-dawl tat-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta' wara l-2020; jitlob evalwazzjoni tal-prestazzjoni sħiħa qabel tmiem l-2019 sabiex jiġi kkunsidrat il-ġejjieni ta' tali strumenti;

Parti XXV   Rapport Speċjali Nru 20/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fil-Montenegro: sar progress iżda jeħtieġ li jinkisbu riżultati aħjar f'bosta oqsma ewlenin”

333.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti, japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis dawn ir-rakkomandazzjonijiet meta taħdem fuq it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fil-Montenegro;

334.

Jilqa' l-fatt li l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni tal-Unjoni għenet biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva; jinnota, madankollu, li l-progress f'diversi oqsma ewlenin kien biss kajman ħafna;

335.

Jiddispjaċih li għalkemm il-proġetti ġeneralment taw l-outputs mistennija, ir-riżultati mhux dejjem kienu sostenibbli, u li dan huwa parzjalment minħabba r-rieda politika tal-awtoritajiet nazzjonali u fatturi esterni; jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-kisbiet ta' proġetti li rnexxew, li huma sostenibbli, għandhom valur miżjud kwantifikabbli u li ġew implimentati u użati skont ir-regolamenti; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-ippjanar strateġiku u tiżgura s-sostenibbiltà u l-vijabbiltà tal-proġetti billi dawn isiru prekundizzjoni ċara tal-proġetti;

336.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-awtoritajiet nazzjonali mhux qed juru tant impenn, li jinfluwenza b'mod negattiv il-progress ta' tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva; jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali jsegwu l-outputs li jirriżultaw mill-proġetti sabiex tiżdied l-effikaċja; jenfasizza li se jkun hemm bżonn ta' rieda politika qawwija biex jiġu indirizzati b'mod effikaċi d-depolitiċizzazzjoni u l-kontroll tal-amministrazzjoni tal-istat;

337.

Jilqa' l-fatt li f'bosta każijiet, il-proġetti kienu kkoordinati tajjeb ma' proġetti oħrajn tal-IPA jew ma' interventi tad-donaturi; jenfasizza madankollu li kien hemm ukoll każijiet ta' koordinazzjoni aktar dgħajfa li wasslet għal sovrappożizzjoni ta' xi sforzi; jistieden lill-Kummissjoni tallinja aħjar l-attivitajiet tagħha mmirati lejn il-Montenegro ma' proġetti oħra li jinvolvu diversi benefiċjarji;

338.

Jiddispjaċih li, fir-rapporti tal-Kummissjoni, ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni li setgħet turi l-progress tul iż-żmien fit-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva; jinnota li r-rapporti mhux dejjem ivvalutaw l-istess partijiet tal-amministrazzjoni pubblika u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-kapaċità amministrattiva mhux dejjem kienu ċari, u li dan għamilha aktar diffiċli li jsir tqabbil matul iż-żmien;

339.

Jilqa' madankollu l-metodoloġija l-ġdida tar-rappurtar għal valutazzjoni annwali fir-rapport ta' progress tal-2015, li wriet armonizzazzjoni aħjar tal-livelli ta' valutazzjoni u tqabbil aħjar; jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq din is-sistema ta' rappurtar anki fil-futur;

340.

Jinnota li l-Kummissjoni użat tajjeb il-mezzi mhux finanzjarji ta' appoġġ għall-proċess ta' riforma, f'forma ta' djalogu politiku, iżda jenfasizza madankollu li għad hemm kwistjonijiet ewlenin li għadhom ma ssolvewx;

341.

Jiddispjaċih li minkejja li s-sena li għaddiet inkisbu ċerti riżultati f'termini tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni, il-progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni għadu kajman; jenfasizza li s-sistema kollha tal-istat tad-dritt jeħtieġ tagħti aktar riżultati, b'enfasi speċjali fuq it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali jsaħħu l-kapaċità fil-qasam tal-investigazzjoni finanzjarja kif ukoll il-protezzjoni tal-informaturi;

342.

Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija Kontra l-Korruzzjoni bdiet il-ħidma tagħha fl-2016; jinnota madankollu li l-korruzzjoni għadha prevalenti f'ħafna oqsma u qed tkompli tkun problema serja;

343.

Jinnota li minħabba kontrolli ex ante dettaljati, id-deċentralizzazzjoni tal-ġestjoni tal-proġetti tista' tagħti riżultati indispensabbli f'termini ta' bini tal-kapaċità fl-istrutturi operattivi; jinnota wkoll li t-tixrid ta' prattika tajba dwar il-ġestjoni tal-proġetti miġbura fi ħdan l-istrutturi tal-IPA lill-bqija tal-amministrazzjoni pubblika li topera fl-istess qasam, jista' jipprovdi riżultati potenzjalment effikaċi; jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta din il-possibbiltà biex tissaħħaħ l-effettività tal-bini tal-kapaċità fil-Montenegro; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet nazzjonali jikkunsidraw jużaw prattika tajba għall-bini tal-kapaċità;

344.

Jinnota li l-Montenegro huwa meqjus bħala l-aktar pajjiż avvanzat fir-reġjun mil-lat tal-proċess ta' adeżjoni tiegħu; jenfasizza li l-Unjoni żvolġiet rwol uniku fil-pajjiż; jinnota b'dispjaċir madankollu, li l-Montenegro reċentement kien mifni b'instabbiltà politika u polarizzazzjoni, u bi ġlieda dejjem aktar serja għall-influwenza bejn ir-Russja u n-NATO, li l-Montenegro se jissieħeb magħha fl-2017; jistieden lill-Kummissjoni tkompli d-djalogu politiku mal-awtoritajiet nazzjonali sabiex tgħin jintlaħqu kompromessi bejn il-gvern u l-oppożizzjoni;

Parti XXVI   Rapport Speċjali Nru 22/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Programmi ta' għajnuna tal-UE għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Litwanja, fil-Bulgarija u s-Slovakkja: seħħ xi progress mill-2011 'il hawn, iżda sfidi kruċjali huma mistennija fil-ġejjieni”

345.

Jilqa' l-ħidma dedikata tal-Qorti dwar id-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari kif intwera f'dan ir-rapport speċjali u f'dak tal-2011 (21);

346.

Jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, li l-Kummissjoni aċċettat kompletament il-maġġoranza tagħhom;

347.

Ifakkar li mill-2012 'il quddiem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ħa interess partikolari fil-kwistjoni tad-dekummissjonar nukleari, u għalhekk organizza missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni fit-tliet impjanti tal-enerġija nukleari fl-2012, fl-2013 u fl-2014;

348.

Jissottolinja li s-sikurezza nukleari hija ta' importanza fundamentali, mhux biss għall-Istati Membri kkonċernati iżda għall-popolazzjoni fl-Unjoni kollha u l-viċinat tagħha;

349.

Jenfasizza li, fil-Litwanja, it-tneħħija u l-ħżin temporanju b'mod sikur ta' vireg nukleari mill-Unità 2 għandhom ikunu ta' prijorità;

350.

Ifakkar li, fil-Litwanja, waħda mir-raġunijiet ewlenin għad-dewmien kienet li t-tilwim tekniku u kummerċjali bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-kuntratturi esterni baqgħu mhux solvuti għal snin sħaħ; sabiex jiġi evitat li problema bħal din tinterferixxi fil-proċess ta' dekummissjonar, jenħtieġ li jinħatru timijiet speċifiċi ta' ġestjoni tal-proġetti; jistaqsi lill-Kummissjoni jekk tali timijiet ta' ġestjoni tal-proġetti humiex fis-seħħ fit-tliet Stati Membri kkonċernati;

351.

Ifakkar lill-Kummissjoni li l-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar Slovakk kien għamel skeda ta' awditjar ta' JAVYS (22) għall-2015; jitlob li jinżamm infurmat dwar is-sejbiet ta' dan l-awditu; f'dan il-kuntest, jistieden lill-awtoritajiet Bulgari u Litwani kompetenti biex jagħmlu wkoll awditjar tal-proċessi ta' dekummissjonar f'Ignalina u Kozloduy;

352.

Jinsab imħasseb dwar id-dewmien fix-xogħolijiet fil-faċilitajiet għall-ħżin ta' skart radjuattiv ta' livell baxx u intermedju; jistieden lill-Kummissjoni biex taġġorna l-kumitat kompetenti tal-Parlament dwar il-progress li sar;

353.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tiegħu dwar l-isforzi biex titnaqqas id-diskrepanza finanzjarja, b'mod partikolari fil-Litwanja;

354.

Ifakkar li l-Qorti stmat l-ispejjeż tad-dekummissjonar fit-tliet Stati Membri, inkluż skart ta' livell għoli u rimi ta' fjuwil nukleari użat, għal EUR 11 388 miljun; iqis li l-ispejjeż tad-dekummissjonar m'għandhomx jinkludu l-ispejjeż għal skart ta' livell għoli u għal rimi ta' fjuwil użat, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri u għandhom ikunu koperti mill-fondi nazzjonali;

355.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta, flimkien mat-tliet Stati Membri kkonċernati, rapport dwar l-istatus attwali tal-ġestjoni ta' fjuwil użat u skart radjuattiv li jiġu ġġenerati mid-dekummissjonar tat-tliet impjanti tal-enerġija nukleari;

356.

Jistieden lill-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri biex tesplora alternattivi għall-identifikazzjoni ta' repożitorji ġeoloġiċi ta' skart b'livell għoli ta' radjuattività.

357.

Jenfasizza li l-għeluq tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina kien kundizzjoni stabbilita mill-Unjoni dwar l-adeżjoni tal-Litwanja bi skambju għall-appoġġ tal-Unjoni għall-għeluq tiegħu, ta' dekummissjonar u mitigazzjoni tal-impatt soċjali u ekonomiku, kif definit fil-Protokoll Nru 4 tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003; jinnota l-fatt li l-Litwanja żammet l-obbligi tagħha rigward l-għeluq tar-reatturi nukleari ta' Ignalina fuq l-iskeda maqbula; jinsab, madankollu, imħasseb dwar id-dewmien fil-proċess tad-dekummissjonar tiegħu u, għalhekk, jissuġġerixxi li jkun hemm aktar skrutinju metikoluż tal-proċess minn awtoritajiet tal-Unjoni;

358.

Ifakkar li s-sigurtà nukleari hija ta' importanza kbira għall-popolazzjoni tal-Unjoni kollha u jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti dwar it-tkomplija ta' finanzjament; jappella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni eżawrijenti tal-ħtiġijiet għal kontinwazzjoni tal-programmi ta' finanzjament dedikati għad-dekummissjonar nukleari fil-Litwanja, il-Bulgarija u s-Slovakkja wara l-2020; jenfasizza li kwalunkwe finanzjament tal-Unjoni potenzjali ġdid wara l-2020 propost mill-Kummissjoni għad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari fit-tliet Stati Membri għandhom jinkludu regoli ċari u inċentivi ġusti biex isegwu d-dekummissjonar b'aktar mekkaniżmi effiċjenti ta' kontroll, fir-rigward ta' kemm finanzjament kif ukoll ta' żmien, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa għal użu effettiv tar-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni;

359.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ispejjeż futuri kollha assoċjati mad-dekummissjonar nukleari u mar-rimi finali tal-fjuwil użat jiġu kkontabilizzati kif xieraq u kkalkulati skont l-istandards internazzjonali u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

360.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-pjanijiet ta' azzjoni fit-tliet pajjiżi sabiex jiġu ssuġġeriti offerti komuni għal proġetti simili, speċjalment għall-konsulenza u għat-tfassil ta' faċilitajiet ta' ħżin ta' skart;

361.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-proċess ta' dekummissjonar fil-Litwanja, il-Bulgarija u s-Slovakkja, inkluż l-użu kosteffikaċi tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, matul il-perjodu finanzjarju 2007-2013;

362.

Jistieden lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp biex jivverifika l-funzjonament tal-Fondi ta' Appoġġ għad-Dekummissjonar bejn l-2007 u l-2013;

363.

Jinsab imħasseb dwar is-sejbiet tal-Qorti li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjanijiet ta' finanzjament u l-pjanijiet dettaljati tad-dekummissjonar għall-perjodu ta' finanzjament bejn l-2014 u l-2020, jiġifieri tat-tieni u t-tielet kundizzjonalitajiet ex ante rispettivament (23), kienet inadegwata; jistaqsi min iġorr ir-responsabbiltà finanzjarja għal dan in-nuqqas tal-Kummissjoni; f'dan il-kuntest, jixtieq ikun informat dwar il-pjan ta' azzjoni komplut li ħa l-miżuri korrettivi kontra d-dgħufijiet identifikati;

Parti XXVII   Rapport Speċjali Nru 23/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “It-trasport marittimu fl-UE: f'baħar ta' inkwiet — sar ħafna investiment li la huwa effettiv u lanqas sostenibbli”

364.

Jilqa' r-Rapport tal-Qorti u japprova r-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

365.

Jilqa' l-fatt li fl-aħħar deċennju t-trasport marittimu ilu jikber fl-Unjoni minkejja d-differenzi konsiderevoli ta' użu bejn il-portijiet tal-Istati Membri;

366.

Jenfasizza li l-politika ta' investiment tal-portijiet tal-Istati Membri hi stabbilita skont id-deċiżjonijiet politiċi meħuda fil-livell nazzjonali li jistgħu ivarjaw mill-istrateġija tal-Unjoni, definita wkoll minn dawk l-istess Stati Membri; huwa tal-fehma li r-rwol primarju tal-Kummissjoni għandu jkun li tiżgura li l-operazzjonijiet nazzjonali biex jiffinanzjaw l-infrastruttura fl-Unjoni huma konsistenti mal-politika tat-trasport tal-Unjoni u jiġu allinjati ma' strateġiji fil-livell tal-Unjoni; jiddispjaċih li l-Kummissjoni m'għandhiex l-istrumenti kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha biex tiżgurat din il-konsistenza;

367.

Jirrikonoxxi li l-investimenti fl-infrastruttura tal-port huma investimenti fit-tul; jiddispjaċih li f'bosta każijiet, ir-redditu fuq l-investiment huwa madankollu baxx u bil-mod;

368.

Jiddispjaċih li l-istrateġiji ta' żvilupp tal-port nazzjonali kienu fil-biċċa l-kbira żviluppati iżda li l-pjanijiet robusti ta' implimentazzjoni u l-koordinazzjoni jibqgħu kwistjonijiet;

369.

Jinsab imħasseb ħafna li l-Qorti sabet nuqqas ta' rappurtaġġ fir-rigward ta' data dwar il-kapaċità aggregata kif ukoll ta' rappurtar mhux affidabbli dwar il-kapaċità disponibbli;

370.

Jiddispjaċih li l-Istati Membri ma jipprovdux data dwar il-kapaċità ta' portijiet ewlenin, u dan ifixkel il-monitoraġġ ta' kapaċità tal-Kummissjoni; jenfasizza l-importanza ta' titjib tas-sitwazzjoni sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tressaq pjan ta' żvilupp tal-portijiet fl-Unjoni kollha; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ċara ta' rappurtar għal data mill-Istati Membri;

371.

Iqis li l-koordinazzjoni bejn il-BEI u s-servizzi tal-Kummissjoni tista' titjib permezz ta' kooperazzjoni aħjar u proċeduri aktar trasparenti;

Parti XXVIII   Rapport Speċjali Nru 25/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Is-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art: għodda utli għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà ta' art agrikola — iżda l-ġestjoni tagħha tista' tittejjeb aktar”

372.

Jirrakkomanda li abbażi ta' analiżi kost-benefiċċji kwantifikata u valutazzjoni tar-riskji, fil-perjodu attwali tal-PAK, l-Istati Membri għandhom isaħħu l-isforzi tagħhom biex iżidu l-affidabbiltà tad-data tas-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art (LPIS) abbażi ta' aġġornamenti tas-sistema li jkunu f'waqthom u li jitwettqu bir-reqqa; iqis li minħabba l-kumplessità ta' valutazzjoni pro rata, l-Istati Membri li jużaw din l-alternattiva, fil-perjodu attwali tal-PAK, għandhom jagħmlu sforzi ulterjuri biex jiżviluppaw katalogu pro rata b'deskrizzjoni u kriterji ta' valutazzjoni ċari, u sabiex jużaw għodod tekniċi komplementari biex iżidu l-oġġettività tal-analiżi ta' ortoimmaġnijiet u jiżguraw ir-riproduċibbiltà; jirrakkomanda li l-Istati Membri jqisu wkoll il-possibbiltà li jirreġistraw data dwar id-drittijiet ta' sjieda u ta' lokazzjoni fl-LPIS tagħhom, meta dan ikun fattibbli u kosteffettiv.

373.

Jirrakkomanda li bl-appoġġ tal-Kummissjoni, l-Istati Membri, fil-perjodu attwali tal-PAK jiżviluppaw u jistabbilixxu qafas għall-valutazzjoni tal-ispiża tal-operat u l-aġġornament tal-LPIS tagħhom; iqis li għandu jippermetti lill-Istati Membri jkejlu l-prestazzjoni tal-LPIS tagħhom u l-kosteffettività tat-titjib fis-sistemi;

374.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bl-użu tal-LPIS tagħhom, huma jidentifikaw, jirreġistraw b'mod affidabbli u jimmonitorjaw b'mod effettiv, erjas b'fokus ekoloġiku, bwar permanenti u kategoriji ġodda ta' art; jirrakkomanda li għandhom ukoll iwettqu analiżi kost-benefiċċji tal-integrazzjoni fl-LPIS tagħhom tal-elementi kollha tal-pajsaġġ li huma protetti taħt il-kundizzjonalità jew taħt skemi agroambjentali sabiex isaħħu aktar il-monitoraġġ u l-protezzjoni ta' dawn l-elementi li huma ta' benefiċċju għall-ambjent u għall-bijodiversità;

375.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-qafas legali attwali sabiex tissemplifika r-regoli relatati mal-LPIS għall-perjodu tal-PAK li jmiss, pereżempju, billi terġa' tqis il-ħtieġa għas-soll ta' stabbiltà ta' 2 % u għar-regola tal-100 siġra.

376.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, qabel il-bidu tal-eżerċizzju tal-valutazzjoni tal-kwalità 2017, twettaq analiżi kost-benefiċċji biex tiddetermina jekk ir-rappreżentattività tal-kampjuni għall-valutazzjoni tal-kwalità tistax tittejjeb, biex b'hekk tkun tista' tinkiseb kopertura aħjar tal-popolazzjoni tal-irqajja' art fl-LPIS;

377.

Jirrakkomanda li, mill-2016 'il quddiem, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibda ttejjeb il-monitoraġġ tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-kwalità billi tanalizza kwalunkwe inkonsistenza fir-rappurtar tal-valutazzjoni tal-kwalità, tagħti segwitu għalihom, tipprovdi feedback lill-Istati Membri, u tiżgura li l-pjanijiet ta' azzjoni ta' rimedju jitħejjew u jiġu esegwiti meta jkunu meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha twettaq ukoll analiżi annwali dettaljata tax-xejriet għal kull Stat Membru u kull tip ta' roqgħa ta' referenza biex il-problemi potenzjali jkunu jistgħu jiġu identifikati fi żmien tajjeb;

Parti XXIX   Rapport Speċjali Nru 26/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Iż-żieda fl-effettività tal-kundizzjonalità u l-ksib ta' simplifikazzjoni għadhom diffikultużi”

378.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni teżamina, bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt għall-PAK wara l-2020, kif tista' tkompli tiżviluppa l-ġabra ta' indikaturi tagħha biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-kundizzjonalità; jirrakkomanda wkoll li l-Kummissjoni tqis il-livelli ta' konformità tal-bdiewa mar-regoli ta' kundizzjonalità fl-indikaturi tagħha, bl-għan li ssaħħaħ l-applikazzjoni u l-infurzar ta' standards ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-agrikoltura sabiex tiżgura l-konsistenza tal-PAK;

379.

Jirrakkomanda li l-problemi li ġew iffaċċjati ma jirrepetux ruħhom, il-Kummissjoni se tikkunsidra rekwiżiti differenti skont il-bżonnijiet territorjali lokali. Barra minn hekk, il-livelli ta' pagament għandhom ikunu marbuta aktar mill-qrib mat-talbiet imposti fuq il-bdiewa li jagħmluha possibbli li jiġu indirizzati problemi ambjentali speċifiċi u fl-istess ħin jikkumpensaw ukoll lill-bdiewa għar-restrizzjonijiet li tpoġġew fuqhom

380.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, minn issa 'l quddiem, ittejjeb il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar l-infrazzjonijiet relatati mal-kundizzjonalità bejn is-servizzi kkonċernati sabiex tgħinhom jidentifikaw ir-raġunijiet għall-infrazzjonijiet u tieħu miżuri xierqa biex tindirizzahom;

381.

Jitlob li għall-PAK ta' wara l-2020, il-Kummissjoni tippjana li ttejjeb ir-regoli rigward il-kundizzjonalità fuq il-verifiki fuq il-post u tappella lill-Istati Membri jwettqu l-verifiki amministrattivi eżistenti tagħhom b'mod effikaċi billi jużaw l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli; iqis li dan jippermetti mmirar aktar effettiv tal-punti ewlenin ta' kontroll;

382.

Jirrakkomanda li bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt għall-PAK wara l-2020, il-Kummissjoni tanalizza l-esperjenza li jkun hemm żewġ sistemi li joperaw b'objettivi ambjentali simili (standards dwar kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin u ekoloġizzazzjoni) bil-ħsieb li tippromwovi aktar sinerġija bejniethom; iqis li din l-analiżi għandha tieħu inkunsiderazzjoni kriterji bħall-impatt ambjentali tal-istandards u l-livell storiku ta' konformità mill-bdiewa;

383.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija biex jitkejlu l-kosti tal-kundizzjonalità wara r-rapport dwar il-prestazzjoni tal-PAK li għandu joħroġ sa tmiem l-2018;

384.

Jissuġġerixxi l-inklużjoni ta' indikaturi kwalitattivi u aktar għanijiet konkreti li għandhom jiġu stabbiliti għal miżuri ta' kundizzjonalità; jirrakkomanda metodu ta' applikazzjoni sempliċi, rapidu u simplifikat għall-benefiċjarji;

385.

Jirrakkomanda li għall-PAK wara l-2020, il-Kummissjoni tħeġġeġ applikazzjoni aktar armonizzata tal-penali fil-livell tal-Unjoni billi tikkjarifika aktar il-kunċetti tas-severità, tal-firxa, tal-permanenza, tar-rikorrenza u tal-intenzjonalità, iżda billi jitqiesu wkoll il-kundizzjonijiet speċifiċi fi Stati Membri differenti; iqis li sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, jenħtieġ li jiġu introdotti kundizzjonijiet minimi fil-livell tal-Unjoni;

386.

Huwa tal-fehma li bħala lezzjoni li għandha tinsilet mill-perjodu 2007-2013, għall-perjodu 2014-2020 u wara, l-indikaturi jenħtieġ li jevalwaw ir-riżultati reali tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità.

Parti XXX   Rapport Speċjali Nru 27/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Il-governanza fil-Kummissjoni Ewropea — l-aħjar prattika?”

387.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, kif meħtieġ minn entitajiet ta' interess pubbliku Ewropej, tispjega r-raġunijiet tagħha għalfejn ma ssegwix l-aħjar prattika meta tiddeċiedi li ma tagħmilx dan; jirrakkomanda wkoll li tiffoka bis-saħħa fuq ir-riżultati filwaqt li tapplika t-tagħlimiet mill-esperjenza;

388.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni:

(a)

tistieden lis-Servizz ta' Awditjar Intern biex iwettaq aktar xogħol tal-awditjar dwar kwistjonijiet ta' governanza ta' livell għoli;

(b)

tikkompleta l-proċess tal-allinjar tal-qafas ta' kontroll intern tagħha mal-prinċipji tal-COSO 2013;

(c)

tkompli tavvanza d-data tal-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali;

(d)

tiġbor flimkien l-informazzjoni diġà preżentata f'varjetà ta' rapporti eżistenti sabiex jifformaw rapport ta' responsabbiltà uniku jew sett ta' rapporti taħt l-awtorità tal-President tagħha, li fihom il-kontijiet iżda jinkorporaw ukoll l-elementi li ġejjin:

dikjarazzjoni dwar il-governanza;

diskussjoni tar-riskji operattivi u strateġiċi;

rapport dwar il-prestazzjoni mhux finanzjarja,

informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' matul is-sena u dwar il-kisba tal-objettivi ta' politika,

rapport dwar ir-rwol u l-konklużjonijiet tal-kumitat tal-awditjar; u

dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju u fuq terminu twil, flimkien ma', fejn xieraq, links għal informazzjoni li, tkun tinsab f'rapporti oħra;

(e)

tippreżenta rappport ta' responsabbiltà uniku jew sett ta' rapporti għall-awditjar tal-kontijiet; iqis li l-aħħar rapport/rapporti jridu jkunu analitiċi, kumpatti, jinftehmu faċilment u aċċessibbli għall-awdituri, l-impjegati u ċ-ċittadini tal-Unjoni, filwaqt li jsegwu strettament l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità u l-użu tal-aħjar prattika;

(f)

tippubblika bħala parti mill-kontijiet annwali jew l-informazzjoni kumplimentari stima tal-livell ta' żball ibbażat fuq metodoloġija soda, u tinvolvi lill-partijiet interessati, inkluż il-Parlament, f'kull stadju filwaqt li tagħżel il-metodu statistiku għall-istima tal-iżball; iqis li l-metodoloġija għandha tkun ċara u konsistenti;

(g)

taġġorna u tippubblika l-arranġamenti tagħha ta' governanza fuq bażi regolari u tispjega l-għażla tagħha tal-istrutturi u l-proċessi fir-rigward tal-qafas li tagħżel;

(h)

tibdel il-Kumitat tal-Progress tal-Verifika b'maġġoranza ta' membri indipendenti esterni, u tespandi l-mandat tiegħu sabiex ikopri l-ġestjoni tar-riskju, ir-rappurtar finanzjarju u x-xogħol u r-riżultati tal-unitajiet ta' verifika ex post u tad-direttorati tal-awditjar.

389.

Jinsisti li:

(a)

governanza ta' livell għoli ta' organizzazzjonijiet internazzjonali trid issegwi mudell kummerċjali u għandha tkun trasparenti, tagħti kont tal-azzjonijiet tagħha, tkun responsabbli u, l-aktar importanti, effiċjenti;

(b)

governanza ta' livell għoli trid tadatta għal dinja li qed tinbidel b'mod mgħaġġel, u trid tevolvi u tidentifika l-isfidi potenzjali qabel ma dawn isiru problemi;

(c)

relazzjonijiet orizzontali u vertikali bejn l-istrutturi differenti tal-Kummissjoni jeħtieġu li jkunu ċari u traċċabbli; it-tkomplija tal-proċess tat-tnaqqis tal-burokrazija huwa indispensabbli; koordinazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-istrutturi differenti hija rakkomandata wkoll;

(d)

hija meħtieġa iktar viżibbiltà tar-riżultati fl-Istati Membri mill-governanza annwali; data soda ppubblikata u ppreżentata b'mod effikaċi tista' tappoġġa deċiżjonijiet importanti;

(e)

evalwazzjoni solida ex ante, ex post u ta' nofs it-terminu għandha tiżgura l-valur ta' kull euro li jintefaq; sabiex jiġi faċilitat l-impenn, id-dokument għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-kostijiet u l-benefiċċji rilevanti tan-nefqa kollha;

(f)

l-użu strateġiku tal-akkwist pubbliku għandu jiġi promoss: kull sena l-Istati Membri jonfqu madwar 14 % tal-baġit tagħhom fuq ix-xiri ta' servizzi, xogħlijiet u provvisti; l-akkwist pubbliku għandu u jrid jintuża bħala għodda importanti sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020;

Parti XXXI   Rapport Speċjali Nru 28/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “L-indirizzar ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa fl-UE: ittieħdu passi importanti iżda jeħtieġ li jsir aktar”

390.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti, japprova r-rakkomandazzjonijiet tiegħu u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis dawn ir-rakkomandazzjonijiet meta timplimenta passi ulterjuri biex tindirizza theddid transkonfinali serju għas-saħħa fl-Unjoni;

391.

Itenni r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-lezzjonijiet li nsiltu mill-ewwel ċiklu ta' rappurtar għandhom jiġu applikati b'mod adegwat qabel ir-rapport li jmiss; iqis li sabiex ikun żgurat li r-rappurtar fil-futur ikun adegwat, il-proċess jeħtieġ li jkun konsistenti fl-Istati Membri kollha;

392.

Jirrikonoxxi l-progress li sar mill-istrateġija dwar is-saħħa 2008-2013 'l hawn, iżda jenfasizza l-ħtieġa għal monitoraġġ aħjar u aktar strateġiku;

393.

Jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa jiżviluppa pjan strateġiku biex jindirizza l-isfidi operattivi u strateġiċi li qed jiffaċċja;

394.

Jinnota li ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard m'għandu l-ebda proċess formali biex iwieġeb b'mod effettiv għal talbiet għal assistenza; jemmen li tali sitwazzjoni hija intollerabbli;

395.

Jirrakkomanda li s-servizzi differenti tal-Kummissjoni li għandhom funzjonijiet relatati mas-saħħa kif ukoll id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u Sikurezza Alimentari għandhom jiżviluppaw approċċ strutturat biex itejbu l-kooperazzjoni;

396.

Jiddispjaċih li l-Istati Membri ma ħadux azzjoni b'mod kollettiv biex jitħaffef l-akkwist konġunt ta' tilqim kontra l-influwenza pandemika, u jirrikonoxxi li l-influwenza hija kwistjoni li tolqot is-servizzi tas-saħħa fi Stati Membri individwali fuq bażi annwali; iqis li approċċ koordinat fl-Istati Membri kollha jkun ta' benefiċċju għas-saħħa taċ-ċittadini tal-Unjoni u jnaqqas l-ispejjeż;

397.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard biex jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw aktar is-Sistema ta' Twissija Bikrija u ta' Reazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li sistema bħal din, li ntużat b'mod estensiv, tiġi aġġornata biex tirrifletti l-bidliet fit-teknoloġija u b'hekk jiġi garantit użu ottimali:

398.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).


(1)  ĠU L 69, 13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.

(4)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(5)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0143 (ara l-paġna 26 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

(8)  Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

(9)  Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(10)  Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16).

(13)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(14)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55).

(15)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Roma (ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 112).

(16)  ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1.

(17)  Ara l-Anness III ta' dan ir-Rapport Speċjali Nru 14/2016, pp. 74-76.

(18)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(19)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(20)  Id-Direttiva (UE) 2015/1513 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 1).

(21)  Ir-Rapport Speċjali Nru 16/2011, għajnuna finanzjarja tal-UE għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Bulgarija, fil-Litwanja u fis-Slovakkja: kisbiet u sfidi futuri.

(22)  Jadrová vyrad'ovacia spoločnost' (JAVYS): Is-sid tal-impjant tal-enerġija nukleari u li huwa responsabbli għad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Bohunice.

(23)  Ara COM(2011) 783, ir-Regolamenti tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013 (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 1) u (Euratom) Nru 1369/2013 (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 7) u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5449.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/101


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2017/1609 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016) 475 — C8-0269/2016) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2015 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016) 674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016) 338, SWD(2016) 339),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2015 (COM(2016) 628) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016) 322),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05874/2017 — C8-0038/2017),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/776/UE tat-18 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

A.

billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenżija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015 (10);

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69,13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 417, 11.11.2016, p. 2.

(4)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 51.

(5)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.

(10)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0144 (ara l-paġna 66 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/103


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2017/1610 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)475 — C8-0269/2016) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2015 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)338, SWD(2016)339),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2015 (COM(2016)628) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016)322),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05874/2017 — C8-0038/2017),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

A.

billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015 (10);

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69,13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 417, 11.11.2016, p. 10.

(4)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 61.

(5)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.

(10)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0144 (ara l-paġna 66 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/105


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2017/1611 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)475 — C8-0269/2016) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2015 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)338, SWD(2016)339),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2015 (COM(2016)628) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016)322),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05874/2017 — C8-0038/2017),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/770/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/858/KE (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/927/UE tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/770/UE sabiex “L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel” tiġi ttrasformata f'“L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel” (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

A.

billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015 (11);

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69,13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 417, 11.11.2016, p. 2.

(4)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 41.

(5)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 341,18.12.2013, p. 69.

(10)  ĠU L 363, 18.12.2014, p. 183.

(11)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0144 (ara l-paġna 66 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/107


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2017/1612 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016) 475 — C8-0269/2016) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016) 674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016) 338, SWD(2016) 339),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2015 (COM(2016) 628) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016) 322),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05874/2017 — C8-0038/2017),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/779/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/37/KE (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

A.

billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015 (10);

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69,13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 417, 11.11.2016, p. 9.

(4)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 157.

(5)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 58.

(10)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0144 (ara l-paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/109


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2017/1613 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)475 — C8-0269/2016) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)338, SWD(2016)339),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2015 (COM(2016)628) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016)322),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05874/2017 — C8-0038/2017),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/778/UE tat-13 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/46/KE (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

A.

billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015 (10);

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69,13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 417, 11.11.2016, p. 11.

(4)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 230.

(5)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54.

(10)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0144 (ara l-paġna 66 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/111


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2017/1614 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016) 475 — C8-0269/2016) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2015 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016) 674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016) 338, SWD(2016) 339),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2015 (COM(2016) 628) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016) 322),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05874/2017 — C8-0038/2017),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/801/UE tat-23 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

A.

billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015 (10);

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69,13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 417, 11.11.2016, p. 11.

(4)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 219.

(5)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.

(10)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0144 (ara l-paġna 66 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/113


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2017/1615 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016) 475 — C8-0269/2016) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016) 674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016) 338, SWD(2016) 339),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tal-2015 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2016) 446),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2015 (COM(2016) 628) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016) 322),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05876/2017 — C8-0037/2017),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05874/2017 — C8-0038/2017),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015 (7);

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69,13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.

(4)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(6)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(7)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0144 (ara l-paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/115


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1616 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)475 — C8-0272/2016) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0136/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69, 13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.

(4)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/116


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1617 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0136/2017),

A.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabbiltà, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

1.

Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha għall-2015, il-Qorti tal-Awdituri ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti tal-Ġustizzja”);

2.

Jilqa' l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 għan-nefqa amministrattiva u ta' tip ieħor tal-Qorti tal-Ġustizzja kienu ħielsa minn żbalji materjali;

3.

Jinnota li fl-2015, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 357 062 000 (EUR 355 367 500 fl-2014), u li r-rata ta' implimentazzjoni kienet ta' 99 %; jilqa' r-rata ta' utilizzazzjoni għolja ħafna fl-2015, identika għar-rata fl-2014;

4.

Jinnota li d-dħul stmat tal-Qorti tal-Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 44 856 000; jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tispjega għalfejn l-intitolamenti stabbiliti fis-sena finanzjarja 2015 huma ta' EUR 49 510 442, li huwa 10,4 % ogħla minn dak stmat;

5.

Jinnota li d-dħul minn intitolamenti riportat mill-2014 għall-2015 jammonta għal EUR 84 620,37 u li 84,28 % jirrappreżenta dħul minn persuni li jaħdmu mal-istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni;

6.

Jinnota li l-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa fil-biċċa l-kbira amministrattiv, 75 % minnu jintuża għal infiq relatat mal-persuni li jaħdmu fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja u l-bqija għall-bini, għamara, tagħmir u avvenimenti speċjali mwettqa minnha; jenfasizza, madankollu, li l-introduzzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni m'għandhiex tapplika biss għall-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja kollu kemm hu, iżda għandha tinkludi wkoll l-iffissar ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, realistiċi u marbuta mal-ħin (SMART) għall-pjanijiet annwali tad-dipartimenti individwali, tal-unitajiet u tal-persunal; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tintroduċi l-prinċipju ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni b'mod aktar wiesa' fl-operazzjonijiet ta' kuljum tagħha;

7.

Jilqa' l-produttività tal-attività ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-2015, b'1 711-il kawża mressqa quddiem it-tliet qrati u b'1 755 kawża magħluqa; jinnota li dan huwa l-ogħla numru annwali ta' kawżi fl-istorja tal-Qorti tal-Ġustizzja;

8.

Jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja għalqet 616 kawża fl-2015, ċifra li tirrappreżenta tnaqqis meta mqabbla ma' dik tal-2014 (719-il kawża magħluqa fl-2014), u tressqu quddiemha 713-il kawża ġdida (imqabbla ma' 622 fl-2014);

9.

Jinnota li fl-2015 il-Qorti Ġenerali rċeviet 831 kawża ġdida u ttrattat 987 kawża, u dan jikkostitwixxi żieda ġenerali meta mqabbel mas-snin preċedenti;

10.

Jinnota li fl-2015, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għalaq 152 kawża, bħal fl-2014, u kellu 167 kawża ġdida; jenfasizza li għaxar snin wara l-istabbiliment tiegħu, l-2015 kienet l-aħħar sena ta' eżistenza tat-Tribunal; jemmen li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħmel valutazzjoni fil-fond ta' dawk l-għaxar snin ta' attività;

11.

Jinnota li l-istatistiki tal-2015 għat-tliet qrati jikkonfermaw ix-xejra osservata f'dawn l-aħħar snin rigward it-tul ta' żmien medju tal-proċedimenti, li għadu sodisfaċenti (għall-Qorti tal-Ġustizzja, 15,3 xhur għal talbiet għal deċiżjonijiet preliminari (meta mqabbel ma' 15-il xahar fl-2014), 1,9 xhur għal talbiet urġenti għal deċiżjoni preliminari (meta mqabbel ma' 2,2 xhur fl-2014), 17,6 xhur għar-rikorsi diretti (meta mqabbel ma' 20 xahar fl-2014), u 14-il xahar għall-appelli (meta mqabbel ma' 14,5 xhur fl-2014); għall-Qorti Ġenerali u t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, rispettivament 20,6 xhur (meta mqabbel ma' 23,4 xhur fl-2014) u 12,1 xhur (meta mqabbel ma' 12,7 xhur fl-2014) għal kull tip ta' kawża; iqis li l-emendi għall-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea adottati fl-2015 jistgħu biss ikomplu jsaħħu dan l-isforz ta' simplifikazzjoni;

12.

Jilqa' l-fatt li l-għadd ta' kawżi solvuti żdied b'57 % fil-perjodu bejn l-2007 u l-2015, l-iktar minħabba l-isforzi koordinati tal-qrati u l-persunal awżiljari, minkejja ż-żieda limitata ħafna fil-kapaċità tal-persunal awżiljari f'dak il-perjodu;

13.

Jinnota l-fatt li l-2015 kienet is-sena ta' adozzjoni tar-riforma tal-arkitettura ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja, li kienet akkumpanjat mill-iżvilupp ta' regoli ta' proċedura ġodda għall-Qorti Ġenerali; jifhem li, minħabba li l-għadd ta' mħallfin tal-Qorti Ġenerali qed jirdoppja fi proċess ta' tliet stadji li jestendi sal-2019, dik ir-riforma se tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tkompli tittratta ż-żieda fl-għadd ta' kawżi; jistenna bil-ħerqa li janalizza l-kisbiet ta' dik ir-riforma fil-kapaċità tal-Qorti tal-Ġustizzja li tittratta l-kawżi fi żmien raġonevoli u fl-osservanza tar-rekwiżiti ta' smigħ xieraq;

14.

Jemmen li dik ir-riforma se tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tindirizza l-volum dejjem jiżdied ta' kawżi b'iktar rapidità u effiċjenza u sservi l-interessi ta' dawk li jfittxu l-ġustizzja, filwaqt li jiġi rrispettat id-dritt tagħhom għal proċess dovut fi żmien raġonevoli, b'konformità mal-objettivi ta' servizz effettiv u ta' kwalità għolja;

15.

Jinnota r-riformulazzjoni li se ssir tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri, li fiha se jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta' attivitajiet esterni u l-pubblikazzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom; jappella għal livell ogħla ta' trasparenza dwar l-attivitajiet esterni ta' kull imħallef; jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi informazzjoni — fuq is-sit web tagħha u fir-rapporti ta' attività annwali tagħha — dwar karigi u attivitajiet esterni mħallsa oħra tal-imħallfin;

16.

Jinnota li mill-impenji ta' missjonijiet ta' EUR 295 500 intużaw biss EUR 41 209; jirrimarka li dan is-sottoinvestiment jista' jiġi evitat; jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja ttejjeb l-ibbaġitjar u l-obbligu ta' rendikont tagħha fir-rigward tal-baġit għall-missjonijiet u jisħaq fuq il-ħtieġa tal-prinċipju li l-missjonijiet ikunu kosteffikaċi;

17.

Iqis li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħmel disponibbli ħarsa ġenerali tal-parteċipanti u l-kontenut tal-laqgħat tagħha ma' partijiet esterni minbarra dawk relatati mal-attività ġudizzjarja tagħha;

18.

Jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza b'lista ta' laqgħat ma' lobbyists, assoċjazzjonijiet professjonali u s-soċjetà ċivili sa Ġunju 2017; jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tippreżenta l-minuti ta' dawk il-laqgħat sa Ġunju 2017;

19.

Jinnota b'sodisfazzjon it-titjib li sar fl-applikazzjoni e-Curia u l-fatt li l-Istati Membri kollha wżawha fl-2015; iqis li flimkien mad-dematerjalizzazzjoni tad-dokumenti, is-sigurtà tad-data għandha tittejjeb;

20.

Jinnota li, skont ir-rapport annwali tal-ġestjoni għall-2015, il-Qorti tal-Ġustizzja taħdem mill-qrib mat-tim tal-Qorti tal-Awdituri maħtur biex iwettaq l-analiżi tal-prestazzjoni tagħha; jinnota f'dan ir-rigward li fil-bidu tal-proċess ta' awditjar, il-Qorti tal-Ġustizzja qajmet ostakli għall-ħidma tat-tim tal-awditjar; jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Ġustizzja tejbet il-kooperazzjoni tagħha mal-awdituri u pprovdiet dokumenti ulterjuri lill-Qorti tal-Awdituri; huwa konxju li l-prinċipju tas-segretezza tad-deliberazzjonijiet huwa meħtieġ biex jgħin jippreserva l-indipendenza tal-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet, sabiex jippromwovi l-konsistenza u l-finalità tad-deċiżjonijiet u biex iżomm lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet milli jkollhom iqattgħu iżjed ħin jitkellmu dwar id-deċiżjonijiet tagħhom milli biex jeħduhom; jirrimarka, madankollu, li s-segretezza tad-deliberazzjonijiet bħala prinċipju ab ovo jipprevjeni kull kontroll estern; jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja, għalhekk, tiżviluppa mekkaniżmu intern ta' kontroll/rimedju sabiex jipprovdi ċertu livell ta' kontroll f'kawżi tali;

21.

Jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonformat mal-ftehim interistituzzjonali li tnaqqas il-persunal b'5 % matul perjodu ta' ħames snin;

22.

Jinnota l-proporzjon għoli ta' karigi okkupati (98 %) minkejja r-rata għolja ta' tibdil tal-persunal fil-Qorti tal-Ġustizzja, u jappoġġja l-politika ta' reklutaġġ attiva tagħha; jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja biex jitwaqqfu regoli dwar “bibien iduru”;

23.

Jilqa' l-iskambju ta' persunal li sar bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Bank Ċentrali Ewropew fl-2015, u jistenna li din il-kooperazzjoni tkompli fis-snin li ġejjin;

24.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Qorti tal-Ġustizzja biex jittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi f'karigi maniġerjali u l-fatt li l-bilanċ bejn is-sessi f'karigi maniġerjali tan-nofs u superjuri laħaq livell ta' bejn 35 % sa 65 % fl-2015; jemmen, madankollu, li hemm lok għal aktar titjib f'dan il-qasam fl-istituzzjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw li hu l-objettiv tagħhom li jiżguraw rappreżentanza indaqs ta' nisa u rġiel meta jinħatru mħallfin ġodda għall-Qorti Ġenerali (1);

25.

Itenni li l-bilanċ ġeografiku, jiġifieri r-relazzjoni bejn iċ-ċittadinanza tal-persunal u d-daqs tal-Istati Membri, irid jibqa' element importanti tal-ġestjoni tar-riżorsi, partikolarment fir-rigward tal-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni fl-2004 jew wara;

26.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja laħqet kompożizzjoni aktar bilanċjata ta' uffiċjali mill-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni qabel l-2004 u uffiċjali mill-Istati Membri li saru membri fl-2004 jew wara; huwa mħasseb ħafna, madankollu, dwar l-iżbilanċ ġeografiku konsiderevoli fil-livelli tal-maniġment medju u superjuri, fejn l-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni fl-2004 jew wara huma żvantaġġati; jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħmel minn kollox biex tikkoreġi din is-sitwazzjoni u tirrapporta lill-Parlament dwar it-titjib miksub f'dan ir-rigward;

27.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li r-regoli interni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta ma ġewx adottati qabel il-bidu tal-2016; jirrakkomanda li l-Qorti tal-Ġustizzja xxerred dawn ir-regoli fost il-persunal tagħha biex il-ħaddiema kollha jkunu konxji dwarhom; jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi, sa Ġunju 2017, dettalji tal-każijiet ta' informaturi fl-2015, jekk kien hemm, u dwar kif ġew ittrattati u finalizzati;

28.

Iħeġġeġ lill-Qorti tal-Ġustizzja tadotta s-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' interess, minflok id-dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess, għax l-awtoevalwazzjoni tal-kunflitti ta' interessi hija, minnha nfisha, kunflitt ta' interess; iqis li l-evalwazzjoni ta' sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess trid issir minn parti indipendenti; jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrapporta sa Ġunju 2017 dwar il-bidliet introdotti u tindika min qed jikkontrolla s-sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess; itenni li t-trasparenza hija element fundamentali għall-fiduċja tal-pubbliku; jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja tistabbilixxi regoli ċari dwar “bibien iduru” u toħloq miżuri u politiki dissważivi, bħat-tnaqqis tal-pensjonijiet jew il-projbizzjoni ta' xogħol għal mill-inqas tliet snin f'korpi simili, biex jiġu prevenuti każijiet ta' “bibien iduru”;

29.

Jinnota l-kooperazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja mas-servizzi ta' interpretazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Parlament fi ħdan il-Kumitat Interistituzzjonali għat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni, partikolarment fil-qasam tal-interpretazzjoni; jistenna li dik il-kooperazzjoni ser tiġi estiża fil-qasam tat-traduzzjoni u jappoġġjaha, kull meta jkun possibbli u mingħajr ma titnaqqas l-importanza tar-responsabbiltajiet tal-Qorti tal-Ġustizzja;

30.

Jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi lill-Parlament bl-ispejjeż tat-traduzzjoni skont il-metodoloġija armonizzata maqbula fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar indikaturi ewlenin tal-attività u tal-prestazzjoni;

31.

Jinnota li d-direttorat tat-traduzzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja kellu żieda ta' 1,4 % fl-ammont ta' xogħol u li l-produttività tiegħu żdiedet b'7 % fl-2015 minħabba l-esternalizzazzjoni tal-kontroll tal-ammont ta' xogħol u l-implimentazzjoni ta' għodod ġodda ta' appoġġ għat-traduzzjoni;

32.

Jappoġġja l-analiżi tan-nefqa u tal-kondizzjonijiet għall-użu ta' karozzi uffiċjali mwettqa b'mod konġunt mis-servizzi tal-awditjar intern tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Awdituri; jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra, fil-qafas ta' din l-analiżi, il-possibbiltà li tnaqqas l-għadd ta' karozzi uffiċjali għad-dispożizzjoni tal-membri u l-persunal tagħha; jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra minn hekk, biex ittejjeb il-kontrolli tagħha kontra l-użu ta' karozzi uffiċjali għal finijiet privati;

33.

Jilqa' l-impenn tal-Qorti tal-Ġustizzja lejn miri ambjentali ambizzjużi; jinkoraġġixxi lill-istituzzjoni tapplika l-prinċipji ta' akkwist pubbliku ekoloġiku u jitlob li jiġu stabbiliti regoli u baġit suffiċjenti għall-kumpens għal emissjonijiet ta' karbonju;

34.

Jinnota l-informazzjoni dettaljata dwar il-politika tal-binjiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikolari rigward il-kostruzzjoni tal-ħames estensjoni tal-kumpless ta' binjiet attwali;

35.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftuħ tal-arkivju storiku tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-Arkivji Storiċi tal-Unjoni f'Firenze;

36.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Qorti tal-Ġustizzja li tippubblika r-rapport tal-attività annwali tagħha f'format ġdid; jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja tippubblika r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri, b'mod partikolari l-partijiet li jirreferu għall-Qorti tal-Ġustizzja;

37.

Jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja ttejjeb il-politika tal-komunikazzjoni tagħha lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni;

38.

Iqis li t-tweġiba mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-mistoqsija tal-Parlament (Mistoqsija Nru 26) dwar allowances mhix kompluta; jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja għal kjarifika u għal tweġiba ċara u dettaljata.


(1)  Ara l-Anness għar-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament tat-28 ta' Ottubru 2015 — Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill — Testi adottati, P8_TA(2015)0377.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/120


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1618 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)475 — C8-0273/2016) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0151/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69, 13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.

(4)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/121


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1619 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 15/2012: “Il-ġestjoni ta' kunflitti ta' interessi f'Aġenziji magħżula tal-UE”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0151/2017),

A.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabbiltà u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

1.

Japprezza l-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament u jilqa' l-feedback regolari abbażi tat-talbiet tal-Parlament; jilqa' l-prattika reċenti li tippermetti lill-Parlament jippreżenta s-suġġerimenti tiegħu lill-Qorti għall-programm ta' ħidma annwali tagħha; jitlob dibattitu annwali aktar strutturat bejn il-President tal-Qorti u l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-Parlament;

2.

Jinnota li l-eżerċizzju tal-awditjar tal-kontijiet annwali tal-Qorti jsir minn awditur estern indipendenti bl-għan li jiġu applikati l-istess prinċipji ta' trasparenza u responsabbiltà li l-awditur japplika fil-konfront ta' dawk suġġetti għall-awditjar tiegħu; jieħu nota tal-opinjoni tal-awditur li r-rapporti finanzjarji tal-Qorti jagħtu stampa veritiera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti;

3.

Jinnota li, fl-2015, l-approprjazzjonijiet finali tal-Qorti kienu jammontaw għal total ta' EUR 132 906 000 (meta mqabbla ma' EUR 133 498 000 fl-2014) u li r-rata ta' implimentazzjoni globali għall-baġit kienet ta' 98,68 %; jenfasizza li r-rata ta' implimentazzjoni kienet inqas minn dik tal-2014 (98,8 %);

4.

Jenfasizza li l-baġit tal-Qorti huwa purament amministrattiv, b'ammont kbir li qed jintuża għall-ispiża relatata ma' persuni li jaħdmu fi ħdan l-istituzzjoni; jenfasizza, madankollu, li l-introduzzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni ma għandhiex tapplika għall-baġit tal-istituzzjoni kollu kemm hu, iżda għandha tinkludi wkoll l-iffissar ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, realistiċi u marbuta mal-ħin (SMART) għad-dipartimenti u — l-unitajiet individwali u l-pjanijiet annwali tal-persunal; jilqa', f'dan ir-rigward, l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni fl-operazzjonijiet ta' kuljum tagħha;

5.

Ifakkar lill-Qorti li, skont l-Approċċ Komuni dwar aġenziji deċentralizzati adottati f'Lulju 2012 mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni (paragrafu 54), l-awditjar tal-aġenziji deċentralizzati jibqa' “taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-Qorti, li tamministra l-proċeduri kollha meħtieġa”; jinkoraġġixxi lill-Qorti tressaq proposti biex tissolva l-kwistjoni tal-awditjar tal-aġenziji fil-kuntest tar-reviżjoni attwali tar-Regolament Finanzjarju, u r-reviżjoni sussegwenti tar-Regolament Finanzjarju Qafas; iqis li din il-kwistjoni għandha tiġi ċċarata sabiex jitnaqqas kwalunkwe piż amministrattiv eċċessiv fuq l-aġenziji deċentralizzati, mingħajr ma jixxekklu l-ħtieġa u l-effikaċja tal-ħidma tal-Qorti;

6.

Jinnota li r-riforma tal-Qorti ġiet implimentata fl-2015 u ġiet ikkunsidrata bħala suċċess mill-Qorti; jistenna bil-ħerqa li jirċievi valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-istrateġija tal-Qorti għall-2013-2017, inkluża analiżi tal-kisbiet tal-objettivi ewlenin tar-riforma;

7.

Jilqa' l-approċċ ibbażat fuq il-valur miżjud tal-Unjoni, kif adottat mill-Qorti fir-rapporti tagħha; jappella biex issir aktar ħidma mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni biex jiġu żviluppati l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-prijoritajiet għal governanza finanzjarja tajba;

8.

Jinnota li r-reviżjoni tal-Artikolu 163 tar-Regolament Finanzjarju tipprevedi li “r-rapporti speċjali jiġu abbozzati u adottati f'perijodu ta' […] 13-il xahar (1)”; josserva li dan il-qafas ta' żmien ma ġiex irrispettat fl-2015; iħeġġeġ lill-Qorti tikkonforma ma' dan il-qafas ta' żmien mingħajr ma tikkomprometti l-kwalità tar-rapporti; jinkoraġġixxi, f'dan ir-rigward, lill-Qorti ttejjeb ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapporti speċjali tagħha biex ikunu saħansitra aktar immirati;

9.

Huwa tal-fehma li r-rapporti speċjali tal-Qorti għandhom jingħataw aktar prominenza mill-istituzzjonijiet riċevituri u għandhom jinkludu rapporti annwali speċifiċi; jenfasizza li l-effikaċja ta' rapporti speċjali separati tista' tiġi estiża li kieku dawn kellhom jinġabru flimkien fiż-żmien skont oqsma ta' politika speċifiċi, u b'hekk ikun possibbli għall-Parlament li jiddedika rapporti ad hoc għal dawk ir-rapporti speċjali tal-Qorti barra miċ-ċiklu ta' kwittanza;

10.

Jiddeplora l-fatt li l-Qorti naqset, s'issa, milli tippreżenta rapport speċjali dwar kunflitti ta' interessi fl-aġenziji kollha, b'mod partikolari f'dawk relatati mal-industriji, minkejja t-talbiet ripetuti li saru mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' kwittanza sa mill-2012; iħeġġeġ lill-Qorti tipproduċi u tippubblika l-ewwel rapport speċjali dwar il-kunflitti ta' interessi sal-aħħar ta' Ġunju 2017 u tippubblika rapporti sussegwenti kull sena minn hemm 'il quddiem; iqis li l-produzzjoni tar-rapporti annwali dwar il-kunflitti ta' interessi mill-Qorti hija vitali għall-integrità tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi u l-aġenziji, u biex jiġu evitati kunflitti ta' interessi bejn l-aġenziji Ewropej, b'mod partikolari dawk fil-qasam tal-industrija, u l-gruppi tal-lobbying;

11.

Josserva li l-Qorti tikkonforma mal-ftehim interistituzzjonali li l-persunal jitnaqqas b'5 % matul perjodu ta' ħames snin; jitlob li jkun infurmat, sa Ġunju 2017, dwar kif dan it-tnaqqis huwa kompatibbli mar-reklutaġġi ġodda li saru mill-Qorti fl-2015 u mal-perċentwal tar-reklutaġġi ġodda tal-2015;

12.

Jiddispjaċih li fost il-membri tal-Qorti kien hemm żbilanċ bejn is-sessi ta' ħames nisa b'paragun ma' 23 raġel fl-2015 u li n-numru ta' nisa naqas għal tlieta fl-2016; jiddispjaċih, barra minn hekk, li l-Qorti għad għandha żbilanċ bejn is-sessi fil-karigi ta' maniġment superjuri u intermedju (30,4 % nisa meta mqabbla ma' 69,6 % rġiel); jistieden lill-Qorti tippromwovi l-bilanċ bejn is-sessi, b'mod partikolari fil-karigi maniġerjali; jistieden, barra minn hekk, lill-Qorti tirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda u dwar ir-riżultati miksuba f'dan ir-rigward, mingħajr ma ddgħajjef il-missjoni tagħha;

13.

Jenfasizza li l-bilanċ ġeografiku, jiġifieri r-relazzjoni proporzjonata bejn il-membri tal-persunal ta' nazzjonalita' partikolari u d-daqs tal-Istat Membru rilevanti, irid jibqa' element importanti fil-ġestjoni tar-riżorsi, partikolarment fir-rigward tal-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004 jew wara; jilqa' l-fatt li l-Qorti kisbet kompożizzjoni ġeneralment ibbilanċjata ta' uffiċjali mill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni qabel l-2004 u mill-Istati Membri li ssieħbu fl-2004 jew wara; jindika li, madankollu, li l-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004 jew wara għadhom sottorappreżentati fil-livell superjuri tal-amministrazzjoni u fil-karigi maniġerjali, fejn għad hemm bżonn li jsir progress;

14.

Jinsab imħasseb dwar in-numru kbir ta' ġranet ta' liv minħabba mard fost il-persunal; jistieden lill-Qorti tiżgura li l-attivitajiet ta' benessri tagħha jkunu mmirati b'tali mod li jiżguraw il-benessri tal-membri tal-persunal tagħha, sabiex il-missjoni prinċipali tagħha titwettaq aħjar;

15.

Jinnota l-metodu użat mill-Qorti biex tikkalkula l-liv minħabba mard tal-persunal; huwa tal-fehma li dan il-metodu mhuwiex xieraq għall-kalkolu effettiv tal-assenzi minħabba mard; jistieden lill-Qorti tapplika sistema ta' kalkolu bbażata fuq il-jiem ta' xogħol ta' assenza għal kull impjegat individwali, bħalma jagħmlu istituzzjonijiet oħrajn;

16.

Jinnota li l-Qorti organizzat ħames “away days”, prinċipalment fit-tħejjija tar-riforma tal-Qorti, bil-parteċipazzjoni ta' proporzjon baxx ta' membri tal-persunal (107 biss); jistieden lill-Qorti tiżgura li l-attivitajiet ta' benessri tagħha jkunu mmirati b'tali mod li jinkludu l-iżvilupp proattiv u pożittiv tar-riżorsi umani, bil-parteċipazzjoni ta' kemm jista' jkun membri tal-persunal;

17.

Jinnota l-qafas etiku msaħħaħ tal-Qorti għall-prevenzjoni kemm tal-kunflitti ta' interess kif ukoll tal-imġiba ħażina min-naħa tal-persunal u l-membri; jistieden lill-Qorti tirrapporta lill-Parlament dwar ir-reviżjoni tar-regoli interni tagħha kontra l-fastidju;

18.

Iħeġġeġ lill-Qorti tirrinforza s-sottomissjoni ta' dikjarazzjonijiet ta' interessi, minflok id-dikjarazzjonijiet ta' nuqqas tal-kunflitti ta' interessi, peress li l-awtoevalwazzjoni tal-kunflitti ta' interessi hija hi stess kunflitt ta' interessi; iqis li l-evalwazzjoni ta' sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interessi trid issir minn parti terza li hija indipendenti; jitlob lill-Qorti tirrapporta sa Ġunju 2017 dwar il-bidliet introdotti u tindika min qed jivverifika s-sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interessi; itenni li l-integrità u t-trasparenza huma elementi ewlenin għall-fiduċja pubblika; jistieden lill-Qorti tistabbilixxi regoli ċari dwar ir-“revolving doors” u tistabbilixxi miżuri u pieni dissważivi, bħat-tnaqqis tal-pensjonijiet jew il-projbizzjoni ta' ħidma għal mill-inqas tliet snin f'korpi simili, biex jiġu evitati każijiet ta' “revolving doors”;

19.

Ifakkar lill-Qorti li l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni jeħtiġilhom jadottaw kodiċi ta' mġiba amministrattiva tajba u jiġu mħeġġa jużaw ir-reġistru ta' trasparenza bħala strument ta' referenza għall-interazzjoni tagħhom mar-rappreżentanti rilevanti;

20.

Jistieden lill-Qorti tkun parti mill-ftehim interistituzzjonali dwar reġistru ta' trasparenza obbligatorju;

21.

Jilqa' l-ħolqien ta' portal ta' trasparenza fuq is-sit web tal-Qorti kif ukoll il-fatt li l-Qorti diġà stabbiliet regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jirrakkomanda li l-Qorti xxerred dawn ir-regoli fost il-persunal tagħha sabiex l-impjegati kollha jkunu konxji minnhom; jitlob lill-Qorti biex, sa Ġunju 2017, tipprovdi dettalji dwar il-każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta fl-2015, jekk kien hemm, u dwar kif dawn ġew ittrattati u solvuti;

22.

Jinnota li fl-2015 il-Qorti kienet proprjetarja ta' tliet binjiet, K1, K2 u K3; jitlob lill-Qorti tinkludi l-ippjanar għax-xogħlijiet ta' titjib fil-kwalità ta' dawk il-binjiet fir-rapport ta' attività annwali tagħha u tiżgura l-implimentazzjoni tal-ogħla standards possibbli ta' effiċjenza enerġetika matul tali xogħlijiet ta' titjib;

23.

Jinnota s-sommarju tal-politika dwar il-bini tal-Qorti inkluż fir-rapport ta' attività annwali tagħha u jitlob li fil-futur tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata dwar din il-kwistjoni;

24.

Jinnota ż-żieda fil-volum ta' xogħol ta' traduzzjoni fl-2015, kważi 3 % aktar mill-2014; jinnota li, skont ir-riforma tal-Qorti, l-istruttura tad-Direttorat tat-Traduzzjoni ġiet ottimizzata; jistieden lill-Qorti tiċċara kif dak id-Direttorat tejjeb il-ħidma tiegħu;

25.

Jinnota n-negozjati bejn il-Qorti u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) biex tiġi kkunsidrata l-possibbiltà ta' arranġament amministrattiv; jistieden lill-Qorti tirrapporta dwar il-progress li jsir fin-negozjati f'dan ir-rigward;

26.

Itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex fir-rapporti ta' attività annwali tagħha tinkludi, b'konformità mar-regoli eżistenti dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data, ir-riżultati u l-konsegwenzi tal-każijiet magħluqa tal-OLAF, fejn il-Qorti jew xi ħadd mill-membri tal-persunal tagħha kienu s-suġġett tal-investigazzjoni;

27.

Jinnota r-rakkomandazzjoni tas-servizz ta' awditjar intern biex jiġi kkunsidrat użu aktar razzjonali tal-vetturi uffiċjali tal-Qorti; jistieden lill-Qorti tindirizza din il-kwistjoni b'kooperazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tinforma lill-Parlament dwar l-azzjonijiet meħuda għar-razzjonalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-flotta;

28.

Jilqa' l-isforzi u l-kisbiet tal-Qorti b'rabta mat-tnaqqis tal-impronta ambjentali tagħha; jinnota li l-Qorti nediet -proġett tal-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) fl-2013, bl-għan li tikseb iċ-ċertifikazzjoni EMAS sa tmiem l-2016; jilqa' l-fatt li, fit-13 ta' Novembru 2015, il-Qorti adottat politika ambjentali li tifformalizza l-parteċipazzjoni tagħha f'inizjattiva dwar il-ġestjoni ambjentali ta' kwalità għolja; jesprimi tħassib għad-dewmien taċ-ċertifikazzjoni EMAS;

29.

Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni usa' ma' universitajiet fl-Unjoni għall-ħolqien ta' korsijiet speċjalizzati fl-awditjar Ewropew; jistieden lill-Qorti żżomm lill-Parlament infurmat dwar l-iżviluppi u r-riżultati ta' tali kooperazzjoni estiża fil-ġejjieni;

30.

Jistieden lill-Qorti tikkunsidra l-possibbiltà li tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar komunikazzjoni aħjar dwar il-baġit tal-Unjoni, il-funzjonijiet tagħha u l-missjoni tagħha, u dwar kif dan jista' jiġi spjegat b'mod iktar effettiv liċ-ċittadini tal-Unjoni.


(1)  Ara l-Artikolu 251(1) tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2016) 605.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/124


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1620 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)475 — C8-0278/2016) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99 u 164 sa 167 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 7/2016: “Kif is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jimmaniġġja l-binjiet tiegħu madwar id-dinja”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0122/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69, 13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.

(4)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/125


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1621 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0122/2017),

A.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza speċjali li nkomplu nsaħħu l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabbiltà, bl-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.

Jilqa' l-fatt li, skont il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-“Qorti”), il-livell ġenerali ta' żbalji fl-Intestatura 5 (Amministrazzjoni), inkluż il-baġit tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), għadu relattivament baxx bi stima ta' 0,6 % fl-2015;

2.

Jinnota l-fatt li l-Qorti ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tar-rapport annwali tal-attività u tas-sistema ta' kontroll intern tas-SEAE;

3.

Jitlob li s-SEAE jirrimedja ċerti dgħufijiet li nstabu mill-Qorti fil-proċeduri ta' reklutaġġ ta' aġenti lokali fid-delegazzjonijiet (jiġifieri nuqqas ta' trasparenza fir-rigward ta' ċerti passi tal-proċedura) u fil-proċeduri ta' akkwist (b'mod partikolari valutazzjonijiet żbaljati ta' offerti meta mqabbla ma' speċifikazzjonijiet tekniċi jew l-użu ta' proċedura ta' akkwist inkorretta) organizzati mid-delegazzjonijiet;

4.

Jaqbel mal-Qorti li t-titjib tal-gwida, id-disinn, il-koordinazzjoni u t-twettiq tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku għal kuntratti ta' valur baxx huwa importanti peress li dawn il-kuntratti rrappreżentaw 4,5 % tal-valur totali ta' kuntratti konklużi fl-2015; jappoġġja l-intenzjoni tas-SEAE li jorganizza seminars reġjonali u jipprovdi appoġġ amministrattiv rigward l-akkwist għan-netwerk kollu tad-delegazzjonijiet;

5.

Jitlob li s-SEAE jtejjeb il-kwalità tal-proċeduri tal-għażla tiegħu billi jintegra d-dokumentazzjoni ta' sostenn kollha meħtieġa; jitlob li s-SEAE jarmonizza aħjar il-proċeduri ta' akkwist imwettqa fid-delegazzjonijiet; itenni t-talba tiegħu li d-dgħufijiet rikorrenti f'dan il-qasam jiġu rrimedjati billi jitkompla l-appoġġ amministrattiv għad-delegazzjonijiet fejn is-sitwazzjoni hi l-aktar kritika;

6.

Jilqa' l-fatt li, fil-qafas tal-eżerċizzju tar-Rapport dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna (RĠAE) li jkopri s-sena 2015, inħarġu linji gwida mtejba u aktar komprensivi li jsaħħu s-superviżjoni tal-kapijiet tad-delegazzjoni u li jkopru r-rekwiżiti kemm tar-responsabbiltà kif ukoll tar-rappurtaġġ;

7.

Jiddispjaċih għaż-żieda fir-rata medja ta' anomaliji fl-impenji għal 22,4 % fl-2015 (meta mqabbla ma' 18,3 % fl-2014) fil-livell ta' kontrolli ex ante;

8.

Jinnota li l-baġit totali tas-SEAE għall-2015 kien ta' EUR 602,8 miljun, li jirrappreżenta żieda totali ta' 16,2 % meta mqabbel mal-2014, u li rriżulta mit-trasferiment ta' EUR 71,5 miljun fil-baġit tiegħu mill-baġit amministrattiv tal-Kummissjoni (EUR 25,2 miljun) u minn linji baġitarji oħra (sa EUR 46,3 miljun) għall-finanzjament tal-ispejjeż komuni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, bħal kirjiet, sigurtà tal-uffiċċji u IT; josserva li l-fondi tal-FEŻ ma kinux inklużi;

9.

Jirrimarka li l-eżekuzzjoni tal-baġit amministrattiv tas-SEAE għadha punt ta' tħassib peress li ċerti delegazzjonijiet jirċievu kontribuzzjonijiet baġitarji mill-Kummissjoni minn 33 linja baġitarja differenti, minbarra l-baġit proprju tas-SEAE; jistieden lill-partijiet interessati kollha jkomplu jirfinaw u jissemplifikaw is-sorsi u l-arranġamenti baġitarji sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni baġitarja; jilqa' l-arranġament baġitarju li nstab dan l-aħħar rigward l-ispejjeż amministrattivi tal-FEŻ, li se jiġu imposti fuq il-baġit tas-SEAE mill-2016 fuq il-bażi ta' kalkolu ta' ammont standard għal kull persuna;

10.

Jinnota l-fatt li l-baġit tal-kwartieri ġenerali ammonta għal EUR 218,9 miljun, li minnhom EUR 140,5 miljun (jew 64,7 %) kienu jirrigwardaw il-ħlas tas-salarji u d-drittijiet l-oħra tal-persunal statutorju u dak estern, EUR 30 miljun (jew 13,7 %) għall-bini u EUR 30,7 miljun bi rbit ma' sistemi tal-IT, tagħmir u għamara;

11.

Jinnota li l-baġit ta' EUR 383,9 miljun tad-delegazzjonijiet kien imqassam f'EUR 155,8 miljun (jiġifieri 40,6 %) għall-bini u l-ispejjeż assoċjati, EUR 105,5 miljun (27,5 %) għar-remunerazzjoni tal-persunal statutorju, EUR 60,1 miljun (jew 15,7 %) għal persunal estern u servizzi esterni, EUR 20,6 miljun (5,4 %) għal infiq ieħor relatat mal-persunal u EUR 41,9 miljun (10.9 %) għal infiq amministrattiv ieħor; jinnota wkoll li l-Kummissjoni allokat EUR 204,7 miljun għall-ispejjeż amministrattivi tal-membri tal-persunal tal-Kummissjoni stazzjonati fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

12.

Itenni t-talba tiegħu li l-“kontinwità tal-operazzjonijiet” u l-“ġestjoni tad-dokumenti” jingħataw attenzjoni, speċjalment fid-delegazzjonijiet, bħala standards ta' kontroll intern prinċipali, iżda wkoll bħala komponenti sinifikanti tal-ġestjoni, b'mod partikolari għad-disponibbiltà u l-affidabbiltà tal-informazzjoni li tintuża għal diversi skopijiet ta' ġestjoni, jiġifieri l-monitoraġġ, il-valutazzjoni u r-rappurtar ta' attivitajiet u proġetti;

13.

Josserva li żewġ delegazzjonijiet biss esprimew riservi relatati man-nuqqas ta' proċedura xierqa ta' sejħiet għall-offerti u informazzjoni ewlenija nieqsa dwar il-ġestjoni li għandha jintużaw għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni;

14.

Jappoġġja l-kuntatti regolari bejn is-SEAE u s-servizzi tal-Kummissjoni li jittrattaw kwistjonijiet esterni dwar il-prevenzjoni u l-kxif ta' frodi;

15.

Jappoġġja t-twaqqif taċ-Ċentru Reġjonali tal-Ewropa, li huwa inizjattiva maħsuba biex tipprovdi għajnuna amministrattiva mtejba lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fl-oqsma tal-ġestjoni finanzjarja, l-akkwist u r-riżorsi umani; jistenna bil-ħerqa li jirċievi l-evalwazzjoni tal-proġett pilota fl-2017; iħeġġeġ lis-SEAE jkompli din il-prattika li jiġmal-għarfien b'mod adattat f'reġjuni oħra bil-ħsieb li jkompli jnaqqas il-piż amministrattiv u l-ispejjeż amministrattivi fid-delegazzjonijiet;

16.

Iqis li huwa essenzjali li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet ikomplu jiġu sensibilizzati regolarment rigward ir-rwol fundamentali tagħhom fit-tisħiħ kumplessiv tal-assigurazzjoni, il-ġestjoni u r-responsabbiltà, b'mod partikolari fir-rigward tal-ponderazzjoni tad-diversi komponenti li x'aktarx jattivaw il-ħruġ ta' riserva, apparti d-dmirijiet politiċi tagħhom; iħeġġeġ lis-SEAE joffri lill-kapijiet tad-delegazzjonijiet, speċjalment lid-diplomatiċi mill-Istati Membri taħriġ u għarfien espert;

17.

Josserva l-bidliet u r-razzjonalizzazzjoni li saru fl-organizzazzjoni tas-SEAE biex jissemplifikaw il-linji ta' rappurtar u l-flussi tal-informazzjoni li jiffaċilitaw il-formulazzjoni, min-naħa tas-SEAE, ta' reazzjonijiet għall-kriżijiet jew għall-isfidi politiċi, u biex inaqqsu l-għadd ta' sfuf ta' ġerarkija b'anqas direttorati;

18.

Jirrikonoxxi l-aspett kritiku tal-ġestjoni tar-riżorsi umani fil-kuntest tas-SEAE bi “tliet sorsi” ta' reklutaġġ, il-ġestjoni tal-istazzjonar f'delegazzjonijiet, u l-ilħiq tat-tnaqqis annwali fil-persunal, li fl-2015 kien jirrappreżenta 17-il kariga fil-kwartieri ġenerali;

19.

Jinnota li l-parti tad-diplomatiċi tal-Istati Membri tirrappreżenta 32,9 % tal-persunal AD kollu tas-SEAE (jiġifieri 307 persuni) meta mqabbla ma' 33,8 % fl-2014; jirrimarka li din il-proporzjon hija ogħla fid-delegazzjonijiet bi 43,1 % jew 166 diplomatiku mill-Istati Membri u 25,7 % fil-kwartieri ġenerali; jappella għal distribuzzjoni aktar bilanċjata ta' persunal u jfakkar lis-SEAE li huwa importanti li jiġmal-għarfien espert tal-persunal tal-Istati Membri u tas-SEAE f'kull livell;

20.

Jenfasizza li l-għadd ta' diplomatiċi tal-Istati Membri stazzjonati bħala kapijiet ta' delegazzjonijiet kien ta' 63 minn 134 kariga ta' kap ta' delegazzjonijiet, li jirrappreżentaw 47 % tat-total; jirrimarka li dawk it-63 kariga kineu mqassma b'bilanċ inugwali tas-sessi ta' 16 %/84 %, u li biss 16 minn dawn it-63 kienu ċittadini ta' Stati Membri li daħlu fl-Unjoni fl-2004 jew wara; jinnota wkoll li, fi ħdan id-29 viċi kapijiet ta' delegazzjoni, is-sessi kienu rrappreżentati bi żbilanċ ta' 24 %/76 %, u li 6 mill-viċi kapijiet ta' delegazzjoni kienu diplomatiċi tal-Istati Membri;

21.

Josserva li l-għadd ta' esperti nazzjonali sekondati mill-Istati Membri kompla jiżdied fl-2015 (8 % aktar meta mqabbel mal-2014) biex laħaq 434 (bi 376 stazzjonati fil-kwartieri ġenerali u 58 fid-delegazzjonijiet); jinnota li 40 % tat-376 espert nazzjonali sekondat (jew 151) li jinsabu fi Brussell tħallsu mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom;

22.

Ifakkar lis-SEAE fil-ħtieġa li jiżgura rispett sħiħ tal-formula tal-persunal rigward il-proporzjon bejn il-persunal mill-Istati Membri u dak mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi s-SEAE;

23.

Jinnota li t-tqassim ġenerali skont is-sess kważi laħaq il-parità, b'bilanċ ta' 47 % / 53 % fil-persunal kumplessiv, filwaqt li fil-livell tal-persunal AD d-differenza hija 31,7 % / 68,3 % (mqabbla ma' 31 % / 69 % fl-2014); josserva li din il-proporzjon ta' 30 % ilha stabbli mill-2011;

24.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-iżbilanċi bejn is-sessi f'pożizzjonijiet maniġerjali, peress li l-livell bħalissa huwa 21,4 % / 78,6 %; jiddispjaċih li l-proporzjon ta' nisa li japplikaw għal karigi maniġerjali għadha fil-livell baxx ta' 16 %; iqis li huwa importanti li jsir progress f'dan ir-rigward u għalhekk jitlob li s-SEAE jagħti sura ġdida lill-kundizzjonijiet u l-politiki ta' reklutaġġ tiegħu sabiex iħajjar liż-żewġ sessi ndaqs għal karigi maniġerjali;

25.

Itenni li l-bilanċ ġeografiku, prinċipalment r-relazzjoni bejn in-nazzjonalità tal-persunal u d-daqs tal-Istati Membri, għandu jkun element importanti fil-ġestjoni tar-riżorsi umani tas-SEAE, partikolarment fir-rigward tal-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni mill-2004 'l hawn; huwa mħasseb serjament dwar is-sottorappreżentanza kontinwa ta' dawk l-Istati Membri kemm fil-livell tal-persunal kif ukoll f'dak maniġerjali; jitlob, għaldaqstant, li s-SEAE jagħmel ħiltu biex jikkoreġi din is-sitwazzjoni b'mod sinifikanti; jenfasizza li dawk l-Istati Membri huma sottorappreżentati b'mod speċjali fil-livell ogħla tal-amministrazzjoni u fil-karigi maniġerjali, li fihom għadna nistennew li jsir progress;

26.

Jilqa' l-impenn mogħti lill-Parlament mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli li tindirizza l-iżbilanċ eżistenti b'sovrarappreżentanza ta' diplomatiċi nazzjonali fil-karigi ta' kapijiet ta' delegazzjonijiet, u jitlob li s-SEAE jippreżenta rieżami tal-politika tar-riżorsi umani tiegħu matul l-2017, b'tali mod li jindirizza kwistjonijiet bħalma huma l-bilanċ bejn is-sessi u l-mobilità tal-persunal bejn l-istituzzjonijiet, filwaqt li jqis ukoll l-impatt tagħha f'termini ta' riżorsi umani biex isaħħu “l-azzjoni esterna u l-viżibbiltà tal-Unjoni permezz tal-istrateġija globali tagħha”;

27.

Iħeġġeġ lis-SEAE jkompli jiżviluppa r-rwol tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari għall-faċilitazzjoni u l-appoġġ tal-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fl-għoti ta' għajnuna konsulari;

28.

Ifakkar lis-SEAE li hemm differenza sottili bejn id-diplomazija ekonomika u l-lobbying; jitlob għalhekk li s-SEAE jissieħeb fil-Ftehim Interistituzzjonali futur dwar Reġistru tat-Trasparenza Mandatorju, inkluż għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, safejn dan ikun possibbli mil-lat legali;

29.

Jinnota l-infiq annwali ta' EUR 160 miljun iddedikati għan-netwerk tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, li jirrappreżenta żieda ta' aktar minn 50 % meta mqabbel mas-sena finanzjarja ta' qabel; jinnota li 80 % tad-delegazzjonijiet għadhom f'binjiet mikrija, hekk li l-kirjiet fl-2015 ammontaw għal EUR 53,04 miljun; jilqa' l-faċilità ta' self ta' EUR 200 miljun għal ġestjoni aħjar tal-politika immobiljari u t-tnaqqis tal-ispejjeż tax-xiri tad-delegazzjonijiet; jiddispjaċih li, minkejja l-faċilità ta' self u ż-żieda fl-infiq, huma biss ftit il-binjiet tad-delegazzjonijiet li huma proprjetà tas-SEAE; jitlob li s-SEAE fir-rapport annwali tal-attività tiegħu jippreżenta mhux biss il-kuntratti tal-binjiet tas-sena kurrenti imma wkoll stampa ġenerali tas-sitwazzjoni tal-binjiet kollha tad-delegazzjonijiet;

30.

Jitlob li s-SEAE jġedded il-politiki immobiljari tiegħu mill-qiegħ f' konformita' mar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti tal-Awdituri fir-Rappot Speċjali Nru 7/2016 tagħha, b'mod partikolari rigward:

il-ħtieġa ta' konsistenza u tal-irkupru sħiħ tal-ispejjeż kollha għall-imposti mħallsa mill-Istati Membri jew minn istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-Unjoni ospitati f'binjiet ta' uffiċini tad-delegazzjonijiet;

it-titjib tal-għażla ta' binjiet tad-delegazjonijiet;

l-involviment dirett tal-kwartieri ġenerali qabel ma jinkrew (jew jiġġeddu ftehimiet ta' kera) jew jinxtraw binjiet ta' uffiċini;

it-titjib tas-sistema ta' informazzjoni tiegħu għall-ġestjoni tal-proprjetà immobbli, ħalli s-SEAE jikseb informazzjoni aktar affidabbli u rilevanti għall-proċess ta' ppjanar tiegħu;

31.

Jitlob li s-SEAE jiżviluppa aktar l-użu tal-ispazji mmobiljari, b'mod partikolari billi jindirizza bħala kwistjoni ta' prijorità s-sitwazzjonijiet individwali ta' binjiet mhux okkupat jew li huma kbar bla bżonn u l-ispejjeż żejda assoċjati identifikati mill-Qorti (EUR 7,8 miljun), waqt li jirrikonoxxi l-isfidi tal-ġestjoni tal-immobbli f'ambjenti li spiss huma kumplessi;

32.

Jenfasizza li s-SEAE u l-Istati Membri għandhom interess komuni li jiffatturaw l-użu tal-binjiet u jkomplu jiżviluppaw il-kooperazzjoni lokali fil-qasam tal-ġestjoni immobiljari, b'attenzjoni speċifika u kontinwa għall-ksib tal-aqwa valur mill-infiq, għall-kwistjonijiet ta' sigurtà u għall-immaġni tal-Unjoni;

33.

Jilqa' ż-żieda fi proġetti ta' kolokazzjoni ta' delegazzjonijiet tal-Unjoni ma' Stati Membri, bl-iffirmar ta' sitt memoranda ta' qbil ta' kolokazzjoni fl-2015, li wasslu għal total ta' 86 proġett ta' kolokazzjoni sa tmiem l-2015; jinkoraġġixxi lis-SEAE jkompli jfittex modi oħra biex iwessa' din il-prattika tajba; iqis li din il-politika għandha tinkludi approċċi innovattivi bl-għan li jiġu definiti kemm strateġija koordinata ta' kolokazzjoni ma' Stati Membri ħerqana li jagħmlu dan, kif ukoll arranġamenti xierqa ta' qsim tal-ispejjeż relatati mal-binjiet u l-loġistika; josserva li arranġamenti ta' kolokazzjoni jikkonċernaw ukoll entitajiet oħra li jikkontribwixxu għall-ġestjoni tal-politiki barranin, bħalma huma l-Bank Ewropew tal-Investiment, is-servizzi ta' ECHO, il-missjonjiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni u r-rappreżentanti speċjali tal-Unjoni;

34.

Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' reġistrazzjoni u n-nuqqas ta' preċiżjoni fis-sistema ta' informazzjoni għall-ġestjoni tal-binjiet ta' uffiċini u r-residenzi tad-delegazzjonijiet; jitlob li jsir rieżami regolari tal-kompletezza u l-affidabbiltà tad-data pprovduta mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex jissaħħaħ l-ippjanar ġenerali tal-ispazji immobiljari, il-postijiet u l-irkupru tal-ispejjeż;

35.

Iħeġġeġ lis-SEAE jsaħħaħ l-istrumenti ta' ġestjoni ta' kontroll u ta' monitoraġġ tal-ispejjeż kollha mġarrba fir-rigward tal-politika immobiljari sabiex jiżgura stampa ġenerlai korretta u segwitu għall-infiq kollu f'dan il-qasam; iqis li għandu jsir enfasi fuq il-monitoraġġ tal-limiti stabbiliti fil-politika immobiljari sabiex jitnaqqas it-total tal-kera annwali tal-uffiċini tad-delegazzjonijiet u l-ispejjeż rikorrenti relatati, u sabiex tiġi żgurata l-adegwatezza tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-entitajiet kolokati, il-kopertura tal-ispejjeż operazzjonali involuti f'sitwazzjonijiet ta' kolokazzjoni u l-korrettezza tal-ispejjeż b'kundizzjonijiet tas-suq lokali;

36.

Jemmen li għarfien espert legali u tekniku fil-ġestjoni tal-proprjetà immobbli għandu jiġi żviluppat mill-aktar fis, filwaqt li titqies kwalunkwe għażla alternattiva kosteffikaċi, bħal li jiġu mqabbda esperti esterni (pereżempju, sensara lokali) li jfittxu fis-suq jew possibbilment jinnegozjaw mas-sidien tal-proprjetà;

37.

Jitlob mis-SEAE lista annwali ta' spezzjonijiet imwettqa fid-delegazzjonijiet;

38.

Jitlob li s-SEAE jara li l-ispettorat tad-delegazzjonijiet jwettaq kontrolli fuq l-aħħar ħames ftehimiet ta' kiri jew xiri ta' residenzi għal ambaxxaturi tal-Unjoni, inkluża r-residenza f'Tirana, l-Albanija, u li jirrapporta lill-Parlament dwar dan;

39.

Jappoġġja l-implimentazzjoni ta' strateġija fuq żmien medju u fit-tul li tidentifika l-għażliet possibbli kollha f'dan il-qasam mill-prijoritajiet ta' investiment jew possibbiltajiet ta' xiri għat-tiġdid ta' kirjiet jew għall-kondiviżjoni ta' binjiet ma' Stati Membri, b'kont meħud għat-tbassir dwar il-persunal u għall-ippjanar u l-iżvilupp tal-politiki;

40.

Iħeġġeġ lis-SEAE jkompli japplika l-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) u l-prinċipju ta' akkwist pubbliku ekoloġiku fil-politika immobiljari tiegħu, filwaqt li jifhem li l-kundizzjonijiet lokali tal-139 delegazzjoni jirrikjedu ċertu grad ta' flessibbiltà;

41.

Huwa tal-fehma li s-sigurtà tas-SEAE u tad-delegazzjonijiet tiegħu trid tissaħħaħ aktar u jistieden lis-SEAE jagħti prijorità lis-sigurtà meta jagħżel il-binjiet u l-ispazji għad-delegazzjonijiet tiegħu; iqis li s-sigurtà tal-binjiet għandha tkun parti integrali mill-politika immobiljari tas-SEAE u li l-iskema ta' evakwazzjoni u d-deċiżjonijiet dwar l-evakwazzjoni tiegħu, jekk meħtieġa, għandhom ikunu kkoordinati mar-Rappreżentanzi tal-Istati Membri kkonċernati.

42.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li s-SEAE tipprevedi proġett ta' viżjoni komuni u azzjoni konġunta bl-objettiv li jkollna Ewropa aktar b'saħħitha li jikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà fir-reġjun u fid-dinja kollha kemm hi;

43.

Jitlob li s-SEAE jtejjeb il-politika ta' komunikazzjoni tiegħu fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/129


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1622 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)475 — C8-0274/2016) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0144/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69, 13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.

(4)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/130


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1623 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0144/2017),

A.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabilità, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni) u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.

Jilqa' l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”) li skontha l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 għall-infiq amministrattiv u għal infiq ieħor tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (“il-Kumitat”) kienu ħielsa minn żbalji materjali;

2.

Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rapport annwali għall-2015, il-Qorti ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati b'rabta mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Kumitat;

3.

Jinnota li fl-2015 il-baġit tal-Kumitat ammonta għal EUR 129 100 000 (meta mqabbel mal-EUR 128 559 380 tal-2014), b'rata ta' użu ta' 95,9 %; jinnota li kien hemm żieda żgħira fir-rata ta' użu fl-2015 meta mqabbla mal-2014;

4.

Jinnota li l-baġit tal-Kumitat huwa fil-biċċa l-kbira wieħed amministrattiv, b'ammont kbir minnu użat għan-nefqa li tikkonċerna persuni li jaħdmu fi ħdan l-istituzzjoni u l-bqija għal bini, għamara, tagħmir u kostijiet operattivi mixxellanji; jenfasizza, madankollu, li l-introduzzjoni ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni ma għandhiex tapplika għall-baġit tal-Kumitat kollu kemm hu, iżda għandha tinkludi wkoll l-iffissar ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jintlaħqu, li jkunu realistiċi u bbażati fuq perjodu ta' żmien (SMART) għad-dipartimenti individwali, għall-unitajiet u għall-pjanijiet annwali tal-membri tal-persunal; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kumitat jintroduċi l-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni aktar fil-wisa' fl-operazzjonijiet ta' kuljum tiegħu;

5.

Jinnota l-osservazzjonijiet ta' segwitu tal-Kumitat għar-riżoluzzjoni ta' kwittanza 2014 tal-Parlament, mehmuża mar-rapport annwali tal-attività tiegħu; jilqa' t-twaqqif ta' servizz ta' appoġġ speċifiku għall-akkwist pubbliku fl-2015;

6.

Jinnota li l-2015 kienet l-ewwel sena tal-mandat il-ġdid tal-Kumitat, u dan seta' affettwa l-kisbiet, b'mod partikolari tad-direttorati leġiżlattivi, inklużi d-direttorati tal-interpretazzjoni u l-komunikazzjoni u tar-riżorsi umani;

7.

Jinnota li r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat (“il-Ftehim”) jivvaluta f'waqtu u b'mod pożittiv il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet;

8.

Jinnota li, skont il-Kumitat, jenħtieġ li n-natura tal-koperazzjoni “intensifikata”, imsemmija fil-Ftehim tiġi ċċarata aħjar, u li xi elementi għad iridu jiġu implimentati bis-sħiħ u jirrikjedu impenn sostnut miż-żewġ istituzzjonijiet; huwa konvint li permezz ta' sforzi ulterjuri favur l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim u l-iżvilupp ta' sinerġiji, se jkun hemm riżultati pożittivi għaż-żewġ partijiet;

9.

Itenni t-talba tiegħu biex tiġi inkluża valutazzjoni konġunta tal-iffrankar baġitarju li jirriżulta mill-Ftehim fir-rieżami ta' nofs it-terminu jew fir-rapport ta' segwitu li jmiss tal-Ftehim;

10.

Jinnota li l-opinjonijiet tal-Kumitat mhumiex integrati sew fil-ħidma tal-Parlament u jappella lill-Kumitat biex flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament jiżviluppaw proposti biex jiġu semplifikati l-proċeduri tal-Kumitat u tal-Parlament f'dan ir-rigward;

11.

Jinnota l-konklużjoni ta' ftehim bilaterali ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kumitat u l-Kumitat tar-Reġjuni, iffirmat fl-2015; huwa fiduċjuż li dan il-ftehim jiżgura aktar effiċjenza fil-prestazzjoni taż-żewġ kumitati; huwa tal-fehma li funzjonijiet amministrattivi simili għandhom jitwaħħdu sabiex jiġi evitat l-irduppjar bla bżonn tal-attivitajiet;

12.

Jinnota li l-aċċess dirett bejn il-binjiet RMD u REM ingħalaq mill-Parlament minħabba tħassib dwar is-sigurtà wara l-attakk terroristiku ta' Pariġi f'Novembru 2015; huwa fiduċjuż li l-Parlament se jivvaluta mill-ġdid it-tħassib dwar is-sigurtà minħabba li l-ftuħ mill-ġdid tal-passaġġ ikun ta' benefiċċju għat-tliet istituzzjonijiet;

13.

Jilqa' l-bidliet amministrattivi applikati fl-2015, b'mod partikolari l-implimentazzjoni sħiħa ta' sistema bbażat fuq il-kost għar-rimborż tal-ispejjeż ta' vjaġġar tal-membri u t-tiġdid sħiħ tal-portal tal-membri; jistieden lill-Kumitat biex jipprovdi ħarsa ġenerali annwali komparattiva tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-membri għall-2014, 2015 u 2016;

14.

Jinnota li, skont ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat, il-membri tiegħu huma totalment indipendenti fil-qadi ta' dmirijiethom, fl-interess ġenerali tal-Unjoni; jinnota li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat; jistieden lill-Kumitat jingħaqad fil-Ftehim Interistituzzjonali futur dwar Reġistru Obbligatorju tat-Trasparenza;

15.

Jinsab imħasseb dwar in-numru għoli ta' karigi permanenti vakanti fl-2015 u jħeġġeġ lill-Kumitat biex jimplimenta l-miżuri meħtieġa biex itejjeb il-proċeduri ta' reklutaġġ tiegħu;

16.

Jinnota bi tħassib l-iżbilanċ kontinwu bejn il-ġeneri f'karigi marbuta ma' maniġment superjuri u ma' dak intermedju (30 %/70 % fil-każ ta' maniġment superjuri); jiddispjaċih wkoll li l-iżbilanċ ġeografiku fil-karigi maniġerjali intermedju u superjuri, b'mod partikolari n-nuqqas ta' persunal mill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni mill-2004 'l quddiem; jistieden lill-Kumitat jieħu azzjoni biex jirranġa dawn l-iżbilanċi u biex jirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda u dwar ir-riżultati miksuba;

17.

Jinnota l-pjan tal-Kumitat li jikkonforma mal-ftehim interistituzzjonali (1) li jnaqqas il-persunal b'5 % fuq perjodu ta' ħames snin; jitlob li jkun infurmat dwar kif dan it-tnaqqis jikkorrispondi għas-sitwazzjoni fl-2016 fejn inħolqu tliet karigi ġodda; jissuġġerixxi li l-Kumitat jirrapporta lura lill-Parlament dwar kwalunkwe ffrankar alternattiv miksub biex jiġi kkumpensat id-dewmien possibbli fit-tnaqqis tal-persunal;

18.

Jilqa' l-fatt li r-regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta daħlu fis-seħħ fil-bidu tal-2016;

19.

Jappoġġa bis-sħiħ il-ħolqien ta' karigi ta' konsulenti tal-etika biex jgħinu f'sitwazzjonijiet relatati ma' fastidju possibbli u jipprovdu taħriġ speċifiku biex jitjiebu l-għarfien u l-ġestjoni tal-każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta; jiddispjaċih li tliet każijiet marbuta ma' fastidju kellhom jgħaddu minn azzjoni legali;

20.

Ma jistax jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-livell ta' assenteiżmu marbut ma' liv minħabba mard peress li r-rapport ipprovdut mill-Kumitat dwar din il-kwistjoni huwa wieħed fjakk; jistieden lill-Kumitat jirrapporta dwar il-liv minħabba mard tal-persunal tiegħu diviż bin-numru ta' jiem ta' xogħol fuq liv minħabba mard għal kull membru individwali tal-persunal;

21.

Jinnota li l-Kumitat naqqas l-ispiża medja tal-“away days” tiegħu b'35 % għal kull parteċipant meta mqabbla mal-2014 u li 218-il persuna biss ħadu sehem fl-avveniment, meta mqabbla ma' 415 fl-2014; jistieden lill-Kumitat jqiegħed fil-mira l-attivitajiet ta' benessri tiegħu sabiex dawn jinkludu kemm jista' jkun membri tal-persunal sabiex jikkontribwixxu għat-titjib ulterjuri tal-benessri tal-persunal;

22.

Jinnota b'sodisfazzjon it-tendenza ta' tnaqqis fir-rata tas-servizzi tal-interpretazzjoni mitluba iżda mhux użati — minn 4,3 % fl-2014 għal 3,5 % fl-2015;

23.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-preżentazzjoni tad-data tat-traduzzjoni skont il-metodoloġija armonizzata stabbilita mill-kumitat interistituzzjonali għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni; jinnota r-reviżjoni attwali tal-Kodiċi ta' Kondotta għat-Traduzzjoni li għandha ssir b'mod konġunt mal-Kumitat tar-Reġjuni;

24.

Jinnota li r-rata ta' esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni żdiedet għal kważi 10 % fl-2015 minħabba t-trasferiment ta' persunal lill-Parlament skont il-Ftehim; jistieden lill-Kumitat jagħmel valutazzjoni tal-kosteffettività tal-arranġament il-ġdid fis-seħħ;

25.

Jilqa' l-qafas strateġiku tal-Kumitat għat-tagħlim u l-iżvilupp, b'mod partikolari l-attenzjoni l-ġdida mogħtija lit-tagħlim mill-kollegi għall-kollegi; jitlob lill-Kumitat jipprovdi segwitu għal dak il-metodu partikolari fir-rapport ta' attività annwali li jmiss tiegħu;

26.

Jinnota b'sodisfazzjon kbir l-isforzi u r-riżultati miksuba s'issa fit-titjib tal-marka ambjentali tal-Kumitat u t-tiġdid taċ-ċertifikazzjoni tal-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS);

27.

Jinnota l-arranġamenti amministrattivi bejn il-Kumitat u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi bil-ħsieb li jiġi stabbilit qafas strutturat għall-kooperazzjoni u jiġi ffaċilitat l-iskambju rapidu tal-informazzjoni;

28.

Jilqa' l-informazzjoni dwar il-politika dwar il-bini tal-Kumitat fir-rapport ta' attività annwali tiegħu, speċjalment peress li huwa importanti li l-ispejjeż ta' tali politika jiġu razzjonalizzati b'mod xieraq u ma jkunux eċċessivi;

29.

Jinnota l-isforzi u l-kisbiet tal-Kumitat fl-intensifikazzjoni tal-politika ta' informazzjoni u komunikazzjoni tiegħu; jenfasizza, madankollu, li huwa aktar importanti li l-effikaċja tal-opinjonijiet tiegħu dwar it-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni tiġi mtejba milli jiġu ppubliċċiżżati ġeneralement.


(1)  Ftehim interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/133


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1624 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016) 475 — C8-0275/2016) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0141/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69, 13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.

(4)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/134


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1625 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0141/2017),

A.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tkompli tissaħħaħ permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-Rapport Annwali tagħha għall-2015, osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u mal-proċeduri ta' akkwist għall-Kumitat tar-Reġjuni (“il-Kumitat”);

2.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, ikkonkludiet li l-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 għan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn kwalunkwe żball materjali;

3.

Jinnota li l-baġit tal-Kumitat fil-parti l-kbira tiegħu huwa wieħed amministrattiv, hekk li ammont kbir minnu jintuża għan-nefqa fuq persuni li jaħdmu fi ħdan il-Kumitat u l-ammont li jifdal jintefaq għall-binjiet, l-għamara, it-tagħmir u l-ispejjeż operattivi mixxellanji; jenfasizza, madankollu, li l-introduzzjoni ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni ma għandhiex tapplika biss għall-baġit tal-Kumitat kollu kemm hu, iżda għandha tinkludi wkoll l-iffissar ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jintlaħqu, li jkunu realistiċi u bbażati fuq perjodu ta' żmien (SMART) għad-dipartimenti individwali, għall-unitajiet u għall-pjanijiet annwali tal-membri tal-persunal; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kumitat jintroduċi l-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni aktar fil-wisa' fl-operazzjonijiet ta' kuljum tiegħu;

4.

Jinnota li, fl-2015, il-Kumitat kellu baġit approvat ta' EUR 88 900 000 (imqabbel ma' EUR 87 600 000 fl-2014), li minnhom EUR 87 200 000 kienu approprjazzjonijiet ta' impenn, b'rata ta' użu ta' 98,2 %; jieħu nota tat-tnaqqis żgħir fir-rata ta' użu fl-2015;

5.

Jieħu nota tal-konklużjoni ta' ftehim bilaterali ġdid ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kumitat u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iffirmat fl-2015; huwa fiduċjuż li dan il-ftehim jiżgura aktar effiċjenza fil-prestazzjoni tal-Kumitat u tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew;

6.

Jinnota b'sodisfazzjon li r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat (“il-Ftehim”) kien f'waqtu u li jivvaluta b'mod pożittiv l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet; josserva, madankollu, li n-natura “intensifikata” tal-kooperazzjoni msemmija f'dan il-Ftehim trid tiġi kkjarifikata ulterjorment;

7.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-interess tal-Kumitat f'li jkollu approċċ aktar sistematiku għall-kooperazzjoni mal-Parlament, b'mod partikolari f'oqsma politiċi u mas-Servizzi ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS); jemmen li l-iżvilupp ulterjuri ta' sinerġiji jġib riżultati pożittivi għaż-żewġ istituzzjonijiet;

8.

Itenni t-talba tiegħu li valutazzjoni konġunta tal-iffrankar baġitarju li jirriżulta mill-Ftehim tkun inkluża fir-rapport ta' segwitu li jmiss dwar il-Ftehim;

9.

Jinnota bi tħassib li ma ntlaħqet l-ebda waħda mill-miri stabbiliti mill-Kumitat fl-2015 għal aktar involviment tal-Parlament u tal-Kunsill f'attivitajiet relatati mal-opinjonijiet tal-Kumitat;

10.

Jinnota li l-aċċess dirett bejn il-binjiet REM u RMD ngħalaq mill-Parlament għal raġunijiet ta' sigurtà wara l-attakk terroristiku ta' Pariġi f'Novembru 2015; huwa fiduċjuż li l-Parlament se jerġa' jeżamina dawn il-kwistjoniet ta' sigurtà, peress li m'hemmx dubju li jkun ta' siwi għat-tliet istituzzjonijiet li l-passaġġ jerġa' jinfetaħ;

11.

Jinnota bi tħassib tnaqqis konsistenti fir-rata ta' eżekuzzjoni ta' pagamenti fl-2015 fuq xi partiti tal-baġit; jieħu nota li l-2015 kienet is-sena li fiha beda s-sitt mandat tal-kariga tal-Kumitat; huwa tal-fehma, madankollu, li l-Kumitat ma għandux iħalli li dan il-fatt ikollu impatt fuq il-ġestjoni tal-baġit; jistieden lill-Kumitat itejjeb il-prestazzjoni tiegħu u jipprepara aħjar għall-bidu tas-seba' mandat tal-kariga tal-Kumitat;

12.

Iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli jtejjeb it-trasparenza tal-operazzjonijiet u jinkludi data dwar il-missjonijiet imwettqa mill-Membri fir-rapport ta' attività annwali, bi nfiq dettaljat;

13.

Jistieden lill-Kumitat jissieħeb fil-Ftehim Interistituzzjonali futur dwar reġistru tat-trasparenza obbligatorju;

14.

Jinnota bi tħassib li għad hemm żbilanċ bejn is-sessi f'karigi maniġerjali superjuri u intermedji (25 %/75 % biss fil-maniġment superjuri u 38 %/62 % f'dak intermedju); iħeġġeġ lill-Kumitat itejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fi ħdanu u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li jieħu biex jindirizza din il-kwistjoni, kif ukoll ir-riżultati li jinkisbu;

15.

Jinnota b'sodisfazzjon il-bilanċ ġeografiku tajjeb fi ħdan il-karigi maniġerjali;

16.

Huwa mħasseb ħafna dwar l-għadd kbir ta' ġranet ta' assenza minħabba l-mard fost il-persunal tal-Kumitat; jistieden lill-Kumitat jivvaluta r-raġunijiet, jiffoka fuq il-governanza tiegħu tar-riżorsi umani biex itejjeb is-sitwazzjoni u jimmira l-attivitajiet ta' benessri tiegħu biex ikopru l-akbar għadd possibbli ta' membri tal-persunal bil-għan li jipprevjeni dan it-tip ta' assenteiżmu;

17.

Huwa mħasseb li m'hemmx implimentazzjoni adegwa tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditu dwar il-prestazzjoni ta' proġetti tal-IT għal applikazzjonijiet interni; jistieden lill-Kumitat jirrimedja din is-sitwazzjoni bla aktar dewmien;

18.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-preżentazzjoni ta' data dwar it-traduzzjoni skont il-metodoloġija armonizzata stabbilita mill-kumitat interistituzzjonali għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni; jinnota li r-reviżjoni li għaddejja tal-Kodiċi ta' Kondotta għat-Traduzzjoni se ssir b'mod konġunt mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew;

19.

Jinnota li rata ta' esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni telgħet minn 2,57 % fl-2014 għal kważi 10 % fl-2015 minħabba t-trasferiment ta' membri tal-persunal lejn il-Parlament skont il-Ftehim; jistieden lill-Kumitat jagħmel valutazzjoni tal-kosteffikaċja tal-arranġament il-ġdid li issa qed jitħaddem fil-prattika;

20.

Jieħu nota li l-Kumitat adotta regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta f'Diċembru 2015; jinnota wkoll li fl-2015 infetaħ fajl wieħed ta' żvelar ta' informazzjoni protetta; jitlob li l-Kumitat iżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar żviluppi fil-każ;

21.

Iqis li huwa ta' importanza fundamentali li l-Kumitat isegwi immedjatament iż-żewġ sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-UE (1), ir-rapport tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (“OLAF”) (2), ir-rapport tad-dipartiment Uffiċċju tal-Ħlas tal-Kummissjoni (3) u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament (4), u li jġib il-każ tal-iżvelar ta' informazzjoni protetta mill-ex awditur intern tal-Kumitat għal soluzzjoni ġusta, onorevoli u ekwa qabel tmiem l-2017;

22.

Iqis li huwa ta' importanza fundamentali li l-Kumitat jaħdem flimkien mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex jsegwi immedjatament is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku f'kawża ta' fastidju li tinvolvi uffiċjali miż-żewġ istituzzjonijiet (5), li jirrapporta lill-Parlament dwar il-progress li jsir u li jirrevedi l-proċeduri tiegħu għat-trattament ta' allegazzjonijiet ta' fastidju fil-ġejjieni, b'tali mod li jiżgura li jkunu skont il-ġurisprudenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

23.

Jinnota b'sodisfazzjon kbir l-isforzi u r-riżultati miksuba s'issa fit-titjib tal-marka ambjentali tal-Kumitat u t-tiġdid taċ-ċertifikazzjoni tal-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS);

24.

Jinnota l-isforzi u l-kisbiet tal-Kumitat fl-intensifikazzjoni tal-politika ta' informazzjoni u komunikazzjoni tiegħu;

25.

Jilqa' l-informazzjoni dwar il-politika immobiljari tal-Kumitat fir-rapport ta' attività annwali tiegħu, speċjalment peress li huwa importanti li l-ispejjeż ta' tali politika jiġu razzjonalizzati b'mod xieraq u ma jkunux eċċessivi;


(1)  Is-Sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta' Mejju 2013, kawża F-86/11 (ECLI:EU:F:2011:189) u tat-18 ta' Novembru 2014, kawża F-156/12 (ECLI:EU:F:2014:247).

(2)  Ir-Rapport Finali tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi tat-8 ta' Ottubru 2003.

(3)  Ir-rapport tad-dipartiment tal-Uffiċċju tal-Ħlas tal-Kummissjoni tat-8 ta' Mejju 2008.

(4)  Ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tad-29 ta' Jannar 2004 (ĠU L 57, 25.2.2004, p. 8), tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 330, 4.11.2004, p. 153), tat-12 ta' April 2005 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 54), tas-27 ta' April 2006 (ĠU L 340, 6.12.2006, p. 44), tad-29 ta' April 2015 (ĠU L 255, 30.9.2015, p. 132) u tat-28 ta' April 2016 (ĠU L 246, 14.9.2016, p. 152) b'appoġġ tal-każ tal-Awditur Intern tal-Kumitat.

(5)  Is-Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-26 ta' Frar 2013, kawża F-124/10: Vassilliki Labiri v il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ECLI:EU:F:2013:21).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/136


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1626 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)475 — C8-0276/2016) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0142/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Ombudsman Ewropew għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69, 13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.

(4)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/137


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1627 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0142/2017),

A.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u fl-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

1.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) ma osservat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tal-elementi awditjati b'relazzjoni ma' riżorsi umani u proċeduri ta' akkwist għall-Ombudsman Ewropew (l-“Ombudsman”);

2.

Jenfasizza l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri stmat li, fuq il-bażi tax-xogħol ta' awditu tagħha, il-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 għall-infiq amministrattiv tal-Ombudsman kienu ħielsa minn żbalji materjali;

3.

Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Ombudsman huwa wieħed purament amministrattiv u fl-2015 ammonta għal EUR 10 346 105 (EUR 9 857 002 fl-2014); jenfasizza, madankollu, li l-introduzzjoni ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni ma għandiex tapplika għall-baġit tal-Ombudsman kollu kemm hu, iżda għandha tinkludi wkoll l-iffissar ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, realistiċi u marbuta mal-ħin (SMART) għall-pjanijiet annwali tad-dipartimenti individwali, l-unitajiet u l-persunal; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Ombudsman tintroduċi l-prinċipju ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni b'mod aktar mifrux fl-operazzjonijiet ta' kuljum tagħha;

4.

Jinnota li mill-approprjazzjonijiet totali, ġew impenjati 92,32 % (meta mqabbel ma' 97,87 % fl-2014) u ġew imħallsa 86,19 % (meta mqabbel ma' 93,96 % fl-2014) b'rata ta' użu ta' 92,32 % (meta mqabbel ma' 97,87 % fl-2014); jinnota li r-rata ta' użu kompliet tonqos fl-2015;

5.

Jieħu nota tal-fatt li t-tnaqqis fir-rata ta' użu fl-2015 influwenza lid-deċiżjoni tal-Ombudsman biex tnaqqas bosta linji baġitarji — missjonijiet, spejjeż ta' rappreżentazzjoni, pubblikazzjonijiet u traduzzjonijiet — u konsegwentement naqqset il-baġit ta' dawn il-linji;

6.

Jirrikonoxxi li l-Ombudsman tinsab minn ta' quddiem fit-trasparenza fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jitlob xorta li titjieb aktar it-trasparenza tal-kundizzjonijiet u l-proċessi ta' reklutaġġ; jitlob lill-Ombudsman tindika l-kompiti tal-Konsulent Prinċipali u tiċċara l-pożizzjoni tiegħu/tagħha fl-organigramma; fid-dawl tat-tibdil qabel l-adozzjoni tal-istruttura organizzazzjonali tal-istituzzjoni f'Novembru 2015, jitlob lill-Ombudsman tiżgura li l-verżjoni aġġornata tal-organigramma tkun disponibbli fuq is-sit web tagħha;

7.

Jilqa' t-tkomplija tal-investigazzjonijiet tal-Ombudsman f'każijiet tat-tip “bibien iduru” fil-Kummissjoni; iqajjem tħassib dwar il-“bibien iduru interni” bejn l-Ombudsman u l-istituzzjonijiet l-oħra li setgħu kienu taħt l-iskrutinju tal-Ombudsman jew bejn l-istituzzjonijiet l-oħra li jistgħu jkunu qegħdin jiskrutinizzaw xogħol xulxin; jistieden lill-Ombudsman tanalizza s-sitwazzjoni u tfassal regoli sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interess jekk tqis li dan ikun meħtieġ;

8.

Jilqa' l-implimentazzjoni effiċjenti tal-pjan ta' ġestjoni annwali fl-2015 fi ħdan l-istrateġija lejn l-2019; jinnota li l-maġġoranza l-kbira tal-miri stabbiliti mill-Ombudsman biex tivvaluta l-prestazzjoni tagħha permezz ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ġew milħuqa; għandu fiduċja li din ix-xejra se tinżamm fis-snin li ġejjin;

9.

Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni li l-Ombudsman kellha fil-proċess tal-introduzzjoni ta' regoli interni għall-protezzjoni tal-informaturi skont l-Artikolu 22(a), 22(b) u 22(c) tar-Regolamenti tal-Persunal fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni sa tmiem l-2015; jitlob lill-Ombudsman biex timmonitorja l-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli fuq bażi kontinwa u tevalwa jekk dawn jipprovdux protezzjoni xierqa għall-assistenti parlamentari akkreditati tal-Parlament;

10.

Iħeġġeġ lill-Ombudsman fit-tħejjija tagħha ta' regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-fastidju;

11.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-inizjattivi strateġiċi u proprji tal-Ombudsman u jistieden lill-Ombudsman tinforma lill-awtorità ta' kwittanza regolarment dwar l-impatt tal-inkjesti tagħha; itenni li l-ewwel prijorità tal-Ombudsman għandha tkun li tindirizza l-ilmenti taċ-ċittadini fi żmien raġonevoli; jistieden lill-Ombudsman tinterpreta l-amministrazzjoni ħażina b'mod kemm jista' jkun wiesa' meta twettaq dmirijietha u biex tiżviluppa kooperazzjoni iktar mill-qrib mal-Kumitat għall-kontroll tal-baġit tal-Parlament fil-ħidma strateġika tagħha;

12.

Jirrikonoxxi d-definizzjonijiet il-ġodda ta' interess pubbliku u mhux pubbliku introdotti permezz tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għall-għażla tal-ilmenti riċevuti; jitlob lill-Ombudsman tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar kif dawk id-definizzjonijiet affettwaw il-prestazzjoni tagħha;

13.

Jilqa' l-fatt li l-Ombudsman tippubblika l-identità u d-dettalji l-oħra tal-partijiet interessati esterni li tiltaqa' magħhom fuq is-sit web tagħha;

14.

Jinnota r-riżultati li nkisbu fl-2015 fir-rigward tal-ġestjoni tal-ilmenti u jilqa' l-fatt li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kkonformaw mal-proposti tal-Ombudsman b'rata ta' 90 %; jistieden lill-Ombudsman tipprovdi analiżi tal-konformità tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni bil-proposti tagħha fir-rapporti ta' attività annwali tagħha; jitlob lill-Ombudsman tipprovdi analiżi tar-raġunijiet possibbli tan-nuqqas ta' konformità u jitlob lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jtejbu aktar ir-rata ta' konformità tagħhom;

15.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-kisba tal-bilanċ bejn is-sessi fil-livell maniġerjali fl-2015; japprova l-appoġġ tal-Ombudsman għal miżuri biex isostnu l-parteċipazzjoni ugwali ta' rġiel u nisa fil-forza tax-xogħol tagħha;

16.

Jiddispjaċih, madankollu, dwar l-iżbilanċ ġeografiku ċar fil-livell maniġerjali medju u għoli, u, b'mod partikolari r-rappreżentanza żejda ta' maniġers mill-Istat Membru ta' liema għandha n-nazzjonalità l-Ombudsman; jistieden lill-Ombudsman sabiex tiżgura korrezzjoni sostnuta ta' din is-sitwazzjoni;

17.

Jinnota l-pjan tal-Ombudsman biex tikkonforma mal-ftehim interistituzzjonali biex il-persunal jitnaqqas b'5 % fuq perjodu ta' ħames snin u jitlob li jiġi infurmat dwar kif dan it-tnaqqis jaqbel mal-istimi tal-2016 biex jinħolqu ħames impjiegi ġodda;

18.

Jinsab imħasseb dwar iż-żewġ ilmenti li saru lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kontra l-Ombudsman fl-2015 u jitlob li d-dettalji ta' dawn l-ilmenti jingħataw lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament;

19.

Jilqa' l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS), id-dematerjalizzazzjoni ta' dokumenti, il-ħolqien ta' skema permanenti ta' mobbiltà ekoloġika u l-użu tal-vidjokonferenzi għal-laqgħat; jinkoraġġixxi li jiġu applikati aktar il-prinċipji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku u jistieden lill-Ombudsman tistabbilixxi regoli u baġit għall-kumpens għal emissjonijiet ta' karbonju;

20.

Jilqa' l-kjarifika tal-Ombudsman għan-nuqqas ta' politika tal-bini, peress li s-servizzi tagħha huma ospitati mill-Parlament, u jitlob li jiġi infurmat bi kwalunkwe żviluppi jew bidliet fir-rigward tas-sitwazzjoni attwali;

21.

Jilqa' l-għoti ta' informazzjoni eżawrjenti dwar ir-riżorsi umani kollha għad-dispożizzjoni tal-Ombudsman, imqassma skont il-grad, is-sess u n-nazzjonalità u jitlob li dik l-informazzjoni tiġi inkluża awtomatikament fir-rapport ta' attività annwali tal-Ombudsman;

22.

Jistenna li l-Ombudsman tkompli tirsisti għal kwalità konsistenti fir-rapport ta' attività annwali tagħha u jitlob lill-Ombudsman tipprovdi rapport ta' impatt annwali komprensiv, li huwa għodda importanti għall-valutazzjoni tal-ħidma tagħha.

23.

Jesprimi x-xewqa li l-ombudsmen nazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jgħinu iktar lill-Ombudsman billi jiġbdu l-attenzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni lejn il-possibbiltà li jirrikorru lejn l-Ombudsman f'każijiet ta' amministrazzjoni ħażina minn kwalunkwe istituzzjoni jew korp tal-Unjoni.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/139


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1628 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)475 — C8-0277/2016) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0140/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69, 13.3.2015.

(2)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.

(4)  ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/140


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1629 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0140/2017),

A.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabilità, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

1.

Jilqa' l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”) li skontha l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 għall-infiq amministrattiv u għal infiq ieħor tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“il-Kontrollur”) kienu ħielsa minn żbalji materjali u li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll eżaminati għall-infiq amministrattiv u għal infiq ieħor kienu effikaċi;

2.

Jinnota li, fir-rapport annwali tagħha għall-2015, il-Qorti ma identifika l-ebda dgħufija serja fir-rigward tat-temi awditjati (ħames proċeduri ta' reklutaġġ, ħames proċeduri ta' akkwist u tranżazzjoni finanzjarja waħda) f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist tal-Kontrollur; jenfasizza li din hija r-raba' sena konsekuttiva li fiha ebda dgħufija serja ma ġiet identifikata mill-Qorti;

3.

Jinnota li fl-2015, il-Kontrollur kellu baġit allokat totali ta' EUR 8 760 417 (meta mqabbel mat-EUR 8 012 953 tal-2014), u li r-rata ta' implimentazzjoni kienet ta' 96 % (meta mqabbla mat-92 % fl-2014); jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib li sar;

4.

Jinnota li l-baġit tal-Kontrollur huwa fil-biċċa l-kbira amministrattiv u li ammont kbir minnu jintuża għan-nefqa relatata mal-persuni li jaħdmu fi ħdan l-istituzzjoni u l-bqija relatat mal-bini, l-għamara, it-tagħmir u l-varji spejjeż operattivi; jenfasizza, madankollu, li l-introduzzjoni tal-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni ma għandhiex tapplika għall-baġit tal-Kontrollur kollu kemm hu, iżda għandha tinkludi wkoll l-iffissar ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jintlaħqu, li jkunu realistiċi u bbażati fuq perjodu ta' żmien (SMART) għad-dipartimenti individwali, għall-unitajiet u għall-pjanijiet annwali tal-membri tal-persunal; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kontrollur jintroduċi l-prinċipju tal-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni aktar fil-wisa' fl-operazzjonijiet ta' kuljum tiegħu;

5.

Jinnota bi tħassib li t-tliet indikaturi tas-sistema ta' kontroll intern huma kkwalifikati bħala li jeħtieġu sforz sostanzjali addizzjonali, b'mod partikolari “l-objettivi u l-indikaturi tal-prestazzjoni” li huma rakkomandati biex jiżviluppaw objettivi SMART u indikaturi rilevanti, aċċettati, kredibbli, faċli u robusti; jilqa' l-impenn tal-Kontrollur biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha li jirrigwardaw dawn l-indikaturi;

6.

Jinnota li filwaqt li l-Kontrollur għandu kariga maniġerjali superjuri waħda biss, il-karigi maniġerjali intermedju jippreżentaw żbilanċ bejn il-ġeneri ta' 40 %/60 %; jitlob lill-Kontrollur ikompli bl-isforzi tiegħu biex jiżgura li l-politika tar-reklutaġġ u l-promozzjonijiet tkun bilanċjata kemm jista' jkun fir-rigward tal-ġeneru;

7.

Jinnota b'sodisfazzjon kbir li fil-medja kull membru tal-persunal tal-Kontrollur kien nieqes mix-xogħol fuq liv minħabba mard għal 6,6 ġranet biss;

8.

Jenfasizza li l-Kontrollur organizza avvenimenti differenti wara x-xogħol; jistieden lill-Kontrollur jara modi kif il-membru tal-persunal li jikkontribwixxi l-aktar għall-attivitajiet ta' benessri tal-istituzzjoni jiġi ppremjat, ikompli b'dawn l-attivitajiet u jipprova jinkludi kemm jista' jkun membri tal-persunal; jistieden lill-Kontrollur jaqsam l-esperjenza tiegħu f'dan il-qasam mal-istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni;

9.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Kontrollur innomina żewġ konsulenti kontra l-fastidju li jistgħu jipprovdu assistenza kunfidenzjali u li jappartjenu għan-netwerk tal-Kummissjoni; jinnota li ma kien hemm ebda każ rappurtat ta' fastidju;

10.

Jinnota li fis-16 ta' Diċembru 2015 il-Kontrollur adotta kodiċi ta' kondotta għall-kontrolluri tiegħu; jisħaq, madankollu li dan il-kodiċi huwa pjuttost dikjarazzjoni dwar il-politika u ma jipprevedi l-ebda regola kontra l-kunflitti ta' interess; jiddispjaċih li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-Kontrollur, kif ukoll dawk tal-persunal mhumiex disponibbli għall-konsultazzjoni pubblika; jistieden lill-aġenzija tabbozza u tippreżenta lill-awtorità ta' kwittanza rendikont tal-każijiet ta' kunflitti ta' interess li ġew identifikati;

11.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-prattika tal-Kontrollur li regolarment jinforma lill-persunal dwar il-laqgħat maniġerjali u l-eżitu tagħhom;

12.

Jinnota b'sodisfazzjon li kull attendenza mill-Kontrollur f'laqgħat professjonali ma' organizzazzjonijiet jew individwi li jaħdmu għal rashom barra mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni (inklużi dawk li jagħmlu l-lobbying) hija tal-anqas ippubblikata fuq is-sit web tal-istituzzjoni; jinnota li, bl-istess mod, il-konferenzi kollha li fihom jipparteċipa l-Kontrollur huma ppubblikati fuq is-sit web tiegħu, flimkien ma' kwalunkwe nota orali formali; itenni l-appell tiegħu lill-Kontrollur biex fir-rapport annwali tal-attività jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-missjonijiet imwettqa mill-membri u l-persunal tiegħu peress li l-informazzjoni provduta ma kinitx dettaljata biżżejjed f'termini ta' garanzija ta' trasparenza u kosteffettività;

13.

Jistieden lill-Kontrollur jissieħeb fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Reġistru tat-Trasparenza Obbligatorju, meta jiġi stabbilit;

14.

Jinnota l-ħolqien ta' task force żgħira f'Lulju 2015 biex tivvaluta l-mezzi ġuridiċi, operattivi u baġitarji għall-ħolqien tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li se jieħu post il-Grupp ta' Ħidma mwaqqaf mill-Artikolu 29. jilqa' r-rata ta' użu miksuba fl-2015 għall-approprjazzjonijiet imdaħħla fit-titoli rilevanti; jistieden lill-Kontrollur jinkludi r-riżultati tat-task force fir-rapport ta' attività annwali tagħha;

15.

Jilqa', b'mod partikolari, ir-rwol konsultattiv li żvolġa l-Kontrollur matul l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni fil-pakkett dwar il-protezzjoni tad-data (ir-Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Data Ġenerali (1) u d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data (2)), ir-riforma tal-Europol (3) u d-Direttiva dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (4), it-Tarka tal-Privatezza UE-Stati Uniti (5) kif ukoll l-opinjoni tiegħu rigward l-Ewwel pakkett ta' riforma dwar is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (ir-regolamenti dwar l-Eurodac, l-EASO u ta' Dublin) (6) kif ukoll l-involviment tiegħu fit-twaqqif tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

16.

Jilqa' l-kooperazzjoni tal-Kontrollur ma' istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni primarjament fi kwistjonijiet amministrattivi, ta' akkwist, finanzjarji, ta' kontabilità u baġitarji; jitlob lill-Kontrollur jinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-ftehimiet kollha fil-livell ta' servizz u r-riżultati miksuba minn din il-kooperazzjoni fir-rapport ta' attività annwali tiegħu;

17.

Jilqa' l-istrateġija żviluppata mill-Kontrollur għall-2015 sa 2019 u l-indikaturi tal-prestazzjoni prinċipali assoċjati użati għall-monitoraġġ u jekk meħtieġ, jiġi aġġustat l-użu tar-riżorsi tiegħu; jirrikonoxxi li l-indikaturi ta' prestazzjoni prinċipali magħżula juru li l-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija hija fil-biċċa l-kbira f'postha; jistieden lill-Kontrollur ikompli jipprovdi t-tabella ta' valutazzjoni fir-rapport ta' attività annwali u jikkjarifika d-distinzjoni bejn indikaturi esterni u interni;

18.

Jilqa' l-kjarifika tal-Kontrollur għan-nuqqas ta' politika tal-bini, peress li s-servizzi tiegħu huma ospitati mill-Parlament f'waħda mill-binjiet tiegħu, u jitlob li jiġi infurmat bi kwalunkwe żviluppi jew bidliet fir-rigward tas-sitwazzjoni attwali;

19.

Jilqa' l-għoti ta' informazzjoni eżawrjenti dwar ir-riżorsi umani kollha għad-dispożizzjoni tal-Kontrollur, imqassma skont il-grad, is-sess u n-nazzjonalità u jitlob li din l-informazzjoni tiġi inkluża awtomatikament fir-rapport ta' attività annwali tiegħu;

20.

Jinnota l-pjan tal-Kontrollur li josserva l-ftehim interistituzzjonali (7) li jnaqqas il-persunal b'5 % matul perjodu ta' ħames snin; huwa konxju sew mill-isfida futura li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jitħejjew għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Data Ġenerali, li għandu japplika mill-25 ta' Mejju 2018; jissuġġerixxi li l-Kontrollur jinforma lill-Parlament dwar kwalunkwe ffrankar alternattiv miksub biex jikkumpensa għad-dewmien possibbli fit-tnaqqis tal-persunal;

21.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex teżenta lill-aġenziji fil-qasam tal-ġustizzja u affarijiet interni, kif ukoll lill-Kontrollur, mit-tnaqqis ġenerali ta' 5 % fil-persunal, peress li fil-klima politika attwali, dawn il-korpi qed jiġu mitluba jerfgħu ammont ta' xogħol dejjem akbar;

22.

Jinnota r-referenza fl-introduzzjoni tar-rapport ta' attività annwali tal-2015 tal-Kontrollur għal taqsimiet speċifiċi dwar l-akkwist u l-ġestjoni tal-missjonijiet; jitlob li fir-rapport ta' attività annwali li jmiss tiegħu jinkludi ħarsa ġenerali tal-istess data għall-aħħar tlieta jew erba' snin;

23.

Jinnota li l-Kontrollur applika r-rakkomandazzjoni fformulata fir-Rapport dwar il-Kwittanza, tal-2014, tal-Parlament u ppubblika lista tal-kuntratti aġġudikati; jirrakkomanda li l-Kontrollur jippubblika r-rapport tal-Qorti flimkien mar-rapport ta' attività annwali tiegħu, f'ġieħ it-trasparenza u l-fiduċja tal-pubbliku;

24.

Iħeġġeġ lill-Kontrollur josserva r-regoli koperti mill-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Persunal u jistabbilixxi regoli vinkolanti ċari fir-rigward tar-“revolving doors” bi qbil mal-linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni;

25.

Jilqa' l-pubblikazzjoni, fis-16 ta' Ġunju 2016, tad-deċiżjoni tal-Kontrollur dwar regoli interni rigward l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

26.

Jistieden lill-Kontrollur itejjeb il-politika tal-komunikazzjoni tiegħu b'relazzjoni maċ-ċittadini tal-Unjoni;

27.

Jinkoraġġixxi l-kontribuzzjoni dejjem akbar tal-Kontrollur għal soluzzjonijiet li jmexxu l-innovazzjoni u jtejbu l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data, b'mod partikolari billi jiżdiedu t-trasparenza, il-kontroll tal-utenti u r-responsabbiltà fl-ipproċessar tal-“big data”; jinnota l-għoti ta' bosta opinjonijiet li jitolbu azzjoni li timmassimizza l-benefiċċji tat-teknoloġiji l-ġodda mingħajr ma jikkompromettu d-drittijiet fundamentali.


(1)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(2)  Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(3)  Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53). Ara l-ĠU C 38, 8.2.2014, p. 3.

(4)  Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar l-użu ta' data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u kriminalità serja (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 132). Ara l-ĠU C 392, 25.11.2015, p. 11.

(5)  Ara ĠU C 257, 15.7.2016, p. 8.

(6)  Ara ĠU C 9, 12.1.2017, p. 3.

(7)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/143


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1630 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)485 — C8-0326/2016),

wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2016)386),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, mid-disa', mill-għaxar u mill-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015 (05376/2017 — C8-0081/2017, 05377/2017 — C8-0082/2017, 05378/2017 — C8-0083/2017, 05379/2017 — C8-0084/2017),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)338 u SWD(2016)339),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (3) u emendat f'Ouagadougou, (Burkina Faso) fit-22 ta' Ġunju 2010 (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2008 sal-2013, skont il-ftehim ta' sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 u s-26 ta' Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni AKP-KE (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (13),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94(3) u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0125/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 287.

(2)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 297.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(4)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

(5)  ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.

(6)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(7)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(8)  ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

(9)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(10)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(11)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(12)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(13)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/145


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1631 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94(3) u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0125/2017),

A.

billi l-għan ewlieni tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) u emendat f'Ouagadougou, il-Burkina Faso, fit-22 ta' Ġunju 2010 (2) (“il-Ftehim ta' Cotonou”), bħala l-qafas tar-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), huwa li jnaqqas u eventwalment jeqred l-faqar, b'mod konsistenti mal-objettivi fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli,

B.

billi l-objettiv ewlieni tad-Deċiżjoni 2013/755/UE huwa li tikkontribwixxi għall-iżvilupp progressiv tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE), billi tqawwi l-kompetittività u ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-PTEE, tnaqqas il-vulnerabbiltà ekonomika u ambjentali tagħhom u tippromwovi l-kooperazzjoni bejniethom u sħab oħrajn,

C.

billi l-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) huma l-istrument finanzjarju ewlieni tal-Unjoni għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiżi tal-AKP u l-PTEE;

D.

billi 79 pajjiż jużaw firxa estensiva ta' metodi ta' implimentazzjoni li jirriflettu n-natura intergovernattiva tal-FEŻ b'regoli u proċeduri kumplessi fir-rigward tas-sejħiet għal offerti u l-għoti ta' kuntratti,

E.

billi l-attivitajiet marbuta mal-FEŻ jiġu implimentati f'kuntesti problematiċi u jaffaċċjaw esponiment għal riskju għoli rikorrenti, ta' natura ġeopolitika jew istituzzjonali,

F.

billi l-fatturi esterni għall-implimentazzjoni tajba tal-FEŻ jistgħu jtaffu jew jeqirdu l-isforzi magħmula f'termini ta' żvilupp,

G.

billi l-FEŻ huma ffinanzjati mill-Istati Membri u ġestiti kemm mill-Kummissjoni u kemm mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), waqt li l-Kummissjoni biss għandha r-responsabbiltà għall-kwittanza tal-FEŻ,

H.

billi l-Unjoni għandha l-potenzjal u s-saħħa biex tiddefinixxi r-reazzjonijiet għall-isfidi globali u ġeopolitiċi,

I.

billi l-istorja tal-Istati Membri tagħha tikkonferixxi ċertu obbligi fuq l-Unjoni fir-rigward tal-iżvilupp tal-pajjiżi AKP u l-PTEE,

J.

billi l-ġejjieni tal-Unjoni u dak tal-pajjiżi AKP u l-PTEE huma kkollegati minħabba l-ġeografija, il-globalizzazzjoni u t-tibdil demografiku,

K.

billi l-projezzjonijiet tal-popolazzjoni globali għall-2100, flimkien mal-effetti ta' flussi migratorji ġodda, kunflitti armati, it-tisħin globali u għadd ta' kriżijiet ekonomiċi u soċjali jirrikjedu attenzjoni immedjata mill-Unjoni, b'mod partikolari fl-objettivi fil-qasam tal-politika tagħha dwar l-iżvilupp, billi l-għajnuna għall-iżvilupp hi għodda essenzjali, li d-diversi metodi ta' implimentazzjoni tagħha jridu jiġu ottimizzati sabiex jiffaċċjaw dawn il-bosta sfidi globali,

L.

billi l-kriżi tal-migrazzjoni mhux biss ħolqot dubji dwar il-prinċipji u l-għanijiet tal-għajnuna internazzjonali iżda ssottolinjat li l-prinċipju ta' solidarjetà jeħtieġ li jiġi applikat b'mod aktar uniformi u mingħajr kondizzjonijiet mill-Istati Membri kollha,

M.

billi l-kriżijiet migratorji attwali ma jridux inaqqsu mill-importanza tas-sostenibbiltà tal-mewġiet migratorji kkollegati ma' taqlib demografiku u li jirrikjedu reazzjonijiet differenti,

N.

billi hemm bżonn li jiġġedded l-approċċ lejn il-pajjiżi AKP u l-PTEE li jirrikjedu inċentivi u strumenti finanzjarji ġodda,

O.

billi jeħtieġ li tingħata attenzjoni ġdida għall-fatt li l-parti l-kbira tal-pajjiżi AKP huma stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw; billi l-gżejjer, b'mod partikolari l-gżejjer AKP, qed jiżvolġu rwol internazzjonali ġdid, b'mod partikolari b'riżultat tan-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima,

P.

billi għadd ta' PTEE jinsabu fl-istess reġjuni bħall-pajjiżi AKP; billi l-PTEE jaffaċċjaw sfidi simili fil-livell globali imma, b'differenza għall-pajjiżi AKP, huma parti mill-familja Ewropea u jkun tajjeb għalhekk li jirċievu aktar attenzjoni fit-twassil ta' fondi; billi d-daqs żgħir ħafna tal-PTEE u r-rabta kostituzzjonali bejn l-PTEE u l-Unjoni huma speċifiċitajiet li jkun tajjeb li jitqiesu,

Q.

billi d-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp u għall-Politika Reġjonali u Urbana ffirmaw Memorandum ta' Qbil f'Settembru 2013 sabiex iqawwu l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tar-Reġjuni Ultraperiferiċi (OR), l-PTEE u l-pajjiżi AKP,

R.

billi l-interventi esterni tal-Unjoni jgħaddu minn organizzazzjonijiet internazzjonali li jew jimplimentaw il-finanzjament tal-UE jew jikkofinanzjaw proġetti flimkien mal-Unjoni li jinvolvu sfidi f'termini tas-sorveljanza u l-governanza,

S.

billi jeħtieġ li l-livell u n-natura tal-impenn tal-Unjoni jkunu differenzjati u kundizzjonali, skont isirx progress li jista' jitkejjel f'diversi oqsma bħal, pereżempju, id-demokratizzazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, l-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u billi l-Unjoni toffri l-assistenza tagħha fejn tkun meħtieġa biex tgħin fit-trawwim tal-progress;

T.

billi djalogu politiku regolari u komprensiv huwa kruċjali biex jiġu żgurati sjieda akbar min-naħa tal-pajjiżi AKP u l-PTEE, u l-kapaċità li jiġu aġġustati l-objettivi politiċi,

U.

billi huwa ta' importanza fundamentali li tiġi żgurata l-koerenza bejn il-politiki kollha tal-Unjoni u l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp,

V.

billi huwa ta' importanza fundamentali li l-viżibbiltà tal-Unjoni tiġi promossa u li l-valuri tal-Unjoni jiġu trażmessi fil-forom kollha tal-għajnuna għall-iżvilupp;

W.

billi s-semplifikazzjoni tal-proċessi ta' implimentazzjoni hija mutur biex titqawwa l-effikaċja tal-forniment tal-għajnuna,

X.

billi s-sostenibbiltà hija kruċjali biex tiżdied l-effikaċja kumplessiva tal-għajnuna għall-iżvilupp billi jiġu mmonitorati b'mod kostanti l-impatti permezz tal-modalitajiet kollha għall-forniment tal-għajnuna,

Y.

billi l-appoġġ għall-governanza mill-Unjoni huwa komponent kruċjali tal-għajnuna għall-iżvilupp biex jiġu ġġenerati riformi effikaċi tal-governanza,

Z.

billi l-appoġġ baġitarju, filwaqt li jista' jkun mutur ewlieni għall-bidla u biex jindirizza l-isfidi ewlenin fil-qasam tal-iżvilupp, iġorr miegħu riskju fiduċjarju konsiderevoli, u jkun tajjeb li jingħata biss jekk jipprovdi biżżejjed trasparenza, traċċabbiltà, obbligu ta' rendikont u effikaċja flimkien ma' impenn ippruvat fir-riformi politiċi; billi l-appoġġ baġitarju huwa partikolarment adattat għal territorji żgħar u iżolati, bħall-gżejjer AKP,

AA.

billi t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont huma prerekwiżiti għall-iskrutinju demokratiku, kif ukoll għall-effikaċja tal-għajnuna għall-iżvilupp,

AB.

billi l-ġestjoni tal-ispejjeż amministrattivi trid tiġi ssorveljata b'mod kostanti f'kull ċirkustanza u fir-rigward tal-modalitajiet kollha tal-għajnuna,

AC.

billi l-flussi finanzjarji illeċiti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jaggravaw il-faqar,

AD.

billi l-awtorità tal-kwittanza tenniet l-appell tagħha biex il-FEŻ jiġi inkluż fil-baġit ġenerali tal-Unjoni b'mod li jitqawwew il-viżibbiltà u l-iskrutinju demokratiku fuq il-FEŻ u l-politiki kumplessivi dwar l-iżvilupp,

AE.

billi, biex iċ-ċittadini tal-Unjoni jaderixxu mal-politika dwar l-iżvilupp, huma rikjesti il-massimu ta' trasparenza, ġestjoni tajba u prestazzjoni,

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

L-implimentazzjoni finanzjarja tal-fondi fl-2015

1.

Jinnota li, fl-2015, l-infiq kellu x'jaqsam ma' erba' FEŻ, b'mod partikolari t-tmien FEŻ, li ammonta għal EUR 12 480 miljun, id-disa' FEŻ, li ammonta għal EUR 13 800 miljun, l-għaxar FEŻ, li ammonta għal EUR 22 682 miljun, u l-ħdax-il FEŻ, li ammonta għal EUR 30 506 miljun; jinnota li l-finanzjament tal-ħdax-il FEŻ jalloka EUR 29 089 miljun lill-pajjiżi AKP u EUR 364,5 miljun lill-PTEE, u li dawk iż-żewġ ammonti jinkludu rispettivament EUR 1 134 miljun u EUR 5 miljun għall-faċilità ta' investiment AKP tal-BEI; jinnota li EUR 1 052,5 miljun huma relatati man-nefqa tal-Kummissjoni għall-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-FEŻ;

2.

Josserva li dawn il-fondi qed jiġu implimentati permezz ta' proġetti u appoġġ baġitarju skont dawn l-erba' modalitajiet li ġejjin: 42 % tal-pagamenti saru permezz ta' ġestjoni diretta, u minn dawn, 24 % saru permezz ta' appoġġ baġitarju; josserva li t-58 % li jifdal saru taħt ġestjoni indiretta, speċifikament 31 % permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, 24 % permezz ta' pajjiżi terzi u 3 % permezz tal-korpi nazzjonali tal-Istati Membri;

3.

Jinnota bi tħassib li l-infiq fl-2015 għadu jinkludi fondi li ġejjin mit-tmien FEŻ li tnieda fl-1995;

4.

Jilqa' l-isforzi mwettqa minn EuropeAid fl-2015 fir-rigward tal-livell tal-impenji globali netti li ttieħdu fl-2015 b'EUR 5 034 miljun dovuti għad-dħul fis-seħħ tal-ħdax-il FEŻ, li żied ir-riżorsi għall-impenji b'EUR 27 839 miljun; jinnota li l-ħdax-il FEŻ kellu impatt fuq ir-rati ta' implimentazzjoni tal-impenji pendenti, li naqsu minn 98 % għal 69,7 % għall-impenji globali u minn 91,2 % għal 63,5 % għall-impenji individwali;

5.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament li l-Kummissjoni ffaċċjat fl-2015 wassal għal sitwazzjoni baġitarja iebsa fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp li għamlet ħsara għall-prestazzjoni globali tal-fondi, b'mod speċjali t-trasferiment ta' EUR 483 miljun lejn l-2016 u l-ħlas ta' ammont stmat ta' EUR 1 miljun bħala imgħax għal ħlas tardiv; jilqa' l-isforzi li wettqet il-Kummissjoni biex tiżgura t-tkomplija tal-għajnuna għall-iżvilupp u tillimita l-konsegwenzi negattivi tan-nuqqasijiet ta' pagamenti eżistenti;

6.

Jinnota wkoll l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex, għall-qasam kollu li hija responsabbli għalih, tnaqqas il-prefinanzjament l-antik (39 % miksub b'objettiv ta' 25 %), l-impenji pendenti antiki jew RAL (ir-reste à liquider) antik (46 % miksuba ipparagunati mal-objettiv ta' 25 %), kif ukoll l-għadd ta' kuntratti skaduti miftuħa, imma madankollu bi progress inqas sodisfaċenti għal dawn tal-aħħar taħt il-FEŻ; jinkoraġġixxi lis-servizzi tal-Kummissjoni jkomplu jnaqqsu s-sehem tal-FEŻ f'kuntratti skaduti;

L-affidabbiltà tal-kontijiet

7.

Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport annwali tagħha dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, mid-disa', mill-għaxar u mill-ħdax-il FEŻ għas-sena finanzjarja 2015, sabet li l-kontijiet annwali finali jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ sal-31 ta' Diċembru 2015, u li r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom, il-flussi ta' flushom u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li kienet għadha kif intemmet huma konformi mad-dispożizzjonijiet tar-regolament finanzjarju tal-FEŻ u mar-regoli kontabilistiċi bbażati fuq l-istandards kontabilistiċi li ntlaħaq qbil dwarhom fil-livell internazzjonali fir-rigward tas-settur pubbliku;

8.

Jilqa' l-azzjoni li ħadet il-Kummissjoni biex issolvi l-kwistjoni tal-irkupru, kemm għall-imgħax fuq il-prefinanzjament ta' aktar minn EUR 750 000 u kemm għall-imgħax fuq il-prefinanzjament ta' bejn EUR 250 000 u EUR 750 000, li rriżultat biex EUR 2,5 miljun ta' mgħax gwadanjat ġie rreġistrat kif suppost fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2015; jappella lill-Kummissjoni biex tikkunsidra wkoll is-sitwazzjoni tal-każijiet ta' anqas minn EUR 250 000;

9.

Jiddispjaċih li, fil-kuntest tal-ġestjoni tal-ordnijiet ta' rkupru, ġie rreġistrat inkorrettament dħul operattiv li ammonta għal EUR 9,6 miljuni li jikkorrispondu għal prefinanzjament mhux minfuq;

10.

Jiddispjaċih li EUR 29,6 miljun f'ordnijiet ta' rkupru taħt it-tmien, id-disa', l-għaxar u l-ħdax-il FEŻ tħassru minħabba żbalji ta' kodifikazzjoni, korrezzjonijiet jew modifiki; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar il-EUR 15,8 miljun li għadhom soġġetti għal litigazzjoni li għadha għaddejja;

11.

Jesprimi tħassib serju għall-fatt li, minn ordni ta' rkupru ta' EUR 1 miljun, EUR 623 000 ġew ikkanċellati wara li ntlaħqet soluzzjoni bonarja bejn il-Kummissjoni u d-debitur (3); jirrikonoxxxi l-koerenza mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4) (“ir-Regolament Finanzjarju”) kif ukoll il-prinċipju ta' proporzjonalità fir-rigward tal-ordnijiet ta' rkupru; jenfasizza, madankollu, il-fatt li flus il-kontribwenti Ewropej qed jiġu mhedda u li jeħtieġu li jkunu protetti bil-mezzi meħtieġa;

Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

12.

Jilqa' l-fatt li l-opinjoni tal-Qorti sabet li d-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena 2015 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

13.

Jiddispjaċih li l-istimi li saru fir-rapport tal-Qorti huma li r-rata ta' żball l-aktar probabbli għat-tranżazzjonijiet ta' nefqa mit-tmien, id-disa', l-għaxar u l-ħdax-il FEŻ baqgħet identika għal dik tal-2014, li kienet ta' 3,8 %, u ogħla minn dik tal-2013, li kienet ta' 3,4 %, u minn dik tal-2012, li kienet ta' 3 %; jappella lill-BEI u lill-Kummissjoni jħejju pjan ta' azzjoni biex terġa' tinqaleb ix-xejra dejjem akbar ta' żbalji materjali u jippreżentawha lill-awtorità tal-kwittanza;

14.

Jesprimi tħassib dwar il-valutazzjoni tal-Qorti relatata mal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet li huma materjalment milquta minn żbalji; jinsab imħasseb mir-riżultati tal-kampjuni li ttieħdu fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ta' pagament fejn 35 minn 140 pagament (25 %) kienu milquta minn żbalji; jinnota li s-sistemi interni ta' kontroll u verifika tal-effettività tagħhom jinvolvu mhux biss il-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-pajjiżi benefiċjarji, iżda ukoll atturi oħra bħall-uffiċjali awtorizzanti nazzjonali maħtura mill-pajjiżi AKP, fejn spiss ġew identifikati dgħufijiet fil-verifiki; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa u ssaħħaħ dawk il-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi fraġli;

15.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li t-tipoloġija tal-iżbalji li fuqhom hija bbażata r-rata ta' żball ta' 3,8 % fl-2015 baqgħet l-istess kif kienet fl-2014, jiġifieri n-nuqqas ta' dokumenti ta' sostenn (u s-somma milquta minn din il-kategorija ta' żball hija ta' EUR 3 692 833) u nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-akkwist (u s-somma milquta minn din il-kategorija ta' żball tammonta għal EUR 1 176 140) li jirrappreżentaw 70 % tal-livell ta' żball stmat (imqabbel ma' 63 % fl-2014) jitlob lill-BEI u lill-Kummissjoni jżidu l-isforzi tagħhom u jtejbu b'mod effettiv kemm il-verifiki ex ante u kemm dawk ex post tal-proġetti ta' finanzjament sabiex jitnaqqsu b'mod konsiderevoli s-somom milquta minn żbalji f'kategoriji bħal “nuqqas ta' dokumenti ta' sostenn” u “nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-akkwist”;

16.

Jesprimi, barra minn hekk, it-tħassib li ilu jħoss rigward id-dgħufijiet tal-verifiki ex ante, inkwantu 16-il tranżazzjoni finali mit-28 li kienu soġġetti għal verifiki ex ante sussegwentement ġew awtorizzati abbażi ta' żbalji kwantifikabbli li ġew żvelati mill-verifiki ex ante; jiddispjaċih li l-biċċa l-kbira tal-iżbalji li nstabu kellhom x'jaqsmu, kif ġara fis-snin preċedenti, mal-istimi għall-programmi, l-għotjiet u l-operazzjonijiet ġestiti mal-organizzazzjonijiet internazzjonali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tagħti kunsiderazzjoni akbar lill-verifiki ex ante biex tiżgura l-legalità u r-regolarità tal-implimentazzjoni tal-FEŻ; jirrikonoxxi li n-natura tal-appoġġ baġitarju tillimita l-valutazzjoni tar-rata ta' żball fattwali tal-iżborżi ta' appoġġ baġitarju, li twassal biex it-tranżazzjonijiet ikunu suxxettibbli għal żbalji;

17.

Jenfasizza r-riskju inerenti fir-rigward tal-approċċ nozzjonali, li jiddikjara l-kontribuzzjonijiet mill-Kummissjoni għal proġetti b'diversi donaturi ħielsa minn żbalji regolatorji meta dawn jinġabru flimkien ma' dawk ta' donaturi oħra u ma jiġux assenjati għal partiti speċifiċi u identifikabbli tal-infiq, peress li l-Kummissjoni tassumi li hemm konformità mar-regoli ta' eliġibbiltà tal-UE meta l-ammonti miġburin flimkien ikunu jinkludu biżżejjed infiq eliġibbli biex tiġi koperta l-kontribuzzjoni mill-UE.

18.

Jesprimi tħassib li l-approċċ nozzjonali jillimita b'mod sostanzjali l-ħidma tal-Qorti, b'mod partikolari fid-dawl tal-fatt li għas-sena baġitarja 2015, ġew żborżati EUR 763 miljun permezz tal-appoġġ baġitarju, li jammonta għal 24 % tal-infiq tal-FEŻ għall-2015;

19.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrimedja malajr għal dawn in-nuqqasijiet fil-verifiki ex ante, filwaqt li jinnota li l-Kummissjoni kellha biżżejjed informazzjoni mis-sistemi ta' informazzjoni tagħha biex tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi l-iżbalji kwantifikabbli qabel twettaq in-nefqa b'effett pożittiv dirett fuq il-livell ta' żball stmat li kieku kien ikun ta' 1,7 punti perċentwali aktar baxx;

20.

Jinnota tal-fatt li EUR 89,9 miljun ġew irkuprati għar-rimborż tal-pagamenti li ma kinux dovuti minħabba irregolaritajiet u żbalji;

Il-komponenti tal-qafas ta' assigurazzjoni

21.

Jilqa' t-tranżizzjoni minn riżerva ġenerali għall-ħruġ ta' riżervi differenzjati kif talab il-Parlament fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-FEŻ, speċifikament (i) riżerva tematika waħda għaż-żewġ oqsma pendenti fejn hemm riskju għoli, l-għotjiet f'ġestjoni diretta (18 % tal-ammont totali mħallas fl-2015) u f'ġestjoni indiretta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali; u (ii) riżerva speċifika għall-faċilità għall-Paċi fl-Afrika;

22.

Jinnota l-azzjonijiet li wettqet il-Kummissjoni rigward iż-żewġ oqsma fejn hemm riskju ogħla, u jappella lill-Kummissjoni biex tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet lill-Parlament;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tirfina l-valutazzjoni tar-riskju tal-ibbaġitjar tagħha bbażat fuq l-attività biex tkompli tiżgura livell adegwat ta' assigurazzjoni settorjali; jitlob, f'dan il-kuntest, tevalwa l-livell tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet tal-ġestjoni indiretta;

24.

Jesprimi tħassib dwar in-natura riskjuża tal-ġestjoni indiretta, b'mod partikolari minħabba n-nuqqas ta' traċċabbiltà tal-fondi fl-iżborż tagħhom mid-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp għall-atturi u s-sottokuntratturi lokali;

25.

Jikkunsidra li t-titjib tal-għodda biex jiġi mmonitorat jekk humiex qed jiġu segwiti l-konklużjonijiet tal-awditjar estern huwa pożittiv; jilqa' l-applikazzjoni ta' awditjar il-ġdida u l-grilja tal-kwalità li żviluppat il-Kummissjoni, u jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex dawn l-għodod ġodda jittejbu;

26.

Jilqa' l-fatt li għar-raba' sena konsekuttiva twettaq studju tar-rata tal-iżball residwu u li dan sar strument ewlieni fi ħdan l-istrateġija ta' kontroll, ta' monitoraġġ u ta' awditjar;

27.

Jenfasizza li r-RER tiġi kkalkulata billi jitnaqqsu l-korrezzjonijiet finanzjarji pluriennali imposti fil-livelli nazzjonali u f'dawk tal-Unjoni, ir-rati ta' żball annwali tal-awtoritajiet tal-awditjar;

28.

Jesprimi preokkupazzjoni kbira għall-fatt li fl-2015, ir-RER tal-operazzjonijiet kuntrattwali magħluqa inklużi fir-rapport annwali ta' attività kien stmat li kienet 2,2 %, li xorta tibqa' ogħla mil-livell limitu ta' materjalità ta' 2 % u huwa ekwivalenti għal madwar EUR 174 miljun, inklużi EUR 98 miljun għall-FEŻ;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni żżomm standards metodoloġiċi għolja fil-valutazzjoni tar-RER tagħha kif ukoll biex timmonitorja u tinforza l-korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri;

30.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hemm bżonn il-bilanċ bejn l-assorbiment, il-konformità u l-prestazzjoni li għandu jiġi rifless fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet;

31.

Jilqa' l-fatt li l-ispejjeż stmati tal-kontroll tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp tnaqqsu minn EUR 371 miljun fl-2014 għal EUR 293 miljun fl-2015, u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni ttejjeb ulterjorment il-kost-effikaċja tal-kontroll tad-Direttur Ġenerali, filwaqt li tiżgura l-anqas ammont ta' żbalji possibbli;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tintegra fl-għodda tagħha għall-evalwazzjoni ex ante u ex post, il-ġestjoni u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni, bi qbil mal-inizjattiva tal-Kummissjoni “Baġit iffokat fuq ir-Riżultati”, immirata biex tanalizza l-impatt tal-politiki u l-azzjonijiet esterni l-oħra tal-Unjoni fuq is-sitwazzjoni tal-pajjiżi benefiċjarji;

Ir-riskji relatati ma' approċċ orjentat lejn ir-riżultati fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni

33.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Kummissjoni integrat l-analiżi tar-riskji fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet esterni tagħha, imwettqa f'ambjenti kumplessi u fraġli b'bosta tipi ta' riskji, peress li l-pajjiżi sħab għandhom livelli differenti ta' żvilupp u oqfsa ta' governanza;

34.

Jindika l-ħtieġa li jittejjeb l-użu tat-terminoloġija rigward ir-riżultati fuq żmien twil (riżultati, eżiti u impatti) u l-importanza li jissawru objettivi verament S.M.A.R.T. u sostenibbli qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar il-finanzjament ta' proġetti differenti; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi ffokata aktar attenzjoni fuq it-tiswir ta' għanijiet “li jistgħu jinkisbu u realistiċi” sabiex jiġu evitati l-każijiet fejn l-objettivi inizjali jintlaħqu mill-pajjiżi sħab iżda mingħajr ma jinkisbu riżultati sinifikanti f'termini ta' żvilupp; itenni li għandhom jitqiesu l-aspetti soċjali u ambjentali, kif ukoll dawk ekonomiċi, meta jiġu eżaminati l-objettivi tal-iżvilupp;

35.

Jikkunsidra li hemm bżonn jiġi evitat li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq l-eżitu baġitarju bħala l-uniku objettiv ġestjonali li jista' jkun ta' detriment għall-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u l-ksib ta' riżultati; jenfasizza li kwalunkwe approċċ ibbażat fuq l-inċentivi, ibbażat fuq sistema ta' “kundizzjonalità pożittiva” li jirriżulta f'inċentivi għall-benefiċjarji bi prestazzjoni tajba u f'kontrolli aktar stretti għall-benefiċjarji bi prestazzjoni ħażina, għandu jintrabat ma' indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi u stretti, b'mod li jippermetti approċċ kwantifikabbli sabiex jiġu vvalutati n-nuqqasijiet u l-miri milħuqa;

36.

Jenfasizza bil-qawwa li kwalunkwe sistema bbażata fuq “kundizzjonalità pożittiva” għandha taderixxi mingħajr eċċezzjoni għall-prinċipju ta' prekawzjoni;

37.

Ifakkar li monitoraġġ u mmappjar regolari tal-fatturi ta' riskju għoli (esterni, finanzjarji u operattivi) u l-kwantifikazzjoni tagħhom, mill-fażijiet ta' identifikazzjoni sa dawk ta' implimentazzjoni, huma prerekwiżit mhux biss għal ġestjoni finanzjarja tajba u nefqa ta' kwalità, iżda anke biex tiġi żgurata l-kredibbiltà, is-sostenibbiltà u r-reputazzjoni tal-interventi tal-Unjoni; huwa tal-fehma li l-istabbiliment ta' profili tar-riskju għal kull attività u kull pajjiż jiffaċilita wkoll id-disinn ta' strateġija għal mitigazzjoni rapida tar-riskji fil-każ li tiddeterjora s-sitwazzjoni f'pajjiż sieħeb;

38.

Jissottolinja l-ħtieġa għal adattament regolari tal-ambjent ta' kontroll u tal-funzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju sabiex jitqies il-fatt li qed ifeġġu forom ġodda ta' strumenti u faċilitajiet ta' assistenza, bħal finanzjament imħallat, fondi fiduċjarji u sħubijiet finanzjarji ma' istituzzjonijiet internazzjonali oħra, anke meta l-pajjiżi benefiċjarji jgawdu minn tipi differenti ta' forniment tal-għajnuna

39.

Jemmen li l-iżvilupp tal-bini tal-kapaċità tal-pajjiżi sħab, tal-oqfsa ta' governanza u tas-sjieda hu strumentali biex jittaffew ir-riskji sistemiċi, li jippermettu li l-fondi jilħqu l-iskopijiet intenzjonati tagħhom u jirrispondu għar-rekwiżiti tat-3 E (ekonomija, effiċjenza u effettività) filwaqt li jitqiesu wkoll l-ekoloġija, l-ugwaljanza u l-etika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, teżamina ulterjorment il-possibbiltà u r-riskji tal-użu ta' ditti ta' awditjar lokali u ta' kuntratti ta' servizzi lokali, filwaqt li tiżgura kompletezza tat-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont;

40.

Jirrikonoxxi li r-Regolament Finanzjarju jippermetti lill-benefiċjarji iqabbdu b'kuntratti lil ditti ta' awditjar lokali; hu, madankollu, mħasseb ħafna dwar in-nuqqasijiet fis-sistema ta' informazzjoni tal-ġestjoni tal-EuropeAid dwar ir-riżultati u s-segwitu ta' awditi esterni, kif imsemmi mill-Qorti fir-rigward tal-proċedura ta' kwittanza tal-FEŻ għall-2014; iħeġġeġ lid-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp biex jistabbilixxi grilja ta' kwalità li tivvaluta l-affidabbiltà tal-verifiki li jinsabu fis-seħħ għall-awditi u għal-verifiki tal-infiq magħmula minn kumpaniji ta' awditu lokali mqabbda direttament b'kuntratt mill-benefiċjarji, fejn ir-riskju ta' nuqqas ta' kwalità hu stmat li hu ogħla u r-rapporti tal-awditi u l-verifiki ma jkunx fihom informazzjoni biżżejjed dwar il-ħidma li tkun verament saret biex ill-grilja attwali tkun tista' tintuża b'mod effikaċi;

It-titjib tal-effikaċja tal-għajnuna mill-FEŻ

41.

Jissottolinja l-fatt li, sabiex tiġi stabbilita l-kredibbiltà tal-assistenza għall-iżvilupp fir-rigward tal-istrumenti li jintużaw, il-metodi għall-forniment tal-għajnuna u l-fondi kkonċernati, huwa essenzjali li jkunu jistgħu jintwerew il-valur tal-flus li jkunu ntefqu u r-riżultati miksuba b'dan l-appoġġ, iżda anke l-ilħuq tal-koerenza bejn il-politiki u l-azzjonijiet esterni tal-Unjoni u tal-objettivi tal-għajnuna għall-iżvilupp, partikolarment l-objettivi għall-iżvilupp soċjali, id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni ambjentali;

42.

Ifakkar li l-effikaċja tal-għajnuna, is-sjieda min-naħa tal-pajjiżi sħab fuq ir-riżultati fil-qasam tal-iżvilupp u d-dipendenza fuq l-oqfsa ta' governanza tal-pajjiżi sħab huma prinċipji ta' gwida li għandhom jiġu regolarment rfinuti;

43.

Jissottolinja l-fatt li huwa essenzjali li l-mod ta' implimentazzjoni tal-proġetti jiġi adattat għall-objettivi intenzjonati f'kull każ u għal kull proġett; jemmen li jistgħu jinkisbu riżultati aħjar f'termini ta' effiċjenza billi jiġu appoġġati proġetti li jkollhom dimensjoni adattata għall-objettivi li jkunu ġew stabbiliti minn qabel, b'mod li jwassal għal riżultati konkreti u identifikabbli u li jiffoka fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-komunitajiet lokali;

44.

Iqis essenzjali li, għall-proġetti infrastrutturali ffinanzjati permezz tal-FEŻ, issir valutazzjoni ex ante indipendenti li tqis l-impatt soċjali u ambjentali tal-proġetti, kif ukoll il-valur miżjud tagħhom; iqis li d-deċiżjonijiet ta' finanzjament għandhom jiġu korrelatati ma' analiżi xierqa tal-kostijiet-benefiċċji, u l-proġetti għandhom jiġu ffinanzjati jekk l-implimentazzjoni tagħhom ma tkunx ambjentalment, finanzjarjament jew soċjalment kontroversjali;

45.

Ifakkar li, l-imminar tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni tar-riżultati hu ta' ħsara għall-miri tal-obbligu li jingħata rendikont pubbliku u l-informazzjoni komprensiva għal min ifassal il-politika. jindika li huwa indispensabbli li l-Parlament jingħata stampa ċara tal-livell reali sa fejn ikunu nkisbu l-objettivi prinċipali tal-Unjoni; jenfasizza l-importanza ta' approċċ aktar ibbilanċjat b'inqas kunfidenzjalità u b'aktar trasparenza, partikolarment fir-rigward tar-rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna;

46.

Jemmen li huwa kruċjali li r-riskji inerenti fl-għażla ta' modalità ta' implimentazzjoni partikolari jiġu vvalutati qabel jiġu impenjati riżorsi finanzjarji tal-Unjoni u meta jkunu qed jiġu kkunsidrati r-riżultati mistennija; jemmen li t-taħlit tal-proġetti, kemm f'termini tas-suġġett u kemm f'termini tat-tipi ta' implimentazzjoni, huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-appoġġ mill-FEŻ;

47.

Jemmen li hemm bżonn ta' appoġġ akbar għal riżorsi tekniċi u amministrattivi sabiex tittejjeb l-effikaċja tal-għajnuna tal-FEŻ, partikolarment fir-rigward tal-kumplessità tar-regoli, peress li r-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ mhux dokument awtonomu u jeħtieġ li jintuża flimkien ma' sorsi legali oħrajn, li jinvolvi riskju sinifikanti ta' inċertezza legali u żbalji;

48.

Jemmen li hemm bżonn is-semplifikazzjoni tar-regoli dwar l-allokazzjoni tal-fondi sabiex jiġi żgurat li l-fondi jintużaw aħjar u titqawwa l-effikaċja tal-forniment tal-għajnuna; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tniedi s-semplifikazzjoni tar-regoli dwar l-allokazzjoni tal-fondi u tappoġġa lis-sħab lokali fl-implimentazzjoni tal-proġetti; jenfasizza, madankollu, li s-semplifikazzjoni ma tistax tkun ta' ħsara għas-sistema attwali ta' kontroverifiki ex ante u ex post, li huma essenzjali għal sorveljanza komprensiva; jenfasizza li diġà hemm nuqqasijiet persistenti fil-verifiki ex ante, qasam fejn hu meħtieġ li jitqies b'attenzjoni jekk is-semplifikazzjoni tpattix għar-riskji; ifakkar lill-Kummissjoni tenfasizza l-bilanċ tajjeb bejn inqas piż amministrattiv u kontroll finanzjarju effettiv filwaqt li tissemplifika r-regoli għall-allokazzjoni tal-fondi għall-iżvilupp;

49.

Jiddikjara li s-semplifikazzjoni tar-regoli għall-allokazzjoni tal-fondi ma għandhiex tiddevja l-approprjazzjonijiet mill-objettivi u l-prinċipji tal-atti bażiċi, u jemmen li kwalunkwe kanalizzar permezz ta' fondi fiduċjarji m'għandux isir askapitu tal-FEŻ u tal-politiki fuq terminu twil tal-Unjoni;

Task force “għarfien, prestazzjoni u riżultati”

50.

Jilqa' l-ewwel rapport dwar riżultati ta' proġetti magħżula fil-kuntest tat-tnedija tal-Qafas tar-Riżultati tal-Unjoni fl-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali bħala pass komplementari għall-impenn tal-Kummissjoni li ttejjeb l-obbligu tagħha li tagħti rendikont ta' għemilha u testendi r-rapportar tagħha dwar ir-riżultati għall-operazzjonijiet li jkunu għaddejjin; jinsab partikolarment interessat fil-lista tal-indikaturi ta' prestazzjoni organizzativa li jgħinu fil-kejl u r-rappurtar tal-impatt, l-eżiti u r-riżultati miksuba mill-pajjiżi sħab u mis-servizzi tal-Kummissjoni;

51.

Jikkunsidra li jkun utli li dik l-informazzjoni tiġi inkluża regolament fir-rapport annwali tal-attività li jkun imiss b'mod li tiġi mmonitorata l-evoluzzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni għar-riżultati f'diversi oqsma tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, bħall-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, il-governanza tajba jew l-effetti ta' lieva li jinkisbu bl-attivitajiet ta' taħlit;

Il-valutazzjoni tar-riżultati miksuba mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni

52.

Jilqa' l-progress li sar fl-analiżi tar-riżultati globali miksuba mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, abbażi tar-riżultati pprovduti mill-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni mqabbla mal-objettivi fir-rigward tal-effiċjenza tas-sistema ta' kontroll intern u s-sistemi tal-awditjar fis-seħħ, u abbażi tal-ġestjoni effikaċi tal-operazzjonijiet u r-riżorsi għall-2015;

53.

Jappella biex ikun hemm livell ogħla ta' ambizzjoni fl-istrateġija, il-ġestjoni u l-obbligu li jingħata rendikont tal-fondi tal-FEŻ; jenfasizza li hemm opportunità biex tiġi ottimizzata r-reżiljenza tal-attivitajiet kollha tal-FEŻ billi jissaħħu l-kriterji ta' effiċjenza ekonomika u finanzjarja u billi jiġu identifikati kisbiet fl-effiċjenza u fl-effikaċja, li jiġu riflessi fil-prestazzjoni ġestjonali; jikkunsidra li t-tħejjija tal-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet hi stadju preliminari effiċjenti biex tiġi żgurata l-effikaċja aħħarija tal-finanzjament tal-Unjoni;

54.

Jirrikonoxxi l-importanza kbira tal-informazzjoni li tiġi rrapportata fis-86 Rapport dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna għall-assigurazzjoni li tkun trid tiġi pprovduta mill-Kummissjoni rigward il-ġestjoni tal-għajnuna esterna, kif ukoll it-tendenzi pożittivi tal-prestazzjoni tad-delegazzjonijiet, fejn 20 mill-24 indikatur ewlieni tal-prestazzjoni laħqu objettivi fl-2015, imqabbla ma' 15 li għamlu dan fl-2014;

55.

Jiddispjaċih madankollu li disa' delegazzjonijiet minn 86 ma laħqux il-parametru referenzjarju ta' 60 % tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħhom; jappella lis-servizzi tal-Kummissjoni biex jimmonitoraw mill-qrib lil dawk id-delegazzjonijiet li dan l-aħħar laħqu l-objettiv ta' 60 % jew li jinsabu ftit 'il fuq mill-objettiv ta' 60 % sabiex jirfinaw u jikkonsolidaw l-analiżi tat-tendenzi fid-delegazzjonijiet;

56.

Jistieden lis-servizzi tal-Kummissjoni jaġġornaw regolarment id-definizzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-modalitajiet ta' valutazzjoni relatati, u jiżviluppaw ulterjorment il-valutazzjoni tar-riskju tagħhom, b'mod partikolari billi jiġi stabbilit profili tar-riskji (riskji a priori jew relatati mar-riżultati) għall-proġetti fil-portafoll ta' kull delegazzjoni, bl-intenzjoni li ssir għażla aħjar ta' proġetti vijabbli biss minn stadju bikri; jissuġġerixxi bil-qawwi valutazzjoni tar-riskju ex ante aktar komprensiva sabiex jintgħażlu biss l-aktar proġetti vijabbli;

57.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa tipoloġija tal-kawżi tal-punti ta' imblukkar u d-diffikultajiet li jinstabu fl-implimentazzjoni tal-proġetti, b'mod li tidentifika minnufih ir-reazzjonijiet u l-miżuri korrettivi l-aktar adegwati;

58.

Jikkunsidra li huwa essenzjali li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet ikomplu jiġu sensibilizzati kontinwament rigward ir-rwol fundamentali tagħhom fit-tisħiħ kumplessiv tal-assigurazzjoni u fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-ponderazzjoni tad-diversi komponenti li x'aktarx jattivaw il-ħruġ ta' riżerva;

59.

Itenni bil-qawwa li hemm bżonn li l-obbligu li d-delegazzjonijiet tal-Unjoni b'persunal mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jagħtu rendikont ta' għemilhom jiġi infurzat b'mod komprensiv; jemmen li dan għandu jsir apparti r-rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna, li jitħejjew u jiġu ffirmati mill-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

60.

Huwa tal-fehma li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jitfakkru b'mod ċar dwar dmirijiethom u r-responsabbiltajiet superviżorji u maniġerjali tagħhom u li m'għandhomx jikkonċentraw biss fuq il-komponent politiku ta' dmirijiethom;

61.

Jappella lill-Kummissjoni biex tirrapporta minnufih rigward l-azzjonijiet korrettivi speċifiċi li jittieħdu meta proġett ikun ġie kklassifikat bħala “aħmar” għal tliet snin konsekuttivi fir-rigward tal-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni 5 (jiġifieri, il-perċentwal tal-proġetti b'dawl tat-traffiku aħmar rigward il-progress fl-implimentazzjoni) u tal-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni 6 (jiġifieri, il-perċentwal tal-proġetti b'dawl tat-traffiku aħmar rigward il-ksib ta' riżultati) b'mod li teżamina mill-ġdid rapidament l-objettivi tal-ipprogrammar inizjali, talloka mill-ġdid il-fondi disponibbli għal proġetti u ħtiġijiet fil-qasam tal-għajnuna aktar adegwati, jew saħansitra tikkunsidra li possibbilment ittemm il-proġett;

62.

Jirrikonoxxi l-konsegwenzi diplomatiċi meta jitwaqqaf il-finanzjament tal-proġetti u l-iżborżi ta' appoġġ baġitarju dirett, iżda jenfasizza bil-qawwa l-importanza li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

63.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari għall-monitoraġġ ta' operazzjonijiet imwettqa ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll is-suborganizzazzjonijiet tagħha, għal impenji pendenti antiki, speċjalment fil-kuntest tal-FEŻ u l-affidabbiltà tad-data u l-valuri tas-Sistema Komuni ta' Informazzjoni dwar ir-Relazzjonijiet Esterni għat-tħejjija tar-rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna;

64.

Jissottolinja li r-riżorsi totali tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il FEŻ jammontaw għal EUR 76,88 biljun, li minnhom EUR 41,98 biljun huma indikati bħala pagamenti; jinsab ferm imħasseb mill-fatt li l-impenji pendenti jammontaw għal EUR 11,61 biljun u li l-bilanċ disponibbli fl-aħħar tal-2015 kien jammonta għal EUR 23,27 biljun;

Monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati

65.

Jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-konnessjoni bejn l-evalwazzjonijiet u l-formulazzjoni tal-politiki tkun effikaċi billi tikkunsidra kull ma tkun tgħallmet fil-proċess deċiżjonali; jitlob lill-Kummissjoni talloka kapaċitajiet ġestjonali adegwati lid-diversi attivitajiet ta' evalwazzjoni, kif ukoll tiżgura l-affidabbiltà tas-sistemi ta' evalwazzjoni ta' EuropeAid u ta' monitoraġġ orjentati lejn ir-riżultati;

66.

Ifakkar li jkun tajjeb li jiġi pprovdut feedback estern, oġġettiv u imparzjali dwar il-prestazzjoni tal-proġetti u l-programmi ta' għajnuna tal-Kummissjoni bħala parti mill-impenn tal-Kummission favur l-assigurazzjoni tal-kwalità; jikkunsidra l-eżiti tal-evalwazzjonijiet bħala elementi ewlenin li jalimentaw il-proċess ta' rieżami tal-politika u dak politiku, l-għajnuna għall-aġġustament tal-objettivi politiċi strateġiċi u t-tisħiħ tal-koerenza kumplessiva tal-politiki tal-Unjoni; jikkunsidra li hu rakkomandabbli li jiggarantixxu li l-proġetti ffinanzjati se jgħaddu minn valutazzjoni finali permezz ta' analiżi ex post indipendenti;

67.

Jemmen li l-investiment fl-analiżi u fl-aggregazzjoni tar-riżultati u tal-evidenza għat-tipi ta' evalwazzjoni differenti jgħin lill-Kummissjoni sabiex mhux biss tikseb stampa kumplessiva tat-tendenzi iżda biex tislet tagħlimiet li jsaħħu l-effikaċja aħħarija tal-proċessi ta' evalwazzjoni filwaqt li jrendu wkoll bażi ta' evidenza aħjar għat-teħid tad-deċiżjonijiet u t-tfassil tal-politiki;

68.

Jikkunsidra li l-kondiviżjoni tal-għarfien bil-mezzi u l-għodda kollha disponibbli hija kruċjali mhux biss għall-iżvilupp ta' kultura ta' evalwazzjoni iżda prinċipalment għall-iżvilupp ta' kultura ta' prestazzjoni effikaċi;

L-attivitajiet ta' appoġġ baġitarju

69.

Josserva li, minn total ta' EUR 5 746 000 f'pagamenti fl-2015, EUR 1 266 440 (jew 22 %) ġew iddedikati għall-appoġġ baġitarju;

70.

Jikkunsidra li l-appoġġ baġitarju huwa modalità ta' għajnuna adattata għall-ispeċifiċitajiet tal-għajnuna għall-iżvilupp, li trawwem is-sjieda min-naħa tal-pajjiżi u l-effikaċja tal-għajnuna, u li wriet riżultati konkreti fl-ilħuq tal-objettivi tal-politika għall-iżvilupp; jinnota, madankollu, li l-appoġġ baġitarju jinvolvi riskji fiduċjarji u jista' jwassal għall-inċertezza fir-rigward tar-riżultati u l-prestazzjoni; jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura l-użu tajjeb tal-għajnuna għall-iżvilupp permezz tal-appoġġ baġitarju, b'mod partikolari bl-offerta ta' taħriġ speċifiku u assistenza teknika lill-benefiċjarji;

71.

Jilqa' r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar l-Appoġġ Baġitarju tal-2016 li jeżamina l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-2015 madwar il-pajjiżi li jirċievu appoġġ baġitarju mill-Unjoni; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tinkludi l-eżiti ta' dan ir-rapport fir-rapport annwali tal-attività tagħha li jmiss;

72.

Ifakkar fil-ħtieġa li jkun hemm rispett kontinwu għall-erba' kriterji għall-eliġibbiltà fil-fażi ta' qabel il-kuntratt, l-evoluzzjoni tal-objettivi ddikjarati, u r-riżultati mistennija li ntlaħaq qbil dwarhom fl-iskrutinju tal-appoġġ baġitarju;

73.

Jisħaq li jeħtieġ li l-kontribuzzjoni tal-appoġġ baġitarju għall-eżiti mixtieqa fil-qasam tal-iżvilupp tintwera b'mod ċar u li l-użu tiegħu jsir kundizzjonali fuq it-titjib tal-ġestjoni finanzjarja u fuq is-sorveljanza u l-obbligu ta' rendikont demokratiċi, kif ukoll it-trasparenza sħiħa fir-rigward tal-parlamenti u ċ-ċittadini nazzjonali tal-pajjiżi destinatarji; jikkunsidra li huwa prijorita li l-għoti ta' dan l-appoġġ jiġi kkollegat/jintrabat mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi li jibbenefikaw mill-appoġġ baġitarju;

74.

Jikkunsidra li l-kriterji dwar il-prestazzjoni tal-iżborż huma fattur fil-qalba tal-ġestjoni tal-attivitajiet ta' appoġġ baġitarju, kif ukoll għal djalogu politiku u strateġiku approfondit;

75.

Iqis li huwa meħtieġ li jissaħħaħ id-djalogu politiku u dwar il-politika, il-kundizzjonalità tal-għajnuna u l-qafas tal-katina loġika biex jiżguraw koerenza bejn id-deċiżjonijiet u kundizzjonijiet minn qabel għal pagamenti billi l-pagamenti jiġu kkollegati b'mod ċar mal-kisba tar-riżultati, l-objettivi u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni predefiniti magħżula; jistieden lis-servizzi tal-Kummissjoni jikkonsolidaw ulterjorment il-qafas ta' superviżjoni tagħha konsegwentement; jappella lill-Kummissjoni biex timmonitora aktar mill-qrib u tirrapporta b'mod aktar sistematiku rigward il-prestazzjoni u r-riżultati;

76.

Jappella lis-servizzi tal-Kummissjoni biex regolarment jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Fiskali ta' Addis li tnediet fl-2015, b'mod partikolari rigward l-azzjonijiet li tnedew fl-2015 biex jiġu indirizzati l-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-flussi finanzjarji illeċiti; jikkunsidra li l-oqsmatal-effikaċja governattiva u l-ġestjoni finanzjarja pubblika, il-korruzzjoni u r-riskji ta' frodi jippreżenta dimensjoni ta' riskju ewlieni li għandu ssirilha skrutinju kontinwu u komprensiv;

L-iżvilupp tad-dimensjoni ta' sorveljanza fuq il-fondi fiduċjarji u l-istrumenti ta' taħlit

77.

Jirrikonoxxi l-motivazzjoni għall-iżvilupp ta' fondi fiduċjarji ddedikati bħala strumenti għall-akkomunament tar-riżorsi finanzjarji minn diversi partijiet ikkonċernati bil-ħsieb li tiżdied il-flessibbiltà u titħaffef ir-reazzjoni tal-Unjoni għall-kwistjonijiet internazzjonali globali, kriżijiet kbar jew sitwazzjonijiet ta' emerġenza; jemmen madankollu li anke dawk il-proġetti fuq skala żgħira b'objettivi, operaturi u benefiċjarji identifikati b'mod ċar, li jipproduċu riżultati konkreti u li jsegwu strateġija fuq żmien twil, jistgħu jieħdu sehem effikaċi fir-reazzjoni tal-Unjoni għal dawn l-isfidi;

78.

Jemmen li l-koerenza u l-komplimentarjetà ta' kull għodda ta' żvilupp ġdida mal-FEŻ għandhom jitqiesu kif jixraq, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt tal-għajnuna, il-ġestjoni u l-ispejjeż amministrattivi kkonfrontati mal-kontribuzzjonijiet totali; jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li dawn l-għodod ġodda fil-qasam tal-iżvilupp ikunu dejjem konformi mal-objettivi tal-istrateġija kumplessiva u tal-politika dwar l-iżvilupp tal-Unjoni;

79.

Jesprimi tħassib dwar il-multipliċità ta' fondi fiduċjarji u ta' pjattaformi ta' taħlit, iffinanzjati mill-Istati Membri b'ammonti sostanzjali iżda li mhumiex parti mill-baġit tal-Unjoni; jenfasizza bil-qawwa kwistjonijiet possibbli fir-rigward tal-governanza, l-effikaċja, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont; iwissi lill-Kummissjoni dwar ir-riskju li l-objettivi tal-politika dwar l-iżvilupp jiġu esternalizzati jew dilwiti; jistieden lill-Qorti tgħin fil-valutazzjoni tar-riskji, ittejjeb it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont ġenerali u tqabbel l-effettività tal-investimenti permezz tal-fondi fiduċjarji ma' dawk taħt il-ġestjoni diretta u indiretta tal-FEŻ;

80.

Jinnota li l-fondi fiduċjarji kienu parti minn reazzjoni ad hoc li turi li l-FEŻ, il-baġit tal-Unjoni u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali huma nieqsa mir-riżorsi u l-flessibbiltà meħtieġa għal approċċ komprensiv u rapidu għal kriżijiet maġġuri; jemmen li hemm bżonn ta' aktar żmien biex tiġi ppruvata l-effikaċja tagħha;

81.

Jirrikonoxxi, il-ħolqien tal-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-Unjoni għall-Afrika (EUTF), iżda jiddispjaċih li ma saret l-ebda konsultazzjoni minn qabel tal-Parlament, avolja l-Parlament igawdi minn sorveljanza rinforzata fuq l-ipprogrammar tal-FEŻ abbażi ta' impenn politiku li ħadet il-Kummissjoni; josserva li 57 % tal-ammont inizjali mwiegħed mill-Istati Membri u d-donaturi l-oħra (l-Iżvizzera u n-Norveġja) tħallsu għall-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-Unjoni għall-Afrika (jiġifieri EUR 47,142 miljun); jinnota li EUR 1,4 biljun mir-riżerva għall-FEŻ se jintużaw għall-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-Unjoni għall-Afrika u li, b'kollox, il-wegħdiet finanzjarji li għamlu l-Istati Membri jirrappreżentaw biss EUR 81,492 miljun (jiġifieri 4,3 % mill-EUR 1,8 biljun previsti); jinnota li l-ammont imwiegħed u imħallas għall-Fond Fiduċjarju ta' Bekou kien ta' EUR 34,925 miljun;

82.

Jappella lill-Kummissjoni biex timplimenta mekkaniżmi ta' kontroll komprensivi biex tiżgura l-iskrutinju politiku, b'mod speċjali dak mill-Parlament, fuq il-governanza, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta' dawn l-istrumenti l-ġodda fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza; jikkunsidra li huwa importanti li jiġu żviluppati strateġiji speċifiċi għas-superviżjoni ta' dawk l-istrumenti, b'objettivi, miri u rieżamijiet speċifiċi;

83.

Huwa preokkupat ferm minħabba l-fatt li objettivi mhumiex speċifiċi biżżejjed u min-nuqqas ta' indikaturi vinkolanti u miri miżurabbli li jivvalutaw il-prestazzjoni tal-fondi fiduċjarji; jitlob li l-arranġamenti għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni (jew il-matriċijiet jew l-oqfsa ta' riżultati) relatati ma' azzjonijiet ippjanati jiġu msaħħa aktar biex jinkludu għanjiet fuq żmien medju u twil f'konformità sħiħa mal-objettivi tal-politika tal-Unjoni;

84.

Jinsab partikolarment interessat li jirċievi informazzjoni dwar il-proporzjonijiet ta' ingranaġġ li jinksibu mill-faċilitajiet ta' taħlit eżistenti li jkunu speċifikament iffokati fuq il-valur miżjud u l-addizzjonalità meta mqabbla mal-appoġġ klassiku mill-Unjoni;

It-tisħiħ tal-oqfsa ta' kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

85.

Josserva li l-interventi tal-FEŻ li ġew implimentati permezz ta' ġestjoni indiretta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji fil-qasam tal-iżvilupp ammontaw għal EUR 810 miljun, li minnhom EUR 347 miljun għaddew min-Nazzjonijiet Uniti;

86.

Jirrikonoxxi l-valur miżjud tal-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali f'ċerti kuntesti speċifiċi; jirrimarka, madankollu, nuqqasijiet rikorrenti, bħal-livell ta' żbalji finanzjarji li jaffettwaw il-livell tar-rata ta' żball, ir-rappurtar ta' dgħufijiet, il-problema bis-sjieda tar-riżultati u, konsegwentement, in-nuqqas ta' viżibbiltà tal-Unjoni bħala donatur u l-ħtieġa li jiġu armonizzati l-aspettattivi fir-rigward tal-orjentament lejn ir-riżultati u l-valur tal-flus li jkunu ntefqu;

87.

Jinkoraġġixxi, b'mod partikolari fil-każ tal-inizjattivi kofinanzjati u b'diversi donaturi, lill-Kummissjoni jew l-istituzzjonijiet internazzjonali biex:

(i)

jivvalutaw u jippjanaw il-benefiċċji ġejjiena ta' proġett u l-mod kif kull sieħeb jikkontribwixxi lejn l-eżitu finali u l-impatt fuq livell aktar estensiv, b'mod li jiġu evitati l-mistoqsijiet dwar is-sjieda tar-riżultati, jiġifieri liema parti mir-riżultati kienet attribwibbli għall-finanzjament tal-Unjoni jew għall-interventi ta' donaturi oħra;

(ii)

jagħqdu l-oqfsa ta' governanza ma' dawk użati mill-Unjoni, b'mod partikolari billi jtejbu l-metodi tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju; jikkunsidra li jkun tajjeb li l-funġibbiltà tal-fondi tiġi mmonitorata mill-qrib għal-livell għoli ta' riskju fiduċjarju li għandha;

(iii)

itejbu l-mudelli tal-oqfsa ta' kooperazzjoni li jintużaw mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha biex jiġi żgurat b'mod partikolari kontroll aktar komprensiv tal-ispejjeż ġestjonali;

(iv)

jiżguraw koerenza bejn il-proġetti li jiġu implimentati f'qafas ta' kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u l-azzjonijiet u l-politiki tal-Unjoni kollha kemm hi;

Il-ġestjoni tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika

88.

Jinnota li l-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika (FPA) hija l-istrument finanzjarju tal-UE li tfassal bħala appoġġ għall-kooperazzjoni mal-Afrika fl-ispazju ta' paċi u sigurtà b'total fl-2015 ta' EUR 901,2 miljun li ġew impenjati, ta' EUR 600 miljun li ġew ikkuntrattati u ammont totali li tħallas taħt il-ħdax-il FEŻ; jinnota l-fatt li madwar 90 % tal-fondi tal-FPA jiġu ġestiti permezz ta' ftehimiet iffirmati mal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana li hija l-korp implimentattiv tal-Unjoni Afrikana;

89.

Jinnota li l-Kummissjoni ma għandhiex fiduċja fl-implimentazzjoni tal-FPA li ilha operattiva għal ħafna snin; jinsab sorpriż, f'dan il-kuntest, bil-proposta tal-Kummissjoni li tiddevja aktar fondi ta' żvilupp għal azzjonijiet ta' sigurtà fl-Afrika; jissottolinja wkoll li, għal dawn l-aħħar 15-il sena, il-finanzjament tal-FPA mill-FEŻ kien soluzzjoni temporanja; jenfasizza li matul dawk is-snin kollha l-finanzjament għall-iżvilupp ta kontribut finanzjarju importanti ħafna għall-politiki ta' sigurtà Afrikani, mentri l-infiq tal-Unjoni għas-sigurtà bi skopijiet ta' żvilupp ma jeżistix;

90.

Jiddeplora l-fatt li s-sistema ta' kontroll għall-monitoraġġ ġestjonali u operattiv tal-FPA ma kinitx effikaċi fil-ħarsien tal-FEŻ minn nefqa illegali u irregolari u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni ma kinitx adegwata bħala rimedju għad-dgħufijiet istituzzjonali identifikati; jiddispjaċih ukoll dwar id-dgħufijiet fis-sistemi ta' monitoraġġ u ta' rapportar dwar l-attivitajiet ffinanzjati mill-FPA;

91.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-pilastri li twettqu skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju ma tqisux, speċifikament fir-rigward tan-nonkonformità tal-proċessi fl-oqsma tal-kontabbiltà, l-akkwist u s-sottodelegi; jiddispjaċih li l-miżuri korrettivi ma ġewx implimentati aktar malajr;

92.

Jistieden lill-Kummissjoni tadatta l-governanza, il-koordinament u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-partijiet ikkonċernati involuti (jiġifieri s-servizzi tal-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni) fil-monitoraġġ tal-finanzjament mill-FPA u r-rapportar dwar il-proġetti attwali tagħha;

93.

Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta fiż-żmien dovut lill-Parlament dwar il-miżuri korrettivi, il-livell tal-irkupri u t-titjib fil-ġestjoni tal-fondi mill-FPA;

Kooperazzjoni mal-PTEE

94.

Jirrikonoxxi li l-FEŻ jiffukaw prinċipalment fuq il-pajjiżi Afrikani u jikkunsidra li l-PTEE m'għandhomx jitwarrbu f'termini ta' objettivi politiċi; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta aktar sinerġiji mal-politiki interni u orizzontali tal-Unjoni b'parteċipazzjoni konkreta mill-PTEE;

95.

Jemmen li jkun tajjeb li tingħata attenzjoni għall-prestazzjoni tal-għajnuna u l-impatt tal-politika għall-iżvilupp iżda anke tal-politiki Ewropej u internazzjonali l-oħra fuq il-pajjiżi li jinsabu fl-istess inħawi ġeografiċi bħall-PTEE; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni speċifika tal-Mayotte minħabba l-bidla fl-istatus minn OCT għal dak ta' reġjun ultraperiferiku fl-2014;

96.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-iffinanzjar ikun ta' benefiċċju għall-PTEE kollha b'mod ġust u ekwu; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġa lill-amministrazzjonijiet OCT fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-FEŻ, b'mod partikolari permezz ta' taħriġ u ta' assistenza teknika;

97.

Ifakkar il-karatteristiċi ġeografiċi tal-PTEE; jistieden lill-Kummissjoni tintegra aħjar indikaturi ewlieni tal-prestazzjoni mmirati għall-finanzjament fl-PTEE; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tipproponi, bħala parti mill-estensjoni tal-azzjoni preparatorja fi ħdan l-iskema BEST (l-iskema volontarja għal Servizzi ta' Bijodiversità u Ekosistemi fit-Territorji extra-Ewropej), mekkaniżmu permanenti għall-protezzjoni tal-bijodiversità, l-iżvilupp ta' servizzi tal-ekosistema u l-ġlieda kontra l-effetti tat-tibdil fil-klima fil-PTEEtal-Unjoni;

98.

Jistieden għal darb' oħra lill-Kummissjoni biex sal-2020 tistabbilixxi strument ta' finanzjament speċifiku għall-PTEE, fil-waqt li tqis l-istatus speċjali tagħhom u l-fatt li huma membri fil-familja Ewropea.

Ir-risposta mill-FEŻ għall-isfidi globali urġenti

Il-kwistjoni tal-migrazzjoni u l-għajnuna għall-iżvilupp

99.

Ifakkar li l-għan ewlieni tal-politika tal-Unjoni għall-iżvilupp huwa li tnaqqas u eventwalment teqred il-faqar, u li l-FEŻ s'issa kisbu progress fil-pajjiżi AKP u fl-PTEE; jemmen li l-għajnuna għall-iżvilupp ta' suċċess u l-kwistjonijiet tal-migrazzjoni huma interkonnessi, peress li l-migrazzjoni tista' tirriżulta minn vulnerabbiltajiet ekonomiċi u soċjali u peress li l-oriġini tal-mitigazzjoni tal-kawżi prinċipali tal-migrazzjoni tista' tinstab fl-għajnuna għall-iżvilupp iffokata;

100.

Jinnota l-adozzjoni reċenti tal-Istrateġija Globali tal-Unjoni biex sal-2030 jinkiseb żvilupp sostenibbli, li tikkonsolida ulterjorment il-kollegament bejn l-iżvilupp u l-migrazzjoni u tqiegħed lill-migrazzjoni u s-sigurtà fil-qafas ġdid għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni;

101.

Ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament lejn approċċ olistiku għall-migrazzjoni bbażat fuq taħlita ta' politika ġdida li tinkludi t-tisħiħ tar-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp billi jiġu indirizzati l-kawżi primarji tal-migrazzjoni, filwaqt li tiġi promossa wkoll bidla fil-modi ta' finanzjament għar-risposta għall-kriżi tal-migrazzjoni.

102.

Jirrikonoxxi li l-Unjoni kabbret l-appoġġ għar-riformi fis-settur tas-sigurtà; jemmen, madankollu, li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-fondi ma jiġux imċaqilqa lejn il-promozzjoni tas-sigurtà mingħajr it-tisħiħ parallel tal-appoġġ għal riformi demokratiċi;

103.

Jemmen li l-kobor tal-kriżi tal-migrazzjoni xprunat il-ħtieġa għal reazzjoni u t-twassil tal-għajnuna aktar rapidi u effikaċi; jikkunsidra li hu utli li jiġi żviluppat kodiċi settorjali xieraq għall-“migrazzjoni” fil-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD sabiex il-migrazzjoni tiġi integrata aħjar fl-aġenda dwar l-iżvilupp, sabiex jiġu ffaċilitati l-kodifikazzjoni u l-użu tal-fondi, u sabiex l-ammonti ddestinati għall-azzjoni esterna dwar il-ġlieda kontra l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni jiġu segwiti u mmonitorati aħjar;

104.

Jilqa' t-tnedija prevista ta' pjan ta' investiment estern fl-Afrika skont il-mudell tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi biex jindirizza l-punti ta' konġestjoni speċifiċi fl-investiment; iqis dan bħala wieħed mill-aktar għodda xierqa u effiċjenti biex jintlaħaq l-għan fit-tul tal-Parlament biex in-nies jingħataw kundizzjonijiet ta' għajxien xierqa, u b'hekk jiġu indirizzati wkoll il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni eċċessiva mill-Afrika;

105.

Jirrikonoxxi li l-fondi tal-FEŻ qed jikkontribwixxu biex jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-kriżi attwali globali tar-refuġjati u tal-migrazzjoni; jenfasizza li l-fondi tal-FEŻ m'għandhomx ikunu użati ħażin għal skopijiet li mhumiex determinati fid-dispożizzjonijiet bħall-kontroll tas-sigurtà tal-fruntieri u miżuri effettivi ta' ripatrijazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni timpenja lilha nnifisha b'mod kostruttiv biex takkwista sinerġiji bejn il-baġit tal-Unjoni, il-FEŻ u l-kooperazzjoni bilaterali sabiex tindirizza kwistjonijiet li jikkonċernaw il-prevenzjoni tal-kriżi migratorja

106.

Jappella biex il-qbil u l-qafas strateġiċi tal-politiki esterni u l-alternattivi politiċi tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni jiġu kontinwament rfinuti mal-atturi ewlenin sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza, kif ukoll mobilizzazzjoni kkoordinata u koerenti tal-mekkaniżmi relatati mal-migrazzjoni esterna fuq żmien qasir, fuq żmien medju u fuq żmien twil, kemm jekk fi ħdan il-qafas baġitarju tal-Unjoni u kemm jekk barra minnu;

107.

Jikkunsidra li hemm bżonn kruċjali li jiġi rrikonċiljat il-bżonn għal riżultati aħjar mad-disponibbiltà ta' biżżejjed fondi biex jiġi żgurat livell għoli ta' ambizzjoni fit-tfassil ta' reazzjoni komprensiva u sostenibbli mill-Unjoni għall-isfidi attwali u ġejjiena kkawżati mill-kriżi migratorja; huwa tal-opinjoni li hemm bżonn li l-infiq tal-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni esterna jiġi żborżat b'mod aktar effiċjenti u li jissodisfa l-kriterji ta' “valur miżjud” b'mod li n-nies jiġu pprovduti b'kundizzjonijiet ta' għajxien adegwati fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom u pajjiżi AKP oħra;

108.

Jistieden lill-partijiet ikkonċernati ewlenin kollha biex jirriflettu b'mod adegwat dwar il-bilanċ bejn il-flessibbiltà fl-interventi, il-komplementarjetà tal-fondi, il-livell tagħhom u l-ingranaġġ meħtieġ, kif ukoll is-sinerġiji potenzjali u l-addizzjonalità kumplessiva tal-interventi tal-Unjoni, u biex jagħtuhom reazzjoni adegwata;

109.

Jemmen li l-frammentazzjoni attwali tal-istrumenti li jkollhom l-objettivi speċifiċi tagħhom mingħajr ma jkunu interkollegati, ixxekkel is-sorveljanza parlamentari fuq il-mod kif jiġu implimentati l-fondi u l-identifikazzjoni tar-responsabbiltajiet, u għaldaqstant tagħmilha diffiċli li jiġi vvalutat b'mod ċar l-ammonti finanzjarji li jkunu effettivament intefqu bħala appoġġ għall-azzjoni esterna fil-qasam tal-migrazzjoni; jiddispjaċih li dan iwassal għal nuqqas ta' effikaċja, trasparenza u obbligu ta' rendikont; jikkunsidra li hemm bżonn li l-modi kif jintużaw l-istrumenti politiċi eżistenti jiġu ffokati mill-ġdid, b'arkitettura ta' objettivi ċara u mġedda sabiex jiżdiedu l-effikaċja u l-viżibbiltà kumplessivi tagħhom;

110.

Jemmen f'dan il-kuntest li jkun tajjeb li tingħata l-attenzjoni dovuta biex l-għajnuna tiġi mmirata b'mod xieraq lejn il-kwistjonijiet differenti u li qed jevolvu fil-qasam tal-migrazzjoni esterna, filwaqt li tiġi żgurata wkoll l-adegwatezza tas-sorveljanza tal-fondi żborżati b'mod li jiġu evitati r-rikji ta' miżapproprijazzjoni ta' fondi u ta' finanzjament doppju, u waqt li jiġi żgurat li l-pajjiżi AKP l-oħra jkomplu jibbenefikaw mill-assistenza tal-FEŻ;

111.

Jemmen li t-tibdil fil-klima u l-isfidi tiegħu, il-migrazzjoni u l-iżvilupp huma strettament interrelatati; jappella għal fehim aħjar ta' din il-korrelazzjoni fl-allokazzjoni tal-għajnuna għall-iżvilupp u fl-għanijiet tal-politika tal-iżvilupp; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI jevitaw is-sempliċi żieda tal-fondi minfuqa biex jiġu indirizzati l-problemi relatati mal-migrazzjonijiet mingħajr ma jitqiesu proġetti mmirati għall-adattamenti għat-tibdil fil-klima u proġetti ta' żvilupp oħrajn;

Il-kontribuzzjonijiet tal-BEI

112.

Jinnota li, fl-2015, ġew allokati EUR 936 miljun lill-pajjiżi AKP u lill-PTEE fi proġetti implimentati fi 15-il pajjiż u f'6 raggruppamenti reġjonali;

113.

Jappoġġa l-objettivi predominanti tal-qafas tal-faċilità ta' investiment AKP, jiġifieri l-appoġġ għas-settur privat lokali u l-iżvilupp tal-impjiegi u tal-infrastrutturi soċjoekonomiċi li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli fil-livell lokali u f'dak reġjonali, kif ukoll l-iżvilupp tas-settur privat u tal-infrastrutturi fundamentali fi ħdan il-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Infrastruttura fl-Afrika;

114.

Jilqa' l-isforzi tal-BEI biex jikkontribwixxi għal reazzjoni tal-Unjoni għal kwistjonijiet internazzjonali ta' importanza kritika, b'mod partikolari permezz tal-pakkett tal-BEI dwar il-migrazzjoni AKP u l-inizjattiva dwar ir-reżiljenza ekonomika, b'appoġġ għall-Unjoni u l-pajjiżi sħab biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjoekonomiċi li jikkontribwixxu għall-migrazzjoni, b'mod li jantiċipa l-pjan ta' investiment estern; javża madankollu dwar l-isfida attwali ta' kontroll politiku u demokratiku xieraq tal-attivitajiet tal-BEI;

115.

Jistieden lill-BEI jinsisti u jagħti prijorità lill-effett fuq żmien twil tal-investimenti u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli fl-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali kollha;

116.

Jinkoraġġixxi lill-BEI jagħti appoġġ ulterjuri lill-iżvilupp tas-settur privat lokali bħala mutur fundamentali tas-sostenibbiltà u appoġġ lill-infrastruttura soċjali u ekonomika bażika ta' interess immedjat għall-benefiċjarji, kif ukoll lit-tfittxija għal sħab lokali u reġjonali ġodda fil-qasam speċifiku tal-mikrofinanzjament; jistieden lill-BEI iżid l-addizzjonalità b'ġustifikazzjoni aħjar tal-użu tal-fondi;

117.

Jistieden lill-BEI jiżgura li l-proġetti li jkunu għaddejjin jiġu mmonitorati regolarment u li l-objettivi u l-kriterju oriġinali jiġu effettivament sodisfatti tul il-ħajja tal-proġett; jemmen li jkun tajjeb li l-BEI jqis l-evoluzzjoni possibbli ta' proġett u tal-objettivi tiegħu;

118.

Jilqa' t-tieni rapport tal-BEI fl-2015 dwar ir-riżultati tal-operazzjonijiet esterni tiegħu u l-użu tal-Qafas ta' Valutazzjoni tat-Tliet Pilastri u tal-Qafas għall-Kejl tar-Riżultati mill-BEI għall-valutazzjoni ex ante tar-riżultati mistennija mill-proġetti ta' investiment;

119.

Jemmen li l-qafas għall-kejl tar-riżultati u l-prestazzjoni tal-Faċilità ta' Investiment għandhom ikejlu l-impatt fuq l-iżvilupp għal kull proġett; jenfasizza l-importanza li ssir enfasi fuq l-istess objettivi u strateġiji bħall-politiki dwar l-iżvilupp tal-Unjoni; jistieden lill-BEI jallinja ulterjorment l-attivitajiet tiegħu mal-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp;

120.

Jappella favur żvelar sistematiku tal-faċilità ta' investiment AKP rigward il-ftehimiet ta' self, u trasparenza akbar dwar id-deċiżjonijiet tal-bord u għad-dokumenti direzzjonali;

121.

Jikkunsidra li l-awditjar tal-faċilità ta' investiment huwa prassi tajba f'termini tal-kooperazzjoni u l-iskrutinju kollaborattiv bejn il-Parlament u l-Qorti; jiddispjaċih madankollu li l-awditjar ma jkoprix il-proġetti implimentati fl-PTEE u l-fondi allokati lilhom; jiddeplora l-fatt li l-faċilità ta' investiment ma taqax fl-ambitu tal-awditu li għamlet il-Qorti għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni annwali tagħha, u mhijiex soġġetta għall-proċedura ta' kwittanza tal-Parlament;

Lejn ftehim wara dak ta' Cotonou

122.

Jirrikonoxxi l-kisbiet tal-FEŻ, filwaqt li jikkunsidra li jkun tajjeb li jiġu kkunsidrati prospetti ġodda sabiex jitqiesu l-bidliet fix-xenarju tal-pajjiżi AKP u l-PTEE, u fl-iżvilupp ta' objettivi sostenibbli ġodda, b'mod partikolari l-korrelazzjoni bejn il-paċi, l-għajnuna umanitarja, it-tibdil fil-klima u l-isfidi tagħha, it-telf tal-bijodiversità u l-migrazzjoni;

123.

Jilqa' l-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar it-tiġdid tas-sħubija mal-pajjiż tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, li l-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà Politika ppubblikaw fit-22 ta' Novembru 2016 (JOIN(2016)0052), u jappella favur diskussjonijiet ulterjuri bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni rigward il-ġejjieni tar-relazzjonijiet Unjoni-AKP;

124.

Josserva li filwaqt li l-Kummissjoni pproponiet semplifikazzjonijiet sostanzjali għar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali, kull FEŻ għadu mmexxi mir-Regolament Finanzjarju rispettiv tiegħu; jemmen li regolament finanzjarju uniku jnaqqas il-kumplessità fil-ġestjoni u fl-implimentazzjoni tal-FEŻ differenti; jenfasizza, barra minn hekk, li l-Parlament ilu ħafna jitlob l-integrazzjoni tal-FEŻ fil-baġit tal-Unjoni Ewropea;

125.

Jemmen li, fil-ftehim wara dak ta' Cotonou, ikun tajjeb li tiġi żgurata koerenza ulterjuri bejn l-objettivi fil-qasam tal-iżvilupp u l-politiki esterni kollha tal-Unjoni, u li elementi bħall-ġlieda kontra l-inugwaljanzi u l-azzjonijiet favur l-iżvilupp sostenibbli jsibu post ċentrali;

126.

Jinsab ħerqan li jiġi infurmat u kkonsultat bis-sħiħ dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-11-il FEŻ li huwa mistenni jqis l-Aġenda 2030 u Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp ġdid, iżda li għandu wkoll jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp ikkonfermati mill-ġdid fil-Forum ta' Livell Għoli tas-Sħubija Globali li seħħ f'Nairobi, b'mod partikolari s-sjieda tal-prijoritajiet mill-pajjiżi destinatarji;

127.

Jirrakkomanda li l-ftehim wara dak ta' Cotonou jmur oltre kwistjonijiet ekonomiċi u jippromwovi djalogu politiku effiċjenti; ifakkar li d-djalogu politiku huwa wieħed mill-elementi kruċjali biex jiġu żgurati l-prestazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna;

128.

Jikkunsidra li jkun tajjeb li l-ftehim wara dak ta' Cotonou jippromwovi l-awtonomizzazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet lokali u tas-soċjetà ċivili b'mod ġenerali, b'mod partikolari billi jiġu stabbiliti ftehimiet għal sħubijiet lokali, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa tal-proġetti fil-livell lokali, speċjalment fil-qafas tal-ġestjoni indiretta;

129.

Jappella biex jiġi rikonoxxut l-impatt tat-tibdil fil-klima u l-isfidi tagħha u t-telf tal-bijodiversità fil-fatturi kollha relatati mal-iżvilupp; jemmen li jkun tajjeb li l-ftehim wara dak ta' Cotonou jkun aktar iffokat fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi benefiċjarji u b'mod speċjali fuq il-kwistjoni tal-awtosuffiċjenza enerġetika;

130.

Jappella lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi u tiżviluppa ulterjorment id-dimensjoni tal-gżejjer fil-politika dwar l-iżvilupp u biex toħloq strument speċifiku għall-istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, li jkun jippermetti allokazzjoni tal-fondi, prestazzjoni u kontroll adattat aħjar;

131.

Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tipprovdi valutazzjoni a priori u tirrapporta b'mod aktar sistematiku dwar l-impatt tal-politika dwar l-iżvilupp fuq il-pajjiżi u r-reġjuni fl-istess żona ġeografika sabiex tippermetti li jkun hemm aktar sinerġiji bejn il-Fondi kollha disponibbli f'dawk ir-reġjuni;

132.

Itenni l-appoġġ fuq żmien twil tal-Parlament għall-baġitizzazzjoni biex jiżdiedu l-iskrutinju demokratiku u l-obbligu ta' rendikont u biex jitqawwew l-effikaċja, it-trasparenza u l-viżibbiltà fl-użu tal-FEŻ; jissottolinja wkoll li l-baġitizzazzjoni kieku tnaqqas l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u tissemplifika r-rekwiżiti fir-rigward tar-rapportar u l-kontabbiltà billi jkun hemm sett wieħed biss ta' regoli amministrattivi u strutturi deċiżjonali minflok tnejn;

Is-segwitu għar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

133.

Jappella lill-Qorti biex, fir-rapport annwali li jmiss tagħha, tinkludi rieżami tas-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza annwali tal-Parlament.


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

(3)  Komunikazzjoni CAB D(2016) Ares 06675546.

(4)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/159


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1632 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)485 — C8-0326/2016),

wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2016)386),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, mid-disa', mill-għaxar u mill-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015 (05376/2017 — C8-0081/2017, 05377/2017 — C8-0082/2017, 05378/2017 — C8-0083/2017, 05379/2017 — C8-0084/2017),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)338 u SWD(2016)339),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (3) u emendat f'Ouagadougou, (Burkina Faso) fit-22 ta' Ġunju 2010 (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2008 sal-2013, skont il-ftehim ta' sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 u s-26 ta' Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni AKP-KE (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (13),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94(3) u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0125/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 287.

(2)  ĠU C 375, 13.10.2016, p. 297.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(4)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

(5)  ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.

(6)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(7)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(8)  ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

(9)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(10)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(11)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(12)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(13)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/161


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1633 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0075/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0147/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 17.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/162


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1634 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0147/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 11 266 000, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 3,55 % meta mqabbel mal-2014; billi l-baġit sħiħ tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 (ir-“rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija:

użat sett ta' linji gwida dwar l-ippjanar tal-baġit imfassla u approvati mis-servizz tal-awditjar intern (IAS) tal-Kummissjoni sabiex ittejjeb l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit annwali tagħha u żviluppat taħriġ intern irrekordjat minn qabel dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

inkludiet informazzjoni dwar l-istat attwali dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza fir-rapport annwali tagħha;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 95,09 %, li tfisser li l-Aġenzija laħqet il-mira ppjanata tagħha u li tirrappreżenta żieda ta' 0,09 % meta mqabbla mal-2014; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 74,88 %, u din tirrappreżenta żieda ta' 5,04 % meta mqabbla mal-2014;

Impenji u riporti

3.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, ir-riporti għat-Titolu III (nefqa operattiva) kienu jammontaw għal EUR 1 360 000 (59 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati tagħha, meta mqabbel ma' EUR 1 570 000 (62 %) fl-2014; jinnota, barra minn hekk, li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati man-natura fit-tul tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

4.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, ir-riporti għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) jammontaw għal EUR 790 000 (35 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati tagħha, meta mqabbel ma' EUR 980 000 (41 %) fl-2014; jirrikonoxxi li, skont l-Aġenzija, dawk ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' studji u servizzi mhux ikkonsenjati fl-2015;

5.

Jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel mill-Aġenzija u kkomunikati lill-Qorti; jinnota l-fatt li l-Aġenzija sabitha diffiċli biex tirrikonċilja l-prinċipju tal-annwalità man-natura pluriennali tal-proġett ta' implimentazzjoni REMIT;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

6.

Jinnota li l-Aġenzija impjegat 54 aġent temporanju, 20 aġent kuntrattwali, 6 esperti nazzjonali sekondati, 9 trainees u 6 membri tal-persunal interim fi tmiem l-2015; jinnota, barra minn hekk, li ma kienx hemm tibdil għall-pjan ta' stabbiliment fl-2015;

7.

Jinnota minn eżerċizzju ta' evalwazzjoni tal-karigi li 67,83 % tal-impjiegi tal-Aġenzija kienu operattivi, 22,89 % kienu fil-qasam tal-appoġġ u l-koordinazzjoni amministrattivi u 9,28 % kienu newtrali;

8.

Jinnota li, fl-2015, 75 membru tal-persunal ipparteċipaw f'away day li l-ispiża tagħha kienet ta' EUR 6 517 (EUR 87 kull persuna);

Kontrolli interni

9.

Jinnota li l-Aġenzija kkonformat mar-rekwiżiti minimi tal-istandards kollha ta' kontroll intern (ICS);

10.

Josserva li l-Aġenzija vvalutat l-effikaċja tal-ICS tagħha bil-għan li ssib oqsma għal titjib ulterjuri fl-2015; jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija kellha timplimenta miżuri xierqa kif meħtieġ; jappella lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri implimentati;

Awditu intern

11.

Jinnota li l-IAS tal-Kummissjoni għamel żjara preliminari rigward l-awditu tal-Aġenzija fil-konfront tal-proċess ta' akkwist; jinnota li l-IAS kellu jwettaq dak l-awditu fil-bidu tal-2016; jinnota, barra minn hekk, li l-IAS kellu wkoll jagħmel awditu tal-valutazzjoni sħiħa tar-riskju u awditu tal-valutazzjoni tar-riskju tal-IT fil-bidu tal-2016 u li l-valutazzjoni kellha tirriżulta fi pjan ta' awditjar strateġiku ġdid għall-Aġenzija; jistenna bil-ħerqa r-rappurtar tal-Aġenzija dwar l-awditi tal-IAS fir-rapport ta' attività annwali tagħha għall-2016;

12.

Jinnota li minn sitt rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-IAS wara l-awditu tal-2014 dwar “l-iżvilupp ta' linji gwida ta' qafas u opinjoni dwar il-kodiċi tan-netwerk”, tnejn ġew implimentati u magħluqa fl-2014 u tnejn fl-2015; jinnota li l-Aġenzija kellha timplimenta ż-żewġ rakkomandazzjonijiet li fadal fl-2016; jirrikonoxxi l-fatt li l-aħħar rakkomandazzjoni miftuħa li tirriżulta mill-awditu tal-IAS tal-2013 dwar “l-ippjanar, l-ibbaġitjar u l-monitoraġġ” kienet ingħalqet fl-2015;

Prestazzjoni

13.

Jinnota li, lejn tmiem l-2015, l-Aġenzija nediet stħarriġ li jippermetti lill-partijiet interessati jivvalutaw l-attivitajiet regolatorji tagħha, il-metodi ta' ħidma u l-effiċjenza tagħha (pereżempju f'dak li għandu x'jaqsam mal-għoti f'waqtu ta' riżultati), it-trasparenza tagħha, l-involviment tagħha mal-partijiet interessati u l-pubblikazzjonijiet tagħha; jinnota, barra minn hekk, li f'Ottubru 2015, l-Aġenzija ħarġet studju dwar proposta għal metodoloġija biex jiġi evalwat l-impatt tal-kodiċijiet u tal-linji gwida tan-netwerk tal-gass f'termini ta' implimentazzjoni u l-effetti fuq is-suq; jitlob lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta' kwittanza informata dwar din il-kwistjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

14.

Jinnota li l-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Aġenzija adotta l-politika għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, applikabbli għall-persunal tagħha b'dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ġestjoni, kif ukoll għall-Bord tal-Amministrazzjoni, għall-Bord ta' Regolaturi u għall-Bord tal-Appell tagħha, għall-presidenti u l-kopresidenti tal-gruppi ta' ħidma tagħha u l-persuni responsabbli mit-Task Force tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ppubblikat id-dikjarazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess fuq is-sit web tagħha iżda jirrimarka li xi CVs u dikjarazzjonijiet tal-membri tal-Bord ta' Regolaturi għadhom neqsin; jappella biex l-Aġenzija tippubblika dawk id-dokumenti u tħalli l-pubbliku jkollu l-ħarsa ġenerali neċessarja tal-maniġment superjuri tagħha; jinnota li fl-2016 il-Bord tal-Amministrazzjoni identifika kunflitt ta' interess potenzjali ta' wieħed mill-membri tiegħu u segwa l-proċedura ad hoc prevista; jitlob lill-Aġenzija tipprovdi aktar informazzjoni dwar din il-kwistjoni lill-awtorità ta' kwittanza;

15.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija adottat strateġija kontra l-frodi għall-perjodu 2015-2017, fuq gwida tal-OLAF, u li ġie pprovdut taħriġ ta' sensibilizzazzjoni għall-persunal kollu;

16.

Jinnota li l-Att dwar l-Implimentazzjoni tal-Programmi Internazzjonali tal-Edukazzjoni ġie adottat fl-Istat Membru ospitanti fis-16 ta' Ġunju 2016 u daħal fis-seħħ fil-15 ta' Lulju 2016; jinnota li l-Istat Membru ospitanti beda studju ta' fattibbiltà wara l-adozzjoni tal-Att; ifakkar li l-Aġenzija ġibdet kemm-il darba l-attenzjoni tal-Istat Membru ospitanti dwar l-urġenza li titwaqqf Skola Ewropea f'Ljubljana; jiddeplora l-fatt li wara aktar minn erba' snin mid-dħul fis-seħħ tal-ftehim bejn l-Aġenzija u l-Gvern Sloven, ma twaqqfet l-ebda Skola Ewropea;

17.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).

(2)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/165


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1635 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0075/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0147/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 17.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/166


DEĊIŻJONI (EU) 2017/1636 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0076/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0143/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Korp għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 22.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/167


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1637 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0143/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (“l-Uffiċċju”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 4 017 244, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 3,5 % meta mqabbel mal-2014;

B.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni lill-baġit tal-Uffiċċju għall-2015 kienet tammonta għal EUR 3 498 143, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 3,31 % meta mqabbla mal-2014;

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

D.

billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tenfasizza l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.

Jirrikonoxxi li l-Uffiċċju:

jitlob lill-membri kollha tal-Kumitat ta' Tmexxija, il-Maniġer Amministrattiv u l-persunal jissottomettu dikjarazzjoni annwali ta' interess, u jagħmel mezz li dawn id-dikjarazzjonijiet ikunu pubbliċi fuq is-sit web tiegħu, sabiex jipprevjeni l-kunflitti ta' interessi;

irnexxielu jimplimenta totalment l-Istandards ta' Kontroll Intern (“ICS”) Nru 6 dwar “Ġestjoni tar-Riskji” u ICS Nru 12 dwar “Informazzjoni u Komunikazzjoni”;

jirrikonoxxi li, konsegwentement, is-servizz tal-awditjar intern (IAS) tal-Kummissjoni għalaq iż-żewġ rakkomandazzjonijiet tiegħu li kienu baqgħu miftuħa wara s-segwitu tal-2014 dwar ir-rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 95,65 %, li tfisser tnaqqis ta' 2,26 % meta mqabbla mas-sena 2014; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 80,31 %, li tfisser żieda ta' 4,65 % meta mqabbla mal-2014;

3.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' dettall tar-rapport ta' implimentazzjoni baġitarja huwa differenti minn dak tar-rapporti pprovduti mill-biċċa l-kbira tal-aġenziji l-oħra; jinnota li l-Uffiċċju esternalizza r-rwol ta' uffiċjal tal-kontabilità lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u li l-livell differenti ta' dettalji huwa bbażat fuq il-prattiki tar-rappurtar tal-Kummissjoni; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju lest li jsegwi kull linja gwida baġitarja għar-rappurtar fis-sena finanzjarja li jmiss, dment li jkunu ħarġu tali linji gwida; jistieden lill-Qorti u n-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE biex jipprovdu linji gwida ta' rappurtar komuni bbażati fuq l-aħjar prattiki tal-aġenziji deċentralizzati;

4.

Jinnota li l-Uffiċċju kkoreġa l-baġits tal-2015 u l-2016 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet li ma mmaterjalizzawx ruħhom mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) fl-2014; jinnotali l-ftehim tal-EFTA huwa nnegozjat bejn il-Kummissjoni u l-pajjiżi kkonċernati u li għalhekk l-Uffiċċju ma jistax jinfluwenza n-negozjati;

Impenji u riporti

5.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu II kien għoli u jammonta għal EUR 134 228,. (44 %), meta mqabbel ma' EUR 91 757, (40 %) fl-2014; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati mal-għoti ta' servizzi li jmorru lil hinn mill-2015 u mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar baġitarju;

Trasferimenti

6.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-għadd ta' trasferimenti baġitarji tnaqqas għal 17 fl-2015, meta mqabbel ma' 37 fl-2014; jinnota, barra minn hekk, li ma kien hemm l-ebda bidla fin-nefqa totali fit-Titolu I (spejjeż għall-persunal), filwaqt li ta' Titolu II (nefqa amministrattiva) tnaqqset bi 33 % u ta' Titolu III (nefqa operazzjonali) żdiedet bi 13 %; jirrikonoxxi li l-bidliet fl-istruttura tal-baġit inizjali kienu inqas minn dawk tal-2014;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

7.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Uffiċċju ssottovaluta l-bżonnijiet tiegħu marbuta mas-servizzi professjonali għall-organizzazzjoni ta' avvenimenti; josserva li l-kuntratt qafas ta' erba' snin, li kien iffirmat fl-2013, laħaq l-ammont massimu tiegħu f'Diċembru 2014; jinnota li s-sottovalutazzjoni min-naħa tal-Uffiċċju rriżultat minn bidliet mhux mistennija fl-organizzazzjoni tal-laqgħa plenarja finali tiegħu għall-2014; huwa tal-fehma li l-Uffiċċju jeħtieġlu jistabbilixxi modus operandi mal-membri u l-osservaturi tiegħu għal dawn il-laqgħat sabiex ma jerġax ikun hemm sitwazzjoni bħal din; jirrimarka li f'Awwissu 2015 tnediet proċedura ta' akkwist għall-iffirmar ta' kuntratt qafas ġdid, u li l-Uffiċċju sadanittant kompla jakkwista dawn is-servizzi bl-użu ta' ordnijiet ta' xiri u kuntratti b'valur baxx (proċeduri nnegozjati); jaqbel mal-Qorti li messha ntużat proċedura ta' akkwist miftuħa, li fiha s-sħab ekonomiċi interessati kollha jkunu intitolati jressqu offerta; jinnota li fl-2016 l-Uffiċċju rreveda r-regoli eżistenti dwar l-akkwist pubbliku tiegħu bil-għan li jtejjeb il-proċess, inkluż permezz tal-użu ta' proċess elettroniku għas-sejħiet għall-offerti, inkluż permezz tal-użu ta' eTendering; jilqa' l-fatt li l-Uffiċċju diġà ħa passi biex itejjeb ir-regoli tal-akkwist tiegħu u nieda proċedura miftuħa ta' offerti li rriżultat fil-konklużjoni ta' kuntratt qafas multiplu f'kaskata ffirmat ma' tliet kumpaniji minn Jannar 2016;

8.

Jinnota li l-għadd ta' karigi tnaqqas minn 28 fi tmiem l-2014 għal 27 fi tmiem l-2015; jinnota li l-Uffiċċju wettaq kompiti addizzjonali li wasslu għal xogħol addizzjonali, li żied mad-diffikultajiet fir-reklutaġġ ikkawżat minn ċaqliq ta' persunal espert; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju rnexxielu jżomm operazzjoni sostenibbli u jikseb bilanċ fit-tqassim tax-xogħol fost il-persunal tiegħu;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.

Jinnota li l-Uffiċċju ta' kuljum ħa ħsieb ir-reġistru pubbliku tad-dokumenti tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi/l-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi; jinnota b'sodisfazzjon li l-Uffiċċju stabbilixxa taqsimiet speċjali ddedikati għall-politika dwar il-kunflitt ta' interess u taqsima ġdida tas-sit web għad-diskorsi mill-President;

10.

Jinnota li r-rapport annwali tal-Uffiċċju inkluda subkapitolu relatat mat-trasparenza, l-għoti ta' rendikont u l-integrità; jinnota li rapport annwali tiegħu josserva l-linji gwida tal-Kummissjoni li ma jipprevedux kapitolu standard dwar it-trasparenza, l-għoti ta' rendikont u l-integrità;

11.

Jilqa' l-fatt li l-Uffiċċju pparteċipa b'mod attiv fix-xogħol tal-grupp ta' ħidma dwar il-ġlieda kontra l-frodi tan-Netwerk Legali Bejn l-Aġenziji; jinnota b'sodisfazzjon li din il-kooperazzjoni wasslet għall-adozzjoni tal-istrateġija kontra l-frodi tal-Uffiċċju fl-2017;

12.

Jinnota li l-Uffiċċju biħsiebu jikkonkludi r-regoli interni tiegħu dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta fl-ewwel nofs tal-2017, u diġà bagħat l-abbozz ta' politika tiegħu lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) għal verifika minn qabel; jistieden lill-Uffiċċju jadotta politika interna dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta li trawwem kultura ta' trasparenza u responabbilita' fuq il-post tax-xogħol, biex jinforma u jħarreġ lill-impjegati, b'mod regolari, dwar id-dmirijiet u d-drittijiet tagħhom fir-rigward ta' dik il-politika, biex jiżgura l-protezzjoni tal-informaturi minn ritaljazzjoni, biex isegwi s-sustanza tat-twissijiet tal-informaturi mingħajr dewmien żejjed u biex jistabbilixxi mezz għal rappurtar intern anonimu; jistieden lill-Uffiċċju jippubblika rapporti annwali dwar l-għadd ta' każijiet ta' ta' informaturi u kif ġew segwiti u biex jgħaddi dawk ir-rapporti annwali lill-awtorità ta' kwittanza; jitlob lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza meta r-regoli tiegħu dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta jiġu stabbiliti u implementati;

Kontrolli interni

13.

Jirrikonoxxi li l-aħħar żewġ rakkomandazzjonijiet minn18-il rakkomandazzjoni tal-IAS dwar l-implimentazzjoni tal-ICS ingħalqu fl-2015, u b'hekk tlestiet l-implimentazzjoni tal-ICS; jirrikonoxxi li ż-żamma ta' livell għoli ta' konformità mal-ICS toħloq piż amministrattiv kbir għall-Uffiċċju, minħabba d-daqs żgħir tal-Uffiċċju u l-fatt li l-qafas tal-ICS b'mod ġenerali ma kienx maħsub għal organizzazzjonijiet żgħar;

14.

Jirrikonoxxi li ma ġie identifikat l-ebda riskju kritiku skont l-eżerċizzju ta' awtovalutazzjoni tar-riskju; jinnota li r-rapport dwar l-eżiti tal-valutazzjoni tar-riskju kien fih lista ta' bosta riskji sinifikanti; jinnota li l-Uffiċċju ħejja reġistru tar-riskji li fih l-aktar riskji sinifikanti identifikati matul il-valutazzjoni tar-riskju kif ukoll il-pjanijiet ta' azzjoni għall-indirizzar ta' dawn ir-riskji;

Awditu intern

15.

Jinnota b'sodisfazzjon li r-riżultati tal-awditu mis-Servizz tal-Awditjar Intern ikkonkludew li l-proċessi awditjati huma xierqa għall-iskop u huma amministrati u organizzati b'mod effettiv u effiċjenti; jirrikonoxxi, madankollu, l-osservazzjoni mis-Servizz tal-Awditjar Intern li għad hemm lok għal titjib ulterjuri f'għadd ta' oqsma speċifiċi; jinnota li sabiex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern, l-Uffiċċju żviluppa pjan ta' azzjoni u li l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni hija ppjanata għall-2016;

Kwistjonijiet oħra

16.

Jinnota li f'Settembru 2016 il-Kummissjoni ħarġet il-proposta għal Regolament (COM(2016) 591) li fih ipproponiet li l-Uffiċċju jinbidel f'aġenzija kompluta b'responsabbiltajiet estiżi; jissottolinja li kull riforma implimentata wara l-konklużjoni tal-proċess leġiżlattiv għandha tassigura l-ogħla effiċjenza u kosteffettività, kif ukoll l-ogħla livell possibbli ta' trasparenza u protezzjoni kontra l-kunflitti ta' interess, u jenħtieġ li sservi biex tiffaċilita aktar il-valur miżjud tas-sistema regolatorja tal-Unjoni għall-komunikazzjonijiet elettroniċi;

17.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/170


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1638 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0076/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0143/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 22.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/171


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1639 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0054/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0075/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttriċi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttriċi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 27.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/172


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1640 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0075/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (“iċ-Ċentru”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 49 585 500, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 11,88 % meta mqabbel mal-2014,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 88,16 %, li tirrappreżenta żieda ta' 8,82 % meta mqabbla ma' dik tas-sena preċedenti; josserva li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 78,58 %, li tfisser żieda ta' 6,61 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

2.

Jinnota li ċ-Ċentru ħa diversi passi biex inaqqas il-bilanċi pożittivi baġitarji tiegħu; jinnota, b'mod partikolari, it-tnaqqis fil-prezz tat-traduzzjoni ta' dokument fl-2015, l-introduzzjoni ta' rimborż awtomatiku tal-eżitu baġitarju tas-sena ta' qabel lill-klijenti, kif ukoll l-abbozz ta' dokument ta' programmazzjoni taċ-Ċentru għall-perjodu 2017-2019, li tfassal bil-ħsieb ta' defiċits, u t-tnaqqis ulterjuri sussegwenti tar-riżerva għall-istabbiltà tal-ipprezzar;

3.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, bħala riżultat tal-miżuri meħuda biex jitnaqqsu l-bilanċi pożittivi baġitarji, fl-2015 l-ammont ta' depożiti fi flus kontanti u għal terminu qasir miżmum miċ-Ċentru naqas minn EUR 44 000 000 fl-aħħar tal-2014 għal EUR 38 300 000 fl-aħħar tal-2015; jinnota barra minn hekk li r-riżervi taċ-Ċentru naqsu minn EUR 40 400 000 fl-2014 għal EUR 34 000 000 fl-2015, u dan jirrifletti t-tnaqqis tal-prezzijiet fl-2015;

4.

Jinnota li l-ispejjeż operattivi taċ-Ċentru naqsu bi 11,23 % fl-2015, l-aktar minħabba t-tnaqqis ta' 9,56 % fl-għadd ta' paġni esternalizzati u t-tnaqqis fil-prezz medju għal kull paġna ta' dokument esternalizzat;

Impenji u riporti

5.

Jinnota li ċ-Ċentru żied bi ftit ir-rata globali tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati għas-sena ta' wara: minn 8,40 % fl-2014 għal 9,63 % fl-2015, jiġifieri żieda ta' 1,23 %; jinnota li l-perċentwal ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kien ta' 29 %; josserva li dawn ir-riporti prinċipalment jikkonċernaw ir-rinnovazzjoni ta' bini addizzjonali mikri fl-2015 kif ukoll servizzi tal-IT li kienu għadhom ma ġewx ipprovduti sa tmiem l-2015; jinnota li r-riporti sikwit jaf ikunu parzjalment jew totalment ġustifikabbli minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li mhux dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ġew ippjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti;

6.

Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, iċ-Ċentru kkanċella EUR 5 900 000 (12 % tal-baġit totali) tal-approprjazzjonijiet disponibbli fl-aħħar tal-2015; jirrimarka li dawn il-kanċellazzjonijiet kienu marbuta mas-sovrastima tal-ispiża tat-tradutturi esterni kif ukoll mal-fatt li t-twettiq tal-organigramma ma laħaqx il-livell previst fil-baġit; jinnota, madankollu, li ċ-Ċentru mmonitorja l-evoluzzjoni tal-ispejjeż għat-traduzzjoni esterna aktar mill-qrib, u bbaża t-tbassir baġitarju tiegħu mill-2016 'il quddiem fuq ċifri aġġornati; jilqa' l-isforzi taċ-Ċentru fil-perjodu 2015-2016 biex itejjeb l-istima tiegħu tal-ispiża tas-servizzi tat-traduzzjoni esterna, li wasslu għal bidliet konsiderevoli fit-tbassir matul l-aħħar tliet baġits;

Awditu intern

7.

Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ffinalizza l-istadju ta' rapportar tar-rapport ta' awditu dwar “Il-Ġestjoni tal-Fluss tax-Xogħol għat-Traduzzjoni tad-Dokumenti”, li ġie konkluż abbażi ta' riċerka fil-post imwettqa fl-2014; josserva li l-awditu identifika għadd ta' punti pożittivi fl-operazzjonijiet taċ-Ċentru iżda kkonkluda li ċ-Ċentru jeħtieġ li jsaħħaħ l-isforzi tiegħu biex jiżgura l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-proċessi tiegħu; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-IAS;

8.

Jinnota li ċ-Ċentru implimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-IAS immarkati bħala “Importanti Ħafna” u “Importanti” li rriżultaw mill-awditu tal-2014; jirrikonoxxi li l-livell ta' implimentazzjoni rapportat miċ-Ċentru kien meqjus mill-IAS bħala sodisfaċenti biżżejjed biex jipproċedi għal awditu ta' segwitu; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tal-awditu ta' segwitu;

Kontroll intern

9.

Jinnota li, skont ir-Rapport ta' Attività Annwali taċ-Ċentru, matul l-eżerċizzju ta' awtovalutazzjoni annwali tiegħu għall-2015, il-maniġment taċ-Ċentru vvaluta l-konformità u l-effettività tal-kontrolli ewlenin tiegħu; jinnota li l-livell ta' implimentazzjoni għall-konformità ma' kull standard ta' kontroll intern (ICS) intlaħaq, sakemm ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditur intern rigward il-Ġestjoni tal-Kontinwità tal-Attività jkunu ngħalqu sal-aħħar tas-sena;

10.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, iċ-Ċentru għad m'għandux Pjan għall-Kontinwità tal-Attività, u dan jirriżulta f'nuqqas ta' konformità mal-ICS 10; jirrikonoxxi li l-Istrateġija għall-Kontinwità tal-Attività taċ-Ċentru u l-Pjanijiet operattivi għall-Kontinwità tal-Attività ġew approvati fl-2016 mill-maniġment taċ-Ċentru flimkien mal-analiżi tad-dokumenti relatati mal-Kontinwità tan-Negozju;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

11.

Jinnota li l-istrateġija kontra l-frodi taċ-Ċentru ġiet adottata mill-bord tal-ġestjoni tiegħu f'Ottubru 2016; jinnota li ċ-Ċentru se jinkludi kapitolu standard dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità fir-rapport annwali tiegħu tal-2017; jinnota bi tħassib li l-curricula vitae tad-Direttriċi, tal-membri tal-bord tal-ġestjoni u tas-sostituti tagħhom ma jidhrux fuq is-sit web taċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru jippubblika dawn il-curricula vitae sabiex jiżgura s-sorveljanza u l-iskrutinju pubbliku meħtieġa tal-maniġment tagħha;

Prestazzjoni

12.

Jinnota l-inizjattiva taċ-Ċentru li jimplimenta approċċ komuni mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għall-preproċessar tat-trademarks Komunitarji, bil-għan li jiġu kondiviżi l-memorji tat-traduzzjoni u armonizzati l-flussi tax-xogħol rispettivi sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-effiċjenza tal-proċess; jiddispjaċih li n-negozjati bejn iċ-Ċentru u l-EUIPO ma tawx frott peress li l-EUIPO ddeċieda li ma jipproċedix bil-proġett; iħeġġeġ liċ-Ċentru biex jesplora possibbiltajiet ġodda biex itejjeb l-effiċjenza tal-proċessi interni tiegħu;

13.

Jinnota li ċ-Ċentru wettaq l-istħarriġ ġenerali tiegħu dwar is-sodisfazzjon tal-klijenti fl-2015; josserva li l-maniġment taċ-Ċentru approva pjan ta' azzjoni bbażat fuq il-konklużjonijiet tal-istħarriġ li għandu jiġi implimentat matul il-perjodu 2016-2017; jinnota b'sodisfazzjon li dan il-pjan ta' azzjoni jpoġġi enfasi ċara fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tat-traduzzjoni u fuq is-sensibbilizzazzjoni u l-promozzjoni taċ-Ċentru bħala fornitur ta' servizzi lingwistiċi;

14.

Jinnota li, skont ir-rapport annwali tal-attività taċ-Ċentru, fuq il-bażi tal-analiżi ta' tmiem is-sena mwettqa mill-maniġment taċ-Ċentru, u bl-applikazzjoni tal-fatturi ta' ponderazzjoni ġodda, il-perċentwal ta' implimentazzjoni ġenerali tal-programm ta' ħidma taċ-Ċentru għall-2015 kien ta' 83,2 %, li jfisser tnaqqis ta' 2,3 % meta jitqabbel mas-sena preċedenti; jistieden liċ-Ċentru jerġa' jiċċekkja l-ippjanar tiegħu għall-programm ta' ħidma annwali u l-implimentazzjoni ġenerali u jirrapporta lura lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-interventi jew it-titjib possibbli;

15.

Jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru adotta Pjan ta' Azzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità tat-Traduzzjonijiet (TQAAP) ġdid għall-perjodu 2015-2016; jinnota li l-mira tar-rata tat-twettiq għat-TQAAP fil-programm ta' ħidma taċ-Ċentru għall-2015 kienet stabbilita għal 50 %, u li sa tmiem l-2015, 49,4 % tal-pjan kien ġie implimentat; jinnota li l-fokus tat-TQAAP 2015 kien fuq it-taħriġ estensiv mogħti lit-tradutturi interni taċ-Ċentru li, inter alia, irċevew taħriġ dwar it-tekniki tas-sottotitolar u ġew mgħallma jużaw il-pakkett ta' software użat miċ-Ċentru biex jipprovdi s-servizz ġdid ta' sottotitolar lill-klijenti; jinnota barra minn hekk li ġie implimentat ukoll awditu tal-fornituri tas-servizzi esterni fi ħdan it-TQAAP fl-2015;

16.

Jirreferi, fir-rigward ta' kummenti oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/175


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1641 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0054/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0075/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttriċi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 27.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/176


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1642 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0048/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0145/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 32.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/177


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1643 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0145/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (“iċ-Ċentru”), il-baġit finali tiegħu għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 18 356 560, u dan jirrappreżenta żieda ta' 6,27 % meta mqabbel mal-2014, billi l-baġit kollu taċ-Ċentru huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”) stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.

Jirrikonoxxi l-fatt li:

sa tmiem l-2015 iċ-Ċentru kien għalaq 11 mit-23 rakkomandazzjoni u azzjoni relatata dwar kif jista' jiżviluppa u jsaħħaħ ir-rwol tiegħu, li kienu ġew proposti fl-ambitu tal-evalwazzjoni perjodika esterna tiegħu, u għandu jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li fadal;

ix-xogħlijiet ta' tiswija fuq il-bini taċ-Ċentru tlestew f'Diċembru 2015 u ċ-Ċentru ffirma protokoll ta' aċċettazzjoni għall-użu taż-żoni li kienu soġġetti għat-tiswija mal-kumpanija responsabbli għax-xogħlijiet u dik il-kumpanija ntalbet tipprovdi pjan u proċess ta' azzjoni għall-monitoraġġ tal-qagħda tal-bini għal minn tal-inqas għaxar snin wara t-tlestija tax-xogħlijiet;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 98,61 %, li tirrappreżenta żieda ta' 3 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 83,04 %, liema rata tfisser tnaqqis ta' 3,33 % meta mqabbla ma' dik tas-sena preċedenti;

Impenji u riporti

3.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), il-livell tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati kien ta' EUR 477 994 jew 28 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva); jinnota li dawk ir-riporti kienu jikkonsistu fil-biċċa l-kbira mill-volum għoli ta' tagħmir tan-netwerks u tagħmir tal-IT ieħor meħtieġ għar-rinnovazzjoni taż-żoni msewwija tal-bini taċ-Ċentru li sa tmiem l-2015 kienu għadhom ma ġewx ikkonsenjati jew iffatturati; jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi taċ-Ċentru, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel miċ-Ċentru u kkomunikati lill-Qorti;

4.

Jinnota li ċ-Ċentru kien kapaċi juża tfaddil addizzjonali li jirriżulta minn aġġustament 'l isfel fil-fattur ta' ponderazzjoni tas-salarji minn 83,8 % fl-2014 għal 79,9 %; jinnota, barra minn hekk, li dak l-aġġustament ġie kkomunikat liċ-Ċentru biss f'Novembru 2015; jinnota li, għad li ċ-Ċentru seta' juża l-fondi immedjatament qabel tmiem is-sena, l-iżborż seta' jsir biss fl-2016;

Trasferiment

5.

Jinnota, mir-rapport ta' attività annwali taċ-Ċentru, li fl-2015 dan għamel 57 trasferiment, li jammontaw għal EUR 586 100 mit-Titolu I (nefqa tal-persunal) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u t-Titolu III (nefqa operattiva) bil-għan li jimmassimizza l-effiċjenza fl-użu tal-fondi disponibbli; jinnota b'sodisfazzjon li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

6.

Jinnota li, fl-2015, iċ-Ċentru pproċessa 70 proċedura ta' akkwist, li jirrappreżentaw żieda ta' 32 % meta mqabbla mal-2014, li 21 % minnhom kienu proċeduri miftuħa u 79 % kienu proċeduri nnegozjati;

7.

Japprezza l-fatt li ċ-Ċentru baqa' impenjat b'mod attiv favur l-opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ u l-impjieg, b'persunal magħmul minn 61 % nisa u 39 % irġiel, u li għandu wkoll l-għan li jiżgura bilanċ ġeografiku; jilqa' l-fatt li n-nisa huma rappreżentati sew f'kull livell, inkluż il-livell maniġerjali;

8.

Jinnota li sar aġġustament 'l isfel tas-salarji fi tmiem l-2015; jistieden liċ-Ċentru jiżgura li dan ma jwassalx għal impatt negattiv fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tal-membri tal-persunal u fuq il-kapaċità taċ-Ċentru li jagħmel il-pożizzjoni tiegħu waħda kompetittiva u attraenti;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.

Jirrikonoxxi l-fatt li, bħala proċedura standard, id-direttur taċ-Ċentru talab lill-membri tal-bord tat-tmexxija li għadhom kif inħatru biex jiffirmaw dikjarazzjoni ta' kunflitti ta' interess f'konformità mal-politika taċ-Ċentru dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess li ġiet adottata f'Ottubru 2014; jinnota, barra minn hekk, li ċ-Ċentru fakkar u ħeġġeġ b'mod regolari lil dawk il-ftit membri tal-bord tat-tmexxija li għadhom ma ppreżentawx dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess biex din jippreżentawha; iħeġġeġ lill-bqija tal-membri jissottomettu dikjarazzjonijiet iffirmati mingħajr dewmien ulterjuri; jistieden liċ-Ċentru jippubblika dawk id-dokumenti fuq is-sit web tiegħu biex jippermetti lill-pubbliku jkollu l-ħarsa ġenerali meħtieġa dwar il-maniġment superjuri taċ-Ċentru;

10.

Ifakkar li, fit-22 ta' Ottubru 2014, iċ-Ċentru adotta strateġija kontra l-frodi, flimkien mal-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jirrikonoxxi li lill-persunal tiegħu ċ-Ċentru jipprovdilu, fuq bażi regolari, attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni dwar l-etika, l-integrità u kwistjonijiet dwar il-kontroll intern, inkluża sessjoni ta' informazzjoni ġenerali dwar l-istrateġija kontra l-frodi taċ-Ċentru, il-prinċipji tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, il-linji gwida dwar ir-rappurtar tal-irregolaritajiet (żvelar ta' informazzjoni protetta) u “l-bnadar ħomor” relatati mal-proċeduri ta' akkwist;

Kontrolli interni

11.

Jinnota li ċ-Ċentru jwettaq b'mod regolari valutazzjoni tar-riskju u jħejji pjan ta' ġestjoni tar-riskji, li huwa parti mill-programm ta' ħidma annwali tiegħu, bil-għan li jidentifika r-riskji li jistgħu jaffettwaw il-ksib tal-objettivi taċ-Ċentru; jinnota li ċ-Ċentru jevalwa r-riskji abbażi tal-impatt potenzjali tagħhom fuq l-organizzazzjoni u l-probabbiltà li r-riskji jsiru realtà; jinnota b'sodisfazzjon li, skont il-programm ta' ħidma tiegħu għall-2015, il-maniġment taċ-Ċentru kkontrolla r-riskji fil-livell tal-attivitajiet u tal-proġetti, u l-livelli ta' riskju żammhom taħt il-punt ta' riferiment;

12.

Jifhem li l-maniġment taċ-Ċentru identifika riskju ġeneriku wieħed 'il fuq mill-punt ta' riferiment rigward il-kwistjoni ta' domandi (esterni) mhux previsti min-naħa tal-partijiet ikkonċernati; jinnota li bir-riżorsi li ċ-Ċentru għandu għad-dispożizzjoni tiegħu jaf ikun diffiċli li jiġu ssodisfati tali domandi mill-partijiet ikkonċernati, inklużi l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li b'mod regolari ċ-Ċentru jinforma lill-membri tal-bord tat-tmexxjija tiegħu dwar il-bidliet fil-programm ta' ħidma tiegħu, u l-fatt li l-monitoraġġ mill-qrib tal-iżviluppi jippermetti liċ-Ċentru jantiċipa d-domandi u jintegra tali attivitajiet b'mod xieraq jew jaġġusta l-programm ta' ħidma annwali skont ir-riżorsi disponibbli u tali domandi;

Awditjar intern

13.

Jirrikonoxxi l-fatt li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar “l-akkwist, inklużi l-prevenzjoni tal-frodi u l-konsulenza legali”, bħala parti mill-pjan ta' awditjar strateġiku tal-IAS maqbul mill-2013 sal-2015; josserva li r-rapport tal-awditjar finali kien fih ħames rakkomandazzjonijiet, li waħda minnhom kienet immarkata bħala “importanti ħafna” u erbgħa bħala “importanti”; jinnota, barra minn hekk, li ċ-Ċentru ħejja pjan ta' azzjoni bil-għan li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet kollha, li kellu jiġi implimentat sa tmiem l-2016; jistieden liċ-Ċentru jgħaddi rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni;

Prestazzjoni

14.

Jinnota li ċ-Ċentru jikkoopera mill-qrib mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) u li din il-kooperazzjoni hija fformalizzata fi ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn it-tlett aġenziji kif ukoll fi programmi ta' ħidma annwali maqbula preċedentement;

15.

Jirrikonoxxi l-fatt li ċ-Ċentru kkontribwixxa b'mod attiv f'għadd ta' attivitajiet tan-netwerk għall-iżvilupp tal-prestazzjoni tal-aġenziji tal-Unjoni bħal, pereżempju, il-grupp ta' ħidma dwar “l-ibbaġitjar, l-evalwazzjoni tal-ispejjeż u l-ġestjoni bbażati fuq l-attivitajiet”, filwaqt li kkoopera ma' aġenziji oħra tal-Unjoni biex jiġbor il-prattiki tajba u jiżviluppa ġabra ta' għodod għall-ġestjoni bbażata fuq l-attivitajiet fi ħdan l-aġenziji tal-Unjoni;

16.

Jinnota li s-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni taċ-Ċentru hija parti integrali mill-proċessi tal-ippjanar u r-rappurtar tiegħu; jinnota li s-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni tipprovdi fehim tal-kisbiet, ir-rilevanza u l-effiċjenza taċ-Ċentru u tippromwovi kultura ta' titjib kontinwu fost il-membri tal-persunal tiegħu; jinnota b'sodisfazzjon li r-rieżami intern tas-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni li sar fl-2015 ikkonferma li s-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni tipprovdi għodda analitika ċara biex dak li jkun jifhem il-prestazzjoni taċ-Ċentru b'enfasi paritkolari fuq l-eżiti tal-ħidma tiegħu;

Kummenti oħra

17.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-bini pprovdut liċ-Ċentru min-naħa tal-awtoritajiet Griegi huwa mibni fuq linja ta' qasma attiva, u dan ikkawża ħsara strutturali fil-bini; jirrikonoxxi l-fatt li x-xogħol ta' tiswija fuq il-bini tlesta f'Diċembru 2015; jinnota li ċ-Ċentru ffirma protokoll ta' aċċettazzjoni għall-użu taż-żoni li kienu soġġetti għat-tiswija u li l-kumpanija responsabbli għax-xogħlijiet intalbet tipprovdi pjan u proċess ta' azzjoni għall-monitoraġġ tal-qagħda tal-bini għal minn tal-inqas għaxar snin wara t-tlestija tax-xogħlijiet;

18.

Jinnota li ċ-Ċentru qed jindirizza diversi problemi ta' sikurezza relatati mal-kostruzzjoni tal-bini; jinnota, b'mod partikolari, kwistjoni ta' sikurezza li tikkonċerna l-faċċata tal-ħġieġ tal-bini u t-tamboċċi tas-swali tal-konferenzi taċ-Ċentru, kwistjoni li qed taffettwa d-disponibbiltà tal-faċilitajiet taċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru u lill-Kummissjoni jħejju dokument ta' valutazzjoni tar-riskju biex iservi ta' bażi għal deċiżjonijiet futuri li għandhom jittieħdu f'dak li jikkonċerna x-xogħlijiet ta' tiswija possibbli fuq il-bini u deċiżjonijiet eventwali dwar ir-rilokazzjoni lejn bini ieħor;

19.

Jinnota li x-xogħlijiet ta' tiswija u t-tisħiħ strutturali tlestew fl-2015; jinnota b'sodisfazzjon li l-qari tal-apparat għall-identifikazzjoni tax-xquq li sar dan l-aħħar f'April 2016 wera li x-xogħlijiet ta' tiswija kienu effikaċi; jilqa' l-installazzjoni tas-sistemi kollha meħtieġa għall-monitoraġġ tal-istabbiltà u r-rata ta' żerżiq, kif ukoll il-ħolqien ta' assigurazzjoni kontra ż-żerżiq tal-bini, li indirizzaw b'mod komprensiv il-ħsara strutturali;

20.

Josserva li ċ-Ċentru għadu qed iħabbat wiċċu ma' diversi kwistjonijiet ta' sikurezza marbuta mal-faċċata tal-ħġieġ tal-bini u t-tamboċċi tas-swali tal-konferenzi taċ-Ċentru, fejn qed jidher tkagħbir bl-użu aċċelerat; jinnota li x-xogħlijiet immirati biex dawn il-kwistjonijiet jissolvew għalkollox tlestew f'Novembru 2016; jinnota wkoll li, minħabba li t-tiswijiet fuq it-twieqi kienu indispensabbli, ix-xogħlijiet ġew iffinanzjati mill-baġit taċ-Ċentru u li ċ-Ċentru bħalissa qed isegwi b'mod attiv il-kwistjoni tar-responsabbiltà finanzjarja mal-awtoritajiet Griegi; jistieden liċ-Ċentru jgħaddi rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar it-tlestija u l-effikaċja tax-xogħlijiet, kif ukoll dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà finanzjarja; jistieden liċ-Ċentru, barra minn hekk, biex jivvaluta jekk il-problemi rikorrenti marbuta mal-bini attwali jqanqlux dubju mhux biss dwar il-vijabbiltà ekonomika tiegħu, iżda, aktar importanti minn hekk, dwar is-sikurezza u s-sigurtà tal-persunal tiegħu u jekk ir-rilokazzjoni lejn bini ġdid tkunx soluzzjoni preferibbli;

21.

Japprezza l-kwalità tajba tar-riċerka, tal-analiżi u tal-konsulenza teknika taċ-Ċentru li permezz tagħhom hu jappoġġa l-iżvilupp tat-tagħlim tul il-ħajja u tal-politiki Ewropej dwar l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ (ETV) u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħhom sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jiksbu ħiliet tajbin u sabiex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020;

22.

Jilqa' l-enfasi taċ-Ċentru fuq il-kompetenzi u l-ħiliet li, fost objettivi oħra, tgħin sabiex ikun hemm tlaqqigħ aħjar tal-ħiliet mad-domandi tas-suq tax-xogħol u b'mod partikolari jilqa' l-ewwel Stħarriġ Ewropew dwar il-Ħiliet u l-Impjiegi kif ukoll it-tnedija tal-Panorama tal-Ħiliet il-ġdida; jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru pprovda aktar analiżi u informazzjoni speċifika għall-pajjiż u wessa' l-appoġġ tiegħu lil Stati Membri individwali permezz ta' għarfien espert ipprovdut fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-politiki;

23.

Jinnota li l-qafas ta' politika li jiggwida l-ħidma taċ-Ċentru evolva fl-2015 sabiex jinkludi sett ġdid ta' prijoritajiet għall-perjodu 2015-2020 kif approvat mill-Ministri responsabbli għall-politiki dwar l-ETV fil-konklużjonijiet ta' Riga;

24.

Jinnota li, fil-bidu tal-2015, iċ-Ċentru introduċa struttura interna ġdida u li l-2015 kienet l-ewwel sena sħiħa taċ-Ċentru taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni;

25.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/181


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1644 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0048/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0145/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 32.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/182


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1645 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (li issa sar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi) (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Kulleġġ (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kulleġġ fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0064/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI tal-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠAI (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0081/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 36.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.

(5)  ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1.

(6)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/183


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1646 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (li issa sar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi) (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (li issa sar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi) għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0081/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (“il-Kulleġġ”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 8 471 000, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 1,22 % meta mqabbel mal-2014; billi l-baġit kollu tal-Kulleġġ huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Kulleġġ huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 95,51 %, li tfisser tnaqqis ta' 1,89 % mir-rata ta' 97,40 % fl-2014; jinnota l-fatt li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 79 %, li tfisser tnaqqis ta' 3,40 % mir-rata ta' 82,40 % fl-2014;

2.

Jinnota l-fatt li, wara l-iffirmar tal-ftehim ta' għotja mal-Kummissjoni dwar Sħubija għal Taħriġ Kontra t-Terroriżmu UE/MENA, ġie maqbul baġit ta' EUR 2 500 000, li minnu l-ammont ta' EUR 300 000 tniżżel fil-baġit tal-Kulleġġ bħala dħul assenjat fl-2015 filwaqt li l-ammont ta' EUR 2 200 000 li jifdal huwa trasferit matul l-2016 u l-2017; jitlob li ssir evalwazzjoni bir-reqqa tal-proġett u tal-valur miżjud tiegħu għas-sigurtà tal-Unjoni, u jekk ikun ta' benefiċċju, jitlob li l-proġett jitkompla u jiġi estiż fis-snin li ġejjin;

3.

Jirrikonoxxi li, fi tmiem is-sena, 89 % tal-pagamenti kollha tħallsu fil-ħin, u b'hekk inqabeż l-objettiv ta' 85 % tal-pagamenti kollha mħallsa fi ħdan il-perjodu ta' żmien stabbilit legalment; jinnota li l-ebda mgħax ma ntalab mill-fornituri għal pagamenti tard;

Impenji u riporti

4.

Josserva li total ta' EUR 1 406 984 ġie riportat għall-2016, ammont li jirrappreżenta 17 % tal-baġit ġenerali 2015; jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kien ta' EUR 212 456 (49 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) meta mqabbel ma' EUR 383 940 (59 %) fl-2014; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti rriżultaw mir-rilokazzjoni tal-Kulleġġ mir-Renju Unit għall-Ungerija f'Settembru 2014 u l-ħtieġa konsegwenzjali li jiġu inizjati kuntratti ġodda għal servizzi u għal provvisti; jirrikonoxxi li l-biċċa l-kbira mis-servizzi li ġew akkwistati taħt dawn il-kuntratti annwali ma kinux ġew ipprovduti sa tmiem l-2015;

5.

Jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi ta' aġenzija, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk jiġu ppjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti;

6.

Jinnota li l-ispiża tar-rilokazzjoni minn Bramshill, ir-Renju Unit, għal Budapest, l-Ungerija, ġiet stmata għal madwar EUR 1 006 515, ammont li mistenni jintefaq matul l-2014 u l-2015; jinnota, barra minn hekk, li skont il-ftehim bejn il-Kummissjoni u r-Renju Unit, l-ammont ta' EUR 570 283 kien iffinanzjat 50 % mill-awtoritajiet tar-Renju Unit u 50 % mill-Kummissjoni; jirrikonoxxi l-fatt li l-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-fondi ta' rilokazzjoni kienet imniżżla fil-baġit tal-Kulleġġ bħala dħul assenjat, li ntuża kollu; jilqa' l-fatt li l-fondi ta' rilokazzjoni li jifdal, ta' ammont li jikkorrispondi għal 35 % tal-baġit finali għar-rilokazzjoni, kienu ffinanzjati mill-baġit tal-Kulleġġ permezz ta' ffrankar derivat mill-koeffiċjent ta' korrezzjoni aktar baxx applikat għall-intitolamenti tal-persunal fl-Ungerija;

7.

Jinnota l-fatt li numru tal-persunal fetħu kawża kontra l-Kulleġġ dwar il-kundizzjonijiet li fihom saret ir-rilokazzjoni u dwar l-impatt finanzjarju tagħha fuq id-dħul tagħhom; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti għadha ma ħarġitx sentenza u li l-proċedimenti tal-qorti għadhom għaddejjin; jirrikonoxxi li l-ammont finali għall-ispiża tar-rilokazzjoni jeħtieġ li jkopri l-obbligu finanzjarju li jirriżulta mis-sentenza tal-Qorti u jistieden lill-Kulleġġ biex jirrapporta dwar l-eżitu tal-proċedura u biex jikkomunika l-ammont definittiv tar-rilokazzjoni;

Trasferiment

8.

Jinnota li l-Kulleġġ wettaq għaxar trasferimenti baġitarji matul is-sena, kollha bl-istess titolu baġitarju; jinnota b'sodisfazzjon li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.

Jirrikonoxxi li d-dikjarazzjonijiet ta' interess u l-curriculum vitae (CVs) tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Kulleġġ; jirrikonoxxi li l-persunal tal-Kulleġġ u individwi oħra li jikkollaboraw direttament mal-Kulleġġ intalbu jimlew dikjarazzjoni ta' interess; jinnota b'sodisfazzjon li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess huma organizzati tajjeb, viżibbli u aċċessibbli b'mod li huwa faċli għall-utent fuq is-sit web tal-Kulleġġ;

10.

Jiddeplora l-fatt li, minkejja l-adozzjoni tal-politika tal-Kulleġġ dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitt ta' interess f'Novembru 2014, il-curricula vitae u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-esperti tiegħu mhumiex ippubblikati fuq is-sit web tal-Kulleġġ; ifakkar lill-Kulleġġ li għandu jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku sabiex jiżgura t-trasparenza u jappoġġja l-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE fl-istituzzjonijiet Ewropej; jistieden lill-Kulleġġ jadotta strateġija ċara u soda dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u ta' regoli kontra r-“revolving doors” skont l-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014;

11.

Jinnota li l-Kulleġġ abbozza strateġija ta' komunikazzjoni bħala parti mill-istrateġija kumplessiva stabbilita mill-Bord ta' Tmexxija tiegħu f'Mejju 2016, bl-għan li jżid il-viżibbiltà tiegħu online prinċipalment billi jiġbed it-traffiku lejh permezz tal-midja soċjali; jinnota li l-Kulleġġ wettaq awditu fil-fond tas-sit web tiegħu fi tmiem l-2016 u l-bidu tal-2017; jitlob lill-Kulleġġ jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza rigward ir-riżultat ta' dan l-awditu;

Prestazzjoni

12.

Jinnota li fl-2015 il-portafoll ta' taħriġ tal-Kulleġġ kien jinkludi 151 attività ta' taħriġ, inklużi 85 attività residenzjali u 66 webinar, 428 skambju fil-qafas tal-Programm Ewropew ta' Skambju tal-Pulizija (EPEP), 24 modulu online, kors wieħed online, u disa' kurrikuli komuni; jinnota b'sodisfazzjon li, għall-ħames sena konsekuttiva, l-impatt tal-Kulleġġ żdied, u dan wassal sabiex il-Kulleġġ ħarreġ 12 992 professjonist tal-infurzar tal-liġi fl-2015 (meta mqabbel ma' 10 322 fl-2014);

13.

Jirrikonoxxi li n-numru ta' attivitajiet residenzjali (85) qabeż dak fil-mira (80) u li dawn l-attivitajiet ġabru flimkien 3 073 parteċipant tal-infurzar tal-liġi, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 12 % min-numru oriġinarjament imbassar (2 755); iħeġġeġ, madankollu, lill-Kulleġġ biex jirrapporta aħjar l-effetti tal-attivitajiet tiegħu fuq is-sigurtà tal-Unjoni;

14.

Jinnota l-fatt li l-Kulleġġ għandu sistema ta' valutazzjoni komprensiva fis-seħħ biex jiżgura l-kwalità tal-portafoll ta' taħriġ tiegħu; jinnota, barra minn hekk, li l-evalwazzjoni tal-korsijiet mhux biss għandha l-għan li tivvaluta l-effiċjenza tat-taħriġ iżda wkoll li tkejjel ir-rati ta' sodisfazzjon tal-parteċipanti; jinnota li s-sodisfazzjon ġenerali kien għoli, u li kważi 94 % tal-parteċipanti ddikjaraw li kienu sodisfatti ħafna jew sodisfatti bl-attivitajiet tal-Kulleġġ;

15.

Jilqa' l-fatt li, fl-2015, il-Kulleġġ organizza webinars biex jagħti lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi informazzjoni aġġornata u l-aħjar prattika dwar l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni tar-reati ta' mibegħda u forom differenti ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, u offra taħriġ ta' sensibilizzazzjoni dwar l-isfidi li jaffaċċjaw il-komunitajiet tar-Rom u l-persuni LGBTI (bħal interventi żejda jew nieqsa mill-pulizija u nuqqas ta' fiduċja fil-membri tal-forzi tal-pulizija), u dwar kif dawn jistgħu jiġu indirizzati fil-livell tal-infurzar tal-liġi; jitlob li jkompli jingħata taħriġ fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u s-sensitizzazzjoni relatata tal-forzi tal-pulizija;

Kummenti oħra

16.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell ta' dettall fir-rapport tal-Kulleġġ dwar l-implimentazzjoni baġitarja, li ġie awditjat, huwa differenti minn dak fir-rapporti pprovduti mill-biċċa l-kbira tal-aġenziji l-oħra, fattur li juri li hemm ħtieġa għal linji gwida ċari dwar ir-rappurtar tal-baġit mill-aġenziji; jirrikonoxxi li l-Kulleġġ esternalizza r-rwol ta' uffiċjal tal-kontabbiltà lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u li l-livell ta' dettall differenti kien ibbażat fuq il-prattiki tar-rappurtar tal-Kummissjoni; jappoġġa l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi linji gwida għar-rappurtar tal-baġit tal-aġenziji għall-kontijiet tal-2016;

17.

Jirrikonoxxi li l-Kulleġġ qed isaħħaħ il-kooperazzjoni u r-rabtiet amministrattivi tiegħu mal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, partikolarment fir-rigward tal-akkwist pubbliku u kwistjonijiet relatati mal-persunal; jinnota, b'mod partikolari, il-kooperazzjoni dwar l-iskrutinju tar-Regoli ta' Implimentazzjoni għar-Regolamenti tal-Persunal, il-pjanijiet avvanzati li jiffurmaw kumitat tal-persunal komuni kif ukoll l-organizzazzjoni ta' għadd ta' attivitajiet ta' taħriġ miftuħa għall-persunal miż-żewġ aġenziji;

18.

Jinnota li, fir-rigward tar-responsabbiltajiet estiżi u l-mandat imsaħħaħ tal-Kulleġġ, il-livelli tar-riżorsi attwali huma insuffiċjenti; jinnota li, abbażi tal-evalwazzjoni tal-Kulleġġ fuq ħames snin li ġiet iffinalizzata fl-2016, hemm ħtieġa ċara li l-Kulleġġ jissaħħaħ b'mod sinifikanti b'riżorsi kemm umani kif ukoll finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni tieħu kont ta' dan fil-proposti baġitarji tagħha għall-Kulleġġ; jistieden lill-awtorità baġitarja teżamina l-possibilità li tipprovdi riżorsi umani u finanzjarji addizzjonali lill-Kulleġġ sabiex l-abbiltà tiegħu li jwettaq il-kompiti tiegħu ma tkunx imxekkla;

19.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/186


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1647 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (li issa sar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi) (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kulleġġ fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0064/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI tal-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠAI (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0081/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 36.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.

(5)  ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1.

(6)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/187


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1648 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0059/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0087/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 56.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/188


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1649 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0087/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 204 907 790, li jfisser żieda ta' 11,58 % meta mqabbel mal-2014; billi 18,27 % tal-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

C.

billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tenfasizza l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġittjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98 %, li tfisser żieda ta' 0,9 % meta mqabbel mal-2014; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 91 %;

2.

Josserva li t-tnaqqis marġinali tal-persunal fuq l-impenji ta' EUR 539 000 kien dovut għall-effett ikkombinat tal-persunal li telqu l-Aġenzija matul is-sena (19-il aġent temporanju u 3 aġenti kuntrattwali), u d-dħul ta' persunal ġdid (23 aġent temporanju u 3 aġenti kuntrattwali), li prinċipalment bdew jaħdmu hemm fl-aħħar 3 xhur tas-sena; jinnota, barra minn hekk, li n-nefqa fuq il-persunal, bħala perċentwal tal-baġit ġenerali 2015, naqset b'1,7 % u bħalissa tammonta għal madwar 53 % tal-baġit totali;

3.

Jinnota li l-impenji għal nefqa amministrattiva oħra żdiedu b'EUR 5 692 000 (3,8 %) f'termini assoluti għal EUR 21 949 000, ammont li jirrappreżenta 15,7 % mill-perċentwali globali tal-baġit tal-Aġenzija; jinnota li din iż-żieda hija, fil-biċċa l-kbira, minħabba l-ispejjeż tat-trasferiment imminenti tal-Aġenzija lejn is-sede l-ġdida tagħha fl-2016 u ż-żieda relatata f'investiment fl-IT;

4.

Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija matul l-2015 biex ittejjeb il-livell ta' ppjanar u ta' monitoraġġ, b'mod partikolari rigward ir-rata ta' implimentazzjoni baġitarja, il-ġestjoni tal-kuntratti qafas, u biex tipprovdi reazzjoni f'waqtha f'dak li jirrigwarda r-riskji u d-dewmien lid-diriġenza superjuri;

Impenji u riporti

5.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kienu ta' EUR 4 400 000 (20,2 %) meta jitqabblu ma' EUR 3 600 000 (22 %) fl-2014; jinnota, barra minn hekk, li r-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu III (nefqa amministrattiva) kienu ta' EUR 2 000 000 (32,0 %) meta jitqabblu ma' EUR 2 000 000 (38,1 %) fl-2014; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati mal-iżviluppi tal-IT ordnati lejn tmiem is-sena, kif ukoll attivitajiet ta' tfassil tar-regoli u proġetti ta' riċerka ta' natura pluriennali li, għalhekk, imorru lil hinn mill-2015;

6.

Jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk kienu ppjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

7.

Josserva li, b'segwitu għar-riorganizzazzjoni tal-Aġenzija, hija wettqet 24 reklutaġġ minn listi ta' riżerva, barra milli organizzat 33 proċedura esterna u 80 proċedura interna ta' selezzjoni, li wassal biex l-Aġenzija timla l-postijiet ta' impjieg kollha sa tmiem is-sena; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija għandha tinkludi analiżi tal-persunal tagħha skont il-kategorija u s-settur kif ukoll skont is-sorsi ta' finanzjament għall-attivitajiet tagħhom, fir-rapport annwali tagħha tal-2016;

8.

Jinnota mill-Aġenzija li din adottat, fit-tieni nofs tal-2015, regoli ġodda dwar dispożizzjonijiet implimentattivi ġenerali dwar il-proċeduri li jirregolaw ir-reklutaġġ u l-użu tal-persunal temporanju skont l-Artikolu 2(f) tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li dawn ir-regoli l-ġodda qed jippromwovu l-mobilità interna, il-mobilità fost l-aġenziji esterni u qed jarmonizzaw ir-regoli u l-proċeduri ta' selezzjoni;

9.

Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija bidlet b'mod gradwali l-approċċ tagħha ta' reklutaġġ minn wieħed reattiv(identifikazzjoni tal-ħtiġijiet marbuta mal-mili tal-postijiet vojta, sostituzzjoni awtomatika ta' dawk li jitilqu) għal wieħed proattiv (ippjanar bil-quddiem, prijoritizzazzjoni u tqassim mill-ġdid tar-riżorsi, u allinjament tal-bżonnijiet tar-riżorsi mal-objettivi strateġiċi globali);

10.

Jinnota mill-Aġenzija li tejbet il-livell tal-ippjanar u l-monitoraġġ tal-proċeduri tagħha ta' akkwist; jinnota b'mod partikolari li l-Aġenzija implimentat eżerċizzji ta' monitoraġġ trimestrali tal-baġit, laqgħat ad hoc ta' ppjanar ta' akkwist u li din tipprovdi feedback regolari lit-tmexxija għolja tagħha sabiex jiġi evidenzjat kwalunkwe dewmien jew riskji għall-implimentazzjoni; jinnota li l-Aġenzija żviluppat ftehim dwar il-livell ta' servizz ta' ġestjoni tal-akkwist u tal-kuntratti mal-partijiet ikkonċernati fi ħdan l-Aġenzija, u li implimentat għodod ta' monitoraġġ addizzjonali bħall-monitoraġġ tad-dati tal-għeluq jew tat-tiġdid tal-kuntratti, il-monitoraġġ ċentralizzat tal-użu tal-kuntratti qafas kif ukoll aċċess akbar għal dokumenti u informazzjoni permezz tas-sistema tal-IT tagħha;

11.

Jinnota r-riżultati tat-tieni eżerċizzju biex jiġu stabbiliti parametri ta' riferiment għall-postijiet fl-Aġenzija, li wrew li 13,8 % tal-impjiegi kienu ddedikati għall-appoġġ amministrattiv u l-koordinament, 79,5 % għall-kompiti operattivi u 6,7 % għall-kompiti ta' kontroll u finanzjarji; jinnota wkoll trasferiment (+ 0,8 punti perċentwali) ta' postijiet minn kategoriji amministrattivi għal kategoriji operattivi; jikkunsidra li jkun tajjeb li tiġi inkluża wkoll lista analitika tal-persunal imqassma skont il-kategorija u s-settur, kif ukoll skont is-sors ta' finanzjament għall-attivitajiet tagħhom (drittijiet u ħlasijiet fil-konfront ta' sussidji tal-Unjoni) fir-Rapport Annwali li jmiss, sabiex toffri stampa aktar dettaljata tar-riżorsi rikjesti; jinnota li għall-ewwel darba l-Aġenzija laħqet l-okkupanza sħiħa tal-karigi kollha skont l-organigramma;

12.

Jinnota li, fl-2015, l-Aġenzija nediet 33 proċedura ta' akkwist b'valur ta' aktar minn EUR 60 000, inklużi 12-il proċedura b'appoġġ għall-proġett MOVE2016; jinnota, barra minn hekk, li ġew konklużi madwar 350 kuntratt speċifiku fl-ambitu tal-kuntratti qafas u 200 kuntratt ta' valur baxx;

13.

Jindika li hemm lok għal titjib fl-ippjanar tal-akkwist tal-Aġenzija, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-kuntratti qafas;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitt ta' interessi u t-trasparenza

14.

Jilqa' l-prevenzjoni u l-ġestjoni adegwati tal-kunflitti ta' interess u jistenna li l-Parlament, il-Kunsill u l-pubbliku jiġu infurmati kull sena dwar ir-riżultati ta' dawk il-miżuri u dwar kwalunkwe segwitu li jingħatalhom;

15.

Jirrikonoxxi li l-Aġenzija adottat l-Istrateġija Kontra l-Frodi f'Novembru 2014 biex ittejjeb il-prevenzjoni effettiva u s-sejba tal-frodi, kif ukoll biex tiżviluppa kontroproċeduri; jinnota b'sodisfazzjon li l-ebda każ ta' frodi ma ġie rrappurtat fl-2015;

16.

Jinnota li l-Aġenzija, fit-tieni nofs tal-2015 u matul l-2016, ivvalutatat mill-ġdid u qed tkompli tissorvelja s-sistema tagħha u l-ambjent ta' kontroll tagħha; jinnota li bħala riżultat ewlieni ta' dan l-eżerċizzju, l-Aġenzija pproduċiet kodiċi ta' kondotta speċifiku għall-esperti esterni bħala appoġġa għall-ħidma tal-Aġenzija, inkluża politika dwar il-kunflitt ta' interess u dikjarazzjoni ta' rikonoxximent tal-kodiċi;

17.

Jinnota li l-Aġenzija ppubblikat id-dikjarazzjonijiet ta' assenza ta' kunflitti ta' interess u s-CVs rispettivi tal-membri tal-bord amministrattiv fuq is-sit web tagħha; jiddispjaċih, madankollu, li xi CVs għadhom neqsin jew fihom xi inkonsistenzi; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija waqqfet politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kunflitti ta' interess li tieħu kont tal-membri tal-persunal esterni tagħha, il-persunal interim u l-esperti nazzjonali ssekondati; jiddispjaċih, madankollu, li l-Aġenzija ma pprevediet ebda verifiki tal-korrettezza fattwali jew proċess għall-aġġornament tad-dikjarazzjonijiet ta' interess; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tirrimedja s-sitwazzjoni biex tiżgura s-sorveljanza pubblika u l-iskrutinju għall-ġestjoni tagħha meħtieġa; jinnota li l-Aġenzija stabbiliet u implimentat regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

18.

Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma ħaditx inizjattivi speċifiċi sabiex tiżdied it-trasparenza dwar il-kuntatti tagħha mal-partijiet interessati u mal-lobbisti; jistieden lill-aġenzija biex tadotta politika proattiva ta' trasparenza fl-illobbjar;

Verifiki interni

19.

Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq rieżami ta' azzjonijiet pendenti li jirriżultaw minn verifiki preċedenti; jinnota, barra minn hekk, li fil-konklużjoni tal-IAS, ġew implimentati 10 azzjonijiet minn 11 miftuħa taħt rieżami li jirriżultaw minn awditi preċedenti, bil-bqija tal-azzjoni skedata li tispiċċa permezz tal-ħruġ ta' dokument ta' ppjanar pluriennali 2017-2020 f'Diċembru 2015; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li dan l-azzjoni tal-aħħar ġiet ikkunsidrata bħala implimentata mill-IAS fi Frar 2016;

20.

Jinnota li l-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) wettqet tmien inkarigi ta' assigurazzjoni tal-awditjar fl-2015 fl-Aġenzija kollha; jirrimarka li r-rakkomandazzjonijiet ewlenin li jirriżultaw mix-xogħol ta' awditjar tal-IAC fl-2015 kellhom jiġu implimentati matul l-2016; jistenna bil-ħerqa r-rapport annwali li jmiss tal-Aġenzija u għal aktar dettalji dwar dawn il-verifiki;

Kontroll Intern

21.

Jinnota li, fl-2015, l-Aġenzija wettqet valutazzjoni annwali tal-istandards ta' ġestjoni tal-EASA, li kienu jintegraw kemm standards ta' ġestjoni tal-ICS, kif ukoll dawk tal-ISO; jirrikonoxxi li, bħala konklużjoni tal-valutazzjoni is-sistema ta' ġestjoni tal-Aġenzija tikkonforma mal-istandards ta' ġestjoni rilevanti, bis-saħħa ta' sistema ta' monitoraġġ soda li ġiet stabbilita kemm fil-livell tal-ġestjoni kif ukoll fil-livell tal-proċess; josserva li ġie identifikat xi titjib potenzjali fir-rigward tal-kontinwità tal-operat u tal-ġestjoni tal-informazzjoni u tad-dokumenti; jirrikonoxxi li l-Aġenzija ħarġet pjan ta' azzjoni biex tiddefinixxi l-qafas politiku u l-punti saljenti tal-pjan ta' implimentazzjoni; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-Aġenzija lestiet l-ingaġġ ta' uffiċjal tal-kontinwità tal-attivitajiet tagħha fl-ewwel nofs tal-2016;

22.

Jinnota li matul l-2015 twettqu 18-il eżerċizzju ta' kontroll ex post, li jkopru l-oqsma tar-rimborżi tal-missjonijiet, il-proċeduri ta' akkwist, il-fornituri ta' servizzi ta' ċertifikazzjoni u t-tranżazzjonijiet tas-servizzi korporattivi; jilqa' l-fatt li t-tranżazzjonijiet kollha vverifikati kienu legali u regolari;

Kummenti oħra

23.

Jirrileva r-rwol fundamentali li l-Aġenzija tiżvolġi biex tiżgura l-ogħla livell possibbli ta' sikurezza fl-avjazzjoni fl-Ewropa kollha; jisħaq fuq il-bżonn ta' sistema komuni Ewropea ta' valutazzjoni u ta' twissija fl-Ewropa, b'mod partikolari fil-kuntest tat-titjiriet minn fuq żoni ta' kunflitt; jisħaq fuq il-fatt li, fil-kuntest ta' settur tal-avjazzjoni ċivili li qed jiżviluppa rapidament, kif jixhed l-użu dejjem ikbar ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ('droni'), ikun tajjeb li l-Aġenzija tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex twettaq b'suċċess il-kompiti regolatorji u eżekuttivi tagħha, fl-oqsma tas-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali, mingħajr qatt ma jkunu kompromessi l-indipendenza u l-imparzjalità tagħha;

24.

Jindika li r-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tipprevedi t-twessigħ tal-ambitu ta' kompetenza tal-Aġenzija u li, għaldaqstant, ir-rwol li jiżvolġu t-teknoloġiji l-ġodda bħalma huma s-sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod irid jitqies kompletament meta jiġu assenjati kompetenzi ġodda; jisħaq fuq l-importanza li jiġi allokat finanzjament adegwat lill-Aġenzija biex jiġi żgurat li dawn ir-responsabilitajiet l-ġodda jiġu assorbiti b'suċċess, kif ukoll li jkun hemm allokazzjoni adegwata ta' persunal sabiex iwettaq kompiti addizzjonali; jisħaq fuq il-fatt li l-impjiegi tal-Aġenzija (inklużi l-pensjonijiet relatati) li huma kompletament iffinanzjati mill-industrija, u għaldaqstant m'għandhom l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni, ma jmisshom jiġu suġġetti għall-ebda tnaqqis obbligatorju tal-persunal;

25.

Jilqa' l-adozzjoni mill-bord amministrattiv tad-dokument ta' Programmazzjoni Pluriennali 2016-2020, li jinkludi l-istrateġija, l-objettivi pluriennali u l-azzjonijiet annwali tal-Aġenzija;

26.

Jinnota li l-Aġenzija u l-Ministeru tat-Trasport Ġermaniż reċentement qablu dwar test ta' ftehim dwar is-sede tal-Aġenzija, li sussegwentement ġie ffirmat f'Diċembru 2016; jirrikonoxxi li l-ftehim qed jistenna r-ratifika min-naħa tal-Bundestag Ġermaniż, kif meħtieġ skont l-ordinament ġuridiku nazzjonali; jinnota, barra minn hekk, li l-ispejjeż annwali għal kull metru kwadru wara t-trasferiment hija mistennija li jkunu ta' 20 % anqas mill-bini preċedenti; jirrikonoxxi li dan it-tnaqqis jippermetti l-għoti ta' faċilitajiet aħjar li jippermettu li jiġu reintegrati attivitajiet li qabel kienu mikrija fi spazji ta' laqgħat ad hoc;

27.

Jinnota bi tħassib l-iżbilanċ bejn is-sessi ta' 23 % nisa u 77 % irġiel fi ħdan il-bord amministrattiv tagħha u l-membri supplenti; iħeġġeġ lill-Aġenzija tikkoreġi dan l-iżbilanċ u tikkomunika r-riżultati lill-Parlament mill-aktar fis possibbli;

28.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).

(2)  Testi adottati, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/192


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1650 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0059/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0087/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 56.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/193


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1651 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0078/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0093/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 66.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/194


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1652 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0093/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (“l-Uffiċċju”) għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 15 944 846, li jirrappreżenta żieda ta' 1,76 % meta mqabbel mal-baġit għall-2014; billi 94 % tal-baġit tal-Uffiċċju huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”) stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li nkomplu nsaħħu l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u bl-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

Segwitu għall-kwittanzi 2012, 2013 u 2014

1.

Jinnota bi tħassib l-għadd kbir ta' kwistjonijiet pendenti u miżuri korrettivi li għadhom għaddejjin b'risposta għall-kummenti tal-Qorti fl-2012, 2013 u 2014 relatati ma' proċeduri ta' reklutaġġ, pagamenti tard, rata għolja ta' bidla fil-persunal u r-rimborż tal-ispejjeż; jistieden lill-Uffiċċju jikkompleta għadd ta' azzjonijiet korrettivi kemm jista' jkun kbir fl-2017;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Jinnota li sforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 93,74 %, li tfisser żieda ta' 9,05 % meta mqabbel mal-2014; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 77,32 %, li tfisser żieda ta' 5,99 % meta mqabbel mal-2014;

3.

Ifakkar li, skont deċiżjoni mid-direttur eżekuttiv, il-parteċipanti f'laqgħat organizzati mill-Uffiċċju huma klassifikati f'waħda minn tliet kategoriji (A, B jew C) għal rimborżi tal-ispejjeż; jinnota li l-parteċipanti tal-kategorija “A”, li huma mistennija jassumu rwol speċifiku f'laqgħat, jirċievu rimborż b'rata fissa għall-ispejjeż għall-ivvjaġġar u s-sussistenza ta' kuljum, filwaqt li l-parteċipanti tal-kategorija “B” jirċievu rimborż b'rata fissa għall-ispejjeż għall-ivvjaġġar biss u l-parteċipanti tal-kategorija “C” mhuma eliġibbli għall-ebda rimborż; jirrimarka li l-għadd ta' parteċipanti klassifikati bħala riċevituri ta' rimborżi tal-kategorija “A” żdiedu minn 69 % fl-2014 għal 52 % fl-2015; jinnota li l-azzjoni dwar il-kjarifika tal-kategorija applikabbli ta' rimborż fl-ittri ta' stedina ġiet ikkompletata;

4.

Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2015 l-Uffiċċju għamel 1 024 (29,2 %) pagament wara l-limiti ta' żmien stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, li jirrappreżentaw żieda ta' 0,6 % meta mqabbla mas-sena preċedenti u dan jirriżulta f'dewmien medju ta' 29 jum għal pagamenti tard; jirrikonoxxi li matul it-tieni nofs tal-2015, l-Uffiċċju stabbilixxa strateġija li tipprevedi diversi miżuri biex inaqqsu l-pagamenti tard; jilqa' l-fatt li wara l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri, il-pagamenti tard naqsu b'mod sinifikanti, minn 38,3 % fil-perjodu ta' bejn Jannar u Awwissu 2015 sa 12,6 % fil-perjodu minn Settembru sa Diċembru 2015; jinnota li minkejja din ix-xejra pożittiva, li baqgħet sejra sax-xahar ta' Mejju 2016, ir-rata ta' pagamenti tard żdiedet minn Ġunju 2016 minħabba żieda fl-attivitajiet operattivi tal-Uffiċċju, u b'hekk ukoll fin-numru ta' tranżazzjonijiet finanzjarji li ġew pproċessati mill-istess numru ta' membri tal-persunal; jinnota li, f'Novembru 2016, il-funzjoni tal-inizjazzjoni finanzjarja ġiet deċentralizzata għad-Dipartimenti Operattivi u l-Unitajiet Amministrattivi, filwaqt li l-funzjoni ta' verifikazzjoni baqgħet ċentralizzata fid-Dipartiment Amministrattiv; jinnota li dan irriżulta f'eżiti pożittivi;

Impenji u riporti

5.

Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kien ta' EUR 1 076 583, jiġifieri 36,9 % (imqabbla ma' EUR 635 492 fl-2014, jiġifieri 28,7 %); jirrikonoxxi li dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' servizzi ta' konsulenza għal żviluppi fl-ICT ikkuntrattati fl-aħħar tliet xhur tal-2015 (EUR 400 000) kif ukoll ma' investimenti fl-infrastruttura tal-IT (EUR 300 000), fid-dawl tar-reklutaġġ mistenni ta' membri tal-persunal addizzjonali wara d-deċiżjoni tal-awtorità baġitarja, fi tmiem l-2015, li tiżdied l-organigramma; jinnota li dawn ir-riporti kienu ġġustifikati u ppjanati minn qabel, minħabba r-rwol tal-Uffiċċju fil-kriżi tal-migrazzjoni, u li l-awtorità baġitarja kkunsidrat biex żiedet b'mod sinifikanti l-baġit u l-persunal tal-Uffiċċju għall-2016; jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati min qabel mill-Uffiċċju u kkomunikati lill-Qorti;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

6.

Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport tal-Qorti, id-direttur eżekuttiv approva politika ġdida għar-reklutaġġ ta' aġenti temporanji u kuntrattwali, li tindirizza ħafna mill-kwistjonijiet identifikati mill-Qorti fl-awditjar preċedenti tagħha;

7.

Jirrikonoxxi li l-Uffiċċju adotta r-regoli ta' implimentazzjoni aġġornati dwar ir-reklutaġġ ta' aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali f'Jannar 2016; jinnota, barra minn hekk, li l-politika ta' reklutaġġ aġġornata tiegħu ġiet approvata mid-direttur eżekuttiv f'Awwissu 2016;

8.

Jinnota li mill-31 ta' Diċembru 2015, l-Uffiċċju kellu 93 membru tal-persunal, kemm dawk fis-servizz kif ukoll dawk maħtura, inklużi 61 aġent temporanju, 21 aġent kuntrattwali u 11-il espert nazzjonali sekondati; jirrimarka li 63 % tal-membri tal-persunal kollu kienu nisa filwaqt li 37 % kienu rġiel;

Awditi interni

9.

Jinnota li l-Uffiċċju żviluppa ulterjorment il-kontrolli interni tiegħu f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet li rċieva mis-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni u l-Qorti, kif ukoll skont l-Istandards ta' Kontroll Intern tal-Uffiċċju adottati f'Novembru 2012; josserva li, apparti l-awditjar tal-kontijiet annwali, l-IAS ħareġ rapport tal-awditjar dwar il-ġestjoni ta' taħriġ fil-qafas tal-Attivitajiet Permanenti u ta' Emerġenza/Appoġġ Speċjali tal-Uffiċċju; jinnota li l-Uffiċċju żviluppa pjan ta' azzjoni biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-IAS;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

10.

Jinnota li l-Uffiċċju implimenta deċiżjoni tal-bord ta' tmexxija dwar il-prevenzjoni tal-frodi kif ukoll strateġija kontra l-frodi; jinnota li proċedura dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta ġiet iffirmata fit-23 ta' Frar 2017 u hija konformi mal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

11.

Jinnota bi tħassib li, fl-2015, l-Uffiċċju ma ppubblikax is-CVs la tal-membri tal-bord ta' tmexxija u lanqas tal-maniġment superjuri; jinnota li l-Uffiċċju ppubblika l-curricula vitae tat-tim tal-maniġment superjuri tiegħu minn Marzu 2017; jinnota wkoll li l-Uffiċċju kkonsulta lill-bord ta' tmexxija tiegħu u beħsiebu jippubblika l-curricula vitae tal-membri tiegħu ladarba dawn jinġabru; jistieden lill-Uffiċċju jippubblika dawk id-dokumenti kemm jista' jkun malajr sabiex jiżgura s-sorveljanza u l-iskrutinju pubbliku meħtieġa tal-maniġment tiegħu;

12.

Itenni li l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess huma vitali għal saħħet l-organizzazzjoni; jenfasizza li t-trasparenza hija element ewlieni għaż-żamma tal-fiduċja taċ-ċittadini tal-Unjoni fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

Prestazzjoni

13.

Jinnota li, skont ir-rapport annwali tal-Uffiċċju, fl-2015, 275 parteċipant minn 26 Stat tal-“UE+” u partijiet interessati oħra ħadu sehem fi 23 sessjoni ta' “Train-the-Trainers” organizzati mill-Uffiċċju; jinnota, barra minn hekk, li l-Uffiċċju amministra 271 sessjoni ta' taħriġ nazzjonali fuq il-pjattaforma tiegħu ta' tagħlim elettroniku magħrufa bħala “Il-kurrikulu tat-Taħriġ tal-EASO” għal 3 611-il uffiċjal tal-asil;

14.

Jinnota li, sabiex itejjeb l-effikaċja tiegħu fir-rigward ta' spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, l-Uffiċċju ffirma ftehim dwar il-livell ta' servizz mad-Direttorat Ġenerali tal-Interpretazzjoni tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-Uffiċċju nieda sejħa miftuħa għall-kuntratti qafas f'ħames lottijiet f'kaskata, bil-kriterju tal-għoti jkun l-aktar prezz baxx; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iffrankar li sar;

15.

Jinnota li l-Uffiċċju żviluppa miżuri ulterjuri biex jgħinu lill-Istati Membri li jeħtieġu appoġġ speċjali fis-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza tagħhom u li huwa pprovda dan l-appoġġ speċjali lil Ċipru, lill-Bulgarija, lill-Greċja u lill-Italja; jinnota barra minn hekk li fl-2015, l-Uffiċċju kompla jiżviluppa l-attivitajiet tiegħu sabiex jappoġġa lill-Istati Membri li s-sistemi ta' asil u ta' akkoljenza tagħhom jinsabu taħt pressjoni partikolari, speċjalment billi jipprovdu appoġġ lill-Greċja u lill-Italja u billi jsaħħaħ il-kapaċità tal-Uffiċċju li jwieġeb fil-ħin u b'mod effikaċi għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

Kummenti oħra

16.

Ifakkar li fl-2015, saru numru rekord ta' aktar minn 1 400 000 applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju investa sforzi sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet assenjati lilu skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b'mod partikolari bħala parti mill-iżvilupp tal-approċċ “hotspots”; jinnota l-isforzi tal-Uffiċċju għall-ġestjoni tal-kriżi tal-migranti;

17.

Iħeġġeġ, b'mod partikolari, l-appoġġ u l-kooperazzjoni prattika offruti dwar kwistjonijiet relatati mat-tfal li qed ifittxu l-asil, inklużi minuri mhux akkumpanjati; jilqa' t-tnedija tan-Netwerk tal-EASO rigward l-Attivitajiet dwar it-Tfal;

18.

Jirrikonoxxi li ż-żieda fil-baġit tal-Uffiċċju fl-2016 kienet sinifikanti sabiex tlaħħaq ma' kompiti addizzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, l-approċċ ta' hotspots, id-deċiżjonijiet tas-Summit tal-Mexxejja tal-UE dwar il-Balkani tal-Punent u d-dikjarazzjoni UE-Turkija; jinnota b'sodisfazzjon li l-Uffiċċju ħa sensiela ta' passi sabiex jittratta tali żieda bla preċedent f'kompiti, inklużi d-deċentralizzazzjoni tal-inizjazzjoni finanzjarja akkumpanjata minn taħriġ u coaching xierqa; jinnota wkoll li dan wassal għal ħtieġa ta' aktar persunal u spazju korrispondenti għall-uffiċċji;

19.

Jinnota bi tħassib li, fl-2015, 7 membri tal-persunal biss ipparteċipaw f'away day li l-ispiża tagħha kienet relattivament għolja għall-ammont ta' EUR 4 000 (EUR 571 kull persuna);

20.

Jinnota li l-Uffiċċju emenda l-ftehim tal-kiri tiegħu u fit-tieni nofs tal-2016 wessa' l-ispazju tal-uffiċċju tiegħu għal blokka addizzjonali ta' bini fejn jinsab il-bini tiegħu; jinnotali, wara l-approvazzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill, l-Uffiċċju issa qiegħed f'pożizzjoni li jikri u jieħu f'idejh il-bini kollu sal-1 ta' Lulju 2017; jistieden lill-Uffiċċju jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar aktar żviluppi rigward il-bini tagħha;

21.

Jinnota li l-Uffiċċju kellu l-għan li jesplora l-possibbiltà ta' skambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki sabiex jintegra elementi rilevanti għar-ritorn ta' dawk li ma ngħatalhomx asil f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta' Esperti dwar ir-Ritorn tan-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni;

22.

Jinnota li, fl-2015, il-pjan ta' komunikazzjoni tal-Uffiċċju ffoka fuq il-promozzjoni tar-rwol, il-valuri u l-attivitajiet tiegħu permezz ta' għadd ta' għodod u attivitajiet ta' komunikazzjoni esterni, li jikkonċernaw il-pubblikazzjonijiet, il-midja soċjali, is-sit web u l-organizzazzjoni tal-jum ta' informazzjoni tiegħu;

23.

Jilqa' l-produzzjoni intensiva tal-Uffiċċju, b'aktar minn 117-il laqgħa u sessjonijiet ta' ħidma organizzati, 3 764 persunal nazzjonali mħarrġa, 272 persuna rilokati u aktar minn 100 organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili li ġew ikkonsultati; jirrikonoxxi r-riżultati tal-awditjar indipendenti ta' Ernst & Young u l-impenn tal-Uffiċċju biex jiġi żviluppat pjan ta' azzjoni korrispondenti; jaqbel dwar il-ħtieġa li l-Uffiċċju jikkomunika aħjar dwar l-effetti u l-impatti tal-attivitajiet tiegħu; jilqa' l-iżvilupp ta' interfaċċja tal-web imtejba għad-dokumenti relatati mal-pajjiż ta' oriġini (“dokumenti relatati mal-Pajjiż ta' Oriġini”); jinnota li, fi tmiem l-2015, il-portal kien jippermetti l-aċċess għal 17 000 dokument relatat mal-Pajjiż ta' Oriġini;

24.

Jirrikonoxxi li, skont ir-rapport annwali tal-Uffiċċju, fl-2014, huwa ta bidu għall-iżvilupp ta' sistema u bażi tad-data kkombinati dwar il-ġestjoni tal-kontenut, is-Sistema ta' Informazzjoni u Dokumentazzjoni, fil-forma ta' għodda tal-IT li se tipprovdi ħarsa ġenerali dettaljata u aġġornata lejn il-funzjonament prattiku tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil;

25.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/197


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1653 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0078/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0093/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 66.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/198


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1654 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġiba tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0072/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0079/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 72.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/199


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1655 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0079/2017),

A.

billi, skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea (“l-Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 33 419 863, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 0,54 % meta mqabbel ma' dak għall-2014, u dan minħabba l-fatt li l-Awtorità ġiet stabbilita reċentement; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 13 367 600, jiġifieri 40 %), u minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri (EUR 20 051 400, jiġifieri 60 %);

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

C.

billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jitjiebu t-trasparenza u r-responsabbiltà, jiġi implimentat il-kunċett ta' baġittjar abbażi tal-prestazzjoni u jkun hemm governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.

Ifakkar li l-Parlament serva ta' xprun għall-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva, inklużi t-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE), biex tiġi żgurata sistema ta' superviżjoni finanzjarja aħjar wara l-kriżi finanzjarja;

Segwitu għall-kwittanza 2014

2.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, fir-rigward ta' kumment wieħed li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2012 dwar il-kontribuzzjoni tal-edukazzjoni, li l-azzjoni korrettiva għalih kienet immarkata bħala “għadha għaddejja” fir-rapporti tal-Qorti tal-2013 u tal-2014, ittieħdu azzjonijiet korrettivi mill-Awtorità u ġew iffirmati kuntratti ma' 20 minn 21 skola li fihom jattendu t-tfal tal-persunal;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.

Jinnota, madankollu, li l-valutazzjoni tal-Qorti hija qasira ħafna u toffri ftit suġġerimenti biex titjieb l-effiċjenza fil-ġestjoni tal-baġit tal-Awtorità;

4.

Jirrikonoxxi li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,34 %, li tfisser tnaqqis ta' 0,47 % meta mqabbla mal-2014, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89,70 %, li tfisser żieda ta' 5,76 % meta mqabbla mal-2014; jinnota mill-Awtorità li r-rata għolja ta' eżekuzzjoni hija dovuta kemm għal ippjanar u monitoraġġ tajbin tal-baġit u kemm għan-natura limitata tal-baġit tal-Awtorità; jinnota li xi elementi tal-programm ta' ħidma tal-Awtorità kellhom jiġu posposti għall-2016 jew imwettqa f'livell imnaqqas minħabba t-tnaqqis fil-baġit;

5.

Jinnota li l-Parlament u l-Kunsill naqqsu r-riżorsi finanzjarji tal-Awtorità għall-2015 b'6 % meta mqabbla mas-sena preċedenti, minkejja li allokaw livelli akbar ta' persunal; jinnota li, sabiex timplimenta dak it-tnaqqis, l-Awtorità kellha tnaqqas il-programm ta' ħidma tagħha u tnaqqas l-ispejjeż f'oqsma bħalma huma l-missjonijiet u l-laqgħat operattivi, proġetti operattivi tal-IT u taħriġ tal-persunal; jirrikonoxxi barra minn hekk li l-euro tilfet valur sinifikanti kontra l-lira sterlina matul is-sena, u li b'hekk l-Awtorità kellha titlob baġit emendatorju ta' EUR 1,9 miljun, li ġie adottat f'Awwissu 2015, sabiex tkun tista' tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha;

6.

Jisħaq fuq l-importanza li jkunu żgurati livell adegwat ta' prijoritizzazzjoni u effiċjenza fir-rigward tal-allokazzjoni tar-riżorsi; iqis, f'dan ir-rigward, li t-tnaqqis inizjali tal-baġit ma kellux ikun implimentat permezz tal-posponiment tal-pubblikazzjoni tal-istandards u tal-linji gwida jew permezz tat-tnaqqis fil-parteċipazzjoni fil-gruppi ta' ħidma tal-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS); jenfasizza li kull żieda potenzjali fil-mezzi tal-Awtorità trid tkun akkumpanjata minn miżuri ta' prijoritizzazzjoni adegwati; jissuġġerixxi li, hekk kif ix-xogħol tal-Awtorità qiegħed jinbidel dejjem aktar minn kompiti leġiżlattivi għal konverġenza superviżorja u infurzar, il-baġit tal-Awtorità u l-persunal jenħtieġ li jiġu allokati kif xieraq;

7.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-baġit 2016 tal-Awtorità ġie mtejjeb b'mod sinifikanti, minħabba li l-Awtorità u l-Parlament u l-Kunsill ikkunsidraw il-lezzjonijiet misluta mill-proċess tas-sena preċedenti, u li dan irriżulta f'żieda ta' 20 % meta mqabbel mal-baġit inizjali tal-2015;

Impenji u riporti

8.

Jinnota li l-Awtorità kompliet tnaqqas ir-rata globali ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati minn 15,90 % fl-2014 għal 9,7 % fl-2015; jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kienu għoljin fil-livell ta' EUR 1 487 794, jew 28 % tat-total tal-approprjazzjonijiet impenjati taħt dan it-titolu, meta mqabbla ma' EUR 3 431 070 jew 48 % fl-2014; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti kienu jinkludu kwistjoni mhux solvuta f'dak li jirrigwarda l-VAT pendenti li jrid jitħallas fuq il-ħlas ta' bbilanċjar tal-bini l-ġdid tal-Awtorità, kif ukoll fattura li tikkonċerna rati ta' negozju mill-Uffiċċju tal-Valutazzjonijiet tar-Renju Unit;

9.

Jilqa' l-fatt li l-Awtorità naqqset il-valur tar-riporti għall-2016 b'40 % meta mqabbel mas-sena preċedenti, fil-kuntest ta' tnaqqis ta' 0,5 % fil-baġit totali bejn is-sentejn; jirrikonoxxi li dan jirrifletti ritorn għal livelli aktar normali ta' riporti fi tmiem l-2015, wara r-riport ta' livell għoli tal-2014 b'riżultat taċ-ċaqliq tal-Awtorità lejn il-bini l-ġdid tagħha f'Diċembru 2014;

Trasferimenti

10.

Jinnota mill-kontijiet finali tal-Awtorità li din wettqet 30 trasferiment baġitarju matul l-2015; josserva li l-limitu ta' 10 % imsemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità nqabeż darba waħda biss; jinnota b'sodisfazzjon li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

11.

Jinnota li l-għadd totali ta' persunal tal-Awtorità żdied għal 156 fl-2015 minn 146 fl-2014, u kien magħmul minn 45 % nisa u 55 % irġiel; jieħu nota tal-fatt li r-rata totali ta' moviment tal-persunal minħabba riżenja, nuqqas ta' tiġdid tal-kuntratt jew skadenza tal-kuntratt kienet ta' 10,3 %, li tfisser 2,6 % inqas minn dik fl-2014; jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità wettqet eżerċizzju ta' evalwazzjoni tal-karigi bħal fis-snin preċedenti, li wera li 80,1 % tal-impjiegi kienu operattivi, jiġifieri direttament iffukati fuq l-implimentazzjoni tal-mandat tal-Awtorità, 12,5 % inkludew amministrazzjoni u koordinazzjoni u 7,4 % kienu newtrali; jindika li għal kull erba' postijiet marbuta mal-implimentazzjoni diretta tal-mandat tal-Awtorità, hemm biss post amministrattiv wieħed;

12.

Jinnota li l-Awtorità għandha tiżgura bilanċ ġeografiku u bejn is-sessi u rispett tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs, skont l-Artikoli 1d u 27 tar-Regolamenti tal-Persunal; jinnota li l-Awtorità ppubblikat fuq il-websajt tagħha l-postijiet vakanti kollha tagħha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

13.

Jinnota li l-Awtorità adottat politika dwar il-kunflitti ta' interess f'Ottubru 2014, u li mill-2012 għandha fis-seħħ linji gwida dwar l-etika; jirrikonoxxi li matul il-proċedura ta' reklutaġġ, il-persunal futur irid jiddikjara l-kunflitti ta' interess potenzjali, minbarra l-valutazzjoni tal-CV tagħhom; jieħu nota tal-fatt li l-membri kollha tal-persunal iridu jiddikjaraw kunflitti ta' interess potenzjali fuq bażi annwali, li huma evalwati mill-uffiċjal tal-etika tal-Awtorità; jinnota li l-membri tal-bord tas-superviżuri u s-sostituti tagħhom iridu wkoll jiddikjaraw il-kunflitti ta' interess attwali jew potenzjali tagħhom, inklużi l-interessi ekonomiċi, b'mod partikolari kwalunkwe parteċipazzjonijiet f'ishma ta' istituzzjonijiet finanzjarji; jinnota wkoll li dawn id-dikjarazzjonijiet kollha u dawk tal-maniġment superjuri tal-Awtorità huma ppubblikati fuq is-sit web tagħha u jiġu aġġornati kull sena; jiddispjaċih, madankollu, li la l-CV tal-bord tal-ġestjoni u lanqas tal-bord tas-Superviżuri ma huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Awtorità; jistieden lill-Awtorità tippubblika dawk id-dokumenti malajr kemm jista' jkun biex tiġi żgurata sorveljanza u skrutinju pubbliku tal-ġestjoni tagħha;

14.

Josserva li l-Awtorità adottat Strateġija Kontra l-Frodi li kellha tiġi implimentata għalkollox sa tmiem l-2016; jinnota b'sodisfazzjon li fl-2016 l-Awtorità wettqet valutazzjoni inizjali tar-riskju ta' frodi fid-dipartimenti kollha, minbarra li ħolqot taqsima speċifika ddedikata għall-ġlieda kontra l-frodi fuq l-intranet tagħha, b'mezz ta' komunikazzjoni għall-informaturi;

15.

Jirrikonoxxi mill-Awtorità li din taħdem mill-qrib mal-Istati Membri kollha fit-tħejjija ta' rapporti regolatorji fil-qasam ta' kompetenza tagħha, li hija tippubblika b'mod regolari; jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità implimentat miżuri biex tiżgura t-trasparenza rigward avvenimenti għal diskorsi pubbliċi u mal-partijiet interessati li tiltaqa' magħhom;

16.

Iqis li l-minuti tal-laqgħat tal-bord tas-superviżuri u tal-Gruppi ta' Partijiet Interessati, li huma disponibbli pubblikament, jenħtieġ li jiġu ppubblikati immedjatament wara l-laqgħa biex jitnaqqas il-perjodu ta' massimu ta' tliet xhur bejn il-laqgħat u d-divulgazzjoni tal-minuti, u biex tingħata stampa aħjar tad-diskussjonijiet, tal-pożizzjonijiet u tal-mod kif jivvutaw il-membri; jemmen li l-ħidma ta' kuntatt maċ-ċittadini tal-Unjoni tista' titqawwa wkoll permezz ta' xandir dirett fuq l-Internet tal-avvenimenti; jinsab imħasseb dwar il-fatt li partijiet interessati differenti, inkluż il-Parlament, m'għandhomx aċċess ugwali għad-dokumenti u l-informazzjoni minn laqgħat interni; jilqa' l-fatt li minn fost l-ASE, l-Awtorità tipprovdi l-iktar livell xieraq ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar il-laqgħat tal-persunal tagħha mal-partijiet interessati; huwa tal-fehma li l-Awtorità jenħtieġ li tistabbilixxi mezz sigur għall-informaturi fil-qafas tal-pjan ta' azzjoni tagħha għas-snin li ġejjin;

Awditu intern

17.

Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq segwitu għar-rieżami limitat dwar il-ġestjoni tal-proġetti tal-IT, li oriġinarjament kien jinkludi erba' rakkomandazzjonijiet; jinnota barra minn hekk li rakkomandazzjoni waħda mmarkata bħala “importanti” kienet diġà ngħalqet fi Frar 2015 fuq il-bażi ta' rieżami dokumentarju tal-IAS;

18.

Josserva li l-IAS wettaq awditu fuq il-ġestjoni tar-riżorsi umani, li wassal għal sitt rakkomandazzjonijiet, tnejn minnhom immarkati bħala “importanti ħafna”, erbgħa mmarkati bħala “importanti”, filwaqt li ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni kritika; jilqa' l-fatt li l-Awtorità aċċettat l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha u żviluppat pjanijiet ta' azzjoni adegwati li qed jiġu segwiti regolarment mill-Awtorità;

Prestazzjoni

19.

Jinnota li l-Awtorità tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fil-funzjonijiet ta' appoġġ kollha sabiex tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi kull fejn possibbli, tisfrutta s-sinerġiji u tikkondividi l-aħjar prattiki; jistenna bil-ħerqa sforzi ulterjuri min-naħa tal-Awtorità biex issaħħaħ il-kooperazzjoni ma' aġenziji deċentralizzati oħra u tnaqqas aktar l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi;

Kummenti oħra

20.

Jinnota li fit-23 ta' Ġunju 2016, iċ-ċittadini tar-Renju Unit ivvutaw biex jitilqu mill-Unjoni; jindika li l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprevedi li Stat Membru li jiddeċiedi li joħroġ mill-Unjoni għandu jinnotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu, u l-Unjoni għandha tinnegozja u tikkonkludi ma' dak l-Istat ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu; jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li l-kontijiet u n-noti relatati tal-Awtorità, li tinsab f'Londra, tħejjew bl-użu tal-informazzjoni li kienet disponibbli fid-data tal-iffirmar ta' dawn il-kontijiet, meta r-riżultati tar-referendum kienu għadhom mhumiex magħrufa u kienet għadha ma ġietx ippreżentata n-notifika formali li tinvoka l-Artikolu 50;

21.

Jinnota li, wara l-eżitu tar-referendum tar-Renju Unit fit-23 ta' Ġunju 2016, l-Awtorità abbozzat valutazzjonijiet tal-impatt għal kull qasam ta' appoġġ, jiġifieri tal-IT, ir-riżorsi umani, l-akkwist, is-servizzi korporattivi u l-komunikazzjoni, li se jiġu aġġornati skont l-iżviluppi;

22.

Jilqa' l-informazzjoni dettaljata pprovduta mill-Awtorità lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-impenji u l-obbligazzjonijiet kuntrattwali attwali tagħha marbuta mal-preżenza fiżika tagħha fir-Renju Unit; jinnota li, minbarra l-kuntratt tal-kiri, l-impenn jew l-obbligazzjoni kuntrattwali potenzjali massimi tal-Awtorità huma ta' EUR 33,16 miljun, iżda li ma jkun hemm l-ebda penalità finanzjarja għal terminazzjoni bikrija ta' dawn il-kuntratti jekk jiġu osservati l-perjodi ta' notifika applikabbli ta' bejn xahar u tliet xhur; jesprimi tħassib, madankollu, dwar ir-riskji potenzjali operattivi u ta' tkomplija tan-negozju u l-ispejjeż relatati ma' deċiżjoni ta' rilokazzjoni, bħalma huma xogħol ta' akkwist addizzjonali li jista' jkun hemm bżonn li jitwettaq fi żmien qasir jekk iż-żmien ma jipprovdix perjodu ta' tranżizzjoni suffiċjenti lejn post ġdid;

23.

Jinnota li l-Awtorità ffirmat kirja ta' 12-il sena bi skadenza tat-8 ta' Diċembru 2026 u li, taħt kundizzjonijiet kuntrattwali normali, hemm l-obbligu li titħallas kera sħiħa għall-perjodu kollu; josserva, madankollu, li l-Awtorità nnegozjat klawsola ta' ħelsien f'nofs il-perjodu tal-kuntratt, li jfisser li jekk din il-klawsola tiġi eżerċitata, l-Awtorità se tkun eżentata mill-obbligu li tħallas il-kera għall-aħħar sitt snin; jinnota wkoll li jekk tiġi attivata l-klawsola, l-Awtorità jkollha obbligu li tħallas lura nofs inċentiv (32 xahar ta' ħelsien mill-kera), li diġà kienet ibbenefikat minnu u li kien imsejjes fuq it-12-il sena sħaħ tal-kuntratt; jinnota li l-Awtorità għandha r-responsabbiltà li meta titlaq, treġġa' lura l-proprjetà għall-kundizzjoni oriġinali tagħha, jiġifieri f'dan il-każ l-Awtorità hija obbligata tħallas biex tneħħi t-tagħmir tal-uffiċċju li kienet installat fil-bini; jinnota li l-ammont eżatt huwa suġġett għal stimi tal-esperti u negozjati oħra; jitlob lill-Awtorità tinforma lill-Parlament dwar l-ammont ladarba jkun magħruf;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, wara li ġie invokat l-Artikolu 50 mill-Gvern tar-Renju Unit, jagħmlu l-merti u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar ir-rilokazzjoni tal-post tal-Awtorità, trasparenti u demokratiċi;

25.

Ifakkar li l-arranġament ta' finanzjament imħallat tal-Awtorità, li jiddependi ħafna fuq il-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, huwa inadegwat, mhux flessibbli, oneruż u ta' theddida potenzjali għall-indipendenza tagħha; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tniedi fil-White Paper ippjanata għat-tieni trimestru tal-2016 u fi proposta leġiżlattiva li se tkun ippreżentata sal-2017, arranġament finanzjarju differenti li jkun ibbażat fuq linja baġitarja separata fil-baġit tal-Unjoni u fuq is-sostituzzjoni kompluta tal-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali, fejn dawn jiġu sostitwiti minn tariffi mħallsa mill-parteċipanti tas-suq;

26.

Jisħaq fuq il-fatt li, filwaqt li tiżgura li l-funzjonijiet kollha assenjati lilha jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin, l-Awtorità jenħtiġilha żżomm biss mal-kompiti assenjati lilha mill-Parlament u mill-Kunsill; jemmen li l-Awtorità jenħtiġilha tisfrutta bis-sħiħ il-mandat tagħha biex trawwem b'mod effikaċi l-proporzjonalità; jinnota li, meta l-Awtorità tkun awtorizzata tfassal miżuri ta' Livell 2 u 3, din għandha tagħti attenzjoni partikolari, hija u tfassal dawn l-istandards, lill-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi swieq nazzjonali, u li l-parteċipanti tas-suq u l-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-konsumatur ikkonċernati jenħtieġ li jkunu involuti f'fażi bikrija fil-proċess ta' definizzjoni tal-istandards u matul il-fażijiet ta' tfassil u implimentazzjoni;

27.

Josserva bi tħassib li l-Awtorità ma teżerċitax bis-sħiħ il-prerogattivi kollha tagħha stabbiliti fil-qafas ġuridiku tagħha; jenfasizza li l-Awtorità jenħtiġilha tiżgura li r-riżorsi huma massimizzati sabiex tissodisfa bis-sħiħ il-mandat ġuridiku tagħha; jinnota f'dan ir-rigward, li jekk tiffoka aktar fuq il-mandat li ngħatalha mill-Parlament u mill-Kunsill, dan jista' jwassal biex ir-riżorsi tagħha jintużaw b'mod aktar effiċjenti u biex l-objettivi tagħha jintlaħqu b'aktar effikaċja; jenfasizza li, waqt it-twettiq ta' xogħolha u b'mod partikolari fl-abbozzar tal-istandards tekniċi u tal-pariri tekniċi, l-Awtorità jeħtiġilha li b'mod tempestiv, regolari u komprensiv tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tagħha;

28.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/203


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1656 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġiba tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0072/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0079/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 72.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/204


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1657 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġiba taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0061/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0082/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttriċi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttriċi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 77.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/205


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1658 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 12/2016 tal-Qorti tal-Awdituri dwar “L-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet: mhuwiex dejjem xieraq u mhux dejjem jista' jintwera li huwa effettiv”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0082/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (“iċ-Ċentru”) għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 58 451 950, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 3,36 % meta mqabbel ma' dak tal-2014; billi 97,03 % tal-baġit taċ-Ċentru jinsilet mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

C.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.

Jirrikonoxxi l-fatt li:

iċ-Ċentru rriveda ulterjorment il-politika dwar l-indipendenza tiegħu u ħoloq proċedura interna għall-implimentazzjoni ta' dik il-politika; jinnota barra minn hekk li l-politika aġġornata ġiet approvata mill-bord tal-amministrazzjoni taċ-Ċentru f'Ġunju 2016 u li tirrikjedi li l-membri kollha tal-persunal jippreżentaw dikjarazzjoni tal-interessi qabel jidħlu fil-kariga; jirrikonoxxi apparti dan li l-politika riveduta tirrikjedi li l-membri kollha tal-persunal involuti fi proċedura ta' akkwist partikolari jiffirmaw dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess;

iċ-Ċentru jipprovdi informazzjoni kruċjali għall-pubbliku fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni; jirrikonoxxi l-fatt li l-kontenut immirat lejn il-komunità tal-esperti jiġi pprovdut biss bl-Ingliż, minħabba l-ispejjeż għoljin involuti fit-traduzzjoni;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

2.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li nstabu diversi dgħufijiet li jaffettwaw it-trasparenza tal-proċeduri ta' akkwist taċ-Ċentru, bħan-nuqqas ta' kollegament ċar mal-programm ta' ħidma annwali taċ-Ċentru, sostanzjar insuffiċjenti tal-valur stmat tal-kuntratti jew in-nuqqas ta' parametru ta' riferiment finanzjarju għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-offerent; jirrikonoxxi l-fatt li ċ-Ċentru implimenta verżjoni ġdida tal-applikazzjoni għall-monitoraġġ tal-akkwist tiegħu fl-2016 li toħloq kollegament ċar bejn il-proċeduri tal-akkwist u l-programm ta' ħidma annwali; jirrikonoxxi barra minn hekk li, qabel it-tnedija ta' kwalunkwe proċedura ta' akkwist għal aktar minn EUR 25 000, iċ-Ċentru issa sar jitlob li l-valuri stmati tal-kuntratti jiġu sostanzjati;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 94,05 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 4,72 % meta mqabbla ma' dik tal-2014; jirrikonoxxi l-fatt li t-tnaqqis huwa relatat mal-fattur ta' ponderazzjoni aktar baxx li ġie applikat għar-remunerazzjonijiet fl-Iżvezja u għad-dewmien fir-reklutaġġ li rriżulta biex l-ispejjeż għall-persunal kienu aktar baxxi milli kien antiċipat; jieħu nota tal-fatt li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 76,27 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 4,1 % meta mqabbla ma' dik tal-2014;

4.

Ifakkar li, bħala aġenzija tal-Unjoni, id-denominazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru hija f'euro; madankollu, peress li jinsab fl-Iżvezja u għaldaqstant f'pajjiż li mhuwiex fiż-żona tal-euro, ħafna mill-ispejjeż tiegħu jsiru bil-krona Żvediża (SEK); barra minn hekk, iċ-Ċentru huwa espost għal flutwazzjonijiet fir-rata tal-kambju peress li, mhux talli l-kontijiet bankarji tiegħu huma fi krona Żvediża, huwa jwettaq ukoll ċertu tranżazzjonijiet f'muniti barranin oħra;

Impenji u riporti

5.

Jinnota li r-rata tal-approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati kienet ta' 23 % (EUR 1 600 000) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u ta' 42 % (EUR 7 500 000) għat-Titolu III (nefqa operattiva); jirrikonoxxi l-fatt li r-riporti għat-Titolu II kienu prinċipalment relatati mal-akkwist ippjanat ta' ħardwer u softwer informatiċi, u mas-servizz ta' konsulenza immobiljari li l-ħlas tiegħu ma kienx dovut qabel l-2016; jirrikonoxxi barra minn hekk li r-riporti għat-Titolu III kellhom x'jaqsmu mal-proġetti pluriennali taċ-Ċentru u l-appoġġ informatiku għall-attivitajiet operattivi;

6.

Jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità; jinnota l-fatt li r-riporti f'ħafna każijiet jiġu ppjanati bil-quddiem u kkomunikati lill-Qorti; jappella għal definizzjoni ċara tal-kunċetti ta' “ppjanat” u “ġġustifikat” peress li n-nefqa ma setgħetx tiġi implimentata fl-2015 minħabba raġunijiet barra mill-kontroll taċ-Ċentru;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

7.

Jieħu nota tal-fatt li, mill-1 ta' Mejju 2015, b'segwitu għal deċiżjoni tal-bord tal-amministrazzjoni taċ-Ċentru, l-Aġent Direttriċi ssostitwixxiet lid-Direttur taċ-Ċentru sakemm direttur ġdid jidħol fil-kariga;

8.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-għadd totali ta' persunal taħt ir-Regolamenti tal-Persunal naqas minn 277 għal 260 fl-2015, minħabba t-tnaqqis ta' karigi fil-pjan ta' stabbiliment taċ-Ċentru mitlub sal-2018; jinnota barra minn hekk li l-għadd totali ta' persunal temporanju ingaġġati fiċ-Ċentru kien ta' 168 u li l-għadd totali ta' persunal kuntrattwali kien ta' 92 sa tmiem l-2015; jieħu nota tal-fatt li r-rata ta' rotazzjoni għall-persunal temporanju u l-persunal kuntrattwali kienet ta' 8,3 % fl-2015 u li kien hemm dewmien f'għadd ta' reklutaġġi għal karigi ta' livell għoli, li kien parzjalment influwenzat mill-ħatra pendenti u sussegwentement mill-kariga battala tad-Direttur taċ-Ċentru;

9.

Jinnota li, fir-rigward tal-proċeduri ta' akkwist tiegħu, iċ-Ċentru ffoka speċifikament l-attenzjoni fuq l-iżgurar tal-konsistenza fid-dokumenti ta' sejħa għal offerti kollha; jenfasizza li l-proċedura riveduta dwar l-akkwist, il-kuntratti u l-għotjiet taċ-Ċentru qed tipprovdi mekkaniżmu addizzjonali ta' kontroll tal-kwalità; jappella liċ-Ċentru biex b'mod partikolari jwettaq verifiki bir-reqqa tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tas-sejħiet għal offerti, l-akkwist, ir-reklutaġġ u l-kuntratti sabiex isaħħaħ it-trasparenza;

10.

Jitlob liċ-Ċentru japplika strettament il-miżuri li għandhom x'jaqsmu mad-diskrezzjoni u l-esklużjoni fl-akkwist pubbliku, billi jwettaq il-verifiki xierqa tal-preċedenti f'kull każ, u japplika l-kriterji ta' esklużjoni biex, jekk kumpaniji jkollhom kwalunkwe kunflitt ta' interess, ma jiġux ammessi, peress li dan huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

11.

Jinnota b'sodisfazzjon li saru kemm verifiki ta' rutina, kif ukoll verifiki għal għarrieda tas-CVs li pprovdew il-membri tal-bord tal-amministrazzjoni tiegħu, u għall-każi fejn informazzjoni minn sorsi oħra (bħal informazzjoni pubblikament disponibbli) tiżvela impreċiżjonijiet fattwali, hemm fis-seħħ proċedura ta' “ksur tal-fiduċja”;

12.

Jinnota li ċ-Ċentru ħa inizjattivi speċifiċi biex iżid it-trasparenza rigward il-kuntratti tiegħu mal-lobbisti, u li qed titħejja proċedura interna dwar il-laqgħat mas-settur farmaċewtiku; jappella liċ-Ċentru biex idaħħal fis-seħħ politika proattiva ta' trasparenza fil-lobbjar;

Kontrolli interni

13.

Jinnota li ċ-Ċentru wettaq rieżami tal-implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern tiegħu u li d-diriġenza taċ-Ċentru vvalidat ir-riżultati tar-rieżami; jirrikonoxxi l-fatt li ġew implimentati l-Istandards ta' Kontroll Intern kollha taċ-Ċentru;

14.

Jinnota li ċ-Ċentru għandu fis-seħħ proċedura biex jiżgura li l-każijiet fejn jiġu evitati il-kontrolli jew ikun hemm devjazzjonijiet mill-proċessi u l-proċeduri stabbiliti jiġu ddokumentati f'rapporti dwar l-eċċezzjonijiet; jinnota li fl-2015 ġew irreġistrati 28 eċċezzjoni ta' dan it-tip, li jirrappreżentaw tnaqqis ta' 14-il eċċezzjoni meta mqabbla ma' dawk fl-2014;

Awditu intern

15.

Jieħu nota tal-fatt li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wettaq awditu tal-ġestjoni tad-data fiċ-Ċentru; jinnota barra minn hekk li r-rapport finali nħareġ f'Novembru 2015 u li kien jinkludi erba' osservazzjonijiet importanti ħafna u żewġ osservazzjonijiet importanti; jirrikonoxxi li ċ-Ċentru ħejja pjan ta' azzjoni li kellu jiġu implimentat waqt l-2016 u l-2017;

Prestazzjoni

16.

Jinnota mir-rapport annwali taċ-Ċentru li l-maġġoranza tal-objettivi għall-indikaturi tal-prestazzjoni tiegħu ntlaħqet; jinnota b'mod partikolari l-indikaturi għall-proporzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi annwali u speċifiċi li jiġu approvati għall-membri tal-bord tal-amministrazzjoni u tal-forum konsultattiv taċ-Ċentru li kienu ta' 87,9 % u 89,2 % rispettivament, filwaqt li l-objettiv stabbilit kien ta' 100 %; jinnota barra minn hekk l-indikatur rigward il-perċentwal tal-fatturi mħallsa sal-iskadenzi tar-regolament finanzjarju taċ-Ċentru, li kien ta' 78,07 %, kemmxejn anqas mill-objettiv ta' 80 %;

17.

Jinnota li apparti l-evalwazzjonijiet esterni tiegħu fuq ħames snin, iċ-Ċentru stabbilixxa żewġ evalwazzjonijiet interni annwali mill-2015 'l hawn rigward il-mobilizzazzjoni tiegħu kontra l-Ebola fl-Afrika tal-Punent; jinnota wkoll li s-Sistema ta' Mmaniġjar tal-Kwalità (ibbażata fuq il-Qafas ta' Valutazzjoni Komuni) tipprovdi għarfien abbażi ta' awtovalutazzjonijiet kull sentejn rigward kif tista' tittejjeb l-organizzazzjoni u b'hekk twassal għal azzjonijiet korrettivi; jirrikonoxxi l-fatt li ċ-Ċentru fassal kartografija tal-proċessi operattivi tiegħu biex isaħħaħ l-effiċjenza, u fl-2016 eżamina mill-ġdid dawk il-proċessi u fformulahom mill-ġdid bl-użu tal-metodoloġija “Lean” u se jkompli għaddej b'dan fl-2017;

18.

Jinnota li l-objettiv taċ-Ċentru li jkollu 10 % aktar viżitaturi fuq l-Internet fl-2015 ma ntlaħaqx, prinċipalment minħabba żieda bla preċedent ta' viżitaturi fuq l-Internet fl-2014 matul il-kriżi tal-Ebola; jirrikonoxxi madankollu li l-għadd tas-segwaċi taċ-Ċentru fuq il-kont korporattiv tiegħu fuq il-media soċjali żdied b'40 % meta mqabbel ma' dak tal-2014;

19.

Jissottolinja li jkun tajjeb li ċ-Ċentru jkompli jippromwovi djalogu mal-partijiet interessati u maċ-ċittadini u jinkorporah bħala parti mill-prijoritajiet u l-attivitajiet li jridu jiġu implimentati;

20.

Jirrakkomanda li ċ-Ċentru jiżviluppa indikaturi tal-impatt; jemmen li tali indikaturi tal-impatt huma għodda neċessarja biex titkejjel l-effikaċja ċ-Ċentru;

Kummenti oħra

21.

Jisħaq li l-epidemija tal-Ebola serviet ta' prova li ttestjat l-arranġamenti ta' tħejjija u l-qafas legali tal-Unjoni, u li l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa ltaqa' b'mod regolari biex jiddiskuti dwar miżuri xierqa abbażi ta' valutazzjonijiet tar-riskju rapidi u gwida miċ-Ċentru;

22.

Ifakkar li Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament u tal-Kunsill (1) tipprovdi l-qafas biex it-theddidiet transkonfinali serji għas-saħħa jiġu indirizzati, ikkoordinati u mmaniġġjati f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), iċ-Ċentru u s-sħab internazzjonali l-oħra;

23.

Jirrikonoxxi l-fatt li kien hemm monitoraġġ kostanti tas-Sistema ta' Twissija Bikrija u ta' Reazzjoni, li ġiet stabbilita permezz tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE biex tinnotifika t-twissijiet u tirrapporta dwar il-miżuri li jittieħdu fil-ġlieda kontra t-theddid transkonfinali serju għas-saħħa; fl-2015, kien hemm 88 notifika, li rriżultaw f'280 messaġġi u skambju ta' informazzjoni, u ġew indirizzati 37 avvenimenti differenti, pereżempju l-epidemija tal-Ebola, l-influss tar-rifuġjati, il-virus korona tas-sindrome respiratorja tal-Lvant Nofsani (MERS-CoV), il-poljomelite, in-nuqqas ta' kontromiżuri mediċi, il-virus Zika u l-isplużjoni ta' fabbrika ta' sustanzi kimiċi fiċ-Ċina; jisħaq li dawn l-avvenimenti kollha ngħataw segwitu f'kooperazzjoni mill-qrib maċ-Ċentru u l-Istati Membri;

24.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

(2)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/208


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1659 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġiba taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0061/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0082/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttriċi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 77.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/209


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1660 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0068/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0086/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 82.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/210


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1661 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0086/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 114 412 841, somma li tirrappreżenta żieda ta' 0,26 % meta mqabbla mal-2014;

B.

billi l-Aġenzija rċeviet sussidji mill-Unjoni ta' EUR 7 318 792 kif ukoll EUR 300 000 mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni iżda ma rċevietx kontribuzzjonijiet jew fondi oħra mill-Kummissjoni;

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

D.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

1.

Ifakkar li l-Aġenzija hija entità kkonsolidata, bi qbil mal-Artikolu 185 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (“ir-Regolament Finanzjarju”), u li fost l-awtoritajiet regolatorji hija dik li tixpruna l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi għall-benefiċċju tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, kif ukoll għall-innovazzjoni u l-kompetittività; jinnota li l-Aġenzija tgħin lill-kumpaniji jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni, tippromwovi l-użu b'sikurezza tas-sustanzi kimiċi b'kooperazzjoni ma' partijiet interessati u organizzazzjonijiet internazzjonali, tipprovdi informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi u tindirizza sustanzi kimiċi ta' tħassib;

Segwitu għall-kwittanza 2014

2.

Jinnota mill-Aġenzija li, f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-awtorità ta' kwittanza mis-sena preċedenti, fir-rapport annwali tagħha li jmiss se tinkludi kapitolu separat dwar it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità;

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija ħallset 50 % tal-ispiża għall-indukrar ta' wlied il-persunal wara l-ħin tal-iskola fl-Iskola Ewropea f'Helsinki; jinnota, barra minn hekk, li din il-kontribuzzjoni hija limitata għal EUR 1 000 għal kull tifel jew tifla fis-sena, u kienet tammonta għal madwar EUR 95 000 fl-2015; jieħu nota mill-Qorti li din il-miżura ma ġietx ikkomunikata lill-awtorità baġitarja fil-qafas tal-proċedura baġitarja; jirrikonoxxi li l-Aġenzija se tikkomunika din il-miżura lill-awtorità baġitarja fid-Dokument ta' Programmar 2018-2020 tagħha u fir-rapport finanzjarju 2018 tagħha; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-Aġenzija diġà aġġornat ir-rimarki dwar il-linja baġitarja rilevanti billi inkludiet l-informazzjoni dwar din il-miżura fl-ewwel emenda għall-baġit 2016 tal-Aġenzija;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.

Ifakkar li, bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“ir-Regolament REACH”), l-Aġenzija hija ffinanzjata permezz tal-ħlasijiet li jsiru mill-industrija u minn sussidju ta' bilanċ tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju; jilqa' l-fatt li, fl-2015 u kontra s-suppożizzjoni oriġinali, l-Aġenzija ġiet iffinanzjata kompletament permezz ta' introjtu ogħla milli mistenni mill-ħlasijiet u mir-riżerva mill-introjtu tas-snin preċedenti għall-operazzjonijiet REACH/CLP (klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ) tagħha;

5.

Jinnota li, fir-rigward tal-prodotti bijoċidali, kif inhu msemmi fl-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju, fl-2015 l-Aġenzija b'kollox ġabret introjtu ta' EUR 5 423 667 mill-ħlasijiet (meta mqabbel ma' EUR 1 265 774 fl-2014), filwaqt li s-sussidju tal-Unjoni ammonta għal EUR 5 789 000 (meta mqabbel ma' EUR 5 064 194 fl-2014) u li, barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet li rċeviet mill-EFTA, inkluża l-Iżvizzera, fl-2015 b'kollox kienu ta' EUR 307 791;

6.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,48 %, li tfisser żieda ta' 1,4 %; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,84 %, li tfisser żieda ċkejkna ta' 0,38 % meta mqabbla mal-2014;

7.

Jirrikonoxxi l-fatt li, fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“ir-Regolament PIC”) u kif imsemmi fl-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju, fl-2015 id-DĠ Ambjent ħallas EUR 1,22 miljun f'sussidji lill-Aġenzija għal azzjonijiet relatati ma' ċerti sustanzi kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali;

Trasferimenti

8.

Jinnota li l-Aġenzija b'kollox għamlet 44 trasferiment li jammontaw għal EUR 1 395 000; jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport annwali tal-Aġenzija, kif ukoll is-sejbiet tal-awditu tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Impenji u riporti

9.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li r-riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu IV (nefqa operattiva għall-bijoċidi) kienu ta' EUR 1 500 000 (74 %); jirrikonoxxi li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' proġett tal-IT fuq skala kbira li jammonta għal EUR 1 400 000, li nbeda biss fit-tieni nofs tas-sena 2015, meta biżżejjed introjtu mill-ħlasijiet kien inġabar għall-finanzjament tiegħu; jirrikonoxxi li l-Aġenzija se tkompli toqgħod attenta biex tevita operazzjonijiet ta' riporti mhux ġustifikati;

10.

Jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorruxdejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

11.

Jieħu nota li l-objettiv ta' reklutaġġ tal-Aġenzija nkiseb peress li 98 % tal-karigi kienu okkupati fi tmiem l-2015 għal REACH/CLP (klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ ta' sustanzi u taħlitiet) u PIC (esportazzjoni u importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi); jirrikonoxxi, barra minn hekk, mir-rapport tal-Aġenzija li dan il-perċentwal ma jistax jaqbeż it-98 % minħabba li l-Aġenzija ntalbet tnaqqas in-numru ta' membri tal-persunal bi 2 % (10 karigi) sabiex tallinja ruħha mal-organigramma 2016; jirrikonoxxi li l-perċentwal ta' karigi mimlijin għall-bijoċidi kien ta' 83 %, minħabba l-inċertezza fir-rigward tal-livelli ta' introjtu mill-ħlasijiet u l-allokazzjoni awtorizzata għall-persunal tal-Aġenzija għall-2016;

12.

Jenfasizza li, peress li l-volum ta' xogħol tal-Aġenzija ma naqasx matul l-2015, ikun xieraq li jiġu allokati biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji;

13.

Jinnota li skontir-rapport annwali tal-Aġenzija fl-2015 iffirmat 739 kuntratt, li minnhom 540 kuntratt kienu fl-ambitu ta' kuntratti qafas filwaqt li 199 kuntratt kienu r-riżultat ta' proċeduri tal-offerti ġodda; jinnota li l-25 kuntratt inklużi f'din l-aħħar kategorija ġew iffirmati bħala riżultat ta' proċeduri nnegozjati eċċezzjonali abbażi tar-regoli rilevanti tar-Regolament Finanzjarju;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

14.

Jinnota b'sodisfazzjon li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess huma organizzati tajjeb, viżibbli, aċċessibbli u faċli għall-utent fuq is-sit web tal-Aġenzija;

15.

Jinnota li l-Aġenzija adottat il-linji gwida għall-informaturi f'Diċembru 2015; jieħu nota tal-fatt li, wara l-adozzjoni tal-istrateġija tal-Aġenzija kontra l-frodi f'Diċembru 2014, li tkopri l-perjodu 2015-2016, l-Aġenzija diġà implimentat azzjonijiet differenti li jirriżultaw mill-pjan ta' azzjoni kontra l-frodi; jirrikonoxxi li l-eżerċizzju tal-valutazzjoni tar-riskju ta' frodi interna, li ppreċeda l-adozzjoni tal-istrateġija, wera li l-profil tar-riskju tal-Aġenzija huwa wieħed baxx; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-għan ewlieni tal-istrateġija kontra l-frodi huwa l-iżvilupp ta' kultura kontra l-frodi mifruxa fl-Aġenzija, b'enfasi fuq is-sensibilizzazzjoni;

16.

Jirrikonoxxi li fl-2015 l-Aġenzija adottat linji gwida interni għall-persunal tagħha; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li dawn il-linji gwida jinkludu l-kundizzjonijiet potenzjali li jistgħu jiġu imposti mill-Awtorità tal-Ħatra fuq ex membri tal-persunal, fir-rigward ta' impjieg ġdid għal perjodu ta' sentejn wara impjieg attiv; jieħu nota li l-Aġenzija għandha kumitat konsultattiv għall-kunflitt ta' interess, li jagħti rakkomandazzjonijiet lid-Direttur Eżekuttiv u lill-bord ta' tmexxija dwar każijiet individwali ta' kunflitt ta' interess perċepit bħala tali; jirrikonoxxi li, minħabba l-miżuri stretti fis-seħħ biex jiġu evitati kunflitti ta' interess, l-ebda każ ta' kunflitt ta' interess reali ma qam matul l-2015;

17.

Jinnota li l-Aġenzija implimentat politika robusta dwar il-kunflitt ta' interess u strateġija dettaljata kontra l-frodi sabiex tikkontribwixxi għal kultura li tippromwovi standards għoljin ta' mġiba etika fost il-persunal u l-esperti li jaħdmu għall-Aġenzija;

18.

Jinnota li l-kumitati tal-Aġenzija huma komposti minn delegati nazzjonali, maħtura minn awtoritajiet tal-Istati Membri jew mill-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li l-kumitati tal-Aġenzija b'kollox għandhom disa' membri kooptjati abbażi ta' sejħa pubblika għal espressjoni ta' interess, kif permess mill-att legali fundatur tal-Aġenzija; jieħu nota li dawn il-membri kooptjati jistgħu jaġixxu bħala rapporteurs iżda ma għandhomx drittijiet tal-vot, kif ukoll li l-politika tal-Aġenzija dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess tapplika għalihom b'mod sħiħ; jistenna bil-ħerqa r-rapport mill-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija dwar l-esperjenzi mal-membri kooptjati, li huwa skedat għall-2017;

19.

Jinnota li l-Aġenzija fl-2015 tat aċċess sħiħ għal 27 % u aċċess parzjali għal 68 % tad-dokumenti mitluba skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2); jieħu nota li r-raġunijiet prinċipali għal rifjut parzjali kienu l-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu, kif ukoll il-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjali; jirrikonoxxi li, fil-prinċipju, f'każijiet ta' aċċess parzjali l-biċċa l-kbira tal-kontenut fid-dokumenti huwa kkomunikat lill-applikanti; jinnota li fl-2015 l-Aġenzija rrifjutat l-aċċess għal 5 % tad-dokumenti mitluba, primarjament minħabba l-protezzjoni tal-proċessi deċiżjonali pendenti, il-protezzjoni ta' informazzjoni kummerċjali sensittiva u l-protezzjoni tal-proċedimenti tal-qorti;

Prestazzjoni

20.

Jinnota li l-Aġenzija ppreżentat il-qafas u l-approċċ tagħha għall-evalwazzjoni lill-bord ta' tmexxija tagħha f'Diċembru 2015; josserva li dan l-approċċ stabbilixxa firxa ta' għodod ta' evalwazzjoni u kontrolli, inkluż qafas ta' governanza, funzjoni ta' koordinament tal-evalwazzjoni biex tiżgura l-konsistenza metodoloġika, listi ta' kontroll għall-evalwazzjoni u pjan kontinwu ta' evalwazzjonijiet ex ante u ex post; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Aġenzija biex issaħħaħ il-qafas ta' governanza tagħha u l-approċċ tagħha għall-evalwazzjonijiet ex ante u ex post;

21.

Jinnota li l-Aġenzija żviluppat strateġija regolatorja integrata ġdida li tgħaqqad il-proċessi REACH u CLP kollha biex tilħaq l-għanijiet tar-regolamenti rilevanti, kif ukoll l-objettivi għall-2020 tas-Summit Dinji tal-2002 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli;

22.

Jinnota li l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (“ir-Regolament dwar il-Bijoċidi”) rriżultat f'livell eċċezzjonalment għoli ta' attività fl-2015, u dan juri li l-kumpaniji qed jidraw il-bidliet u l-opportunitajiet li joffri l-proċess ta' awtorizzazzjoni l-ġdid tal-Unjoni; jinnota bi tħassib, fl-istess ħin, li l-Aġenzija ffaċċjat diffikultajiet fil-ġestjoni tal-volum ta' xogħol peress li l-ammont ta' persunal relatat mal-bijoċidi kien iffriżat;

23.

Jinnota li madwar 8 200 dossier ta' reġistrazzjoni (primarjament aġġornamenti) u 250 notifika ta' riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi waslu fl-2015 u li l-għadd totali ta' sottomissjonijiet naqas b'10 % meta mqabbel mal-2014;

24.

Jirrakkomanda li l-Aġenzija tiżviluppa indikaturi tal-impatt; jemmen li tali indikaturi tal-impatt huma għodod essenzjali biex titkejjel l-effikaċja tal-Aġenzija;

Awditu intern

25.

Jinnota li fl-2015 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar “Tbassir, Kalkolu u Ġbir ta' Introjtu mill-Ħlasijiet u Imposti fil-qafas ta' REACH, CLP u BPR”; jinnota, barra minn hekk, li bħala riżultat, l-IAS ħareġ żewġ rakkomandazzjonijiet ikklassifikati bħala “importanti ħafna” u waħda bħal “importanti” filwaqt li ma ħareġ l-ebda rakkomandazzjoni “kritika”; jirrikonoxxi li l-Aġenzija żviluppat pjan ta' azzjoni b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa;

26.

Jinnota li l-awditi ta' assigurazzjoni dwar “Indikaturi tal-Prestazzjoni fir-Rapport Ġenerali” , “ECHA Helpdesk” u “Ġestjoni tal-kuntratti u pagamenti” twettqu mill-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) tal-Aġenzija; jinnota li l-awditi rriżultaw f'ħames rakkomandazzjonijiet ikklassifikati bħala “importanti ħafna” u tnejn bħala “importanti”; jirrikonoxxi li l-pjanijiet ta' azzjoni żviluppati mill-maniġment tal-Aġenzija b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-IAC tqiesu mill-IAC bħala adegwati;

Kummenti oħra

27.

Jinnota b'sodisfazzjon li hemm bilanċ bejn is-sessi bejn il-membri tal-bord ta' tmexxija tagħha;

28.

Jinnota li fl-2015, 453 membru tal-persunal ipparteċipaw f'“away days” li għalihom l-ispiża kienet ta' EUR 113 975 (EUR 251,60 għal kull persuna) u li 565 membru tal-persunal ipparteċipaw f'konferenzi magħluqa bi spiża ta' EUR 31 468 (EUR 54,25 għal kull persuna);

29.

Jilqa' t-titjib tal-mod kif l-informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi hija ppreżentata fuq is-sit web tal-Aġenzija, liema titjib jgħin lill-kumpaniji u lill-konsumaturi jużawha aktar;

30.

Jinnota li l-pjattaforma ta' diskussjoni bejn l-Aġenzija u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi hija forum utli fejn jistgħu jiġu diskussi l-kwistjonijiet prinċipali ta' interess għas-soċjetà ċivili;

31.

Jilqa' l-progress li sar fl-iżvilupp tal-proċess ta' awtorizzazzjoni skont ir-regolament REACH u jinnota li skont il-konklużjonijiet tal-Aġenzija għadu jista' jsir titjib ulterjuri; jilqa' f'dan ir-rigward l-approċċ proattiv tal-Aġenzija favur djalogu mal-Parlament biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imqajma fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni ta' XXX tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

32.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (5) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(4)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2015)0409.

(5)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/214


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1662 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0068/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0086/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 82.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/215


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1663 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0052/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0085/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 87.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/216


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1664 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 12/2016 tal-Qorti tal-Awdituri dwar “L-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet: mhuwiex dejjem xieraq u mhux dejjem jista' jintwera li huwa effettiv”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0085/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 49 156 474, li jirrappreżenta żieda ta' 6,50 % meta mqabbel mal-2014, billi 74 % tal-baġit tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,36 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,5 %;

Impenji u riporti

2.

Jinnota li r-riporti mill-2015 għall-2016 kienu ta' EUR 4 944 739, li jirrappreżenta ċifra simili meta mqabbel mas-sena ta' qabel; jinnota li 57 % tal-ammont riportat fit-Titolu III (nefqa operattiva) jirrappreżenta l-pagament finali tal-kontribuzzjoni għall-2015 liċ-Ċentri Tematiċi Ewropej li kellu jitħallas wara l-preżentazzjoni tar-raba' progress trimestrali fl-2016; jinnota li r-riporti jistgħu sikwit ikunu ġustifikati, parzjalment jew għal kollox, min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, ma jindikawx neċessarjament dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati min qabel mill-Aġenzija u kkomunikati lill-Qorti;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

3.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija naqqset l-għadd ta' membri tal-persunal tagħha b'5 %, f'konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja (1); jinnota li l-Kummissjoni kklassifikat l-Aġenzija bħala “aġenzija li qabdet it-triq”, u dan jimplika li hu mistenni tnaqqis addizzjonali ta' 5 %; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija implimentat is-sensji mingħajr ma ppreġudikat il-kapaċità tagħha li twettaq il-partijiet prinċipali tal-programm ta' ħidma pluriennali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe miżura ta' ffrankar ta' spejjeż ulterjuri li tista' tittieħed ma xxekkilx il-kapaċità tal-Aġenzija li twettaq il-mandat tagħha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

4.

Jinnota li f'Novembru 2014 il-bord tal-ġestjoni tal-Aġenzija adotta l-istrateġija tagħha kontra l-frodi, bil-għan li tiġi żgurata ġestjoni xierqa fi kwistjonijiet ta' kunflitt ta' interess u li jiġu żviluppati attivitajiet bħala parti mill-ġlieda kontra l-frodi, speċjalment permezz tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF); jinnota li, bi qbil mal-“Metodoloġija u gwida għal strateġiji kontra l-frodi għall-aġenziji deċentralizzati tal-UE” tal-OLAF, l-Aġenzija wettqet valutazzjoni tar-riskju ta' frodi fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha bbażata fuq il-probabbiltà ta' frodi u l-impatt li dan jista' jkollu;

5.

Jinnota li l-Aġenzija ħolqot reġistru ta' dokumenti u għamlitu aċċessibbli għall-pubbliku permezz tas-sit web tagħha; josserva li l-politika tal-Aġenzija dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, adottata fl-2014, ġiet eżaminata mill-ġdid fl-2016 u żdiditilha informazzjoni addizzjonali dwar id-dikjarazzjonijiet ta' interess u l-obbligi tal-membri tal-persunal li jitilqu mill-Aġenzija;

6.

Jinnota bi tħassib li l-membri tal-bord tal-ġestjoni tal-Aġenzija mhumiex obbligati jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tagħhom, u għalhekk ftit biss huma disponibbli fis-sit web tagħha; jistieden lill-Aġenzija tieħu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex tirranġa s-sitwazzjoni u tiżgura s-sorveljanza u l-iskrutinju meħtieġa fir-rigward tal-maniġment tagħha; jinnota li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tad-diriġenti tal-Aġenzija huma ppubblikati fis-sit;

7.

Jinnota b'sodisfazzjon li f'Diċembru 2016 il-bord tal-ġestjoni tal-Aġenzija adotta linji gwida interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

8.

Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma wettqet l-ebda inizjattiva speċifika sabiex toħloq jew iżżid it-trasparenza rigward il-kuntatti tagħha mal-lobbisti;

9.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, pari passu mal-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin diġà, u tinkludi l-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju waqt il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

Awditi interni

10.

Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu fuq il-ġestjoni tad-data/tal-informazzjoni, inkluż komponent tal-IT, li ġie ffinalizzat fl-2015; jinnota b'sodisfazzjon li, skont il-konklużjonijiet tal-IAS, is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll stabbiliti mill-Aġenzija biex jappoġġjaw il-ġestjoni tad-data/tal-informazzjoni huma effikaċi fiċ-ċirkustanzi attwali; jinnota, barra minn hekk, li, sabiex tiffaċċja l-isfidi li ġejjin, bħalma huma ż-żieda kbira mistennija fil-volum ta' data u informazzjoni li jeħtieġ tkun kapaċi tlaħħaq miegħu, l-Aġenzija għandha tiżviluppa aktar il-ġestjoni tad-data/tal-informazzjoni;

Kontrolli interni

11.

Jirrikonoxxi l-fatt li, f'konformità mar-rekwiżiti l-ġodda tal-2014, il-pjanijiet tal-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) għall-2015 u l-2016 ġew approvati mill-bord tal-ġestjoni tal-Aġenzija; jinnota li l-pjanijiet jinkludu inkarigi ta' awditjar, kompiti konsultattivi u kuntatt ma' awdituri oħrajn bħala t-tliet oqsma ta' kontribut ewlenin;

12.

Jinnota li l-IAC stabbiliet valutazzjoni tar-riskju biex jintgħażlu benefiċjarji għal verifiki fuq il-post, li rriżulta fil-verifika ta' pagamenti għal tliet għotjiet differenti sabiex tiġi żgurata l-eżattezza u l-affidabbiltà tal-ispejjeż tal-persunal iddikjarati; josserva li, abbażi tal-politika l-ġdida, approvata f'Ottubru 2015, saru aktar verifiki fuq il-post fl-2016;

Komunikazzjoni

13.

Jinnota li fl-2015 l-Aġenzija wettqet reviżjoni importanti tal-portafoll ta' prodotti tagħha bil-għan li timmodernizzah u tadattah għall-mod kif l-udjenza tagħha tikkonsma l-informazzjoni; jinnota wkoll li l-Aġenzija investiet f'titjib fid-disinn, il-viżwalizzazzjoni tad-data u l-infografika u aġġornat l-identità korporattiva tagħha għal dak l-iskop, u għamlet ukoll aktar sforzi fejn tidħol il-midja soċjali u r-relazzjonijiet mal-mezzi tax-xandir;

14.

Jissottolinja li l-Aġenzija għandha tkompli tippromwovi d-djalogu mal-partijiet ikkonċernati u maċ-ċittadini u tinkorporah bħala parti mill-prijoritajiet u l-attivitajiet li jridu jiġu implimentati;

Kummenti oħra

15.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-proċeduri ta' akkwist li ġew awditjati wrew li l-Aġenzija ffirmat kuntratti qafas ma' kuntrattur wieħed li ntużaw għal diversi servizzi fl-ambitu ta' kuntratti speċifiċi bi prezzijiet fissi; jinnota bi tħassib li, b'konsegwenza tat-talba għal offerta bi prezz fiss minn kuntrattur wieħed fl-ambitu ta' dawn il-kuntratti, il-kompetizzjoni dwar il-prezz ġiet newtralizzata u d-dipendenza fuq il-kuntrattur żdiedet;

16.

Jinnota li l-livell ta' kompetizzjoni tas-suq tal-produzzjoni u l-analiżi tal-immaġni satellitari huwa relattivament limitat minħabba l-għadd żgħir ta' fornituri tas-servizz li joperaw fis-setturi relatati u l-istabbiltà u l-konsistenza tal-prezzijiet applikati; jinnota, barra minn hekk, li n-natura teknika u l-kumplessità tas-servizzi pprovduti jeħtieġu taħlita ta' tipi differenti ta' kompetenzi li l-fornituri tas-servizz li joperaw f'dak is-suq jistgħu jipprovdu biss meta jgħaqqdu l-forzi f'konsorzju; jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija għamlet għażla konxja li tagħti kuntratt qafas lil operatur ekonomiku wieħed li kienet tirriżulta minn valutazzjoni ta' fatturi tanġibbli mis-suq relatat;

17.

Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija qed tagħmel ħilitha biex issib bilanċ aħjar bejn is-sessi fil-livelli inferjuri tal-maniġment iżda jinnota bi tħassib żbilanċ sostanzjali fir-rappreżentanza tas-sessi fil-livelli superjuri tal-maniġment tagħha; iħeġġeġ lill-Aġenzija tikkoreġi dan l-iżbilanċ u tikkomunika r-riżultati lill-Parlament mill-aktar fis possibbli;

18.

Ifakkar li, sa mit-twaqqif tagħha, l-Aġenzija, flimkien man-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (EIONET), kienet sors ta' informazzjoni għal dawk involuti fl-iżvilupp, l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima, kif ukoll il-politiki dwar l-iżvilupp, u kienet ukoll sors ta' informazzjoni għall-pubbliku ġenerali;

19.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tal-ħames rapport annwali tal-Aġenzija dwar l-Istat tal-Ambjent (SOER 2015);

20.

Jieħu nota tal-iżvilupp tas-sistemi ta' informazzjoni u tal-proċessi tal-immaniġġjar tal-flussi tad-data tal-Aġenzija biex jingħata appoġġ lill-pajjiżi u l-kumpaniji permezz tar-rappurtar u t-titjib fil-kwalità tad-data, b'mod partikolari fir-rigward tas-sistema emendata tar-rappurtar fil-qafas tar-Regolament dwar il-Gassijiet Fluworurati (F-Gas), u fir-rigward tar-rappurtar dwar l-impjanti kbar tal-kombustjoni (LCPs), li fl-2015 għaddew mill-Kummissjoni għal għand l-Aġenzija;

21.

Ifakkar fl-importanza tal-evalwazzjoni li għaddejja bħalissa dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-netwerk EIONET tagħha — li mistennija titlesta fi tmiem l-2017 — sabiex jiġi vvalutat aħjar kemm l-Aġenzija laħqet l-objettivi tagħha u kemm implimentat il-kompiti stabbiliti fil-mandat u fil-programm ta' ħidma pluriennali tagħha;

22.

Jirrakkomanda li l-Aġenzija tiżviluppa indikaturi tal-impatt, u jemmen li dawn l-indikaturi tal-impatt ikunu għodda essenzjali biex titkejjel l-effikaċja tal-Aġenzija;

23.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).

(2)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/219


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1665 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0052/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0085/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 87.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/220


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1666 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0067/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0100/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 93.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/221


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1667 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0100/2017),

A.

billi, skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 9 217 000, ammont li ma jirrappreżenta ebda tibdil meta mqabbel mas-sena preċedenti; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”) stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

C.

billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tenfasizza l-importanza speċjali li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġittjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,59 %, rata li laqħet il-mira tal-Aġenzija u li tirrapreżenta żieda ta' 0,50 % meta mqabbla mal-2014; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 92,24 %, rata li tfisser li l-Aġenzija laħqet il-mira tagħha u li tirrapreżenta żieda ta' 3,81 % meta mqabbla mal-2014;

2.

Jilqa' l-implimentazzjoni ta' moduli e-Prior għal akkwist, ordnijiet u fatturazzjoni elettroniċi f'kooperazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika (DĠ DIGIT) tal-Kummissjoni; jinnota li l-moduli implimentati kellhom jintużaw progressivament fl-2016, u dan kellu jwassal għal żieda fil-flussi ta' xogħol elettroniċi, u sussegwentement aktar effiċjenza, affidabbiltà tad-data u sekwenza tal-awditjar; jistieden lill-Aġenzija tgħaddi rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-effiċjenzi miksuba wara l-implimentazzjoni tal-moduli;

3.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija għamlet il-pagamenti kollha tagħha fil-limiti ta' żmien previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u b'hekk ma tħallas ebda mgħax lill-fornituri għal pagamenti tard; jinnota, barra minn hekk, li l-għadd medju ta' ġranet għal pagament fl-2015 kien ta' 20 jum;

4.

Jinnota li t-tnaqqis effikaċi fil-baġit impost fuq l-Aġenzija fixkel il-ħila tagħha biex tilħaq l-objettiv tagħha li torganizza l-koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni tal-Istati Membri sabiex tiżgura l-applikazzjoni effikaċi u uniformi tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;

5.

Jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza tar-rwol tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd riformata u fil-kisba tal-objettivi tagħha, partikolarment fid-dawl tal-obbligu ta' ħatt l-art u d-domandi f'termini ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd; jenfasizza li, għalhekk, ikun tajjeb li tiġi evalwata l-possibbiltà li l-approprjazzjonijiet għall-operazzjonijiet tal-Aġenzija jiżdiedu fis-snin li ġejjin;

6.

Jiddispjaċih li t-tnaqqis fir-riżorsi u fil-kapaċità tal-Aġenzija jista' jkollu bħala konsegwenza d-dgħufija tal-kontrolli tas-sajd u żieda konkomitanti tas-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat, għad-detriment tas-sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali tas-settur;

7.

Jinnota li l-politika l-ġdida tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u, b'mod partikolari, il-ħolqien tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, bħala parti minn titjib ġenerali fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, jimplikaw kompiti ġodda ta' spezzjoni u kooperazzjoni aħjar għall-Aġenzija, li se jeħtieġu aktar finanzjament u riżorsi umani u tekniċi;

Impenji u riporti

8.

Jilqa' l-fatt li l-livell ta' fondi riportati mill-2015 għall-2016 naqas minn 11 % għal 7 % meta mqabbel mal-2014; jinnota li r-rata ta' riporti għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kien ta' 20 %, rata li tirrapreżenta tnaqqis ta' 5 % meta mqabbla mar-riżultati tal-2014; jinnota li r-rata ta' riporti għat-Titolu III (nefqa operattiva) kienet ta' 20 %, rata li tirrapreżenta tnaqqis ta' 10 % meta mqabbla mal-livell fl-2014; jinnota, barra minn hekk, li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għalkollox ġustifikabbli min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li mhux dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel mill-Aġenzija u kkomunikati lill-Qorti;

9.

Jinnota li l-Aġenzija naqqset ulterjorment ir-rata ta' impenji kkanċellati riportati mis-sena 2014 għal 3,45 %, u dan jirrappreżenta tnaqqis ta' 0,9 % meta mqabbel mas-sena preċedenti;

Trasferimenti

10.

Jinnota b'sodisfazzjon li, skont il-kontijiet finali tal-Aġenzija, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

11.

Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija indirizzat bosta ħtiġijiet bl-użu ta' kuntratti eżistenti, jew tagħha jew tal-Kummissjoni, sabiex tottimizza l-użu tar-riżorsi disponibbli; jirrikonoxxi li, kmieni fl-2016, ġie ffirmat Memorandum ta' Qbil dwar il-fatturazzjoni mill-ġdid tas-servizzi ta' akkwist ipprovduti minn DĠ DIGIT fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni; jinnota li l-Aġenzija ffukat fuq l-implimentazzjoni ta' sistema ta' amministrazzjoni elettronika kif ukoll fuq ir-razzjonalizzazzjoni u l-ottimizzazzjoni tal-proċessi ta' akkwist tagħha;

12.

Jiddeplora l-fatt li mhi qed tingħata l-ebda attenzjoni lill-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal tal-Aġenzija, minkejja li jiżvolġu rwol kritiku fit-twettiq ta' kompiti addizzjonali mingħajr l-ebda żieda fl-għadd tagħhom;

13.

Iqis li l-Aġenzija tirrappreżenta valur estremament tajjeb għall-flus, minkejja li hu meħtieġ li r-riżorsi umani u finanzjarji tagħha jiżdiedu fis-snin li ġejjin;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

14.

Jirrikonoxxi li l-Aġenzija adottat politika komprensiva dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u strateġija kontra l-frodi; jieħu nota tal-fatt li minn total ta' 13-il azzjoni li kellhom ikunu implimentati sa tmiem l-2017, disgħa minnhom diġà ġew implimentati; jieħu nota tal-fatt li l-kontrolli tal-Aġenzija mmirati biex jimpedixxu u jidentifikaw il-frodi huma simili għal dawk li jiżguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, bħall-prinċipju ta' “erba' għajnejn aħjar minn tnejn”, kontrolli awtomatizzati fis-sistemi finanzjarji u kontabilistiċi, kalkolu tas-salarji esternalizzat kif ukoll il-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta' interessi jkunu ffirmati dejjem mill-membri tal-bord; jinnota b'sodisfazzjon mill-Aġenzija li, sa mit-twaqqif tagħha, ma seħħ ebda każ ta' frodi;

15.

Jinnota li d-dikjarazzjonijiet ta' interessi u s-CVs tad-Direttur Eżekuttiv, tal-membri tal-Bord Amministrattiv u t-timijiet tal-maniġment superjuri kienu ppreżentati u ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jiddispjaċih, madankollu, li l-preċiżjoni fattwali tad-dikjarazzjonijiet ta' interess ma kenitx verifikata; jistieden lill-Aġenzija tintroduċi kontrolli regolari u aġġornamenti dwar l-eżattezza tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi;

16.

Jinnota li l-Kummissjoni għadha ma weġbitx lill-Aġenzija rigward l-abbozz ta' regoli ta' implimentazzjoni dwar l-informaturi; jistieden lill-Aġenzija tgħaddi rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli;

Kontrolli interni

17.

Jinnota li l-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija adotta sett ta' Standards ta' Kontroll Intern (ICS) maħsub biex jiżgura l-kisba tal-objettivi ta' politika u dawk operattivi; jirrikonoxxi li l-biċċa l-kbira tal-ICS għandhom livell għoli ta' implimentazzjoni, fejn erba' oqsma għandhom livell medju u qasam wieħed għandu livell baxx ta' implimentazzjoni fis-sistema ta' kontroll intern;

18.

Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija għadha mhijiex kompletament konformi mal-ICS 10 (Kontinwità tan-Negozju), 11 (Ġestjoni tad-Dokumenti) u 12 (Informazzjoni u Komunikazzjoni); jinnota wkoll li l-Aġenzija indikat li dawk l-ICS għadhom mhumiex kompletament implimentati, prinċipalment minħabba restrizzjonijiet baġitarji; jistieden lill-Aġenzija timplimenta dawk l-ICS u tgħaddi rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni;

Awditu intern

19.

Jinnota li, minbarra l-awditu dwar Elementi Kostitwenti ta' Assigurazzjoni, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ħareġ sitt rakkomandazzjonijiet klassifikati “Importanti”, li kienu implimentati b'mod sħiħ mill-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija m'għandha ebda rakkomandazzjoni miftuħa mill-IAS;

20.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija żviluppat u implimentat sistema ta' sorveljanza ċentralizzata tar-rakkomandazzjonijiet ta' awditjar kollha maħruġa mill-Qorti, l-IAS u l-Kapaċità ta' Kontroll Intern tagħha, bil-ħsieb li tikkonsolidahom u tissorveljahom, kif ukoll biex tagħti segwitu aħjar għall-pjanijiet ta' azzjoni korrispondenti; josserva li fi tmiem l-2015 kien għad baqa' biss erba' rakkomandazzjonijiet miftuħa, u l-ebda waħda minnhom ma kienet meqjusa bħala kritika jew importanti ħafna;

Prestazzjoni

21.

Jinnota li żewġ riskji kritiċi kienu ġew identifikati waqt eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju annwali tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija għandha tħejji Ppjanar strateġiku ta' Eżerċizzju Konġunt fil-każ li l-programm tal-Kontroll u Spezzjoni Speċifiku tal-Kummissjoni ma jkunx adottat fil-ħin, sabiex ma tkunx ipperikolata l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Ħidma Amministrattiva tal-Aġenzija u sabiex ikun evitat ir-riskju ta' approprjazzjonijiet tal-baġit mhux utilizzati; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta dwar il-pjanijiet tagħha biex tnaqqas dawk ir-riskji residwi għal livell aċċettabbli;

Kummenti oħra

22.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija bdiet proċess ta' kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġett pilota bit-titolu “Il-Ħolqien ta' Gwardja Kostali Ewropea”; jinnota li t-tagħlimiet miksuba mill-proġett pilota se jintużaw fl-implimentazzjoni ta' “pakkett dwar il-fruntieri” ġdid bl-għan li jiġi stabbilit il-kompitu għal tliet aġenziji marittimi sabiex jikkooperaw ħalli jappoġġjaw l-awtoritajiet nazzjonali fit-twettiq tal-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta, billi jipprovdu servizzi, informazzjoni, tagħmir u taħriġ, kif ukoll billi jikkoordinaw operazzjonijiet b'diversi għanijiet;

23.

Ifakkar fl-importanza li jissaħħaħ il-mandat tal-Aġenzija sabiex jiġu stabbiliti attivitajiet operattivi konġunti ma' aġenziji oħra tal-Unjoni fis-settur marittimu bl-għan li jiġu evitati d-diżastri fuq il-baħar u jiġu kkoordinati l-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta Ewropej;

24.

Jirrimarka li l-2016 kienet sena importanti għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd il-ġdida rigward l-obbligu ta' ħatt l-art, u li l-koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet tal-ispezzjonijiet tal-kontroll tas-sajd mal-Istati Membri timplika riżorsi umani u finanzjarji xierqa; jinsab imħasseb dwar id-diffikultajiet prattiċi involuti fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għas-sajd demersali, u jqis li l-monitoraġġ għandu jikkunsidra dawn id-diffikultajiet;

25.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/224


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1668 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0067/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0100/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 93.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/225


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1669 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0060/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0098/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 97.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/226


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1670 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0098/2017),

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 12/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: “L-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet: mhuwiex dejjem xieraq u mhux dejjem jista' jintwera li huwa effettiv”,

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 79 659 347, billi l-baġit kollu tal-Awtorità huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,81 %, li tfisser żieda ta' 0,12 % meta mqabbel mal-2014; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 90,10 %, li tfisser żieda ta' 0,80 % meta mqabbel mal-2014;

2.

Ifakkar li l-2015 kienet it-tieni sena ta' operazzjoni tal-Awtorità taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-Unjoni; jinnota li l-ammont ta' approprjazzjonijiet mhux użati kien ta' EUR 1 089 miljun; jenfasizza, madankollu, li din is-sottoeżekuzzjoni tikkorrispondi għad-dħul assenjat mhux użat (l-eżitu tal-Awtorità tal-2014), li reġa' ntuża fl-2016;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

3.

Jieħu nota tat-tnaqqis ta' 2 % fil-pjan ta' stabbiliment tal-Awtorità, li jikkorrispondi għal seba' karigi, li wassal biex l-Awtorità żżid l-isforzi tagħha fl-istabbiliment ta' proċeduri aktar effiċjenti u effikaċi; jinnota li fi tmiem l-2015, 446 kariga mill-477 disponibbli kienu okkupati, fosthom uffiċjali, aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali ssekondati; josserva li l-medja annwali tar-rata ta' okkupazzjoni kienet ta' 94,7 % (423 kariga okkupata mill-447 disponibbli);

4.

Jieħu nota li l-persunal tal-Awtorità huwa marbut legalment li jikkonforma mar-Regolamenti tal-Persunal, li jistabbilixxi qafas ġenerali ta' drittijiet u obbligi li jaffettwaw l-uffiċjali u l-aġenti; jinnota, barra minn hekk, li r-Regolamenti tal-Persunal huma supplementati bil-Kodiċi ta' Kondotta Amministrattiva Tajba tal-Awtorità, li jiddetermina t-tip ta' servizz jista' jistenna l-pubbliku mill-persunal tal-Awtorità, u bi Gwida Prattika dwar l-Etika u l-Kondotta tal-Persunal, li tistabbilixxi prinċipji etiċi biex jinkisbu l-ogħla standards ta' integrità; josserva li l-Awtorità tirrikonoxxi l-importanza tal-komunikazzjoni mal-midja u għandha servizz speċifiku fi ħdan id-Dipartiment tal-Komunikazzjoni biex tittratta t-talbiet tal-midja u tispjega ħidmietha lill-ġurnalisti; jieħu nota li, mill-2014 sal-2015, l-Awtorità żiedet il-perċentwal ta' riżorsi umani ddedikati għall-attivitajiet xjentifiċi b'1 %, jiġifieri għal total ta' 75 %;

5.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Awtorità żviluppat għodda avvanzata għall-iskrinjar tal-kunflitti ta' interess b'rabta mal-akkwist pubbliku, stabbilita permezz ta' deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv tagħha; jinnota li din l-għodda tfasslet biex jiġu evitati kunflitti ta' interess fi proċeduri ta' akkwist ta' natura xjentifika;

6.

Jinsab imħasseb li kwalunkwe tnaqqis fil-persunal fl-Awtorità jista' jagħmel ħsara serja lill-kapaċitajiet u r-reputazzjoni tagħha; jemmen, għalhekk, li jenħtieġ li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda tnaqqis fil-persunal;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

7.

Josserva li l-Awtorità nediet rieżami tal-“Politika dwar l-Indipendenza u l-Proċessi tat-Teħid ta' Deċiżjonijiet f'Ambitu Xjentifiku” tagħha, li se jinkludi konsultazzjoni pubblika biex jiġi żgurat li l-fehmiet tal-partijiet interessati jkunu kkunsidrati; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu ta' dan l-eżerċizzju ta' rieżami ladarba jkun finalizzat;

8.

Jinnota li l-Awtorità kkompletat iċ-ċentralizzazzjoni tal-proċess ta' validazzjoni tad-dikjarazzjonijiet annwali ta' interess kollha ppreżentati mill-esperti u l-persunal tagħha lis-servizz iddedikat għall-affarijiet legali u regolatorji tagħha;

9.

Jenfasizza li l-esperti b'interessi finanzjarji marbuta ma' kumpaniji li s-sustanzi tagħhom huma evalwati mill-Awtorità jenħtieġ li ma jagħmlux parti mill-bordijiet xjentifiċi jew mill-gruppi ta' ħidma tal-Awtorità, u li jenħtieġ li ebda tali espert ma jinħatar mill-Awtorità qabel sentejn wara li l-interessi tiegħu/tagħha jkunu ntemmu; huwa konvint li l-Awtorità jenħtieġ li tingħata baġit suffiċjenti biex tqabbad esperti indipendenti interni bl-ebda kunflitt ta' interess;

10.

Jistieden lill-Awtorità tinkorpora, fil-politika ġdida tagħha dwar l-indipendenza, perjodu ta' preklużjoni ta' sentejn fir-rigward tal-interessi materjali kollha relatati mal-kumpaniji li l-prodotti tagħhom huma vvalutati mill-Awtorità u ma' kwalunkwe organizzazzjoni ffinanzjata minnhom;

11.

Jieħu nota li l-Awtorità diġà impenjat ruħha li tintroduċi perjodi ta' preklużjoni ta' sentejn fir-rigward tal-interessi li ġejjin: sħubija f'entità ta' ġestjoni jew f'korp konsultattiv xjentifiku, impjieg u konsulenza; jiddispjaċih li l-Awtorità ma inkludietx il-finanzjament tar-riċerka fil-lista ta' interessi li jridu jiġu koperti bil-perjodu ta' preklużjoni ta' sentejn, abbażi ta' dak li l-awtorità ta' kwittanza kienet diġà identifikat fl-aħħar deċiżjonijiet ta' kwittanza; jistieden lill-Awtorità timplimenta malajr il-miżuri b'konformità mat-talbiet ripetuti tal-awtorità ta' kwittanza;

12.

Josserva li l-Awtorità daħħlet fis-seħħ proċedura operattiva standard dwar korsijiet ta' taħriġ obbligatorji mfassla biex joħolqu sensibilizzazzjoni fost il-persunal dwar oqsma ta' suġġetti speċifiċi, inaqqsu r-riskji organizzazzjonali, u jiżguraw konformità mar-regolamenti, mal-politiki orizzontali u mal-istandards ta' kontroll tal-Unjoni;

13.

Jirrikonoxxi l-fatt li, sa mill-ħolqien tagħha, l-Aġenzija tippubblika l-minuti tal-bord ta' ġestjoni tagħha fuq is-sit web tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-laqgħat huma miftuħa għall-pubbliku fuq reġistrazzjoni, u li r-reġistrazzjoni ta' smigħ tas-sessjonijiet pubbliċi huma disponibbli fuq is-sit web tal-Awtorità;

14.

Jirrikonoxxi l-fatt li, minn meta adottat il-politika tagħha dwar l-indipendenza fl-2011, l-Awtorità tivvaluta u tivvalida 100 % tad-dikjarazzjonijiet ta' interess ippreżentati mill-esperti tagħha, li bħala medja jikkorrispondu għal total globali li jvarja minn 6 000 sa 7 000 dikjarazzjoni ta' interess kull sena li jiġu vvalutati u vvalidati mill-persunal tal-Awtorità, b'konformità mal-politika tagħha dwar l-indipendenza u r-regoli tagħha dwar id-dikjarazzjonijiet ta' interess; jinnota li, barra minn hekk, darbtejn fis-sena, l-Awtorità twettaq kontrolli addizzjonali ta' konformità u ta' veraċità permezz ta' persunal li ma jkunx involut fil-kontrolli ordinarji msemmija hawn fuq; jistieden lill-Awtorità tippubblika r-riżultati tal-verifiki tagħha bħala anness għar-rapport annwali tagħha; jinnota li r-rieżami tal-politika tal-2011 għadu għaddej, b'konsultazzjoni pubblika ppjanata għar-rebbiegħa tal-2017 u b'data fil-mira għal politika ġdida dwar l-indipendenza sas-sajf tal-2017; jinnota bi tħassib li l-politika tal-Aġenzija dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess mhijiex applikata għall-persunal interim tagħha;

15.

Jinsisti li l-Awtorità timplimenta l-politika ta' indipendenza tagħha b'mod konsistenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-presidenti u l-viċi presidenti tal-bord;

16.

Jinnota li, wara li l-kwistjoni tressqet għall-attenzjoni tal-Awtorità mill-awtorità ta' kwittanza, id-dikjarazzjonijiet ta' interess kollha tal-membri tal-bord ta' ġestjoni issa huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Awtorità; jenfasizza l-importanza tal-pubblikazzjoni ta' tali dokumenti sabiex jiġu żgurati l-kontroll u l-iskrutinju neċessarji tal-maniġment tal-Awtorità;

17.

Jinnota li, sakemm jiġu adottati regoli ta' implimentazzjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, l-Awtorità implimentat, f'Jannar 2016, proċedura operattiva standard ġdida dwar it-trattament ta' talbiet minn informaturi li jiffaċċjaw ritaljazzjoni; jirrikonoxxi l-fatt li l-Awtorità qed tistenna gwida ulterjuri mill-Kummissjoni qabel ma tfassal ir-regoli interni tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi l-gwida addizzjonali kemm jista' jkun malajr, u jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar it-twaqqif u l-implimentazzjoni tar-regoli tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

18.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità adottat l-istrateġija tagħha kontra l-frodi u pjan ta' azzjoni relatat f'Marzu 2015, u li rapport ta' implimentazzjoni ppreżentat lill-bord ta' ġestjoni f'Diċembru 2016 indika li l-azzjonijiet kollha kienu ġew implimentati; jinnota li l-azzjonijiet previsti fiha kienu relatati mal-oqsma ta' prevenzjoni, detezzjoni, investigazzjoni u monitoraġġ;

19.

Jinnota li l-Awtorità nediet, fl-2015, proġett biex iżżid it-trasparenza u l-involviment fil-proċess ta' valutazzjoni tar-riskju sabiex tiġi pprovduta ċarezza fir-rigward tal-proċessi xjentifiċi tagħha, u jkomplu jiġu żviluppati approċċi favur it-trasparenza u l-involviment f'dawn il-proċessi sal-2020 bi qbil mal-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħha, filwaqt li jitrawwem involviment regolari mal-partijiet konċernati tagħha u mal-pubbliku matul l-iżvilupp tal-valutazzjonijiet u l-outputs xjentifiċi, prinċipalment permezz ta' mekkaniżmi ta' konsultazzjoni pubblika;

20.

Jinnota li l-Awtorità nediet għadd ta' mekkaniżmi strutturati għall-ġestjoni tal-interazzjoni tagħha mal-partijiet interessati biex tiżgura li l-involviment jitwettaq b'mod trasparenti u sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' influwenza indebita; jinnota li l-mekkaniżmi jinkludi konsultazzjonijiet pubbliċi dwar għażla ta' opinjonijiet xjentifiċi u dokumenti ta' gwida, sessjonijiet ta' informazzjoni għall-applikanti, laqgħat plenarji xjentifiċi miftuħa għall-pubbliku, laqgħat tal-partijiet konċernati u laqgħat tad-Direttur Eżekuttiv;

21.

Jinnota wkoll li l-persunal kollu tal-Awtorità jgħaddi minn taħriġ obbligatorju annwali u kull sena meħtieġ jippreżenta Dikjarazzjoni tal-Interessi bid-dettalji dwar l-interessi finanzjarji jew intellettwali li l-membri tal-persunal jew il-familja tagħhom jista' jkollhom, inkluż dwar kwalunkwe relazzjoni privati mal-lobbisti; jinnota li l-esperti esterni tal-Awtorità wkoll meħtieġa jressqu d-Dikjarazzjonijiet tal-Interessi annwali qabel ma jinvolvu ruħhom f'ħidma xjentifika għall-Awtorità, u dawn huma kollha disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha; josserva li dawk id-Dikjarazzjonijiet tal-Interessi huma vvalutati skont il-politika tal-Awtorità dwar l-indipendenza, u meta jiġu identifikati xi kunflitti, l-espert ma jistax iwettaq ħidma xjentifika għall-Awtorità; jitlob lill-Awtorità żżomm lill-awtorità ta' kwittanza informata dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati ta' dawn il-miżuri;

22.

Jinnota li l-Awtorità ma tapplikax perjodi ta' preklużjoni għall-esperti wara t-tmiem tal-kooperazzjoni mal-Awtorità, iżda daħħlet fis-seħħ perjodi ta' preklużjoni proporzjonati fil-kuntest tal-proċedura tal-għażla ta' dawn l-esperti li jillimitaw l-involviment tagħhom għal ċerti rwoli għal perjodu ta' żmien ta' bejn sentejn u ħames snin meta jkunu ġew impjegati jew ikunu taw servizzi ta' konsulenza dwar kwistjonijiet li jirkbu fuq l-involviment tagħhom mal-Awtorità;

23.

Jinnota li 64 % tat-talbiet ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti rriżultaw fl-għoti ta' aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba u li l-aktar raġuni protettiva invokata għall-aċċess parzjali kienet l-eċċezzjoni dwar data personali (applikata għal 51 % tal-każijiet ta' aċċess parzjali), segwita mill-eċċezzjoni dwar l-interessi kummerċjali (applikata għal 33 % tal-każijiet ta' aċċess parzjali) u l-eċċezzjoni minħabba teħid ta' deċiżjonijiet pendenti (applikata għal 23,5 % tal-każijiet ta' aċċess parzjali);

24.

Jinnota li f'Lulju 2016, il-bord ta' ġestjoni tal-Awtorità approva approċċ ġdid għall-involviment tal-partijiet konċernati, li jippermetti li l-Awtorità tinteraġixxi ma' firxa kbira ta' partijiet konċernati permezz ta' varjetà ta' mezzi sabiex twessa' l-ħidma ta' kuntatt mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u atturi oħra tas-soċjetà ċivili fil-katina tal-ikel;

25.

Jinnota li, mill-2017, l-Awtorità se xxandar direttament, permezz tal-webstreaming, il-laqgħat xjentifiċi miftuħa għall-pubbliku, fl-interessi tat-trasparenza;

26.

Jistieden lill-Awtorità tippubblika l-lista tagħha ta' Organizzazzjonijiet fis-settur tas-Sikurezza tal-Ikel, kif ukoll l-eżitu tal-evalwazzjonijiet tagħha tal-interessi tal-esperti;

27.

Jemmen li l-Awtorità jenħtiġilha tibqa' tagħti attenzjoni speċjali lill-opinjoni pubblika, u timpenja ruħha, kemm jista' jkun, li tkun miftuħa u trasparenti; jilqa', f'dan ir-rigward, il-fatt li fl-2015 l-Awtorità ttestjat b'suċċess l-approċċ metodoloġiku ġdid tagħha lejn l-użu tal-evidenza xjentifika; jilqa' wkoll, f'dan il-kuntest, it-titjib fil-kondiviżjoni tad-data permezz tal-ftuħ tal-maħżen virtwali tad-data tal-Awtorità għal numru dejjem jikber ta' partijiet interessati; jilqa' l-Valutazzjoni tal-Impatt (1), li hija rapport xjentifiku estern ippubblikat f'Ġunju 2016, dwar il-miżuri mill-Awtorità li għandhom l-għan speċifiku li jżidu t-trasparenza u l-impenn fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tagħha; jinkoraġġixxi lill-Awtorità tagħmel progress ulterjuri f'dan is-sens, b'mod partikolari fil-kuntest tar-rieżami tal-indipendenza tagħha għall-2017;

28.

Jirrimarka li diversi regoli tal-Unjoni, inkluża, fost l-oħrajn, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jagħtu lill-individwi d-dritt ta' aċċess għad-dokumenti pubbliċi; ifakkar lill-Awtorità li l-aħjar mod kif tiġi żgurata r-rigorożità xjentifika huwa permezz tat-trasparenza tar-riżultati u l-obbligu li jingħata rendikont tagħhom;

Kontrolli interni

29.

Jieħu nota li, fl-2015, il-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-Awtorità wettqet inkarigi ta' assigurazzjoni u kompiti speċjali oħrajn kif previst fil-Pjan tal-Awditu Annwali approvat mill-Kumitat tal-Verifika tal-Awtorità; jieħu nota li l-inkarigi ta' awditjar koprew l-“Implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern, il-validazzjoni tad-drittijiet ta' aċċess tal-utenti mogħtija fl-ABAC”, żewġ rapporti dwar is-segwitu għas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni u r-rakkomandazzjonijiet pendenti tal-Qorti, kif ukoll is-sejbiet preliminari relatati mal-awditjar tal-“Governanza Korporattiva, ir-rwol tal-esperti tal-EFSA fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet xjentifiċi”;

30.

Josserva li skont l-IAC, is-sistema attwali ta' kontroll intern tal-Awtorità tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli fir-rigward tal-kisba tal-objettivi kummerċjali stabbiliti għall-proċessi awditjati, ħlief għall-formalizzazzjoni u t-tisħiħ ta' evalwazzjonijiet ex ante, interim u ex post, u l-allinjament ħażin bejn atti ta' delegazzjoni u drittijiet ta' aċċess għas-sistema tal-kontabbiltà ABAC; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-sistema ta' kontroll intern tagħha;

31.

Jieħu nota, mir-rapport tal-Qorti li l-Awtorità għadha ma daħħletx fis-seħħ strateġija ċara u komprensiva ta' kontroll finanzjarju ex post li tkopri l-oqsma kollha tal-operazzjonijiet u li tispeċifika l-frekwenza u l-kamp ta' applikazzjoni ta' tali kontrolli; jistieden lill-Awtorità tikkunsidra jekk dan il-pass ta' kontroll addizzjonali huwiex adattat għall-iskop tiegħu fl-ambjent ta' evalwazzjoni abbażi tar-riskju tagħha;

Awditjar intern

32.

Jinnota li l-IAS ħareġ rapport dwar “Appoġġ Xjentifiku għall-Valutazzjoni tar-Riskju u l-Evalwazzjoni ta' Prodotti Regolati b'Enfasi fuq il-Ġbir u l-Analiżi tad-Data”; jinnota li l-IAS ikkonkluda li, għalkemm il-proċess ġenerali għall-ġbir u l-analiżi tad-data tal-Awtorità jappoġġa b'mod adegwat l-attivitajiet xjentifiċi tagħha ta' valutazzjoni tar-riskji u evalwazzjoni ta' prodotti regolati, xorta għadhom jeżistu nuqqasijiet — b'mod partikolari fil-governanza tad-data tagħha; jirrikonoxxi mill-Awtorità, li adottat pjan ta' azzjoni li jindirizza l-kummenti tal-IAS, kif ukoll li, fi tmiem is-sena, l-azzjonijiet kollha previsti skont il-pjan ta' azzjoni kienu għaddejjin skont l-iskadenzi stipulati;

33.

Jinnota mir-rapport annwali tal-Awtorità li fil-bidu tal-2015, l-IAS ħarġet tmien rakkomandazzjonijiet “Importanti ħafna”; jieħu nota li b'riżultat tal-impatt ikkombinat tal-awditu dwar “Appoġġ Xjentifiku għall-Valutazzjoni tar-Riskju u l-Evalwazzjoni ta' Prodotti Regolati b'Enfasi fuq il-Ġbir u l-Analiżi tad-Data” u tal-awditu ta' segwitu għar-rakkomandazzjonijiet pendenti kollha, tliet rakkomandazzjoni “Importanti Ħafna” biss baqgħu miftuħa; jirrikonoxxi li l-Awtorità diġà implimentat parti mill-azzjonijiet previsti skont il-pjan ta' azzjoni matul l-2015 u kellha timplimenta d-definizzjoni u l-adozzjoni ta' qafas komprensiv ta' ġestjoni tad-data fl-2016;

Prestazzjoni

34.

Jirrikonoxxi li l-Awtorità stabbiliet jew ġeddet attivitajiet xjentifiċi konġunti u inizjattivi ta' kooperazzjoni ma' għadd ta' organizzazzjonijiet sħab fil-livell tal-Unjoni, fosthom l-Awtorità Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-Awtorità Ewropea għall-Mediċina, l-Agencia Española de Consumo — Seguridad Alimentaria y Nutrición ta' Spanja u l-Food Standard Authority tar-Renju Unit; jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità wettqet skambju ta' kooperazzjoni addizzjonali ma' għadd ta' aġenziji internazzjonali sħab; jinnota b'sodisfazzjon li l-għan ta' din il-kooperazzjoni huwa l-kondiviżjoni ta' metodi u approċċi biex is-sikurezza tal-ikel titjieb, inklużi metodi aħjar għall-valutazzjoni tar-riskju, għall-identifikazzjoni rapida ta' riskji emerġenti u għall-kondiviżjoni tad-data dwar suġġetti ta' interess komuni;

Kummenti oħra

35.

Jinnota li l-ħames pożizzjonijiet tat-tim tal-maniġment superjuri tal-Awtorità huma mqassmin b'bilanċ bejn is-sessi ottimali ta' 40 %/60 %; jinnota bi tħassib, madankollu, żbilanċ bejn is-sessi sinifikanti ta' 20 %/80 % fil-bord ta' ġestjoni tal-Awtorità;

36.

Jieħu nota li, fl-2015, 24 membru tal-persunal ipparteċipaw f'away days li l-ispiża tagħhom kienet ta' EUR 5 816 (EUR 242,33 għal kull persuna); jinnota li 31 membru tal-persunal ipparteċipaw f'“Konferenzi magħluqa” li l-ispiża tagħhom kienet ta' EUR 23 096,16 (EUR 745,03 għal kull persuna), u għalhekk relattivament għolja; jistieden lill-Awtorità tipprovdi kjarifika aktar speċifika lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-kontenut u l-ispejjeż marbuta mal-konferenzi magħluqa tagħha;

37.

Jilqa' l-kontribut tal-Awtorità għas-sikurezza tal-katina tal-ikel u l-għalf tal-Unjoni, permezz tal-forniment ta' konsulenza xjentifika komprensiva, indipendenti u aġġornata dwar kwistjonijiet marbuta mal-katina tal-ikel lill-maniġers tar-riskju tal-Unjoni, permezz ta' komunikazzjoni ċara lill-pubbliku dwar ir-riżultati tagħha u l-informazzjoni li fuqha huma bbażati, u permezz tal-kooperazzjoni ma' partijiet interessati u sħab istituzzjonali bil-għan li tippromwovi l-koerenza u l-fiduċja fis-sistema tas-sikurezza tal-ikel tal-Unjoni;

38.

Jinnota li l-Awtorità pproduċiet aktar minn 600 kontribut xjentifiku li jkopru l-katina tal-ikel kollha kemm hi u jikkontribwixxu għat-titjib tas-saħħa pubblika;

39.

Jinnota wkoll li l-Awtorità vvalutat ir-riskji għas-saħħa pubblika f'kollaborazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard billi użat settijiet ta' data kkombinati; jilqa' l-fatt li, f'xi okkażjonijiet, l-Awtorità taħdem ukoll f'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, (pereżempju l-preżentazzjoni tal-ewwel rapport konġunt dwar l-analiżi integrata tal-konsum ta' aġenti antimikrobiċi u tal-okkorrenza ta' reżistenza antimikrobika fil-batterji mill-bnedmin u mill-annimali li jipproduċu l-ikel) u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, (pereżempju dwar l-iżvilupp konġunt ta' gwida xjentifika sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-interferenti endokrinali);

40.

Jilqa' l-fatt li fl-2015 l-Awtorità nediet proġett pluriennali biex tivvaluta l-fatturi ta' stress għan-naħal u l-attributi tal-kolonji tan-naħal tal-għasel f'saħħithom, ukoll bil-ħsieb li tistabbilixxi qafas għall-kejl robust u armonizzat tal-istat tas-saħħa tal-kolonji tan-naħal tal-għasel fi stħarriġ fuq il-post;

41.

Jenfasizza li wieħed mill-elementi fil-qalba tal-kredibbiltà xjentifika huwa t-trasparenza tal-istudji xjentifiċi li tqiesu, kif ukoll ir-riproduċibbiltà tar-riżultati;

42.

Jenfasizza li kien hemm tappi importanti fil-komunikazzjonijiet tal-Awtorità mal-maniġers tar-riskju u mal-pubbliku fl-2015: it-tnedija tas-sit web ġdid tagħha bbażat fuq riċerka estensiva dwar l-utenti u ċ-ċaqliq tal-Ġurnal tal-EFSA lejn pjattaforma ta' pubblikazzjoni professjonali esterna. Sar ukoll progress mill-Applications Helpdesk, l-uffiċċju għall-pubbliku u s-servizz ta' sostenn tal-Awtorità għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti regolati. Bis-saħħa ta' tali proġetti u inizjattivi u ta' ħafna oħrajn, l-Awtorità żgurat li tibqa' fornitur effikaċi u fdat ta' konsulenza xjentifika għall-interessi tal-konsumaturi fl-Unjoni;

43.

Jirrikonoxxi l-fatt li fl-2015 l-Awtorità stabbiliet uffiċċju ta' kollegament fi Brussell biex ittejjeb il-komunikazzjoni u d-djalogu mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, mal-midja u mal-partijiet interessati;

44.

Jemmen li l-Awtorità jenħtiġilha tkompli tinkoraġġixxi lill-partijiet interessati u liċ-ċittadini jipparteċipaw b'mod regolari u jipprovdu kontribut f'punti ta' interazzjoni definiti matul l-iżvilupp ta' riżultati xjentifiċi, inkluż għal prodotti regolati, kif stipulat fl-Istrateġija tal-EFSA 2020;

45.

Jissottolinja li l-Awtorità jenħtieġ li tibda teżamina mill-ġdid il-ħames indikaturi tal-impatt eżistenti kif ukoll tiżviluppa oħrajn ġodda; jemmen li tali indikaturi tal-impatt huma għodod essenzjali sabiex titkejjel l-effikaċja tal-Awtorità;

46.

Jemmen li l-Awtorità jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tillimita l-ħin tal-ivvjaġġar għall-esperti billi tippromwovi l-użu ta' għodod tal-IT bħal vidjokonferenzi jew webinars interattivi;

47.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  “Impact Assessment of Specific Measures Aimed at Increasing Transparency and Engagement in EFSA Risk Assessment Process”, (“Valutazzjoni tal-Impatt ta' Miżuri Speċifiċi bil-Għan li Jżidu t-Trasparenza u l-Impenn fil-Proċess tal-Valutazzjoni tar-Riskju tal-EFSA”), Pubblikazzjoni ta' sostenn tal-EFSA 2016:EN-1047.

(2)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/231


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1671 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0060/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0098/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 97.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/232


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1672 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Istitut (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0071/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0106/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttriċi tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttriċi tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 102.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/233


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1673 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0106/2017),

A.

billi, skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (“l-Istitut”) għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 7 658 166, li jfisser tnaqqis ta' 4,33 % meta mqabbel mal-2014; billi 97,5 % tal-baġit tal-Istitut huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

C.

billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tenfasizza l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġittjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,55 %, li jindika li saru impenji mingħajr dewmien, li tirrappreżenta tnaqqis ċkejken ta' 0,5 % meta mqabbla ma' dik tal-2014; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 67,64 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 4,35 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

2.

Jirrikonoxxi li r-rata baxxa ta' implimentazzjoni tal-Istitut tal-pagamenti skont it-Titolu III (nefqa operattiva) irriżultat minħabba l-fatt li erba' mill-proġetti tagħha esperjenzaw diffikultajiet sinifikanti, li wasslu biex jiġu riportati fl-2016; jinnota li r-raġunijiet għal dewmien fil-proġetti kienu jinkludu deċiżjoni tardiva mill-Presidenza tal-Kunsill dwar is-suġġett ta' studju, kif ukoll dewmien fil-proċeduri ta' akkwist barra mill-kontroll tal-Istitut;

3.

Jinnota b'sodisfazzjon li r-rata tal-eżitu tal-baġit kienet ta' 2,2 % fl-2015, ferm taħt il-limitu ta' sanzjoni tal-Kummissjoni ta' 5 %, u tindika prestazzjoni sodisfaċenti fl-implimentazzjoni tal-baġit; jinnota x-xejra pożittiva fit-tnaqqis fir-rata tal-eżitu tal-baġit, li kienet ta' 7,3 % fl-2012;

4.

Jinnota li fl-2015 l-Istitut iffirma kuntratt ma' konsulent estern biex jagħti parir dwar kif jista' jinbidel f'organizzazzjoni bbażata fuq il-proġetti u l-ibbaġitjar/ikkostjar ibbażat fuq l-attività; josserva li s-servizzi inkludew firxa ta' riformi biex jimmassimizzaw il-flussi tax-xogħol, jiżguraw il-kwalità u jtejbu l-għodod ta' monitoraġġ u ta' ġestjoni; jinnota b'sodisfazzjon li, wara s-suċċess tal-ewwel sena tal-proġett, l-Istitut kompla jimplimenta b'mod sħiħ l-approċċ mill-2016;

Impenji u riporti

5.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati taħt it-Titolu III (nefqa operattiva) kien ta' 61 %, meta kkomparat ma' 54 % fl-2014; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati man-natura tal-attivitajiet tal-Istitut li jinvolvu l-akkwist ta' studji li jdumu għaddejjin ħafna xhur, spiss anke oltre tmiem is-sena; jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji jew deċiżjonijiet tardivi mill-Presidenza tal-Kunsill dwar is-suġġett ta' studji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk jiġu ppjanati minn qabel mill-Istitut u kkomunikati lill-Qorti;

6.

Jilqa' l-fatt li r-rata totali ta' kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2014 hija ta' 2,2 %, inqas mil-limitu massimu ta' 5 % stabbilit mill-Kummissjoni, li turi konsum tajjeb permezz ta' pagamenti tal-approprjazzjonijiet riportati mis-sena preċedenti;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

7.

Jinnota li l-kuntratti tal-akkwist pubbliku tal-Istitut kienu offruti fuq bażi kemm jista' jkun wiesgħa, filwaqt li, għall-proċeduri negozjati dwar kuntratti ta' valur baxx, l-għadd ta' kandidati mistiedna ġie stabbilit biex jiġi żgurat bilanċ bejn il-pubbliċità u l-proporzjonalità; jinnota, barra minn hekk, li twettqu 41 proċedura ta' akkwist operattiv għall-ammont ta' EUR 3 086 063, filwaqt li l-bqija tal-baġit operattiv għall-2015 intefaq fuq traduzzjonijiet, benefiċċji għall-għajxien ta' kuljum imħallsa lill-esperti, missjonijiet tal-persunal u xiri okkażjonali b'fatturi;

8.

Jirrileva li hu rrapportat li l-persunal tal-Istitut għandu ammont kbir ta' xogħol x'jagħmel u jtenni l-appelli tiegħu biex jiġi allokat aktar persunal lill-Istitut biex jaħdem fuq l-oqsma prijoritarji, inkluża l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u biex tissaħħaħlu l-kapaċità li jassisti lill-Kummissjoni billi jipprovdi d-data u l-assistenza teknika rilevanti;

9.

Jinnota li r-rata ta' okkupazzjoni tal-pjan ta' stabbiliment tal-Istitut fi tmiem l-2015 kienet ta' 100 % (28 persunal temporanju, 11-il persunal kuntrattwali u 11-il espert nazzjonali sekondati); josserva li r-reklutaġġ matul is-sena kien partikolarment attiv bit-tnedija ta' proċeduri miftuħa biex jimtlew 12-il pożizzjoni; jinnota li 19-il nazzjonalità kienu rrappreżentati fl-Istituzzjoni; jilqa' l-fatt li l-Istitut jibqa' impenjat bis-sħiħ li jiżgura li l-persunal jirċievi t-taħriġ meħtieġ sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp professjonali; jinnota li, bħala riżultat, 8 programmi ta' taħriġ differenti rreġistraw 185 parteċipant fl-2015;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

10.

Jirrimarka li s-sistema ta' kontroll intern tal-Istitut hija bbażata fuq is-segregazzjoni tad-dmirijiet, l-istrateġija għall-ġestjoni u l-kontroll tar-riskju, il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess, traċċabilità adegwata għall-awditjar u l-integrità tad-data f'sistemi tad-data, kif ukoll fuq proċeduri għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u għas-segwitu ta' dgħufijiet identifikati fil-kontroll intern;

11.

Jinnota bi tħassib li wħud mill-curricula vitae u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-bord ta' tmexxija tal-Istitut u ta' membri tal-persunal tiegħu mhumiex ippubblikati fuq is-sit web tiegħu; jistieden lill-Istitut jippubblika dawk il-curricula vitae sabiex il-pubbliku jkun jista' iwettaq l-iskrutinju meħtieġ tal-maniġment superjuri tiegħu;

12.

Jinnota li fl-2015, l-Istitut irreġistra tliet eċċezzjonijiet b'devjazzjoni finanzjarja u proċedurali, meta mqabbel ma' sitta fis-sena ta' qabel; jinnota b'sodisfazzjon li fl-2015, l-ebda każ ta' frodi ma ġie identifikat u lanqas ma kien hemm xi assi mitlufa;

13.

Jinnota b'sodisfazzjon li wara l-adozzjoni tal-istrateġija tiegħu kontra l-frodi f'Novembru 2014, ġiet organizzata serje ta' attivitajiet ta' taħriġ għall-persunal tal-Istitut matul l-2015 u l-2016;

14.

Jinnota li fl-2015, l-Istitut iddisinja mill-ġdid il-websajt tiegħu sabiex l-informazzjoni li hemm fiha tkun aktar attraenti u anke ddefinixxa mill-ġdid l-istrateġija ta' komunikazzjoni tiegħu li tistabbilixxi l-objettivi ewlenin għal komunikazzjonijiet, l-involviment tal-partijiet interessati u l-attivitajiet ta' ġestjoni tal-għarfien; jinnota li fl-2016, l-Istitut introduċa mekkaniżmu ġdid ta' monitoraġġ għall-għodda ta' komunikazzjoni kollha tiegħu; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati ta' dan il-mekkaniżmu ġdid;

Awditu intern

15.

Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq awditjar dwar l-akkwist li jappoġġa l-proċessi operattivi fl-Istitut; jinnota li r-rapport finali tiegħu ntbagħt lill-Istitut f'nofs Ottubru 2015; jinnota li fl-2015, 90 % tar-rakkomandazzjonijiet (46 minn 51) kienu diġà ġew implimentati sal-aħħar tal-2015, inklużi r-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar tal-2015 tal-IAS dwar “L-akkwist li jappoġġa proċessi operattivi fl-EIGE” u li jirriżultaw mill-Pjan Strateġiku għall-Awditjar Intern tal-IAS 2015-2017;

16.

Jirrimarka li, skont ir-riżultati tal-verifika mwettqa mill-IAS, rakkomandazzjoni waħda ġiet immarkata bħala “importanti ħafna” u kklassifikata mill-ġdid bħala “importanti” f'Jannar 2016 u ħamsa kienu mmarkati “importanti” — erba' taħt l-awditjar tal-2015 u waħda taħt l-awditjar tal-2013, li ġiet implimentata fl-2016; jinnota li ntlaħaq qbil dwar pjan ta' azzjoni bir-rakkomandazzjonijiet kollha li għandhom jiġu implimentati matul l-ewwel nofs tal-2016; jistieden lill-Istitut ikompli jgħaddi rapport lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni;

Kontrolli interni

17.

Jinnota li sabiex jiġu implimentati l-Istandards ta' Kontroll Intern, l-Istitut lesta l-politika tiegħu dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità, u żviluppa u adotta l-politika tal-whistleblowing u pjan ta' kontinwità tal-attività; jinnota li wettaq ukoll kontroll ex post, saħħaħ il-miżuri tiegħu kontra l-frodi u implimenta diversi miżuri biex joħloq ambjent li ma jittollerax il-fastidju; josserva li xi miżuri ġew implimentati b'mod effettiv sa tmiem l-2015 filwaqt li miżuri oħrajn kellhom jiġu implimentati matul l-2016; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni b'suċċess ta' dawk il-miżuri;

Kummenti oħra

18.

Jinnota li l-Istitut stabbilixxa proċess ġdid biex jimmonitorja regolarment il-miżuri ta' politika tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, li jippermettu li l-Istitut jipprovdi kontribut f'waqtu u relevanti abbażi tal-ħidma tiegħu; jinnota s-sinerġija effiċjenti mal-Kumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Kumitat FEMM) dwar suġġetti definiti, permezz ta' kuntatti diretti mal-membri tiegħu; jinnota l-fatt li l-Istitut ikkontribwixxa għall-ħidma fl-ippjanar tal-programmi ta' diversi aġenziji;

19.

Jinnota l-fatt li l-Istitut jaħdem mill-qrib mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound); josserva li, sabiex isaħħaħ il-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, l-Istitut kellu laqgħat ma' sħab ewlenin bħalma huma UN Women u l-Grupp ta' Esperti għall-Azzjoni kontra l-Vjolenza kontra n-Nisa u l-Vjolenza Domestika (GREVIO); jinnota barra minn hekk li kkontribwixxa għall-Konferenza tal-Unesco dwar is-sessi u l-midja u qabel li jorganizza sessjoni ta' ħidma mal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) dwar l-istatistika tas-sessi fl-2016;

20.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Istitut qed ifittex sinerġiji billi jakkomuna ċerti kompiti u jintroduċi servizzi kondiviżi ma' aġenziji oħra; jinnota l-ftehim iffirmat bejn l-Istitut u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), sabiex ikun hemm skambju ta' servizzi fuq l-iskambju ta' esperti bejn il-partijiet fil-qasam ta' kontrolli ex post;

21.

Japprezza l-kontribuzzjoni tal-Istitut għall-ħidma li qed issir mill-Kumitat FEMM; jappella għal aktar interazzjoni bejn il-prijoritajiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tal-Kumitat FEMM u r-riċerka tal-Istitut, filwaqt li jitqies ukoll l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi żviluppat mill-Istitut; jindika li l-eżitu tal-evalwazzjoni esterna tal-Istitut kien kumplessivament pożittiv;

22.

Jilqa' l-kisbiet ewlenin tal-Istitut fl-2015, b'mod partikolari t-tieni edizzjoni tal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi, il-finalizzazzjoni tad-Databażi bl-Istatistika dwar il-Ġeneri u l-implimentazzjoni tal-pjattaforma fuq l-Internet għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;

23.

Jinnota l-isforzi tal-Istitut biex jorganizza l-istruttura tiegħu mill-ġdid sabiex jiffoka l-attenzjoni fuq l-attivitajiet ta' komunikazzjoni u ta' impenn min-naħa tal-partijiet kkonċernati, u jappella għal koordinament ulterjuri mal-Kummissjoni b'mod li jiġi żgurat li l-assistenza teknika tal-Istitut tappoġġa l-kompiti kkollegati mad-disinn, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, u li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tiġi implimentata b'mod effikaċi fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-politika;

24.

Jilqa' l-prijoritizzazzjoni tal-ħidma fuq diversi oqsma li r-riżultati tagħhom huma ta' kwalità għolja u viżibilità kbira, mingħajr ma ntilfet il-konċentrazzjoni fuq l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri; f'każ ta' reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1922/2006, jitlob l-inkorporazzjoni tal-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-migranti nisa, u l-mutilazzjoni ġenitali femminili fil-kompiti tal-Istitut;

25.

Ifakkar li l-Istitut ġie stabbilit biex jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jsaħħaħha, inkluż qabel kollox, permezz tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki kollha tal-Unjoni u l-politiki nazzjonali li jirriżultaw, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, u biex iżid il-kuxjenza taċ-ċittadini tal-Unjoni f'dak li jirrigwarda l-ugwaljanza bejn is-sessi;

26.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/236


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1674 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Istitut (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0071/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0106/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttriċi tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 102.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/237


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1675 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0073/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0101/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 107.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/238


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1676 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0101/2017),

A.

billi, skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (“l-Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 20 212 701, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 6,35 % meta mqabbel mal-2014; billi 40 % tal-baġit tal-Awtorità ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2015 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

C.

billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tenfasizza l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.

Jissottolinja li r-rwol tal-Awtorità huwa essenzjali biex jiġu favoriti applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni u koordinament aħjar fost l-awtoritajiet nazzjonali u jiġu żgurati stabbiltà finanzjarja, trasparenza, swieq finanzjarji integrati aħjar u aktar sikuri, kif ukoll livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur u prattiki ta' superviżjoni konverġenti f'dan il-qasam;

2.

Ifakkar li l-Parlament serva ta' forza motriċi għall-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva, inklużi t-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE), biex tiġi żgurata sistema ta' superviżjoni finanzjarja aħjar wara l-kriżi finanzjarja;

Segwitu għall-kwittanza 2014

3.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, fir-rigward taż-żewġ kummenti dwar ir-riporti, it-trasferimenti u l-ġestjoni tal-baġit li saru fir-rapport 2014 tal-Qorti, l-azzjoni korrettiva għalihom fir-rapport tal-Qorti għall-2015 hija mmarkata bħala “Għadha għaddejja”;

4.

Jinnota li l-Qorti kkonstatat li t-trasferimenti tal-baġit, ir-riporti u l-impenji relatati huma konformi mad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament Finanzjarju, għalkemm il-punt sa fejn l-attivitajiet tal-2015 kienu se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tal-2014 imur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità;

Impenji u riporti

5.

Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu III (nefqa operattiva) kien ta' EU 2 300 000 (45 % tan-nefqa), meta mqabbel ma' EUR 4 700 000 (66 % tan-nefqa) fl-2014; jirrikonoxxi li dawk ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' kuntratti speċifiċi għal programm pluriennali tal-IT tal-Awtorità b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' Solvenza II u ma' kuntratti ffirmati tard fis-sena; jirrikonoxxi barra minn hekk mill-Awtorità li l-appropprjazzjonijiet ta' riporti kellhom jitnaqqsu għal livell sodisfaċenti mill-2016 'il quddiem bl-implimentazzjoni avvanzata tal-Programm tal-IT tal-Awtorità; jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati min qabel mill-Awtorità u kkomunikati lill-Qorti;

Trasferimenti

6.

Jinnota li l-varjazzjoni bejn baġit inizjali u dak finali allokat għat-Titolu I (spejjeż għall-persunal) irriżulta fi tnaqqis żgħir ta' 2,56 %, filwaqt li l-varjazzjoni għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) irriżultat fi tnaqqis ta' 9,36 %; josserva li, bħala riżultat tal-emenda tal-baġit u t-trasferimenti magħmula, il-baġit skont it-Titolu III (nefqa operattiva) żdied b'21,19 %; jirrikonoxxi li l-bidliet fl-istruttura tal-baġit inizjali huma ġeneralment inqas minn dawk tal-2014; jirrikonoxxi barra minn hekk li l-livell u n-natura tat-trasferimenti baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

7.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,97 %, li tfisser li l-Awtorità laħqet il-mira ppjanata tagħha kif ukoll tnaqqis ta' 0,03 % meta mqabbel mal-2014; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 83,75 %, li tfisser li l-Awtorità laħqet il-mira ppjanata tagħha kif ukoll żieda ta' 9,65 % meta mqabbla mal-2014;

8.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità qed taħdem biex tiżviluppa indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni aktar sofistikati u anqas iffukati fuq ir-riżultat, li jipprovdu bażi ta' valur akbar biex jiġi vvalutat jekk l-Awtorità hijiex qed tilħaq l-ambizzjonijiet strateġiċi tagħha;

9.

Jirrimarka li ntlaħaq qbil fuq soluzzjoni biex kwalunkwe bilanċ favorevoli jew defiċit ta' baġit jiġi kondiviż mal-Istati Membri b'mod li jikkorrispondi għall-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tifformalizza ġuridikament il-proċess maqbul;

10.

Jisħaq fuq l-importanza li jkunu żgurati effiċjenza, prijoritizzazzjoni u livell adegwat fir-rigward tal-allokazzjoni tar-riżorsi; u li l-baġit tal-Awtorità jkun għadu jista' jiġi razzjonalizzat; jenfasizza, għalhekk, li kull żieda potenzjali fil-mezzi tal-Awtorità għandha tkun akkumpanjata minn miżuri ta' prijoritizzazzjoni adegwati; jissuġġerixxi li, hekk kif ix-xogħol tal-Awtorità qiegħed jinbidel dejjem aktar minn kompiti leġiżlattivi għal konverġenza superviżorja u infurzar, il-baġit tal-Awtorità u l-persunal għandhom jiġu allokati kif meħtieġ;

11.

Jikkonkludi li l-arranġament ta' finanzjament tal-Awtorità għandu jiġi rivedut; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibilità li timmodifika l-arranġament ta' finanzjament attwali billi ddaħħal, b'mod xieraq u proporzjonat, tariffi kalibrati mħallsa mill-parteċipanti tas-suq, possibbilment bħala sostituzzjoni parzjali tal-kontributi tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti filwaqt li jkunu żgurati l-awtonomija u l-azzjoni ta' superviżjoni tagħha;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

12.

Jinnota mill-Awtorità li hija għamlet 26 kampanja ta' reklutaġġ fl-2015 u mliet 95,6 % tal-pożizzjonijiet fl-organigramma sa tmiem is-sena, rata aktar baxxa mill-mira tal-Awtorità ta' 100 %; jirrikonoxxi mill-Awtorità li l-mira ma ntlaħqitx prinċipalment minħabba r-rata għolja ta' ċaqliq, kampanji ta' reklutaġġ li ma rnexxewx u l-fatt li kandidati magħżula ma aċċettawx l-offerti ta' kuntratti mogħtija;

13.

Jinnota mill-Awtorità li l-kwistjonijiet rigward ir-reklutaġġ jistgħu jkunu relatati mal-ispiża għolja tal-akkomodazzjoni fis-sede ta' Frankfurt, kif ukoll minħabba li l-Awtorità għandha finanzi limitati biex tattira l-persunal meta mqabbel ma' entitajiet Ewropej oħra bħall-Bank Ċentrali Ewropew u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku; jirrikonoxxi mill-Awtorità li hi rrevediet il-proċessi rilevanti tar-riżorsi umani sabiex tagħmilhom aktar effiċjenti;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

14.

Jinnota li l-Awtorità kienet mistennija li tistabbilixxi regoli interni dwar żvelar ta' informazzjoni protetta mill-bidu tal-2017; jitlob lill-Awtorità tgħaddi rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

15.

Jinnota bi tħassib li, bl-eċċezzjoni tas-CVs tal-maniġment superjuri, is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord ta' tmexxija u tal-bord tas-superviżuri tal-Awtorità mhumiex ippubblikati fuq is-sit web tal-Awtorità; jitlob lill-Awtorità tirrimedja s-sitwazzjoni billi tippubblika dawk id-dokumenti biex tiżgura s-sorveljanza pubblika u l-iskrutinju meħtieġ għall-ġestjoni tagħha;

16.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-miżuri biex tiżdied it-trasparenza fit-trattament mal-lobbyists u l-partijiet interessati huma inklużi fir-regoli dwar l-etika tal-Awtorità u li, permezz ta' dawk ir-regoli, il-persunali jingħata konsulenza u gwida dwar kif jevita li jkun influwenzat bla ħtieġa minn xi partijiet interessati jew minn grupp ta' partijiet interessati; josserva wkoll li minn Lulju 2016 l-Awtorità ppubblikat fuq is-sit web tagħha d-dettalji tal-laqgħat tagħha mal-partijiet interessati esterni, mar-rappreżentanti tal-media u Istituzzjonijiet oħra u dwar attivitajiet rilevanti;

17.

Iqis li l-minuti tal-laqgħat tal-bord tas-superviżuri u tal-gruppi ta' partijiet interessati, disponibbli pubblikament għandhom jiġu ppubblikati immedjatament wara l-laqgħa biex jitnaqqas il-perjodu latenti ta' massimu ta' tliet xhur bejn il-laqgħat u d-divulgazzjoni tal-minuti, u biex joffru stampa aħjar tad-diskussjonijiet, tal-pożizzjonijiet u tal-imġiba tal-vot tal-membri; jemmen li l-ħidma ta' kuntatt maċ-ċittadini tal-Unjoni tista' titqawwa wkoll permezz tax-xandir dirett fuq l-Internet tal-avvenimenti; jinsab imħasseb dwar il-fatt li partijiet interessati differenti, inkluż il-Parlament, fil-fatt m'għandhomx aċċess ugwali għad-dokumenti u l-informazzjoni minn laqgħat interni; huwa tal-fehma li l-Awtorità għandha tistabbilixxi mezz sigur għall-informaturi fil-qafas tal-pjan ta' azzjoni tagħha għas-snin li ġejjin;

Kontrolli interni

18.

Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) għalaq ir-rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-Istandard tal-Kontroll Intern (ICS) 10 dwar “Il-Kontinwità tal-Operat” u l-ICS 11 dwar “Ġestjoni tad-Dokumenti” f'April 2016;

19.

Jinnota li fl-2015 l-ICSs tal-Awtorità kienu reveduti biex jiġu allinjati mal-ICS tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-ICSs kollha kienu implimentati kif xieraq sa tmiem l-2015, inklużi żewġ ICSs dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri tal-Ġestjoni tad-Dokumenti u l-implimentazzjoni tal-elementi li kien fadal għall-kontinwità tal-kapaċità tal-operat tal-Awtorità; jirrikonoxxi li deċiżjoni formali mill-IAS dwar l-implimentazzjoni sħiħa tal-ICS kienet mistennija fl-2016; jistenna b'interess il-konferma tal-implimentazzjoni b'suċċess tal-ICSs u r-rappurtar sussegwenti mill-Awtorità fir-rapport annwali li jmiss;

Awditu intern

20.

Jinnota li awditu dwar “Il-promozzjoni ta' kulleġġi ta' superviżuri u l-bini ta' kultura komuni ta' superviżjoni fl-EIOPA” twettaq mill-IAS fl-2015; jinnota, madankollu, li l-ebda waħda mir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-IAS ma ġiet ikklassifikata bħala kritika jew importanti ħafna; jirrikonoxxi mill-Awtorità li, fir-risposta għar-rapport tal-awditu, hi żviluppat pjan ta' azzjoni li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-IAS, li sussegwentement ġie adottat mill-bord ta' tmexxija;

Komunikazzjoni

21.

Jinnota li, matul l-2015, ġew implimentati miżuri ġodda ta' komunikazzjoni, li prinċipalment jikkonċernaw l-aċċessibbiltà, in-netwerks soċjali, laqgħat ta' informazzjoni dwar temi ewlenin u parteċipazzjoni ikbar min-naħa tal-maniġment tal-Awtorità u tal-esperti fl-avvenimenti rilevanti; jinnota li fl-2016 l-istrateġija ta' komunikazzjoni kienet rieżaminata bil-għan li tipprovdi informazzjoni aktar aċċessibbli u li tinftiehem għall-konsumaturi u l-pubbliku inġenerali, bis-sit web tal-Awtorità jiġi rieżaminat u mfassal mill-ġdid bħala wieħed mill-objettivi ewlenin; jistieden lill-Awtorità timplimenta l-istrateġija l-ġdida malajr kemm jista' jkun;

Kwistjonijiet oħra

22.

Jinnota li fl-2015 41 membru tal-persunal ipparteċipaw fl-“away days” li għalihom l-ispiża totali kienet ta' EUR 9 174 jew EUR 223 kull persuna u li 120 membru tal-persunal ipparteċipaw f'“avvenimenti oħra” li għalihom l-ispiża totali kienet ta' EUR 9 900 jew EUR 82,5 kull persuna;

23.

Jinnota li l-valutazzjoni tal-Qorti hija qasira ħafna u toffri ftit suġġerimenti biex titjieb l-effiċjenza fil-ġestjoni tal-baġit tal-Awtorità; jiddispjaċih li wħud mill-Istati Membri, sa tmiem l-2015, kienu għadhom ma ħallsux fit-totalità l-kontribut tagħhom għal din is-sena; josserva li, meta mqabbel mas-sena 2014, sar xi progress f'dan ir-rigward;

24.

Jisħaq fuq il-fatt li, filwaqt li tiżgura li l-funzjonijiet kollha assenjati lilha jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin, l-Awtorità għandha żżomm rigorożament mal-kompiti assenjati lilha mill-Parlament u mill-Kunsill; josserva li l-Awtorità qiegħda tonfoq riżorsi konsiderevoli f'ħidma relatata mal-linji gwida u mar-rakkomandazzjonijiet; jemmen li l-Awtorità għandha tisfrutta bis-sħiħ il-mandat tagħha biex trawwem b'mod effikaċi l-proporzjonalità fl-attivitajiet kollha tagħha; jinnota li, meta l-Awtorità tkun awtorizzata tfassal miżuri ta' Livell 2 u 3, għandha tagħti attenzjoni partikolari, hija u tfassal dawn l-istandards, lill-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi swieq nazzjonali, u li l-atturi tas-suq u l-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-konsumatur ikkonċernati għandhom ikunu involuti bis-sħiħ f'fażi bikrija fil-proċess ta' definizzjoni tal-istandards u matul il-fażijiet ta' tfassil u implimentazzjoni;

25.

Josserva bi tħassib li l-Awtorità ma teżerċitax bis-sħiħ il-prerogattivi kollha tagħha stabbiliti fil-qafas ġuridiku tagħha; jenfasizza li l-Awtorità għandha tiżgura li r-riżorsi huma massimizzati sabiex tissodisfa bis-sħiħ il-mandat ġuridiku tagħha; jinnota, f'dan ir-rigward, li jekk tiffoka aktar fuq il-mandat li ngħatalha mill-Parlament u mill-Kunsill, dan jista' jirriżulta fil-kisba aktar effikaċi tal-objettivi tagħha; jenfasizza li, waqt it-twettiq ta' xogħolha u b'mod partikolari fl-abbozzar tal-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni, l-Awtorità jeħtiġilha li b'mod regolari u komprensiv tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tagħha;

26.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/242


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1677 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0073/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0101/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 107.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/243


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1678 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017–C8-0077/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0127/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 112.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/244


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1679 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 12/2016 bit-titolu “L-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet: mhuwiex dejjem xieraq u mhux dejjem jista' jintwera li huwa effettiv”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0127/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (“l-Istitut”) għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 266 566 618, li jirrappreżenta żieda ta' 14,35 % meta mqabbel ma' dak tal-2014;

B.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni għall-baġit tal-Istitut għall-2015 ammontat għal EUR 215 030 200, li tirrappreżenta żieda ta' 26,63 % meta mqabbla ma' dik għall-2014;

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli, iżda ma setgħetx tikseb biżżejjed evidenza xierqa għall-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi,

D.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabilità, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

1.

Ifakkar li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Istitut għall-perjodu finanzjarju 2014-2020 hija pprovduta skont il-pakkett finanzjarju tal-Orizzont 2020, u li l-Istitut huwa marbut bid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 (“ir-regoli ta' Orizzont 2020”); ifakkar, barra minn hekk, li l-Orizzont 2020 huwa l-programm suċċessur tas-Seba' Programm Kwadru, li dam mill-2007-2013 u li l-Istitut ma pparteċipax fih;

2.

Jirrimarka li mill-1 ta' Jannar 2014, il-bażi ġuridika għall-ħlas lura ta' spejjeż indiretti eliġibbli relatati mal-għotjiet hija l-Artikolu 29(1) tar-regoli tal-Orizzont 2020, flimkien mal-Artikolu 90(1) tal-imsemmi regolament finanzjarju tal-Istitut (1) li jipprovdi għal rimborż b'rata fissa ta' 25 % tal-ispejjeż eliġibbli indiretti relatati mal-għotjiet; jinnota, madankollu, li, skont l-Artikolu 75(8) tar-regoli finanzjarji preċedenti tal-Istitut (2), li tħassru b'effett mill-1 ta' Jannar 2014, il-limitu għal rimborż b'rata fissa tal-ispejjeż indiretti għal korpi pubbliċi mingħajr skop ta' qligħ, l-istabbilimenti ta' edukazzjoni ogħla, organizzazzjonijiet ta' riċerka jew impriżi żgħar jew ta' daqs medju seta' jiżdied għal 40 %;

3.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Istitut, fil-ftehimiet ta' għotjiet tiegħu tal-2014 iffirmati fi Frar 2014, ipprovda għal rimborż b'rata fissa ta' 40 % tal-ispejjeż eliġibbli indiretti li jmorru kontra r-regoli tal-Orizzont 2020 diġà fis-seħħ f'dak iż-żmien; jinnota, barra minn hekk, l-opinjoni tal-Qorti li, minħabba li l-Istitut ma pparteċipax fis-Seba' Programm Kwadru, l-Artikolu 57 tar-Regoli tal-Orizzont 2020, li jittratta t-tranżizzjoni mis-Seba' Programm Kwadru għall-Orizzont 2020 ma japplikax għall-Istitut u l-Qorti għalhekk identifikat dawk ir-rimborżi bħala irregolari;

4.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-iżbalji identifikati bħala riżultat ta' verifika ex post ta' kampjun ta' għotjiet tal-2015, wara li ġie korrett ħlas eċċessiv ta' dawk ir-rimborżi b'rata fissa, wassal għal rata ta' żbalji residwi ta' 2 % għal għotjiet tal-2014; jinnotali skont il-Qorti, ir-rata ta' żball magħquda għaż-żewġ żbalji ta' verifika ex-post li ġew identifikati u rimborżi b'rata fissa kienet ta' 4,9 % tan-nefqa totali tal-Istitut għall-2015, li wassal biex il-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Istitut;

5.

Jinnota, madankollu, li l-ftehimiet ta' għotjiet tal-Istitut kienu bbażati fuq sejħa annwali għat-tħejjija tal-pjanijiet tan-negozju tal-komunità ta' konoxxenza u innovazzjoni (KKI) tal-2014, li ġew imnedija mill-Istitut f'April 2013; jinnota, barra minn hekk, li, skont ir-regoli finanzjarji tal-Istitut, kif ukoll l-Artikolu 189 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni tar-Regolament (UE) Nru 1268/2012 (3), is-sejħa tal-Istitut ippermettiet lill-benefiċjarji tal-għotjiet li jaqgħu taħt il-kategoriji deskritti fl-Artikolu 75(8) tar-regoli finanzjarji tal-Istitut li jistabbilixxu l-baġits tal-proġetti tagħhom, għal attivitajiet ippjanati għall-2014, bl-użu tar-rata fissa ta' rimborż ta' 40 % għall-ibbaġitjar ta' spejjeż indiretti; jinnota li l-KKI li pparteċipaw fis-sejħa ta' April 2013, ibbażaw irwieħhom fuq dik id-dispożizzjoni meta fasslu u ssottomettew din il-proposta;

6.

Jinnota, barra minn hekk, li l-bord ta' tmexxija tal-Istitut, wara l-evalwazzjoni tal-pjanijiet ta' negozju tal-KKI tal-2014 mill-esperti esterni, iddeċieda dwar l-allokazzjoni tal-fondi għall-KKI għall-2014 fil-5 ta' Diċembru 2013, qabel ma adotta r-regoli ta' Orizzont 2020; jikkonstata, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Istitut, li l-ftehimiet ta' għotja tal-2014 ġew iffirmati skont il-kundizzjonijiet inizjali tas-sejħa annwali;

7.

Huwa tal-opinjoni li l-miżuri tranżitorji skont l-Artikolu 57(2) tar-regoli tal-Orizzont 2020 ma kinux maħsuba li jkunu ristretti biss għall-assistenza mogħtija taħt is-Seba' Programm Kwadru, iżda wkoll għal azzjonijiet attwali oħrajn fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni li kienu suġġetti għar-regoli ta' Orizzont 2020 wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, bħall-ftehimiet ta' għotja tal-Istitut tal-2014; jenfasizza li l-iskop ta' din il-miżura tranżitorja stipulata mill-Artikolu 57 tar-regoli tal-Orizzont 2020 huwa li tipprovdi ċertezza tad-dritt u biex tiżgura l-kontinwità tal-qafas ġuridiku applikabbli fiż-żmien tal-bidu ta' tali azzjonijiet; jirrikonoxxi li l-ftehimiet tal-għotja sussegwenti tal-Istitut huma konformi mar-regoli tal-Orizzont 2020 fis-seħħ, b'mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rata fissa ta' rimborż ta' 25 % tal-ispejjeż indiretti eliġibbli relatati ma' għotjiet, kif ukoll li l-ebda miżura korrettiva ulterjuri ma tista' tittieħed mill-Istitut rigward din il-kwistjoni; jinnota wkoll li kwalunkwe tentattiv biex jiġu rkuprati l-fondi meqjusa bħala irregolari mill-Qorti jistgħu jwasslu għal azzjonijiet legali minn ħafna benefiċjarji tal-Istitut, li jaf jirriżultaw f'danni sinifikanti fir-reputazzjoni tal-Istitut, kif ukoll għall-Orizzont 2020 u l-Kummissjoni b'mod ġenerali;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

8.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Istitut informa l-KKIs fl-2015 li l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom matul l-ewwel ħames snin (2010–2014), ma jaqbiżx il-limitu ta' 25 % tan-nefqa globali rispettivi tagħhom; jinnota, madankollu d-definizzjoni fqira ta' attivitajiet komplementari tal-KKI (KCAs) xekklet milli ssir valutazzjoni ċara ta' jekk l-ispejjeż assoċjati mal-KCA għandhomx jiġu aċċettati jew le fil-kontribuzzjoni massima mill-EIT; jinnota li l-Istitut u l-Kummissjoni aċċettaw ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex titneħħa l-kundizzjoni ta' finanzjament ta' 25 % sabiex jittaffa l-piż tar-rappurtar operazzjonali u dak finanzjarju minn fuq sħab tal-KKI; jirrikonoxxi li, sakemm tali emenda tiġi addottata, l-Istitut għandu jimplimenta l-bażi legali applikabbli;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

9.

Jinnota li, skont il-kontijiet finali tal-Istitut, l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 90,58 %, li tfisser tnaqqis ta' 3,55 % meta mqabbla mal-2014; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 96,49 %, li tfisser tnaqqis ta' 4,02 % meta mqabbla mal-2014;

10.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, għalkemm l-Istitut jitħalla jerġa' jdaħħal l-approprjazzjonijiet mhux użati fil-baġit ta' dawn it-tliet snin, ma kienx adatta l-proċess tiegħu fil-ħin biex jiddaħħlu mill-ġdid EUR 26 600 000 disponibbli mill-ftehimiet ta' għotja tal-2014 fil-baġits tal-2015 sal-2017; jinnota, barra minn hekk, li dawk l-approprjazzjonijiet irriżultaw mill-użu inqas milli mistenni tal-fondi mill-KKIs; jinnota li fl-2015 l-Istitut wettaq reviżjoni tal-baġit, kif ukoll talab lill-KKIs jirrevedu l-pjanijiet ta' negozju tagħhom għall-2015 u l-baġits li ġew sottomessi kif emendati; jinnota li, minħabba t-tnaqqis tal-baġits tal-KKIs, l-Istitut jista' jiddiżimpenja l-ammonti mhux minfuqa, li kienu mbagħad ikkanċellati u mdaħħla mill-ġdid fl-estimi tad-dħul u l-infiq għall-2016; jinnota li dan irriżulta f'titjib fil-ġestjoni tal-baġit tal-Istitut f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-KKIs;

Impenji u riporti

11.

Jinnota li skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell ta' riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II kienu ta' EUR 400 000 (44 %) meta mqabbla ma' EUR 500 000 (36 %) fl-2014; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' kuntratti għal servizzi tal-IT li jkomplu wara tmiem is-sena, u għal laqgħat li għadhom ma ġewx fatturati;

12.

Jinnota li r-riporti ħafna drabi jistgħu jkunu parzjalment jew għal kollox ġustifikabbli min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-Aġenziji u li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li mhux dejjem ikunu kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk jiġu ppjanati min qabel u kkomunikati lill-Qorti;

Kontrolli interni

13.

Ifakkar li, skont l-Artikolu 34 tar-regoli tal-Orizzont 2020, iċ-ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji mitlub mill-imsieħba tal-KKI li talbu rimborż ta' iktar minn EUR 325 000 huwa li jikkontribwixxi għall-verifika ex-ante tal-Istitut ta' rendikonti tal-ispejjeż; jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti l-kwalità ta' dawn iċ-ċertifikati tvarja b'mod sinifikanti, li jillimita l-aċċertament li jista' jinkiseb minnhom u li jeħtieġ li l-Istitut iwettaq kontrolli addizzjonali; jinnota li, skont l-Istitut, japplika metodoloġija taċ-ċertifikati tal-awditjar imfassal mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għall-Orizzont 2020, li jibdew mill-ftehimiet ta' għotja tal-2014; jinnota, barra minn hekk, li l-metodoloġija riveduta tinkludi struzzjonijiet aktar dettaljati u proċeduri miftiehma kif ukoll 63 sejba fattwali standard li jkopru l-kategoriji kollha tal-ispejjeż; jirrikonoxxi li l-Istitut żviluppa strateġija komprensiva għall-assigurazzjoni tal-għotjiet mibnija fuq verifiki ex-ante u ex-post, inkluż iċ-ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, sabiex tiġi żgurata l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

14.

Jinnota li d-dikjarazzjonijiet annwali ta' interessi għall-membri tal-bord ta' tmexxija, tad-direttur interim u tal-persunal fil-maniġment superjuri huma ppubblikati fuq il-websajt tal-Istitut; jinnota wkoll li eżami analitiku dwar id-dikjarazzjonijiet li jkunu ġew ippreżentati hija mwettqa biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni fattwali tagħhom; josserva li, fil-każ tal-esperti, l-Istitut isegwi r-regoli tal-Orizzont 2020 dwar il-kunflitti ta' interess;

15.

Jinnota li l-Istitut beħsiebu jikkonkludi r-regoli interni tiegħu dwar l-informaturi fl-ewwel nofs tal-2017; jistieden lill-Istitut biex jadotta l-politika tal-informaturi interna li se trawwem kultura ta' trasparenza u l-obbligu ta' rendikont fuq il-post tax-xogħol, biex b'mod regolari jinforma u jħarreġ l-impjegati dwar id-dmirijiet u d-drittijiet tagħhom fir-rigward ta' dik il-politika, biex jiżgura l-protezzjoni tal-informatur minn ritaljazzjoni, biex isegwi s-sustanza tat-twissijiet tal-informaturi f'waqthom u biex jistabbilixxi mezz għal rappurtar intern anonimu; jappella lill-Istitut biex jippubblika rapport annwali dwar l-għadd ta' każijiet ta' informaturi u dwar kif ġew segwiti u biex jipprovdi dawk ir-rapporti annwali lill-awtorità ta' kwittanza; jitlob lill-Istitut biex iżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar il-progress fir-rigward ta' din il-kwistjoni;

16.

Jinnota li, skont il-Qorti, għall-għażla ta' esperti esterni li jevalwaw il-proposti u l-pjanijiet ta' negozju tal-KKI, l-Istitut jagħmel użu mill-Artikolu 89 tar-Regolament Finanzjarju tal-Istitut biex jidderoga mill-obbligu li jniedi sejħa għal espressjoni ta' interess; jinnota, madankollu, li l-Istitut għadu ma stabbiliex bis-sħiħ proċeduri interni biex jirregola l-implimentazzjoni ta' din id-deroga; jinnota li, fil-prattika, l-Istitut stabbilixxa l-grupp ta' esperti tiegħu billi uża listi ta' esperti u bażijiet ta' data eżistenti ta' istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni u individwi li ma kinux fuq dawn il-listi, fuq rakkomandazzjonijiet mingħand l-Istitut tat-Tmexxija u l-membri tal-persunal; madankollu jilqa' t-titjib li sar fil-proċess ta' għażla ta' esperti għal proposti tal-KKI u jinkoraġġixxi lill-Istitut biex jimpenja ruħu biex itejjeb l-effiċjenza u l-effikaċja ta' dan il-proċess u jiżgura trasparenza massima u l-integrità tiegħu billi jistabbilixxi miżuri interni rilevanti, filwaqt li jiżgura n-nuqqas ta' kunflitti ta' interess potenzjali;

17.

Jinnota bi tħassib li l-Istitut ma ħax inizjattivi speċifiċi sabiex tiżdied it-trasparenza dwar il-kuntatti tiegħu mal-partijiet interessati u mal-lobbisti; jappella lill-Istitut biex idaħħal fis-seħħ politika proattiva ta' trasparenza fir-rigward tal-lobbying;

Proċeduri ta' reklutaġġ

18.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Istitut irnexxielu jgħaqqad il-persunal meħtieġ permezz ta' serje ta' miżuri implimentati fl-2015 u fl-2016 biex jitjiebu l-ġestjoni tal-persunal, il-proċess tar-reklutaġġ u l-ambjent tax-xogħol; josserva li, minn Diċembru 2016, l-Istitut jimpjega 59 membru tal-persunal (f'63 pożizzjoni awtorizzata), li jirrappreżenta l-akbar numru ta' membri tal-persunal impjegat fl-istorja tal-Istitut, u li r-reklutaġġ għal pożizzjonijiet vakanti li fadal għadu għaddej; jirrikonoxxi, madankollu, li l-azzjonijiet meħuda mill-Istitut ma jistgħux jikkumpensaw bis-sħiħ għall-effetti negattivi tal-koeffiċjent ta' korrezzjoni baxx u li qed jonqos b'mod stabbli li qed jaffettwa l-livelli tas-salarji fl-Ungerija;

Kummenti oħra

19.

Jinnota li, skont il-Qorti, il-mira oriġinali stabbilita mill-Kummissjoni għall-Istitut biex jikseb awtonomija finanzjarja kienet l-2010; jinnota, barra minn hekk, li l-Istitut kiseb l-awtonomija finanzjarja parzjali f'Ġunju 2011, bil-kundizzjoni ta' approvazzjoni ex-ante kontinwa ta' tranżazzjonijiet relatati ma' għotjiet u ta' akkwisti 'l fuq minn EUR 60 000 mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Edukazzjoni u l-Kultura; jinnota li, skont l-Istitut, huwa talab li l-Kummissjoni tniedi mill-ġdid il-proċess li jwassal għal awtonomija finanzjarja sħiħa; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-Kummissjoni tistabbilixxi pjan direzzjonali u skeda taż-żmien tal-proċess f'Mejju 2016 u jistenna bil-ħerqa l-evalwazzjoni tal-awtonomija finanzjarja tal-Kummissjoni li hija mistennija fl-ewwel nofs tal-2017; jinnota li l-Istitut jittama li se jingħata awtonomija finanzjarja sħiħa qabel tmiem l-2016 u jitlob li l-Istitut jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi relatati ma' din il-kwistjoni;

20.

Jinnota li, skont il-Qorti, minkejja li kien hemm raġuni valida, il-qafas operazzjonali kumpless tal-Istitut u l-problemi ta' ġestjoni tiegħu kienu ta' impediment għall-effikaċja kumplessiva tiegħu; jinnota li l-Istitut għandu l-kapaċità li jappoġġa l-iskema sħiħa tal-innovazzjoni minn negozji li għadhom jibdew għal proġetti mmotivati mill-innovazzjoni mmexxija minn ħafna sħab tal-KKI, madankollu, ibati minn nuqqas ta' koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni ma' Direttorati Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni, u l-interazzjoni bejn il-KKI u inizjattivi oħra tal-Unjoni mhijiex biżżejjed;

21.

Jinnota li l-Istitut jiffinanzja l-programm “EIT Digital Masters”, li jgħaqqad flimkien somma f'daqqa ta' massimu ta' EUR 8 000 għal kull student minbarra l-ispejjeż attwali, inklużi spejjeż indiretti abbażi ta' rata fissa; jinnota li, skont il-Qorti, dan il-mudell qatt ma ġie ddefinit formalment u ma jippermettix li ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet koperti mis-somma f'daqqa u dawk koperti mill-ispejjeż reali; jinnota li, skont l-Istitut, huwa għandu jimxi lejn il-mudell ta' somma f'daqqa għall-finanzjament ta' tali programmi, sabiex jiġi ssimplifikat ir-rapportar tal-ispejjeż, ladarba jkun hemm biżżejjed data ta' statistika disponibbli biex jiġi stabbilit tali ammont wieħed; jistieden lill-Istitut jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' mudell ta' finanzjament ġdid;

22.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, entità legali tal-KKI waħda ħallset rinumerazzjoni addizzjonali fuq il-prestazzjoni ta' EUR 646 000 għal madwar 55 membru tal-persunal tagħha, abbażi tad-deċiżjoni tal-bord superviżorju tal-KKI u li l-Istitut rimborża kollox; jinnota li, skont l-opinjoni tal-Qorti, il-ħlas ta' tali remunerazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni bl-użu ta' fondi pubbliċi jikkostitwixxi prattika mhux tas-soltu; madankollu, jaċċetta li l-KKIs huma organizzazzjonijiet mmexxija min-negozju, immirati lejn is-sostenibilità finanzjarja u fejn l-użu ta' elementi varjabbli bħala parti minn rimunerazzjoni bażika jista' jipprovdi inċentiv qawwi għal prestazzjoni tajba u jiżgura li jkun hemm valur għall-flus; jinnota, barra minn hekk, li l-Orizzont 2020 jipprovdi espressament għal komponenti varjabbli ta' rimunerazzjoni bażika bħala spejjeż eliġibbli; jenfasizza l-fatt li l-kontribut tal-Istitut għall-pagi mħallsa lil persunal għall-ġestjoni tal-KKIs, inkluż ir-remunerazzjoni abbażi tal-prestazzjoni, għandu jinżamm taħt il-limitu massimu stabbilit mill-Istitut tagħha fil-ftehimiet ta' għotja tal-2016 u fil-futur; jinnota li taħt ir-regoli riformati b'żewġ limiti massimi li applikaw mill-2016, il-livelli għoljin ta' remunerazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni addizzjonali mħallsa fl-2015 ma għadhomx possibbli;

23.

Jinnota li l-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba nkiser ukoll meta sieħeb tal-KKI akkwista servizzi ta' relazzjonijiet pubbliċi b'rati ta' kuljum li jvarjaw minn EUR 800 sa EUR 3 250 għal kull persuna, li ġew rimborżati kompletament ukoll mill-Istitut;

24.

Jinnota li, fl-2015, 45 membru tal-persunal tal-Istitut ipparteċipaw f'“avvenimenti oħrajn” li l-ispiża tagħhom kienet ta' EUR 10 730,21 (EUR 238,45 kull persuna);

25.

Jinnota bi tħassib li l-viżibilità ġenerali tal-Istitut hija baxxa u xi wħud mis-sħab tal-KKI mhumiex konxji dwar l-affiljazzjoni tagħhom mal-Istitut; jappella għal viżibilità aħjar u l-promozzjoni tal-marka tal-Istitut bħala komunità tal-innovazzjoni unika; jilqa' s-suċċess riċenti fl-inklużjoni ta' 18-il membru tal-komunita' tal-Istitut fil-lista Forbes 30 taħt it-30 sena, li fiha fost l-aqwa innovaturi u intraprendituri żgħażagħ Ewropej;

26.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Id-deċiżjoni tal-bord ta' tmexxija tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) tas-27 ta' Diċembru 2013 dwar l-adozzjoni tar-regolament finanzjarju għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija.

(2)  Id-deċiżjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija tal-20 ta' April 2009 li tadotta r-regolament finanzjarju għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija.

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(4)  Testi adottati, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/249


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1680 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017–C8-0077/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0127/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 112.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/250


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1681 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0055/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0084/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 123.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/251


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1682 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0084/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 308 097 000 li jirrappreżenta żieda ta' 9,07 % meta mqabbel ma' dak għall-2014; billi ż-żieda kienet dovuta prinċipalment għal emenda baġitarja li hija responsabbli għal żieda fid-dħul minn flus riċevuti għal servizzi mogħtija (EUR 5 000 000) u aġġustament fi dħul assenjat (EUR 980 000); billi 11,1 % tal-baġit tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.

Jirrikonoxxi mill-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija li:

għalkemm, kif innotat mill-awtorità ta' kwittanza, kien hemm xi dewmien fil-ġbir tat-tariffi, dawn ma kellhom l-ebda impatt fuq il-kapaċità tal-Aġenzija u tal-Istati Membri li jwettqu l-kompiti tagħhom dwar is-saħħa pubblika, inkluż attivitajiet ta' farmakoviġilanza; jinnota li l-attivitajiet kollha regolatorji u ta' monitoraġġ tas-sikurezza twettqu kif meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni dwar il-farmakoviġilanza tal-Unjoni; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-fatt li t-tranżazzjonijiet finanzjarji dwar it-tariffi tal-farmakoviġilanza huma ttrattati b'mod separat mir-responsabbiltà ewlenija tal-Aġenzija, kif ukoll il-fatt li, skont ir-rapport tal-Kummissjoni dwar “Attivitajiet relatati mal-farmakoviġilanza tal-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li jikkonċernaw prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (2012 — 2014)”, l-Aġenzija mmaniġġjat l-attivitajiet relatati mal-farmakoviġilanza b'suċċess;

l-akkwisti ppjanati kollha tagħha huma inklużi fil-programm ta' ħidma tal-Aġenzija li jiġi adottat mill-bord ta' tmexxija tagħha, u huma f'konformità mar-rekwiżiti tar-regolament finanzjarju; jirrikonoxxi l-fatt li l-kuntratti kollha speċifiċi li joħorġu mill-kuntratt qafas dwar servizzi ta' konsulenza skattaw mir-responsabbiltajiet leġiżlattivi tal-aġenzija u l-ħtiġijiet għall-operat tagħha, u huma appoġġati minn dokumenti li jispeċifikaw l-attivitajiet, l-objettivi u r-rekwiżiti;

hija impenjata li ssaħħaħ aktar il-linji gwida tagħha għall-implimentazzjoni armonizzata tal-kunflitti ta' interess bħala kriterji ta' selezzjoni fil-proċeduri tagħha ta' akkwist;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Jinnota li l-isforzi tal-monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 wasslu għal rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 94,05 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,27 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 87,09 %, li tirrappreżenta żieda ta' 4,79 %;

3.

Ifakkar li, kif stipulat fir-regolament finanzjarju tagħha, id-dħul baġitarju tal-Aġenzija huwa bbażat fuq flus li tirċievi mill-Unjoni għal kontribuzzjonijiet, għal ħlasijiet għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti farmaċewtiċi u għal attivitajiet wara l-awtorizzazzjoni, kif ukoll għal diversi attivitajiet amministrattivi;

Impenji u riporti

4.

Jinnota b'sodisfazzjon li r-rata ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2016 naqset għal 14,78 %, minn 17,70 % fl-2014; jirrikonoxxi l-fatt li r-riport mhux awtomatiku għall-2016 sar skont ir-regolament finanzjarju, u kopra diversi żviluppi fl-IT, il-konsulenza tan-negozju u l-istudji xjentifiċi; jirrimarka li dawn ir-riporti ma jindikawx dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u lanqas ma jmorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, peress li n-nefqa ma setgħetx tiġi implimentata fl-2015 minħabba raġunijiet li ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-Aġenzija;

Trasferimenti

5.

Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport ta' attività annwali, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji; jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija, li matul is-sena 2015, hi għamlet disa' trasferimenti li jammontaw għal EUR 22 026 000 jew 7,15 %, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 4,7 %; jinnota li l-approprjazzjonijiet għan-nefqa trasferiti kienu primarjament meħtieġa biex ikopru n-nefqa fuq l-iżvilupp tal-informatika u l-aġġustamenti lill-partiti tal-baġit għan-nefqa amministrattiva;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

6.

Jinnota li r-riżultat tal-istħarriġ dwar l-ingaġġ tal-persunal li twettaq fl-2015 jirrappreżenta titjib ulterjuri meta mqabbel mal-2013; josserva, madankollu, li fost il-kwistjonijiet pendenti identifikati hemm il-kollaborazzjoni bejn id-diviżjonijiet, l-oġġettività fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet u l-fiduċja fil-maniġment superjuri; jirrikonoxxi mill-Aġenzija li hi ħolqot pjan ta' azzjoni biex tindirizza l-kwistjonijiet li baqa' u adottatu fl-2016; jistieden lill-Aġenzija tgħaddi rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni;

7.

Ifakkar li l-ammont ta' xogħol tal-Aġenzija qed jikber b'mod kostanti u dan ġie rifless fiż-żidiet baġitarji fid-dħul mill-ħlasijiet imposti fuq l-applikanti; jinnota bi tħassib li t-tnaqqis tal-persunal impost f'dawn l-aħħar snin kien jinkludi t-tnaqqis ta' persunal li jaħdem fuq kompiti ffinanzjati mill-ħlasijiet tal-applikanti bla kunsiderazzjoni tal-ammont ta' xogħol involut; jappoġġa b'qawwa, għalhekk, l-introduzzjoni tal-flessibilità u tal-koerenza fl-aġġustament tal-għadd ta' karigi fl-organigramma għall-persunal li jaħdem fuq kompiti ffinanzjati mill-ħlasijiet tal-applikanti, bi qbil mad-domanda dejjem tikber;

8.

Ifakkar li, b'segwitu għas-sentenza tat-Tribunal tas-Servizz Ċivili, imħabbra fit-13 ta' Novembru 2014, li tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-adozzjoni ta' lista ristretta ta' kandidati potenzjali għall-pożizzjoni ta' Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija u, bħala konsegwenza, il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv min-naħa tal-Bord f'Novembru 2011, il-kariga ta' Direttur Eżekuttiv reġgħet ġiet ppubblikata u saret ħatra mill-ġdid u li, minkejja din is-sitwazzjoni diffiċli, l-Aġenzija rnexxielha twettaq il-programm ta' ħidma tagħha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.

Jirrikonoxxi, mill-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija, li l-politika riveduta tagħha dwar it-trattament tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-membri u tal-esperti tal-kumitati xjentifiċi daħlet fis-seħħ fl-2015; jilqa' l-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-esperti involuti fl-attivitajiet tal-Aġenzija wara d-data tal-implimentazzjoni tal-politika ġew evalwati skont il-politika riveduta; jinnota li l-Aġenzija wettqet il-kontrolli ex ante sistematiċi fuq id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-esperti l-ġodda; jinnota, barra minn hekk, il-konklużjoni tal-kontroll ex post annwali fuq it-trattament tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-membri u l-esperti tal-kumitat li jipparteċipaw fil-laqgħat; josserva li l-Aġenzija aġġornat il-politika f'Ottubru 2016 biex tiċċara aktar ir-restrizzjonijiet applikati meta espert jibda jaħdem fl-industrija u biex tallinja r-restrizzjoni applikata fil-każ tal-qraba immedjati tal-membri tal-kumitat u tal-grupp ta' ħidma b'interessi fl-industrija, ma' dawk diġà applikati lill-membri tal-bord ta' tmexxija; jistieden lill-Aġenzija tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza b'sommarju tal-valutazzjoni tal-impatt tal-politika riveduta;

10.

Josserva li l-politika riveduta dwar it-trattament tal-interessi ddikjarati tal-membri tal-persunal tal-Aġenzija u tal-kandidati qabel ir-reklutaġġ ġiet finalizzata f'Ottubru 2016; jinnota li din ir-reviżjoni żgurat allinjament fejn rilevanti mal-politiki riveduti fis-seħħ għall-membri tal-bord ta' tmexxija u l-membri u l-esperti tal-kumitat xjentifiku;

11.

Jinnota li l-politika riveduta dwar it-trattament tal-interessi li jikkompetu ma' xulxin għall-membri tal-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija ġiet adottata mill-bord ta' tmexxija tagħha f'Diċembru 2015; jinnota wkoll li l-politika l-ġdida daħlet fis-seħħ f'Mejju 2016;

12.

Jinnota li, f'Ġunju 2016, il-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija adotta Qafas globali għall-Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Partijiet Ikkonċernati li jiddeskrivi l-prinċipji għall-ġestjoni tal-interazzjonijiet tiegħu mal-partijiet ikkonċernati ewlenin u jenfasizza t-trasparenza bħala prinċipju essenzjali meta jiġu ġestiti dawn ir-relazzjonijiet; josserva li fl-2015 il-bord ta' tmexxija adotta qafas formalizzat għall-interazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati tal-industrija tiegħu u ppubblika rapport annwali dwar l-involviment tiegħu magħhom; jinnota wkoll li l-kriterji tal-eliġibilità għal partijiet ikkonċernati tal-industrija ġew finalizzati f'Ġunju 2016 għal implimentazzjoni fl-2017 u li lista ta' organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati tal-industrija li huma eliġibbli skont dawn il-kriterji kienet ippubblikata fuq is-sit web tal-Aġenzija f'Jannar 2017;

13.

Josserva li l-“Proċedura għall-ksur tal-fiduċja għall-membri u l-esperti tal-kumitati xjentifiċi” ġiet aġġornata f'April 2015; josserva li din il-proċedura tistabbilixxi kif l-Aġenzija tittratta dikjarazzjonijiet ta' interess mill-membri u l-esperti tal-kumitati li ma jkunux eżatti jew mhux kompluti; jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija tirrestrinġi b'mod immedjat lill-membri tal-kumitat xjentifiku jew tal-grupp ta' ħidma minn kwalunkwe parteċipazzjoni fl-evalwazzjoni tal-mediċini meta jkollhom l-intenzjoni li jibdew jaħdmu f'kumpanija farmaċewtika;

14.

Jinnota li l-Aġenzija stabbilixxiet uffiċċju kontra l-frodi bħala parti mill-istrateġija tagħha kontra l-frodi; jieħu nota li l-Aġenzija wettqet stħarriġ intern ta' maniġment superjuri li kejjel is-sensibilizzazzjoni dwar il-frodi, u żviluppat u nediet kors ta' tagħlim elettroniku obbligatorju kontra l-frodi għall-persunal kollu; jinnota, barra minn hekk, li l-kuntratti ta' akkwist standard ġew emendati biex jinkludu klawsoli kontra l-frodi;

15.

Josserva li l-Aġenzija adottat il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar intern ta' informazzjoni protetta f'Novembru 2014; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija bħalissa qed taħdem fuq politika biex tittratta r-rapporti minn sorsi esterni dwar kwistjonijiet fi ħdan l-ambitu tar-responsabbiltajiet tagħha (jiġifieri r-regoli dwar l-iżvelar estern ta' informazzjoni), u li l-approvazzjoni ta' din il-politika l-ġdida hija ppjanata li sseħħ sa tmiem l-2017; jilqa' din il-politika li għandha ssaħħaħ aktar l-isforzi tal-Aġenzija biex ixxerred kultura ta' integrità u ta' konformità fit-tħejjija u fil-preżentazzjoni ta' dokumenti regolatorji;

16.

Jinnota b'sodisfazzjon li r-regoli l-ġodda biex jissaħħu l-perjodi ta' preklużjoni attwali għall-esperti u l-persunal tal-Aġenzija ilhom implimentati mill-31 ta' Diċembru 2016;

17.

Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2015, l-Aġenzija adottat qafas strateġiku ġdid fuq ħames snin għall-komunikazzjonijiet korporattivi, li jindirizza s-sejbiet minn stħarriġ tal-partijiet ikkonċernati mwettaq dik is-sena; jinnota li din l-istrateġija tistabbilixxi kif l-Aġenzija biħsiebha tagħmel il-komunikazzjonijiet tagħha aktar effikaċi sabiex jgħinu lill-Aġenzija tissodisfa l-missjoni, l-objettivi u l-prijoritajiet korporattivi tagħha li jippromwovu s-saħħa pubblika fl-Unjoni;

18.

Ifakkar lill-Aġenzija li d-Direttiva 2003/63/KE tiddikjara li l-mediċini jkunu jistgħu biss jiġu kkunsidrati għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni għat-tqegħid fis-suq jekk ikunu ġew ittestjati skont linji gwida etiċi, u jfakkar lill-Aġenzija dwar l-impenn tagħha biex twettaq kontrolli supplementari fuq provi kliniċi mwettqa barra mill-Unjoni Ewropea qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni għall-kummerċ tal-mediċini (1); għalhekk, minħabba l-vulnerabbiltajiet speċjali ta' dawk it-testijiet, jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza kull sena dwar l-azzjonijiet meħuda biex jiżguraw li l-mediċini għas-suq tal-Unjoni kienu ttestjati mil-lat etiku f'pajjiżi bi dħul baxx u medju, skont il-liġi;

19.

Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija biex tissensibilizza ulterjorment lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika tagħha dwar il-kunflitti ta' interess, b'mod parallel mal-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin diġà u l-inklużjoni tal-integrità u tat-trasparenza bħala punti obbligatorji li jridu jiġu diskussi waqt il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-analiżijiet tal-prestazzjoni;

Prestazzjoni

20.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija laħqet il-miri tagħha għall-maġġoranza tal-indikaturi ta' prestazzjoni kwalitattivi u kwantitattivi mmonitorjati ppreżentati fir-rapport annwali ta' attività tagħha; josserva li dan is-sett estensiv jinkludi indikaturi ta' prestazzjoni bħalma huma l-perċentwal ta' karigi mimlija fil-pjan ta' stabbiliment tal-Aġenzija, il-perċentwal ta' pagamenti li saru fil-limiti tar-regolament finanzjarju, jew il-livell ta' sodisfazzjoni tas-sħab u/jew tal-partijiet ikkonċernati bil-komunikazzjonijiet tal-Aġenzija;

Kontrolli interni

21.

Josserva li, fl-2014, l-Aġenzija wettqet analiżi ta' riskji potenzjali li jista' jkollhom impatt fuq l-ilħuq tal-objettivi tal-Aġenzija; jinnota li l-ebda wieħed mir-riskji identifikati ma kien ikkunsidrat bħala kritiku u li l-ebda wieħed ma mmaterjalizza matul l-2015;

22.

Jinnota li l-effikaċja tal-istandards ta' kontroll intern (ICS) tal-Aġenzija ġiet ivvalutata permezz ta' kwestjonarju intern indirizzat lill-maniġment tal-Aġenzija; jirrikonoxxi l-fatt li l-valutazzjoni kkonkludiet li l-ICS qed jiġu implimentati b'mod effikaċi; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija għandha l-ħsieb li tieħu miżuri sabiex ittejjeb iktar l-effiċjenza u l-applikazzjoni tal-ICS dwar l-objettivi u l-indikaturi tal-prestazzjoni, l-istruttura operattiva, il-ġestjoni tad-dokumenti, u l-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

Awditu intern

23.

Jinnota li l-11-il rakkomandazzjoni mmarkati bħala “Importanti ħafna” u li jirriżultaw minn awditi mwettqa mill-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) tal-Aġenzija kienu miftuħa fl-aħħar tal-2015; jirrikonoxxi l-fatt li dawn ir-rakkomandazzjonijiet kollha ġew fil-limitu ta' żmien maqbul mal-IAC;

24.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-ebda rakkomandazzjoni mmarkata bħala “Kritika” jew “Importanti ħafna” mis-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ma kienet miftuħa sal-31 ta' Diċembru 2015; jirrikonoxxi l-fatt li, fl-2015, l-IAS wettaq awditu fil-qasam tal-proċeduri ta' regolamentazzjoni pedjatrika u li ma identifikax kwistjonijiet importanti ħafna jew kritiċi;

25.

Josserva li, fl-2015, l-IAC tal-Aġenzija wettqet awditi f'diversi oqsma, u li fi tmiem is-sena ma kien għad hemm l-ebda rakkomandazzjoni kritika miftuħa; jinnota li, fl-oqsma tas-sigurtà tal-informazzjoni relatata mal-prodott, tal-elementi fundamentali tal-assigurazzjoni u tas-sorveljanza bil-video, l-awditi identifikaw lok għal aktar titjib; jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija ħejjiet pjanijiet ta' azzjoni biex tindirizza l-kwistjonijiet identifikati; jistieden lill-Aġenzija tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza r-riżultati tal-azzjonijiet implimentati;

Kummenti oħra

26.

Jinnota li, fl-2015, tfakkru l-20 anniversarju tal-Aġenzija u l-50 anniversarju tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika fl-Unjoni;

27.

Jinnota li, fl-2015, l-Aġenzija rrakkomandat li 93 mediċina jingħataw l-awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni u li dawn jinkludu 39 sustanza attiva ġdida; jisħaq li tali sustanzi qatt ma kienu ġew awtorizzati f'mediċina fl-Unjoni u li mhuma relatati mal-istruttura kimika tal-ebda sustanza awtorizzata oħra;

28.

Jissottolinja li jkun tajjeb li l-Aġenzija tkompli tippromwovi d-djalogu mal-partijiet interessati u maċ-ċittadini, u tinkorporah bħala parti mill-prijoritajiet u l-attivitajiet li jridu jiġu implimentati;

29.

Itenni r-rwol importanti tal-Aġenzija fil-ħarsien u l-promozzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali billi tivvaluta u tissorvelja l-mediċini għall-użu uman jew veterinarju;

30.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija nediet proġett pilota f'Marzu 2014 dwar l-użu sikur tar-rotot adattivi; jinnota li dan il-proġett pilota għandu l-għan li jidentifika l-għodod xierqa fi ħdan il-qafas regolatorju attwali biex jinġiebu fis-suq mediċini li jindirizzaw il-ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati għal popolazzjoni definita ta' pazjenti, u li jiżgura li l-awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni tingħata biss jekk il-bilanċ tal-benefiċċji u tar-riskji jkun wieħed pożittiv, mingħajr ma jikkomprometti s-sikurezza tal-pazjent jew jibdel l-istandards tal-approvazzjoni regolatorja;

31.

Jinnota li fit-23 ta' Ġunju 2016, iċ-ċittadini tar-Renju Unit ivvutaw biex jitilqu mill-Unjoni; jindika li l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprevedi li Stat Membru li jiddeċiedi li joħroġ mill-Unjoni għandu jinnotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu, u l-Unjoni għandha tinnegozja u tikkonkludi ma' dak l-Istat ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu; jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li l-kontijiet u n-noti relatati tal-Aġenzija, li tinsab f'Londra (ir-Renju Unit), tħejjew bl-użu tal-informazzjoni li kienet disponibbli fid-data tal-iffirmar ta' dawn il-kontijiet, meta r-riżultati tar-referendum kienu għadhom mhumiex magħrufa, u kienet għadha ma ġietx ippreżentata n-notifika formali li tinvoka l-Artikolu 50;

32.

Josserva li, wara l-eżitu tar-referendum tar-Renju Unit fit-23 ta' Ġunju 2016, l-Aġenzija stabbiliet task force speċifika biex tiffoka fuq aspetti dwar it-tħejjija ta' rilokazzjoni, it-tħejjija operattiva u finanzjarja, il-kwistjonijiet relatati mar-riżorsi umani u l-komunikazzjoni (interna u esterna); josserva li l-ħidma li għaddejja bħalissa hija ffokata fuq l-impatt ta' telf tal-persunal tal-EMA fil-każ ta' rilokazzjoni u telf ta' għarfien espert estern minħabba n-nuqqas ta' potenzjal ta' għarfien espert mir-Renju Unit fil-kumitati xjentifiċi u f'fora oħra tal-EMA; jinnota li valutazzjoni tal-impatt inklużi soluzzjonijiet ta' rimedju għandhom ikunu disponibbli sa tmiem l-ewwel kwart tal-2017;

33.

Jilqa' l-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-impenji u l-obbligazzjonijiet kuntrattwali attwali tagħha marbuta mal-preżenza fiżika tagħha fir-Renju Unit; jinnota bi tħassib li l-kuntratt ta' kera tal-Aġenzija sal-2039 ma jinkludix klawsola ta' terminazzjoni bikrija biex jirrilaxxa lill-Aġenzija mill-obbligazzjonijiet tal-kera u l-ispejjeż assoċjati, u li l-kera pagabbli għall-bqija tal-perjodu bejn l-2017 u l-2039 hija stmata għal EUR 347,6 miljun; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza rigward kwalunkwe żvilupp dwar din il-kwistjoni;

34.

Jirrikonoxxi l-fatt li n-nuqqas ta' klawżola ta' rexissjoni ġiet innutata fl-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits tal-24 ta' Mejju 2011 u li l-ftehim ta' kiri ġie ffirmat fl-2011 meta ma kienx previst ħruġ potenzjali tar-Renju Unit mill-Unjoni; madankollu, l-ispejjeż assoċjati mar-rilokazzjoni raġonevolment ikunu mistennija li jiġu kkunsidrati fin-negozjati dwar l-irtirar ta' ftehim bejn l-Unjoni u l-Gvern tar-Renju Unit; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza rigward kwalunkwe żvilupp dwar din il-kwistjoni;

35.

Jisħaq fuq ir-riskju ta' volatilità baġitarja li qed tħabbat wiċċha miegħu l-Aġenzija b'konsegwenza tal-eżitu tar-referendum fir-Renju Unit dwar is-sħubija fl-Unjoni; jipproponi, fl-ispirtu ta' ġestjoni finanzjarja tajba, li l-Aġenzija tiġi awtorizzata żżomm riżerva baġitarja biex tirreaġixxi għal spejjeż imprevisti li jistgħu jiġġarbu fl-2017 u għal varjazzjonijiet mhux favorevoli fir-rata tal-kambju li jista' jkun li jiġġarrbu, jew wara l-2017, b'konsegwenza ta' dik id-deċiżjoni, biex jiġi żgurat li l-Aġenzija tkun tista' tkompli twettaq il-kompiti tagħha b'mod effikaċi; jitlob ukoll, f'dan ir-rigward, lill-Aġenzija tipproduċi pjan komprensiv tal-kontinwità tan-negozju li jittratta r-riskji doppji u konnessi mal-volatilità baġitarja u tan-negozju;

36.

Jinnota li l-Aġenzija nediet proġett pilota dwar “rotot adattivi” f'Marzu 2014 bil-għan li taċċellera l-awtorizzazzjonijiet tas-suq għal mediċini speċifiċi bl-użu tal-hekk imsejħa awtorizzazzjoni sussegwenti għat-tqegħid fis-suq; jinsab imħasseb li l-proġett pilota jqajjem ammont ta' tħassib dwar is-saħħa pubblika u jdgħajjef il-missjoni ewlenija tal-Aġenzija, jiġifieri li tiġi żgurata s-sikurezza tal-mediċini; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-proġett u l-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li din l-aċċellerazzjoni tal-proċedura ma ddgħajjifx l-missjoni ewlenija tagħha;

37.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Dokument ta' riflessjoni dwar l-aspetti etiċi u tal-prassi klinika tajba (PKT) tal-provi kliniċi ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem imwettqa barra mill-UE/ŻEE u ppreżentata fl-applikazzjonijiet ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq lill-Awtoritajiet Regolatorji tal-UE (Agenzija Ewropea ghall-Medicini dokument EMA/121340/2011).

(2)  Testi adottati, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/256


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1683 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0055/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0084/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 123.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/257


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1684 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0051/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0099/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 128.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/258


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1685 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0099/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (“iċ-Ċentru”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 18 519 843, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 18,15 % meta mqabbel ma' dak tal-2014; billi ż-żieda kienet prinċipalment dovuta għad-dħul proprju taċ-Ċentru, inkluż il-bejgħ ta' bini, ta' EUR 5 000 000 u d-dħul assenjat (IPA 5) ta' EUR 600 000; billi 79,9 % tal-baġit taċ-Ċentru jinsilet mill-baġit tal-Unjoni,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”) stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.

Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li:

huwa adotta l-proċeduri u regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta (whistleblowing) li jittrasponu l-linji gwida tal-Kummissjoni u li jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet li esprima l-Ombudsman Ewropew;

id-Direttur tiegħu, li huwa l-uniku membru tad-diriġenza superjuri fiċ-Ċentru, ippubblika d-dikjarazzjoni tal-interessi tiegħu b'mod volontarju fuq is-sit taċ-Ċentru fuq l-Internet;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,83 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 97,35 %, li tirrappreżenta żieda ta' 2,42 % meta mqabbla ma' dik tal-2014; jinnota b'sodisfazzjon li l-livell kumplessivament għoli tal-approprjazzjonijiet impenjati indika li l-impenji saru puntwalment;

Impenji u riporti

3.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-livell ta' 8 % (EUR 406 487) tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kien baxx meta mqabbel ma' dak ta' 26 % (EUR 673 534) fl-2014; jinnota li fl-2015 iċ-Ċentru kkonsma 93,69 % tal-fondi riportati mill-2014 għall-2015;

Proċeduri ta' akkwist

4.

Jinnota l-fatt li ċ-Ċentru implimenta pjan ta' akkwist ġdid li ġie eżegwit b'suċċess f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-unitajiet kollha; jinnota barra minn hekk li ċ-Ċentru pparteċipa fil-laqgħa tan-Netwerk tal-Uffiċjali tal-Aġenziji responsabbli għall-Proċeduri ta' Akkwist sabiex ikun jista' jieħu sehem fi skambju ta' esperjenza biex ikompli ulterjorment jimplimenta miżuri għar-razzjonalizzazzjoni u l-ottimizzazzjoni tal-proċessi tal-appalti u l-proċessi finanzjarji l-oħra;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

5.

Jirrikonoxxi li l-bord ta' tmexxija taċ-Ċentru adotta politika ġdida dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess li tikkonċerna lill-membri tal-bord ta' tmexxija u tal-kumitat xjentifiku; jirrikonoxxi li, b'konsegwenza ta' dan, id-dikjarazzjonijiet tal-membri ġew ippubblikati fuq is-sit taċ-Ċentru fuq l-Internet; jinnota li, fuq is-sit tiegħu fuq l-Internet, is- CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi huma organizzati tajjeb, viżibbli, aċċessibbli u jistgħu jintużaw faċilment; jinnota li l-bord ta' tmexxija taċ-Ċentru, f'Diċembru 2014, adotta l-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jinnota li din il-politika ilha fis-seħħ minn Settembru 2015, u tinkludi mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-bord ta' tmexxija u tal-kumitat xjentifiku;

6.

Jirrikonoxxi li ċ-Ċentru qiegħed għad-dispożizzjoni fis-sit tiegħu fuq l-Internet pubblikazzjoni li tinkludi l-formoli kollha bid-dikjarazzjonijiet tal-interessi u sommarju tal-attivitajiet professjonali tal-membri tal-bord ta' tmexxija, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-interessi, id-dikjarazzjonijiet ta' indipendenza u sommarju tas-CVs kollha għall-membri tal-kumitat xjentifiku; jappella liċ-Ċentru biex jippubblika fuq is-sit tiegħu fuq l-Internet is-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri nnominati, is-sostituti jew l-osservaturi;

Kontrolli interni

7.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, iċ-Ċentru ma rrispettax il-limitu massimu għall-kuntratti li kien speċifikat fl-avviż dwar il-kuntratt għal kuntratt qafas li ġie iffirmat fl-2012; jinnota wkoll l-ispjegazzjoni taċ-Ċentru li l-ammont ikkonċernat issemma bħala stima fl-avviż dwar il-kuntratt bi qbil mar-regoli finanzjarji relevanti, u li l-kuntratt konkluż la semma dan l-ammont u lanqas ma semma xi soll massimu ieħor; jirrikonoxxi li ċ-Ċentru temm dan il-kuntratt u nieda proċedura ta' akkwist ġdida għas-servizzi kkonċernati. jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru implimenta proċess speċifiku biex itejjeb l-ippjanar ċentrali u l-monitoraġġ tal-proċeduri ta' akkwist tiegħu, inkluż għall-kuntratti qafas;

Awditu intern

8.

Jinnota l-għeluq tal-unika rakkomandazzjoni ewlenija pendenti minn awditu li twettaq fl-2013 mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) dwar “Il-baġit u l-monitoraġġ fi ħdan l-EMCDDA”;

9.

Jinnota li l-IAS wettaq awditu dwar “Il-ġestjoni tal-proġetti informatiċi” fiċ-Ċentru u li minnu ħarġu sitt rakkomandazzjonijiet ewlenin li koprew kwistjonijiet dwar l-allinjament bejn l-attività u l-informatika, il-ġestjoni tal-proġett informatiċi, u r-rekwiżiti għall-iżvilupp tal-immaniġġjar u tas-sistemi; jinnota, barra minn hekk, li ċ-Ċentru stabbilixxa pjan ta' azzjoni xieraq li ġie approvat mill-bord ta' tmexxija tiegħu, u li r-rakkomandazzjonijiet kellhom jiġu segwiti fis-sustanza miċ-Ċentru; jappella liċ-Ċentru biex jgħaddi rapport lill-awtorità ta' kwittanza hekk kif jibda jiġi implimentat il-pjan ta' azzjoni;

10.

Jinnota l-fatt li l-IAS wettaq valutazzjoni tar-riskju komprensiva fir-rigward tal-governanza, tal-attivitajiet prinċipali u tal-proċessi ta' appoġġ, u li l-Pjan Strateġiku għall-Awditjar Intern tal-IAS għall-2016–2018 ffoka fuq żewġ suġġetti ewlenin għall-awditjar fil-futur (“Il-ġestjoni tal-ġbir, il-validazzjoni u l-assigurazzjoni tal-kwalità tad-data” u “Il-ġestjoni tal-pubblikazzjonijiet”);

Strateġija kontra l-frodi

11.

Jinnota li, f'Ġunju 2016, iċ-Ċentru adotta strateġija kontra l-frodi bi qbil mal-metodoloġija u mal-gwida pprovduti mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF); jinnota li din l-istrateġija tintegra, tikkompleta u tiżviluppa l-miżuri li kienu diġà fis-seħħ għal sensibilizzazzjoni dwar l-etika tal-persunal u dwar ir-rigali u l-ospitalità offruti minn partijiet terzi;

Kummenti oħra

12.

Jinnota li, skont ir-riżultati tal-eżerċizzju ta' analiżi tal-persunal taċ-Ċentru, 68,56 % tar-riżorsi umani tagħha ġew iddedikati għal attivitajiet operattivi, 20,68 % ġew allokati għal appoġġ u koordinament amministrattivi u 10,76 % ġew assenjati għal operazzjonijiet meqjusa newtrali fl-2015;

13.

Jinnota b'sodisfazzjon l-isforzi kontinwi taċ-Ċentru biex isaħħaħ il-kooperazzjoni mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk li jaħdmu fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u f'dak tas-saħħa; jinnota wkoll li s-sinerġiji miksuba flimkien mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima wasslu għal kisbiet fl-effiċjenza grazzi għall-kondiviżjoni tal-ispejjeż għat-telekomunikazzjonijiet u s-servizzi bbażati fuq l-Internet;

14.

Jirrileva s-suċċess taċ-Ċentru fil-missjonijiet differenti tiegħu; jilqa' l-istrateġija u l-programm ta' ħidma ġodda għall-perjodu 2016–2018; jinkoraġġixxi, madankollu, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġija fuq żmien ferm itwal, hekk kif impenja ruħu li jagħmel id-Direttur tiegħu;

15.

Jenfasizza r-rwol importanti taċ-Ċentru fl-identifikazzjoni ta' tendenzi ġodda, fil-valutazzjoni tat-theddid li jippreżentaw id-drogi għas-saħħa u s-sigurtà taż-żgħażagħ Ewropej u fl-iżvilupp ta' strateġiji ta' prevenzjoni; jilqa' l-fatt li ġew innotifikati 98 sustanza psikoattiva ġdida; jinkoraġġixxi biex jitkomplew l-isforzi għall-monitoraġġ tal-użu tal-Internet bħala mezz għall-provvista tad-droga;

16.

Jirrikonoxxi l-fatt li ċ-Ċentru ħareġ 45 pubblikazzjoni u kkontribwixxa l-għarfien espert tiegħu lil madwar 300 avveniment estern xjentifiku u istituzzjonali ewlieni, u li l-membri tal-persunal tiegħu kkontribwew għal 27 artikolu xjentifiku; jinkoraġġixxi d-disseminazzjoni tar-riżultati permezz tal-media soċjali u għodod fuq l-Internet;

17.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/261


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1686 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0051/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0099/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 128.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/262


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1687 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0058/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0130/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 133.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/263


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1688 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0130/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 54 611 883, li jirrappreżenta żieda ta' 4,21 % meta mqabbel mal-2014,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”) stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,23 %, li tfisser żieda ta' 4,45 % meta mqabbla mal-2014, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 96,52 %, li tfisser żieda ta' 2,75 %;

2.

Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija rristrutturat l-istruttura baġitarja tagħha fl-2014 b'effett mill-Baġit 2015 sabiex jingħata appoġġ aħjar għall-bżonnijiet kummerċjali tal-Aġenzija; josserva barra minn hekk li t-tieni fażi tar-ristrutturar se jkollha effett fuq il-baġit fl-2016; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-impatt prattiku u l-effiċjenzi miksuba bl-istruttura tal-baġit il-ġdida;

Impenji u riporti

3.

Jirrikonoxxi li, skont l-awditu annwali tal-Qorti, kif ukoll skont ir-rapport ta' kontijiet annwali tal-Aġenzija, ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni partikolari fir-rigward tal-livell ta' riporti fl-2015; josserva mill-ammont totali riportat mill-2014 għall-2015 (EUR 35 987 101), 46 % kienu kkunsmati, 50 % baqgħu bħala “ammont liberu” (ammont dovut, iżda mhux imħallas) u 4 % tat-total kien ikkanċellat; jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel mill-Aġenzija u kkomunikati lill-Qorti;

Trasferiment

4.

Jieħu nota tal-fatt li fl-2015 l-Aġenzija wettqet total ta' 10 trasferimenti bejn titoli baġitarji; jirrikonoxxi l-fatt li dawn it-trasferimenti kienu taħt il-limitu ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja murija fuq il-linja baġitarja li minnha jsir it-trasferiment fil-każ ta' trasferimenti minn titolu wieħed għall-ieħor; josserva li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

5.

Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija nediet 88 proċedura ta' akkwist, bi 13 minnhom li kienu proċeduri nnegozjati speċjali u l-75 l-oħra kienu jinkludu proċedura nnegozjata miftuħa u b'valur baxx;

6.

Jinnota mir-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija li fl-2015, l-Aġenzija kellha 207 kariga fl-organigramma tagħha; josserva li filwaqt li fil-Pjan ta' Stabbiliment tal-Aġenzija għall-2015, ġġew indikati 207 kariga statutorja, l-Aġenzija wettqet l-attivitajiet proposti fil-Programm ta' Ħidma 2015 b'202 karigi statutorji, peress li ħames karigi ġew iffriżati għal tnaqqis previst fl-2016;

7.

Jinnota r-riżultati tat-tieni eżerċizzju ta' valutazzjoni komparattiva dwar il-karigi tal-Aġenzija, b'21,67 % tal-impjiegi ddedikati għall-koordinazzjoni u l-appoġġ fil-livell amministrattiv, 71,29 % għall-kompiti operattivi u 7,05 % għall-kompiti ta' kontroll u dawk finanzjarji; jiddispjaċih dwar it-tnaqqis kontinwu fil-livell tal-persunal, filwaqt li fl-istess ħin il-kompiti mogħtija lill-Aġenzija qed jiżdiedu;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

8.

Josserva li l-Aġenzija ppubblikat “Id-Dikjarazzjonijiet ta' Impenn u Kunfidenzjalità” iffirmati mill-membri tal-bord amministrattiv tagħha, flimkien mas-CVs tagħhom, kif mitlub mill-awtorità ta' kwittanza fil-proċeduri ta' kwittanza preċedenti;

9.

Jikkonstata bi tħassib li d-dikjarazzjonjiet ta' interess tal-membri tal-bord amministrattiv tagħha mhumiex ippubblikati fuq is-sit web u l-Aġenzija ma pprovdiet l-ebda kontroll jew aġġornament tad-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord maniġerjali tagħha; iħeġġeġ lill-Aġenzija tirrimedja s-sitwazzjoni billi tippubblika tali dokumenti u tintroduċi verifiki, sabiex tiżgura s-sorveljanza u l-iskrutinju pubbliku meħtieġ tal-ġestjoni tagħha;

10.

Jikkonstata b'sodisfazzjon li l-bord amministrattiv tal-Aġenzija fl-2015 adotta strateġija għall-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-frodi, li hija msejsa fuq il-metodoloġija u l-gwida għal strateġija kontra l-frodi mressqa mill-OLAF, kif ukoll fuq l-Istrateġija Kontra l-Frodi tad-DĠ Move tal-Kummissjoni;

11.

Jikkonstata bi tħassib li l-Aġenzija ma ħadet l-ebda inizjattiva speċifika sabiex iżżid it-trasparenza tagħha rigward il-kuntatti tagħha mal-partijiet interessati u mal-lobbisti; jistieden lill-Aġenzija tadotta politika proattiva ta' trasparenza fil-lobbying;

Awditu intern

12.

Jirrikonoxxi l-fatt li fl-2015, il-korpi ta' awditjar tal-Aġenzija ma ħarġu l-ebda rakkomandazzjoni jew osservazzjoni ta' awditu kritika li setgħet twassal għal riżerva fid-dikjarazzjoni annwali ta' assigurazzjoni; jinnota b'sodisfazzjoni li r-rakkomandazzjonijiet u l-osservazzjonijiet kollha li ġejjin mill-awditi differenti mis-snin qabel l-2015, ingħalqu fil-31 ta' Diċembru 2015;

Kontroll intern

13.

Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija żviluppat u implimentat serje ta' miżuri interni biex tiżgura li l-attivitajiet tagħha jkunu soġġetti għal kontroll u pprovdiet assigurazzjoni raġonevoli għall-ġestjoni tal-kisbiet tal-objettivi tagħha; josserva li l-Aġenzija implimentat ġabra sħiħa ta' Standards ta' Kontroll Intern (ICS) li huma bbażati fuq standards ekwivalenti stabbiliti mill-Kummissjoni u minn rekwiżiti minimi li ġew adottati mill-bord amministrattiv tiegħu;

Prestazzjoni

14.

Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija kkooperat b'mod estensiv fuq livell operattiv, fil-qasam tal-monitoraġġ marittimu, is-sorveljanza u l-qsim tal-informazzjoni, ma' aġenziji tal-Unjoni u ma' korpi oħrajn (EFCA, Frontex, EU NAVFOR, MAOC-N), sabiex tikkapitalizza fuq l-għarfien espert attwali u s-servizzi f'modi ta' benefiċċju reċiproku; jikkonstata li minn Diċembru 2014, l-Aġenzija tospita l-Business Continuity Facility of the Fusion for Energy Joint Undertaking (F4E) f'Madrid; jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija kompliet tikkoopera mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) sabiex tkun tista' wkoll tuża ċ-ċentru ta' kontinwità kummerċjali tal-Aġenzija; jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija ħadmet mill-qrib maċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) biex tiżviluppa kooperazzjoni u sinerġiji bejn iż-żewġ aġenziji bil-għan li żżid l-effiċjenza u l-kosteffikaċja minħabba l-prossimità ġeografika tal-aġenziji;

Kummenti oħra

15.

Jinnota bi tħassib li hemm żbilanċ sinifikanti bejn is-sessi ta' 20 %/80 % fir-rigward tal-membri tal-bord amministrattiv u tal-membri sostituti; iħeġġeġ lill-Aġenzija tikkoreġi dan l-iżbilanċ u tikkomunika l-progress magħmul lill-Parlament mill-aktar fis possibbli;

16.

Jenfasizza l-kontribut tal-Aġenzija għas-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis mill-bastimenti kif ukoll mill-istallazzjonijiet lil hinn mill-kosta għall-isfruttament tal-gass u taż-żejt fl-Ewropa, u l-assistenza li tat lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni skont id-dritt internazzjonali u tal-Unjoni; jilqa' u jinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni min-naħa tal-Aġenzija ma' Aġenziji Ewropej oħra fir-rigward tal-kriżi tar-rifuġjati u jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li l-Aġenzija tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha b'mod effikaċi, inkluż meta tittratta attivitajiet ta' importanza kritika li jmorru lil hinn mill-mandat tagħha, jiġifieri l-kontribut għall-kriżi tar-rifuġjati f'termini ta' għarfien speċjalizzat, appoġġ operattiv u persunal tal-Aġenzija;

17.

Jenfasizza li l-għarfien speċjalizzat u l-kapaċitajiet interni tal-Aġenzija jagħtuha l-opportunità li tespandi l-azzjoni u l-għoti ta' servizz tagħha fuq skala aktar globali, u b'hekk tikkontribwixxi biex iżżid l-ambitu tal-oqfsa regolatorji u l-istandards tas-sikurezza u dawk ambjentali tal-Unjoni;

18.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/266


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1689 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0058/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0130/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 133.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/267


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1690 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0062/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0115/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 138.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/268


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1691 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0115/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 10 064 274, li jfisser żieda ta' 3,37 % meta mqabbel mal-2014,

B.

billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 ammontat għal EUR 9 155 661, li jirrappreżenta żieda ta' 3,8 % meta mqabbel mal-2014,

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 (ir-“rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

D.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Segwitu 2014

1.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija:

se tinkludi kapitolu standard dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità fir-rapport annwali tagħha tal-2016;

bħala segwitu għall-kwittanzi 2013 u 2014, għadha tagħmel ħlasijiet tal-kera għall-uffiċċji f'Ateni mill-awtoritajiet Griegi b'dewmien konsiderevoli, li jwassal għal dewmien fil-pagamenti lis-sidien il-kera f'Ateni u f'Heraklion;

2.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija għamlet sforzi sinifikanti kontinwi biex tikkopera mal-awtoritajiet Griegi sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni, peress li fil-preżent, ebda soluzzjoni oħra ma tidher possibbli, u l-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet Griegi għanhdom isibu soluzzjoni għal din il-kwistjoni sabiex jitnaqqsu b'mod sinifikanti r-riskji li l-Aġenzija hija esposta għalihom;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata eċċezzjonali ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 92,89 %, li tirrappreżenta żieda ta' 7,28 % meta mqabbla mal-2014;

Impenji u riporti

4.

Jinnota li r-riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kienu jammontaw għal EUR 150 000 (22 %), li huwa aktar baxx apparagun ta' EUR 600 000 (49 %) fl-2014; jinnota, barra minn hekk, li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' investimenti fl-infrastruttura tal-IT li ġew ordnati kif ippjanat fi tmiem l-2015; jirrimarka li r-rata globali ta' approprjazzjonijiet riportati naqset minn 15 % fl-2014 għal 7 % fl-2015;

5.

Jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati, minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, u li mhux neċessarjament jindikawdgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati min qabel mill-Aġenzija u kkomunikati lill-Qorti;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

6.

Jinnota li, fl-aħħar tal-2015, l-Aġenzija impjegat 69 membru tal-persunal; jinnota, barra minn hekk, li 4 membri tal-persunal telqu l-Aġenzija u 17-il membru ġdid tal-persunal ġie rreklutat matul l-2015;

7.

Jinnota li l-Aġenzija ssibha diffiċli li tirrekluta, tattira u żżomm persunal ikkwalifikat b'mod xieraq, prinċipalment minħabba t-tipi ta' karigi li qegħdin jiġu offruti (aġenti kuntrattwali) u l-fattur koeffiċjenti baxx li japplika għal salarji għall-impjegati tal-Aġenzija fil-Greċja; jistieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni biex jirrapportaw lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-soluzzjonijiet possibbli għall-problema;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u trasparenza

8.

Jinnota li l-Aġenzija biħsiebha tadotta r-regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta fl-ewwel kwart tal-2017; jistieden lill-Aġenzija tadotta politika interna dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta li trawwem kultura ta' trasparenza u responsabilità fuq il-post tax-xogħol, biex b'mod regolari tinforma u tħarreġ l-impjegati dwar id-dmirijiet u d-drittijiet tagħhom fir-rigward dik il-politika, biex tiżgura l-protezzjoni tal-informatur minn ritaljazzjoni, biex issegwi s-sustanza tat-twissijiet tal-informaturi f'waqthom u biex tistabbilixxi mezz għal rappurtar intern anonimu; jappella lill-Aġenzija biex tippubblika rapporti annwali dwar l-għadd ta' każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta u kif ġew segwiti u biex tipprovdi dawk ir-rapporti lill-awtorità ta' kwittanza; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza meta r-regoli interni tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta jiġu stabbiliti u implimentati;

9.

Jinnota bi preokkupazzjoni li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija u tal-bord eżekuttiv tagħha ma jiġux ippubblikati fuq is-sit web tagħha, ħlief għas-CV tal-president tal-bord tat-tmexxija; jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma pprevediet l-ebda arranġamenti għall-verifika jew l-aġġornament tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi; jistieden lill-Aġenzija tirmedja s-sitwazzjoni u tippubblika dawn id-dokumenti kemm jista' jkun malajr sabiex tiżgura s-sorveljanza u l-iskrutinju pubbliku meħtieġa tat-tmexxija tagħha; jistieden lill-Aġenzija tiżgura li dawk id-dikjarazzjonijiet ta' interessi huma vverifikati u aġġornati regolarment;

10.

Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma pprevediet l-ebda inizjattiva speċifika għat-titjib tat-trasparenza fil-kuntatti tagħha mal-lobbyists u mal-partijiet ikkonċernati; jistieden lill-Aġenzija tadotta politika proattiva ta' trasparenza fil-lobbying;

Awditjar intern

11.

Jinnota li l-Aġenzija kellha rakkomandazzjoni miftuħa waħda mis-servizz tal-awditajr intern (IAS) tal-Kummissjoni li ngħalqet f'Jannar 2015; jinnota, barra minn hekk, li l-IAS kellu jwettaq valutazzjoni tar-riskju għall-Aġenzija fl-2016; jistenna b'interess ir-rapport annwali tal-Aġenzija għall-2016 u aktar informazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskji li tkun saret;

Kontroll intern

12.

Jinnota li skont l-Aġenzija, il-kontroll estensiv ex post għas-sena finanzjarja 2014, skont l-istandard ta' kontroll intern (ICS) Nru 8 “proċessi u proċeduri”, irriżulta f'għadd ta' rakkomandazzjonijiet, li kollha kienu indirizzati fl-2015; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li 174 tranżazzjoni finanzjarja li jirrappreżentaw 70,99 % tal-baġit tal-Aġenzija għall-2014 kienu kkontrollati, li jirriżulta f'rakkomandazzjoni waħda maħruġa rigward l-ittardjar fil-pagamenti; jirrikonoxxi li d-dewmien ma ġġenerax xi imgħax li jrid jitħallas;

Kummenti oħra

13.

Jinnota li l-preambolu tar-Regolament (UE) Nru 526/2013 jiddikjara li l-persunal primarjament involut fl-amministrazzjoni għandu jkun ibbażat f'Heraklion; jinnota l-fatt li, b' konformità mal-ġurisprudenza stabbilita, l-Aġenzija ma qisitx il-preambolu tar-Regolament (UE) Nru 526/2013 bħala fattur restrittiv fir-rilokazzjoni tagħha;

14.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija, fil-komunikazzjoni tagħha mal-awtoritajiet lokali u l-Kummissjoni, kompliet tenfasizza l-vantaġġi tar-rilokazzjoni tal-Aġenzija lejn l-uffiċċju uniku f'Ateni; jinnota, barra minn hekk, li l-ispiża stmata dwar ir-rilokazzjoni tal-14-il membru tal-persunal li baqgħu f'Heraklion kif ukoll tal-għamara kollha hija ta' madwar EUR 360 000; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Griegi, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija biex isibu soluzzjoni għall-kwistjoni taż-żewġ siti tal-Aġenzija malajr kemm jista' jkun sabiex jiġi żgurat użu aktar effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni;

15.

Jinnota li, fl-2015, 68 membru tal-persunal ipparteċipaw f'away day li swiet EUR 9 585 (EUR 141 kull persuna);

16.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/271


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1692 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0062/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0115/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 138.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/272


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1693 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (li issa saret l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0063/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0128/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 151.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.

(6)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/273


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1694 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (li issa saret l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0128/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 26 345 000, li jirrappreżenta żieda ta' 2,45 % meta mqabbel ma' dak għall-2014; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija ġej mill-baġit tal-Unjoni,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorita' ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija nediet mill-ġdid negozjati mal-gvern tal-Istat Membru ospitanti tagħha rigward il-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali tagħha, liema negozjati għandhom iwasslu biex l-operazzjonijiet kollha tal-Aġenzija jiġu ċċentralizzati f'post wieħed u għal tnaqqis tal-ispejjeż; jitlob li l-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-eżitu tan-negozjati;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,10 %, li tfisser żieda ta' 1,76 % meta mqabbla mal-2014, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89,78 %, li tfisser żieda ta' 3,96 % meta mqabbla mal-2014;

3.

Jinnota li, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament il-ġdid tal-Aġenzija li daħal fis-seħħ f'Ġunju 2016, l-Aġenzija hija awtorizzata timponi tariffi għal xi wħud mill-kompetenzi ġodda tagħha, inkluż il-ħruġ ta' ċertifikati tas-sikurezza, awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u l-approvazzjoni minn qabel ta' proġetti tal-binarji tas-Sistema tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju Ewropew (ERTMS); jinnota li l-Aġenzija qed tistabbilixxi mekkaniżmu tariffarju u qed tieħu inkunsiderazzjoni l-prattiki ta' aġenziji u korpi nazzjonali rilevanti oħra; jitlob lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta' kwittanza informata dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' dan il-mekkaniżmu ġdid;

Impenji u riporti

4.

Jinnota li, skont l-Aġenzija, il-livell ta' riporti kienu taħt il-limiti indikattivi użati mill-Qorti biex tivvaluta l-eżekuzzjoni tal-baġit (jiġifieri 10 % għat-Titolu I, 20 % għat-Titolu II u 30 % għat-Titolu III) għat-titoli baġitarji kollha;

5.

Jinnota titjib meta mqabbel mal-2014 fir-rigward tar-riporti (18,98 % meta mqabbel ma' 24,53 % fl-2014 għat-Titolu II, u 29,42 % meta mqabbel ma' 37,93 % fl-2014 għat-Titolu III); jilqa' l-fatt li l-limiti indikattivi użati mill-Qorti tal-Awdituri biex tivvaluta l-eżekuzzjoni tal-baġit fil-livell tar-riporti (10 % għat-Titolu I, 20 % għat-Titolu II u 30 % għat-Titolu III) intlaħqu;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

6.

Jinnota li, fi tmiem l-2015, l-Aġenzija impjegat 154 membru tal-persunal permanenti, li minnhom 134 kienu aġenti temporanji, 20 kienu aġenti kuntrattwali u 3 kienu esperti nazzjonali sekondati, meta mqabbel ma' 151 membru tal-persunal permanenti fi tmiem l-2014; jinnota, barra minn hekk, li skont l-Aġenzija 62 % tal-persunal tagħha huma rġiel u 38 % nisa; josserva li, skont l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni tal-karigi tal-Aġenzija, 64,61 % tal-impjiegi tal-Aġenzija huma marbuta mal-attivitajiet operazzjonali tagħha (meta mqabbla ma' 67,59 % fl-2014), 21,14 % huma fil-qasam tal-appoġġ amministrattiv u ta' koordinazzjoni (meta mqabbel ma' 20,72 % fl-2014) u 14,25 % huma newtrali (meta mqabbla ma' 11,69 % fl-2014);

7.

Jiddispjaċih għall-fatt li 92,6 % biss tal-fatturi kienu tħallsu sal-iskadenza stabbilita ta' 30 jum minħabba d-dewmien fl-ipproċessar tal-fatturi mill-persunal tal-Aġenzija, in-nuqqas ta' flus kontanti u n-nuqqas ta' qbil ma' fornituri dwar il-kontenut tal-fatturi;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

8.

Jinnota li, skont l-Aġenzija, il-politika l-ġdida tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess tal-membri tal-bord amministrattiv tagħha ġiet approvata; jinnota li l-Aġenzija konsegwentement ippubblikat id-dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u s-CVs tal-bord amministrattiv fis-sit web tagħha; jinnota, barra minn hekk, li ladarba l-politika dwar il-kunflitti ta' interessi tkun ġiet riveduta fl-2017, se tittieħed azzjoni għall-pubblikazzjoni tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-bord tal-ġestjoni tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord tal-ġestjoni tagħha fis-sit web tal-Aġenzija mingħajr aktar dewmien u twettaq ir-reviżjoni tal-politika b'mod parallel ma' dan; jitlob li l-Aġenzija tirapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultat tal-azzjoni;

9.

Jinnota li r-regoli dwar il-protezzjoni ta' min jiżvela informazzjoni protetta se jiġu adottati fl-2017; jitlob lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' dawn ir-regoli;

10.

Jinnota li, skont l-Aġenzija, hija bdiet timplimenta l-pjan ta' azzjoni definit fl-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Aġenzija; jinnota b'mod partikolari li l-Aġenzija organizzat żewġ sessjonijiet ta' taħriġ dwar l-etika u l-integrità li jkopru valuri etiċi u l-prevenzjoni tal-frodi; jinnota li r-rata ta' parteċipazzjoni tal-maniġment tal-Aġenzija kienet għolja, iżda kienet relattivament baxxa għall-kumplament tal-persunal; jinnota li t-taħriġ kellu jkompli fl-2016;

11.

Jinnota li fl-2015 l-Aġenzija ma għaddiet l-ebda każi ta' suspett ta' frodi lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF); jitlob lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni u s-sejbiet tal-OLAF;

Awditu intern

12.

Jirrikonoxxi li l-ebda rakkomandazzjoni kritika jew importanti ħafna ma ġew indirizzati lill-Aġenzija mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS); jinnota li l-IAS wettaq awditu dwar il-Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Partijiet Ikkonċernati u l-Komunikazzjoni Esterna; jinnota li, bħala riżultat, l-IAS ħareġ erba' rakkomandazzjonijiet importanti; jirrikonoxxi mill-Aġenzija li r-rakkomandazzjonijiet kienu fit-triq tajba biex jiġu implimentati f'waqthom fi ħdan il-qafas tal-Istrateġija ta' Komunikazzjoni tal-Aġenzija;

13.

Jinnota li, fir-rigward tal-verifiki preċedenti dwar Ġestjoni tal-esperti fl-oqsma tal-Interoperabilità, tar-Rapporti Annwali tal-Attività u tal-Proċess ta' Ppjanar u Bbaġitjar, l-IAS ikkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet kollha ħlief waħda kienu ġew implimentati mill-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li fir-rigward tal-unika rakkomandazzjoni miftuħa mmarkata bħala “importanti ħafna” dwar it-tisħiħ tal-proċedura ta' reklutaġġ, l-Aġenzija rrevediet il-proċedura tal-għażla u daħħlet, bħala miżura temporanja, kontroll ex-ante tal-proċeduri kollha ta' selezzjoni mill-Koordinatur tal-Kontroll Intern tagħha; jirrikonoxxi li r-riżultati tal-kontroll ex-ante kellhom jiġu pprovduti lill-IAS bħala evidenza għall-għeluq tar-rakkomandazzjoni, u jistenna l-evalwazzjoni tagħha;

Kontrolli interni

14.

Jinnota li l-Aġenzija għadha ma kkonformatx bis-sħiħ mal-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS) kollha fl-2015; jinnota b'mod partikolari li sitta mill-ICS (speċifikament Nru 2 “Etika u Valuri”, Nru 3 “Mobbiltà tar-reklutaġġ tal-persunal, tibdil”, Nru 4 “Prestazzjoni tal-persunal, ġestjoni u żvilupp”, Nru 9 “Sorveljanza tal-ġestjoni”, Nru 10 “Kontinwità tan-negozju” u Nru 11 “Ġestjoni tad-dokumenti”) kienu fil-proċess li jiġu implimentati u li l-ICS Nru 8 “Proċess u proċeduri” kien diġà parzjalment implimentat; jinnota b'sodisfazzjon li l-ICS Nru 12 dwar “Informazzjoni u komunikazzjoni” ġiet implimentata fl-2015;

15.

Jinnota li l-Aġenzija adottat Sistema ta' Ġestjoni Integrata bbażata fuq ir-rekwiżiti speċifikati fl-Istandards tal-Kontroll Intern u l-istandards tas-serje ISO 9001;

16.

Jinnota li l-eżerċizzju tal-valutazzjoni tar-riskju tal-2015 enfasizza riskji marbuta mal-estensjoni tal-mandat tal-Aġenzija fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tal-pilastru tekniku tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju kif ukoll riskji rigward kwistjonijiet potenzjali ta' sigurtà b'impatt fuq l-isfidi tal-interoperabilità u rigward sfidi fil-qasam tal-innovazzjoni li jaffettwaw il-kompetittività tas-settur ferrovijarju;

Il-politika tal-komunikazzjoni

17.

Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2015 l-Aġenzija adottat strateġija ta' komunikazzjoni li kellha l-għan li tkattar l-attivitajiet tal-midja soċjali, tvara mill-ġdid in-newsletter pubblika tagħha u d-disinn korporattiv tagħha, tibni repożitorju ta' immaġni diġitali biex turi l-ħidma tal-Aġenzija u tenfasizza li hija taħdem “għas-soċjetà”; jinnota li l-Aġenzija se tippreżenta sit web pubbliku ġdid (skont id-Dokument Uniku ta' Programmazzjoni 2017) sal-bidu tal-2017;

18.

Jinnota, b'sodisfazzjon, li fl-2016 l-Aġenzija wettqet diversi azzjonijiet biex tikkomunika lill-pubbliku l-attivitajiet, il-kisbiet u l-valur miżjud tagħha, permezz ta' diversi avvenimenti pubbliċi, inkluż fil-fiera InnoTrans f'Settembru 2016, f'forum f' Firenze, dwar id-diġitizzazzjoni tal-ferroviji, f'ċelebrazzjoni fl-okkażjoni ta' vot pożittiv dwar ir-Raba' Pakkett Ferrovjarju u l-bidla sussegwenti ta' isimha, u diversi workshops organizzati mill-unitajiet operazzjonali tagħha madwar l-Ewropa;

Kummenti oħra

19.

Jinnota bi tħassib li hemm żbilanċ sinifikanti bejn is-sessi ta' 86 %/14 % fir-rigward tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija u ta' 85 %/15 % fir-rigward tal-membri tal-bord tal-ġestjoni tagħha; iħeġġeġ lill-Aġenzija tikkoreġi dawn l-iżbilanċi u tikkomunika r-riżultati lill-awtorità ta' kwittanza mill-aktar fis possibbli;

20.

Jinnota li fl-2015 43 membru tal-persunal ipparteċipaw fl-“away days”, li għalihom l-ispiża kienet ta' EUR 5 000 (EUR 116 kull persuna) u li 320 membru tal-persunal ipparteċipaw f'“Avvenimenti oħra” (total ta' EUR 21 000, EUR 65 kull persuna);

21.

Jenfasizza r-rwol strateġiku tal-Aġenzija fit-titjib tal-kompetittività tat-trasport ferrovjarju ma' modi oħra ta' trasport, billi tnaqqas l-ostakoli amministrattivi u tekniċi, tħeġġeġ id-dħul fis-suq u tiżgura n-nondiskriminazzjoni, tonfoq fondi pubbliċi b'mod aktar effiċjenti fis-servizzi pubbliċi tat-trasport bil-ferrovija, u permezz ta' governanza aħjar tal-infrastruttura;

22.

Jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija fl-iżgurar tas-sikurezza u l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Ewropea; jilqa' r-rwol tal-Aġenzija fis-segwitu tal-iżvilupp, l-ittestjar u l-implimentazzjoni tas-Sistema tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju Ewropew (ERTMS), kif ukoll il-valutazzjoni ta' proġetti speċifiċi tal-ERTMS; jinnota, barra minn hekk, li rieżami tar-rwol tal-Aġenzija (eż. punt uniku ta' servizz għall-awtorizzazzjoni tal-vetturi u ċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza) u tas-setgħat tagħha jifforma parti mir-Raba' Pakkett Ferrovjarju; jenfasizza li, hekk kif l-Aġenzija tingħata responsabilitajiet akbar, se jkollha bżonn tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex twettaq il-kompiti ġodda u addizzjonali tagħha b'mod effikaċi u effiċjenti; jinnota, bi tħassib, il-kontradizzjoni bejn il-leġiżlazzjoni approvata reċentement li estendiet il-kamp ta' applikazzjoni tal-missjoni tal-Aġenzija u t-tnaqqis baġitarju relatat mal-Aġenzija li jrid jiġi implimentat fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020;

23.

Jappoġġja l-inizjattiva meħuda mill-Aġenzija fl-2015 li tistabbilixxi proċess ġdid biex tikseb impenn akbar mill-Istati Membri u mill-partijiet interessati fl-iżvilupp tal-programm ta' ħidma tal-2016; jilqa' l-varar tal-Pjattaforma tal-Partijiet Interessati tal-ERTMS u jfakkar li l-ERTMS hija kruċjali biex tinkiseb Żona Ferrovjarja Unika Ewropea; jenfasizza, għalhekk, li koordinazzjoni ottimizzata tal-iżvilupp u l-iskjerament tal-ERTMS, li tiżgura sistema tal-ERTMS unika, trasparenti, stabbli, affordabbli u interoperabbli madwar l-Ewropa kollha, hija prijorità ewlenija;

24.

Jilqa' l-approċċ proattiv tal-Aġenzija, li stabbiliet task force bi tħejjija għall-adozzjoni probabbli, fl-2016, tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju, u l-istatus il-ġdid tal-Aġenzija u r-rwol tagħha li qed jespandi;

25.

Jilqa' l-programm iffukat fuq it-tindif tar-regoli nazzjonali bil-għan li jitnaqqas l-impatt jew jiġu eliminati l-barrieri eżistenti bejn l-Istati Membri;

26.

Jappoġġja l-progress tal-Aġenzija lejn kooperazzjoni akbar mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) u mal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) sabiex tiġi żviluppata kultura komuni ta' sikurezza;

27.

Ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fil-proċedura baġitarja rigward l-irkupru tal-ammonti totali rilokati mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi;

28.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/277


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1695 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (li issa saret l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0063/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0128/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 151.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.

(6)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/278


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1696 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġiba tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0074/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0124/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttriċi Eżekuttiva tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttriċi Eżekuttiva tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 162.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/279


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1697 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0124/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“l-Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 34 031 603, li jfisser żieda ta' 2,3 % meta mqabbel mal-2014, u dan minħabba kompiti addizzjonali fdati f'idejn l-Awtorità,

B.

billi l-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni għall-baġit taċ-Ċentru għall-2015 kienet tammonta għal EUR 9 703 423, li tirrappreżenta żieda ta' 12,35 % meta mqabbla ma' dik għall-2014,

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”) iddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

D.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, il-Parlment jisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

1.

Jissottolinja li r-rwol tal-Awtorità huwa essenzjali biex jitrawmu applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni u koordinament aħjar fost l-awtoritajiet nazzjonali, u biex jiġu żgurati stabbiltà finanzjarja, trasparenza, swieq finanzjarji integrati aħjar u aktar sikuri, kif ukoll livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur u prattiki ta' superviżjoni konverġenti f'dan il-qasam;

2.

Ifakkar li l-Parlament serva ta' forza motriċi għall-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva, inklużi t-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE), biex tiġi żgurata sistema ta' superviżjoni finanzjarja aħjar wara l-kriżi finanzjarja;

Segwitu għall-kwittanza 2011, 2012 u 2014

3.

Jinnota bi tħassib, mir-rapport tal-Qorti, li l-istatus ta' azzjoni korrettiva għadu mmarkat bħala “għadha għaddejja” fir-rigward tat-tliet kummenti magħmula fir-rapporti tal-Qorti għall-2011 u għall-2012; iħeġġeġ lill-Awtorità timplimenta l-azzjoni korrettiva mill-aktar fis possibbli u tikkomunika r-riżultati ta' dik l-implimentazzjoni lill-awtorità ta' kwittanza;

4.

Jinnota, barra minn hekk, li l-istatus tal-azzjoni korrettiva fir-rigward tal-kumment tal-Qorti fir-rapport għall-2014 dwar il-fatt li tariffi ddebitati lil entitajiet sorveljati li dehru bħala dħul li hu bbażat fuq estimi aktar milli fuq kostijiet reali, għadu mmarkat bħala “għadha għaddejja”; jirrikonoxxi li, sabiex timplimenta r-rakkomandazzjoni tal-Qorti, l-Awtorità żviluppat sistema ta' pprezzar ibbażata fuq l-attivitajiet għall-kalkolu ta' tariffi minn entitajiet sorveljati; jinnota li l-Awtorità u l-awtorità ta' kwittanza għadhom qed jistennew il-kummenti tal-Qorti dwar l-istatus ta' din l-azzjoni korrettiva;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.

Jirrikonoxxi li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,64 %, li tfisser żieda ta' 0,08 % meta mqabbla mal-2014, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 84,54 %, li tfisser żieda ta' 3,38 %, meta mqabbla mal-2014;

6.

Jinnota t-tnaqqis fil-baġit tal-2015 permezz ta' żewġ emendi baġitarji sussegwenti, u b'hekk l-użu razzjonali ta' fondi tal-Unjoni; jisħaq fuq l-importanza li, fir-rigward tal-allokazzjoni tar-riżorsi, jiġi żgurat li jkun hemm livell adegwat, prijoritajiet u effiċjenza; jenfasizza li kwalunkwe żieda potenzjali fil-mezzi tal-Awtorità trid tkun akkumpanjata minn miżuri ta' prijoritizzazzjoni adegwati; jissuġġerixxi li, hekk kif ix-xogħol tal-Awtorità qiegħed jinbidel dejjem aktar minn kompiti leġiżlattivi għal konverġenza superviżorja u infurzar, il-baġit u l-persunal tal-Awrorità għandhom jiġu allokati skont dan il-fatt;

Impenji u riporti

7.

Josserva mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn riportati għall-2016 kien ta' 26 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u ta' 33 % għat-Titolu III (nefqa operazzjonali); jinnota li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati man-natura pluriennali tal-proġetti tal-IT l-kbar tal-Awtorità, kif ukoll mal-ispejjeż għall-missjonijiet li setgħu jiġu rimborżati biss fl-2016; jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-Awtorità, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati min qabel mill- Awtorità u kkomunikati lill-Qorti;

Trasferimenti

8.

Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport ta' attività annwali tal-Awtorità, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji; josserva li l-baġit tal-Awtorità naqas b'EUR 372 709 wara l-emenda tal-baġit; josserva, barra minn hekk, li l-Awtorità eżegwiet trasferimenti fl-ammont ta' EUR 650 423 mit-Titolu I (nefqa tal-persunal) u EUR 1 068 357 mit-Titolu III (nefqa operazzjonali) biex tkopri l-bżonnijiet baġitarji tat-Titolu II (nefqa infrastrutturali u amministrattiva);

Il-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' akkwist, u r-regoli dwar l-obbligi wara t-tluq mis-servizz

9.

Jinnota li l-Awtorità impjegat 186 membru tal-persunal fl-2015, meta mqabbel mal-168 membru tal-persunal fis-sena preċedenti, li tfisser żieda ta' 10,7 %; josserva li l-Awtoità adottat regoli ta' implimentazzjoni ġodda dwar ir-reklutaġġ ta' aġenti temporanji skont l-Artikolu 2(f) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea; jinnota li r-rata ta' tibdil tal-persunal għall-2015 kienet ta' 8,9 %, li hi anqas mill-mira ta' 10 % tal-Awtorità;

10.

Jirrikonoxxi li l-Awtorità emendat il-linji gwida ta' reklutaġġ tagħha, billi ddeskriviet il-passi differenti fil-proċess ta' reklutaġġ u indirizzat bosta rakkomandazzjonijiet mill-Qorti u minn kontrolli ta' awditjar oħra; jinnota li l-Awtorità adottat politika ġdida ta' traineeship, li tfittex li tikseb aktar trasparenza fl-għażla tat-trainees u tissemplifika r-regoli dwar l-għotjiet ta' traineeships;

11.

Jinnota li l-Awtorità għandha l-għan li tilħaq l-aħjar bilanċ ġeografiku u bejn is-sessi matul il-proċess ta' reklutaġġ tagħha; jinnota li l-bilanċ globali bejn is-sessi tal-Awtorità kien ta' 44 % nisa u 56 % irġiel; josserva li l-persunal tal-Awtorità jinkludi 22 nazzjonalità differenti mill-Unjoni u persuna waħda miż-Żona Ekonomika Ewropea (in-Norveġja);

12.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità fasslet għadd ta' regoli importanti dwar l-obbligi wara t-tluq mis-servizz għall-esperti u l-persunal tagħha, li jinvolvu l-firma ta' dikjarazzjoni li tirrikonoxxi li jagħrfu l-obbligi kontinwi tagħhom lejn l-Awtorità;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

13.

Jinnota li fl-2015 l-Awtorità implimentat politika dwar il-kunflitti ta' interess għal persuni li mhumiex membri tal-persunal, inklużi membri tal-bord tas-superviżuri, il-bord ta' tmexxija u l-bord tal-appell; jirrikonoxxi li l-Awtorità żviluppat il-politika abbażi tal-konklużjonijiet tal-workshop dwar “Better avoidance of conflict of interest” (Evitar aħjar tal-kunflitt ta' interess) organizzata mill-Parlament fi Frar 2013, ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 15/2012, kif ukoll il-linji gwida dwar Approċċ Komuni rigward aġenziji deċentralizzati tal-UE; jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità fl-2015 implimentat politika dwar il-kunflitti ta' interess għall-persunal, li inter alia tesiġi li l-membri kollha tal-persunal jimlew dikjarazzjoni annwali rigward il-kunflitti ta' interess potenzjali; jinnota li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-maniġers superjuri kollha tal-Awtorità huma ppubblikati fis-sit web tagħha;

14.

Jinnota li, f'Jannar 2015, il-bord ta' tmexxija tal-Awtorità adotta l-Istrateġija Kontra l-Frodi 2015–2017, li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Awtorità biex tipprevjeni, tidentifika, tinvestiga u tissanzjona każijiet potenzjali ta' frodi;

15.

Jinnota li l-membri tal-bord ta' tmexxija tal-Awtorità huma obbligati jiffirmaw dikjarazzjoni dwar in-nuqqas ta' kunflitti ta' interess u mhux dikjarazzjoni ta' interessi, madankollu jiddispjaċih li d-dikjarazzjonijiet u s-CVs tal-membri tal-bord ta' tmexxija mhumiex ippubblikati fis-sit web tal-Awtorità; jitlob li l-Awtorità tirrimedja s-sitwazzjoni biex tiżgura s-sorveljanza pubblika u l-iskrutinju tal-ġestjoni tagħha meħtieġa;

16.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-korrettezza fattwali tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi tiġi vvalutata regolarment, tal-anqas darba fis-sena, u li d-dikjarazzjonijiet ad-hoc ukoll jiġu vvalutati meta jaslu għand it-tim tal-etika, u li, meta jiġu identifikati skorrettezzi u inkonsistenzi fattwali, jittieħdu l-passi rilevanti biex jinkisbu l-kjarifiki meħtieġa;

17.

Jinnota li l-konklużjoni tar-regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta hija prevista mill-Awtorità fl-ewwel nofs tal-2017; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza meta r-regoli tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta jkunu ġew stabbiliti u implimentati;

18.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità wettqet inizjattiva speċifiċi sabiex tqawwi t-trasparenza rigward il-kuntatti tagħha ma' partijiet interessati, kuntatti li huma rregolati mir-regoli ta' etika tagħha; jinnota wkoll li l-involviment mal-partijiet interessati jiġi kkoordinat u rreġistrat ċentralment bħala parti mill-politika u l-proċeduri tagħha rigward il-komunikazzjonijiet esterni; josserva li l-Awtorità tippubblika l-aġendi tal-President u tad-Direttriċi Eżekuttiva tagħha fis-sit web tagħha, b'mod li tindika l-parteċipazzjoni tagħhom f'konferenzi, f'laqgħat ma' partijiet interessati, ma' rappreżentanti tal-midja kif ukoll ma' kwalunkwe istituzzjoni oħra, u barra minn hekk, sa minn Lulju 2016, l-Awtorità bdiet tippubblika wkoll fis-sit web tagħha l-laqgħat bejn partijiet interessati u l-persunal tal-Awtorità;

19.

Iqis li l-minuti tal-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati, li huma disponibbli għall-pubbliku, għandhom jiġu ppubblikati minnufih wara l-laqgħa rispettiva biex jqsar iż-żmien latenti tal-lum bejn laqgħa u d-divulgazzjoni tal-minuti, li jaf jilħaq tliet xhur, u li dawn il-minuti għandhom joffru stampa aħjar tad-diskussjonijiet, tal-pożizzjonijiet u tal-votazzjoni tal-membri; jemmen li l-ħidma ta' kuntatt maċ-ċittadini tal-UE tista' titqawwa wkoll bix-xandir dirett tal-avvenimenti fuq l-Internet; huwa mħasseb għall-fatt li l-persuni interessati differenti, fosthom il-Parlament, de facto m'għandhomx aċċess indaqs għal dokumenti u informazzjoni minn laqgħat interni; huwa tal-fehma li l-Awtorità għandha tistabbilixxi mezz sigur għall-informaturi li jiżvelaw informazzjoni protetta fil-qafas tal-pjan ta' azzjoni tagħha għas-snin li ġejjin;

20.

Jinnota li l-Aġenzija twettaq politika attiva u mmirata bil-għan li tkabbar is-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini tal-UE dwar l-objettivi, l-isfidi u l-attivitajiet tagħha; jinnota wkoll li qed jiġi organizzat Jum il-Protezzjoni Konġunta tal-Konsumatur flimkien mal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet (AEAPX);

Awditu intern

21.

Jinnota li, fl-2015, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar “Stakeholder Management and External Communication” (Il-ġestjoni tal-partijiet interessati u tal-komunikazzjoni esterna); jinnota li l-Awtorità, fuq il-bażi tal-ħames rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-IAS, żviluppat pjan ta' azzjoni li ġie aċċettat mill-IAS; jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet deskritti fil-pjan ta' azzjoni qed jiġu segwiti regolarment mill-Awtorità;

22.

Jirrikonoxxi li l-Awtorità għalqet kull rakkomandazzjoni kritika jew importanti ħafna maħruġa mill-IAS fis-snin ta' qabel;

Prestazzjoni

23.

Jinnota li l-Qorti wettqet awditu dwar is-superviżjoni fl-Awtorità tal-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu; jirrikonoxxi li l-Awtorità fasslet pjan ta' azzjoni wara l-awditu sabiex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni u r-riżultati miksuba;

Kummenti oħra

24.

Jisħaq fuq il-fatt li, filwaqt li tiżgura li l-funzjonijiet kollha assenjati lilha jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin, l-Awtorità għandha żżomm rigorożament mal-kompiti assenjati lilha mill-Parlament u mill-Kunsill; jemmen li l-Awtorità għandha tisfrutta l-mandat tagħha bis-sħiħ biex b'mod effikaċi il-proporzjonalità fl-attivitajiet kollha tagħha; jinnota li, kull meta l-Awtorità tkun awtorizzata tfassal miżuri ta' Livell 2 u 3, għandha toqgħod attenta b'mod partikolari, hija u tfassal dawn l-istandards, għall-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi swieq nazzjonali, u li l-parteċipanti tas-suq u l-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-konsumatur ikkonċernati għandhom ikunu involuti bis-sħiħ f'fażi bikrija fil-proċess ta' definizzjoni tal-istandards u matul il-fażijiet ta' tfassil u implimentazzjoni;

25.

Jinnota bi tħassib li l-Awtorità ma teżerċitax il-prerogattivi kollha stabbiliti fil-qafas ġuridiku tagħha; jissosttolinja li l-Awtorità għandha tiżgura li r-riżorsi jkunu massimizzati sabiex taqdi bis-sħiħ il-mandat ġuridiku tagħha; jinnota, f'dan ir-rigward, li jekk tiffoka aktar fuq il-mandat li ngħatalha mill-Parlament u mill-Kunsill, dan jista' jwassal biex tuża r-riżorsi tagħha b'aktar effiċjenza u tilħaq l-objettivi tagħha b'aktar effikaċja; jenfasizza li, hija u twettaq ħidmietha u b'mod partikolari hija u tabbozza leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni, l-Awtorità jeħtiġilha tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tagħha b'mod li jkun f'waqtu, regolari u komprensiv;

26.

Jikkonkludi li l-arranġament ta' finanzjament tal-Awtorità għandu jiġi rivedut; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibilità li timmodifika l-arranġament ta' finanzjament attwali billi ddaħħal, b'mod xieraq u proporzjonat, tariffi kalibrati addizzjonali mħallsa mill-parteċipanti tas-suq, possibbilment b'sostituzzjoni parzjali tal-kontribuzzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, filwaqt li jkunu żgurati l-awtonomija u l-azzjoni superviżorja tagħha;

27.

Jirreferi, fir-rigward ta' kummenti oħrajn ta' natura trażversali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/283


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1698 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġiba tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0074/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0124/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttriċi Eżekuttiva tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 162.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/284


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1699 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0057/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0118/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttriċi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttriċi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 168.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/285


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1700 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0118/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (“il-Fondazzjoni”) għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 20 153 042, somma li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,02 % meta mqabbla mal-2014; billi l-baġit kollu tal-Fondazzjoni huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 (ir-“rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

C.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.

Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, kumment magħmul fir-rapport 2013 tal-Qorti dwar fondi li jammontaw għal EUR 7,5 miljun depożitati f'bank wieħed bi klassifikazzjoni tal-kreditu baxxa u li l-azzjoni korrettiva għalih kienet immarkata bħala “Għadha għaddejja” fir-rapport 2014 tal-Qorti għadu mmarkat bħala kumment li l-azzjoni korrettiva għalih “Għadha għaddejja”; jirrikonoxxi, madankollu, li l-fondi miżmuma f'dak il-bank tnaqqsu għal EUR 1,8 miljun fl-2015; jinnota, barra minn hekk, li, minħabba kwistjonijiet bankarji speċifiċi, il-Fondazzjoni hija obbligata żżomm bank Taljan;

2.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, ittieħdet azzjoni korrettiva fir-rigward ta' kumment fir-rapport 2014 tal-Qorti u issa hija mmarkata bħala “Ikkompletata”;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,89 %, rata li tindika li l-impenji saru f'waqthom, u f'rata għolja ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' 96,04 %;

Impenji u riporti

4.

Jinnota li r-riporti kumplessivi tal-Fondazzjoni fit-Titoli I u II naqsu għal 3,3 % meta mqabbla ma' 6,4 % fl-2014; jinnota li r-riporti kienu jammontaw għal EUR 180 398 (1,4 %) għat-Titolu I (nefqa għall-persunal); jinnota, barra minn hekk, li r-riporti kienu jammontaw għal EUR 316 442 (16,1 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), somma li tfisser tnaqqis konsiderevoli ta' 20,1 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jinnota li r-riporti għat-Titolu III (nefqa operattiva) żdiedu b'4 % għal 36,4 %, prinċipalment minħabba żieda fl-attivitajiet ippjanati fit-tieni nofs tal-2015 u l-effetti ta' trasferiment ta' fondi għat-Titolu III f'Diċembru 2015, li sar sabiex jiġi massimizzat l-appoġġ tal-Fondazzjoni għall-attivitajiet operattivi;

5.

Jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel mill-Fondazzjoni u kkomunikati lill-Qorti;

Trasferimenti

6.

Jinnota li l-Fondazzjoni għamlet disa' trasferimenti baġitarji fl-2015, wieħed aktar mill-2014, filwaqt li kompliet tosserva r-rakkomandazzjonijiet li rċeviet mill-Qorti; jirrikonoxxi li ż-żieda fl-ammont ta' approprjazzjonijiet ta' pagament trasferiti hija marbuta mar-ristrutturar tal-baġit imwettaq fl-2015, u kienet meħtieġa biex ikunu jistgħu jitħallsu l-attivatijiet tas-sena preċedenti, li għalihom il-linji baġitarji ma tkomplewx; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji tal-Fondazzjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

7.

Jinnota li l-Fondazzjoni ma ġabritx jew ma ppubblikatx id-dikjarazzjonijiet ta' kunflitti ta' interessi tal-membri kollha tal-Bord tat-Tmexxija tagħha; jinnota li m'hemm l-ebda mekkaniżmu li jobbliga lill-membri jipprovdu tali dikjarazzjonijiet; jinnota li saħansitra wħud mid-dikjarazzjonijiet u s-CVs disponibbli fuq is-sit web tal-Fondazzjoni huma aċċessibbli biss b'password; jappella biex il-Fondazzjoni tadotta linji gwida stretti għal politika koerenti dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija u tadotta u timplimenta politika ċara dwar il-kunflitti ta' interess, f'konformità mal-Pjan Direzzjonali dwar is-segwitu għall-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE; jappella biex il-Fondazzjoni tippubblika tali dokumenti kollha kemm huma, f'konformità ma' dawk il-linji gwida, u tħalli l-pubbliku jkollu l-ħarsa ġenerali neċessarja dwar il-maniġment superjuri tagħha; jilqa' l-fatt li d-dikjarazzjonijiet kollha ta' kunflitti ta' interess tal-persunal rilevanti tal-Fondazzjoni nġabru;

8.

Jinnota li, skont il-Fondazzjoni, preżentazzjoni ta' sensibilizzazzjoni dwar il-frodi u l-kunflitti ta' interess għall-persunal kollu kienet ippjanata għal tmiem l-2016; jinnota, barra minn hekk, li l-membri tal-bord ta' selezzjoni jiffirmaw dikjarazzjoni ta' kunflitti ta' interess mal-wasla tal-lista ta' applikanti; jirrikonoxxi li l-membri kollha ġodda tal-persunal jattendu preżentazzjoni dwar l-etika u l-integrità, inklużi l-kunflitti ta' interessi u l-frodi;

Awditu intern

9.

Jinnota li, skont il-pjan ta' awditjar, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ma wettaqx awditu matul l-2015; jinnota li, fi tmiem l-2015, il-Fondazzjoni kellha rakkomandazzjoni waħda miftuħa tal-awditjar rigward “il-ħatra formali ta' bords ta' selezzjoni fil-proċeduri ta' akkwist”; jirrikonoxxi li l-IAS baxxa r-rakkomandazzjoni minn “importanti ħafna” għal “importanti” f'Settembru 2015, u li r-rakkomandazzjoni se tingħalaq formalment permezz ta' ttestjar fuq il-post mill-IAS matul iż-żjara li jmiss tiegħu lill-Fondazzjoni;

10.

Jinnota li l-Fondazzjoni kkummissjonat tliet awditi ex post permezz tal-kuntratti qafas interistituzzjonali tal-Kummissjoni għall-awditjar; jinnota, barra minn hekk, li r-riżultati tal-awditi kienu ġeneralment pożittivi, għalkemm l-awditu dwar il-prestazzjoni u s-sistema u l-awditu dwar “prattiki tal-ETF fit-tħaddim tal-Qafas tagħha għall-Ġestjoni tal-Prestazzjoni u l-Pjan tagħha għall-Pjan ta' Titjib” identifikaw punti fejn hemm lok għal titjib; jirrikonoxxi l-fatt li l-Fondazzjoni implimentat minnufih azzjonijiet sabiex ittaffi l-problemi identifikati;

Kummenti oħra

11.

Jirrikonoxxi u jilqa' l-kontribut kontinwu tal-Fondazzjoni għall-immodernizzar tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u għat-tisħiħ tal-kapital uman tal-pajjiżi sħab, inkluż l-appoġġ mogħti lid-djalogu dwar il-migrazzjoni tal-Unjoni u lis-Sħubijiet għall-Mobbiltà mal-pajjiżi tal-viċinat; jinnota l-inventarju tal-Fondazzjoni dwar il-miżuri ta' appoġġ lill-migranti mill-perspettiva tal-impjieg u l-ħiliet (MISMES) kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar il-ħiliet u l-migrazzjoni; jilqa' l-kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni u l-pajjiżi sħab sabiex janalizzaw il-fenomenu tan-“NEETs” (Żgħażagħ Barra mill-Edukazzjoni, Impjieg jew Taħriġ);

12.

Jinnota li r-riorganizzazzjoni interna tal-Fondazzjoni daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015 u jittama li l-organizzazzjoni interna mibdula se tgħin lill-Fondazzjoni tikseb riżultati aħjar;

13.

Ifaħħar ir-rata għolja ta' kisba ta' 96 % tal-Fondazzjoni fir-rigward tal-mira stabbilita fil-programm ta' ħidma tagħha;

14.

Jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-konformità sħiħa tal-Fondazzjoni mar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE tal-2004;

15.

Jinnota l-isforzi li saru mill-Fondazzjoni biex tiżgura s-sigurtà tal-assi tagħha u jittama li dan il-proċess se jitlesta fil-futur qrib;

16.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/288


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1701 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0057/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0118/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttriċi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 168.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/289


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1702 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0079/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0105/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 173.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/290


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1703 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0105/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 67 559 100, li jirrappreżenta żieda ta' 13,77 % meta mqabbel mas-sena 2014; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija ġej mill-baġit tal-Unjoni,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.

billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tenfasizza l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġittjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

1.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas ta' EUR 2 000 000 għal servizzi fil-qasam tal-akkwist, li jinkludi servizzi ta' taħriġ, ta' coaching, u ta' tagħlim, minn kuntrattur u li l-kuntratt qafas ma speċifikax li s-servizzi ta' akkwist kellhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist fir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija; jirrikonoxxi li l-kuntratt qafas inkwistjoni ngħata permezz ta' proċedura miftuħa skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija; jirrikonoxxi barra minn hekk, li filwaqt li ma kien hemm ebda dispożizzjoni espliċita li biha l-kuntrattur kien marbut ma' dawk ir-regoli finanzjarji, l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kien fihom rekwiżit obbligatorju li kellu jiġi propost l-irħas prezz fis-suq, kif ukoll li l-Aġenzija kellha d-dritt li timponi rieżami tal-prezz jekk jinstab prezz irħas;

2.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija nediet sejħa għal espressjonijiet ta' interess u ta' preselezzjoni ta' kandidati għall-parteċipazzjoni fi proċedura negozjata b'valur stmat ta' EUR 20 000 000 mingħajr delega mill-uffiċjal awtorizzanti; jinnota li ma saret ebda preselezzjoni, fit-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-regoli ta' applikazzjoni tiegħu, seħħew qabel it-tnedija tal-proċedura negozjata; jinnota, barra minn hekk, li s-sejħa għal espressjoni ta' interess intużat bħala mezz ta' studju tas-suq u mhux bħala proċedura tal-offerti; jifhem li l-istudju tas-suq tnieda mill-aġent ta' inizjattiva operattiva, taħt is-sorveljanza tas-superjur ġerarkiku tiegħu, bl-applikazzjoni ta' approċċ f'żewġ fażijiet bl-għajnuna ta' konsulent estern fl-aspetti tekniċi li jikkonsisti fi stħarriġ dokumentarju u sejħa għal espressjonijiet ta' interess;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.

Jinnota li l-isforzi ta' sorveljanza tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,68 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet għolja u ammontat għal 99,4 %;

4.

Jirrikonoxxi li l-Aġenzija introduċiet mudell ta' awtonomija baġitarja fl-2016 kif previst; jieħu nota tal-fatt li l-mudell ta' awtonomija baġitarja fformalizza u ddistribwixxa r-responsabbiltà baġitarja għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ fost il-maniġers fl-Aġenzija, fil-livell ta' Kap ta' Unità jew aktar 'il fuq;

5.

Ifakkar li skont ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen kif ukoll skont il-miżuri relatati mal-Eurodac (Pajjiżi Assoċjati ma' Schengen) dawn għandhom l-obbligu li jikkontribwixxu għall-baġit tal-Aġenzija; jinnota li għadhom ma ġewx konklużi l-arranġamenti mal-Pajjiżi Assoċjati ma' Schengen biex jiddefinixxu regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-vot u l-kontribut tagħhom għall-baġit tal-Aġenzija; jinnota bi tħassib li, fl-assenza ta' tali arranġamenti, il-Pajjiżi Assoċjati ma' Schengen jikkontribwixxu għat-Titolu III (nefqa operattiva) tal-Baġit tal-Aġenzija skont dispożizzjoni fil-ftehimiet ta' assoċjazzjoni ffirmati mal-Unjoni, imma dawn ma jikkontribwixxux għall-attivitajiet taħt it-Titoli I u II (salarji u nefqa amministrattiva oħra) tal-baġit tal-Aġenzija; jirrikonoxxi li ttieħdu l-azzjonijiet legali possibbli kollha sabiex jinkisbu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Pajjiżi Assoċjati ma' Schengen għall-baġit tal-Aġenzija; ifakkar li n-negozjati mal-Pajjiżi Assoċjati ma' Schengen dwar il-kontribuzzjonijiet baġitarji jitmexxew mill-Kummissjoni aktar milli mill-Aġenzija;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

6.

Jinnota li, minbarra l-awditu tagħha tal-proċeduri tal-Aġenzija fil-qasam tal-akkwist, il-Qorti kkonkludiet li fl-2015 l-Aġenzija għamlet ftehimiet kuntrattwali jew negozjati ma' kuntrattur uniku, mingħajr ma ddefiniet bi preċiżjoni s-servizzi mitluba; jinsab ferm imħasseb minħabba li l-ftehimiet iffirmati fl-2015 kellhom riskju għoli li jaġixxu kontra l-prinċipju ta' ekonomija u li jagħmlu ħsara lill-kosteffiċjenza ta' dawn l-akkwisti u huma aktar esposti għar-riskju ta' korruzzjoni; josserva li dawn il-ftehimiet jistgħu wkoll ikomplu jillimitaw il-kompetizzjoni u jżidu d-dipendenza fuq il-kuntrattur; jirrikonoxxi li, b'mod partikolari fir-rigward ta' sistemi taħt ġestjoni, il-fatturi mhux taħt il-kontroll tal-Aġenzija jillimitaw il-possibbiltà biex sistematikament jerġgħu jinfetħu l-proċeduri ta' kompetizzjoni; jinkoraġġixxi l-Aġenzija tikkonkludi ftehimiet ma' aktar minn fornitur wieħed jew tiddefinixxi s-servizzi meħtieġa b'mod aktar preċiż, kull fejn ikun possibbli; jistenna l-awditjar tal-Qorti tal-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija għall-2016 u huwa fiduċjuż li l-Aġenzija tejbet il-proċeduri ta' akkwist osservati fl-2016;

7.

Jinnota li fl-2015 l-għadd totali tal-persunal tal-Aġenzija kien ta' 135 membru (117-il aġent temporanju, 12-il aġent kuntrattwali u 6 esperti nazzjonali sekondati); jinnota, barra minn hekk, li 33 % tal-persunal huma nisa u 67 % huma rġiel;

Impenji u riporti

8.

Jinnota li l-approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) riportati ammontaw għal EUR 9 000 000 (50 % tal-approprjazzjonijiet impenjati), meta mqabbel mal-EUR 15 000 000 (87 %) fl-2014; jinnota, barra minn hekk, li dawn ir-riporti kienu prinċipalment marbuta ma' kuntratt importanti għall-estensjoni tal-bini tal-Aġenzija fi Strasburgu u għas-servizzi pprovduti taħt kuntratti pluriennali; jirrikonoxxi li l-Aġenzija wettqet sforz konsiderevoli fl-ippjanar u l-koordinazzjoni biex tivverifika li l-argumenti kollha għall-vijabbiltà tar-riporti ta' approprijazzjonijiet mhux differenzjati kienu tabilħaqq ġustifikati;

9.

Jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi ta' aġenzija, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel mill-Aġenzija u kkomunikati lill-Qorti;

Kontrolli interni

10.

Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS), li ppermettew progress sinifikanti lejn l-implimentazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti bażi fl-iskadenza relattivament qasira minn meta l-Aġenzija ngħatat awtonomija finanzjarja f'Mejju 2013; jinnota, madankollu, li l-implimentazzjoni tal-ICS għadha ma tikkorrispondix kompletament mar-rekwiżiti bażi, kif ukoll għall-fatt li erba' ICS għad iridu jiġu implimentati, sitta kienu meqjusa prattikament implimentati, u sitta implimentati b'mod sħiħ;

11.

Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ħareġ 14-il rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ICS li minnhom ħamsa kienu kklassifikati bħala “Importanti Ħafna” u disgħa bħala “Importanti”; jinnota, barra minn hekk, li l-IAS ma identifika l-ebda kwistjoni kritika;

12.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija kisbet il-kopertura ta' assigurazzjoni meħtieġa għall-assi tanġibbli fissi, kif mitlub mill-awtorità ta' kwittanza u mill-Qorti fl-2014;

13.

Jiddispjaċih li żewġ każijiet ta' ksur tad-data ġew irrappurtati fl-2015 b'rabta mal-proċess amministrattiv intern tal-Aġenzija; jilqa' t-tisħiħ tal-protezzjoni tad-data u tas-sigurtà tad-data fl-Aġenzija permezz ta' sessjonijiet addizzjonali ta' sensibilizzazzjoni, taħriġ għall-persunal u bil-produzzjoni ta' proċeduri u politika dwar il-ksur tad-data, il-pjan ta' azzjoni u l-programm ta' ħidma;

Awditu intern

14.

Jinnota li l-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) wettqet awditu fuq l-effikaċja tas-sistema ta' kontroll intern fir-rigward tal-ġestjoni tal-kuntratti fl-Aġenzija; jieħu nota tal-fatt li l-IAC ma identifikat l-ebda kwistjoni kritika; jinnota, barra minn hekk, li l-IAC ħarġet ħames rakkomandazzjonijiet rigward id-definizzjoni u l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kuntratti, kif ukoll rigward il-governanza tal-kuntratti;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

15.

Jinnota li l-Aġenzija mistennija tikkonkludi r-regoli interni tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta matul l-2017; jistieden lill-Aġenzija tadotta politika interna tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta li trawwem kultura ta' trasparenza u responsabbiltà fuq il-post tax-xogħol, biex tinforma u tħarreġ lill-impjegati b'mod regolari dwar id-dmirijiet u d-drittijiet tagħhom fir-rigward ta' dik il-politika, biex tiżgura l-protezzjoni tal-informaturi minn ritaljazzjoni, biex issegwi s-sustanza tat-twissijiet tal-informaturi mingħajr dewmien żejjed u biex tistabbilixxi mezz għal rappurtar intern anonimu; jistieden lill-Aġenzija tippubblika rapporti annwali dwar l-għadd ta' każijiet ta' informaturi u l-mod kif ġew segwiti u biex tgħaddi dawk r-rapporti annwali lill-awtorità ta' kwittanza; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza meta r-regoli tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta jkunu ġew stabbiliti u implimentati;

16.

Jinnota bi tħassib li s-CVs tal-membri tal-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija u s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Gruppi Konsultattivi tagħha mhumiex ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jiddispjaċih li l-Aġenzija ma għamlet ebda kontroll tal-korrettezza fattwali tad-dikjarazzjonijiet ta' interess u lanqas ma pprovdiet proċess biex dawn ikunu aġġornati; iħeġġeġ lill-Aġenzija tadotta linji gwida għal politika koerenti dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u biex tadotta u timplimenta politika ċara dwar il-kunflitti ta' interess, f'konformita' mal-Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għal Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni u biex tippubblika dawk il-politiki sabiex tiżgura s-sorveljanza pubblika meħtieġa u l-iskrutinju tat-tmexxija tagħha;

17.

Jinnota li l-ewwel rapport annwali ta' sorveljanza dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija kontra l-frodi tal-Aġenzija ħareġ f'April 2016 u li dan wera livell ta' implimentazzjoni qrib is-60 %. jinnota li r-rapport ta' sorveljanza li jmiss għandu joħroġ f'Marzu 2017; jappella lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' dak ir-rapport; jinnota li l-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija adotta l-istrateġija ta' kontra l-frodi u pjan ta' azzjoni tal-Aġenzija f'Novembru 2015; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija għandha l-għan li tadotta r-regoli l-ġodda li jirriżultaw mill-pjan ta' azzjoni lejn tmiem l-2017, u li tibda timplimentahom immedjatament wara l-adozzjoni tagħhom;

Komunikazzjoni u kooperazzjoni ma' aġenziji oħra

18.

Jinnota b'sodisfazzjon li 12-il attività ewlenija ta' sensibilizzazzjoni u ta' viżibbiltà twettqu mill-Aġenzija fl-2015; jinnota li dawn inkludew il-konferenza annwali, żewġ laqgħat ta' diskussjoni mal-industrija, iċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum l-Ewropa, l-attivitajiet għall-gwardjani tal-fruntieri waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum l-Ewropa, tliet sessjonijiet ta' informazzjoni mal-partijiet interessati u l-multiplikaturi tal-informazzjoni, film dwar il-kooperazzjoni tal-Aġenziji fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u r-rwol tagħhom fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadini, u kampanja ta' tagħrif dwar il-proġett pilota Fruntieri Intelliġenti, li wasslu għall-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' materjal ta' informazzjoni f'diversi verżjonijiet lingwistiċi, kif ukoll biex tissaħħaħ il-viżibbiltà u l-kopertura mill-midja;

Kummenti oħra

19.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija kkonkludiet in-negozjati u ffirmat il-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali ma' Franza għas-sit operattiv tagħha fi Strasburgu; jinnota li l-ftehim għad irid jiġi ratifikat mill-Parlament Franċiż;

20.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija, fi tmiem l-2014, ikkonkludiet in-negozjati u ffirmat ftehim dwar il-kwartieri ġenerali mal-Estonja għas-sede tagħha f'Tallinn; jinnota li l-Parlament Estonjan irratifika l-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija fit-18 ta' Frar 2015;

21.

Jieħu nota tal-fatt li, fid-dawl tar-riformi tas-sistema ta' Dublin u kif previst fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, l-Aġenzija wettqet valutazzjoni inizjali tal-impatt possibbli tar-riforma fuq il-ġestjoni tas-sistema Eurodac; jirrikonoxxi li r-riżultati tal-valutazzjoni ngħataw lill-Kummissjoni u li ġew inkorporati fil-proposta għal riforma tas-sistema ta' Dublin;

22.

Jinnota bi tħassib l-iżbilanċ sinifikanti bejn is-sessi fil-kompożizzjoni tal-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija; iħeġġeġ lill-Aġenzija tikkoreġi dan l-iżbilanċ u tikkomunika r-riżultati lill-Parlament immedjatament;

23.

Jieħu nota tal-fatt li l-ispazju disponibbli għall-uffiċċji tal-Aġenzija hu kompletament okkupat, u dan konsegwentement imminimizza l-ispiża unitarja għal kull stazzjon tax-xogħol; jistenna, madankollu, li r-rekwiżiti legali għas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol għall-impjegati kollha jiġu kompletament rispettati;

24.

Jieħu nota tal-fatt li fl-2015 is-97 membru tal-persunal tal-Aġenzija pparteċipaw f'away days li ġew jiswew EUR 9 227 (EUR 95,13 għal kull persuna), kif ukoll il-fatt li 448 membru tal-persunal ipparteċipaw f'“avvenimenti oħra” li ġew jiswew EUR 29 807,65 (EUR 66,54 għal kull persuna);

25.

Jilqa' l-adozzjoni mill-bord ta' tmexxija, f'Marzu 2015, ta' ġabra ta' indikaturi tal-prestazzjoni għall-ħidma tal-Aġenzija; huwa tal-opinjoni li dawn l-indikaturi għandhom jirriflettu aħjar l-effetti u l-impatt tal-azzjonijiet tagħha fuq is-sigurtà, il-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri u d-drittijiet fundamentali; jinsab ħerqan li jara r-riżultati tal-implimentazzjoni ta' dawn l-indikaturi għas-sena 2016; jistieden lill-Aġenzija ttejjeb il-viżibbiltà tal-ħidma tagħha permezz ta' pjattaformi fuq l-Internet;

26.

Jilqa' l-isforzi biex is-sistemi tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni jinżammu allinjati mal-prijoritajiet politiċi li qed jevolvu u avvenimenti mhux previsti matul is-sena; jirrikonoxxi l-importanza dejjem ikbar tal-Aġenzija għall-funzjonament taż-żona Schengen; jitlob lill-Aġenzija tissorvelja mill-qrib ir-riżorsi finanzjarji u umani tagħha u, jekk ikun meħtieġ, tressaq talbiet fil-ħin u ġġustifikati għal aġġustamenti;

27.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji


(1)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/294


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1704 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0079/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0105/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 173.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/295


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1705 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0053/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0116/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttriċi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttriċi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 179.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/296


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1706 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0116/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 16 852 526, ammont li jirrappreżenta tnaqqis ta' 2,34 % meta mqabbel mal-2014;

B.

billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 kienet ta' EUR 14 732 995, ammont li jfisser żieda ta' 3,54 % meta mqabbel mal-2014;

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 (ir-“rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

D.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u l-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fir-rigward ta' żewġ kummenti li saru fir-rapport 2014 tagħha, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa l-azzjonijiet korrettivi għaż-żewġ kummenti huma mmarkati bħala “Mhux applikabbli” jew “Ikkompletati”;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 97,5 %, li tfisser tnaqqis ta' 1,2 % meta mqabbla mal-2014, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 72,1 %, rata li tfisser tnaqqis ta' 3,50 %, meta mqabbla mal-2014;

3.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-approċċ għall-ibbaġitjar tal-Aġenzija bbażat fuq l-attività, pilotat fl-2014, ġie implimentat bis-sħiħ fl-2015, u dan ippermetta lill-Aġenzija tippjana aktar bil-quddiem kif ukoll tenfasizza aktar il-kollaborazzjoni u l-ħidma f'tim fi ħdan l-organizzazzjoni; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-Aġenzija għamlet ħafna progress fl-iżvilupp ta' għodda elettronika għal ġestjoni u bbaġitjar ibbażati fuq l-attività, li kellha tiġi implimentata fl-2016; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-effetti li se jkollha l-implimentazzjoni tal-għodda elettronika fuq l-organizzazzjoni tagħha;

Impenji u riporti

4.

Jinnota li l-baġit allokat taħt it-Titolu II (nefqa amministrattiva) ġie implimentat għal-livell ta' 97,4 %; jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II kien jammonta għal 25,56 %, l-aktar minħabba s-servizzi b'kuntratt li jkopri sentejn kalendarji, kif ukoll minħabba servizzi tal-IT li kienu għadhom ma twasslux jew ma ġewx fatturati kompletament sa tmiem l-2015;

5.

Jinnota, barra minn hekk, li l-baġit allokat taħt it-Titolu III (nefqa operattiva) ġie implimentat għal-livell ta' 98,36 %; jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu III kien jammonta għal 40,80 %, l-aktar minħabba proġetti ta' riċerka fuq skala kbira b'tul ta' żmien ta' aktar minn sena, u minħabba laqgħa tal-bord li saret f'Jannar 2016 u li suppost kellha tiġi organizzata fl-aħħar kwart tal-2015;

6.

Jinnota li r-riporti ħafna drabi jistgħu jkunu parzjalment jew għalkollox ġustifikabbli min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u mhux dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel mill-Aġenzija u kkomunikati lill-Qorti;

Trasferimenti

7.

Jinnota li matul is-sena finanzjarja 2015 twettqu 10 trasferimenti baġitarji li jammontaw għal EUR 723 300, sabiex jiġu allokati mill-ġdid riżorsi minn oqsma fejn ġie identifikat iffrankar baġitarju lejn oqsma b'riżorsi skarsi, u b'hekk jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tas-sena; jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport ta' attività annwali, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.

Jinnota li fl-2015 l-Aġenzija kkuntrattat oġġetti u servizzi għal ammont totali ta' EUR 7 926 184; jinnota, barra minn hekk, li 16,64 % tal-ammont tal-akkwist ġie aġġudikat permezz ta' erba' proċeduri miftuħa u 11,41 % permezz ta' 77 proċedura negozjata; jinnota li 64,73 % tal-ammont tal-akkwist ġie impenjat permezz ta' 170 kuntratt speċifiku jew ordni ta' xiri skont kuntratti qafas, u 7,22 % permezz ta' ftehimiet dwar il-livell ta' servizz u kuntratti qafas tal-Kummissjoni;

9.

Josserva li fl-2015 l-Aġenzija għamlet progress sinifikanti rigward l-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-2013, filwaqt li żgurat li r-regoli u l-proċeduri interni tagħha kienu allinjati; jinnota li tnieda proċess ta' akkwist pubbliku għal konsulenti esterni biex jagħtu parir dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-ħidma tal-Aġenzija u biex jidentifikaw l-għażliet biex jiġu mmassimizzati r-riżorsi umani u finanzjarji permezz ta' titjib fl-effiċjenza u l-effikaċja, u b'hekk jintlaħqu bl-aħjar mod l-objettivi stabbiliti fil-programm strateġiku pluriennali tal-Aġenzija 2014-2020; jinnota li l-Aġenzija mliet sitt postijiet battala matul l-2015 filwaqt li kellhom jitlestew żewġ proċeduri ta' reklutaġġ fl-2016;

10.

Jirrikonoxxi l-fatt li, billi kkanċellat żewġ karigi ta' aġenti temporanji fil-grad AST fl-2015, l-Aġenzija naqqset l-għadd ta' membri tal-persunal tagħha b'5 %, f'konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja (1); jinnota li l-Kummissjoni kklassifikat lill-Aġenzija bħala “aġenzija li qiegħda taħdem b'mod stabbli”, u dan jimplika tnaqqis addizzjonali ta' 5 % u l-kanċellazzjoni ta' kariga waħda fil-grad AST fl-2016; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li miżuri ulterjuri ta' ffrankar potenzjali ma jxekklux l-abbiltà tal-Aġenzija li twettaq il-mandat tagħha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

11.

Jirrikonoxxi li l-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija adotta strateġija kontra l-frodi abbażi tal-linji gwida maħruġa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għall-aġenziji tal-Unjoni; jinnota li l-objettivi tal-istrateġija kontra l-frodi, li tkopri mill-2015-2018, saru operattivi permezz ta' pjan ta' azzjoni dettaljat u li l-implimentazzjoni tagħha qed tiġi mmonitorjata mill-Bureau tal-Aġenzija; jinnota b'sodisfazzjon li matul l-2015 ma tressaq l-ebda każ quddiem l-OLAF u li l-OLAF ma ta bidu għall-ebda każ li jikkonċerna l-attività tal-Aġenzija fuq il-bażi ta' sorsi oħra ta' informazzjoni;

12.

Jinnota li l-Aġenzija għad trid timplimenta regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jinnota li l-Aġenzija qed tistenna linji gwida mill-Kummissjoni; jistieden lill-Aġenzija tadotta regoli li se jippermettu li l-politika interna tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta trawwem kultura ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont fuq il-post tax-xogħol, tinforma u tħarreġ fuq bażi regolari lill-impjegati dwar dmirijiethom u drittijiethom fir-rigward ta' dik il-politika, tiżgura l-protezzjoni tal-informaturi minn rappreżalja, tagħti segwitu f'waqtu dwar is-sustanza tat-twissijiet tal-informaturi u tistabbilixxi mezz għal rappurtar intern anonimu; jitlob lill-Aġenzija tippubblika rapporti annwali dwar l-għadd ta' każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta u dwar is-segwitu tagħhom u biex tipprovdi dawk ir-rapporti lill-awtorità ta' kwittanza, jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorita' ta' kwittanza meta r-regoli tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta jkunu ġew stabbiliti u implimentati;

13.

Jinnota bi tħassib li l-politika tal-Aġenzija dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess ma tqisx lill-membri tal-persunal estern, il-persunal interim u l-esperti nazzjonali sekondati; jistieden lill-Aġenzija taġġorna l-politika tagħha biex tinkludi lill-membri esterni tal-persunal, il-persunal interim u l-esperti nazzjonali sekondati u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza;

14.

Jinnota li s-sit web tal-Aġenzija tfassal mill-ġdid kompletament u tnieda mill-ġdid fl-2015, huwa disponibbli b'25 lingwa, u ġie kkomplementat minn “wiki tal-OSH”, li jipprovdi informazzjoni dettaljata fuq firxa wiesgħa ta' suġġetti dwar is-sigurtà u s-saħħa; jinnota b'sodisfazzjon li, bħala parti mill-proġett, l-Aġenzija ħadmet maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni biex tiżviluppa funzjonalità ġdida fil-back office tas-sit web li tiffaċilita bil-kbir il-ġestjoni tat-traduzzjonijiet, u li din il-funzjonalità issa qed issir disponibbli għal aġenziji u korpi oħrajn;

Awditu intern

15.

Jinnota li l-Aġenzija ma kellhiex rakkomandazzjonijiet “kritiċi” jew “importanti ħafna” miftuħa mill-awditi mwettqa mis-servizz ta' awditjar intern tal-Kummissjoni (IAS) fi tmiem l-2015; jirrikonoxxi l-fatt li l-aħħar rakkomandazzjoni miftuħa mmarkata bħala “importanti ħafna” u li rriżultat mill-awditu tal-IAS tal-2013 dwar “ir-rappurtar u l-elementi kostitwenti ta' assigurazzjoni” ġiet immarkata bħala “magħluqa” mill-IAS f'Ġunju 2015; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ħadet passi dwar l-aħħar rakkomandazzjonijiet miftuħa mill-awditi tal-IAS tal-2012 u l-2013, li ġew ippreżentati lill-IAS għal rieżami;

Prestazzjoni

16.

Jirrikonoxxi li l-pjan ta' kontinwità tan-negozju tal-Aġenzija ġie kompletament rivedut u ttestjat, u li l-verżjoni finali ġiet adottata; jinnota li t-tim tal-ICT tal-Aġenzija daħal f'kollaborazzjoni mal-Iskwadra ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters tal-Unjoni biex titjieb is-sigurtà tal-IT; josserva li l-Aġenzija implimentat l-għodda tagħha stess biex tirreġistra kwistjonijiet relatati mas-softwer, u b'hekk għamlet il-fornituri aktar responsabbli u ppermettiet li l-istorja ta' kwistjoni tiġi aċċessata b'aktar faċilità;

Kummenti oħra

17.

Jirrikonoxxi r-rwol li l-Aġenzija qed taqdi fl-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2014-2020; jinnota l-valur tal-ħidma tal-Aġenzija f'dan ir-rigward, kif ukoll il-ħidma mwettqa mill-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol u l-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fil-kuntest tal-limiti vinkolanti tal-espożizzjoni għal karċinoġeni u mutaġeni fuq ix-xogħol fid-Direttiva 2004/37/KE (2);

18.

Japprezza l-kontribut tal-Aġenzija għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol madwar l-Unjoni u lil hinn minnha; jinnota l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Programm Strateġiku Pluriennali tagħha, b'mod partikolari l-proġett pilota dwar “Aktar saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol f'kull età” u l-għodda interattiva għall-valutazzjoni tar-riskju online (OiRA);

19.

Jistieden lill-Aġenzija tkompli tissorvelja mill-qrib, tanalizza u tirrapporta dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u toħroġ b'inizjattivi sabiex ittejjibhom;

20.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament ewropew u l-kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).

(3)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/299


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1707 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0053/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0116/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttriċi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 179.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/300


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2017/1708 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0069/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tal-Anness tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0126/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttriċi Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttriċi Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 184.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/301


RIŻOLUZZJONI (UE, Euratom) 2017/1709 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0126/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 125 000, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 20,19 % meta mqabbel mal-2014; billi EUR 119 000 (95,2 %) tal-baġit tal-Aġenzija huma derivati mill-baġit tal-Unjoni u EUR 6 000 (4,8 %) mid-dħul tagħha stess (imgħax bankarju fuq il-kapital imħallas);

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 (ir-“rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

C.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn ta' 98,92 %, rata li tfisser żieda ta' 7,84 % meta mqabbla mal-2014; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 62,86 %, u li dan ifisser tnaqqis ta' 18,27 % meta mqabbel mal-2014; iħeġġeġ lill-Aġenzija tirrispetta l-prinċipju tal-annwalità sal-punt massimu possibbli fil-futur;

2.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell ta' riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati kien ta' EUR 41 482 (50,5 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), meta mqabbel ma' EUR 8 970 fl-2014 (14,9 %); jinnota li, skont l-Aġenzija dawk ir-riporti kienu jirrigwardaw ix-xiri ta' hardware tal-IT u s-servizzi ta' konsulenza ordnati fl-aħħar tliet xhur tal-2015 li marru lil hinn minn tmiem is-sena, prinċipalment minħabba dewmien fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-possibbiltà li jintużaw il-kuntratti qafas tad-DĠ DIGIT tal-Kummissjoni;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

3.

Jinnota li l-Aġenzija kellha 17-il membru tal-persunal fi tmiem l-2015, kollha uffiċjali tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li wara li aġent kuntrattwali wieħed irriżenja, ma daħalx ieħor floku;

Kummenti oħra

4.

Jinnota li, skont l-Aġenzija, din ipproċessat 375 tranżazzjoni fl-2015, inklużi kuntratti, emendi u notifiki ta' attivitajiet front-end sabiex tiżgura s-sigurtà tal-forniment ta' materjal nukleari;

5.

Jinnota li fl-2015 l-Aġenzija ħejjiet u ppreżentat lill-kumitat konsultattiv tagħha abbozz ta' proposta biex temenda r-regoli tagħha bil-għan li tagħmilhom konformi mal-prattiki attwali tas-suq; jinnota, barra minn hekk, li jekk dan it-test jiġi adottat, din se tkun l-ewwel reviżjoni tar-regoli mill-1975 'l hawn; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar żviluppi ulterjuri li jsiru fir-rigward tal-emendar tar-regoli tagħha;

6.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/302


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2017/1710 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0069/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tal-Anness tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0126/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttriċi Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 184.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/303


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1711 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0049/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0111/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 188.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/304


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1712 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0111/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (il-“Fondazzjoni”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 20 860 000, ammont li jfisser żieda ta' 0,42 % meta mqabbel mal-2014,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2015 (ir-“rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.

Jinnota li l-Fondazzjoni kellha impenn biex iżżid l-għadd ta' dikjarazzjonijiet ta' interess u CVs disponibbli fuq is-sit web tagħha u li kellha l-għan li tiġbor dikjarazzjonijiet mill-membri kollha tal-bord peress li l-bord tat-tmexxijail-ġdid kellu jinħatar wara l-iskadenza tal-mandat tal-bord attwali f'Novembru 2016; jinnota, madankollu, li wħud mis-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-bord tat-tmexxija għadhom nieqsa; jistieden lill-Fondazzjoni tikseb u tippubblika dawk id-dokumenti sabiex tiżgura s-sorveljanza u l-iskrutinju pubbliċi meħtieġa tal-maniġment tagħha;

2.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, b'rabta mal-kumment fir-rapport 2013 tal-Qorti rigward ftehim komprensiv dwar il-kwartieri ġenerali bejn il-Fondazzjoni u l-Istat Membru li jospita l-Fondazzjoni, l-azzjoni korrettiva hija mmarkata bħala “Ikkompletata”;

3.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, b'rabta mal-kumment fir-rapport 2014 tal-Qorti rigward nuqqas ta' osservanza tal-Fondazzjoni fil-konfront tar-Regolamenti tal-Persunal, l-azzjoni korrettiva hija mmarkata bħala “Ikkompletata”;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.

Jinnota li l-Fondazzjoni qed tagħmel sforzi biex tiżgura t-twettiq sħiħ tal-programm ta' ħidma, li jirrikjedi l-użu sħiħ tal-fondi baġitarji; jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,9 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,35 %, liema rata tirrappreżenta żieda ta' 7,55 % meta mqabbla mal-2014;

Impenji u riporti

5.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2016 kien ta' EUR 2 135 164 (31,2 %) għat-Titolu III (nefqa operattiva), meta mqabbel ma' EUR 3 814 156 (53,7 %) fl-2014; jirrikonoxxi l-fatt li l-approprjazzjonijiet impenjati tal-Fondazzjoni huma għoljin prinċipalment minħabba proġetti pluriennali implimentati skont l-iskeda;

6.

Jinnota li r-riporti ħafna drabi jkunu parzjalment jew għalkollox ġustifikabbli min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li mhux dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk jiġu ppjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti; jilqa' l-fatt li l-Fondazzjoni, flimkien mal-Qorti, stabbiliet proċedura li tippermetti distinzjoni trasparenti bejn riporti “ppjanati” u riporti “mhux ippjanati”;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

7.

Jinnota li l-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwisti u l-Kuntratti tal-Fondazzjoni (KKAK), li jagħti opinjoni dwar proposti ta' kuntratti b'valur ta' mill-inqas EUR 250 000, eżamina ħames dossiers fl-2015 u li l-opinjonijiet kollha tiegħu kienu favorevoli; jinnota, barra minn hekk, li l-KKAK wettaq verifika ex post annwali ta' tnejn mill-ħames kuntratti aġġudikati fl-2015; jinnota li, għalkemm il-KKAK ħareġ kummenti u rakkomandazzjonijiet speċifiċi, kien sodisfatt li l-Fondazzjoni osservat il-proċeduri ta' akkwist;

Prestazzjoni

8.

Jinnota li l-mira tal-Fondazzjoni ta' 80 % rigward in-numru ta' outputs ippjanati fil-programm ta' ħidma tagħha ma ntlaħqitx, avolja l-Fondazzjoni tejbet il-prestazzjoni tagħha b'paragun mal-2014; jinnota li r-raġunijiet li minħabba fihom il-Fondazzjoni ma laħqitx il-mira tagħha huma prinċipalment relatati ma' dewmien min-naħa tal-kuntratturi u l-iskarsezza tar-riżorsi umani; jinnota, barra minn hekk, li għadd iżjed realistiku ta' proġetti u riżultati ġie ppjanat u implimentat fl-2016, skont ir-riżorsi mnaqqsa tal-Fondazzjoni; jinsab imħasseb li, fil-perspettivi attwali tar-riżorsi, l-istħarriġ pan-Ewropew tal-Fondazzjoni mhuwiex żgurat fuq perjodu twil, kif ukoll li l-Fondazzjoni ma tistax timpenja ruħha biex tagħti bidu għal ħidma ulterjuri, bħal pereżempju dwar il-migranti u r-rifuġjati jew dwar xogħol mhux iddikjarat, minkejja talbiet ifformulati b'mod deċiż mill-bord tat-tmexxija; jistieden lill-Fondazzjoni u lill-Kummissjoni jindirizzaw l-iskarsezza tar-riżorsi tal-persunal u jirrapportaw lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-soluzzjonijiet possibbli;

9.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li t-tnaqqis ġenerali tal-persunal ta' 10 % kellu impatt fuq id-dewmien ta' xi wħud mill-proġetti tal-Fondazzjoni u kkontribwixxa għal diskussjonijiet diffiċli fir-rigward ta' prijoritajiet negattivi mal-bureau tal-bord tat-tmexxija; jirrikonoxxi l-fatt li l-Fondazzjoni rnexxielha tosserva t-tnaqqis impost mill-Kummissjoni avolja l-karigi kollha tal-organigramma tagħha kienu mimlijin fis-snin preċedenti; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe miżura potenzjali ta' ffrankar ta' spejjeż ulterjuri ma xxekkilx il-kapaċità tal-Fondazzjoni li twettaq il-mandat tagħha; jistieden lill-awtorità baġitarja tieħu kont ta' dan waqt il-proċedura baġitarja;

Kontrolli interni

10.

Jinnota li, skont il-prijoritizzazzjoni magħmula fl-2014, il-koordinatur ta' kontroll intern tal-Fondazzjoni ffoka fuq l-iżvilupp ulterjuri tat-tliet standards ta' kontroll intern relatati mal-allokazzjoni u l-mobbiltà tal-persunal, mal-proċessi u l-proċeduri, kif ukoll mal-ġestjoni tad-dokumenti; jinnota, barra minn hekk, li żewġ membri tal-kumitat għall-kontroll intern attendew kors tat-tip “ħarreġ lil min iħarreġ” dwar il-ġlieda kontra l-frodi organizzat mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi;

Awditu intern

11.

Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) ma wettaq ebda awditu fil-Fondazzjoni matul l-2015; jinnota li t-tliet rakkomandazzjonijiet pendenti, li rriżultaw mill-awditu dwar “il-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijenti u mal-partijiet interessati” li sar mill-IAS fl-2013, ingħalqu fl-2015;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

12.

Jilqa' l-fatt li fl-2016 il-Fondazzjoni wettqet sensibilizzazzjoni rigward il-politiki tagħha dwar il-kunflitti ta' interess u kontra l-frodi fost il-persunal tagħha bl-użu ta' taħriġ speċifiku offrut lill-membri kollha tal-persunal; jinnota b'sodisfazzjon, barra minn hekk, li dak it-taħriġ huwa maħsuba biex isir parti standard tal-programm introduttorju għall-membri l-ġodda tal-persunal;

Kummenti oħra

13.

Jinnota li, fl-2015, 17-il membru tal-persunal ipparteċipaw f'żewġ away days li swew EUR 2 136 (jiġifieri EUR 126 għal kull persuna);

14.

Jinnota l-effiċjenza tal-pjattaforma eTendering għall-ġestjoni tas-sejħiet għall-offerti, li tikkonsisti fil-pubblikazzjoni tad-dokumenti tal-offerta u l-ġestjoni tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċedura;

15.

Jilqa' l-pubblikazzjoni tad-dokument ta' programmazzjoni attwali 2017-2020, li jistabbilixxi l-politika u l-kuntest istituzzjonali għall-programm, jiddeskrivi l-programm pluriennali għall-perjodu ta' erba' snin, u jistabbilixxi programm ta' ħidma għall-2017;

16.

Jisħaq fuq il-fatt li l-Istat Membru ospitanti tal-Fondazzjoni għandu jipprovdi l-aħjar kondizzjonijiet possibbli biex jiżgura l-funzjonament tal-Fondazzjoni, inklużi skejjel multilingwi b'orjentazzjoni Ewropea u kollegamenti xierqa tat-trasport;

17.

Jinnota li l-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Fondazzjoni fl-Istat Membru ospitanti għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn il-Fondazzjoni u l-Istat Membru kkonċernat;

18.

Jirrikonoxxi l-progress tal-Fondazzjoni fl-implimentazzjoni tal-programm attwali ta' erba' snin 2013-2016 dwar ir-riċerka biex jiġi megħjun l-iżvilupp ta' politiki soċjali u relatati max-xogħol; jilqa' l-kontribut tagħha għall-iżvilupp tal-politiki permezz ta' numru konsistentement għoli ta' stħarriġ, studji, preżentazzjonijiet, avvenimenti u proġetti ta' kwalità sabiex b'mod kontinwu jitjiebu l-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fl-Unjoni; jinnota l-bidu tal-proġett pilota tal-Parlament Ewropew, “Il-futur tal-manifattura fl-Ewropa”; iqis li huwa importanti li tinżamm kooperazzjoni b'saħħitha bejn il-Fondazzjoni u l-Kumitat tal-Parlament għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali sabiex jibqgħu jsiru diskussjonijiet kostruttivi u bbażati fuq l-evidenza; jistieden lill-Fondazzjoni tkompli tissorvelja mill-qrib, tanalizza u tirrapporta dwar il-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u tipprovdi għarfien espert biex dawn jittejbu;

19.

Jinnota l-impatt ta' livell għoli tal-Fondazzjoni, b'mod partikolari fl-appoġġ tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif rifless fl-indikaturi tal-prestazzjoni ppreżentati fir-rapport konsolidat tal-attività annwali;

20.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/307


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1713 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0049/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0111/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 188.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/308


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1714 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Eurojust (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0056/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0129/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 193.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/309


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1715 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0129/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 33 818 351; billi l-baġit kollu tal-Eurojust huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Eurojust huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

C.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.

Jirrikonoxxi li, skont ir-rapport tal-Qorti, fir-rigward ta' segwitu għal kwittanzi preċedenti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u għal żewġ kummenti l-azzjoni korrettiva hija mmarkata bħala “Għadha għaddejja” filwaqt li għal kumment ieħor hija mmarkata bħala “Mhux applikabbli”;

2.

Jirrikonoxxi li l-Eurojust, f'konsultazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi u d-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni, tevalwa l-użu tal-approprjazzjonijiet differenzjati biex tiżgura l-finanzjament tal-attivitajiet operattivi, li ma jistgħux jiġu ppjanati minn qabel u li jeħtieġu jkomplu għaddejjin matul is-sena kollha;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,99 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,17 % mill-2014; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89 %, li tfisser żieda ta' 1,69 % mill-2014;

4.

Jiddispjaċih li l-Eurojust ħabbtet wiċċha ma' kwistjonijiet ta' disponibbiltà baġitarja minħabba problemi strutturali magħrufa fil-finanzjament tagħha u li għat-tieni sena konsekuttiva kellha tirrikorri għal miżuri ta' mitigazzjoni soġġetti għal baġit emendatorju; jiddispjaċih li l-inċertezza finanzjarja li kellha ħabbtet wiċċha magħha l-Eurojust irriżultat fil-posponiment ta' wħud mill-attivitajiet kurrenti tagħha u d-differiment ta' żviluppi teknoloġiċi prezzjużi; jitlob li l-Eurojust u l-Kummissjoni jsolvu dawn il-problemi strutturali magħrufa u jiżguraw livell xieraq ta' finanzjament għas-snin li ġejjin;

Impenji u riporti

5.

Jinnota li l-ammont riportat mill-2014 għall-2015 kien ta' EUR 4 246 726 li minnhom intużaw 87,6 %; jinnota, barra minn hekk, li ammont ta' EUR 525 194,li jirrappreżenta ammont simili għall-2014,ġie kkanċellat fl-aħħar tas-sena;

6.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kienu ta' EUR 1 600 000 (21 %) meta mqabbla ma' EUR 1 500 000 (20 %) fl-2014; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' kuntratti speċifiċi għal servizzi ta' sigurtà u ospitalità u proġetti tal-ICT, hardware u manutenzjoni, spejjeż marbuta mal-konsulenza u mal-proġetti għall-bini l-ġdid, kif ukoll għal servizzi ordnati qabel tmiem is-sena u provduti fl-2016;

7.

Jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

8.

Jinnota li l-Eurojust iffirmat 23 kuntratt b'valur ta' aktar minn EUR 15 000, li jirrappreżenta tnaqqis ċkejken ta' 14 % meta mqabbel mal-2014; josserva li ġiet segwita proċedura ta' akkwist miftuħa għal 82,6 % tal-kuntratti, rata li tirrappreżenta 95,44 % tal-akkwisti;

9.

Jinnota li r-rata ta' postijiet vakanti tal-Eurojust fil-31 ta' Diċembru 2015 kienet ta' 2,4 % meta mqabbla ma' 4,8 % fil-31 ta' Diċembru 2014; jinnota b'sodisfazzjon li l-organigramma tal-2015 ġiet eżegwita fil-livell ta' 97,6 %;

10.

Josserva li fl-2015 il-Eurojust implimentat it-tieni mewġa ta' tnaqqis fil-karigi, li tikkorrispondi għal 2 % jew erba' karigi, sabiex tintlaħaq il-mira tat-tnaqqis tal-persunal b'5 % miftiehma mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill; jinnota, barra minn hekk, li l-aħħar mewġa ta' tnaqqis tal-persunal, li tikkorrispondi għal 1 % jew tliet karigi, kellha tiġi implimentata fl-2016 fil-qasam tal-appoġġ amministrattiv; jirrikonoxxi li t-tnaqqis tal-persunal saħħaħ is-sehem ta' impjiegi operattivi fl-organizzazzjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

11.

Jinnota l-affermazzjoni mill-ġdid tal-Eurojust li regoli ċari għall-protezzjoni tal-informaturi jiżvolġu rwol integrali biex tinkiseb kultura ta' fiduċja u biex tiġi miġġielda l-frodi, kif previst fl-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal; jinnota li l-Eurojust tinsab fil-proċess li tfassal regoli ġodda għall-protezzjoni tal-informaturi; jirrimarka li diskussjoni preliminari dwar l-abbozz ta' regoli diġà saret fil-Kulleġġ tal-Eurojust nhar l-4 ta' Ottubru 2016; jistieden lill-Eurojust tkompli tirrapporta dwar il-proċess u dwar l-adozzjoni sussegwenti tar-regoli tagħha għall-protezzjoni tal-informaturi;

12.

Josserva li verżjonijiet qosra tal-CVs tal-membri tal-Kulleġġ huma ppubblikati online iżda li d-dikjarazzjonijiet ta' interess mhumiex; jinnota f'dan ir-rigward li, f'Jannar 2016, il-Kulleġġ tal-Eurojust adotta linji gwida dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jinnota wkoll li l-Eurojust bħalissa qed tiffinalizza l-proċess ta' kumpilazzjoni ta' dikjarazzjonijiet ta' interess u li r-riżultati tiegħu se jiġu sussegwentement ippubblikati fuq is-sit web tagħha; jitlob lill-Eurojust tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress dwar din il-kwistjoni;

13.

Jinnota bi tħassib li l-Eurojust ma pprevediet l-ebda kontroll jew aġġornament tad-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-esperti, il-membri tal-Kulleġġ u l-membri tal-persunal;

14.

Jiddispjaċih li l-amministrazzjoni u l-membri tal-korp konġunt ta' sorveljanza indipendenti ma ppubblikawx id-dikjarazzjonijiet ta' interess tagħhom; jappella biex dawn id-dikjarazzjonijiet jiġu ppubblikati minnufih; jappella biex il-Eurojust tadotta gwida prattika dwar il-ġestjoni istituzzjonali u oħra dwar il-kunflitti ta' interess, skont il-linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni f'Diċembru 2013, u tistabbilixxi regoli ċari kontra l-prattika ta' “bibien iduru”;

Awditu intern

15.

Jirrikonoxxi li, skont ir-rapport annwali tal-Eurojust, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ppospona l-awditjar tiegħu dwar il-“Monitoraġġ u Rappurtar/Elementi Fundamentali tal-Assigurazzjoni” minħabba r-riżorsi tal-IT skarsi tiegħu fil-qasam tal-awditjar, awditjar li finalment twettaq f'Jannar 2016; jistenna bil-ħerqa r-rapport annwali li jmiss tal-Eurojust u dettalji ulterjuri dwar l-awditjar;

16.

Josserva li mis-27 ta' Marzu 2015 ir-rakkomandazzjonijiet pendenti preċedenti kollha ngħalqu mill-IAS; ifakkar li fl-2014 l-IAS awditja l-ġestjoni u l-organizzazzjoni tal-laqgħat ta' koordinazzjoni u taċ-ċentri ta' koordinazzjoni fil-Eurojust; jinnota li fl-2015 l-IAS ħareġ rapport finali ta' awditjar b'rakkomandazzjoni waħda mmarkata bħala “Importanti”; jinnota b'sodisfazzjon li l-Eurojust implimentat l-azzjoni korrettiva għar-rakkomandazzjoni u li din issa tidher bħala “Ikkompletata”;

17.

Jinnota li l-implimentazzjoni tal-proġett ta' Tisħiħ tas-Sistema ta' Kontabilità Bbażata fuq id-Dovuti ppermettiet użu aktar effiċjenti tar-riżorsi umani fl-amministrazzjoni tal-Eurojust, filwaqt li għodda ġdida għar-reġistrazzjoni tal-ħin (eRecording), implimentata mid-direttur amministrattiv għall-impjegati kollha tal-amministrazzjoni sa minn April 2015, irrappreżentat pass lejn monitoraġġ u rappurtar ibbażati fuq l-attività;

Kummenti oħra

18.

Jinkoraġġixxi lill-Eurojust biex tkompli tittratta t-terroriżmu, it-traffikar u l-kuntrabandu, u ċ-ċiberkriminalità bħala prijoritajiet; jilqa' l-fatt li l-Istati Membri qed jagħmlu dejjem aktar użu mil-laqgħat ta' koordinazzjoni u ċ-ċentri ta' koordinazzjoni u li qed jagħrfu l-valur taż-żieda fl-involviment ta' pajjiżi terzi f'timijiet konġunti ta' investigazzjoni; jilqa' l-fatt li l-għadd ta' każijiet li għalihom l-Istati Membri talbu l-għajnuna tal-Eurojust qed ikompli jikber u żdied bi 23 % meta mqabbel mal-2014; jikkunsidra li l-baġit tagħha għandu jiżdied konsegwentement;

19.

Jirrikonoxxi li l-Eurojust, flimkien mal-Istat Membru ospitanti tagħha, tinsab attwalment fil-proċess ta' tħejjija għat-tranżizzjoni lejn il-bini l-ġdid tagħha; jinnota li l-kostruzzjoni tal-bini bdiet fir-rebbiegħa tal-2015 u l-ġarr mistenni ġie ppjanat għar-rebbiegħa tal-2017; jistieden lill-Eurojust tirrapporta ulterjorment lill-awtorità ta' kwittanza dwar it-tranżizzjoni lejn il-bini l-ġdid tagħha, kif ukoll tiddeskrivi l-ispejjeż ta' tranżizzjoni totali mġarrba;

20.

Jinnota bi tħassib li hemm żbilanċ sinifikanti bejn is-sessi kemm fil-maniġment superjuri kif ukoll bejn il-membri tal-Kulleġġ tal-Eurojust; iħeġġeġ lill-Eurojust biex tikkoreġi dan l-iżbilanċ malajr kemm jista' jkun u biex tikkomunika r-riżultati lill-Parlament u lill-Kunsill;

21.

Jinnota li l-Eurojust għandha seba' karozzi tas-servizz bi spiża ta' EUR 20 000 fis-sena;

22.

Jinnota li, fl-2015, 64 membru tal-persunal ipparteċipaw f'away days li l-ispiża tagħhom kienet ta' EUR 9 346,98 (EUR 146,04 kull persuna);

23.

Jiddispjaċih li, fir-rapport annwali tagħha tal-2015, il-Eurojust iddikjarat li l-korruzzjoni mhijiex prijorità tal-Unjoni; jinnota li, b'kontradizzjoni għal din id-dikjarazzjoni, hemm id-90 każ ta' korruzzjoni li fir-rigward tagħhom, fl-2015, il-Eurojust intalbet tipprovdi l-għarfien espert tagħha (darbtejn aktar milli kien hemm fl-2014) skont ir-rapport annwali tal-Eurojust; jirrikonoxxi l-fatt li l-Greċja, ir-Rumanija u l-Kroazja kienu l-Istati Membri li ressqu l-akbar ammont ta' talbiet f'każijiet relatati mal-korruzzjoni;

24.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/312


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1716 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Eurojust (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0056/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0129/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 193.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/313


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1717 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0070/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0107/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 198.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/314


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1718 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0107/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (“l-Uffiċċju”) għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 94 926 894, li jirrappreżenta żieda ta' 12,55 % meta mqabbel mal-baġit għall-2014, billi ż-żieda kienet dovuta għal kompiti ġodda jew addizzjonali li jespandu l-mandat tiegħu,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, il-Parlment jisħaq fuq l-importanza speċjali li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.

Jinnota li n-nota dwar l-effikaċja tal-proċeduri ta' akkwist li saret fir-rapport tal-Qorti tal-2013 ġiet immarkata bħala “Ikkompletata” fir-rapport tal-Qorti tal-2015;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,80 %, li turi li l-impenji saru f'waqthom; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89 %, li tfisser żieda ta' 4 % meta mqabbla mal-2014;

Impenji u riporti

3.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kienu ta' EUR 42 000 000 (41 %) meta mqabbla ma' EUR 1 900 000 (27 %) fl-2014; jinnota li dawn ir-riporti fil-biċċa l-kbira kellhom x'jaqsmu ma' xogħlijiet ta' bini li għalihom ma kinux waslu fatturi jew li kienu għadhom għaddejjin sal-aħħar tal-2015; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju se jkompli bl-isforzi tiegħu biex jiżgura implimentazzjoni baġitarja effiċjenti u konformi, speċjalment fir-rigward ta' riporti fir-rigward tan-nefqa amministrattiva; jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operazzattivi tal-aġenziji li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

4.

Jinnota li, fi tmiem l-2015, l-għadd totali ta' membri tal-persunal impjegat mill-Uffiċċju kien ta' 627, li jikkonsisti f'483 membru tal-persunal fit-tabella tal-persunal, 140 aġent kuntrattwali u 4 membri tal-persunal lokali; jinnota, barra minn hekk, li l-għadd ta' membri tal-persunal mhux tal-Uffiċċju (l-esperti nazzjonali sekondati, l-uffiċjali ta' kollegament u l-persunal tal-uffiċċji ta' kollegament, it-trainees, u l-kuntratturi) kien ta' 386; jinnota li fl-2015 l-Uffiċċju impjega 86 membru tal-persunal ġdid (45 aġent temporanju u 41 aġent kuntrattwali), u li 62 membru tal-persunal telqu mill-organizzazzjoni (49 aġent temporanju u 13-il aġent kuntrattwali);

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

5.

Jinnota li s- CVs u d-dikjarazzjonijiet dwar in-nuqqas ta' kunflitti ta' interess tad-direttur u tal-viċi diretturi tal-Uffiċċju kienu ppubblikati fis-sit web tiegħu minn Settembru 2015 'il quddiem; jinnota bi tħassib li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-bord ta' tmexxija tal-Uffiċċju ma ġewx ippubblikati fis-sit web tiegħu; jinnota li r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (ir-Regolament il-ġdid tal-Europol) huwa mistenni li jibda japplika mill-1 ta' Mejju 2017; jinnota li ladarba jibda japplika r-Regolament il-ġdid tal-Europol, il-bord ta' tmexxija tal-Uffiċċju se jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu, inkluż b'rabta mad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tagħhom; jitlob li l-Uffiċċju jippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-bord ta' tmexxija tal-Uffiċċju fis-sit web tiegħu u jagħti lill-pubbliku kwalunkwe informazzjoni ġenerali meħtieġa dwar il-maniġment superjuri tiegħu, u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tar-regoli tiegħu dwar il-kunflitti ta' interess;

6.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Uffiċċju japplika qafas regolatorju strett fir-rigward tal-verifika tal-korrettezza fattwali tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi magħmula mill-esperti, mill-membri tal-bord ta' tmexxija u mill-membri tal-persunal, f'konformità man-natura partikolari u r-rwol tal-Uffiċċju, u li jikkoopera mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) meta jkun meħtieġ;

7.

Jinnota b'sodisfazzjon li, sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess, tiġi attivata riċerka “open source” skont il-każ fl-oqsma ewlenin rilevanti (reklutaġġ, akkwist u membri tal-persunal li jitilqu mill-organizzazzjoni) u li, għall-kompetizzjonijiet taħt il-kuntratti qafas eżistenti tal-ICT (konsulenza) u għall-proċeduri negozjati skont l-Artikolu 134 tar-regoli ta' applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (2), id-dikjarazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess tal-membri tal-persunal involuti jiġu sistematikament iċċekkjati rigward rabtiet possibbli mal-kumpaniji involuti fil-kompetizzjonijiet, u verifiki addizzjonali jitwettqu skont il-każ;

8.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Uffiċċju daħħal fis-seħħ arranġamenti addizzjonali rigward l-iżvelar ta' informazzjoni protetta fi tmiem l-2016;

9.

Josserva li l-Uffiċċju bħalissa japplika l-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi; jinnota li r-rekwiżit legali tal-Uffiċċju li jistabbilixxi l-istrateġija tiegħu stess kontra l-frodi se jkollu effett ladarba jibda japplika r-Regolament il-ġdid tal-Europol f'Mejju 2017; jinnota wkoll li l-Uffiċċju biħsiebu jippreżenta abbozz ta' strateġija lill-bord ta' tmexxija tiegħu sabiex jiżgura li din l-istrateġija tiġi adottata qabel jidħol fis-seħħ ir-Regolament il-ġdid tal-Europol; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi relatati mal-istrateġija tiegħu kontra l-frodi;

Kontrolli interni

10.

Jinnota li matul l-2015 l-attivitajiet ta' ġestjoni tar-riskji fl-Uffiċċju ffukaw fuq l-indirizzar kemm tar-riskji interni kif ukoll fuq l-oqsma ta' titjib identifikati mill-Qorti, mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS), mill-Uffiċċju tal-Awditjar Intern u mill-Ombudsman; jinnota, barra minn hekk, li l-attivitajiet ta' ġestjoni tar-riskji inkludew ukoll il-monitoraġġ tar-riskji li jaffettwaw l-objettivi ċentrali tal-operat stabbiliti għall-Programm ta' Ħidma għall-2015; jinnota li, sa tmiem l-2015, ir-reġistru tar-riskji korporattiv tal-Uffiċċju kien fih 12-il riskju korporattiv b'19-il azzjoni ta' mitigazzjoni korrispondenti, li minnhom 84 % ġew implimentati jew indirizzati fl-2015;

Awditu intern

11.

Jinnota li 75 % tar-rakkomandazzjonijiet kollha pendenti mill-awditjar tal-Qorti, l-IAS, l-Awtorità ta' Kontroll Komuni tal-Europol, l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni, u l-Uffiċċju tal-Awditjar Intern, li ġew issottolineati bħala ta' importanza kritika jew importanti ħafna, ġew indirizzati fl-2015; jitlob lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet pendenti jew ir-raġunijiet għaliex ikun iddeċieda li ma jindirizzahomx;

12.

Jinnota li, fl-2015, l-IAS wettaq awditu dwar il-ġestjoni tal-partijiet interessati; jinnota, barra minn hekk, li dan ħareġ erba' rakkomandazzjonijiet, li minnhom l-ebda waħda ma ġiet issottolineata bħala ta' importanza kritika jew importanti ħafna;

Kummenti oħra

13.

Josserva li l-awtoritajiet kompetenti tan-Netherlands, fejn hemm il-kwartieri ġenerali tal-Uffiċċju, ivvalutaw it-theddida attwali bħala waħda sostanzjali (livell 4 minn 5); jinnota li l-Uffiċċju jinsab f'kuntatt mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tan-Netherlands bil-ħsieb li jivvaluta kontinwament l-implikazzjonijiet relatati għall-Uffiċċju, inklużi l-miżuri ta' sigurtà tas-sitwazzjoni kif ukoll l-aġġustament ta' arranġamenti għall-kontinwità tal-operat;

14.

Jinnota li l-kapaċitajiet jevolvu tal-Uffiċċju, b'mod partikolari ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità u, mill-2016 'il hawn, iċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, għollew il-profil tiegħu rigward it-theddidiet ċibernetiċi; jinnota, barra minn hekk, li l-Uffiċċju għandu implimentata sistema għall-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni, li tiġi adattata fuq bażi kontinwa, f'konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti u mal-eżempji tal-aħjar prattika mill-industrija;

15.

Jinnota li fl-2016 l-Uffiċċju aġġorna l-istruttura tan-netwerk tal-ICT tiegħu bil-ħsieb li jsaħħaħ il-protezzjoni tad-data relatata mal-attivitajiet ewlenin tiegħu u s-sistemi relatati, inklużi l-kapaċitajiet ta' skambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri u ma' partijiet terzi; jinnota li, barra minn hekk, bħala parti minn dawk il-miżuri, in-netwerk li jospita s-sistemi u d-data relatata mal-attivitajiet ewlenin tiegħu ġie kklassifikat fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL;

16.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-qafas legali l-ġdid tal-Uffiċċju, li se jsir applikabbli f'Mejju 2017, jipprevedi miżuri addizzjonali f'dak li jirrigwarda l-għoti ta' informazzjoni speċifika lill-Parlament dwar il-ħidma tal-Uffiċċju, inklużi kwistjonijiet operazzjonali sensittivi;

17.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Uffiċċju għandu arranġamenti u ftehimiet estensivi dwar il-kondiviżjoni ta' servizzi u ta' kapaċitajiet, inklużi proċeduri konġunti ta' sejħiet għall-offerti mal-Istat Ospitanti tiegħu, diversi ftehimiet operazzjonali u strateġiċi ma' aġenziji oħra varji, ftehim ta' għotja mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, u kooperazzjoni mill-qrib mal-Frontex dwar l-approċċ tal-hotspots;

18.

Jinnota li l-Uffiċċju għandu 16-il karozza tas-servizz, inkluża vettura speċjalizzata għall-attività operazzjonali tiegħu li ġiet tiswa EUR 73 000 (EUR 37 000 għax-xogħol ta' manutenzjoni, EUR 16 000 għall-assigurazzjoni/permessi u EUR 20 000 għall-fjuwil);

19.

Jinnota bi tħassib il-fatt li l-Uffiċċju juża l-bażi tad-data privata kontroversjali WorldCheck, li spiss tikkollega lil individwi u organizzazzjonijiet mat-terroriżmu abbażi ta' riżorsi pubbliċi biss, mingħajr ebda investigazzjoni xierqa, trasparenza jew mezz effikaċi ta' rimedju; jistieden lill-Uffiċċju jispjega lill-Kumitat tal-Parlament għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern il-mod kif juża din il-bażi tad-data privata fil-ħidma teigħu, sabiex jivvaluta r-rilevanza tal-użu ta' fondi pubbliċi għall-akkwist ta' liċenzji għal WorldCheck;

20.

Jilqa' l-fatt li l-Uffiċċju b'mod effikaċi u effiċjenti qed jipprovdi l-prodotti u s-servizzi mistennija mill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u s-sħab ta' kooperazzjoni; jirrikonoxxi li 'l fuq minn 732 000 messaġġ operazzjonali ġew ipproċessati permezz tal-Applikazzjoni ta' Netwerk għall-Iskambju Sikur ta' Informazzjoni (SIENA) u li kważi 40 000 każ konness inbdew, li s-Sistema ta' Informazzjoni tal-Europol (EIS) ipproċessat 'il fuq minn 633 000 riċerka, u li l-Uffiċċju appoġġja 812-il operazzjoni, ipproduċa aktar minn 4 000 rapport operazzjonali u kkoordina 98 azzjoni konġunta;

21.

Jenfasizza l-fatt li, bi tweġiba għall-attakki terroristiċi u l-kriżi tal-migrazzjoni u fid-dawl tal-Aġenda tal-Kummissjoni fil-qasam tas-Sigurtà u l-Migrazzjoni, il-mandat u l-persunal tal-Uffiċċju ssaħħu u l-baġit tagħha kiber; jilqa' s-suċċess tal-isforzi tal-Uffiċċju fit-twaqqif tal-Unità tal-UE ta' Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet, iċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti (EMSC) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (ECTC); iħeġġeġ lill-Uffiċċju jiffoka fuq l-iżvilupp ta' dawn it-tliet strumenti l-ġodda;

22.

Iħeġġeġ lill-Uffiċċju jissemplifika l-proċessi rigward il-Fajls ta' Ħidma Analitika u l-istabbiliment tas-Sistema ta' Analiżi ġdida tal-Europol, kif ukoll jiddedika r-riżorsi meħtieġa biex jiżgura livell għoli ta' sigurtà tad-data, privatezza u protezzjoni tad-data;

23.

Iħeġġeġ lill-Uffiċċju jkompli jtejjeb il-qsim tal-informazzjoni fost is-sħab tiegħu, kif ukoll il-kooperazzjoni mal-Istati Membri, mal-forzi nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u mal-Eurojust għall-finijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ ir-regoli tal-protezzjoni tad-data u l-privatezza, inkluż il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop; jistieden lill-Uffiċċju jagħti aktar attenzjoni lill-preżentazzjoni ta' ħidmietu permezz ta' pjattaformi fuq l-Internet;

24.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(2)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad- 29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(3)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/318


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1719 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0070/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0107/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 198.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/319


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1720 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0050/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0146/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 203.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/320


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1721 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0146/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 21 229 000, ammont li ma jirrappreżenta ebda bidla meta mqabbel ma' dak tal-2014; billi 98,23 % tal-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, l-istess bħas-sena ta' qabel, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 71,62 %, liema rata tirrappreżenta żieda ta' 2,17 % meta mqabbla mas-sena ta' qabel; jirrikonoxxi l-livell ġeneralment għoli tal-approprjazzjonijiet ta' impenn, li jindika li l-impenji saru f'waqthom;

Impenji u riporti

2.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2016 għat-Titolu III (nefqa operattiva) kien ta' EUR 5 723 282 (70 %), meta mqabbel ma' EUR 5 848 956 (75 %) fis-sena ta' qabel; jirrikonoxxi li, skont ir-rapport tal-Qorti, dawn ir-riporti prinċipalment jirriflettu n-natura tal-attivitajiet tal-Aġenzija li jinvolvu l-kisba ta' studji li jdumu għaddejjin ħafna xhur, u li spiss jibqgħu sejrin anke wara tmiem is-sena;

3.

Jinnota li r-rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2014 għall-2015 kienet ta' 98,32 % fl-2015, bil-kanċellazzjoni biss tas-somma ta' EUR 104 366,35 li tirrappreżenta 1,61 % tal-ammont totali;

4.

Jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti;

Trasferimenti

5.

Jinnota li fl-2015 żewġ trasferimenti baġitarji ġew ippreżentati lill-bord ta' tmexxija għall-approvazzjoni u li l-ammont totali trasferit bejn it-Titoli b'dawn it-trasferimenti kien ta' EUR 835 734; jinnota, barra minn hekk, li dawn it-trasferimenti kienu relatati prinċipalment mar-riallokazzjoni tal-eċċess taħt in-nefqa amministrattiva għal proġetti operattivi jew fi ħdan in-nefqa operattiva; jinnota b'sodisfazzjon li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

6.

Jirrikonoxxi li l-organigramma tal-Aġenzija tnaqqset bit-tneħħija ta' żewġ karigi ta' aġenti temporanji fl-2015 (kariga ta' AD u oħra AST) f'konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja (1); jinnota, barra minn hekk, li f'Novembru 2015 l-awtorità baġitarja awtorizzat żewġ karigi AD ġodda fl-organigramma tal-Aġenzija b'rabta mas-sitwazzjoni attwali tal-asil/il-migrazzjoni;

Prestazzjoni

7.

Jinnota li f'dawn l-aħħar snin l-Aġenzija wettqet proċess wiesa' ta' riforma, li wassal għar-ridefinizzjoni progressiva tal-funzjonijiet ta' ppjanar, monitoraġġ u evalwazzjoni tagħha, inklużi sistema aktar komprensiva għall-monitoraġġ intern tal-prestazzjoni, politika kompleta ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni kif ukoll pjan ta' azzjoni annwali ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni; jinnota li attwalment jinsabu għaddejjin ħames evalwazzjonijiet ex ante u erba' evalwazzjonijiet ex post u li r-riżultati ta' dan l-eżerċizzju se jiġu ppubblikati fir-rapport ta' attività annwali 2016 tal-Aġenzija;

8.

Jiddispjaċih għall-fatt li l-mandat tal-Aġenzija għadu jillimita r-rwol tagħha fir-rigward tal-appoġġ għad-drittijiet fundamentali; jenfasizza li l-Aġenzija għandha tkun tista' toffri opinjonijiet dwar proposti leġiżlattivi fuq inizjattiva proprja u li l-mandat tagħha għandu jiġi estiż biex jinkludi l-oqsma kollha tad-drittijiet protetti bis-saħħa tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi, pereżempju, kwistjonijiet ta' kooperazzjoni tal-pulizija u kooperazzjoni ġudizzjarja;

9.

Jilqa' l-kontribut solidu tal-Aġenzija; jinnota li din organizzat 60 avveniment li jgħaqqdu flimkien is-sħab u l-partijiet interessati ewlenin tagħha biex jiddiskutu kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali f'diversi oqsma tematiċi; jirrikonoxxi li l-Aġenzija offriet il-ħiliet esperti tagħha f'240 preżentazzjoni u seduta ta' smigħ u li ppubblikat ir-riċerka tagħha fi 32 rapport u dokument; ifakkar li l-Aġenzija fasslet 122 opinjoni bi tweġiba għal talbiet minn Stati Membri, minn istituzzjonijiet Ewropej u minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra; jilqa', barra minn hekk, l-approċċ proattiv tagħha lejn il-Parlament;

Awditu intern

10.

Jinnota b'sodisfazzjon li fi tmiem il-perjodu tar-rappurtar, ir-riżultati tal-kontrolli ex post ma żvelaw l-ebda ammont li għandu jiġi rkuprat;

11.

Jinnota li fl-2015 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu ta' segwitu fuq żewġ inkarigi mwettqa fi tmiem l-2013 relatati mal-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-ġestjoni tal-kuntratti; jinnota li, b'riżultat ta' dan, ir-rakkomandazzjonijiet kollha ngħalqu bl-eċċezzjoni ta' waħda mmarkata bħala “Importanti ħafna” u oħra li l-valutazzjoni tagħha tbaxxiet minn “Importanti ħafna” għal “Importanti”; jinnota b'sodisfazzjon li r-rakkomandazzjonijiet kollha maħruġa mill-IAS qabel l-2015 ġew indirizzati u magħluqa;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

12.

Jinnota li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċedimenti legali mressqa kontra l-Aġenzija quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-2015, fil-Kawża T-107/13 P, is-sentenza kienet favur l-Aġenzija u li din tinsab fil-proċess li tirkupra l-ispejjeż legali mill-appellant, filwaqt li fil-Kawża T-658/13 P, l-Aġenzija kkonformat mad-deċiżjoni; jinnota, barra minn hekk, li fil-Kawżi Konġunti F-25/14 u F-106/13, l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni għadha għaddejja u li l-Aġenzija rriintegrat lill-appellant u ħallset l-ispejjeż legali tiegħu, filwaqt li l-appell għadu pendenti; jirrikonoxxi li l-Kawża 178/2013/LP tal-Ombudsman mhi relatata ma' ebda waħda mill-kawżi tal-qorti li għalihom l-Aġenzija kienet jew hija parti;

13.

Jinnota li, apparti r-Regolamenti tal-Persunal, l-Aġenzija introduċiet gwida prattika għall-persunal tagħha dwar il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess, li toffri firxa wiesgħa ta' informazzjoni u pariri dwar varjetà ta' kwistjonijiet; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija regolarment tipprovdi taħriġ obbligatorju għall-persunal dwar l-etika u l-integrità, kif ukoll tippubblika l-curricula vitae u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri attivi kollha tal-bord ta' tmexxija, tal-kumitat xjentifiku u tat-tim maniġerjali tagħha;

14.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija ilha mill-2012 tapplika l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, skont id-deċiżjoni Nru 2012/04 tal-Bord Eżekuttiv (2);

15.

Jinnota li l-Aġenzija tapplika l-Kodiċi ta' Mġiba Amministrattiva Tajba, u li l-kontrolli fuq l-interessi finanzjarji ddikjarati mill-maniġment, mill-membri tal-bord ta' tmexxija u mill-membri tal-Kumitat Xjentifiku huma vvalutati u li d-dikjarazzjonijiet huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija bħala parti mill-politika tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess;

16.

Jinnota li, wara l-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Aġenzija għandha tikkunsidra kif tittrasponi d-Direttiva internament; iħeġġeġ lill-Aġenzija timplimenta d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza malli ssir l-implimentazzjoni; jirrikonoxxi li l-Aġenzija bħalissa tapplika b'analoġija l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta skont id-Deċiżjoni Nru 2012/04 tal-Bord Eżekuttiv; jitlob lill-Aġenzija tevalwa jekk miżuri speċifiċi dwar il-protezzjoni tal-informaturi fuq l-istess linja ta' aġenziji oħra jistgħux ikunu aktar xierqa;

17.

Jinnota li l-Aġenzija żviluppat strateġija kontra l-frodi, li tevalwa l-introduzzjoni ta' kontrolli ġodda, meta jkun meħtieġ, wara valutazzjoni tar-riskju ddedikata; jinnota, barra minn hekk, li l-istrateġija ġiet adottata mill-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija matul il-laqgħa tagħha li saret f'Diċembru 2014, flimkien ma' pjan ta' azzjoni relatat, li ġie implimentat matul l-2015;

18.

Jinnota li l-Aġenzija qed tippjana li tinkludi kapitolu standard dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità fir-rapport annwali tagħha;

Kummenti oħra

19.

Jinnota bi tħassib li hemm żbilanċ sostanzjali fir-rappreżentanza taż-żewġ sessi fis-sitt pożizzjonijiet ta' maniġment superjuri tal-Aġenzija, li ħamsa minnhom huma okkupati minn persuni tal-istess sess; iħeġġeġ lill-Aġenzija tikkoreġi dan l-iżbilanċ u tikkomunika r-riżultati lill-awtorità ta' kwittanza mill-aktar fis possibbli;

20.

Jinnota li, fl-2015, 199 membru tal-persunal ipparteċipaw f'erba' “away days” li b'kollox swew EUR 13 860,62 (EUR 70 għal kull persuna);

21.

Jilqa' l-fatt li matul l-2015 l-Aġenzija ffukat b'saħħa fuq kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali relatati mas-sitwazzjoni tar-rifuġjati u l-migranti li deħlin fl-Unjoni, kif turi b'mod partikolari l-opinjoni tal-Aġenzija dwar id-drittijiet fundamentali fil-“hotspots” stabbiliti fil-Greċja u fl-Italja;jinnota, b'mod partikolari li l-Aġenzija intensifikat b'mod konsiderevoli l-attivitajiet tagħha fil-qasam tal-immigrazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti kif ukoll il-proċeduri tal-asil, il-viża u l-kontroll fil-fruntieri;

22.

Jilqa' l-fatt li fl-2015 l-Aġenzija kompliet bir-riċerka tagħha dwar is-sitwazzjoni tar-Rom fl-Unjoni, u b'hekk tat kontribut għall-monitoraġġ tal-effiċjenza u n-nuqqasijiet tal-politiki ta' integrazzjoni tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri tagħha; jilqa' b'mod speċjali r-rakkomandazzjonijiet strateġiċi tal-Aġenzija, ibbażati fuq ir-riċerka, dwar il-ġlieda b'suċċess kontra l-anti-Żingariżmu u l-ġlieda favur l-inklużjoni soċjali tar-Rom;

23.

Jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tippreżenta s-sejbiet tagħha b'mod aċċessibbli permezz tal-pjattaformi tal-midja soċjali, u b'hekk tilħaq udjenza wiesgħa; iħeġġeġ bil-qawwa t-tixrid ulterjuri tal-ħidma tal-Aġenzija permezz tal-pjattaformi online;

24.

Jirrakkomanda l-inklużjoni tal-oqsma tematiċi ġodda proposti tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali fil-Qafas Pluriennali l-ġdid, li qed jiġi nnegozjat bħalissa; jenfasizza l-fatt li, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali saru parti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u għaldaqstant huma koperti fl-ambitu tal-kompiti tal-Aġenzija;

25.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).

(2)  http://fra.europa.eu/sites/default/files/eb_decision_2012_04-whistleblowing_rules.pdf

(3)  Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).

(4)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/323


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1722 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0050/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0146/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 203.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/324


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1723 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (issa l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (“Frontex”)) għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (l-Aġenzija) għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0065/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (5), b'mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0137/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 208.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.

(6)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/326


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1724 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (issa l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (“Frontex”)) għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (issa l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta) għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 12/2016 tal-Qorti tal-Awdituri dwar “L-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet: mhuwiex dejjem xieraq u mhux dejjem jista' jintwera li huwa effettiv”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0137/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (issa l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta) (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 143 300 000, li jirrappreżenta żieda ta' 46,31 % meta mqabbel mal-2014; billi ż-żieda kienet dovuta prinċipalment għal żewġ modifiki fl-operazzjonijiet rilevanti fil-Mediterran, fl-ammont ta' EUR 28 000 000,

B.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għall-2015 kienet tammonta għal EUR 133 528 000, li tirrappreżenta żieda ta' 53,82 % meta mqabbla ma' dik għall-2014;

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-Qorti), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li t-tranżazzjonijiet ta' bażi tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma legali u regolari,

Bażi għall-opinjoni kwalifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

1.

Jirrikonoxxi li l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-Aġenzija; jinnota li l-bażi għal din l-opinjoni kwalifikata kienet is-sottovalutazzjoni b'EUR 1 723 336 tal-ispiża mġarrba fl-2015 iżda li għadha ma ġietx fatturata għal servizzi ffinanzjati minn qabel b'rabta mas-sorveljanza marittima; jinnota, barra minn hekk, li dan l-iżball kontabilistiku affettwa l-imposti dovuti u rriżulta f'dikjarazzjoni skorretta materjali fil-karta tal-bilanċ u fir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja tal-Aġenzija; jirrimarka, madankollu, li dan l-iżball kontabilistiku ma wassal għall-ebda tranżazzjoni irregolari jew illegali, u li ma ntefqux fondi b'mod ħażin;

2.

Jiddispjaċih li l-istima tal-ispejjeż dovuti twettqet mill-uffiċjal tal-kontabilità abbażi ta' rapport li eskluda parti mill-prefinanzjament dovut; jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-uffiċjal tal-kontabilità ma ndunax fil-ħin b'dan in-nuqqas u ma kkonsultax mal-kontroparti tiegħu fl-aġenzija sieħba; jinnota li, b'riżultat ta' dan, parti mill-ispejjeż potenzjalment dovuti ma ġietx ikkunsidrata fit-tħejjija tal-kontijiet;

3.

Jirrikonoxxi li l-Aġenzija diġà ħadet miżuri korrettivi biex tevita li fil-ġejjieni jerġa' jkun hemm żbalji bħal dawn; jinnota, b'mod partikolari, li l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Aġenzija responsabbli mill-istima korretta tad-dovuti se jibbaża l-istimi fuq id-data u l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli, inkluża informazzjoni mingħand l-aġenziji sħab ikkonċernati direttament; jaċċetta li l-uffiċjal awtorizzanti tal-Aġenzija se jżid l-isforzi min-naħa tiegħu biex jiżgura li tali nuqqasijiet ma jerġgħux jirrepetu ruħhom permezz ta' kontroverifika tad-data disponibbli u permezz ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-uffiċjal tal-kontabilità;

4.

Jinnota li, fl-opinjoni tal-Qorti, ħlief għall-effetti tal-kwistjoni rigward is-sottovalutazzjoni tal-ispejjeż imġarrba li kienu għadhom ma ġewx fatturati, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regolament finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

5.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2015 l-Aġenzija wettqet l-awditu ex post għall-Iżlanda u identifikat pagamenti irregolari, b'rabta mad-deprezzament ta' bastiment li pparteċipa f'seba' operazzjonijiet konġunti mill-2011 sal-2015, fl-ammont ta' EUR 1 400 000; jinnota b'mod partikolari li l-gwardja tal-kosta tal-Iżlanda talbet ir-rimborż tad-deprezzament għall-bastiment, li kien qabeż il-limitu ta' ħajja utli kif previst fil-linji gwida tal-Aġenzija;

6.

Jirrikonoxxi li r-regoli ta' implimentazzjoni għar-regolament finanzjarju tal-Aġenzija jipprevedu li l-uffiċjal awtorizzanti jista' jirrinunzja l-irkupru ta' ammont stabbilit meta l-irkupru ma jkunx konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li, f'konformità ma' dak il-prinċipju, u wara li rċieva parir legali estern, l-uffiċjal awtorizzanti ħabbar l-irkupru ta' EUR 600 000, ċifra li tkopri l-għotjiet li saru mill-2014; jinnota li, għall-istess raġuni, l-uffiċjal awtorizzanti ħabbar id-deċiżjoni li ma jiġux rimborżati EUR 200 000 dovuti fl-2016; jifhem li, sa mill-bidu tal-kontrolli ex post min-naħa tal-Aġenzija u sabiex jiġi rispettat il-prinċipju ta' trasparenza u trattament ugwali fil-konfront tal-benefiċjarji tal-Aġenzija, li huma l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni tal-fruntieri u ma' kwistjonijiet marbuta mal-migrazzjoni, l-uffiċjal awtorizzanti aġixxa skont l-aħjar prattika ta' rkupru ta' pagamenti irregolari tal-Aġenzija b'referenza għall-aħħar sentejn ta' kooperazzjoni;

7.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, jeżisti riskju mhux indirizzat ta' finanzjament doppju b'rabta mal-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF); ifakkar li l-ISF, imwaqqaf għall-perjodu 2014-2020 u magħmul minn żewġ strumenti, ISF Fruntieri u Viżi u ISF Pulizija, għandu EUR 3 800 000 000 disponibbli għal azzjonijiet ta' finanzjament; ifakkar, barra minn hekk, li l-Kummissjoni, permezz tal-istrument ISF Fruntieri u Viżi, tirrimborża x-xiri, min-naħa tal-Istati Membri, ta' mezzi bħalma huma vetturi jew bastimenti kif ukoll spejjeż operattivi bħall-konsum tal-fjuwil jew il-manutenzjoni; jinnota li l-Aġenzija tirrimborża wkoll spejjeż bħal dawn lill-parteċipanti f'operazzjonijiet konġunti; jirrikonoxxi li l-Aġenzija, b'kooperazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni tal-Kummissjoni, daħħlet fis-seħħ miżuri li jtaffu dan ir-riskju; jinnota, b'mod partikolari, li dawn il-miżuri jinkludu aċċess għad-database tal-ISF, fejn hemm għad-dispożizzjoni l-pjanijiet u r-rapporti kollha tal-benefiċjarji, taħriġ dwar il-funzjonalitajiet tas-sistema komuni ta' Ġestjoni Kondiviża tal-Fondi, kif ukoll twettiq ta' kontrolli ex ante u ex post permezz ta' verifika tad-dokumenti ġustifikattivi u, fl-istess ħin, permezz tas-sensibilizzazzjoni tal-benefiċjarji dwar il-kwistjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

8.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,86 %, li tirrappreżenta żieda ta' 1,21 % meta mqabbla mal-2014; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 69,50 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,71 % meta mqabbla mal-2014;

Impenji u riporti

9.

Jinnota li l-livell ta' riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (infiq amministrattiv) kien ta' EUR 3 200 000 (38 % tal-approprazzjonijiet impenjati), meta mqabbel ma' EUR 4 500 000 (36 %) fl-2014; jinnota, barra minn hekk, li r-riporti għat-Titolu III (infiq operattiv) kienu ta' EUR 40 200 000 (35 %), meta mqabbel ma' EUR 28 400 000 (44 %) fl-2014; jirrikonoxxi li r-riporti għat-Titolu II kienu prinċipalment relatati ma' kuntratti tal-IT li jestendu lil hinn minn tmiem is-sena, filwaqt li r-riporti għat-Titolu III kienu relatati man-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-Aġenzija trid tkompli bl-isforzi tagħha biex tnaqqas l-ammont ta' riporti bil-ħsieb li tħares aħjar il-prinċipju tal-annwalità tal-baġit;

10.

Jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

11.

Jinnota li fl-2015 l-Aġenzija nediet 34 proċedura ta' reklutaġġ, li 14 minnhom kellhom jiġu finalizzati fl-2016; jinnota, barra minn hekk, li fl-2015 l-Aġenzija impjegat 47 membru tal-persunal ġdid;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

12.

Jirrikonoxxi li, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku tal-Aġenzija, il-kuntratti mogħtija 'l fuq mis-sollijiet meħtieġa ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li l-kuntratti mogħtija taħt is-sollijiet meħtieġa ġew ippubblikati fis-sit web tal-Aġenzija;

13.

Jirrikonoxxi li l-Aġenzija ppubblikat fis-sit web tagħha d-dikjarazzjonijiet dwar in-nuqqas ta' kunflitti ta' interess tad-Direttur u l-Viċi Diretturi tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-bqija tal-ftit dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess mhux ippubblikati tal-membri tal-bord amministrattiv tagħha kienu relatati mal-bidliet reċenti fil-kompożizzjoni tal-bord amministrattiv; jirrikonoxxi li l-Aġenzija se tippubblika dawn id-dikjarazzjonijiet fis-sit web tagħha ladarba tirċevihom;

14.

Jirrikonoxxi l-ħidma kontinwa tal-Aġenzija fir-rigward tat-trasparenza; jinnota l-ħtieġa li jsir progress u jitwaqqfu kumitati ta' evalwazzjoni;

15.

Josserva li l-kwistjonijiet kollha relatati ma' kunflitti ta' interess huma koperti mill-kodiċi ta' kondotta tal-Aġenzija, li japplika għall-persunal kollu; jinnota b'sodisfazzjon li, fl-2016, l-Aġenzija aġġornat il-gwida interna tagħha għall-membri tal-persunal dwar il-fehim tal-kunċett ta' kunflitt ta' interess; jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma pprevediet l-ebda verifika tal-korrettezza fattwali jew proċess għall-aġġornament tad-dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess;

16.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-Frontex ma indirizzatx biżżejjed il-potenzjal li jeżisti għal kunflitti ta' interess fit-twaqqif tat-timijiet li jmexxu n-negozjati ta' għotjiet għal operazzjonijiet konġunti; jistieden lill-Aġenzija tintroduċi miżuri u politika xierqa biex jitħarsu l-prinċipji tat-trasparenza u jiġi żgurat in-nuqqas ta' kunflitti ta' interess min-naħa tat-timijiet tan-negozjati;

17.

Jinnota li l-Aġenzija tinsab fil-proċess li tiffinalizza r-regoli interni tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' dawn ir-regoli;

18.

Jiddispjaċih minħabba l-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 12/2016 tagħha li jgħidu li l-Aġenzija ma stabbilietx politika xierqa dwar il-kunflitti ta' interess għall-membri tal-persunal tat-timijiet tan-negozjati bilaterali; jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi politiki formali dwar il-kunflitti ta' interess għall-esperti esterni, il-persunal intern u l-membri tal-Bord Amministrattiv involuti fil-proċess ta' għażla u aġġudikazzjoni tal-għotjiet, filwaqt li tqis l-effett akkumulat ta' għadd ta' kunflitti ta' interess żgħar u l-ħtieġa li tiddefinixxi miżuri ta' mitigazzjoni effikaċi;

Kontroll intern

19.

Jinnota li l-Aġenzija vvalutat l-effiċjenza tas-sistema ta' kontroll intern tagħha fi tmiem l-2015; jinnota, barra minn hekk, li, skont il-valutazzjoni, l-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS) ġew implimentati u qed jiffunzjonaw; jinnota, madankollu, li minħabba ż-żieda kbira fl-allokazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija, hemm pressjoni addizzjonali fuq is-sistema ta' kontroll intern li teħtieġ titjib ulterjuri; jirrikonoxxi li l-Aġenzija identifikat lok għal titjib fi tmien ICS u żviluppat strateġija biex tindirizza d-dgħufijiet; jistenna bil-ħerqa r-rapport annwali li jmiss tal-Aġenzija u dettalji ulterjuri rigward it-titjib tas-sistema ta' kontroll intern tagħha;

Awditu intern

20.

Jinnota li, fl-2015, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) wettaq awditu dwar l-akkwist u l-ġestjoni tal-assi, li rriżulta f'erba' rakkomandazzjonijiet ikklassifikati bħala “Importanti”; jirrikonoxxi li l-Aġenzija ħejjiet pjan ta' azzjoni biex tindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

21.

Jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-IAS li fl-1 ta' Jannar 2016 ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni miftuħa kklassifikata bħala “Kritika”; jinnota, madankollu, li ż-żewġ rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani (klassifikati bħala “Importanti Ħafna”) u l-ġestjoni tal-proġetti tal-IT (klassifikati bħala “Importanti”) ma ġewx implimentati skont l-iskadenzi stabbiliti fil-pjan ta' azzjoni; jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni ġiet posposta minħabba l-adozzjoni pendenti tar-regoli ta' implimentazzjoni l-ġodda relatati mar-reklutaġġ ta' persunal temporanju u kuntrattwali, kif ukoll minħabba d-deċiżjoni tal-Aġenzija li timplimenta l-governanza tal-ICT qabel l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-ICT tagħha sabiex l-implimentazzjoni tkun konsistenti u sostenibbli;

Kummenti oħra

22.

Jinnota li, fis-snin preċedenti, l-għadd kbir u dejjem jiżdied ta' ftehimiet ta' għotjiet, kif ukoll id-daqs tal-infiq relatat li jrid jiġi vverifikat mill-Aġenzija, taw indikazzjoni li jista' jintuża mekkaniżmu ta' finanzjament alternattiv aktar effiċjenti u kosteffikaċi għall-finanzjament tal-attivitajiet operattivi tal-Aġenzija; jirrikonoxxi li r-regolament fundatur il-ġdid tal-Aġenzija neħħa t-terminu “għotjiet” bħala l-istrument kuntrattwali għall-attivitajiet operattivi bejn l-Aġenzija u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri; jittama li din il-modifika tippermetti lill-Aġenzija tissemplifika l-ġestjoni finanzjarja tal-attivitajiet operattivi tagħha; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza fir-rigward ta' żviluppi ulterjuri b'rabta ma' din il-kwistjoni;

23.

Jilqa' l-kontribut tal-Aġenzija biex ġew salvati aktar minn 250 000 persuna minn fuq il-baħar fl-2015; jilqa' ż-żieda fil-kapaċità ta' tiftix u salvataġġ tal-Aġenzija wara l-ġrajjiet traġiċi tar-rebbiegħa tal-2015;

24.

Jitlob li jkun hemm skambju akbar ta' informazzjoni bejn il-Frontex, l-aġenziji tal-ġustizzja u l-affarijiet interni tal-Unjoni u l-Istati Membri, f'konformità sħiħa mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u, b'mod partikolari, il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, sabiex titjieb l-effikaċja tal-operazzjonijiet konġunti tal-Frontex iffinanzjati permezz ta' għotjiet; jiddispjaċih li l-valutazzjoni tal-impatt konkret tal-operazzjonijiet konġunti tikkostitwixxi kompitu diffiċli;

25.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-biċċa l-kbira tal-programmi operattivi tal-Frontex għandhom nuqqas ta' objettivi kwantitattivi u valuri mmirati speċifiċi għall-operazzjonijiet konġunti; jinnota bi tħassib li dan, flimkien ma' dokumentazzjoni insuffiċjenti mill-pajjiżi li jikkooperaw, jistgħu jfixklu l-evalwazzjoni ex post tal-effikaċja tal-operazzjonijiet konġunti fit-tul; jistieden lill-Frontex ittejjeb l-ippjanar tal-programmi strateġiċi tagħha, tiffissa objettivi strateġiċi rilevanti għall-attivitajiet tal-għotjiet tagħha u tistabbilixxi sistema effikaċi ta' monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati u sistema ta' rappurtar b'indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni rilevanti u li jistgħu jitkejlu;

26.

Jinnota li l-Istati li jipparteċipaw f'operazzjonijiet fil-fruntieri ddikjaraw l-ispejjeż imġarrba abbażi ta' formoli ta' dikjarazzjoni tal-ispejjeż li jinkludu spejjeż fissi (deprezzament u manutenzjoni), spejjeż varjabbli (prinċipalment fjuwil) u spejjeż tal-missjonijiet (prinċipalment allowances u spejjeż oħra tal-ekwipaġġ); jinnota, barra minn hekk, li l-ispejjeż iddikjarati kienu bbażati fuq valuri reali u segwew standards nazzjonali, li jwassal għal approċċi diverġenti fost l-Istati Membri parteċipanti u joħloq sistema partikolarment oneruża għall-partijiet involuti kollha; iħeġġeġ lill-Aġenzija tuża opzjonijiet tal-ispejjeż semplifikati kull meta jkun xieraq sabiex jiġu evitati ineffiċjenzi bħal dawn;

27.

Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-ftehim b'rabta mal-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija kellu jiġi konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-bord amministrattiv tal-Aġenzija u mhux aktar tard mis-7 ta' April 2017; jinnota b'sodisfazzjon li, fit-23 ta' Jannar 2017, l-Aġenzija u l-Gvern Pollakk inizjalaw l-abbozz tal-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali; jinnota, barra minn hekk, li fi Frar 2017 il-ftehim kellu jiġi ppreżentat lill-bord amministrattiv tal-Aġenzija, li għandu, kemm-il darba jiġi adottat, jawtorizza lid-Direttur tal-Aġenzija jiffirma l-ftehim mal-Gvern Pollakk u jwitti t-triq għar-ratifika sussegwenti min-naħa tal-Parlament Pollakk;

28.

Jinnota, bi tħassib, żbilanċ sinifikanti bejn is-sessi — 93 %/7 % — fil-bord amministrattiv tal-Aġenzija; jinnota wkoll li ż-żewġ membri tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija huma tal-istess sess;

29.

Ifakkar li l-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali tagħha r-riżorsi u l-persunal adegwati għall-ħolqien ta' mekkaniżmu għall-ilmenti u għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ulterjuri tal-istrateġija tal-Aġenzija biex tissorvelja u tiżgura l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali;

30.

Jilqa' l-appoġġ mogħti lill-awtoritajiet nazzjonali fiż-żoni hotspot b'rabta mal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-migranti, l-attivitajiet relatati mar-ritorn u s-sigurtà interna tal-Unjoni; jilqa' l-iffirmar ta' ftehim ta' kooperazzjoni operattiva mal-Europol li jservi ta' deterrent għall-kriminalità transfruntiera u l-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali; jitlob kooperazzjoni akbar u aktar effikaċi mal-Europol u ma' aġenziji oħrajn fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni.

31.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/330


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1725 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (issa l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (“Frontex”)) għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (l-Aġenzija) għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0065/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (5), b'mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0137/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 208.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.

(6)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/331


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1726 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0066/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0148/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 214.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/332


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1727 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0148/2017),

A.

billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, is-sussidju tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 27 606 414, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 8,82 % meta mqabbel mal-2014,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Kummenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

1.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-validazzjoni aħħarija tas-sistemi kontabilistiċi saret fl-2012; jinnota li l-unika sistema li fiha l-Aġenzija ddaħħal direttament id-data relatata mal-kontijiet hija l-ABAC (Kontabilità Abbażi tad-Dovuti), li mhijiex proprjetà tal-Aġenzija u li tiġi regolarment ivvalidata b'mod ċentrali mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni (DĠ Baġit);

2.

Jinnota li mill-aħħar validazzjoni tas-sistemi lokali, ma kien hemm l-ebda tibdil f'tali sistemi u li ċ-ċaqliq tal-Aġenzija lejn Praga ma wassal għall-ebda tibdil fir-ċirkwiti finanzjarji, fil-proċessi u fil-flussi ta' informazzjoni; josserva li s-sistemi lokali ġew ippreżentati lill-kontabilist il-ġdid tal-Aġenzija qabel ma dan aċċetta l-missjoni; jinnota li se ssir validazzjoni perjodika tas-sistemi kontabilistiċi kif stipulat fil-ftehim dwar il-livell ta' servizz bejn id-DĠ Baġit u l-Aġenzija abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju tad-DĠ Baġit; jirrikonoxxi li r-riskju attwalment huwa vvalutat bħala baxx u li l-validazzjoni li jmiss se ssir fl-2020, jew fl-2018 jekk ikun hemm xi bidliet fis-sistemi;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi għall-monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 100 %, kif ukoll li din ir-rata tinkorpora r-riport mhux awtomatiku tal-approprjazzjonijiet ta' pagament, sabiex timmassimizza l-użu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament li jifdal fit-Titolu III tal-baġit;

4.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-perjodu medju ta' pagament tal-Aġenzija kien ta' 13-il jum, li huwa inqas mill-punt ta' riferiment ta' 30 jum stabbilit mill-Kummissjoni u inqas mill-mira tal-Aġenzija ta' 20 jum; jinnota li l-Aġenzija pproċessat total ta' 4 267 tranżazzjoni finanzjarja, li jirrapreżentaw żieda ta' 24 % meta mqabbla mal-2014;

5.

Jinnota li l-Aġenzija amministrat ammont kbir ta' baġit delegat fl-2015 wara l-firma ta' tliet ftehimiet ta' delega ġodda (Sfruttament ta' EGNOS, Sfruttament ta' Galileo u Orizzont 2020) mal-Kummissjoni matul l-2014; josserva li f'Diċembru 2015 ġiet iffirmata emenda għall-ftehim ta' delega dwar l-Isfruttament ta' Galileo, li assenjat lill-Aġenzija EUR 300 000 000 oħra; jinnota li fl-2015 ġie impenjat total ta' EUR 116 067 789 ta' baġit delegat u saru pagamenti ta' EUR 183 108 199;

6.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell ta' dettall fir-rapport awditjat tal-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni tal-baġit huwa differenti minn dak fir-rapporti pprovduti mill-biċċa l-kbira tal-aġenziji l-oħra, u dan juri li hemm ħtieġa ta' linji gwida ċari dwar ir-rappurtar tal-baġit mill-aġenziji; jinnota li, abbażi ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz iffirmat mid-DĠ Baġit, il-kontijiet tal-Aġenzija u r-rapporti relatati ġew ippreparati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u l-livell differenti ta' dettall kien ibbażat fuq il-prattiki tar-rappurtar tal-Kummissjoni; jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi linji gwida għar-rappurtar tal-baġit mill-aġenziji għall-kontijiet tal-2016;

Trasferimenti

7.

Jinnota li fl-2015 l-Aġenzija pproċessat tmien trasferimenti interni li kienu awtorizzati mid-direttur Eżekuttiv tagħha; jinnota li, skont ir-rapport annwali tal-Aġenzija u r-rapport tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fil-limiti tar-regoli finanzjarji;

Impenji u riporti

8.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell ta' riporti għall-approprjazzjonijiet impenjati kien ta' EUR 2 500 000 (42 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), meta mqabbel ma' EUR 3 400 000 fl-2014 (54 %); jirrikonoxxi li dawk ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' servizzi pprovduti fl-2015 li l-fatturi għalihom ma waslux qabel l-2016, għadd ta' kuntratti tal-IT ta' valur għoli, kif ukoll kuntratt ta' valutazzjoni tar-riskju li ġie ffirmat fi tmiem l-2015; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li dawk il-proġetti, li oriġinarjament kienu ppjanati għall-2016, inbdew fl-2015 biex jiġu utilizzati l-fondi rilaxxati minn iffrankar fuq linji baġitarji oħra;

9.

Jinnota li r-riporti spiss ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

10.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija esperjenzat rata għolja ta' tibdil tal-persunal fl-2015, bit-tluq ta' 14-il membru tal-persunal u l-wasla ta' 26 membru ġdid; jirrikonoxxi li, skont l-Aġenzija, ir-rata għolja ta' tibdil tal-persunal tirriżulta minn diffikultajiet biex tattira u żżomm persunal ewlieni f'segment ferm kompetittiv u tekniku tas-suq tax-xogħol, essenzjalment minħabba s-sit tal-kwartieri ġenerali tagħha u l-koeffiċjent tal-korrezzjoni relattivament baxx li jaffettwa l-livelli tas-salarji fir-Repubblika Ċeka; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija qed issegwi l-modi kollha disponibbli sabiex iżżid l-attrattiva tagħha, b'mod partikolari billi tinsisti fuq l-importanza tal-missjoni tagħha; jistieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni jirrappurtaw lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-possibbiltajiet ta' titjib fl-attrattiva tal-karigi fl-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tħejji pjan ta' azzjoni li jindirizza b'mod effikaċi l-kwistjoni tar-rata għolja ta' tibdil tal-persunal;

11.

Iqis li l-politika dwar il-persunal u l-proċedura relatata għandhom jiġu adattati skont il-kompiti l-ġodda li ġew ikkonferiti lill-Aġenzija f'konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013; jisħaq fuq il-fatt li bis-saħħa ta' persunal adegwat l-Aġenzija se tkun tista' twettaq il-missjoni tagħha u jtenni li jekk tonqos milli tikseb tali persunal adegwat se jkollha tiffaċċja żvantaġġi sostanzjali u riskji kbar;

12.

Jinnota, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiżdied l-għadd ta' karigi ta' aġenti temporanji, sabiex tiġi żgurata l-prestazzjoni tal-kompiti l-ġodda kkonferiti; ifakkar li, billi ppruvat tnaqqas id-distakk bejn il-kompiti u r-riżorsi permezz tal-esternalizzazzjoni, l-Aġenzija kellha ġġarrab spejjeż ogħla u ma rnexxilhiex tiżviluppa u żżomm il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa sabiex timplimenta l-politika spazjali tal-Unjoni;

Kontrolli interni

13.

Jinnota li l-Aġenzija stabbiliet pjanijiet tal-kontinwità operattiva (BCPs) għas-siti ta' sigurtà fi Franza, in-Netherlands u r-Renju Unit; josserva li ma ġie stabbilit l-ebda BCP għall-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija fi Praga jew għall-Aġenzija fl-intier tagħha; jirrikonoxxi d-deċiżjoni tal-Aġenzija li bħala prijorità tiffoka fuq l-iżgurar ta' BCPs għas-siti l-ġodda tagħha, abbażi tal-valutazzjoni li l-BCP eżistenti kien attwalment biżżejjed għall-kwartieri ġenerali tagħha sakemm l-operazzjonijiet u l-attivitajiet tagħha jiġu stabbilizzati fi ħdan dan is-sit; jirrikonoxxi, barra minn hekk, l-intenzjoni tal-Aġenzija li tipproċedi b'tali aġġornament tal-BCPs fil-livell globali matul is-sena li ġejja; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-aġġornamenti dwar il-BCPs; jitlob, barra minn hekk, lill-Aġenzija evalwazzjoni ġdida tal-koeffiċjent ta' korrezzjoni li jaffettwa l-livelli tas-salarji fir-Repubblika Ċeka sabiex jerġa' jinkiseb bilanċ adegwat;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

14.

Jinnota li l-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija qabel li jitlob lill-membri kollha tiegħu jimlew dikjarazzjoni individwali ta' interess; jinnota wkoll li d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-president u l-viċi president tal-Bord Amministrattiv dalwaqt se jiġu ppubblikati fuq is-sit web; jitlob lill-Aġenzija biex tiġbor u tippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess u s-CVs mingħajr aktar dewmien u, b'hekk, tippermetti li l-pubbliku jkollu l-viżjoni globali meħtieġa tal-maniġment superjuri tagħha u biex taġġorna lill-awtorità ta' kwittanza bl-iżviluppi dwar din il-kwistjoni;

15.

Josserva li l-Aġenzija tinvestiga u ssolvi kwalunkwe kwistjoni potenzjali relatata mal-preċiżjoni fattwali tad-dikjarazzjonijiet ta' interess imressqa, u li l-membri tal-bord amministrattiv jiġu mfakkra b'mod regolari fl-importanza li jissodisfaw dak l-obbligu u li jaġġornaw l-informazzjoni tagħhom meta jkun meħtieġ;

16.

Jinnota li l-Aġenzija ma implimentatx regoli speċifiċi fir-rigward tal-informaturi barra minn dak li huwa previst fir-Regolamenti tal-Persunal; jistieden lill-Aġenzija tadotta politika interna dwar l-iżvelar tal-informazzjoni protetta bil-għan li trawwem kultura ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont fuq il-post tax-xogħol, tinforma u tħarreġ fuq bażi regolari lill-impjegati dwar dmirijiethom u drittijiethom fir-rigward ta' dik il-politika, tiżgura l-protezzjoni tal-informaturi minn rappreżalja, tagħti segwitu f'waqtu dwar is-sustanza tat-twissijiet tal-informaturi u tistabbilixxi proċedura għal rappurtar intern anonimu; jistieden lill-Aġenzija tippubblika rapporti annwali dwar l-għadd ta' każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta u kif tali każijiet ingħataw segwitui u tipprovdi dawk ir-rapporti annwali lill-awtorità ta' kwittanza; jirrikonoxxi li l-Aġenzija għarrfet lill-persunal dwar ir-regoli relatati mal-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza meta r-regoli tagħha dwar l-iżvelar tal-informazzjoni protetta jkunu ġew stabbiliti u implimentati;

Komunikazzjoni

17.

Jinnota li l-Aġenzija hija waħda mis-sħab ewlenin kif ukoll l-inizjatur tal-proġett “European Space Expo” li żar il-Lussemburgu, Milan, Oslo, Zagreb, Stokkolma, Riga, Ljubljana u Ateni fl-2015, u laqa' mijiet ta' eluf ta' ċittadini lokali; jinnota li kull żjara tal-Expo kienet riżultat ta' kollaborazzjoni ma' ħafna parteċipanti lokali inklużi l-industrija lokali, il-muniċipalitajiet u l-akkademja; josserva wkoll li l-Aġenzija kienet sieħba attiva fl-inizjattiva “Xjenza u Soċjetà” tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew;

18.

Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2015 l-Aġenzija biddlet kompletament is-sit web tagħha, inkluż billi aġġornat il-kontenut, analizzat il-ħtiġijiet u l-esperjenza tal-utenti, wettqet eżerċizzju ta' ħolqien ta' parametri referenzjarji u rristrutturat l-arkitettura tal-informazzjoni tagħha;

Kummenti oħra

19.

Jinnota li l-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija għall-2015 ġie adottat biss f'Marzu 2015 u li l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma pluriennali tagħha għall-2014-2020 għadha pendenti; jinnota, barra minn hekk, li l-adozzjoni tardiva ta' dokumenti ewlenin ta' ppjanar tqiegħed f'riskju l-ilħuq tal-objettivi tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija kienet ostakolata fl-iżvilupp tal-programm ta' ħidma pluriennali tagħha minħabba l-pass imgħaġġel li bih jinbidel l-istatus tal-programm tal-GNSS Ewropea, li huwa ġestit mill-Kummissjoni u li minnu jiddependu l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li, wara l-iżvilupp ta' verżjonijiet oħra tal-programm ta' ħidma pluriennali u f'diskussjoni mal-Kummissjoni, ġie finalment deċiż li l-programm ta' ħidma pluriennali jiġi inkluż bħala parti mid-dokument uniku ta' programmar relatat mal-perjodu 2017-2020; jitlob lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar il-progress li tagħmel fl-ippjanar fit-tul tagħha;

20.

Jinnota bi tħassib li hemm żbilanċ sinifikanti bejn l-irġiel u n-nisa fost il-membri tal-bord amministrattiv tal-Aġenzija; iħeġġeġ lill-Aġenzija sabiex tirrettifika dak l-iżbilanċ u sabiex tikkomunika r-riżultati lill-awtorità ta' kwittanza mill-aktar fis possibbli;

21.

Jinnota li, fl-2015, 126 membru tal-persunal ipparteċipaw f'“away days” li swew EUR 12 077 (EUR 96 għal kull persuna);

22.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155 (ara l-paġna 372 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/335


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1728 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0066/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0148/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 214.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/336


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1729 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġiba tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 — C8-0088/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0103/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 7.

(2)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 8.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130.

(5)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/337


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1730 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0103/2017),

A.

billi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (“l-Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita bħala sħubija pubblika-privata mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 għal perjodu ta' għaxar snin bl-għan li tiġbor flimkien lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u li tikkontribwixxi biex l-Unjoni tiġi stabbilita bħala protagonist fundamentali fl-attivitajiet ta' riċerka, dimostrazzjoni u mobilizzazzjoni relatati mal-prodotti b'bażi bijoloġika u l-bijofjuwils avvanzati;

B.

billi, skont l-Artikoli 38 u 43 tar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta, li ġew adottati bid-deċiżjoni tal-bord tat- tmexxija tagħha fl-14 ta' Ottubru 2014, l-Impriża Konġunta hija rikjesta tipprepara u tadotta l-kontijiet annwali tagħha stess li jkunu tħejjew mill-uffiċjal tal-kontabilità tagħha li jinħatar mill-bord tat-tmexxija tagħha;

C.

billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u s-sħab mis-settur industrijali, irrappreżentati mill-Konsorzju tal-Industriji b'bażi Bijoloġika;

D.

billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta, fir-rigward tal-attivitajiet ta' riċerka u l-ispejjeż amministrattivi, hija ta' EUR 975 000 000 li għandhom jitħallsu mill-baġit ta' Orizzont 2020 u l-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta għandhom jikkontribwixxu riżorsi li jammontaw minn tal-anqas għal EUR 2 730 000 000 matul il-perjodu ta' attività tal-Impriża Konġunta, inklużi minn tal-anqas EUR 182 500 000 bħala kontribuzzjonijiet fi flus, minn tal-anqas EUR 1 755 000 000 bħala kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet addizzjonali u kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta;

Ġenerali

1.

Jinnota l-fatt li l-2015 kienet sena importanti għall-Impriża Konġunta peress li laħqet il-kapaċità operattiva u l-awtonomija finanzjarja fis-26 ta' Ottubru 2015 u li, qabel l-2015, il-Kummissjoni kienet responsabbli għall-operazzjonijiet u ħatret direttur eżekuttiv interim mit-23 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Settembru 2015, meta daħal fil-kariga id-direttur eżekuttiv permanenti tal-uffiċċju tal-programm; jinnota b'sodisfazzjon li l-ewwel xhur ta' eżistenza awtonoma tal-Impriża Konġunta ma involvew l-ebda kwistjoni ta' natura sistemika;

2.

Jinnota li l-Impriża Konġunta ċċaqalqet lejn il-bini l-ġdid tagħha fi Brussell f'April 2015; jilqa' l-fatt li l-ewwel proġetti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta ingranaw kontribuzzjoni totali ta' EUR 71 000 000 mis-sħab privati;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.

Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”) dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”) sab li l-kontijiet annwali tal-2015 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għas-sena li kienet għadha kif intemmet, bi qbil mar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta;

4.

Jinnota l-fatt li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta li ġew ipprovduti għall-baġit finali tal-2015 li kien disponibbli għall-implimentazzjoni inkludew EUR 209 422 797 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 21 075 192 f'approprjazzjonijiet ta' pagament u, minn dawn, ir-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 87 % u 89 % rispettivament;

5.

Josserva li l-impenji operattivi totali fl-2015 (jiġifieri EUR 180 390 497) saru f'livell globali u kienu relatati ma' żewġ sejħiet għal proposti fl-2015, li l-proċeduri ta' għoti relatati magħhom kienu għadhom għaddejjin fil-31 ta' Diċembru 2015;

6.

Jinnota li, fl-2015, il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għaż-żewġ sejħiet għal proposti li ġew ippubblikati f'Mejju u Awwissu 2015 ammontat għal EUR 206 390 497, u mill-ewwel sejħa, li ġiet ippubblikata b'baġit ta' EUR 100 000 000 u kienet sejħa emblematika, intgħażlu tliet proġetti, b'finanzjament totali mitlub ta' EUR 73 741 237, filwaqt li l-baġit tat-tieni sejħa kien ta' EUR 106 000 000, u l-evalwazzjoni tagħha saret fl-2016;

7.

Jinnota li, fix-xahrejn wara li l-Impriża Konġunta laħqet l-awtonomija finanzjarja, irnexxielha tindirizza l-proġetti li kienu għadhom għaddejjin mis-sejħa tal-2014 u l-evalwazzjonijiet, kif ukoll it-tħejjija tal-ftehim ta' għotja tal-ewwel sejħa fl-2015, ipproċessat 25 impenn, 100 pagament, 5 ordnijiet ta' rkupru, u t-tranżazzjonijiet kollha ta' regolarizzazzjoni fi tmiem is-sena, speċifikament, id-diżimpenji, id-dovuti u l-kalkoli tar-rimborżi antiċipati fuq self;

8.

Jieħu nota tal-fatt li, fl-2015, l-Impriża Konġunta ppubblikat żewġ sejħiet, iżda s-Sejħa 2015.1 li tkopri l-azzjonijiet ta' innovazzjoni emblematika biss ġiet evalwata bejn Settembru u Ottubru 2015; jappella lill-Impriża Konġunta biex tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tas-Sejħa 2015.2 li tkopri l-azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni u l-azzjonijiet ta' innovazzjoni ta' dimostrazzjoni;

9.

Jirrikonoxxi l-fatt li ġew iffirmati għaxar ftehimiet ta' għotja għal valur totali ta' EUR 49 653 711 u nżammu tliet proposti għal finanzjament f'Diċembru 2015 għal valur totali ta' EUR 73 741 237;

10.

Jinnota li l-ebda kontribuzzjoni in natura ma ġiet irrapportata minn membri apparti l-Unjoni lill-Impriża Konġunta sal-31 ta' Diċembru 2015; jinnota li l-Impriża Konġunta daħħlet fil-kontijiet tagħha stima ta' EUR 3 503 128 bħala kontribuzzjonijiet in natura abbażi tal-ftehimiet ta' għotja li ffirmat f'Lulju 2015, prattika li ġiet ukoll rikonoxxuta fir-rapport tal-Qorti;

11.

Jirrimarka li l-membri mis-settur privat qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex jippreżentaw iċ-ċifri tal-kontribuzzjoni in natura tagħhom sal-iskadenza tal-31 ta' Jannar, u jinsab ferm imħasseb li hemm ir-riskju li din il-kwistjoni ssir waħda rikorrenti għall-biċċa l-kbira tal-impriżi konġunti; jinnota f'dan ir-rigward li l-perjodu ta' rapportar regolari għall-kontribuzzjonijiet in natura huwa ta' 18-il xahar u li dan ir-rapportar doppju jmur kontra t-tendenza ġenerali favur is-semplifikazzjoni;

12.

Ifakkar li r-rapport tal-Qorti rrakkomanda li jkun tajjeb li l-Kummissjoni tippreżenta linji gwida ċari għar-rapportar baġitarju u l-ġestjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta, u jinnota li dawn il-linji gwida nħarġu fl-20 ta' Diċembru 2016 b'segwitu għal din ir-rakkomandazzjoni;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

13.

Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-baġit amministrattiv tal-2015 tħejja bis-suppożizzjoni li, sa tmiem dik is-sena, kienu se jkunu ġew irreklutati u saru operattivi t-22 membru tal-persunal tal-Impriża Konġunta; jinnota li, sa dik id-data, 13-il kariga biss kienu okkupati, bil-konsegwenza li kien hemm impatt fuq l-ispejjeż relatati mal-persunal; jinnota, madankollu, li l-approprjazzjonijiet baġitarji li ma ntużawx reġgħu ġew attivati fil-baġit tal-2016; jilqa' l-fatt li l-Impriża Konġunta kompliet bil-proċeduri ta' reklutaġġ fl-2016 u mliet 20 mit-22 kariga disponibbli;

Kontroll intern

14.

Jinnota li l-bord tat-tmexxija tal-Impriża Konġunta adotta standards ta' kontroll intern abbażi tas-16-il standard ekwivalenti stabbiliti mill-Kummissjoni għad-dipartimenti tagħha stess u bil-kunsiderazzjoni dovuta għar-riskji assoċjati mal-ambjent ġestjonali tal-Impriża Konġunta; jilqa' l-fatt li d-direttur eżekuttiv interim tal-Impriża Konġunta implimenta s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll interni u l-proċeduri li jiżguraw l-implimentazzjoni tal-qafas ta' kontroll intern;

15.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Impriża Konġunta adottat manwal tal-proċeduri finanzjarji li għandhom jintużaw mill-persunal tagħha sabiex jiddeskrivu ċ-ċirkwiti finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha li jkopri l-operazzjonijiet finanzjarji kollha, waqt li titqies l-istruttura “xotta” tagħha u kwalunkwe riskju assoċjat mal-ambjent ġestjonali u n-natura tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tagħha;

16.

Jinnota l-fatt li l-Impriża Konġunta implimentat kontrolli ex ante fuq in-nefqa operattiva, li ġew inklużi fir-regoli finanzjarji tagħha u fil-manwal tal-proċeduri finanzjarji; jindika li, fl-2015, il-kontrolli ex ante fuq in-nefqa operattiva indirizzaw il-prefinanzjament tal-proġetti mis-sejħa tal-2014;

17.

Jinnota li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll intern sabiex tiddisponi għal assigurazzjoni raġonevoli rigward l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet;

18.

Jinnota li r-rapport tal-Qorti jirreferi għall-fatt li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante abbażi ta' eżamijiet dokumentarji fil-livell finanzjarju u operattiv, u qed tiżviluppa programm ta' awditi ex post tal-benefiċjarji tal-għotjiet li għandu jiġi implimentat mill-2017 'il quddiem; josserva li dawn il-verifiki huma għodod kruċjali għall-valutazzjoni tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, inklużi l-kontribuzzjonijiet fi flus u in natura lill-Impriża Konġunta mill-membri tagħha apparti l-Unjoni;

Qafas ġuridiku

19.

Jinnota l-fatt li fit-23 ta' Diċembru 2015 ġiet adottata emenda għar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta abbażi ta' proposta li saret mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Baġit biex tiċċara li l-Qorti kienet se tibbaża ħidmietha fuq ir-rapport li jkun sar minn kumpanija ta' awditjar privata, għalkemm tkompli tawditja lill-Impriża Konġunta fuq bażi annwali;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

20.

Josserva li l-Impriża Konġunta adottat regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tagħha, u li għaldaqstant kienu fis-seħħ miżuri speċifiċi biex jintgħażlu u jitqabbdu l-esperti responsabbli biex jevalwaw l-applikazzjonijiet għal għotjiet, il-proġetti u l-appalti u biex jipprovdu opinjonijiet u pariri f'każijiet speċifiċi;

21.

Jinnota li r-rapport tal-Qorti jirreferi għall-fatt li l-Kummissjoni adottat strateġija kontra l-frodi f'Ġunju 2011 li ġiet aġġornata f'Marzu 2015 biex jitqiesu l-bidliet li introduċa Orizzont 2020; jistieden lill-Impriża Konġunta tinkorpora fir-rapport annwali ta' attività tagħha taqsima dwar l-istrateġija kontra l-frodi tagħha;

22.

Jinnota li r-rapport tal-Qorti jirreferi għall-fatt li l-Kummissjoni ħarġet linji gwida għall-Impriżi Konġunti relatati mar-regoli dwar il-kunflitti ta' interess, inkluż mudell komuni għad-dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess, li l-Impriża Konġunta kellha tinkorpora fil-proċeduri tagħha; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar it-tlestija ta' tali dikjarazzjonijiet;

Oħrajn

23.

Jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura l-involviment dirett tal-Impriża Konġunta fil-proċess ta' rieżami ta' nofs it-terminu ta' Orizzont 2020 fil-kuntest ta' semplifikazzjoni u armonizzazzjoni ulterjuri tal-impriżi konġunti.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/340


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1731 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġiba tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 — C8-0088/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0103/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 7.

(2)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 8.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130.

(5)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/341


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1732 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 — C8-0087/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0094/2017).

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 15.

(2)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 17.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.

(5)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/342


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1733 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0094/2017).

A.

billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fis-16 ta' Novembru 2009;

B.

billi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (“l-Impriża Konġunta”) li ġiet stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 (1) ħadet post l-Impriża Konġunta Clean Sky b'seħħ mis-27 ta' Ġunju 2014 skont l-adattament tar-regolament fundatur il-ġdid taħt Orizzont 2020, il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni;

C.

billi l-għan tal-Impriża Konġunta huwa l-finalizzazzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni taħt is-Seba' Programm Kwadru (FP7) u l-ġestjoni tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni taħt Orizzont 2020, u billi l-ħajja tal-Impriża Konġunta ġiet estiża għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024;

D.

billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, il-Mexxejja tad-'Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata' (ITDs), tal-Pjattaformi ta' Dimostrazzjoni ta' Mezzi tal-Ajru Innovattivi (IADPs) u tal-Attivitajiet Trasversali (TAs), flimkien mal-membri Assoċjati tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata;

E.

billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta hija ta' EUR 1 755 000 000 li għandhom jitħallsu mill-baġit ta' Orizzont 2020;

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.

Jirrikonoxxi mill-Impriża Konġunta li hija żvelat l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-indikaturi għall-monitoraġġ ta' kwistjonijiet trasversali fir-Rapport Annwali tal-Attività tagħha kif rikjest mir-regoli dwar Orizzont 2020, u jinnota li, fil-biċċa l-kbira tagħhom, laħqet l-objettivi tagħha;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-'Qorti') ddikjarat li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-2015 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għas-sena li kienet għadha kif intemmet, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regoli Finanzjarji tagħha;

3.

Jinnota li l-Qorti, fir-rapport tagħha dwar l-Impriża Konġunta Clean Sky (“ir-Rapport tal-Qorti”), indikat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

4.

Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għall-2015 kien jinkludi EUR 440 705 606 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 245 990 262 f'approprjazzjonijiet ta' pagament; josserva b'sodisfazzjon li l-Impriża Konġunta rnexxielha taffaċċja l-isfida li timmaniġġja l-akbar baġit li qatt kellha (li kien jammonta għal 192 % tal-impenji fil-baġit tal-2014 u 166 % tal-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2014);

5.

Jinnota li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kienet ta' 99,47 % (imqabbla ma' 82,58 % fl-2014) u li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 75,44 % (imqabbla ma' 90,19 % fl-2014); jinnota barra minn hekk li r-rata ta' implimentazzjoni aktar baxxa fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet speċifikament dovuta għad-dewmien biex jinbdew il-proġetti minħabba l-allinjament tekniku neċessarju ta' dawn il-proġetti mad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata u l-Pjattaformi ta' Dimostrazzjoni ta' Mezzi tal-Ajru Innovattivi, u minħabba l-pagamenti ta' prefinanzjament li ġew riportati għall-2016;

6.

Jinnota li 52,7 % (EUR 226 000 000) tal-impenji operattivi li saru fl-2015 kellhom x'jaqsmu mal-impenji individwali bbażati fuq il-proċeduri konklużi għall-konċessjoni ta' għotjiet, u li s-47,3 % li fadal (EUR 203 500 000) kienu għall-impenji globali taħt Orizzont 2020 għal żewġ sejħiet għal sħab ewlenin u żewġ sejħiet għal proposti li għalihom il-proċeduri ta' għoti kienu għadhom għaddejjin fi tmiem l-2015;

7.

Jinnota li, mill-ammont totali ta' EUR 800 000 000 għall-attivitajiet operattivi u amministrattivi li kellhom jiġu ffinanzjati taħt is-Seba' Programm Kwadru, l-impenji li ħadet l-Impriża Konġunta kienu ta' EUR 756 956 027 (94,6 %) u l-pagamenti kienu ta' EUR 740 274 715 (92,5 %) sa tmiem l-2015; jinnota barra minn hekk li, peress li l-Impriża Konġunta m'għadhiex intitolata tniedi sejħiet għal proposti taħt is-Seba' Programm Kwadru, l-impenji li fadal kellhom jintużaw skont il-każ għall-ftehimiet ta' għotja mal-membri;

8.

Jinnota li, mill-ammont totali ta' EUR 550 909 549 għall-attivitajiet operattivi tas-Seba' Programm Kwadru ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet tal-membri l-oħra sa tmiem l-2015, EUR 501 609 427 (91 %) ġew ivvalidati mill-Bord ta' Tmexxija, EUR 37 880 240 kienu qed jistennew li jiġu vvalidati mis-snin preċedenti (2008-2014), EUR 12 578 796 kienu kontribuzzjonijiet in natura mill-membri fl-2015, u EUR 13 507 539 kienu l-kontribuzzjonijiet fi flus tal-membri l-oħra għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta;

9.

Jinnota li, mill-ammont totali ta' EUR 1 755 000 000 għall-attivitajiet operattivi u amministrattivi li kellhom jiġu ffinanzjati taħt Orizzont 2020, l-impenji operattivi li ħadet l-Impriża Konġunta kienu ta' EUR 436 682 680 u l-pagamenti kienu ta' EUR 89 799 324; jinnota barra minn hekk li l-kontribuzzjoni fi flus tal-Unjoni għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta ammontat għal EUR 3 319 723;

10.

Jinnota li, minn ammont totali minimu ta' EUR 1 229 000 000 fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet in natura u l-kontribuzzjonijiet fi flus tal-membri l-oħra għall-ispejjeż operattivi u amministrattivi (għajr għall-attivitajiet addizzjonali) ta' Orizzont 2020 sa tmiem l-2015, ġew irrapportati lill-Impriża Konġunta EUR 47 103 981 f'kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet operattivi; jinnota li l-ammont ta' EUR 3 537 520 kien il-kontribuzzjonijiet fi flus tal-membri l-oħra għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta;

11.

Jinnota li, mis-EUR 47 103 981 f'kontribuzzjonijiet in natura li ġew irrapportati u li kienu relatati mal-ispejjeż operattivi ta' Orizzont 2020, EUR 27 776 996 ġew iċċertifikati bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill, iżda kienu għadhom ma ġewx ivvalidati mill-Bord ta' Tmexxija, u EUR 19 326 985 kienu għadhom iridu jiġu ċċertifikati u vvalidati; jinnota f'dan ir-rigward li l-Impriża Konġunta rċeviet il-biċċa l-kbira tar-rapporti finanzjarji tal-membri sa Settembru 2016 u li l-kontribuzzjonijiet in natura li ġew ivvalidati kienu EUR 17 400 000 ogħla meta mqabbla mal-istimi; jindika li l-membri mis-settur privat esperjenzaw diffikultajiet biex jippreżentaw iċ-ċifri tal-kontribuzzjoni in natura tagħhom sal-iskadenza tal-31 ta' Jannar u jinsab imħasseb li din il-kwistjoni tista' ssir waħda rikorrenti;

Sejħiet għal proposti

12.

Jinnota li, għall-ewwel darba, l-Impriża Konġunta mexxiet żewġ programmi ta' riċerka kontemporanjament fl-2015, speċifikament il-programm Clean Sky taħt is-Seba' Programm Kwadru u l-programm Clean Sky 2 taħt Orizzont 2020;

13.

Jinnota li, fl-2015, l-Impriża Konġunta nediet żewġ sejħiet għal proposti, irċeviet 230 proposta eliġibbli (minn total ta' 232) u għażlet 68 proposta biex jiġu ffinanzjati;

14.

Jirrikonoxxi li, fi ħdan il-programm Clean Sky, ġew ipprovduti aktar minn 10 dimostraturi sinifikanti (ittestjati mal-art u fl-ajru) u ġew ikkompletati/tlestew 106 proġetti fl-2015;

15.

Japprezza li, f'termini ta' parteċipazzjoni aktar estensiva, matul l-ewwel sena tal-programm Clean Sky 2, 76 sieħeb ewlieni ngħaqdu mal-programm (imqabbla ma' 66 Assoċjat fil-programm oriġinali Clean Sky) u li din it-tendenza qed tkompli (133 sieħeb ewlieni sa tmiem l-2016); barra minn hekk, mill-ewwel erba' sejħiet kompettitivi għal proposti, ħarġu 294 sieħeb, u dan irriżulta biex l-għadd nett totali ta' parteċipanti fil-Programm kien ta' 384;

16.

Jinnota li l-parteċipazzjoni mill-impriżi ta' daqs żgħir u medju fis-sejħa għal proposti mnedija fl-2015 kienet anqas mir-rata ppjanata ta' 35 %, iżda jinnota l-progress li għamlet l-Impriża Konġunta biex tinvolvi lill-impriżi ta' daqs żgħir u medju fil-Programm meta kisbet rata ta' parteċipazzjoni ta' 36 % sa tmiem l-2016, u jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta tagħmel progress ulterjuri fl-attivitajiet ta' disseminazzjoni tagħha;

Kontrolli ewlenin u sistemi superviżorji

17.

Jinnota li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante abbażi ta' eżamijiet dokumentarji fil-livell finanzjarju u operattiv, u awditi ex post għand il-benefiċjarji tal-għotjiet.

18.

Jinnota li ġew stabbiliti proċeduri ta' kontroll intern fi ħdan l-Impriża Konġunta sabiex jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli rigward l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet;

19.

Jinnota li r-rata tal-iżball residwu għall-awditi ex post li ġiet irrapportata mill-Impriża Konġunta kienet ta' 1,52 %;

Strateġija kontra l-frodi

20.

Jinnota li r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta jiddikjaraw li jkun tajjeb li l-baġit tagħha jiġi implimentat f'konformità ma' kontroll intern effikaċi u effiċjenti, inklużi l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu ta' frodi u irregolaritajiet;

21.

Jinnota li l-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta approva l-Istrateġija aġġornata kontra l-Frodi fil-qasam tar-Riċerka f'April 2016 sabiex jitqiesu l-bidliet introdotti minn Orizzont 2020;

22.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Impriża Konġunta implimentat proċeduri ta' kontroll intern li jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli rigward il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet (il-verifiki ex ante tal-pagamenti, il-politika dwar il-kunflitti ta' interess, l-awditjar ex post għand il-benefiċjarji tal-għotjiet) u kienet qed timplimenta l-miżuri fil-pjan ta' azzjoni, bħal pereżempju li tuża d-databażijiet tal-Kummissjoni biex tidentifika l-organizzazzjonijiet esklużi jew finanzjament doppju potenzjali;

Sistemi ta' kontroll intern

23.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wettaq awditu rigward id-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka ffinanzjata mill-Unjoni; jinnota barra minn hekk li, bħala riżultat ta' dan, l-IAS irrakkomanda titjib, inklużi l-ippjanar u r-rapportar dwar l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka tal-membri taħt il-ftehimiet ta' għotja mal-membri, il-valutazzjoni tar-rapportar mis-sħab ewlenin dwar id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tar-riċerka, il-monitoraġġ tal-prestazzjoni u r-rapportar dwarha, u d-disseminazzjoni ċentrali mill-Impriża Konġunta tar-riżultati tar-riċerka u l-kontroll tal-kwalità tal-pubblikazzjonijiet tal-benefiċjarji; jinnota barra minn hekk li l-IAS ħareġ żewġ rakkomandazzjonijiet importanti ħafna u li l-Impriża Konġunta fasslet pjan ta' azzjoni ddedikat għall-implimentazzjoni tagħhom;

24.

Jinnota li l-IAS għalaq parzjalment il-kwistjoni li tikkonċerna l-ippjanar u r-rapportar dwar l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka tal-benefiċjarji u pprogramma l-iskadenzi għall-implimentazzjoni sħiħa matul l-2017; jinnota li l-IAS għalaq ir-rakkomandazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni u r-rapportar dwarha;

Varji

25.

Jinnota li r-rappreżentanza tal-ġeneri għadha estremament żbilanċjata, b'mod speċjali fil-proċeduri ta' rieżami tekniku (3,2 % nisa mqabbla ma' 96,8 % rġiel), u żbilanċjata ħafna fil-kumitati xjentifiċi u fil-kumitati għall-koordinament tal-programmi (14,3 % nisa mqabbla ma' 85,7 % rġiel u 16,7 % nisa mqabbla ma' 83,3 % rġiel rispettivament); iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta ttejjeb l-iżbilanċ bejn il-ġeneri bid-diversi korpi tagħha u tippreżenta pjan biex tikseb dak l-objettiv;

26.

Jilqa' l-progress li sar fil-qasam tal-kooperazzjoni mar-Reġjuni u biex il-Fondi Strutturali u ta' Investiment jintużaw għall-ingranaġġ tal-finanzjament taħt Clean Sky 2, u jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta tkompli b'dawn l-isforzi;

27.

Jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura l-involviment dirett tal-Impriża Konġunta fil-proċess ta' rieżami ta' nofs it-terminu ta' Orizzont 2020 fil-kuntest ta' semplifikazzjoni u armonizzazzjoni ulterjuri tal-impriżi konġunti.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/345


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1734 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġiba tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 — C8-0087/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0094/2017).

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 15.

(2)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 17.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.

(5)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/346


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1735 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 — C8-0091/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 24.

(2)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 25.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(5)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/347


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1736 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2017),

A.

billi fis-7 ta' Ġunju 2014 l-Impriża Konġunta ECSEL dwar Komponenti u Sistemi Elettroniċi għal Tmexxija Ewropea (l-“Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita fis-sens tal-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-għan li timplimenta l-Inizjattiva Konġunta Teknoloġika dwar “Komponenti u Sistemi Elettroniċi għal Tmexxija Ewropea” (“ECSEL”) għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024;

B.

billi s-sħubija pubblika-privata dwar komponenti u sistemi elettroniċi għandha tikkombina l-mezzi finanzjarji u tekniċi li huma essenzjali għall-ħakma tal-kumplessità tal-pass dejjem aktar mgħaġġel tal-innovazzjoni f'dan il-qasam;

C.

billi l-Impriża Konġunta ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 f'Ġunju 2014 biex tissostitwixxi u tieħu post l-impriżi konġunti ENIAC u ARTEMIS;

D.

billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mal-Orizzont 2020 (“Stati Parteċipanti”) fuq bażi volontarja, u assoċjazzjonijiet ta' membri privati (“Membri Privati”) li jirrappreżentaw il-kumpaniji kostitwenti tagħhom u organizzazzjonijiet oħra li huma attivi fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi fl-Unjoni; billi l-Impriża Konġunta għandha tkun miftuħa għal membri ġodda;

E.

billi fil-valutazzjoni tal-impatt ġenerali tal-Impriża Konġunta, għandhom jiġu kkunsidrati investimenti mill-entitajiet legali kollha li ma jkunux l-Unjoni u l-Istati parteċipanti fl-Impriża Konġunta ECSEL li jikkontribwixxu għall-objettivi tagħha; billi dawk l-investimenti ġenerali mistennija li kumplessivament jammontaw għal mill-anqas EUR 2 340 000 000;

F.

billi l-kontribuzzjonijiet lill-Impriża Konġunta previsti għall-perjodu kollu tal-Orizzont 2020 jammontaw għal EUR 1 184 874 000 mill-Unjoni, EUR 1 170 000 000 mill-Istati Parteċipanti u EUR 1 657 500 000 mill-Membri Privati;

G.

billi t-tranżizzjoni mill-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS għall-Impriża Konġunta għandha tkun allinjata u sinkronizzata mat-tranżizzjoni mis-Seba' Programm Kwadru (FP7) għall-Orizzont 2020 biex jiġi żgurat l-aħjar użu tal-finanzjament disponibbli għar-riċerka;

Is-segwitu għall-kwittanza tal-2014

1.

Jinnota li l-Impriża Konġunta ppubblikat indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi fir-Rapport ta' Attività Annwali tagħha kif mitlub mill-Orizzont 2020;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), sabet li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 kif ukoll ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għal tmiem is-sena, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

3.

Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 108 500 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 168 000 000; jinnota, barra minn hekk, li l-isforzi għall-monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 100 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 90,95 %;

4.

Jiddispjaċih li l-Qorti, għal darb'oħra ħarġet biss opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali abbażi tal-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-Awtoritajiet ta' Finanzjament Nazzjonali (NFAs) fir-rigward ta' awditi ex-post tal-pagamenti għall-proġetti u l-fatt li l-istrateġiji tal-awditjar tal-Impriża Konġunta jagħmlu affidament qawwi fuq l-NFAs;

5.

Jesprimi tħassib li r-rapport tal-Qorti jiddikjara li kien impossibbli għall-Impriża Konġunta biex tikkalkula rata ta' żball ponderata jew rata tal-iżball residwu minħabba l-varjazzjoni sinifikanti fil-metodoloġiji u l-proċeduri użati mill-NFAs u b'hekk il-Qorti ma tistax tikkonkludi jekk l-awditi ex-post kinux qegħdin jiffunzjonaw b'mod effettiv u jekk dan il-kontroll ewlieni pprovdiex assigurazzjoni suffiċjenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi għall-proġetti tas-Seba' Programm Kwadru; jirrikonoxxi li din il-kwistjoni għandha rabta mat-tfassil tal-qafas legali tas-Seba' Programm Kwadru u għaldaqstant ma kenitx ikkawżata mill-prestazzjoni tal-Impriża Konġunta;

6.

Jinnota li l-Impriża Konġunta wettqet valutazzjoni estensiva tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali u kkonkludiet li r-rapporti tal-awditjar jistgħu jipprovdu protezzjoni raġonevoli tal-interessi finanzjarji tal-membri tagħha; jinnota, barra minn hekk, li bħala reazzjoni għall-posponiment tad-deċiżjoni dwar il-kwittanza fl-2014, l-Impriża Konġunta talbet lill-NFAs biex jipprovdu dikjarazzjonijiet bil-miktub li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali tagħhom tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet; l-awtorità ta' kwittanza kkunsidrat id-dikjarazzjonijiet tal-NFAs matul il-proċess postpost ta' kwittanza u tat il-kwittanza lill-Impriża Konġunta f'Ottubru 2016; jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta, b'segwitu tal-eżempju tajjeb tagħha mis-sena preċedenti, f'Jannar 2017 talbet lill-NFAs jipprovdu dikjarazzjonijiet bil-miktub simili biex tissottomettihom lill-awtorità ta' kwittanza;

7.

Jenfasizza l-fatt li l-kwistjoni rigward il-varjazzjoni fil-metodoloġiji u l-proċeduri użati mill-NFAs ma għadhiex rilevanti għall-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Orizzont 2020;

8.

Jinnota li, sal-aħħar tal-2015, il-pagamenti tal-Impriża Konġunta, li kienu ffinanzjati mis-Seba' Programm Kwadru, kienu jammontaw għal EUR 293 000 000 (47 % tal-impenji operattivi);

9.

Jinnota li mill-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet li jridu jkopru l-spejjeż operattivi u amministrattivi ffinanzjati mill-Unjoni fil-qafas tal-Orizzont 2020, l-Impriża Konġunta wettqet impenji li jammontaw għal EUR 257 500 000 (22 % tal-pakkett totali) u pagamenti li jammontaw għal EUR 56 000 000 (22 % tal-impenji); jinnota li l-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti li saru mill-Unjoni għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta ammontaw għal EUR 1 400 000;

10.

Jiddispjaċih li mit-28 Stat Parteċipanti li kienu meħtieġa jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż operazzjonali tal-Impriża Konġunta b'mod proporzjonali mal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni kien hemm biss 11-il pagament iddikjarat li jammontaw għal EUR 15 800 000;

11.

Jinnota li l-Membri Privati kienu mistennija li jagħmlu kontribuzzjonijiet in natura li jammontaw tal-anqas għal EUR 1 657 500 000 u li l-ammont stmat tal-kontribuzzjonijiet in natura tal-Membri Privati għall-2015 kien ta' EUR 58 700 000; jaċċetta f'dan ir-rigward li, fl-2016, il-Kummissjoni ħarġet linji gwida li kienu jippermettu li l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġetti tiġi deċiża fi tmiem il-proġett, meta l-Membri Privati jkunu jistgħu jikkalkulaw il-kontribuzzjonijiet in natura rispettivi tagħhom; jinnota, barra minn hekk, li, fl-aħħar tal-2015, il-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti li saru mill-Membri Privati għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta ammontaw għal EUR 3 600 000;

Kontrolli ewlenin u sistemi superviżorji

12.

Jinnota li ġew stabbiliti mill-Impriża Konġunta proċeduri ta' kontroll ex-ante bbażati fuq rieżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi; jinnota li dawn il-verifiki huma għodda ewlenija għal valutazzjoni tal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet u li l-Impriża Konġunta kienet qed tiżviluppa awditi ex-post tal-benefiċjarji tal-fondi tal-programm Orizzont 2020;

Sejħiet għal proposti

13.

Jinnota li l-Impriża Konġunta nediet żewġ sejħiet għal proposti li bihom għamlet stedina għal azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni u għal azzjonijiet ta' innovazzjoni u li fl-2015 rċeviet 76 deskrizzjoni ta' proġetti eliġibbli u 62 proposta sħiħa ta' proġetti eliġibbli (meta mqabbel ma' 48 fl-2014); jinnota, barra minn hekk, li, fl-2015, ir-rati ta' suċċess kienu ta' 13 % għal azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni (meta mqabbel ma' 18 % fl-2014) u 33 % għal azzjonijiet ta' innovazzjoni (meta mqabbel ma' 43 % fl-2014); jinnota li r-rata aktar baxxa ta' suċċess fl-2015 kienet minħabba n-numru ogħla ta' proġetti ppreżentati;

14.

Jinnota li l-portafoll tal-proġetti fl-2015 kien jinkludi 25 proġett tal-Impriża Konġunta, li minnhom 13 intgħażlu fl-2015, u 60 proġett preeżistenti (l-Impriżi Konġunti ARTEMIS u ENIAC); jinnota, barra minn hekk, li l-parteċipazzjoni ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju fis-sejħiet tal-Impriża Konġunta kienet ta' 32 %;

Qafas legali

15.

Jinnota li d-deċiżjonijiet ewlenin adottati mill-bord tat-tmexxija tal-Impriża Konġunta kienu jinkludu deċiżjonijiet dwar strateġija kontra l-frodi, ir-Regolamenti tal-Persunal u politika komprenisva dwar il-kunflitti ta' interess;

Awditu intern

16.

Jinnota li fl-2015 is-servizz tal-awditjar intern wettaq valutazzjoni tar-riskju tal-Impriża Konġunta u jinsab imħasseb li b'hekk identifika żewġ proċessi amministrattivi “f'oqsma b'impatt għoli/b'riskju għoli” (dawn huma l-ġestjoni tar-riskju tagħha u l-istrateġija tagħha kontra l-frodi) u żewġ proċessi operattivi “f'oqsma b'impatt għoli/b'riskju għoli” (dawn huma l-kontrolli ex-post u l-koordinament/l-implimentazzjoni ta' għodod tas-CSC); jilqa', madankollu, il-fatt li l-Impriża Konġunta diġa' naqset u qed tagħmel sforzi ulterjuri biex tnaqqas dawk ir-riskji;

Strateġija kontra l-frodi

17.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, ir-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta jistipulaw li l-baġit tal-Impriża Konġunta għandu jiġi implimentat b'konformità ma' standards ta' kontroll intern effettivi u effiċjenti, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu ta' frodi u irregolaritajiet;

18.

Jinnota li fl-2016, l-Impriża Konġunta impenjat ruħha li tkompli twettaq azzjonijiet għat-titjib tal-ambjent ta' kontroll intern, kif stabbilit fl-istrateġija interna ta' prevenzjoni kontra l-frodi;

19.

Jirrikonoxxi li l-bord tat-tmexxija tal-Impriża Konġunta approva, f'Mejju 2016, il-verżjoni aġġornata tal-Istrateġija Komuni Kontra l-Frodi fil-qasam tar-Riċerka, u abbażi ta' din l-istrateġija adotta pjan ta' implimentazzjoni kontra l-frodi fl-2016; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta aġġornat l-istrateġija ta' kontroll ex post tagħha f'Diċembru 2016;

20.

Jinnota li r-rapport tal-Qorti jiddikjara li l-proċeduri ta' kontroll intern, li taw assigurazzjoni raġonevoli tal-prevenzjoni ta' frodi u ta' irregolaritajiet (inklużi verifiki ex ante fuq il-pagamenti, il-politika dwar il-kunflitt ta' interess, awditi ex-post tal-benefiċjarji tal-għotjiet), diġà kienu fis-seħħ fl-Impriża Konġunta;

Oħrajn

21.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-involviment dirett tal-Impriża Konġunta fil-proċess ta' rieżami ta' nofs il-perjodu tal-Orizzont 2020 fil-qasam ta' aktar simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-proċeduri b'rabta mal-impriżi konġunti.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/350


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1737 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 — C8-0091/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 24.

(2)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 25.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(5)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/351


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1738 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 — C8-0090/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0109/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 47.

(2)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 49.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.

(5)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/352


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1739 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0109/2017),

A.

billi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (“FCH”) ġiet stabbilita f'Mejju 2008 bħala sħubija pubblika-privata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 għal perjodu li jwassal sal-31 ta' Diċembru 2017 biex tiffoka fuq l-iżvilupp ta' applikazzjonjiet tas-suq, u b'hekk tiffaċilita sforzi industrijali addizzjonali lejn mobilizzazzjoni rapida tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu; billi r-Regolament (KE) Nru 521/2008 ġie emendat mir-Regolament (UE) Nru 559/2014;

B.

billi f'Mejju 2014 ir-Regolament (KE) Nru 559/2014 stabbilixxa l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (“FCH2”) biex tieħu post l-FCH għall-perjodu li jwassal sal-31 ta' Diċembru 2024;

C.

billi l-Membri tal-FCH kienu l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, il-Grupp Industrijali Ewropew għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (“il-Grupp tal-Industrija”) u l-Grupp Ewropew il-Ġdid tar-Riċerka taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu AISBL — N.ERGHY (“il-Grupp ta' Riċerka”);

D.

billi l-membri tal-FCH2 huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-Grupp tal-Industrija Hydrogen Europe (“il-Grupp tal-Industrija 2”) u l-Grupp ta' Riċerka “N.ERGHY” (“il-Grupp ta' Riċerka 2”);

E.

billi l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-perjodu kollu hija ta' EUR 470 000 000 għall-FCH u ta' EUR 665 000 000 għall-FCH2, li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru u Orizzont 2020, kif applikabbli, u li minnha l-proporzjon allokat għal spejjeż operattivi m'għandux jaqbeż l-EUR 20 000 000 u d-EUR 19 000 000 rispettivament;

F.

billi fl-FCH2, il-Grupp tal-Industrija2 u l-Grupp ta' Riċerka 2flimkien għandhom jikkontribwixxu 50 % tal-ispejjeż operattivi, il-Grupp tal-Industrija2 43 % u l-Grupp ta' Riċerka2 7 %, u t-tnejn għandhom jikkontribwixxu għal spejjeż operattivi permezz ta' kontribuzzjonijiet in natura u għall-objettivi tal-FCH2 permezz ta' kontribuzzjonijiet in natura f'attivitajiet addizzjonali (“IKAA”), b'ammont minimu ta' EUR 380 000 000 li minnhom tal-anqas EUR 285 000 000 f'IKAA;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”) dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta (“ir-rapport tal-Qorti”) iqis li l-kontijiet annwali tal-FCH tal-2015 jirrappreżentaw b'mod korrett, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 kif ukoll ir-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li kienet intemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha;

2.

Jinnota l-fatt li l-baġit finali tal-FCH2 għas-sena finanzjarja 2015 kien fih EUR 132 583 855 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 95 089 121 f'approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota li l-approprjazzjonijiet ta' impenn żdiedu bi 17 % meta mqabbla mal-2014, prinċipalment minħabba l-ammont ogħla ta' sejħiet għall-proposti fl-2015, u li l-approprjazzjonijiet ta' pagament irreġistraw tnaqqis ta' 2 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

3.

Jinnota, mir-rapport annwali tal-attività tagħha, li l-FCH2 kompliet b'awditi ex post bit-tnedija ta' 29 awditu ġodda; jilqa' l-fatt li r-rata ta' żball residwu kienet ta' 0,98 %;

4.

Jinnota li l-FCH2 stabbiliet proċeduri ex ante bbażati fuq rieżamijiet ta' data finanzjarja u operattiva, u twettaq awditi ex post tal-benefiċjarji tal-għotjiet; jinnota li dawn il-verifiki huma għodda ewlenija għall-valutazzjoni tal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet;

5.

Jindika li l-eżekuzzjoni baġitarja sal-aħħar tas-sena għas-sorsi kollha ta' finanzjament laħqet is-87,3 % f'dak li jirrigwarda l-approprjazzjonijiet ta' impenn, rata li tirrappreżenta tnaqqis żgħir meta mqabbla mas-sena preċedenti minħabba l-eżitu tal-evalwazzjoni għas-sejħa tal-2015; jinnota l-għadd ta' proposti għall-proġetti li ġew irrifjutati minħabba li ma laħqux il-kwalità meħtieġa, bir-riżultat li kien hemm EUR 13 700 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn li ma ntużawx; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-pagamenti kienet ta' 83 %, li tirrappreżenta l-aħjar rata ta' eżekuzzjoni ta' pagamenti għall-FCH2 sa issa;

6.

Jinnota li mit-total tal-impenji operattivi ta' EUR 193 500 000 li saru fl-2015, 42,6 % kienu impenji individwali bbażati fuq proċeduri ta' għoti kkompletati għal għotjiet u kuntratti; jinnota li 57,3 % kienu impenji globali li għalihom il-proċedura ta' għoti ma kinitx kompluta minħabba ż-żmien meħtieġ għall-proċeduri ta' evalwazzjoni u ta' negozjar fir-rigward tas-sejħiet għal proposti tal-2015 għal proġetti fl-ambitu tal-Orizzont 2020;

7.

Jilqa' l-fatt li total ta' 59 organizzazzjoni tas-settur tar-riċerka u l-industrija rrappurtaw l-investimenti tagħhom li jammontaw għal ammont totali kumulattiv ta' EUR 188 570 000, li jirrappreżenta iktar minn 60 % tal-mira stabbilita għall-perjodu ta' żmien kollu għall-FCH2;

8.

Jirrikonoxxi l-fatt li s-settur wera intenzjoni ċara li jinvesti, jiżviluppa u jikkummerċjalizza t-teknoloġiji innovattivi tiegħu, kemm min-naħa tal-industrija kif ukoll min-naħa tar-riċerka; jinnota s-sottomissjonijiet tal-IKAA li ġejjin minn 16-il Stat Membru differenti, maqsumin bi 33 % u 67 % bejn sottomissjonijiet tar-riċerka u l-industrija mil-lat tal-għadd ta' entitajiet; jilqa' l-fatt li s-settur taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu huwa determinat li jkompli f'din it-triq billi jagħmel l-almu tiegħu biex jipproduċi ċifri b'saħħithom għall-perjodu ta' rappurtar li jmiss;

9.

Jinnota li fiż-żmien meta tħejjew il-kontijiet finali, l-FCH2 ma rċevietx ir-rapporti meħtieġa mill-membri tagħha li jimplimentaw il-proġetti ta' Orizzont 2020 peress li dawn kienu għadhom ma tlestewx, u għalhekk josserva li l-ammont ta' kontribuzzjonijiet in natura fl-2015 għal Orizzont 2020 imdaħħal fil-kontijiet kien ibbażat fuq stima mill-FCH2 tal-ispejjeż imġarrba mill-membri sa tmiem l-2015; jindika f'dan ir-rigward li l-kontribuzzjonijiet in natura se jiġu kkomunikati fil-qafas tal-ewwel rappurtar tal-proġetti li huwa mistenni f'Settembru 2016; ifakkar li r-rapport tal-Qorti rrakkomanda li l-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta linji gwida ċari għar-rappurtar baġitarju u l-ġestjoni finanzjarja tal-FCH2 u jinnota li dawn il-linji gwida nħarġu fl-20 ta' Diċembru 2016 f'konformità ma' din ir-rakkomandazzjoni;

Trasferiment

10.

Jinnota li saru żewġ trasferimenti baġitarji bejn linji baġitarji differenti tal-istess Kapitolu sabiex ir-riżorsi meħtieġa jiġu allokati aħjar għall-ispejjeż amministrattivi; jindika li dawn it-trasferimenti ma kellhom ebda impatt fuq il-baġit ivvotat;

Sejħiet għal proposti

11.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-FCH2 wettqet b'suċċess it-tranżizzjoni għal Orizzont 2020, billi ffinalizzat il-firma tal-ewwel ftehimiet ta' għoti li rriżultaw mis-sejħa tal-2014; jinnota li sa tmiem l-2015 l-FCH2 kellha għaddejjin 15-il proġett ta' Orizzont 2020 mill-2014 u 15 li qed jitħejjew mis-sejħa tal-2015;

12.

Jinnota li l-ewwel ftehimiet ta' għoti taħt il-programm Orizzont 2020 (is-sejħa tal-2014) ġew iffirmati b'medja ta' 8 xhur qabel l-għotja (ħlief fi tliet każijiet debitament ġustifikati), u li dan jirrifletti l-isforzi li saru biex ikun hemm fażi rapida ta' preparazzjoni tal-għoti f'kuntest ta' regoli ġodda u għodod ġodda; jenfasizza li dawn il-15-il proġett jirrappreżentaw kontribuzzjoni ta' EUR 82 100 000 li minnhom 55 % huma għal azzjonijiet ta' innovazzjoni u 41 % għal azzjonijiet ta' riċerka, filwaqt li l-4 % li fadal huma għal attivitajiet trasversali; jinnota li intrapriżi żgħar u ta' daqs medju rrappreżentaw 25 % tal-għadd ta' parteċipanti fi proġetti ta' suċċess u 24 % tal-kontribuzzjoni tal-FCH fis-sejħa tal-2014;

13.

Jinnota li t-tieni sejħa għal proposti tal-FCH2 taħt l-Orizzont 2020 kienet ippubblikata fil-5 ta' Mejju 2015 bi skadenza għat-tressiq tal-proposti sas-27 ta' Awwissu 2015 u baġit stmat ta' EUR 123 000 000, u li waslu 61 proposta eliġibbli, li rriżultaw fl-għażla ta' 15-il proġett b'finanzjament totali ta' EUR 109 916 764;

Qafas ġuridiku

14.

Josserva li r-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ġew emendati bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929; jinnota li l-FCH2 trid tirrevedi r-regoli finanzjarji tagħha sabiex jiġu allinjati mal-mudell rivedut; jinnota li r-regolament finanzjarju rivedut tal-FCH2 ġie adottat mill-bord tat-tmexxija tagħha f'Mejju 2016, wara li l-abbozz ġie ppreżentat lill-Kummissjoni għal approvazzjoni;

15.

Jinnota li f'Novembru 2015 is-sistema ta' awditjar intern (IAS) tal-Kummissjoni lestiet awditu fuq il-proċess ta' evalwazzjoni u ta' għażla għall-proposti ta' għoti fl-ambitu tal-Orizzont 2020 fl-FCH2; jissottolinja li l-IAS għamlet rakkomandazzjonijiet rigward it-titjib taċ-ċarezza u t-trasparenza fl-għażla, min-naħa tal-FCH2, tat-temi għall-proposti; jistieden lill-FCH2 tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar it-titjib li kienet qed tagħmel sabiex il-proċedura tal-għażla tkun aktar trasparenti;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

16.

Jilqa' l-fatt li abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-awtorità ta' kwittanza u ta' rakkomandazzjoni minn awditu mwettaq b'mod konġunt mill-IAS tal-Kummissjoni u l-awditur intern tal-FCH2, l-FCH2 ħejjiet regoli interni li jispeċifikaw b'mod aktar komprensiv l-obbligi f'termini ta' kunflitti ta' interess; jirrikonoxxi b'sodisfazzjon il-fatt li fil-qafas tas-sessjoni ta' sensibilizzazzjoni tagħha dwar il-kontroll intern li saret fit-30 ta' Novembru 2015, il-membri tal-persunal tal-FCH2 irċevew taħriġ dwar id-definizzjoni u l-prevenzjoni possibbli tal-kunflitti ta' interess, u dwar ir-rekwiżiti ta' rappurtar f'termini ta' aċċettazzjoni ta' rigali, favuri jew pagamenti;

17.

Jinnota b'sodisfazzjon li, fl-2015, l-FCH2 ħadet sehem u implimentat miżuri preventivi u korrettivi bi qbil mal-“istrateġija kontra l-frodi u pjan ta' azzjoni korrispondenti” adottata dan l-aħħar fil-livell tal-Kummissjoni;

Oħrajn

18.

Jenfasizza l-ħtieġa li riċerka bażika li tikkontribwixxi għall-miri tal-FCH2 ma tiġix eskluża minn sejħiet oħra tal-Orizzont 2020, sakemm ma jkunx hemm biċ-ċar dupplikazzjoni ma' sejħiet tal-FCH2;

19.

Jinnota li ġew stabbiliti proċeduri ta' kontroll intern fi ħdan l-Impriża Konġunta sabiex jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli rigward l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet;

20.

Jinnota li r-regoli ġenerali għall-impjegati, imħejjija fuq il-bażi tal-mudell tal-Kummissjoni, kellhom jiġu ppreżentati lill-Bord għall-approvazzjoni sa tmiem l-2016;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-involviment dirett tal-FCH2 fil-proċess ta' rieżami ta' nofs it-terminu tal-Orizzont 2020 fil-qasam ta' aktar simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-proċeduri b'rabta mal-impriżi konġunti.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/355


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1740 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 — C8- 0090/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0109/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 47.

(2)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 49.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.

(5)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/356


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1741 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 — C8-0089/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

wara li kkunsidra Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0083/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 57.

(2)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 58.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54.

(5)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/357


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1742 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0083/2017),

A.

billi l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (“l-Impriża Konġunta IMI”) twaqqfet f'Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin bil-għan li ttejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċess ta' żvilupp tal-mediċini, bil-mira fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi aktar effikaċi u sikuri;

B.

billi wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 f'Mejju 2014, l-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (minn hawn 'il quddiem “l-Impriża Konġunta IMI 2”) issostitwiet l-Impriża Konġunta IMI f'Ġunju 2014 bil-għan li tiffinalizza attivitajiet ta' riċerka tas-Seba' Programm Kwadru, u estendiet iż-żmien operattiv tal-Impriża Konġunta sal-31 ta' Diċembru 2024;

C.

billi l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi (EFPIA) huma l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta;

D.

billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fis-16 ta' Novembru 2009;

E.

billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta IMI hija ta' EUR 1 000 000 000, li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru, filwaqt li l-membri fundaturi għandhom jikkontribwixxu b'mod ugwali għall-ispejjeż operattivi, kull wieħed minnhom b'ammont li ma jisboqx l-4 % tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni;

F.

billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta IMI 2 hija ta' EUR 1 638 000 000, li trid titħallas mill-baġit ta' Orizzont 2020, u l-Membri, għajr il-Kummissjoni, iridu jikkontribwixxu 50 % tal-ispejjeż ta' funzjonament u jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi permezz ta' kontribuzzjonijiet fi flus jew in natura, jew it-tnejn li huma, ugwali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li fl-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

2.

Jieħu nota tal-opinjoni pożittiva tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena 2015, u jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta laħqet il-limitu ta' materjalità;

3.

Jieħu nota tal-fatt li l-baġit finali 2015 tal-Impriża Konġunta disponibbli għall-implimentazzjoni kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 315 269 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 195 411 000;

4.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 91,04 %, li tfisser tnaqqis ta' 1,34 % meta mqabbla mal-2014; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 72,68 %, li tfisser tnaqqis ta' 1,22 % meta mqabbla mal-2014; jinnota mill-Impriża Konġunta li r-rata ta' implimentazzjoni aktar baxxa milli kien mistenni għall-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet prinċipalment minħabba dewmien fin-negozjati għal diversi proġetti ta' Orizzont 2020; jinnota li fil-każ ta' attivitajiet operattivi, ir-rata ta' implimentazzjoni kienet ta' 91,17 % għal approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' 72,74 % għal approprjazzjonijiet ta' pagament;

5.

Jinnota li sa tmiem l-2015, l-Impriża Konġunta għamlet impenji ta' EUR 966 000 000 u pagamenti ta' EUR 538 100 000 (55,7 % tal-impenji operattivi) mir-riżorsi ffinanzjati mill-Unjoni taħt is-Seba' Programm Kwadru; jinnota, barra minn hekk, li kien hemm livell għoli ta' pagamenti operattivi pendenti minħabba dewmien u bidu kajman għall-attivitajiet fl-ewwel snin tal-Impriża Konġunta, u li dawn kellhom jintużaw biex ikopru pagamenti futuri għal ftehimiet ta' għotja ffirmati li jibqgħu għaddejjin sa tmiem l-2021;

6.

Jinnota li mill-ammont totali ta' riżorsi ta' EUR 1 biljun stabbilit taħt is-Seba' Programm Kwadru għall-kontribuzzjonijiet l-oħrajn in natura u fi flus tal-membri, ġew irrappurtati EUR 503 100 000 f'kontribuzzjonijiet in natura għal attivitajiet operattivi lill-Impriża Konġunta sa tmiem l-2015, li minnhom EUR 321 800 000 jew 63,9 % ġew validati mill-bord tat-tmexxija;

7.

Jinnota li minn ammont totali ta' riżorsi ta' EUR 1 638 000 000 għall-attivitajiet operattivi u amministrattivi li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Unjoni taħt Orizzont 2020, l-Impriża Konġunta għamlet impenji operattivi li jammontaw għal EUR 351 700 000 u pagamenti li jammontaw għal EUR 45 900 000 (13 % tal-impenji operattivi); jirrikonoxxi li l-livell baxx ta' pagamenti huwa dovut prinċipalment għal dewmien fin-negozjar tal-ftehimiet relatati ma' Orizzont 2020 mas-sħab industrijali;

8.

Jinnota li mill-ammont totali ta' riżorsi ta' EUR 1 425 000 000 stabbilit taħt Orizzont 2020 għall-kontribuzzjonijiet in natura u fi flus tal-membri, sa tmiem l-2015 ġew irrapportati EUR 68 600 000 lill-Impriża Konġunta; 11-il ftehim ta' għotja ffirmati taħt il-programm Orizzont 2020 jinkludu impenn ta' EUR 123,5 miljun għal kontribuzzjoni in natura;

9.

Jinnota li minn Settembru 2015, l-Impriża Konġunta esternalizzat il-funzjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabilità lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni;

10.

Ifakkar li fir-rapport tagħha, il-Qorti rrakkomandat li l-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta linji gwida ċari dwar ir-rapportar tal-baġit tal-Impriża Konġunta, u jilqa' l-fatt li dawk il-linji gwida nħarġu fl-20 ta' Diċembru 2016 f'konformità ma' din ir-rakkomandazzjoni;

Strateġija Kontra l-Frodi

11.

Jinnota li l-Istrateġija Kontra l-Frodi aġġornata tal-Impriża Konġunta ġiet adottata mill-bord tat-tmexxija f'Lulju 2015 sabiex jittieħed kont tal-bidliet introdotti minn Orizzont 2020;

12.

Jinnota b'dispjaċir li tressaq każ wieħed ta' suspett ta' frodi lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) għal valutazzjoni, u li dan tal-aħħar iddeċieda li ma jibdiex investigazzjoni; jinnota li l-Impriża Konġunta nediet kemm awditu tekniku u kemm wieħed finanzjarju, u li l-awditu tekniku identifika xi dgħufijiet xjentifiċi fil-ħidma mwettqa minn benefiċjarju, li wassal għat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' dak il-benefiċjarju, bi projbizzjoni tal-ispejjeż korrispondenti u r-rimborż tal-ammont ta' EUR 398 115,65 lill-koordinatur tal-proġett; jinnota li l-awditu finanzjarju tal-proġett ġie konkluż mingħajr ebda sejba materjali sinifikanti; jenfasizza f'dan ir-rigward ir-rwol importanti tal-informaturi u l-proċeduri ta' awditjar intern fl-iskoperta, ir-rapportar u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet relatati man-nefqa baġitarja tal-Unjoni, u barra minn hekk, l-irkupru ta' fondi li ntużaw b'mod ħażin;

Sistemi ta' kontroll intern

13.

Jinnota li awditu fuq kontrolli ex-ante għall-ġestjoni tal-għotjiet u l-proċessi relatati twettaq mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS); jindika li l-Impriża Konġunta diġà kellha nuqqasijiet fid-dokumentazzjoni tagħha ta' kontrolli ex ante, u jinnota li l-awditu wassal għal tliet rakkomandazzjonijiet li ssuġġerew li l-Impriża Konġunta għandha tagħmel il-kontrolli ex-ante tagħha aktar effikaċi billi tuża approċċ aktar ibbażat fuq ir-riskju u bilanċjaa, li għandha ssaħħaħ il-proċeduri ta' kontroll għaċ-ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, u li jenħtiġilha ttejjeb ir-rapportar ta' ġestjoni dwar ir-riżultati ta' kontrolli ex-ante; jirrikonoxxi l-fatt li ma nħarġet l-ebda rakkomandazzjoni kritika fir-rigward tal-Impriża Konġunta u li minn Marzu 2015 'l hawn kienet qed timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar tal-IAS;

14.

Jinnota li ġew stabbiliti proċeduri ta' kontroll ex-ante bbażati fuq rieżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta wettqet awditi ex-post tal-benefiċjarji tal-għotjiet; jieħu nota tal-fatt li r-rata residwa għall-awditi ex-post irrappurtata kienet ta' 1,5 %;

15.

Jinnota li ġew stabbiliti proċeduri ta' kontroll intern fi ħdan l-Impriża Konġunta sabiex jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli rigward l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet;

16.

Jirrikonoxxi, fid-dawl tal-informazzjoni miksuba mill-Impriża Konġunta, li l-Impriża Konġunta għamlet progress fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li ntlaħaq qbil dwarhom mal-IAS, u li żewġ rakkomandazzjonijiet mill-awditu mwettaq fis-snin preċedenti dwar indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u rieżamijiet ta' rapporti ta' proġetti interim ġew implimentati mill-maniġment fl-2015 u magħluqa mill-IAS; jinnota, barra minn hekk, li b'rabta mal-unika rakkomandazzjoni pendenti dwar it-tisħiħ tal-proċess ta' monitoraġġ tal-proġetti u t-titjib fis-sistemi tal-IT, l-Impriża Konġunta lestiet l-azzjonijiet maqbula u l-IAS għalaq il-kwistjoni f'April 2016;

Varji

17.

Jinnota li 15,6 % tal-benefiċjarji fl-2015 kienu SMEs, li jirrappreżenta tnaqqis żgħir meta mqabbel mal-2014; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tkompli bl-isforz tagħha lejn parteċipazzjoni ogħla tal-SMEs fil-proġetti tagħha;

18.

Jieħu nota tal-fatt li l-Impriża Konġunta ppubblikat rapport dettaljat dwar l-impatt soċjoekonomiku tal-proġetti IMI f'Mejju 2016, kif mitlub mill-awtorità ta' kwittanza;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-involviment dirett tal-Impriża Konġunta fil-proċess ta' rieżami ta' nofs il-perjodu ta' Orizzont 2020 fil-qasam ta' aktar simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-Impriżi Konġunti.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/360


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1743 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 — C8-0089/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

wara li kkunsidra Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0083/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 57.

(2)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 58.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54.

(5)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/361


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2017/1744 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġiba tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 — C8-0085/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha vantaġġi (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0108/2017).

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 33.

(2)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 34.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/362


RIŻOLUZZJONI (UE, Euratom) 2017/1745 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għall-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0108/2017).

A.

billi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) (l-“Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita f'Marzu 2007 għal perjodu ta' 35 sena permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom;

B.

billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Euratom, irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-istati membri tal-Euratom, u pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ta' kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata;

C.

billi l-għanijiet tal-Impriża Konġunta huma li tipprovdi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-proġett internazzjonali ITER għall-enerġija mill-fużjoni; li timplimenta l-Ftehim dwar Approċċ Usa' bejn il-Euratom u l-Ġappun; u li tipprepara għall-kostruzzjoni ta' impjant dimostrattiv tal-enerġija mill-fużjoni (DEMO);

D.

billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu f'Marzu 2008;

Ġenerali

1.

Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”) dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015 (“ir-rapport tal-Qorti”), sab li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ppreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015, kif ukoll ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għal tmiem is-sena, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

2.

Jirrikonoxxi li r-rapport tal-Qorti jiddikjara li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

3.

Jesprimi tħassib li r-rapport tal-Qorti għal darb'oħra jenfasizza li l-kumplessità tal-attivitajiet tal-ITER tpoġġi l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta għall-fażi ta' kostruzzjoni tal-proġett ITER f'riskju sinifikanti li jiżdied, iżda jirrikonoxxi wkoll li sar progress sinifikanti fuq firxa ta' oqsma b'impatt fuq l-istruttura amministrattiva kollha tal-proġett;

4.

Jenfasizza li l-Impriża Konġunta hija responsabbli għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-proġett ITER u li l-limitu tal-baġit ta' EUR 6 600 000 000 jrid jinżamm sal-2020; jenfasizza, barra minn hekk, li l-isfida prinċipali tal-proġett ITER hija li jiġi żgurat li l-iskeda ta' żmien u l-ibbaġitjar realistiċi jinżammu, u li kwalunkwe devjazzjoni jew problema potenzjali tiġi identifikata fl-aktar stadju bikri possibbli; jinnota li r-rapport tal-Qorti, għal darb'oħra, fl-“osservazzjonijiet” tiegħu jinnota li l-limitu tal-baġit ta' EUR 6 600 000 000, li huwa d-doppju tal-ispejjeż ibbaġitjati inizjalment għall-fażi ta' kostruzzjoni fl-2010, ma kienx jinkludi l-ispejjeż ta' kontinġenza; jinnota xi progress, għalhekk, fil-valwazzjoni aġġornata għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta fl-2015, li hija ċifra aktar komprensiva; huwa konxju li l-bidliet reċenti li għadhom għaddejjin f'dan ir-rigward huma essenzjali għas-suċċess futur tal-proġett;

5.

Jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li r-rapport tal-Qorti jiddikjara li, fl-2015, l-Impriża Konġunta varat eżerċizzju ewlieni biex tikkalkula l-ispiża stmata fil-ħin tat-tlestija tal-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta għall-fażi ta' kostruzzjoni tal-proġett ITER, li tirriżulta f'żieda mistennija tal-ispiża ta' madwar EUR 2 375 000 000, li tirrappreżenta żieda ta' 35 % fuq iċ-ċifra approvata mill-Kunsill fl-2010; jinnota li dan l-ammont huwa ogħla miż-żieda rrappurtata mill-Impriża Konġunta f'Novembru 2014, iżda jirrikonoxxi li dan huwa minħabba l-ambitu usa' tal-kalkolu l-ġdid biex ikopri l-fażi ta' kostruzzjoni kollha, flok biss id-devjazzjonijiet tal-ispejjeż stmati fuq kuntratti mogħtija; jilqa' l-isforzi li saru mill-Impriża Konġunta biex tipprovdi stimi ta' spejjeż aktar globali u realistiċi;

6.

Jirrimarka li r-rapport tal-Qorti jirreferi għall-adozzjoni mill-bord ta' tmexxija tal-Impriża Konġunta ta' pjan ta' azzjoni 2015, konformi mal-pjan ta' azzjoni tal-ITER, biex tiffaċċja l-isfidi marbuta mal-kumplessità tal-proġett ITER; jinnota li l-Kunsill tal-Organizzazzjoni ITER (“il-Kunsill tal-ITER”) fil-laqgħa tiegħu ta' Ġunju 2016 finalment adotta ad referendum l-iskeda l-ġdida u r-riżorsi l-ġodda għall-proġett ITER (“Bażi ta' Referenza” ġdida akkumpanjata minn approċċ gradwali lejn it-twettiq tal-Ewwel Plażma) li tqiesu bħala realistiċi, inkluż l-iffissar ta' miri ewlenin għall-2016 sal-2017 u data ta' mira għall-2025 għat-twettiq tal-Ewwel Plażma; jinnota, barra minn hekk, li f'Novembru 2016 il-Kunsill tal-ITER approva ad referendum l-iskeda ta' żmien ġenerali tal-proġett għall-Ewwel Plażma fl-2025 u għall-Operazzjoni Deterium Tritium fl-2035; jinnota, madankollu, li l-Bażi ta' Referenza l-ġdida għad trid tiġi adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

7.

Jinsisti li l-Kummissjoni tippreżenta, qabel Lulju 2017, komunikazzjoni dwar il-proġett ITER, li hija essenzjali biex tiżgura t-trasparenza tal-proġett kollu u tistabbilixxi t-triq 'il quddiem;

8.

Jindika li d-direttur il-ġdid tal-Impriża Konġunta nħatar f'Jannar 2016 u diġà introduċa ħafna bidliet ewlenin meħtieġa; jinnota li d-direttur ressaq 21 azzjoni ġdida flimkien mal-pjan ta' azzjoni 2015; jinnota l-livell għoli ta' ambizzjoni tal-azzjonijiet il-ġodda, li jmorru lil hinn minn titjib baġitarju u titjib fl-iskeda ta' żmien billi jimmiraw għal progress wiesa' u komprensiv f'firxa ta' oqmsa li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-proġett ITER, inklużi l-ġestjoni u l-komunikazzjonijiet, il-professjonalizzazzjoni tal-proċessi, u t-taħriġ u l-iżvilupp professjonali tal-persunal;

9.

Jinnota li fil-proċess tal-għoti tal-kwittanza 2014 li kienet ġiet posposta, l-awtorità ta' kwittanza talbet lid-direttur tal-Impriża Konġunta biex jippreżenta rapport ta' progress dettaljat fuq l-oqsma kollha ewlenin li jikkonferma li l-proġett miexi fid-direzzjoni t-tajba u li dawn l-azzjonijiet kollha qed jiġu implimentati; jirrikonoxxi li dan ir-rapport ġie ppreżentat lill-awtorità ta' kwittanza f'Jannar 2017;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

10.

Jinnnota li l-baġit finali 2015 disponibbli għall-implimentazzjoni kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 467 901 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 586 080 000; jinnota li r-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 100 % u ta' 99 % rispettivament; jinnota, madankollu, li r-rata ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u għall-approprjazzjonijiet ta' pagament fir-rigward tal-baġit inizjali 2015 kienet ta' 49 % u ta' 82 % rispettivament;

11.

Jinnota li mill-EUR 467 900 000 li kienu disponibbli għall-approprjazzjonijiet ta' impenn, 52 % ġew implimentati permezz ta' impenji individwali diretti u t-48 % li kien fadal permezz ta' impenji globali; jirrimarka li l-prestazzjoni aktar baxxa f'impenji individwali milli kien previst oriġinarjament kienet dovuta l-aktar għal tnaqqis fl-ammont ta' kontribuzzjonijiet ta' flus mitluba mill-Organizzazzjoni ITER, tnaqqis fl-ammont ta' kontribuzzjonijiet ta' flus mitluba mill-Ġappun u posponimenti ta' kuntratti f'oqsma bħall-immaniġġjar mill-bogħod, id-dijanjostika u l-inġinerija tal-plażma;

12.

Jinnota li l-implimentazzjoni tal-baġit kienet ibbilanċjata b'impenji globali skont l-aħħar emenda għall-programm ta' ħidma għall-2015 għal akkwisti li kienu għaddejjin biex jiġu ffinalizzati fl-2016 li tagħhom id-dominji ewlenin involuti kienu l-bini (għal emendi jew alternattivi għall-kuntratti ewlenin tal-bini) u għal kontenitur vakwu (għat-tlestija tal-akkwist tal-kontenitur prinċipali);

13.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-implimentazzjoni sħiħa tal-baġit 2015 baxxiet ħafna l-livell ta' approprjazzjonijiet ikkanċellati għall-2015, b'mod li jirrappreżenta inqas minn 0,1 % tal-baġit; josserva li t-total tal-approprjazzjonijiet ikkanċellati, li jammonta għal EUR 925 783, li kien jikkorrispondi għall-ammonti mhux imħallsa fl-2015 fuq impenji amministrattivi ġew riportati mill-2014;

14.

Jinnota li, għas-sena finanzjarja 2015, il-bilanċ tal-eżitu tal-baġit ammonta għal EUR 1 070 000; jinnota li xi dħul mixxellanju ieħor ma ġiex ibbaġitjat, bħall-pagamenti tard għall-kontribuzzjoni tas-sħubija tal-2014 mill-Greċja u mgħax dovut għall-pagament tard min-naħa ta' Spanja;

15.

Jirrikonoxxi li, matul l-2015, l-Impriża Konġunta pproċessat 4 200 tranżazzjoni ta' pagament (bl-esklużjoni tas-salarji), u dan juri tnaqqis żgħir ta' 3 % meta mqabbel mal-2014; jinnota wkoll li, minn dawn, 1 500 pagament kienu jikkorrispondu għal ħlas ta' fatturi, li għalihom iż-żmien medju biex jitħallsu l-fatturi naqas b'madwar sebat ijiem bħala riżultat ta' sforzi magħmula biex jiġu ottimizzati l-proċessi finanzjarji assoċjati; jinnota b'sodisfazzjon li l-implimentazzjoni tal-fluss elettroniku għall-pagamenti fl-2014 uriet żieda sinifikanti f'termini ta' effiċjenza;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

16.

Jinnota li l-bord ta' tmexxija tal-Impriża Konġunta adotta strateġija kontra l-frodi u pjan ta' azzjoni għall-2015 sal-2017, li jispjega l-kuntest li fih topera l-Impriża Konġunta, jiġifieri li tkun responsabbli għall-ġestjoni ta' ammont għoli ta' baġit pubbliku, u l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta' mekkaniżmi ta' frodi rispettivi; jinnota li ġew stabbiliti għanijiet partikolari, bħal pereżempju l-ħatra ta' uffiċjal għall-etika u għall-OLAF u s-sensibilizzazzjoni;

17.

Jinnota li fl-2015 l-Impriża Konġunta adottat deċiżjoni dwar regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u r-reviżjoni tar-regoli tal-2013 dwar il-kunflitti ta' interess applikabbli għall-korpi u għall-kumitati tagħha;

Selezzjoni u reklutaġġ tal-persunal

18.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Impriża Konġunta adottat regoli li jimplimentaw ir-Regolamenti tal-Persunal; jiddispjaċih li ċerti regoli speċifiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal għad iridu jiġu adottati;

19.

Jinnota, madankollu, li waħda mill-isfidi ewlenin tibqa' r-riallokazzjoni tal-persunal tal-Impriża Konġunta għal oqsma ta' prijorità għolja u jinkoraġġixxi lid-direttur biex ikompli fl-isforz tiegħu biex jottimizza l-użu tar-riżorsi bejn l-Impriża Konġunta u l-Organizzazzjoni ITER;

Kontroll Intern

20.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sar progress sinifikanti f'ħafna oqsma ta' sistemi ta' sorveljanza u ta' kontroll filwaqt li l-kalkolu tal-ispejjeż stmati fil-ħin tat-tlestija għall-fażi ta' kostruzzjoni kien ikkunsidrat bħala kisba ewlenija;

21.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-bord ta' tmexxija tal-Impriża Konġunta adotta strateġija kumplessiva ta' kontroll u ta' monitoraġġ bl-għan ewlieni li jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli lid-direttur u lill-partijiet ikkonċernati esterni rigward il-prestazzjoni tas-sistemi ta' kontroll intern tal-Impriża Konġunta;

22.

Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta żviluppat għodda ta' traċċar tal-kuntratti (portal li permezz tiegħu tiskambja dokumentazzjoni mal-fornituri), li hija għodda importanti għall-monitoraġġ tal-istadji importanti u l-progress tal-proġett b'mod ġenerali; josserva wkoll li l-Impriża Konġunta bdiet l-iżvilupp ta' għodda ta' traċċar tad-devjazzjoni u l-emendar tal-kuntratti li tippermetti l-ġestjoni tal-emendi kollha li jsiru lill-kuntratti; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tiżviluppa aktar u tisfrutta bis-sħiħ il-possibbiltajiet offruti minn dawk is-sistemi;

23.

Jinnota li l-kapaċità ta' awditjar intern tal-Impriża Konġunta lestiet żewġ inkarigi u wettqet tliet inkarigi ta' segwitu fl-2015; jistenna li l-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-rakkomandazzjonijiet u l-progress li sar rigward dawk l-impenji; jinnota, barra minn hekk, li s-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni rrikonoxxa l-progress li sar mill-Impriża Konġunta fil-qasam tal-akkwisti u kkonkluda li sebgħa minn disa' rakkomandazzjonijiet tal-awditjar mill-2014 ġew implimentati b'mod adegwat;

24.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Impriża Konġunta ttejjeb b'mod kontinwu l-kontroll intern tagħha billi tiffoka riżorsi fuq ir-riżultati tal-ITER meħtieġa għall-istadji importanti tal-Ewwel Plażma, filwaqt li tirrispetta l-baġit limitat sal-2020; jinnota li l-istruttura tal-Impriża Konġunta għas-sjieda u r-responsabbiltà kompliet titjieb minn Ottubru 2016 bil-ħolqien ta' dipartiment ġdid li qed jiffoka fuq kwistjonijiet kummerċjali u finanzjarji; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi milħuqa bħala konsegwenza ta' dawk il-bidliet organizzazzjonali;

Akkwisti u għotjiet b'rabta mal-attivitajiet operattivi

25.

Jinnota li, matul l-2015, tnedew total ta' 73 proċedura ta' akkwist operattiv u 79 kuntratt ta' akkwist ġew iffirmati għal valur ta' madwar EUR 326 000 000; jinnota, barra minn hekk, li dawn l-akkwisti operattivi ewlenin ġew aġġudikati u ffirmati fil-qasam tal-bini u tal-immaniġġjar mill-bogħod, iżda ġie wkoll iffirmat ammont sinifikanti ta' akkwisti rigward il-kalamiti u r-raġġi newtrali;

26.

Jirrikonoxxi li l-medja ta' żmien għall-konklużjoni ta' kuntratti ta' akkwist 'il fuq minn EUR 1 000 000 naqset minn 240 jum għal 140 jum matul l-2015 meta mqabbla mal-2014, iżda għandha titnaqqas aktar għal 100 jum; jindika li l-medja ta' żmien għall-konklużjoni ta' kuntratti ta' akkwist ta' inqas minn EUR 1 000 000 u għall-għotjiet baqgħet l-istess bħal dik tal-2014;

27.

Jinnota li l-proċeduri nnegozjati tal-Impriża Konġunta ammontaw għal 45 % tal-proċeduri tal-offerti operattivi li tnedew fl-2015 (meta mqabbla ma' 58 % fl-2014); jinsab konvint li, għalkemm l-Impriża Konġunta naqqset il-perċentwal tal-proċeduri nnegozjati fl-2015, jeħtiġilha tagħmel sforzi biex tqawwi l-kompetittività tal-proċeduri tagħha ta' akkwist operattiv, kull fejn ikun possibbli u xieraq; jirrikonoxxi li, minħabba l-kompetizzjoni limitata ħafna għal ċerti konsenji speċifiċi ħafna, il-proċeduri nnegozjati ta' spiss huma l-aktar metodu xieraq ta' akkwist, b'mod partikolari minħabba r-riskju li sejħa miftuħa għall-offerti twassal biex il-kuntratt jingħata lil operatur ekonomiku mingħajr esperjenza u għalhekk mhux realistiku; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta dwar il-miżuri meħuda biex tqawwi l-kompetittività tal-proċeduri tagħha ta' akkwist operattiv, fejn possibbli;

28.

Jenfasizza l-fatt li r-rapport tal-Qorti jieħu nota tal-progress sinifikanti fil-proċeduri ta' akkwist, iżda jiġbed l-attenzjoni wkoll għal diversi dgħufijiet, bħall-valur ogħla tal-ispejjeż stmati fil-ħin tat-tlestija għal żewġ proġetti jew dewmien fi proċedura waħda ta' akkwist; jistieden lill-Impriża Konġunta tagħmel progress fin-negozjati mal-Organizzazzjoni ITER rigward allinjament aħjar tad-distribuzzjoni ta' kreditu mal-arranġamenti ta' akkwist;

Qafas ġuridiku

29.

Jinnota li r-rapport tal-Qorti josserva li f'Diċembru 2015 il-bord ta' tmexxija tal-Impriża Konġunta finalment emenda r-regolament finanzjarju u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu biex jallinjahom mal-qafas finanzjarju l-ġdid tal-Unjoni u li dawk ir-regoli daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016; jenfasizza l-fatt li l-Kummissjoni ħarġet opinjoni pożittiva dwar l-emendi introdotti mill-Impriża Konġunta fir-regoli finanzjarji tagħha, iżda stiednet lill-Impriża Konġunta tqis li tiżviluppa ulterjorment ċerti dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' derogi speċifiċi minn dak il-qafas finanzjarju l-ġdid tal-Unjoni; jinnota li, skont it-tweġiba tal-Impriża Konġunta, din ippjanat li ddaħħal tali dispożizzjonijiet fir-regoli ta' implimentazzjoni tagħha sa tmiem l-2016; jistieden lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar progress ulterjuri li sar f'dan ir-rigward;

30.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Impriża Konġunta rrevediet il-proċeduri u l-proċessi tagħha ta' ħidma li kienu affettwati mir-regolament finanzjarju u mir-regoli ta' implimentazzjoni l-ġodda tagħha u mir-regoli l-ġodda tagħha tal-akkwist u tal-għotjiet; jinnota b'sodisfazzjon mit-tweġiba tal-Impriża Konġunta li r-rekwiżiti l-ġodda ġew trasposti fil-proċeduri ta' ħidma tagħha (politiki, proċessi, proċeduri, eċċ.);

Drittijiet ta' proprjetà intellettwali u politika industrijali

31.

Jinnota li l-Impriża Konġunta adottat id-dokument uniku għall-proprjetà intellettwali fl-2016; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta fformalizzat l-użu ta' dak id-dokument billi inkludietu bħala pass espliċitu fil-proċessi l-ġodda kollha għall-proċeduri ta' akkwist;

Ftehim mal-Istat Ospitanti

32.

Josserva b'sodisfazzjon li, f'Mejju 2016, wara l-approvazzjoni tal-bord ta' tmexxija, id-Direttur tal-Impriża Konġunta ffirma ftehim imġedded għal kera fit-tul mar-Renju ta' Spanja għall-uffiċċji tagħha, inkluża l-estensjoni tal-ispazju għall-uffiċini attwali b'1 000 m2; jinnota, barra minn hekk, li l-bord ta' tmexxija approva l-pjanijiet għar-rinnovament tal-ispazju għall-uffiċini tal-Impriża Konġunta.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/366


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2017/1746 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġiba tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 — C8-0085/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha vantaġġi (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0108/2017).

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 33.

(2)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 34.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/367


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1747 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 — C8-0086/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0096/2017),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 66.

(2)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 68.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/368


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1748 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0096/2017),

A.

billi l-Impriża Konġunta SESAR (“l-Impriża Konġunta”) twaqqfet fi Frar 2007 biex tmexxi l-programm ta' Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR), li hu intenzjonat biex jimmodernizza l-ġestjoni tat-traffiku fl-Ewropa,

B.

billi wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014 (1), il-programm SESAR 2 estenda t-tul ta' żmien tal-Impriża Konġunta għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024;

C.

billi l-proġetti SESAR huma maqsumin f'“fażi ta' definizzjoni” (2004-2007) immexxija minn Eurocontrol, “fażi ta' żvilupp” inizjali (2008-2016), iffinanzjata mill-perjodu ta' programmazzjoni 2008-2013 ġestita mill-Impriża Konġunta, u “fażi ta' attwazzjoni” (2014-2020) li taħdem b'mod parallel mal-“fażi ta' żvilupp”; billi hu mistenni li l-fażi ta' attwazzjoni titmexxa mill-industrija u mill-partijiet interessati għall-produzzjoni u l-implimentazzjoni fuq skala kbira tal-infrastruttura l-ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru;

D.

billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fl-2007;

E.

billi l-Impriża Konġunta ġiet iddisinjata bħala sħubija pubblika-privata, bl-Unjoni u Eurocontrol bħala membri fundaturi;

F.

billi l-baġit għall-fażi ta' żvilupp 2008-2015 tal-proġett SESAR huwa ta' EUR 2 100 000 000, li għandu jiġi pprovdut f'partijiet ugwali mill-Unjoni, minn Eurocontrol u mis-sħab parteċipanti mis-settur pubbliku u dak privat, u barra minn hekk, il-baġit tal-Unjoni għall-fażi ta' attwazzjoni tal-Programm SESAR 2 2014-2024 iffinanzjat minn “Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni” (“Orizzont 2020”) huwa ta' EUR 585 000 000; billi skont il-Ftehimiet ta' Sħubija l-ġodda ta' Orizzont 2020, il-kontribuzzjoni minn Eurocontrol mistennija li tkun ta' madwar EUR 500 000 000, u l-kontribuzzjoni tas-sħab l-oħra mill-industrija tal-avjazzjoni mistennija li tkun ta' madwar EUR 720 700 000;

G.

billi l-Impriża Konġunta jeħtiġilha żżomm kontijiet separati għall-ewwel Programm (2007-2016 fl-ambitu tal-finanzjament tas-Seba' Programm Qafas/TEN-T (SESAR 1)) u t-tieni Programm (2014-2024 fl-ambitu tal-finanzjament ta' Orizzont 2020 (SESAR 2)) (flimkien “SESAR 2020”);

Ġenerali

1.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (ir-“rapport tal-Qorti”), il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

2.

Jinnota li t-tranżizzjoni tal-Impriża Konġunta u l-programm ta' żvilupp ta' SESAR, hekk kif l-għeluq tal-programm SESAR 1 kien skedat li jitlesta fl-2015 iżda r-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM) kompla lil hinn mill-qafas finanzjarju inizjali 2007-2013 għall-qafas finanzjarju 2014-2020 taħt Orizzont 2020; jinnota t-tranżizzjoni lejn il-Programm SESAR 2 u t-tnedija u l-eżekuzzjoni ta' proġetti ta' riċerka esploratorja u industrijali u ta' innovazzjoni fil-qafas ta' SESAR 2020;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.

Jirrikonoxxi li s-sena 2015 kienet l-ewwel sena ta' tranżizzjoni reali minn SESAR 1 (iffinanzjat mis-Seba' Programm Qafas u t-TEN-T) għal SESAR 2 (iffinanzjat minn Orizzont 2020), peress li l-ftehimiet ta' għotja ta' Orizzont 2020 u l-ftehimiet bilaterali ma' Eurocontrol u l-industrija tal-avjazzjoni ma ġewx konklużi fi tmiem l-2015;

4.

Jinnota li, skont ir-Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, il-baġit finali għal SESAR 1 għas-sena finanzjarja 2015 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 30 229 774 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 126 733 842, u jinnota wkoll li l-baġit finali għal SESAR 2020 għas-sena finanzjarja 2015 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 51 470 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 10 300 000;

5.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, ir-rati ta' utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 100 % u 82,3 % rispettivament; jirrileva mir-risposta tal-Impriża Konġunta li r-rata tal-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' 82,3 % irriżultat minħabba dewmien ta' xahrejn għall-ewwel Orizzont 2020, u li dan ma kienx fil-kontroll tal-Impriża Konġunta; jinnota li l-approprjazzjonijiet ta' pagament relatati mhux użati għall-2015 ġew introdotti mill-ġdid kompletament fil-baġit tal-2016;

6.

Jinnota li, mill-impenji operattivi totali magħmula fl-2015 (EUR 74 500 000), 29 % kienu impenji individwali bbażati fuq proċeduri ta' għoti kkompletati għal għotjiet u kuntratti, u li l-71 % li fadal kienu impenji globali li għalihom il-proċedura ta' għoti ma kinitx tlestiet; josserva li l-livell għoli ta' impenji globali fl-2015 huwa dovut għall-fatt li l-ewwel sejħiet għal proposti ta' Orizzont 2020 fir-rigward ta' għotjiet b'total ta' EUR 51 470 000, tnedew fit-tieni nofs tal-2015, u li l-ftehimiet relatati ġew iffirmati fl-2016;

7.

Jinnota li, bħala parti mill-awditu tal-2015 ġew awditjati 257 dikjarazzjoni tal-ispejjeż, li jirrappreżentaw il-15-il Membru kollha u li jammontaw għal EUR 61 000 000 jew 11 % tal-ispejjeż totali ddikjarati ta' EUR 560 800 000, b'rata tal-iżball residwu ta' 0,70;

Trasferiment

8.

Jinnota li matul l-2015 l-Impriża Konġunta għamlet żewġ trasferimenti baġitarji li jammontaw għal EUR 79 500; jirrikonoxxi li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji definiti fl-Artikolu 26(1) tar-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

9.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-baġit operattiv tal-2015 ippreveda organigramma ta' 39 aġent temporanju u tliet esperti nazzjonali ssekondati (SNEs), total ta' 42 kariga, li minnhom 41 kienu okkupati fi tmiem l-2015;

10.

Jindika li l-Impriża Konġunta wettqet 13-il proċedura ta' akkwist b'valur approssimattiv ta' EUR 76 700 000 f'konformità mar-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta, biex tiżgura kompetizzjoni ġusta fost il-fornituri u l-aktar użu effiċjenti tal-fondi tal-Impriża Konġunta; jinnota wkoll li l-Impriża Konġunta ffirmat 28 kuntratt, fosthom 20 kuntratt speċifiku taħt kuntratti qafas u 8 kuntratti bħala riżultat tal-proċeduri ta' akkwist imnedija fl-2014 jew fl-2015;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

11.

Jinnota li matul l-2015 ġiet adottata l-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Impriża Konġunta mill-bord tat-tmexxija, li tqis il-prijoritajiet stipulati mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas tal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni, tistipula l-approċċ tal-Impriża Konġunta f'dan il-qasam u tiffissa l-objettivi tad-direttur eżekuttiv u l-bord tal-ġestjoni fil-ġlieda kontra l-frodi tul is-sentejn jew it-tliet snin sussegwenti;

12.

Jilqa' l-fatt li fl-2015 l-Impriża adottat approċċ multidimensjonali rigward ir-rieżami, il-ġestjoni u l-mitigazzjoni effikaċi tar-riskji u li għandha fis-seħħ mekkaniżmi ta' verifika li jippermettu l-prevenzjoni u l-ġestjoni xierqa tal-kunflitti ta' interess, u jistenna li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-pubbliku jiġu infurmati kull sena dwar ir-riżultati ta' dawk il-miżuri u dwar kwalunkwe segwitu li jingħatalhom;

13.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, f'Lulju 2015, il-Kummissjoni ħarġet linji gwida lill-Impriżi Konġunti relatati ma' regoli dwar kunflitti ta' interess, inkluż mudell komuni għad-dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta sabiex dawk il-linji gwida jkunu riflessi fil-proċeduri tagħha, kif ukoll li tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar it-tlestija tad-dikjarazzjonijiet imsemmija;

Kontroll Intern

14.

Josserva li t-tnedija ta' SESAR 2020 kellha impatt fuq is-sistema ta' kontroll intern, u li dan jitlob approċċ differenti, filwaqt li għad hemm bżonn li tiġi implimentata l-introduzzjoni ta' proċessi ġodda taħt Orizzont 2020; jinnota li matul l-2015, il-ġestjoni tal-programm u tal-finanzjament ta' SESAR 2020 saru suġġetti għar-regolamenti u l-prinċipji li jirregolaw Orizzont 2020, u b'hekk kienu jeħtieġu għadd ta' tibdiliet fl-istruttura amministrattiva u operattiva u fl-ambjent tal-Impriża Konġunta;

Awditi interni

15.

Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq awditu dwar governanza operattiva u aġġornament tal-Pjan Regolatorju f'Ottubru 2015; josserva li l-IAS ħareġ 9 rakkomandazzjonijiet, li waħda minnhom kienet immarkata bħala “importanti ħafna” u sitta mmarkati bħala “importanti”; jinnota b'sodisfazzjon li rakkomandazzjoni waħda importanti ħafna u ħamsa mis-sitt rakkomandazzjonijiet importanti ġew implimentati; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet miftuħa li fadal;

16.

Jirrikonoxxi li l-awditu tal-IAS dwar il-Pjan Regolatorju għamel tliet rakkomandazzjonijiet ewlenin li għalihom l-Impriża Konġunta stabbiliet pjan ta' azzjoni dettaljat biex tindirizzahom; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar bil-pjan ta' azzjoni tagħha;

Sejħiet ghal proposti

17.

Jinnota li, taħt il-finanzjament ta' Orizzont 2020, tnedew tliet sejħiet għal proposti fl-2015 li jkopru żewġ tipi ta' azzjoni; dawk l-azzjonijiet kienu primarjament azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni, iżda inkludew ukoll azzjonijiet ta' innovazzjoni; jirrikonoxxi li ġew ippreżentati 28 tema fi ħdan is-sejħiet u li l-proposti li waslu ġew evalwati abbażi tal-eċċellenza, l-impatt u l-kwalità kif ukoll l-effiċjenza tal-implimentazzjoni; it-tielet sejħa kkonċernat Applikazzjonijiet ta' Sħubija Finali;

18.

Jinnota li l-Impriża Konġunta adottat il-Programm ta' Ħidma Pluriennali ta' SESAR 2020, b'konformità mal-prijoritajiet tal-Pjan Regolatorju Ewropew aġġornat tal-ATM, li jservi bħala l-“programm ta' ħidma globali tal-Impriża Konġunta”, u jipprovdi dettalji dwar id-diversi attivitajiet operattivi, tekniċi u trasversali meħtieġa biex jitwassal SESAR 2020.

Kwistjonijiet oħra

19.

Jinnota li l-bord amministrattiv, f'Diċembru 2015, adotta l-Pjan Regolatorju tal-ATM (edizzjoni tal-2015) li jkopri kemm l-iżvilupp kif ukoll it-twettiq ta' SESAR; jilqa' l-iżvilupp ta' viżjoni 2035+ għal SESAR, li tistabbilixxi l-ambizzjonijiet ta' prestazzjoni preferibbli u l-prospettivi imprenditorjali preliminari;

20.

Jilqa' l-fatt li l-ħidma rikjesta mill-Kummissjoni fir-rigward tal-fażi tad-definizzjoni tas-Sistemi ta' Inġenji tal-Ajru Pilotati mill-Bogħod (RPAS) twettqet b'suċċess; jissottolinja l-importanza ta' ftehim preliminari mal-industrija tal-avjazzjoni inġenerali dwar l-integrazzjoni sikura tad-droni fl-ispazju tal-ajru ċivili; jinnota wkoll li f'Diċembru 2015 tnieda studju dwar il-prospettiva tad-droni li huwa maħsub biex jifforma l-bażi għall-kopertura xierqa tal-attivitajiet tal-RPAS fil-Pjan Regolatorju tal-ATM;

21.

Jinnota r-riżultati tal-eżerċizzju tal-2015 biex jiġu stabbiliti parametri ta' riferiment fil-qasam tar-Riżorsi Umani: 54 % karigi operattivi, 44 % karigi amministrattivi u 2 % karigi newtrali;

22.

Jirrileva r-rwol kruċjali tal-Impriża Konġunta fil-koordinament u l-implimentazzjoni tar-riċerka fil-proġett SESAR, li huwa proġett ewlieni tal-Ajru Uniku Ewropew.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) fir-rigward tal-estensjoni tal-Impriża Konġunta sal-2024 (ĠU L 192, 1.7.2014, p. 1).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/371


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1749 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 — C8-0086/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0096/2017),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2015;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 66.

(2)  ĠU C 473, 16.12.2016, p. 68.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/372


RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1750 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)338 u SWD(2016)339),

wara li kkunsidra r-rapporti annwali speċifiċi tal-Qorti tal-Awdituri (1) dwar il-kontijiet annwali tal-aġenziji deċentralizzati għas-sena finanzjarja 2015,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 110 tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 12/2016 dwar “L-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet: mhuwiex dejjem xieraq u mhux dejjem jista' jintwera li huwa effettiv”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0149/2017),

A.

billi din ir-riżoluzzjoni fiha, għal kull entità skont it-tifsira tal-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-osservazzjonijiet trasversali li jakkumpanjaw id-deċiżjonijiet ta' kwittanza skont l-Artikolu 110 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 u l-Artikolu 3 tal-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

B.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li nkomplu nsaħħu l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.

Jenfasizza li l-aġenziji għandhom influwenza sinifikanti fuq il-politiki u t-teħid ta' deċiżjonijiet u fuq l-implimentazzjoni tal-programmi f'oqsma ta' importanza vitali għaċ-ċittadini Ewropej, bħalma huma s-saħħa, l-ambjent, id-drittijiet tal-bniedem u soċjali, il-migrazzjoni, ir-rifuġjati, l-innovazzjoni, is-superviżjoni finanzjarja, is-sikurezza u s-sigurtà; itenni l-importanza tal-kompiti mwettqa mill-aġenziji u l-impatt dirett li għandhom fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni; jinsisti fuq l-impatt pożittiv li l-aġenziji għandhom itejbu l-viżibilità tal-Unjoni fl-Istati Membri; itenni wkoll l-importanza li l-awtonomija tal-aġenziji, b'mod partikolari dik tal-aġenziji regolatorji u ta' dawk li għandhom il-funzjoni tal-ġbir indipendenti tal-informazzjoni; ifakkar li r-raġuni ewlenija għat-twaqqif tal-aġenziji kienet għall-fini li jitwettqu valutazzjonijiet indipendenti ta' natura teknika jew xjentifika;

2.

Jinnota li, skont is-sommarju tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) dwar ir-riżultati tal-awditi annwali tagħha tal-2015 tal-Aġenziji Ewropej u korpi oħra (is-“Sommarju tal-Qorti”), il-baġit 2015 tal-aġenziji ammonta għal madwar EUR 2,8 biljun, li jirrappreżenta żieda ta' 7,7 % meta mqabbel mal-2014 u madwar 2 % tal-baġit ġenerali tal-Unjoni; jindika li l-ikbar parti tal-baġit tal-aġenziji huwa ffinanzjat minn sussidji tal-Kummissjoni, filwaqt li l-bqija huwa introjtu minn tariffi jew minn sorsi oħra li jammonta għal kważi terz;

3.

Jinnota li l-aġenziji jimpjegaw 9 965 membru permanenti, temporanju, kuntrattwali jew issekondat li jirrappreżentaw żieda ta' 6,25 % meta mqabbla ma' dik tas-sena ta' qabel, b'hekk joħolqu l-ħtieġa li jsir monitoraġġ mill-qrib tal-iżviluppi f'dan ir-rigward; jifhem madankollu li l-għadd ta' membri tal-persunal żdied l-aktar f'aġenziji li jittrattaw kwistjonijiet ta' migrazzjoni u għall-prevenzjoni ta' delitti serji u terroriżmu, li t-tnejn li huma ġġeddu u ssaħħu bħala prijoritajiet tal-Unjoni fl-2015;

4.

Jinnota li, skont is-sommarju tal-Qorti, kienet ħarġet opinjoni mhux kwalifikata dwar l-affidabilità tal-kontijiet annwali tal-aġenziji kollha minbarra l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex); jinnota, barra minn hekk, li t-tranżazzjonijiet ta' bażi tal-kontijiet tal-aġenziji kienu legali u regolari għall-aġenziji kollha għajr għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) li għalih il-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata;

5.

Jirrikonoxxi li fl-2015 l-aġenziji pproċedew bl-eżekuzzjoni tal-programmi ta' ħidma tagħhom, kif kien previst; jinnota madankollu li d-diskussjonijiet li għaddejjin dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju u tal-qafas finanzjarju pluriennali futur wara l-2020 jippreżentaw opportunità prezzjuża biex tittieħed ħarsa 'l quddiem u biex jiġu sfruttati dawn l-opportunitajiet biex jimplimentaw bidla pożittiva rigward il-ġestjoni tal-baġits tal-aġenziji, ir-riżultati u l-programmi ta' ħidma pluriennali tagħhom;

6.

Ifakkar li d-diskussjoni dwar l-abbozzi ta' programmi ta' ħidma annwali u l-istrateġiji pluriennali tal-aġenziji fil-kumitati responsabbli għandhom jgħinu biex jiġi żgurat li l-programmi u l-istrateġiji jkunu bilanċjati, jirriflettu l-prijoritajiet politiċi reali u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020;

7.

Jinnota b'sodisfazzjon li xi aġenziji diġà jikkooperaw skont il-gruppi tematiċi tagħhom, bħalma huma l-aġenziji tal-ġustizzja u l-intern (4) u l-awtoritajiet superviżorji Ewropej (5); jinkoraġġixxi aġenziji oħrajn li ma jkunux diġà bdew, biex jikkooperaw aktar ma' aġenziji oħra fi ħdan l-istess grupp tematiku kull meta jkun possibbli, mhux biss biex jistabbilixxu servizzi u sinerġiji komuni, iżda fl-oqsma ta' politika komuni tagħhom ukoll; jinkoraġġixxi lill-Qorti biex tikkunsidra li tippreżenta analiżi panoramika tal-oqsma ta' politika komuni tal-aġenziji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, meta jkunu qegħdin jiddeċiedu dwar it-trasferiment tal-aġenziji bbażati fir-Renju Unit biex iqisu wkoll il-possibbiltajiet għal aktar kooperazzjoni ma' aġenziji oħra fl-istess grupp tematiku u jintroduċi servizzi komuni;

8.

Jemmen li fil-qafas tad-diskussjonijiet dwar l-approċċ il-ġdid għal baġit tal-Unjoni bbażat fuq ir-riżultati, kif ukoll fuq il-bażi kemm tal-progress miksub fit-titjib tal-kooperazzjoni tematika u kif ukoll l-eżerċizzju magħmul mill-aġenziji fir-rapport “Kif l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-UE jikkontribwixxu għall-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Aġenda tal-Kummissjoni Juncker?”, l-istituzzjonijiet kollha involuti tal-Unjoni, jiġifieri l-Kummissjoni, il-Parlament u l-Qorti, għandhom ukoll jieħdu inkunsiderazzjoni dan l-approċċ tematiku fil-proċedura ta' kwittanza annwali, wara il-proposta fl-Anness ta din ir-riżoluzzjoni;

9.

Jinnota bi tħassib li l-aġenziji regolatorji tal-Unjoni responsabbli mill-valutazzjoni tar-riskju ta' prodotti regolati, b'mod partikolari l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi jew l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini m'għandhomx ir-riżorsi finanzjarji u ġuridiċi biex iwettqu l-missjoni tagħhom b'mod xieraq;

Approċċ komuni u l-Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni

10.

Ifakkar li f'Lulju 2012, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottaw approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati (l-“Approċċ Komuni”), ftehim politiku dwar il-ġestjoni futura u r-riforma tal-aġenziji; ifakkar barra minn hekk li l-Approċċ Komuni ġie implimentat permezz tal-Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni ta' Diċembru 2012 (il-“Pjan Direzzjonali”);

11.

Jinnota t-tieni rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-Approċċ Komuni (COM(2015)179) u japprezza l-progress li sar f'ħafna oqsma favur ir-razzjonalizzazzjoni tal-funzjonament tagħhom; jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni u tal-aġenziji u l-progress li għamlu fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali;

12.

Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet tal-Pjan Direzzjonali implimentati mill-aġenziji għinu biex itejbu r-responsabilità u t-trasparenza, li juri ulterjorment l-isforzi konsiderevoli meħuda mill-aġenziji biex jimplimentaw l-Approċċ Komuni, minkejja pressjoni f'termini ta' riżorsi, u juri li l-aġenziji huma responsabbli, trasparenti u jagħtu rendikont ta' għemilhom; jinnota, barra minn hekk, kif osserva n-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE (“in-Netwerk”), li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti fl-Approċċ Komuni hija effettivament kompluta;

13.

Madankollu jinsab imħasseb li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet, barra minn hekk, kellha b'mod ġenerali, impatt negattiv fuq l-effiċjenza tal-aġenziji, kif ukoll li f'ċerti oqsma l-implimentazzjoni rriżultat f'żieda sinifikanti fl-ispejjeż, kemm f'termini ta' riżorsi umani kif ukoll finanzjarji; jinnota, barra minn hekk, li dawn l-ispejjeż miżjuda kienu esperjenzati matul l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet, iżda ser tkompli wkoll fuq bażi regolari fil-futur;

14.

Jirrikonoxxi l-piż amministrattiv li l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali kkawżat lill-aġenziji, kif ukoll l-“esternalizzazzjoni” ta' diversi kompiti relatati mal-ġbir u l-konsolidament tad-data tal-aġenziji u l-input lin-Netwerk, b'mod partikolari fir-rigward tal-proċedura tal-baġit u tal-kwittanza; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja sabiex jirrikonoxxu dawn l-isforzi, u biex jipprovdu riżorsi addizzjonali fil-pjan ta' stabbiliment tal-aġenziji, b'mod partikolari relatati mal-funzjonijiet tas-segretarjat permanenti tan-Netwerk;

15.

Jinnota li fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi ġodda biex jittejbu l-proċeduri ta' rappurtar, il-mekkaniżmi ta' rappurtar preċedenti għandhom jintemmu sabiex tiġi evitata duplikazzjoni ta' kompiti u sistemi ta' rappurtar doppju ħalli tintlaħaq effiċjenza ikbar;

16.

Jemmen li l-aġenziji għandhom ikomplu jiżviluppaw, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, il-Parlament u l-Qorti, indikaturi komprensivi li jkejlu r-riżultati ġenerali u l-effiċjenza tal-attivitajiet tagħhom; jinnota li l-għan ġenerali għandu jkun numru bilanċjat ta' indikaturi li jsaħħu t-trasparenza u r-responsabilità tal-aġenziji u jappoġġjaw deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja dwar l-allokazzjoni tal-baġit u l-persunal;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

17.

Ifakkar li l-prinċipju tal-annwalità huwa wieħed mit-tliet prinċipji bażiċi tal-kontabilità, flimkien ma' dawk tal-unità u tal-bilanċ, li huma indispensabbli biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li, skont is-sommarju tal-Qorti, l-aktar kwistjoni frekwenti tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja li taffettwa 32 aġenzija, meta mqabbla ma' 28 fl-2014, tibqa' livell għoli ta' riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati; barra minn hekk jinnota mill-Qorti li, wara l-limitu tagħha ddefinit internament għat-titoli differenti tal-baġit tal-aġenziji, hija baqgħet tirrapporta dwar dawn il-kwistjonijiet;

18.

Jinnota, madankollu, li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità; jinnota li l-ammonti riportati li jirriżultaw minn dawn il-programmi operattivi huma, f'ħafna każijiet, ippjanati minn qabel mill-aġenziji u jkunu kkomunikati lill-Qorti, li jiffaċilita d-distinzjoni espliċita bejn ir-riporti ppjanati u dawk mhux ippjanati;

19.

Jindika li l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) qablet, fil-prinċipju, dwar distinzjoni trasparenti bejn riporti “ippjanati” u “mhux ppjanati” li ġiet segwita mill-Eurofound għal ħafna snin; iħeġġeġ lin-Netwerk, l-aġenziji u lill-Qorti biex jeżaminaw jekk il-proċedura għad-distinzjoni bejn ir-riporti ppjanati u dawk mhux ippjanati u l-komunikazzjonijiet trasparenti tagħhom tistax tiġi stabbilita, sakemm il-kwistjoni tkun inkluża fir-Regolament Finanzjarju;

20.

Jenfasizza li l-livell ta' tħassir ta' riporti huwa indikattiv ta' kemm l-aġenziji antiċipaw korrettament il-ħtiġijiet finanzjarji tagħhom, u li dan huwa indikatur aqwa ta' ppjanar baġitarju tajjeb milli huwa l-livell ta' riporti;

21.

Jenfasizza, għaldaqstant, il-ħtieġa li jiġu stabbiliti definizzjonijiet ċari ta' riporti “ppjanati u kkomunikati” sabiex jiġi ssemplifikat ir-rappurtar tal-Qorti dwar din il-kwistjoni, kif ukoll li tippermetti lill-awtorità ta' kwittanza biex wieħed jiddistingwi bejn ir-riporti li jindikaw ippjanar baġitarju skars u r-riporti bħala għodda għall-baġit li jappoġġjaw programmi ta' appoġġ pluriennali kif ukoll ippjanar tal-akkwist;

22.

Jitlob f'dan ir-rigward biex tiddaħħal id-definizzjoni ta' riporti “ppjanati u kkomunikati” flimkien ma' linji gwida neċessarji oħra fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament Finanzjarju Qafas; jistieden lill-Kummissjoni, il-Qorti u n-Netwerk biex jiddiskutu u jipproponu soluzzjonijiet possibbli għal din il-kwistjoni, bl-għan li jissemplifikaw b'mod partikolari il-ġestjoni finanzjarja fl-oqsma tal-programmazzjoni pluriennali u tal-akkwist;

23.

Josserva li r-rapporti awditjati tal-implimentazzjoni baġitarja ta' ċerti aġenziji huma differenti mil-livell ta' dettall ipprovdut mill-biċċa l-kbira tal-aġenziji l-oħra, li juri li hemm ħtieġa għal linji gwida ċari dwar ir-rappurtar tal-baġit mill-aġenziji. jirrikonoxxi li l-aġenziji bir-rappurtar differenti esternalizzaw ir-rwol ta' uffiċjal tal-kontabilità lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, kif ukoll li l-livell ta' dettall differenti huwa bbażat fuq il-prattiki tar-rappurtar tal-Kummissjoni; jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi linji gwida għal rappurtar tal-baġit tal-aġenziji għall-kontijiet tal-2016; jistieden lin-Netwerk u lill-Kummissjoni biex jirrapportaw lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi futuri rigward din il-kwistjoni;

24.

Jinnota li l-aġenziji ġeneralment aġġudikaw u ħallsu l-għotjiet b'mod konformi mar-regoli; jistieden lill-aġenziji jtejbu l-ġestjoni tal-għotja u jiffukaw fuq it-tkejjil tal-effettività tal-għotjiet li ngħataw;

25.

Iħeġġeġ lill-aġenziji kollha biex kull wieħed u waħda minnhom jifformulaw pjan komprensiv tal-kontinwità tal-attivitajiet li jindirizza r-riskji konnessi tal-ibbaġitjar u l-volatilità tal-attivitajiet li jistgħu jinħolqu bħala riżultat ta' avvenimenti jew ċirkostanzi serji u mhux mistennija;

26.

Jilqa' s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-rapport speċjali tagħha Nru 12/2016 dwar l-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet;

Kooperazzjoni fost l-aġenziji u ma' istituzzjonijiet oħra — servizzi u sinerġiji komuni

27.

Jenfasizza l-benefiċċji tal-kondiviżjoni tas-servizzi, li jippermettu applikazzjoni konsistenti tar-regoli u l-proċeduri ta' implimentazzjoni amministrattivi li jikkonċernaw ir-riżorsi umani u kwistjonijiet finanzjarji, kif ukoll titjib fl-effiċjenza potenzjali tas-servizzi ta' kondiviżjoni bejn l-aġenziji, b'mod partikolari meta wieħed iqis it-tnaqqis li l-baġit u l-persunal tal-aġenziji qed jiffaċċjaw;

28.

Jinnota bi tħassib li ċerti aġenziji għad għandhom is-sedi operattivi u amministrattivi doppji; iqis li hu essenzjali li s-sedi doppji li ma joffru l-ebda valur miżjud operattiv għandhom jitneħħew mill-aktar fis possibbli;

29.

Jirrikonoxxi mill-osservazzjonijiet tan-Netwerk li bl-għan li jiġi garantit titjib fl-effiċjenza f'termini ta' riżorsi finanzjarji u umani, l-aġenziji ħadmu biex jevitaw id-duplikazzjoni u jagħmlu l-informazzjoni tajba, korretta u faċilment aċċessibbli; jinnota b'sodisfazzjon li dawn l-isforzi jirriżultaw f'katalgu ta' servizzi komuni online fejn l-aġenziji kollha fi ħdan in-Netwerk huma mistennija li jipparteċipaw fih, jew billi joffru u jipproponu servizzi ġodda jew billi jitolbu servizzi permezz ta' pjattaforma ċentralizzata, u fejn, minn Jannar 2017, 21 aġenzija joffru total ta' 184 servizz li jridu jiġu kondiviżi, inkluż l-iskambju ta' dokumentazzjoni u parteċipazzjoni fil-fora ta' esperti;

30.

Jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd iffirmaw proġett pilota ta' “prova tal-kunċett” li jista' jservi biex jesploraw il-vijabilità tal-EUIPO biex jipprovdu servizzi tal-IT għal irkupru minn diżastri bi prezz baxx ħafna għal aġenziji oħra fi ħdan in-Netwerk; jaqbel li skema bħal din tista' ġġib mhux biss benefiċċji f'termini ta' servizzi tal-ICT aħjar u spejjeż operattivi iktar baxxi, iżda wkoll Netwerk aktar b'saħħtu u użu miżjud tal-ICT; jistieden lin-Netwerk biex jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi ulterjuri rigward dan il-proġett pilota;

31.

Josserva li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), f'isem 20 aġenzija, nediet sejħa għall-offerti konġunta bl-għan li jintgħażel fornitur tal-“Cloud Service Brokerage”; jinnota b'sodisfazzjon li l-kuntratt, aġġudikat f'Settembru 2016, jista', skont l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, jipprovdi ffrankar finanzjarju kumplessiv ta' EUR 2,5 miljun lill-aġenziji;

32.

Jirrikonoxxi li n-Netwerk bħalissa qed jiżviluppa għodda ġdida dwar l-akkwist konġunt, li hija inkluża fi ħdan żona ta' servizzi komuni fl-“Extranet tal-Aġenziji tal-UE”; jinnota b'sodisfazzjon li din l-għodda sservi u tappoġġja diversi aġenziji, biex b'hekk jinħoloq effett ta' lieva addizzjonali għall-kondiviżjoni ta' fornitur tas-servizz estern komuni, bi tfaddil fir-riżorsi sussegwenti u effett tal-volum;

33.

Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta' ideat u prattiki fost l-aġenziji fil-qafas tan-netwerk għall-iżvilupp tal-prestazzjoni tal-aġenziji tal-Unjoni, li jikkontribwixxi għal governanza aktar bilanċjata u aktar koerenza bejniethom; jenfasizza li n-netwerk jeħtieġ jikkontribwixxi għal aktar effiċjenza u mhux joħloq spejjeż addizzjonali u aktar burokrazija;

34.

Jilqa' ż-żieda fis-sistematizzazzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, li toħloq aktar sinerġiji fil-mandati rispettivi tagħhom permezz tal-programm ta' ħidma annwali konġunt tagħhom, b'mod partikolari bl-iżvilupp ta' Qafas ta' Monitoraġġ komuni ta' Riga u bil-kollaborazzjoni tagħhom mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-finalizzazzjoni tal-ħidma fuq sitt linji gwida metodoloġiċi dwar l-antiċipazzjoni tal-ħiliet u l-adattament ta' għodod u metodi;

Ġestjoni tar-riżorsi umani

35.

Ifakkar li l-paragrafu 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali (6) jitlob tnaqqis progressiv ta' 5 % tal-persunal fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha li jrid isir bejn l-2013 u l-2017; jilqa' l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-aġenziji diġà laħqu jew qabżu t-tnaqqis ta' 5 % abbażi tal-organigrammi rispettivi tagħhom għall-2012;

36.

Jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni applikat imposta addizzjonali ta' 5 % tal-persunal għall-aġenziji sabiex toħloq ippuljar ta' riallokazzjoni minn fejn talloka postijiet għall-aġenziji b'kompiti ġodda fdati lilhom jew waqt fażi ta' tnedija; huwa partikolarment imħasseb li bi tnaqqis addizzjonali tal-persunal, it-twettiq tal-mandati u l-programmi ta' ħidma annwali tal-Aġenzija se jkunu dejjem aktar diffiċli, b'mod partikolari għall-aġenziji kklassifikati mill-Kummissjoni bħala “aġenziji b'veloċità kostanti”; jistieden lill-Kummissjoni u l-awtorità baġitarja biex jiżguraw li kwalunkwe miżura potenzjali ta' ffrankar ta' spejjeż ulterjuri ma xxekkilx il-kapaċità tal-aġenziji li jwettqu l-mandat tagħhom; jinnota li hemm ħafna każijiet fejn il-kapaċità tal-aġenziji biex iwettqu r-responsabilitajiet tagħhom tkun ġiet kompromessa, bħalma huma l-kapaċità tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex tiggarantixxi s-sikurezza tal-ikel, jew il-kapaċità tal-Eurofound biex twettaq kompiti ġodda relatati mal-migranti u r-rifuġjati;

37.

Jenfasizza li jkun tajjeb li l-bilanċ ġeografiku, speċifikament ir-relazzjoni bejn in-nazzjonalità tal-persunal u d-daqs tal-Istati Membri, jibqa' element importanti tal-ġestjoni tar-riżorsi, b'mod partikolari fir-rigward tal-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni mill-2004 'l hawn, u jilqa' l-fatt li l-aġenziji tal-Unjoni laħqu kompożizzjoni aktar ibbilanċjata bejn l-uffiċjali mill-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni qabel l-2004 u dawk li ngħaqdu wara; iżda jindika li dawn l-Istati Membri għadhom sottorappreżentati fil-livell superjuri tal-amministrazzjoni u fil-karigi maniġerjali, fejn għadu mistenni li jkun hemm progress;

38.

Huwa konvint li l-persunal tal-aġenziji ffinanzjat minn ħlasijiet magħmula mill-industrija, u konsegwentement mhux iffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni, m'għandux, bħala prinċipju, ikun milqut minn tnaqqis addizzjonali tal-persunal 'il fuq minn 5 % kif mitlub mill-ftehim interistituzzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-awtorità baġitarja jittrattaw bħala każ separat l-aġenziji li huma ffinanzjati primarjament mill-baġit tal-Unjoni, u jressqu qafas speċifiku għall-aġenziji li huma ffinanzjati primarjament mill-industrija, li għandu jkun proporzjonat għas-servizzi mogħtija mill-aġenzija kkonċernata;

39.

Jinnota li permezz tal-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi ffinanzjati mill-Unjoni, l-aġenziji għandhom rwol dirett fil-ħolqien tal-impjiegi madwar l-Unjoni; jinnota, barra minn hekk, li nħolqu impjiegi permezz tad-diversi programmi ta' finanzjament tal-Unjoni f'bosta modi differenti ħafna, inkluż l-użu ta' inċentivi, bħal bonusijiet, li jirriżultaw f'differenzi sinifikanti fil-kwalità tal-impjiegi maħluqa mill-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel evalwazzjoni bir-reqqa u komprensiva dwar l-impatt ta' fondi, programmi u proġetti ffinanzjati permezz tal-baġit tal-Unjoni fuq il-ħolqien dirett ta' impjiegi; jitlob lill-Kummissjoni biex tippubblika tali evalwazzjoni malajr kemm jista' jkun u biex tippreżentaha lill-Parlament;

40.

Jirrikonoxxi l-isforzi meħuda biex ikun hemm livelli ugwali taż-żewġ sessi fost il-persunal u l-membri tal-maniġment tal-aġenziji; iħeġġeġ lil dawk l-aġenziji li t-tagħrif dwar il-persunal tagħhom juri bilanċ fis-sessi insodisfaċenti sabiex jieħdu iktar passi biex jirrettifikaw dan l-iżbilanċ u sabiex jikkomunikaw ir-riżultati lill-awtorità ta' kwittanza mill-aktar fis possibbli;

Kunflitti ta' interess u trasparenza

41.

Jinnota li, skont in-Netwerk, l-aġenziji kollha diġà adottaw regoli ġeneriċi dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta bħala parti mil-linji gwida tal-etika dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta skont id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti tal-persunal; jinnota bi tħassib, madankollu, li huma biss 65 % tal-aġenziji li adottaw aktar regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jirrikonoxxi l-osservazzjoni tan-Netwerk li, fil-każijiet fejn għad m'hemmx fis-seħħ regoli rilevanti, il-proċess għadu għaddej u għad irid jiġi adottat; jinnota li f'diversi każijiet, l-aġenziji qed jistennew li jingħataw gwida jew il-kontribut mill-Kummissjoni qabel ma jkunu jistgħu jiffinalizzaw ir-regoli tagħhom; jirrikonoxxi barra minn hekk li r-regoli għandhom jiġu ffinalizzati u implimentati fl-ewwel nofs tal-2017; jistieden lill-aġenziji li għadhom ma adottawx ir-regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta biex jagħmlu dan mingħajr dewmien u permezz ta' dan isaħħu l-politiki interni tagħhom dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta sabiex irawmu kultura ta' trasparenza u responsabbiltà fuq il-post tax-xogħol, jinfurmaw u jħarrġu b'mod regolari lill-impjegati dwar dmirijiethom u drittijiethom, jiżguraw il-protezzjoni tal-informaturi minn ritaljazzjoni, isegwu s-sustanza tat-twissijiet tal-informaturi f'waqthom filwaqt li jżommu lill-informaturi u kull persuna involuta infurmata dwar il-progress tal-proċedura, u jistabbilixxu mezz għal rappurtar intern anonimu; jistieden lill-aġenziji jirrappurtaw lura annwalment lill-awtorità tal-kwittanza dwar numru ta' każijiet tal-informaturi u l-attivitajiet ta' segwitu tagħhom.; jistieden lill-aġenziji u bl-istess mod lill-Kummissjoni biex jipprovdu gwida u approvazzjoni xierqa fejn meħtieġ;

42.

Jinnota li minn 16-il aġenzija li jużaw gruppi ta' esperti, panels u kumitati xjentifiċi, 13 qiesu, fil-politiki tal-persunal tagħhom, it-tħassib imqajjem minn inkjesta fuq inizjattiva proprja tal-Ombudsman OI/6/2014/NF dwar il-kompożizzjoni tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-aġenziji li jifdal biex iqisu t-tħassib tal-Ombudsman mill-aktar fis possibbli;

43.

Jinnota li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord tat-tmexxija, tal-persunal maniġerjali u tal-esperti interni ġew ippubblikati minn 84 % tal-aġenziji, meta mqabbla ma' 74 % fis-sena preċedenti; jinnota, barra minn hekk, li 60 % tal-aġenziji jiċċekkjaw il-korrettezza fattwali mogħtija tad-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-esperti, tal-bord tat-tmexxija u l-persunal mill-inqas darba fis-sena; jistieden lill-aġenziji kollha biex jadottaw linji gwida stretti għal politika koerenti dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u biex jimplimentaw dan bi qbil mal-Pjan Direzzjonali dwar is-segwitu għal Approċċ Komuni; jistieden lill-aġenziji li jifdal li għadhom ma introduċewx tali politika sabiex jivverifikaw regolarment id-dikjarazzjonijiet sabiex ikunu żgurati s-sorveljanza u l-iskrutinju pubbliku meħtieġa tal-maniġment;

44.

Jilqa' l-isforzi tal-aġenziji biex jiżdiedu kemm jista' jkun it-trasparenza bil-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjonijiet ta' interess u CVs fuq il-websajt tagħhom; jinnota madankollu, li f'diversi każijiet, ftit minn dawn id-dokumenti huma neqsin; ifakkar madankollu li l-aġenziji m'għandhomx id-dispożizzjonijiet xierqa fir-regolamenti fundaturi tagħhom biex jagħmlu tali dokument dispożizzjoni obbligatorja; jistenna, għalhekk, li kwalunkwe reviżjoni tar-regolamenti fundaturi tal-aġenziji ikkonċernati se jistipulaw dikjarazzjoni obbligatorja ta' interess u CV minn kull membru tal-bord; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tieħu vantaġġ mir-reviżjoni li għaddejja tar-Regolament Finanzjarju biex bl-istess mod tindirizza din il-kwistjoni kemm jista' jkun;

45.

Jistieden lill-aġenziji biex, f'dan ir-rigward, tieħu aktar passi lejn ġestjoni aktar trasparenti; jenfasizza li l-monitoraġġ intern kostanti u effiċjenti hija essenzjali għall-monitoraġġ u l-iskoperta ta' kunflitti ta' interess possibbli;

46.

Jinnota li l-aġenziji wrew impenn lejn il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-iskoraġġiment ta' frodi jew kwalunkwe irregolarità oħra u t-twettiq ta' azzjonijiet xierqa fl-eventwalità li din isseħħ; jinnota b'sodisfazzjon li n-Netwerk stabbilixxa grupp ta' ħidma kontra l-frodi tan-Netwerk Legali Inter-Aġenzjali, bl-għan li jitjiebu l-approċċi standardizzati u armonizzati għal strateġiji kontra l-frodi fost l-Aġenziji; jirrikonoxxi l-osservazzjonijiet tan-Netwerk li l-biċċa l-kbira tal-aġenziji indikaw żieda fl-għarfien tal-prevenzjoni kontra l-frodi; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li sabiex jiġu ffaċilitati u kondiviżi l-aħjar prattiki, kelliema mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u/jew il-Qorti ġew mistiedna b'mod regolari għall-grupp ta' ħidma tan-Netwerk Legali Inter-Aġenzjali msemmi hawn fuq, biex jippreżentaw il-perspettiva istituzzjonali tagħhom kif ukoll biex jipprovdi appoġġ u jissensibilizzaw l-aġenziji dwar kwistjonijiet relatati ma' frodi;

47.

Jenfasizza li l-aġenziji kollha għandu jkollhom kontrolli u gwida fir-rigward tal-ispejjeż legali fir-rigward ta' proċedimenti ġudizzjarji li fihom kienet jew hija parti aġenzija; iħeġġeġ lill-aġenziji biex jaqsmu l-aħjar prattiki f'dan il-qasam;

48.

Jistieden lill-aġenziji biex jiżviluppaw linji gwida komuni għall-applikazzjoni ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti, speċjalment rigward id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

49.

Iħeġġeġ lill-aġenziji biex ikomplu jsaħħu l-viżibilità tagħhom u biex ikomplu jiżviluppaw diversi mezzi ta' komunikazzjoni li jippreżentaw il-ħidma tagħhom u l-attivitajiet għall-pubbliku ġenerali;

50.

Jinnota li l-membri tal-bord ta' tmexxija u eżekuttivi ta' bosta aġenziji ppubblikaw dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess minflok dikjarazzjoni ta' interess; jissottolinja l-fatt li mhijiex responsabilità tal-bord ta' tmexxija jew tal-eżekuttivi li jiddikjaraw li m'għandhom l-ebda kunflitt ta' interess; jenfasizza li dan fih innifsu jikkostitwixxi kunflitt ta' interess; jitlob li ssir verifika indipendenti tad-dikjarazzjonijiet ta' interess;

Komunikazzjoni u viżibilità

51.

Jinnota li l-aġenziji qed jippromwovu attivament il-ħidma tagħhom permezz ta' diversi mezzi, b'mod partikolari billi jaġġornaw regolarment is-siti web tagħhom biex jipprovdu informazzjoni u jippromwovu l-ħidma mwettqa; jinnota, barra minn hekk, li l-midja soċjali qed issir aktar u aktar għodda ta' komunikazzjoni standard għall-aġenziji; josserva li open-days, kampanji mmirati u filmati li jispjegaw ix-xogħol bażiku tal-aġenziji huma wħud mill-attivitajiet użati fl-edukazzjoni taċ-ċittadini u li jipprovduhom b'opportunitajiet biex jitgħallmu aktar dwar il-ħidma tal-aġenziji u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jirrikonoxxi li l-attivitajiet tar-relazzjonijiet tal-midja ġenerali jew speċjalizzati huma regolarment imkejla permezz ta' indikaturi differenti, kif ukoll li kull aġenzija għandha l-pjan ta' komunikazzjoni tagħha b'attivitajiet speċifiċi mfassla apposta għall-bżonnijiet tagħha;

Kummenti oħra

52.

Itenni l-pożizzjoni tiegħu mill-proċeduri ta' kwittanza 2013 u 2014 li, skont il-ftehim tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fil-paragrafu 54 tal-Approċċ Komuni, l-aspetti kollha tal-awditjar estern esternalizzat “jibqgħu taħt ir-responsabilità sħiħa tal-Qorti, li tamministra l-proċeduri amministattivi u ta' akkwist kollha meħtieġa”; itenni, barra minn hekk, li l-approċċ il-ġdid ta' awditjar li jinvolvi l-awdituri tas-settur privat irriżulta f'żieda sinifikanti fil-piż amministrattiv fuq l-aġenziji, kif ukoll li ż-żmien użat fuq l-akkwist u l-amministrazzjoni tal-kuntratti ta' awditjar ħoloq nefqa addizzjonali u b'hekk kien piż ulterjuri fuq ir-riżorsi li qed jonqsu tal-aġenziji; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-kunflitti ta' interess possibbli f'każijiet fejn tali awdituri privati jew il-kumpaniji rispettivi tagħhom ukoll jieħdu xogħol ta' awditjar jew ta' konsulenza għal kumpaniji tas-settur privat b'interessi ekonomiċi ċari mal-aġenziji tal-Unjoni; jenfasizza li huwa importanti ħafna li tissolva din il-kwistjoni fil-kuntest tar-reviżjoni li għaddejja bħalissa tar-Regolament Finanzjarju u r-reviżjoni sussegwenti tar-Regolament Finanzjarju Qafas; jistieden lill-partijiet kollha involuti f'dawn ir-reviżjonijiet biex jipprovdu ċarezza dwar din il-kwistjoni bħala kwistjoni ta' urġenza sabiex jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv eċċessiv u biex jerġa' jkun hemm l-approċċ preferut ta' skema tal-awditjar pubblika;

53.

Jinnota li, skont is-sommarju tal-Qorti, il-votazzjoni tar-referendum taċ-ċittadini tar-Renju Unit (UK) li jħalli l-Unjoni, li seħħ fit-23 ta' Ġunju 2016 u wara d-data tal-karta tal-bilanċ, ġie osservat fil-paragrafu “Kwistjonijiet oħrajn” fir-rapporti annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea u tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, li t-tnejn jinsabu f'Londra, flimkien ma' postijiet oħra tal-Unjoni fir-Renju Unit bħall-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Unjoni; jinnota li dan il-paragrafu jiċċara li l-kontijiet u n-noti relatati taż-żewġ aġenziji tħejjew bl-użu tal-informazzjoni li kienet disponibbli fid-data tal-iffirmar ta' dawn il-kontijiet, meta r-riżultat tal-votazzjoni taċ-ċittadini tar-Renju Unit kien għadu mhux magħruf u n-notifika formali li tattiva l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kienet għadha ma ġietx ippreżentata; jirreferi, għal osservazzjonijiet dwar l-implikazzjonijiet speċifiċi għall-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini dwar din il-kwistjoni, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (7) dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 u għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 (8) dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015;

54.

Jinnota l-pubblikazzjoni simultanja ta' proposti għar-reviżjoni tar-regolamenti rispettivi li jistabbilixxu t-tliet aġenziji tripartitiċi tal-Unjoni f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012; jenfasizza l-importanza li tinżamm u tittejjeb il-governanza tripartitika sħiħa attwali ta' dawn l-aġenziji, filwaqt li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet nazzjonali, tal-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi Ewropej u tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema Ewropej fil-governanza u fil-funzjonament tagħhom; ifakkar li ġie implimentat tnaqqis fil-persunal u jtenni t-tħassib tiegħu li aktar tnaqqis jista' jillimita l-kapaċità tal-aġenziji li jaqdu l-mandati tagħhom;

55.

Jinnota l-evalwazzjoni u l-kontroll tal-idoneità li għaddejjin bħalissa fil-konfront tal-erba' aġenziji tal-Unjoni taħt il-mandat tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (DĠ EMPL), li kellhom jibdew f'Diċembru 2016 u jitlestew f'Diċembru 2017 (9); huwa tal-fehma li dawn l-evalwazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għal deċiżjonijiet infurmati min-naħa tal-Parlament fir-rigward tal-effikaċja u l-impatt tal-kontributi tal-aġenziji; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu sfruttati s-sinerġiji fl-attivitajiet tal-erba' aġenziji li jikkoinċidu ma' xulxin, kif ukoll bejn l-aġenziji u l-Kummissjoni nfisha, u li jiġi evitat xogħol doppju.

56.

Jilqa' r-riżultat solidu u l-flessibilità tal-aġenziji kollha fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja; jilqa' l-flessibilità tagħhom biex jadattaw ruħhom għal prijoritajiet politiċi li qed jevolvu u biex jirreaġixxu għal avvenimenti mhux mistennija; jiddispjaċih, madankollu, dwar in-nuqqas ta' indikaturi effettivi li jirriflettu l-impatt tal-ħidma tagħhom fuq is-sigurtà interna, il-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-iżvilupp tad-drittijiet fundamentali; jilqa' l-isforzi li saru minn diversi aġenziji biex itejbu l-ġestjoni baġitarja tagħhom billi jottimizzaw l-użu tal-baġits tagħhom u billi jimplimentaw proċess ta' ppjanar baġitarju aħjar;

57.

Jilqa' l-impenn tal-aġenziji kollha tal-ġustizzja u l-affarijiet interni biex jipperfezzjonaw ulterjorment il-proċeduri baġitarji, iżda jenfasizza, madankollu, li l-prijorità tagħhom għandha tkun li jtejbu l-effiċjenza operattiva fil-post u li jindirizzaw il-kwistjonijiet strutturali identifikati mill-Qorti u mis-Servizz tal-Awditjar Intern;

58.

Jirrikonoxxi li twaqqfu għadd kbir ta' aġenziji fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja, iżda jtenni l-importanza tal-missjonijiet li jwettqu u l-impatt dirett li għandhom fuq il-ħajja taċ-ċittadini; jenfasizza li l-aġenziji kollha twaqqfu bħala rispons għal ħtiġijiet speċifiċi; jinsab konvint li l-aġenziji kollha f'dan il-qasam politiku jiżvolġu rwol distint u meħtieġ, li jipprovdi valur miżjud Ewropew;

59.

Jitlob li l-aġenziji kollha tal-ġustizzja u l-affarijiet interni jidentifikaw l-ostakli finanzjarji, l-ostakli relatati mar-riżorsi jew punti ta' konġestjoni oħra li jxekklu l-prestazzjoni operattiva tagħhom u li jitolbu li jsiru aġġustamenti f'waqthom.

60.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-aġenziji soġġetti għal din il-proċedura ta' kwittanza, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).


(1)  ĠU C 449, 1.12.2016.

(2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(4)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) (1.7.2016: l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)), l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (1.5.2017: l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), l-Unità tal-Unjoni Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust)

(5)  l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), l-Awtorità Ewropea dwar l-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA).

(6)  Il-Ftehim interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).

(7)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0163 (ara l-paġna 199 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0172 (ara l-paġna 251 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(9)  http://ec.europa.eu/smart-regulation/roadmaps/docs/2016_empl_020_evaluation_agencies_en.pdf


ANNESS

PROPOSTA GĦALL-IGGRUPPAR TA' AĠENZIJI GĦALL-KWITTANZA TAL-PE

KUMITATI PERMANENTI

AĠENZIJI TAL-UE

AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI

EBA; EIOPA; ESMA

IMPJIEGI U AFFARIJIET SOĊJALI

CdT; EU-OSHA; Eurofound; Cedefop, ETF

AMBJENT, SAĦĦA PUBBLIKA U SIKUREZZA TAL-IKEL

EEA; EFSA; ECDC; ECHA; EMA

INDUSTRIJA, RIĊERKA U ENERĠIJA

EIT, ACER; BEREC; ENISA; Euratom; GSA

TRASPORT U TURIŻMU

EASA; EMSA; ERA;

SAJD

EFCA

LIBERTAJIET ĊIVILI, ĠUSTIZZJA U AFFARIJIET INTERNI

Eurojust, FRA, Frontex, EASO; EMCDDA; CEPOL, eu-LISA; Europol

DRITTIJIET TAN-NISA U UGWALJANZA BEJN IS-SESSI,

EIGE