ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 244

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
22 ta' Settembru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1595 tal-21 ta' Settembru 2017 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Gorgonzola (DOP))

1

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1596 tal-21 ta' Settembru 2017 dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tnax-il sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

8

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1597 tal-21 ta' Settembru 2017 li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Settembru 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 għal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna

9

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1595

tal-21 ta' Settembru 2017

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Gorgonzola (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(3)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta (aktar 'il quddiem DOP) “Gorgonzola”, irreġistrata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Peress li l-emendi kkonċernati ma kinux minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni tal-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif meħtieġ mill-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)

L-emendi jikkonċernaw id-deskrizzjoni tal-prodott, il-prova tal-oriġini, il-metodu ta' produzzjoni, it-tikkettar, l-imballaġġ u regoli taċ-ċertifikazzjoni.

(4)

Fit-22 ta' Awwissu 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' oppożizzjoni mill-Belġju. Fil-21 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni rċeviet id-dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni motivata relatata.

(5)

Peress li din l-oppożizzjoni setgħet tintlaqa', bl-ittra tas-7 ta' Ġunju 2016 il-Kummissjoni stiednet lill-Italja u lill-Belġju biex jikkonsultaw lil xulxin b'mod xieraq għal perjodu ta' tliet xhur biex jilħqu qbil bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom.

(6)

L-iskadenza għall-konsultazzjoni ġiet estiża għal tliet xhur oħra.

(7)

Intlaħaq qbil bejn il-partijiet. L-Italja kkomunikat ir-riżultati tal-ftehim lill-Kummissjoni permezz tal-ittra tal-5 ta' Ġunju 2017.

(8)

Il-Belġju kien oppona li, bil-kontra għal dak li huwa previst fl-Artikolu 7(1)(e) u (g) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 l-applikazzjoni għall-emenda ma tistabbilixxix regoli ċari għall-imballaġġ u għas-sistema taċ-ċertifikazzjoni.

(9)

B'mod partikolari, il-parti opponenti ffukat fuq il-punt 3.6 tad-dokument uniku emendat li huwa: “Il-‘Gorgonzola’ jista' jiġi kkummerċjalizzat ukoll fil-forma ta' porzjonijiet ippakkjati minn qabel, mingħajr il-fojl tal-aluminju bbuzzat, wara ċ-ċertifikazzjoni mill-korp ta' spezzjoni awtorizzat jew minn korp ieħor delegat minnu għal dan l-għan. Sabiex tinżamm il-kwalità, l-oriġini tiġi ggarantita u l-kontroll tal-porzjonijiet ippakkjati minn qabel tal-'Gorgonzola' li jitqiegħed fis-suq ikun żgurat, it-tqattigħ u l-ippakkjar tal-porzjonijiet għandhom ikunu ċċertifikati mill-korp ta' spezzjoni awtorizzat jew minn korp ieħor delegat minnu għal dan l-għan.

(10)

Ġie ddikjarat li regoli bħal dawn ma jurux b'mod ċar x'kundizzjonijiet iridu jiġu ssodisfati u kkontrollati biex it-tqattigħ u l-imballaġġ tal-ġobon “Gorgonzola” DOP jiġu ċċertifikati. Barra minn hekk, hemm riskju li s-sistema l-ġdida ddum ftit xhur sakemm issir operattiva. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jieħu ftit taż-żmien għad-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni u b'hekk, matul il-perjodu ta' skrutinju, l-operaturi jibqgħu mingħajr bażi ġuridika biex jużaw l-isem irreġistrat fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

(11)

Għalhekk, l-għan tal-parti opponenti kien li tiċċara l-obbligi preċiżi skont il-proċedura taċ-ċertifikazzjoni u li tikseb perjodu ta' tranżizzjoni biex is-sistema ġdida taċ-ċertifikazzjoni tibda topera mingħajr xkiel. Matul dan il-perjodu dawk involuti fl-ipproċessar u l-imballaġġ ikunu jistgħu jkomplu jikkumerċjalizzaw il-prodotti tagħhom bl-użu tal-isem irreġistrat “Gorgonzola” DOP sakemm il-korp responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikazzjoni jkun ħa deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom.

(12)

L-Italja qablet li r-regoli dwar l-imballaġġ u l-kontrolli kellhom jiġu spjegati. Il-korp ta' spezzjoni (kontroll) għall-Gorgonzola DOP ipprepara dokument li tqies mill-parti opponenti bħala dokument li jiċċara l-maġġoranza tal-kwsitjonijiet li tqajmu.

(13)

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott u d-dokument uniku ġew emendati ulterjorment. Ġie stabbilit li l-porzjonijiet ippakkjati minn qabel iridu jinkisbu minn ġobna sħiħa, nofs ġobna jew porzjonijiet ta' ġobon li l-oriġini tagħhom ikun ġie ċċertifikat. Ir-rekwiżiti dwar it-traċċabilità u l-obbliġi tat-tikkettar għall-operaturi ġew imfakkra.

(14)

Barra minn hekk, sabiex is-sistema l-ġdida għaċ-ċertifikazzjoni tibda mingħajr xkiel u sabiex l-operaturi li jaqtgħu u jippakkjaw il-prodott barra miż-żona ġeografika jkunu jistgħu jibbenefikaw minn skadenza xierqa biex iressqu l-applikazzjoni tagħhom għaċ-ċertifikazzjoni u jkomplu jikkumerċjalizzaw il-prodott bl-isem irreġistrat “Gorgonzola” DOP, jenħtieġ li r-regola speċifika dwar l-imballaġġ li tirrikjedi li l-“Gorgonzola” ikkumerċjalizzat f'porzjonijiet ippakkjati minn qabel mingħajr il-fojl tal-aluminju bbuzzat tiġi ċċertifikata mill-korp ta' spezzjoni (kontroll) awtorizzat jew korp ieħor delegat minnu għal dan l-għan, tiġi applikata biss wara sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(15)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li jenħtieġ li l-emenda tiġi approvata. Il-verżjoni kkonsolidata tad-dokument uniku jenħtieġ li tiġi ppubblikata għall-informazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Gorgonzola” (DOP), huma b'dan approvati. Id-dokument uniku kkonsolidat huwa stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Jenħtieġ li r-regola fl-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-taqsima 3.6 tad-dokument uniku li tgħid li “il-‘Gorgonzola’ jista' jiġi kkummerċjalizzat ukoll fil-forma ta' porzjonijiet ippakkjati minn qabel, mingħajr il-fojl tal-aluminju bbuzzat, wara ċ-ċertifikazzjoni mill-korp ta' spezzjoni awtorizzat jew minn korp ieħor delegat minnu għal dan l-għan” tapplika mit-12 ta' April 2018.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Settembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92. (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).

(3)   ĠU C 188, 27.5.2016, p. 44.


ANNESS

DOKUMENT UNIKU

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (*1)

“GORGONZOLA”

Nru tal-KE: IT-PDO-0217-01214 — 18.3.2014

IĠP () DOP (X)

1.   ISEM

“Gorgonzola”

2.   STAT MEMBRU JEW PAJJIŻ TERZ

L-Italja

3.   DESKRIZZJONI TAL-PRODOTT AGRIKOLU JEW TAL-OĠĠETT TAL-IKEL

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)

Il-“Gorgonzola” huwa ġobon bil-vini blu (li f'Malta ġieli jissejjaħ “tat-tursina”) magħmul esklussivament minn ħalib tal-baqra sħiħ pasturizzat, li għandu għaġna nejja omoġenja ta' kulur abjad u isfar ċar, b'vini karatteristiċi blu jagħtu fl-aħdar u/jew griż fil-blu minħabba l-iżvilupp ta' moffa (irħamar).

Il-“Gorgonzola” għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

forma:

ċilindrika, bi truf ċatti u ġenb dritt;

dimensjonijiet: għoli minimu tal-ġenb ta' 13 cm; dijametru ta' bejn 20 u 32 cm;

klassifikazzjoni fuq bażi ta' piż, togħma u maturazzjoni:

1.

ġobna sħiħa kbira, tip moderat: minn 9 sa 13,5 kg b'togħma mmoderata u perjodu ta' maturazzjoni ta' minimu ta' ħamsin jum u massimu ta' mija u ħamsin jum;

2.

ġobna sħiħa kbira, tip pikkanti: minn 9 sa 13,5 kg b'togħma pikkanti u prominenti u perjodu ta' maturazzjoni ta' minimu ta' tmenin jum u massimu ta' mitejn u sebgħin jum;

3.

ġobna sħiħa żgħira, tip pikkanti: minn 5,5 sa inqas minn 9 kg b'togħma pikkanti u prominenti u b'perjodu ta' maturazzjoni ta' minimu ta' sittin jum u massimu ta' mitejn jum;

qoxra: qoxra ta' lewn griż u/jew roża, ma tittikilx;

konsistenza: għaġna omoġenja, ta' kulur abjad u isfar ċar, bil-moffa (rħamar) li jipproduċi vini karatteristiċi blu jagħtu fl-aħdar u/jew griż fil-blu;

Xaħam fil-materja niexfa: minimu ta' 48 %.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Ħalib sħiħ tal-baqar, kimożina tal-għoġol, melħ.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)

Mill-inqas 50 % tal-materja niexfa tal-għalf għall-baqar, fuq bażi annwali, ikun ġej miż-żona ta' produzzjoni.

3.5.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-ħalib u l-ipproċessar tiegħu, u l-maturazzjoni tal-ġobon li se jinbiegħ bħala “Gorgonzola”, u l-applikazzjoni tal-marki ta' identifikazzjoni stipulati fil-punt 3.7 hawn taħt, isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-“Gorgonzola” jista' jiġi kkummerċjalizzat sħiħ, f'ġobniet maqtugħa min-nofs b'mod orizzontali jew f'porzjonijiet imgeżwrin fil-fojl tal-aluminju bbuzzat.

Il-“Gorgonzola” jista' jiġi kkummerċjalizzat ukoll fil-forma ta' porzjonijiet ippakkjati minn qabel, mingħajr il-fojl tal-aluminju bbuzzat, wara ċ-ċertifikazzjoni mill-korp ta' spezzjoni awtorizzat jew minn korp ieħor delegat minnu għal dan l-għan.

Il-porzjonijiet ippakkjati minn qabel iridu jinkisbu minn ġobniet sħaħ, nofs ġobniet jew porzjonijiet ta' oriġini ċertifikata (jiġifieri imgeżwrin fil-fojl tal-aluminju bbuzzat bil-marka li tidentifika d-denominazzjoni). Sabiex tinżamm il-kwalità, l-oriġini tiġi ggarantita u l-kontroll tal-porzjonijiet ippakkjati minn qabel tal-“Gorgonzola” li jitqiegħed fis-suq ikun żgurat, it-tqattigħ u l-ippakkjar tal-porzjonijiet għandhom ikunu ċċertifikati mill-korp ta' spezzjoni awtorizzat jew minn korp ieħor delegat minnu għal dan l-għan. Dan minħabba li l-qtugħ mekkaniku ta' ġobniet sħaħ u ta' ġobniet maqtugħa min-nofs b'mod orizzontali imgeżwrin fil-fojl tal-aluminju bbuzzat mhuwiex possibbli għal raġunijiet ta' sikurezza tal-ikel, u għalhekk, peress li ma hemm l-ebda marka fuq in-naħa tal-ġobna sħiħa tal-“Gorgonzola”, l-oriġini ta' dawk il-porzjonijiet mingħajr il-fojl tal-aluminju għandhom jiġu vverifikati mill-korp ta' spezzjoni.

L-operatur għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 668/2014, li jfisser li jridu jkunu jistgħu jidentifikaw kull operatur li jkun ipprovdilhom il-ġobon “Gorgonzola” u jkollhom sistemi u proċeduri fis-seħħ li bihom ikunu jistgħu jipprovdu din l-informazzjoi u jidentifikaw operaturi oħrajn li lilhom ikun ġie pprovdut il-“Gorgonzola”.

Il-porzjonijiet tal-“Gorgonzola” jistgħu jitqattgħu u jiġu ppakkjati fuq il-post tal-bejgħ bl-imnut fuq it-talba tal-konsumatur, sakemm il-fojl tal-aluminju bbuzzat ikun viżibbli. Il-porzjonijiet tal-“Gorgonzola” jistgħu wkoll jitqattgħu u jiġu ppakkjati fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut għall-bejgħ dirett, bil-kundizzjoni li, fil-każijiet kollha, parti mill-fojl tal-aluminju bbuzzat jibqa' fuq il-porzjon tal-prodott bħala garanzija tal-awtentiċità tiegħu.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-ġobna sħiħa tal-“Gorgonzola” hija kkaratterizzata minn żewġ marki ta' identifikazzjoni mwaħħla fiż-żona ġeografika ddefinita, jiġifieri:

fil-punt tal-produzzjoni, marka ta' identifikazzjoni tiġi mwaħħla fuq kull wiċċ ċatt li jkollu fuqu n-numru ta' identifikazzjoni tal-maħleb (ara l-Illustrazzjoni 1);

Illustrazzjoni 1

Image 1

ladarba l-prodott ikun kiseb il-karatteristiċi meħtieġa biex joħroġ għall-konsum, il-fojl tal-aluminju bbuzzat bil-marka ta' identifikazzjoni bbuzzata (ara l-Illustrazzjoni 2) ikun imgeżwer madwar il-ġobniet sħaħ, il-ġobniet maqtugħa min-nofs b'mod orizzontali u, skont id-dispożizzjonijiet għall-porzjonijiet ippakkjati minn qabel fil-punt 3.6, il-porzjonijiet; il-fojl tal-aluminju bbuzzat wkoll tidher fuqu d-denominazzjoni “DOP Gorgonzola” bis-simbolu tal-UE; fil-każ ta' ġobniet sħaħ kbar u żgħar, ġobniet maqtugħa min-nofs b'mod orizzontali u porzjonijiet ta' “Gorgonzola” pikkanti, il-fojl tal-aluminju bbuzzat tidher fuqu l-kelma “piccante” maġenb jew taħt id-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Gorgonzola” bl-użu ta' tipa iżgħar minn dik użata għal din id-denominazzjoni.

Illustrazzjoni 2

Image 2

Porzjonijiet ippakkjati minn qabel, maqtugħa minn ġobna sħiħa

L-imballaġġ primarju tal-porzjonijiet ippakkjati minn qabel tal-“Gorgonzola” juri l-indikazzjonijiet li ġejjin fil-kamp viżiv prinċipali:

id-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Gorgonzola” flimkien mas-simbolu tad-DOP tal-UE;

il-kelma “piccante” għal prodotti maqtugħin minn ġobniet sħaħ kbar u żgħar ta' Gorgonzola pikkanti maġenb jew taħt id-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Gorgonzola” b'tipa iżgħar.

L-operatur għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-tikkettar għat-tipi differenti ta' “Gorgonzola”.

4.   DESKRIZZJONI FIL-QOSOR TAŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA

Iż-żona ġeografika ddefinita tinkludi t-territorju kollu tal-provinċji li ġejjin:

Bergamo, Biella, Brescia, Como, Cremona, Cuneo, Lecco, Lodi, Milan, Monza, Novara, Pavia, Varese, Verbano-Cusio-Ossola, Vercelli.

Tinkludi wkoll dawn il-muniċipalitajiet tal-Provinċja ta' Alessandria:

Casale Monferrato, Villanova Monferrato, Balzola, Morano Po, Coniolo, Pontestura, Serralunga di Crea, Cereseto, Treville, Ozzano Monferrato, San Giorgio Monferrato, Sala Monferrato, Cellamonte, Rosignano Monferrato, Terruggia, Ottiglio, Frassinello Monferrato, Olivola, Vignale, Camagna, Conzano, Occimiano, Mirabello Monferrato, Giarole, Valenza, Pomaro Monferrato, Bozzole, Valmacca, Ticineto, Borgo San Martino u Frassineto Po.

5.   RABTA MAŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-fatturi naturali huma marbuta mal-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona ġeografika ddefinita, li jrawmu abbundanza ta' għalf ta' kwalità għall-baqar tal-ħalib u l-iżvilupp tal-aġenti mikrobijoloġiċi responsabbli għall-karatteristiċi organolettiċi u għall-kolorazzjoni tal-ġobon. Fir-rigward ta' fatturi umani, minbarra l-importanza storika tal-ġobon fl-ekonomija lokali, ta' min wieħed jinnota li l-operazzjonijiet kumplessi li għalihom jiġi soġġett il-“Gorgonzola” huma bbażati fuq tekniki tradizzjonali artiġjanali tal-produzzjoni tal-ġobon: l-inokulazzjoni tal-ħalib bl-enżimi tal-ħalib u s-sospensjoni ta' spori tal-Penicillium u ta' ħmejjer parikolari u ż-żieda tal-kimożina tal-għoġol fit-temperatura ideali, it-tmelliħ xott u l-perforazzjoni karatteristika tal-għaġna waqt il-maturazzjoni ntirtu tul is-sekli fiż-żona ġeografika ddefinita.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-“Gorgonzola” huwa ġobon omoġenju, ta' kulur abjad u isfar ċar, ta' għaġna nejja b'vini karatteristiċi blu jagħtu fl-aħdar u/jew griż fil-blu minħabba l-iżvilupp ta' moffa (irħamar).

It-togħma tvarja minn dik moderata sa togħma pikkanti b'mod prominenti, skont diversi fatturi, b'mod partikolari, it-tul tal-perjodu ta' maturazzjoni.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)

L-abbundanza ta' għalf ta' kwalità għall-baqar tal-ħalib u ta' tekniki tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ġobon, b'mod partikolari, l-inokulazzjoni ta' spori tal-Penicillium, it-tmelliħ xott u l-perforazzjoni tal-għaġna waqt il-maturazzjoni, jiżguraw il-karatteristiċi organolettiċi u l-kolorazzjoni tal-“Gorgonzola”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(l-Artikolu 5(7), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (*2))

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew inkella,

billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it) u tagħfas fuq “Prodotti DOP IGP” (fin-naħa ta' fuq fil-lemin tal-iskrin), u wara fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fil-ġenb, fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all'esame dell'UE”.


(*1)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(*2)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel


22.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1596

tal-21 ta' Settembru 2017

dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tnax-il sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti.

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għat-tnax-il sejħa għall-offerti parzjali, ma għandux jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tnax-il sejħa parzjali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080, illi fir-rigward tagħha l-perjodu meta l-offerti kellhom jintefgħu ntemm fid-19 ta' Settembru 2017, ma għandu jiġi ffissat l-ebda prezz minimu tal-bejgħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Settembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


22.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1597

tal-21 ta' Settembru 2017

li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Settembru 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 għal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 (2) fetaħ il-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Settembru 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4273. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat safejn jistgħu jiġu allokati d-drittijiet tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3) flimkien mal-Artikolu 7(2) tal-istess Regolament.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament japplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Settembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 tat-18 ta' Novembru 2015 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni tal-laħam tat-tajr li joriġina mill-Ukrajna (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 63).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017

(f'%)

09.4273

2,260430

09.4274