|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1576 tas-26 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tas-Sistema ta' Twissija Akustika tal-Vettura għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1575
tat-23 ta' Ġunju 2017
li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/242 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi skont il-Politika Komuni tas-Sajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 45(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi l-istabbiliment ta' Kunsilli Konsultattivi li se jippromwovu rappreżentanza bilanċata tal-partijiet ikkonċernati kollha fil-qasam tas-sajd u tal-akkwakultura u se jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd. |
|
(2) |
B'konformità mal-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/242 (2) li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi skont il-Politika Komuni tas-Sajd. |
|
(3) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/242, fost affarijiet oħra jiddefinixxi t-termini “organizzazzjonijiet tas-settur” u “gruppi ta' interess oħrajn”, li jirreferu għaż-żewġ kategoriji ta' partijiet ikkonċernati li huma rrappreżentati fil-Kunsilli Konsultattivi bi qbil mal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(4) |
Jeħtieġ li d-definizzjoni tat-terminu “organizzazzjonijiet tas-settur” tinġieb taqbel aħjar mal-kliem tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 biex tiġi evitata l-possibbiltà li jkun hemm diffikultajiet fl-interpretazzjoni. |
|
(5) |
Billi jista' jkun hemm organizzazzjonijiet imħalltin li jirrappreżentaw kemm lis-settur tas-sajd kif ukoll interessi oħrajn, jeħtieġ li jkun speċifikat li l-assemblea ġenerali tiddeċiedi dwar il-klassifikazzjoni tal-membri tal-Kunsilli Konsultattivi f'waħda miż-żewġ kategoriji msemmijin fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(6) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/242 jippreskrivi l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi, u b'mod partikolari l-ħatra tal-Kumitat Eżekuttiv mill-assemblea ġenerali. |
|
(7) |
Minħabba l-kompożizzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi, kif hemm iddefinit fil-punt 2(a) tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fejn 60 % tas-siġġijiet fl-assemblea ġenerali u fil-Kumitati Eżekuttivi huma allokati għall-organizzazzjonijiet tas-setturi u 40 % għall-gruppi ta' interessi oħrajn, jeħtieġ li ż-żewġ kategoriji jingħataw id-dritt li jiddeċiedu b'mod awtonomu min se jirrappreżentahom fil-kumitat eżekuttiv, u b'hekk tkun garantita rappreżentanza bilanċata tal-partijiet ikkonċernati kollha fil-Kunsilli Konsultattivi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/242 jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/242 tad-9 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi skont il-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 1).
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/3 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1576
tas-26 ta' Ġunju 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tas-Sistema ta' Twissija Akustika tal-Vettura għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi ġodda kollha tal-kategoriji M (vetturi użati għall-ġarr tal-passiġġieri) u N (vetturi użati għall-ġarr ta' merkanzija) fir-rigward tal-livell tal-ħoss tagħhom. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll miżuri dwar is-Sistema ta' Twissija Akustika tal-Vettura (AVAS) għal vetturi elettriċi ibridi u għal vetturi purament elettriċi, bil-għan li l-utenti vulnerabbli tat-triq jiġu mwissija dwar dawn il-vetturi. |
|
(2) |
Wara l-adozzjoni, fil-168 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE), li saret bejn it-8 u l-11 ta' Marzu 2016, tar-Regolament tan-NU Nru 138 dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tat-trasport bit-triq li ma jagħmlux storbju, l-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 540/2014 għandu jiġi rieżaminat bil-għan li titjieb l-akkuratezza tar-rekwiżiti tal-AVAS dwar it-tip u l-volum tal-ħoss emess, il-metodu tal-ġenerazzjoni tal-ħoss, l-iswiċċ tal-funzjoni pause u l-ħoss tal-vettura wieqfa. |
|
(3) |
Id-dokument ta' informazzjoni skont l-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura fir-rigward tal-livell permissibbli tal-ħoss u l-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom jiġu rieżaminati sabiex jirriflettu r-rekwiżiti dettaljati relatati mal-AVAS. |
|
(4) |
Barra minn hekk, sabiex tkun permessal-approvazzjoni ta' vetturi elettriċi ibridi u ta' vetturi purament elettriċi li jkunu mgħammra b'AVAS, huwa xieraq li jiġu introdotti rekwiżiti ta' ttestjar fuq il-livelli minimi tal-emissjonijiet tal-ħoss tal-AVAS meta l-vettura tkun miexja 'l quddiem u lura kif ukoll fuq iċ-ċaqliqa tal-frekwenza tal-ħoss emess. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 540/2014 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Billi r-Regolament (UE) Nru 540/2014 daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016 u billi ma jistax jiġi applikat b'mod sħiħ mingħajr l-emendi tal-Anness VIII inklużi f'dan l-att, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (UE) Nru 540/2014
Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness VIII jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131.
(2) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
ANNESS
ANNESS VIII
MIŻURI DWAR IS-SISTEMA TA' TWISSIJA AKUSTIKA TAL-VETTURA (AVAS)
TAQSIMA I
Dan l-Anness jistipula l-miżuri li jikkonċernaw is-Sistema ta' Twissija Akustika ta' Vettura (AVAS) għal vetturi elettriċi ibridi u għal vetturi purament elettriċi.
I.1. Minkejja l-punti 2(a) u (b), id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima II għandhom japplikaw għall-AVAS installata:
|
(a) |
f'kull tip ta' vettura approvata qabel l-1 ta' Lulju 2019; |
|
(b) |
f'kull vettura ġdida bbażata fuq it-tip msemmija fil-punt (a) qabel l-1 ta' Lulju 2021. |
I.2. Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima III għandhom japplikaw għall-AVAS installata:
|
(a) |
fi kwalunkwe tip ta' vettura approvata qabel l-1 ta' Lulju 2019, jekk il-manifattur jagħżel li jagħmel dan; |
|
(b) |
fi kwalunkwe vettura ġdida abbażi tat-tip imsemmija fil-punt (a); |
|
(c) |
fi kwalunkwe tip ta' vettura approvata fl-1 ta' Lulju 2019 jew wara; |
|
(d) |
fi kwalunkwe vettura ġdida abbażi tat-tip imsemmija fil-punt (c); |
|
(e) |
fi kwalunkwe vettura ġdida fl-1 ta' Lulju 2021 jew wara. |
TAQSIMA II
II.1. Il-prestazzjoni tas-sistema
Jekk l-AVAS tkun installata fuq il-vettura, din għandha tikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fil-punti II.2 u II.3.
II.2. Il-kundizzjonijiet tal-operat
|
(a) |
Metodu tal-ġenerazzjoni tal-ħoss L-AVAS għandha awtomatikament tiġġenera ħoss fil-firxa minima tal-veloċità tal-vettura mill-bidu sa madwar 20 km/h u matul l-irriversjar. Meta l-vettura tkun mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna li qed topera fil-firxa tal-veloċità tal-vettura ddefinita hawn fuq, l-AVAS ma tiġġenera l-ebda ħoss. Għall-vetturi b'apparat ta' twissija bil-ħoss għar-rivers, mhuwiex neċessarju li l-AVAS tiġġenera ħoss matul l-irriversjar. |
|
(b) |
Swiċċ L-AVAS għandha tkun mgħammra bi swiċċ li jkun faċilment aċċessibbli mis-sewwieq tal-vettura u li jippermetti l-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni. Meta terġa' tinxtegħel il-vettura, l-AVAS għandu jaqa' fuq il-pożizzjoni mixgħula. |
|
(c) |
L-attenwazzjoni Il-livell tal-ħoss tal-AVAS jista' jiġi mnaqqas matul il-perjodi ta' tħaddim tal-vettura. |
II.3. It-tip u l-volum tal-ħoss
|
(a) |
Il-ħoss li jrid jiġi ġġenerat mill-AVAS għandu jkun ħoss kontinwu li jipprovdi informazzjoni li vettura qed titħaddem lil min ikun miexi fit-triq u lil utenti oħra tat-toroq. Il-ħoss għandu jkun faċilment indikattiv tal-imġiba tal-vettura u għandu jkun simili għall-ħoss ta' vettura tal-istess kategorija mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna. |
|
(b) |
Il-ħoss li jrid jiġi ġġenerat mill-AVAS għandu jkun indikattiv faċilment tal-imġiba tal-vettura, pereżempju, permezz ta' varjazzjoni awtomatika tal-livell tal-ħoss jew il-karatteristiċi f'sinkronizzazzjoni mal-veloċità tal-vettura. |
|
(c) |
Il-livell tal-ħoss iġġenerat mill-AVAS ma għandux jaqbeż il-livell tal-ħoss approssimattiv għal vettura tal-kategorija M1 mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna u li topera fl-istess kundizzjonijiet. |
TAQSIMA III
III.1. Il-prestazzjoni tas-sistema
L-AVAS għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti III.2 sa III.6.
III.2. Il-kundizzjonijiet tal-operat
|
(a) |
Metodu tal-ġenerazzjoni tal-ħoss L-AVAS għandha awtomatikament tiġġenera ħoss fil-firxa minima tal-veloċità tal-vettura mill-bidu sa madwar 20 km/h u matul l-irriversjar. Meta l-vettura tkun mgħammra b'magna ta' kombustjoni interna li qed topera fil-firxa tal-veloċità tal-vettura ddefinita hawn fuq, l-AVAS ma tiġġenera l-ebda ħoss. Vetturi li jkollhom il-livelli globali tal-ħoss li jkunu konformi mar-rekwiżiti fil-paragrafu 6.2.8 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE (1) b'marġni ta' + 3 dB (A), mhumiex meħtieġa li jkunu mgħammra b'AVAS. Ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6.2.8 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE għal baned ta' terz ta' ottava u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6.2.3 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE għax-xift tal-frekwenza kif definit fil-paragrafu 2.4 tal-istess Regolament tan-NU/KEE (”xift tal-frekwenza“) ma għandhomx japplikaw għal dawk il-vetturi. Għall-vetturi b'apparat ta' twissija bil-ħoss għar-rivers, mhuwiex neċessarju li l-AVAS tiġġenera ħoss matul l-irriversjar, diment li l-apparat ta' twissija bil-ħoss għar-rivers jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6.2 u fil-paragrafu 6.2.2 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE. Il-ħoss iġġenerat mit-tip ta' vettura mressaq għall-approvazzjoni, għandu jitkejjel permezz tal-metodi stabbiliti fl-Anness 3 u s-subparagrafi 6.2.1.3 u 6.2.2.2 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE. |
|
(b) |
Swiċċ L-AVAS tista' tkun mgħammra b'mekkaniżmu li jippermetti lis-sewwieq iwaqqaf l-operat ta' AVAS (”il-funzjoni pause“), li jkun faċilment aċċessibbli mis-sewwieq tal-vettura u li jippermetti l-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni. Meta tkun mgħammra bil-funzjoni pause, meta terġa' tinxtegħel il-vettura l-AVAS għandu jaqa' fuq il-pożizzjoni mixgħula. Barra minn hekk, il-funzjoni pause għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6.2.6 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE. |
|
(c) |
L-attenwazzjoni Il-livell tal-ħoss tal-AVAS jista' jiġi mnaqqas matul il-perjodi ta' tħaddim tal-vettura. F'dawk il-każijiet, il-livell tal-ħoss tal-AVAS għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6.2.8 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE. |
III.3. It-tip u l-volum tal-ħoss
|
(a) |
Il-ħoss li jrid jiġi ġġenerat mill-AVAS għandu jkun ħoss kontinwu li jipprovdi informazzjoni li vettura qed titħaddem lil min ikun miexi fit-triq u lil utenti oħra tat-toroq. Il-ħoss għandu jkun faċilment indikattiv tal-imġiba tal-vettura, pereżempju, permezz ta' varjazzjoni awtomatika tal-livell tal-ħoss jew il-karatteristiċi f'sinkronizzazzjoni mal-veloċità tal-vettura. Il-ħoss għandu jkun simili għall-ħoss ta' vettura tal-istess kategorija mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna. Għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
|
|
(b) |
Il-manifattur tal-vettura jista' jipprovdi l-possibbiltà lis-sewwieq li jagħżel minn ħsejjes differenti, li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6.2.5 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE. |
|
(c) |
Il-livell tal-ħoss iġġenerat mill-AVAS ma għandux jaqbeż il-livell tal-ħoss approssimattiv għal vettura tal-kategorija M1 mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna u li topera fl-istess kundizzjonijiet. Barra minn hekk, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.7 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE. |
|
(d) |
Il-livell globali tal-ħoss emess minn vettura li tikkonforma mas-subparagrafu tal-punt 2(a) ma għandux jaqbeż il-livell tal-ħoss approssimattiv għal vettura tal-kategorija M1 mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna u li topera fl-istess kundizzjonijiet. |
III.4. Ir-rekwiżiti relatati mal-korsa tat-testijiet
Sat-30 ta' Ġunju 2019, l-istandard ISO 10844:1994 jista' jiġi applikat bħala alternattiva għall-istandard ISO 10844:2014 għall-verifika tal-konformità tal-korsa tat-test kif deskritt fl-Anness 3, il-paragrafu 2.1.2 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE.
III.5. Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip
Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi, mehmuż maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, wieħed minn dawn id-dokumenti li ġejjin:
|
(a) |
il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 5(3) tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE, skont il-mudell stabbilit fl-Anness 1 ta' dak ir-Regolament; |
|
(b) |
ir-riżultati tat-testijiet tal-livelli tal-emissjonijiet tal-ħoss tal-AVAS, imkejla f'konformità ma' dan ir-Regolament. |
III.6. Marki
Kull komponent tal-AVAS għandu jkollu l-marki li ġejjin:
|
(a) |
il-marka kummerċjali jew il-marka tal-manifattur; |
|
(b) |
numru ta' identifikazzjoni. |
Il-marki għandhom ikunu jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux.
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1577
tal-5 ta' Settembru 2017
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Acciughe sotto sale del mar Ligure (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B'konformità mal-ewwel subaragrafu tal-Artikolu 53(1), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Acciughe sotto sale del mar Ligure”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2008 (2). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emenda, skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Acciughe sotto sale del mar Ligure” (IĠP) għandha tiġi approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2008 tal-4 ta' Awwissu 2008 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Acciughe sotto sale del Mar Ligure (IĠP), Brussels grondwitloof (IĠP), Œufs de Loué (IĠP)) (ĠU L 207, 5.8.2008, p. 7).
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1578
tat-18 ta' Settembru 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/476 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Unjoni wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (1) (“ir-Regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO”) u b'mod partikolari l-Artikoli 1 u 2 tiegħu,
Billi:
1. MIŻURI FIS-SEĦĦ
|
(1) |
Bir-Regolament Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013 tad-19 ta' Novembru 2013 il-Kunsill jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja (“ir-Regolament definittiv”) (2). |
2. RAPPORTI ADOTTATI MILL-KORP GĦAS-SOLUZZJONI TAT-TILWIM TAD-WTO
|
(2) |
Fis-26 ta' Ottubru 2016, il-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (“DSB”) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) adotta r-Rapport tal-Korp tal-Appell (3) u r-Rapport tal-Bord (4) kif immodifikati permezz tar-rapport tal-Korp tal-Appell (“ir-Rapporti”), fit-tilwim “Unjoni Ewropea — Miżuri Antidumping dwar il-Bijodiżil mill-Arġentina” (WT/DS473/15). Id-DSB iddikjara li r-Rapport tal-Bord jenħtieġ li jinqara flimkien mar-Rapport tal-Korp tal-Appell. Ir-rapport tal-Korp tal-Appell sab, fost affarijiet oħra, li l-Unjoni Ewropea aġixxiet b'mod inkonsistenti fir-rigward:
|
|
(3) |
Barra minn hekk, il-Bord sab, fost affarijiet oħra, li l-Unjoni Ewropea aġixxiet b'mod inkonsistenti ma':
|
|
(4) |
Il-Korp tal-Appell irrakkomanda li d-DSB jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tikkonforma l-miżuri tagħha mal-ADA u l-GATT tal-1994. |
3. IL-PROĊEDURA
|
(5) |
Fl-20 ta' Diċembru 2016, skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet rieżami (“ir-rieżami”) bil-pubblikazzjoni ta' Notifika (5) f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“in-Notifika ta' Bidu”). Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati fl-investigazzjoni li wasslet għar-Regolament Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013 (“l-investigazzjoni oriġinali”) bir-rieżami u bil-mod li bih il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tikkunsidra s-sejbiet tar-Rapporti. |
|
(6) |
Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni ta' rieżami u jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju rigward il-produzzjoni u d-dejta tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni lill-Bord Ewropew tal-Bijodiżil (“EBB” — European Biodiesel Board) u sussegwentement wettqet żjara ta' verifika fl-istabbilimenti tagħhom. |
4. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT
|
(8) |
Il-prodott ikkonċernat hu magħmul minn esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew minn żejt tal-gass paraffiniku, li jinkisbu minn sinteżi u/jew minn trattament idriku, ta' oriġini mhux fossili, f'forma pura jew f'taħlita, li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja, li attwalment jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 95, ex 1518 00 99, ex 2710 19 43, ex 2710 19 46, ex 2710 19 47, 2710 20 11, 2710 20 15, 2710 20 17, ex 3824 99 92, 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (“il-prodott ikkonċernat”, b'mod komuni msejjaħ “bijodiżil”). |
|
(9) |
Ir-Rapporti ma jaffettwawx il-konklużjonijiet li jinsabu fil-premessi (16) sa (27) tar-Regolament definittiv dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili. |
5. SEJBIET TA' DUMPING RIVEDUTI BBAŻATI FUQ IR-RAPPORTI
|
(10) |
Kif indikat fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid is-sejbiet definittivi tal-investigazzjoni oriġinali billi tqiesu r-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tad-DSB. Din ir-rivalutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni li nġabret fl-investigazzjoni oriġinali u l-informazzjoni riċevuta mill-partijiet interessati wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Bidu. |
|
(11) |
L-investigazzjoni oriġinali dwar id-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2011 sat-30 ta' Ġunju 2012 (“il-perjodu ta' investigazzjoni” jew “PI”). Dwar il-parametri rilevanti fil-kuntest tal-valutazzjoni tad-dannu, ġiet analizzata dejta li tkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni (“perjodu kkunsidrat”). |
|
(12) |
Dan ir-Regolament ifittex li jirrimedja l-aspetti inkonsistenti tad-WTO fir-Regolament definittiv u biex iġibu konformi mar-Rapporti. |
5.1. L-inklużjoni tal-Indoneżja
|
(13) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni rreferiet għall-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil mill-Indoneżja imposti mill-istess Regolament definittiv. Dawn il-miżuri bħalissa huma suġġetti għal tilwim pendenti quddiem id-WTO kontra l-Unjoni (6) (“Miżuri tal-UE rigward l-Indoneżja”). F'dan it-tilwim, l-Indoneżja għamlet pretensjonijiet simili għal dawk li ġew indirizzati fir-Rapporti. Peress li l-interpretazzjoni legali tal-Korp tal-Appell inkluża fir-Rapporti tidher li hija wkoll rilevanti għall-investigazzjoni rigward l-Indoneżja, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li l-miżuri antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Indoneżja jenħtieġu wkoll jiġu eżaminati f'rieżami parallel imwettaq skont l-Artikolu 2(1) tar-regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO, b'mod partikolari sa fejn ir-Regolament definittiv kien inkonsistenti mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA. |
|
(14) |
Fil-premessi (12) sa (20) tad-dokument ta' żvelar ġenerali, il-Kummissjoni stabbilixxiet l-analiżi preliminari tagħha tal-applikazzjoni tal-interpretazzjoni tal-Korp tal-Appell tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA għall-investigazzjoni Indoneżjana. |
|
(15) |
Wara l-iżvelar, il-partijiet interessati ssottomettew kummenti li jixħtu dubju fuq l-analiżi tal-Kummissjoni li jikkontestaw, fost oħrajn, l-applikabilità tal-interpretazzjoni tal-Korp tal-Appell, kif ukoll l-awtorità tal-Kummissjoni li taġixxi ex officio fuq dik l-interpretazzjoni skont ir-Regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO. |
|
(16) |
Minħabba li din l-analiżi tirrikjedi aktar ħin, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma ttemmx ir-rieżami li jikkonċerna l-Indoneżja f'dan il-punt, iżda minflok tkompli l-analiżi tagħha abbażi tal-kummenti li waslulha. Ir-rieżami mibdi skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO għalhekk għadu għaddej u jibqa' miftuħ sakemm idum jikkonċerna lill-Indoneżja. Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa b'dan permezz ta' dokument ta' żvelar rivedut tal-31 ta' Lulju 2017 u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. |
|
(17) |
Il-gvern Indoneżjan sostna li l-Kummissjoni kienet kisret il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni Ewropea billi l-ewwel żvelat l-intenzjoni tagħha li temenda r-regolament definittiv fir-rigward tal-Indoneżja u sussegwentement billi reġġgħet lura dik l-intenzjoni li tkompli l-investigazzjoni rigward l-Indoneżja. |
|
(18) |
L-ewwel nett, il-gvern Indoneżjan qies li dan jirriżulta fi trattament mhux ugwali u diskriminatorju ta' produtturi Indoneżjani vis-à-vis il-produtturi esportaturi Arġentini, minħabba li l-Kummissjoni kienet allegatament irrikonoxxiet, kif iddikjarat fin-Notifika ta' Bidu, li l-importazzjonijiet Indoneżjani tal-bijodiżil huma f'sitwazzjoni simili għal dawk tal-importazzjonijiet Arġentini. Billi kien hemm dewmien fir-rieżami rigward l-Indoneżja, il-produtturi esportaturi Indoneżjani huma manifestament żvantaġġati meta mqabbla mal-esportaturi Arġentini. |
|
(19) |
It-tieni, peress li l-Kummissjoni bdiet ir-rieżami fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-bijodiżil kemm Indoneżjani kif ukoll Arġentini, l-esportaturi Indoneżjani setgħu b'mod raġjonevoli u leġittimu jistennew li r-rieżami li jikkonċerna l-Indoneżja jiġi konkluż fl-istess żmien bħal dak għall-Arġentina. Din l-aspettattiva ġiet amplifikata ulterjorment mill-ewwel dokument ta' żvelar li fih il-Kummissjoni pproponiet li temenda wkoll ir-regolament definittiv għall-Indoneżja. Għaldaqstant, billi biddlet il-pożizzjoni tagħha permezz ta' żvelar rivedut, il-Kummissjoni allegatament kisret il-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi. |
|
(20) |
It-tielet, il-gvern Indoneżjan sostna li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' bona fede billi eskludiet l-importazzjonijiet Indoneżjani mir-rieżami fi stadju iktar tard tal-proċediment, minkejja li inkludiethom matul l-investigazzjoni. |
|
(21) |
Preliminarjament, il-Kummissjoni fakkret li l-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO diġà għamel sejbiet definittivi dwar il-miżuri tal-UE kontra l-importazzjonijiet ta' bijodiżil mill-Arġentina, filwaqt li t-tilwima separata dwar il-miżuri antidumping fuq il-bijodiżil mill-Indoneżja għadha pendenti quddiemu. Dawn tal-aħħar huma b'hekk meqjusa bħala miżura mhux kontestata skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO. Dan huwa infurmat, fost l-oħrajn, bl-użu tat-terminu “rapport” fl-Artikolu 1(1) tar-regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO biex jiddeskrivi miżura kkontestata li l-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-WTO jkun ħa ħsieb u aġġudika. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni fakkret ukoll li, skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea, il-kunċetti ta' “trattament indaqs” u “nondiskriminazzjoni” jipprojbixxu t-trattament ta' sitwazzjonijiet simili b'mod differenti, jew sitwazzjonijiet differenti bl-istess mod, mingħajr kwalunkwe bażi oġġettiv biex isir hekk (7). Għall-fini tal-implimentazzjoni tar-Rapporti tad-WTO, il-produtturi esportaturi Indoneżjani u Arġentini mhumiex oġġettivament fl-istess sitwazzjoni: l-eżerċizzju ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-investigazzjoni dwar dumping dannuż tal-prodott ikkonċernat mill-Arġentina seħħ skont l-Artikolu 1(1) tar-regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO u huwa tterminat permezz ta' dan ir-Regolament, filwaqt li l-eżerċizzju ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-investigazzjoni dwar l-istess prattiki mill-Indoneżja seħħ skont l-Artikolu 2(1) tar-regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO u għadu miftuħ. Sitwazzjoni ta' diskriminazzjoni tista' tinqala' biss jekk ikun hemm trattament ġuridiku differenti għall-operaturi li jinsabu fl-istess sitwazzjoni. |
|
(23) |
Billi, madankollu, ir-rieżami tal-implimentazzjoni tas-sejbiet tal-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim fid-WTO vis-à-vis l-Arġentina u l-Indoneżja kien mibdi fuq bażijiet legali differenti, it-tlestija tar-rieżami fl-investigazzjoni dwar dumping dannuż mill-Arġentina qabel dik fl-investigazzjoni dwar dumping dannuż mill-Indoneżja ma jirriżultax fi trattament differenti ta' sitwazzjoni simili. Dan huwa għaliex l-operaturi jsibu ruħhom f'sitwazzjonijiet differenti. |
|
(24) |
Kuntrarjament għall-argumenti mressqa mill-Gvern tal-Indoneżja, għaldaqstant, ma hemmx ksur tal-prinċipju ta' “trattament ugwali” jew “nondiskriminazzjoni” għall-finijiet tal-liġi tal-Unjoni Ewropea. Fi kwalunkwe każ, billi inkludiet lingwa permissiva (“tista'” u “jekk tqis li dan ikun xieraq”) fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO, il-leġiżlatura tal-UE tat lill-Kummissjoni marġni ta' diskrezzjoni sinifikanti dwar jekk timplimentax jew le rakkomandazzjoni tad-WTO fir-rigward ta' miżura mhux kontestata. |
|
(25) |
Kif innotat hawn fuq fil-premessa (16), il-Kummissjoni, wara li analizzat il-kummenti li waslu wara l-iżvelar, ikkunsidrat li kien xieraq li l-investigazzjoni tar-rieżami dwar l-Indoneżja ma tiġix konkluża f'dan il-waqt iżda, minflok, tkompli l-valutazzjoni tagħha dwar l-applikabbiltà ta' dawk is-sejbiet ukoll fil-konfront tal-Indoneżja abbażi tal-kummenti li waslulha. |
|
(26) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument li dokument ta' żvelar jagħti aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-konklużjoni finali ta' investigazzjoni. Għall-kuntrarju, l-għan ta' żvelar huwa li jinforma lill-partijiet interessati dwar is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni u jagħtihom il-possibbiltà li jeżerċitaw effettivament id-drittijiet tagħhom ta' difiża. Għalhekk huwa l-qofol innifsu tal-iżvelar li l-Kummissjoni tqis l-argumenti u l-fatti mressqa mill-partijiet interessati. |
|
(27) |
Għal din ir-raġuni, l-ittra ta' akkumpanjament għall-partijiet interessati kollha indikat b'mod espliċitu li “dan l-iżvelar ma jippreġudikax kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti li tista' tittieħed mill-Kummissjoni, imma meta deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn jiġu żvelati lill-kumpanija tiegħek malajr kemm jista' jkun”. F'dan il-każ partikolari, dan l-eżerċizzju wassal biex il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li teħtieġ aktar żmien biex tanalizza l-applikabbiltà tas-sejbiet tal-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-WTO safejn tikkonċerna lill-Indoneżja. Din id-deċiżjoni hija ta' natura preparatorja u mhux neċessarjament tippreġudika l-konklużjoni finali tal-Kummissjoni. Din l-istess deċiżjoni hija, barra minn hekk, eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Kummissjoni meta twettaq it-tip ta' rieżaminazzjonijet mibdija skont ir-regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO, li jaqgħu fl-ambitu tal-Politika Kummerċjali Komuni. |
|
(28) |
Konsegwentement, parti interessata ma tistax tibbaża ruħha fuq il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi qabel ma l-Kummissjoni tkun għalqet il-proċedura ta' rieżami inkwistjoni jekk il-Kummissjoni tagħżel li taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha mil-leġiżlatur tal-Unjoni (8). Dan l-argument, għaldaqstant, irid jiġi miċħud ukoll. |
|
(29) |
Fl-aħħar nett, l-ebda mala fede ma tista' tiġi inferita mill-fatt li din il-bidla seħħet wara żvelar inizjali tal-pożizzjoni preliminari tal-Kummissjoni, u lanqas ma l-Gvern Indoneżjan ippreżenta provi f'dan is-sens. Il-Kummissjoni wettqet il-passi kollha b'mod fidil fl-investigazzjoni ta' rieżami b'rispett sħiħ tad-drittijiet għal proċess ġust tal-partijiet interessati kollha. |
|
(30) |
Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetx il-pretensjonijiet li hija kisret il-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni billi eżerċitat id-diskrezzjoni tagħha li ma temendax, f'dan l-istadju tar-rieżami, il-miżuri antidumping sa fejn l-Indoneżja hija kkonċernata bir-rispett sħiħ tad-drittijiet għal proċess ġust tal-partijiet interessati kollha. |
|
(31) |
Wara l-iżvelar rivedut, produttur esportatur mill-Indoneżja (“Wilmar”) ikkontesta l-fehma tal-Kummissjoni li kienet teħtieġ aktar żmien biex tikkonkludi r-rieżami tagħha fil-konfront tal-Indoneżja minħabba r-riżultati ċari tar-rapporti tad-WTO. Huwa sostna wkoll li l-miżuri kontra l-Indoneżja jenħtieġu jiġu emendati. Fil-fehma tagħha, il-Kummissjoni hija kompetenti skont ir-Regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO biex temenda miżura mhux kontestata u li l-awtorità tagħha li taġixxi ex officio għalhekk ma setgħetx tiġi kkontestata. Fl-aħħar nett, Wilmar stqarr li s-sejbiet tal-Kummissjoni fil-konfront tal-Indoneżja jiġu posposti mbagħad is-sejbiet li jikkonċernaw l-Arġentina jenħtieġu jiġu posposti wkoll. Mill-perspettiva tiegħu hemm kwistjonijiet legali pendenti fil-proċediment tad-WTO Indoneżjan li jistgħu jsiru rilevanti u applikabbli wkoll għall-miżuri li jikkonċernaw l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina, notevolment fir-rigward tal-marġni ta' profitt. |
|
(32) |
Il-Kummissjoni qablet ma' Wilmar li hija, fil-prinċipju, kompetenti biex tagħmel sejbiet fir-rigward ta' miżura mhux kontestata skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (16) hawn fuq, il-Kummissjoni, wara li eżaminat il-kummenti li waslu, ma qisitx li huwa xieraq, f'dan l-istadju, li tikkonkludi l-investigazzjoni tar-rieżami rigward l-Indoneżja billi b'mod leġittimu teżerċita d-diskrezzjoni tagħha, prevista fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO. |
|
(33) |
Fir-rigward tal-allegazzjoni ta' Wilmar li anki s-sejbiet li jikkonċernaw l-Arġentina jenħtieġu jiġu posposti, il-Kummissjoni fakkret li r-rapporti tad-WTO kkonfermaw il-metodoloġija użata fir-Regolament definittiv li tistabbilixxi marġni ta' profitt. Il-kwistjoni fil-każ Indoneżjan pendenti ma tqajmitx sa fejn l-Arġentina kienet ikkonċernata. Fi kwalunkwe każ, l-Unjoni u l-Arġentina qablu dwar perjodu ta' żmien raġonevoli biex jimplimentaw is-sejbiet tar-rapporti, li jenħtieġu jiġu rispettati. |
5.2. Determinazzjoni tal-valur normali u tal-kalkolu tal-marġni ta' dumping
|
(34) |
Din it-taqsima tistabbilixxi s-sejbiet ivvalutati mill-ġdid tal-investigazzjoni oriġinali rigward ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tar-Rapporti li l-Unjoni aġixxiet b'mod inkonsistenti ma':
|
|
(35) |
Kif imsemmi fil-premessa (28) tar-Regolament definittiv, il-Kummissjoni ddeterminat li l-valur normali kellu jiġi maħdum peress li l-bejgħ domestiku ma kienx meqjus li huwa fil-perkors normali tal-kummerċ. Din is-sejba ma ġietx ikkontestata u tibqa' valida. |
|
(36) |
Fil-premessi (29) sa (34) tar-Regolament definittiv, il-Kummissjoni stabbiliet li d-differenza fit-taxxi tal-esportazzjoni imposti mill-Arġentina fuq l-input ta' materja prima prinċipali (iż-żejt tal-fażola tas-sojja u l-fażola tas-sojja fl-Arġentina) u dawk imposti fuq il-prodott finali (il-bijodiżil) niżżlet il-prezzijiet domestiċi fl-Arġentina, u b'hekk jenħtieġ li dan jitqies fil-kalkolu tal-valur normali. |
|
(37) |
B'hekk, meta ħadmet il-valur normali, il-Kummissjoni biddlet il-kostijiet tal-materja prima prinċipali rrapurtati fir-reġistri tal-produtturi esportaturi bi prezzijiet ta' referenza ppubblikati mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi kkonċernati. |
|
(38) |
Il-Kummissjoni bbażat iktar il-konklużjonijiet tagħha fl-investigazzjoni oriġinali fuq l-interpretazzjoni li l-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA jippermetti lill-awtorità li tinvestiga biex tirrifjuta li tuża r-reġistri tal-produtturi esportaturi jekk tiddetermina li huma jew (i) inkonsistenti mal-GAAP jew (ii) ma jirriflettux b'mod raġonevoli l-kostijiet marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt kunsiderazzjoni (il-premessa 42 tar-regolament definittiv). |
|
(39) |
Kemm il-Bord kif ukoll il-Korp tal-Appell kienu tal-istess opinjoni li d-determinazzjoni tal-Kummissjoni li l-prezzijiet domestiċi tal-fażola tas-sojja mill-Arġentina kienu aktar baxxi mill-prezzijiet internazzjonali minħabba s-sistema fiskali fuq l-esportazzjoni Arġentina ma kinitx, fiha nnifisha, bażi suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li r-reġistri tal-produtturi ma kinux jirriflettu raġonevolment il-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni tal-fażola tas-sojja u l-bejgħ tal-bijodiżil, jew biex ma jitqisux il-kostijiet rilevanti f'dawn ir-reġistri meta jinħadem il-valur normali tal-bijodiżil. |
|
(40) |
Wara r-Rapporti, il-Kummissjoni reġgħet ikkalkulat il-valur normali għall-produtturi esportaturi fl-Arġentina. Il-metodoloġija użata għal dan il-kalkolu kienet identika għall-metodoloġija spjegata fil-premessi (40) sa (49) għall-Arġentina tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 490/2013 (9). |
|
(41) |
Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (45) tar-Regolament provviżorju, il-bejgħ domestiku ma kienx ikkunsidrat li sar fil-perkors normali tal-kummerċ u l-valur normali tal-prodott simili kellu jiġi maħdum skont l-Artikoli 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi mal-kostijiet tal-produzzjoni aġġustati matul il-perjodu ta' investigazzjoni, ġew miżjuda l-ispejjeż imġarrba tal-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u l-ispejjeż amministrattivi (“SG&A”) u marġni ta' profitt raġonevoli. |
|
(42) |
Kif spjegat fil-premessa (46) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni qieset li l-ammont ta' profitt ma setax ikun ibbażat fuq id-dejta attwali tal-kumpaniji li fuqhom sar il-kampjunar fl-Arġentina. Għaldaqstant, l-ammont ta' profitt użat biex ġie stabbilit il-valur normali kien iddeterminat skont l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-ammont raġonevoli ta' profitt li industrija żagħżugħa u innovattiva ta' kapital intensiv ta' dan it-tip, tista' tikseb taħt il-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni f'suq ħieles u miftuħ, jiġifieri 15 % ibbażat fuq il-fatturat. |
|
(43) |
F'numru ta' sottomissjonijiet magħmula matul dan ir-rieżami, l-EBB iddikjara li r-rapporti ma jipprekludux lill-Kummissjoni milli tagħmel aġġustament għall-kostijiet tal-materja prima meta jinħadem il-valur normali, sakemm ikun ġustifikat b'mod adegwat. Huwa argumenta li minħabba l-impatt drammatiku fuq is-suq tal-Unjoni tal-mekkaniżmu tat-Taxxa Differenzjali fuq l-Esportazzjoni (DET) u d-diversi possibbiltajiet legali previsti minn dawn ir-rapporti bħala bażi għal aġġustament bħal dan, il-miżuri kontra l-Arġentina jenħtieġu jinżammu fil-livell attwali tagħhom, għalkemm ibbażati fuq raġunament differenti. |
|
(44) |
B'mod partikolari l-EBB irrefera għad-dikjarazzjoni fir-rapport tal-Korp tal-Appell li “d-determinazzjoni tal-awtoritajiet tal-UE li l-prezzijiet domestiċi tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina kienu iktar baxxi mill-prezzijiet internazzjonali minħabba s-sistema fiskali tal-esportazzjoni, ma kinitx, fiha nfisha, bażi suffiċjenti biex jiġi konkluż li r-reġistri tal-produtturi ma jaffettwawx b'mod raġonevoli l-kostijiet tal-fażola tas-sojja” (il-paragrafu 6.55 tar-rapport tal-Korp tal-Appell) u ddikjara li r-rapporti tad-WTO żammew il-possibbiltà li kostijiet tal-materja prima jiġu injorati u jaġġustaw dawn il-kostijiet jekk tali kostijiet jinsabu li mhumiex affidabbli. |
|
(45) |
Skont l-EBB, is-sistema DET tfixkel is-suq għal materja prima sal-punt li l-kundizzjonijiet normali ta' provvista u domanda ma għadhomx fatturi determinanti għal tranżazzjoni u effettivament jikkawżaw trasferiment ta' valur minn produtturi tal-materja prima għall-produtturi tal-bijodiżil li huwa nieqes minn ġustifikazzjonijiet tas-suq. Skont l-EBB dan huwa simili għal sitwazzjonijiet ta' tranżazzjonijiet preferenzjali, u/jew “prattiki oħra” li jistgħu jaffettwaw l-affidabbiltà tal-kostijiet fir-reġistri ta' produttur esportatur u li huma raġunijiet ġustifikati biex jiġu injorati tali kostijiet, minkejja li jkunu verament imġarrba. |
|
(46) |
B'appoġġ għall-pretensjoni tiegħu li d-DET ifixkel is-suq tal-materja prima, l-EBB jibbaża b'mod partikolari fuq analiżi provduta mill-esperti tiegħu stess kif ukoll studju mqabbad minnu bit-titlu “Measuring the Distortion to Biodiesel Costs in Argentina Caused by Differential Export Taxes on Soybean Products” (“l-Istudju Heffley”), li allegatament it-tnejn juru li s-sistema fiskali tal-esportazzjoni differenzjali twaqqa' b'mod artifiċjali u b'mod sinifikanti l-prezzijiet domestiċi tal-materja prima inkwistjoni u b'hekk mhijiex affidabbli. |
|
(47) |
L-Istudju Heffley ġabar dejta mill-2010 sal-2016 fl-Arġentina u l-Istati Uniti dwar il-kost tal-produzzjoni tal-bijodiżil f'dawn iż-żewġ pajjiżi. Huwa pprovda wkoll analiżi speċifiku tas-suq għal Ottubru 2011 sa Settembru 2012. Dan sab li l-kost tal-produzzjoni tal-bijodiżil mill-fażola tas-sojja (SME) fl-Arġentina kien iktar baxx mill-kost tal-produzzjoni tal-istess prodott fl-Istati Uniti. Din id-differenza ta' 27 %, skont l-istudju, kienet “kollha kemm hi minħabba d-DET”. |
|
(48) |
Fit-tieni stadju, l-istudju qabbel il-prezz tal-esportazzjoni tal-SME mill-Arġentina (mingħajr ma speċifika d-destinazzjoni) mal-prezz medju tas-suq għall-SME fl-Istati Uniti. Il-prezz tal-esportazzjoni medju Arġentin ta' 875 USD/MT kien inqas mill-prezz tas-suq domestiku Amerikan ta' 1 198 USD/MT. Dan joħloq inċentiv qawwi għall-importazzjoni tal-bijodiżil Arġentin. L-istudju jikkonkludi li din id-distorsjoni “tirriżulta direttament” mid-DET. |
|
(49) |
L-EBB kompla jenfasizza li l-korrezzjoni ta' dawn id-distorsjonijiet tkun b'mod ċar fil-loġika tal-proċess antidumping. Huwa sostna li distorsjonijiet bħal dawn jenħtieġ li jiġu kkoreġuti billi jsiru aġġustamenti għall-kostijiet, b'mod partikolari għall-kostijiet tal-materja prima, sabiex jiġu mal-livell tal-kostijiet li kienu jiġġarrbu kieku ma kien hemm l-ebda distorsjoni. B'dan il-mod, allegatament il-Kummissjoni tkun qed tistabbilixxi mill-ġdid dak li fil-fatt ikunu l-kostijiet reali fuq is-suq tal-esportatur għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott rilevanti taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. |
|
(50) |
Diversi produtturi tal-bijodiżil ikkontestaw il-proposta tal-EBB li l-Kummissjoni jenħtieġ li tinjora l-kostijiet irreġistrati għal materja prima fuq il-bażi li s-sistema ta' DET għamlet dawn il-kostijiet mhux affidabbli. Huma tennew li l-Bord u l-Korp tal-Appell speċifikament ċaħdu l-argument li d-DET, fih innifsu, jista' jkun il-bażi biex jiġu injorati l-kostijiet irreġistrati u li, fi kwalunkwe każ, awtorità ta' investigazzjoni ma tistax tirrifjuta l-kostijiet irreġistrati meta r-reġistri b'mod eżatt u fidil jirriflettu l-kostijiet realment imġarrba. |
|
(51) |
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-Korp tal-Appell ma eskludiex, per se, il-possibbiltà li awtorità ta' investigazzjoni tista', f'ċerti ċirkustanzi speċifiċi, tinjora l-kostijiet irreġistrati jekk l-investigazzjoni turi li l-kostijiet kienu, eż. sopravalutati jew sottovalutati jew jekk tranżazzjonijiet preferenzjali jew prattiki oħra kinux affettwaw l-affidabbiltà tal-kostijiet irrapportati (il-paragrafu 6.41 tar-rapport tal-Korp tal-Appell). |
|
(52) |
Madankollu, il-Korp tal-Appell iddikjara wkoll li s-sistema fiskali tal-esportazzjoni Arġentina, fiha nnifisha ma kinitx bażi suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li r-reġistri tal-produtturi ma kinux jirriflettu raġonevolment il-kostijiet ta' materja prima assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-bijodiżil, jew biex jiġu injorati l-kostijiet rilevanti f'dawn ir-reġistri meta jinħadem il-valur normali tal-bijodiżil (il-paragrafu 6.55 tar-rapport tal-Korp tal-Appell). |
|
(53) |
L-argumenti tal-EBB jibbażaw fuq il-premessa li l-effett distortiv allegat tas-sistema DET iwasslu biex il-kost tal-materja prima inkwistjoni ma jkunx affidabbli u għalhekk jenħtieġ li jiġi injorat. L-EBB isostni li l-prezzijiet domestiċi tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina kienu aktar baxxi mill-prezzijiet internazzjonali minħabba s-sistema fiskali Arġentina fuq l-esportazzjoni. Madankollu, jekk wieħed jaċċetta dan l-argument ikun importanti li jammetti, għall-kuntrarju tas-sejbiet tal-Korp tal-Appell, li s-sistema DET, fiha nfisha, ipproduċiet effetti tali li l-kostijiet realment imġarrba u rreġistrati fir-reġistri tal-kumpanija, jenħtieġ li jiġu injorati, sempliċiment għax kienu aktar baxxi mill-prezzijiet internazzjonali. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-investigazzjoni oriġinali kkonfermat li l-ispejjeż reali mġarrba għall-materja prima ġew riflessi adegwatament u b'mod fidil fir-reġistri tal-kumpaniji. |
|
(54) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni tal-EBB peress li l-aċċettazzjoni tagħha ma kinitx tkun f'konformità mas-sejbiet tar-Rapporti. |
|
(55) |
Għalhekk, sabiex il-miżuri jinġiebu f'konformità mar-Rapporti u jsiru konsistenti mad-WTO, il-Kummissjoni qieset li hu neċessarju li jiġi determinat il-valur normali fuq il-bażi tal-kostijet reali li jkunu nġarrbu kif rifless fir-reġistri rispettivi tal-kumpanija. |
|
(56) |
Wara l-iżvelar, l-EBB irrepeta li d-deċiżjoni tad-WTO ppermettiet lill-Kummissjoni tirrikorri għal aġġustament tal-kost f'dan il-każ. Huwa sostna li l-Kummissjoni kienet interpretat ħażin id-deċiżjoni tad-WTO u l-argument tal-EBB. |
|
(57) |
L-EBB isostni li l-Kummissjoni injorat id-dikjarazzjonijet tar-Rapporti li “l-prezzijiet domestiċi tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina kienu aktar baxxi mill-prezzijiet internazzjonali minħabba s-sistema fiskali Arġentina fuq l-esportazzjoni”. L-EBB sostna li s-sentenza ma ddikjaratx, kif sostniet il-Kummissjoni, li l-effetti distortivi tad-DET mhumiex bażi suffiċjenti biex isir aġġustament tal-kostijiet. |
|
(58) |
L-EBB tenna u enfasizza wkoll li l-fatt li l-prezzijiet fis-suq domestiku ma kinux affidabbli minħabba d-DET, ma kienx bażi suffiċjenti biex wieħed jikkonkludi li r-reġistri tal-produtturi li ma kinux jirriflettu raġonevolment il-kostijiet tal-fażola tas-sojja assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-bijodiżil. In-nuqqas ta' affidabbiltà tal-prezzijiet domestiċi jippermetti biex il-kostijiet irreġistrati jiġu injorati u l-EBB ipprovda lill-Kummissjoni bit-tagħrif kollu meħtieġ biex jiġu aġġustati l-kostijiet. |
|
(59) |
L-EBB insista li l-Bord u l-Korp tal-Appell kienu ddeċidew li l-awtoritajiet investigattivi kellhom ikunu ħielsa li jeżaminaw l-affidabilità tal-kostijet irreġistrati fir-reġistri tal-produtturi/esportaturi, b'mod partikolari, jekk il-kostijiet kollha sostnuti ġewx maqbuda; jekk il-kostijiet imġarrba kinux sopravalutati jew sottovalutati; u jekk tranżazzjonijiet preferenzjali jew prattiki oħra affettwawx l-affidibbiltà tal-kostijiet irrapportati. Skont l-EBB, l-effett tas-sistema tad-DET kien simili għal tranżazzjonijiet li ma kinux preferenzjali u/jew kienu jammontaw għal prattika oħra li tista' taffettwa “l-affidabbiltà tal-kostijiet irrapportati” (10). |
|
(60) |
Il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid din il-pretensjoni wkoll fid-dawl tas-seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta tal-20 ta' Lulju 2017. Il-Kummissjoni fil-premessi (51) sa (55) ressqet l-argument li l-ispejjeż reali mġarrba għal materja prima ġew riflessi b'mod adegwat u b'mod fidil fir-reġistri tal-kumpaniji Arġentini u li l-aġġustament tal-kost preċedenti kienu nstabu li huma inkompatibbli mal-obbligi tad-WTO tal-UE. |
|
(61) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-interpretazzjoni tal-EBB tas-sejbiet tal-Bord u tal-Korp tal-Appell. Pereżempju, in-nota f'qiegħ il-paġna 400 tar-Rapport tal-Bord hija iktar sottili minn dak li jissuġġerixxi l-argument tal-EBB. Il-Bord sab li “l-eżami tar-reġistri li joħroġ mit-terminu ‘jirrifletti b'mod raġonevoli’ fl-Artikolu 2.2.1.1 ma jinvolvix eżami ta' ‘raġonevolezza’ tal-kostijiet irrapurtati nfushom, meta l-ispejjeż reali rreġistrati fir-reġistri tal-produttur jew tal-esportatur jinstab b'xi mod ieħor, fil-limiti aċċettabbli, li huma eżatti u fidili”. |
|
(62) |
Madankollu, billi ddikjara li l-effett tas-sistema tad-DET kien simili għal tranżazzjonijiet preferenzjali u/jew jammonta għal prattika oħra, l-EBB indika preċiżament fid-direzzjoni għal tali eżami tar-raġonevolezza ta' dawn il-kostijiet irrappurtati. |
|
(63) |
Barra minn hekk, l-effetti tas-sistema tad-DET ma kinux (i) la simili għal tranżazzjoni preferenzjali; (ii) u lanqas ma kienu jammontaw għal tali “prattika oħra” li setgħet taffettwa l-affidabbiltà tal-kostijiet fir-reġistri ta' produttur esportatur. Hu x'inhu l-kamp ta' applikazzjoni preċiż ta' dawn il-kunċetti, il-Bord u l-Korp tal-Appell speċifikament ċaħdu l-argumenti bażiċi tal-Kummissjoni li d-distorsjoni tal-prezz ikkawżata mis-sistema fiskali fuq l-esportazzjoni Arġentina (DET) kienet, fiha nnifisha, bażi suffiċjenti sabiex jiġu miċħuda l-kostijiet fir-reġistri ta' produttur esportatur (11). |
|
(64) |
Wara l-iżvelar rivedut, l-EBB żamm il-pożizzjoni tiegħu li l-Kummissjoni kienet interpretat ħażin id-dikjarazzjoni tal-Korp tal-Appell fil-paragrafu 6.55 tar-rapport tiegħu u injorat il-possibbiltà prevista fil-paragrafu 6.41 tal-istess rapport li tiġi eżaminata l-affidabilità tal-kostijiet tal-materja prima rreġistrati u jiġu injorati dawn il-kostijiet jekk jinstabu li mhumiex affidabbli u pprovda xi argumenti addizzjonali bħala sostenn. |
|
(65) |
Fir-rigward tal-ewwel allegazzjoni l-EBB sostna li d-dikjarazzjoni AB fil-paragrafu 6.55 “… id-determinazzjoni tal-awtoritajiet tal-UE li l-prezzijiet domestiċi tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina kienu aktar baxxi mill-prezzijiet internazzjonali minħabba s-sistema fiskali tal-esportazzjoni Arġentina ma kinitx, fiha nnifisha, bażi suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li r-reġistri tal-produtturi ma kinux jirriflettu raġonevolment il-kostijiet tal-fażola tas-sojja assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-bijodiżil, jew biex jiġu injorati dawk il-kostijiet meta jinħadem il-valur normali ta' bijodiżil” mhijiex valutazzjoni legali mill-Korp tal-Appell, kif allegat mill-Kummissjoni, iżda sempliċi kwotazzjoni tal-konklużjoni tal-Kummissjoni stess tar-regolament definittiv. L-EBB iddikjara wkoll li l-kliem “ma kinitx, fiha nnifisha, bażi suffiċjenti” jimplikaw li s-sistema fiskali tal-esportazzjoni Arġentina setgħet tipprovdi bażi suffiċjenti biex tinjora l-kostijiet, iżda l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-analiżi meħtieġa. Fl-aħħar nett, l-interpretazzjoni mill-Kummissjoni tal-paragrafu 6.55 ukoll injora l-fatt li l-Korp tal-Appell kien qies li kien neċessarju li jindirizza wkoll il-kwistjoni sussegwenti ta' parametru referenzjarju. Dan ma kienx ikun meħtieġ kieku l-Korp tal-Appell eskluda kategorikament li s-sistema fiskali tal-esportazzjoni Arġentina setgħet isservi bħala bażi għal aġġustament tal-kostijiet. |
|
(66) |
Il-Kummissjoni ma aċċettatx l-interpretazzjoni ssuġġerita mill-EBB. |
|
(67) |
L-ewwel nett, id-dikjarazzjoni AB fil-paragrafu 6.55 imsemmi hawn fuq mhijiex sempliċi kwotazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni stess. Għall-kuntrarju, hija tifforma parti integrali tal-interpretazzjoni tal-Korp tal-Appell tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA fil-paragrafu 6.56. Il-Korp tal-Appell espressament qabel mal-Bord li din id-dispożizzjoni ma kinitx toffri bażi suffiċjenti għall-konklużjoni tal-Kummissjoni biex tinjora l-kostijiet irreġistrati tal-produtturi Arġentini tal-bijodiżil għax il-prezzijiet domestiċi tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina kienu aktar baxxi mill-prezzijiet internazzjonali minħabba s-sistema fiskali tal-esportazzjoni Arġentina. L-AB irrepeta din is-sejba normattiva kelma b'kelma fil-paragrafu 6.56 li jmiss taħt l-intestatura “Konklużjonijiet”. |
|
(68) |
It-tieni, il-frażi “ma kinitx, fiha nnifisha, bażi suffiċjenti” timplika, fil-fehma tal-Kummissjoni, li s-sempliċi eżistenza tas-sistema fiskali fuq l-esportazzjoni ma kinitx bażi suffiċjenti biex ikun ġustifikat l-aġġustament tal-kostijiet kif sar fl-investigazzjoni oriġinali. Jekk minflok (kif argumentat mill-EBB) ir-raġuni prinċipali għall-Korp tal-Appell biex isib inkonsistenza tad-WTO tal-miżuri tal-UE kienet ir-raġunar insuffiċjenti tal-Kummissjoni fir-Regolament oriġinali, kien jgħid hekk espressament. Madankollu, ma ġie ddikjarat xejn minn dan mill-Korp tal-Appell u l-Bord. Pjuttost, il-kliem “fih innifsu” seta' ntuża biex jagħmel ċar li t-tħaddim tas-sistema fiskali tal-esportazzjoni fl-Arġentina ma jistax “bħala tali” jwassal għal aġġustament tal-kostijiet skont l-Artikolu 2.2.1.1 ADA jkunu kemm ikunu raġunati tajjeb jew dokumentati l-effetti distortivi tagħha. |
|
(69) |
It-tielet, il-Kummissjoni ma qablitx mal-inferenza tal-EBB li l-fatt li l-Korp tal-Appell indirizza l-pretensjoni rigward il-parametru referenzjarju fil-paragrafi 6.58 sa 6.83 kien indikazzjoni li s-sistema fiskali tal-esportazzjoni fl-Arġentina setgħet tabilħaqq ikollha bażi suffiċjenti biex tinjora l-ispejjeż irreġistrati għal materja prima. Kif jista' jiġi mifhum mill-intestatura ta' qabel il-paragrafu 6.58, hawnhekk il-Korp tal-Appell indirizzaw pretensjoni differenti mill-Arġentina taħt l-Artikolu 2.2 tal-ADA. |
|
(70) |
Il-Kummissjoni mbagħad, daret fuq it-tieni pretensjoni tal-EBB, jiġifieri li l-punt 6.41 tar-rapport tal-Korp tal-Appell ipprovda sinjal ċar li l-kostijiet irreġistrati fir-reġistri ta' kumpanija jistgħu jiġu injorati meta jkunu bbażati fuq prattiki li jaffettwaw l-affidabilità tal-ispejjeż irrappurtati. L-EBB irrefera wkoll għall-fatt li filwaqt li l-Bord kien ippreżenta dan ir-raġunament f'nota ta' qiegħ il-paġna biss, il-Korp tal-Appell sab li jeħtieġ li jkun inkluż fit-test tar-rapport tiegħu. Dan skont l-EBB jindika li l-Korp tal-Appell ried jelimina interpretazzjoni restrittiva ż-żejjed tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA u jagħti sinjal ċar li l-aġġustament tal-kostijiet jibqa' possibbli f'dak il-kuntest. |
|
(71) |
Fil-paragrafu 6.41, il-Korp tal-Appell indirizza pretensjoni mill-UE li r-rapport tal-Bord jissuġġerixxi li awtorità ta' investigazzjoni jkollha taċċetta kwalunkwe kost irrappurtat fid-dokumentazzjoni ta' kumpanija sakemm kien jirrifletti b'mod korrett il-kostijiet attwalment imġarrba “indipendentement minn kemm tali kost ma jkunx raġonevoli meta mqabbel ma' indikatur jew parametru referenzjarju konsistenti ma' kundizzjonijiet normali tas-suq”. Huwa ċaħad dik l-interpretazzjoni u fakkar li l-Bord kien fil-fatt aċċetta li l-awtorità investigattiva tista' teżamina l-affidabilità u l-preċiżjoni rreġistrati fir-reġistri tal-produtturi. L-awtorità investigattiva għalhekk tista' tiddetermina “jekk il-kostijiet kollha mġarrba jinqabdux; jekk il-kostijiet imġarrba kinux sopravalutati jew sottovalutati; u jekk tranżazzjonijiet preferenzjali jew prattiki oħra jaffettwawx l-affidibbiltà tal-kostijiet irrapportati”. |
|
(72) |
Il-Kummissjoni qablet mal-EBB li l-Korp tal-Appell kien laqa' d-deċiżjoni tal-Bord li l-kostijiet irreġistrati jistgħu jiġu skartati meta l-awtorità investigattiva ssib tranżazzjonijiet preferenzjali jew prattiki oħra li jaffettwaw l-affidabbiltà tagħhom. Hija kkonstatat ukoll li huwa normali li l-Korp tal-Appell indirizza pretensjoni fil-korp tad-deċiżjoni tiegħu minflok f'nota f'qiegħ il-paġna, kif kien għamel il-Bord. Madankollu, la l-Bord u lanqas il-Korp tal-Appell ma għamlu sejbiet jew suġġerimenti li s-sistema fiskali tal-esportazzjoni fl-Arġentina tista' taqa' taħt din l-eċċezzjoni ta' prattika li taffettwa l-affidabbiltà. Kieku l-Bord jew il-Korp tal-Appell kienu kkunsidraw li s-sistema fiskali fuq l-esportazzjoni Arġentina setgħet tikkwalifika bħala prattika oħra li taffettwa l-affidabbiltà, kienu jagħmlu dan il-punt ċar u kienu jirrinunzjaw milli jsibu inkonsistenza tad-WTO tal-miżuri tal-UE. |
|
(73) |
Il-Kummissjoni għalhekk żammet mal-interpretazzjoni tagħha tar-Rapporti li l-UE ma setgħetx tinjora l-kostijiet effettivament imġarrba u rreġistrati b'mod preċiż meta jinħadem il-valur normali tal-bijodiżil fl-Arġentina abbażi ta' distorsjonijiet li jirriżultaw mis-sempliċi eżistenza tas-sistema tat-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-Arġentina. |
|
(74) |
Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni mbagħad għaddiet għall-punti magħmula mill-EBB — u, wara l-iżvelar ukoll mill-FEDIOL, fornitur lill-industrija tal-bijodiżil fl-Unjoni –, li l-Kummissjoni jenħtieġ li tħares lejn evidenza alternattiva għal aġġustamenti fil-kostijiet biex tinnewtralizza l-effetti distorsivi tad-DET għall-kost ta' produzzjoni tal-bijodiżil fl-Arġentina. F'dan ir-rigward, hija nnotat li l-ġbir ta' evidenza alternattiva għal aġġustamenti fil-kostijiet biex jiġu newtralizzati l-effetti distorsivi tad-DET ma kienx l-għan ta' din l-investigazzjoni ta' rieżami attwali. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnotat li l-evidenza li kien hemm fl-Istudju Heffley ma setgħetx titqies bħala bażi suffiċjentament solida għal aġġustament ġdid tal-kostijiet, għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(75) |
L-ewwel nett, il-PI kopra minn Lulju 2011-Ġunju 2012, filwaqt li analiżi speċifika tal-Istudju Heffley tittratta minn Ottubru 2011 sa Settembru 2012. Konsegwentement, hemm biss trikkib parzjali tal-perjodi kkunsidrati, u b'hekk huwa dubjuż jekk ir-riżultati tal-istudju jistgħux jiġu tradotti għall-investigazzjoni sottostanti mingħajr aġġustamenti. Il-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tikkoreġi dan in-nuqqas ta' qbil mingħajr dejta għall-perjodu minn Lulju 2011-Settembru 2011. |
|
(76) |
It-tieni, l-istudju stima l-kost tal-produzzjoni fl-Istati Uniti mill-prezz tal-fażola tas-sojja fis-suq tal-Istati Uniti. Dan il-metodu ekonomiku huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet mingħajr ma jipprovdi, madankollu, informazzjoni affidabbli tal-kost reali tal-produzzjoni ta' bijodiżil tal-Istati Uniti. Anke jekk jista' jiġi bbażat fuq suppożizzjonijiet biss, l-idea li l-kostijiet biex isir il-bijodiżil minn żejt tal-fażola tas-sojja mhux raffinat ikunu l-istess fl-Istati Uniti u l-Arġentina mhijiex sostanzjata. It-tielet, l-użu ta' prezz “medju” fuq l-esportazzjoni Argentina jinjora l-fatt li l-prezz ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni jista' jkun fil-fatt ogħla mill-medja. Fil-fatt, matul il-PI tal-investigazzjoni oriġinali, il-prezz tal-esportazzjoni tal-bijodiżil Arġentin lejn l-UE kien ta' EUR 967/MT, li huwa ekwivalenti għal 1 294 USD/MT, billi jintużaw ir-rati tal-kambju ta' dak iż-żmien, kif irreġistrati fil-fajl. Madankollu, għal dan il-perjodu l-istudju uża prezz medju tal-esportazzjoni ta' 1 071 USD/MT. Dan juri li l-konklużjoni li l-benefiċċju allegat mid-DET ma setax jiġi dirett mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(77) |
Ir-raba', l-istudju sempliċement jassumi, mingħajr evidenza adegwata biex jissostanzjaha, li l-kost (baxx) tal-produzzjoni fuq is-suq domestiku tal-Arġentina matul il-perjodu kkunsidrat kien esklussivament ikkawżat mid-DET. Tabilħaqq, l-istudju ma jqisx fatturi oħrajn ta' vantaġġ komparattiv li jistgħu jagħmlu l-produzzjoni tal-bijodiżil fl-Arġentina irħas mill-Istati Uniti. |
|
(78) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li ma setgħetx tissostitwixxi b'mod preċiż il-kost irreġistrat fir-reġistri tal-produtturi Arġentini tal-bijodiżil mill-valur referenzjarju ssuġġerit fl-Istudju Heffley. |
|
(79) |
Wara l-iżvelar rivedut, l-EBB iċċara li l-iskop ta' dan l-istudju kien biss biex juri kif il-Kummissjoni, bħala eżempju, tista' tapprezza u tikkwantifika l-firxa tad-distorsjoni (nuqqas ta' affidabbiltà) ikkawżata mis-sistema fiskali fuq l-esportazzjoni Arġentina u mhux biex jissostitwixxi jew jieħu l-post ta' analiżi mill-Kummissjoni abbażi tad-dejta tagħha stess miġbura u vverifikata matul l-investigazzjoni oriġinali. |
|
(80) |
L-EBB ressaq ukoll studju rivedut b'dejta ta' referenza li tikkorrispondi kompletament mal-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali li wera riżultat simili ħafna, jiġifieri distorsjoni tal-prezzijiet domestiċi għall-fażola tas-sojja ta' madwar 27 %. L-EBB ikkontesta ulterjorment il-fehma tal-Kummissjoni li l-istudju bbaża fuq il-kost tal-produzzjoni fl-Istati Uniti. Għall-kuntrarju, l-istudju bbaża fuq stima tal-kostijiet tal-produzzjoni tal-bijodiżil fl-Arġentina. Barra minn hekk, il-kritika tal-Kummissjoni fir-rigward tal-istudju li tibbaża ruħha fuq prezz medju tal-esportazzjoni hija żbaljata peress li dan il-prezz huwa, fih innifsu, irrilevanti għall-kalkolu tad-distorsjoni tal-kostijiet tal-bijodiżil fl-Arġentina li huwa kkawżat mis-sistema fiskali fuq l-esportazzjoni. Fl-aħħar nett, l-EBB jargumenta li kwalunkwe vantaġġi komparattivi allegati ma jistgħux jispjegaw differenza fil-prezz ta' madwar 30 % u, fin-nuqqas ta' kwalunkwe evidenza li turi bil-kontra, l-unika spjegazzjoni raġonevoli għal din id-diskrepanza hija s-sistema fiskali tal-esportazzjoni fl-Arġentina. |
|
(81) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-ispjegazzjonijiet u l-kjarifiki pprovduti mill-EBB. Il-Kummissjoni aċċettat li l-istudju rivedut wera distorsjoni tal-prezzijiet domestiċi tal-fażola tas-sojja matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' madwar 27 %. Madankollu, hija baqgħet mhux konvinta mit-tliet punti l-oħra. |
|
(82) |
Kif l-EBB stess irrikonoxxa, l-istima tal-kostijiet tal-ipproċessar għal produttur fl-Arġentina kienet ibbażata fuq tliet analiżi: waħda bbażata fuq il-kost medju u dejta tal-prezzijiet ta' sitt snin għall-Istati Uniti u l-Arġentina; waħda bbażata fuq sena tal-istess dejta tal-Istati Uniti u l-Arġentina; u waħda bbażata fuq dejta ta' sena għall-Arġentina, bil-prezz tal-esportazzjoni Arġentin bħala indikatur għall-prezz dinji. B'mod ċar, is-sitwazzjoni fl-Istati Uniti kienet tikkostitwixxi parametru referenzjarju barra mill-pajjiż biex jiġi skopert liema jkunu l-kostijiet fl-Arġentina mingħajr id-distorsjonijiet mit-taxxa fuq l-esportazzjoni. |
|
(83) |
Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda raġuni tajba għaliex il-prezzijiet tal-esportazzjoni Arġentini lejn l-Ewropa għandhom jiġu injorati meta jkun qed jiġi stabbilit il-vantaġġ li produttur Arġentin tal-bijodiżil jista' jkollu bħala riżultat tad-DET. |
|
(84) |
Apparti dan, il-Kummissjoni qatt ma kkontestat li d-DET kienet artifiċjalment qed tnaqqas il-kostijiet tal-input għal produtturi Arġentini tal-bijodiżil, iżda kellha kwistjoni biss bis-suppożizzjoni li d-DET kienet l-unika kawża għal dan il-benefiċċju enormi ta' madwar 30 %. |
5.3. Marġni tad-dumping ikkalkulati mill-ġdid
|
(85) |
Wara l-iżvelar xi produtturi esportaturi Arġentini għamlu kummenti speċifiċi għall-kumpaniji li jirrigwardaw l-allegati żbalji fil-kalkoli tad-dumping. Fejn xieraq, il-Kummissjoni kkoreġiet dawn l-iżbalji u rrevediet il-marġnijiet tad-dumping u d-dazju skont dan. |
|
(86) |
Ir-rati tad-dazju riveduti fir-rigward tal-esportaturi Arġentini kollha fid-dawl tas-sejbiet u r-rakkomandazzjoni fir-rapporti tad-WTO, espressi fuq il-prezz CIF tal-fruntieri tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, huma kif ġej:
|
6. SEJBIET TA' DANNU RIVEDUTI BBAŻATI FUQ IR-RAPPORTI
|
(87) |
Fir-Rapporti nstab, inter alia, li l-UE aġixxiet b'mod inkonsistenti mal-Artikoli 3.1 u 3.4 tal-ADA meta eżaminat l-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq l-industrija domestika, sa fejn dan l-eżami kien jirrigwarda l-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità. Ir-Rapporti, madankollu, ma invalidawx il-konklużjoni li l-Industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(88) |
Il-Bord sab li l-awtoritajiet tal-UE aġixxew b'mod inkonsistenti mal-Artikoli 3.1 u 3.4 tal-ADA billi aċċettaw id-dejta riveduta ppreżentata mill-industrija domestika tal-UE fi stadju avvanzat tal-investigazzjoni mingħajr ma żguraw l-eżattezza u l-affidabbiltà tagħha stess (il-punt 7.395 tar-rapport tal-Bord). Id-dejta riveduta tikkonċerna “kapaċità mhux użata”. Fl-istess ħin il-Bord iddikjara li d-dejta riveduta ma kellhiex rwol importanti fil-konklużjoni tal-awtoritajiet tal-UE fir-Regolament Definittiv dwar il-kapaċità żejda bħala “fattur ieħor” li jikkawża dannu (ikkonfermat fil-paragrafu 6.174 tar-rapport tal-Korp tal-Appell). |
|
(89) |
Xi produtturi esportaturi u CARBIO, l-assoċjazzjoni tal-esportaturi tal-bijodiżil Arġentini, argumentaw li l-kunċett ta' “kapaċità mhux użata”, kif kien spjegat fir-Regolament definittiv, ma jagħmilx sens f'din l-industrija. Il-kapaċità jew teżisti jew le. |
|
(90) |
Għall-importatur Gunvor u CARBIO, kienet il-kapaċità strutturali żejda tal-industrija li tirriżulta minn żidiet fil-kapaċità tal-produzzjoni mhux ġustifikati, minkejja rati baxxi ta' użu tal-kapaċità, u mhux ir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità innifisha, li kienet il-kawża tad-dannu lill-industrija domestika. |
|
(91) |
CARBIO u produtturi esportaturi Arġentini u Indoneżjani komplew isostnu li l-Kummissjoni kienet meħtieġa teżamina mill-ġdid il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità fuq il-bażi ta' “evidenza pożittiva”. L-eżami tagħha jenħtieġ li jikkostitwixxi “eżami oġġettiv” ta' dawn il-fatturi. |
|
(92) |
Il-Kummissjoni indirizzat din il-kwistjoni taħt it-taqsimiet 6.1 sa 6.4 hawn taħt. |
6.1. Tweġibiet għall-kwestjonarju u verifiki
|
(93) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-EBB filwaqt li talbet spjegazzjonijiet fir-rigward ta' (i) liem metodoloġija ġiet applikata biex jiġu kkalkulati kemm il-kapaċità tal-produzzjoni kif ukoll l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, u (ii) għaliex din id-dejta ġiet riveduta fl-andament tal-investigazzjoni oriġinali u fuq liema bażi kienu prodotti l-figuri l-ġodda. |
|
(94) |
Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-EBB biex jispjega x'jifhem b'“kapaċità mhux użata”; għaliex fil-fehma tiegħu kellha tiġi eskluża mill-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni għall-perjodu kkunsidrat u kif il-kapaċità mhux użata ġiet ikkalkulata għal dawk mhux membri tal-EBB. |
|
(95) |
Il-Kummissjoni rċeviet it-tweġiba għall-kwestjonarju, analizzatu u sussegwentement wettqet żjara ta' verifika fl-istabbiliment tal-EBB fis-26 ta' April 2017. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-EBB kien ħejja għaż-żjara ta' verifika d-dokumenti ta' prova kollha u l-worksheets użati fit-tħejjija tat-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, b'mod partikolari dawk li jgħaqqdu l-informazzjoni fornuta mal-maniġment u rekords kontabilistiċi għal verifika fuq il-post mill-Kummissjoni. |
|
(96) |
Il-Kummissjoni vverifikat id-dokumenti ta' prova, kontroverifikat id-dejta rrappurtata għall-perjodu kkunsidrat fis-sors tiegħu u setgħet tirrikonċilja l-informazzjoni fir-reġistri ta' ġestjoni u tal-kontabilità skont id-dejta riveduta ppreżentata fl-investigazzjoni oriġinali dwar il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità li tkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni. Id-dokumenti jinkludu dejta kunfidenzjali speċifika tal-kumpanija u ma jistgħux jiġu żvelati. |
|
(97) |
Gunvor u CARBIO għamlu sottomissjoni bl-argument li l-kwestjonarju tal-Kummissjoni indirizzat lill-EBB ma kienx biżżejjed biex jissodisfa r-rekwiżiti skont l-Artikoli 3.1 u 3.4 tal-ADA. L-EBB kien meħtieġ jispjega kif id-dejta riveduta ġiet appoġġata minn sorsi pubbliċi u l-Kummissjoni ma kellhiex sempliċement taċċetta l-informazzjoni pprovduta mill-EBB. |
|
(98) |
Barra minn hekk, Gunvor u CARBIO sostnew li partijiet sinifikanti mit-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-EBB kienu mgħottija u b'riżultat ta' dan, il-partijiet interessati ma setgħux jifhmu kif inġabret id-dejta, kif ġiet ivvalutata u kif ġiet verifikata ma' sorsi oħra, u għalhekk ma kinux f'pożizzjoni li jevalwaw jekk l-informazzjoni rilevanti pprovduta mill-EBB għandhiex tingħata krettu. |
|
(99) |
Iż-żewġ partijiet issottomettew dejta miġbura mill-Eurostat dwar il-produzzjoni, il-kapaċità u l-konsum ta' bijodiżil fl-UE u nnutaw ix-xebh bejn din id-dejta u dik ippubblikata fir-Regolament provviżorju, li kienet inġabret u ġiet provduta lill-Kummissjoni mill-EBB. Huma sostnew li l-Kummissjoni kellha tuża d-dejta tal-Eurostat minflok id-dejta tal-EBB aġġustata għal kapaċità mhux użata. |
|
(100) |
Huma qalu wkoll li d-definizzjoni pprovduta mill-EBB rigward kapaċità mhux użata kienet vaga wisq u l-idea li titnaqqas il-kapaċità tal-produzzjoni bl-esklużjoni tal-“kapaċità mhux użata” ħarġet biss wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, meta kien ċar li ċ-ċifri u l-figuri kkwotati fir-Regolament provviżorju jagħmluha ferm aktar diffiċli li tiġi stabbilita l-eżistenza ta' rabta ta' kawżalità b'mod validu bejn l-importazzjonijiet allegatament oġġett ta' dumping u d-dannu allegatament subit mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(101) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dawn il-pretensjonijiet kif spjegat minn 6.2. sa 6.4. hawn taħt. Hija vvalutat bir-reqqa t-tweġiba għall-kwestjonarju, sussegwentement ivverifikat id-dejta matul żjara ta' verifika fl-istabbiliment tal-EBB u sabet li d-dejta ppreżentata u riveduta kienet preċiża u affidabbli u ma kienx hemm bżonn li jinbidlu ċ-ċifri riveduti użati fir-Regolament definittiv (ara wkoll il-premessi 53-58). |
|
(102) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li d-dejta miġbura mill-EBB hija skont id-dejta tal-Eurostat, u għalhekk aktar tard tipprovdi konferma indipendenti tal-preċiżjoni u l-affidabbiltà tad-dejta tal-EBB. Madankollu, peress li d-dejta tal-Eurostat ma ġietx ippubblikata qabel l-2014, ma setgħetx tkun użata fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(103) |
Għalhekk, id-dejta riveduta użata fir-Regolament definittiv (premessa 131) (ara t-tabella hawn taħt) kienet korretta u ġiet ikkonfermata wara ż-żjara ta' verifika.
|
6.2. Total tal-Produzzjoni tal-UE: Kjarifiki fuq il-proċess tal-ġbir tad-dejta tal-EBB għall-produzzjoni
|
(104) |
F'Marzu 2013, qabel il-pubblikazzjoni tal-miżuri provviżorji, l-EBB ipprovda lill-Kummissjoni b'dejta tal-produzzjoni għall-industrija tal-Unjoni, kemm għal membri tal-EBB kif ukoll għal dawk li mhumiex membri. |
|
(105) |
Il-produzzjoni tad-dejta rrapportata ngħatat għal kull kumpanija, kemm jekk kienet membru tal-EBB kif ukoll jekk le. Dan l-approċċ minn isfel għal fuq jiżgura li d-dejta tal-produzzjoni pprovduta turi stampa eżatta tal-produzzjoni tal-UE. |
|
(106) |
Il-membri tal-EBB jipprovdu dejta dwar il-produzzjoni lill-EBB fuq bażi ta' kull tliet xhur fuq formola mibgħuta mill-EBB u mbagħad din tkun kontroverifikata ma' sorsi ta' informazzjoni dwar is-suq. Qed titpoġġa enfasi partikolari fuq id-dejta tal-produzzjoni mill-EBB peress li hija użata biex tiddetermina l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-membri tal-EBB lill-assoċjazzjoni. |
|
(107) |
Id-dejta dwar il-produzzjoni minn dawk mhux membri tal-EBB tinġabar permezz ta' kuntatti diretti mal-kumpaniji. Id-dejta rrappurtata hija mbagħad kontroverifikata permezz ta' sorsi oħra ta' informazzjoni dwar is-suq, inklużi: assoċjazzjonijiet nazzjonali, produtturi oħra u pubblikazzjonijiet speċjalizzati. |
|
(108) |
Id-dejta pprovduta mill-EBB hija għalhekk l-aħjar informazzjoni disponibbli dwar il-produzzjoni fl-UE kollha għal membri tal-EBB kif ukoll dawk li mhumiex, ibbażata fuq rappurtar konsistenti mill-EBB tal-produzzjoni reali għal kull kumpanija tal-UE li jipproduċu bijodiżil. |
|
(109) |
Din id-dejta ntużat mill-EBB biex jiddetermina l-produzzjoni totali tal-Unjoni li fuqha bbaża l-argumenti tiegħu. |
6.3. Kapaċità tal-Produzzjoni Totali tal-UE: Kjarifiki fuq il-proċess tal-ġbir tad-dejta tal-EBB għal kapaċità tal-produzzjoni
|
(110) |
F'Marzu 2013, qabel il-pubblikazzjoni tal-miżuri provviżorji, l-EBB ipprovda lill-Kummissjoni b'dejta tal-kapaċità tal-produzzjoni għall-industrija tal-Unjoni, kemm għal membri tal-EBB kif ukoll għal dawk li mhumiex. |
|
(111) |
Bl-istess mod bħad-dejta tal-produzzjoni, din kienet ingħatat fuq bażi ta' livell tal-kumpanija kemm għal membri tal-EBB kif ukoll għal dawk li mhumiex. |
|
(112) |
Id-dejta tal-kapaċità tal-produzzjoni minn membri tal-EBB hija pprovduta mill-membri darbtejn fis-sena fuq formola mibgħuta mill-EBB u mbagħad din tiġi kontroverifikata ma' sorsi ta' informazzjoni dwar is-suq. Sabiex jiżgura li d-dejta tkun konsistenti, l-EBB jitlob lill-membri tiegħu biex jirrapportaw abbażi tal-kapaċità fuq 330 jum ta' xogħol fis-sena, għal kull impjant sabiex titqies il-manutenzjoni inevitabbli tal-impjanti. |
|
(113) |
Id-dejta tal-kapaċità tal-produzzjoni minn dawk li mhumiex membri tinġabar permezz ta' kuntatti diretti mal-kumpaniji u bħad-dejta tal-produzzjoni, din imbagħad tiġi kontroverifikata. |
|
(114) |
Minħabba li l-EBB jitlob biss “stampa” tal-kapaċità tal-produzzjoni ta' kumpanija f'jum partikolari u l-kunċett ta' kapaċità mhux dejjem jinftiehem bl-istess mod mill-kumpaniji kollha, jenħtieġ li dejta pprovduta mill-EBB dwar il-kapaċità tal-produzzjoni tiġi kkunsidrata li hija inqas preċiża minn dejta dwar il-produzzjoni. |
|
(115) |
Madankollu, id-dejta pprovduta mill-EBB hija l-aħjar informazzjoni disponibbli dwar il-kapaċità tal-produzzjoni fl-UE kollha għal membri tal-EBB kif ukoll għal dawk li mhumiex, abbażi ta' rappurtar konsistenti mill-EBB tal-kapaċità tal-produzzjoni reali għal kull kumpanija tal-UE li tipproduċi bijodiżil. |
6.4. Kjarifiki fuq l-identifikazzjoni tal-EBB ta' “kapaċitajiet mhux użati”
|
(116) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, u kif deskritt fir-Regolament definittiv, beda jidher ċar li d-dejta ppubblikata għal kapaċità tal-produzzjoni ma kinitx tirrappreżenta b'mod preċiż ir-realtà tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għalhekk talbet lill-EBB biex jiċċara d-dejta tiegħu dwar il-kapaċità tal-produzzjoni. |
|
(117) |
L-EBB ipprovda lill-Kummissjoni b'dejta aġġornata, kemm għall-membri tiegħu kif ukoll għal dawk li mhumiex, li identifikat kapaċità tal-produzzjoni hekk imsejħa “staġnata” mhux disponibbli, jew “kapaċità mhux użata”, li kienet inizjalment irrappurtata bħala parti mit-total tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-UE. |
|
(118) |
Determinazzjoni tal-kapaċità mhux użata ssir mill-EBB waqt il-kalkolu tiegħu tal-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni minn dejta mibgħuta mill-kumpaniji individwali. Minħabba n-natura tal-proċess tal-ġbir tad-dejta deskritt hawn fuq, rieżami tad-dejta pprovduta rigward dawk li mhumiex membri tal-EBB kienet meħtieġa biex jiġi żgurat li d-dejta tal-kapaċità tal-produzzjoni tirrifletti kemm jista' jkun b'mod preċiż ir-realtà tal-industrija tal-UE. |
|
(119) |
Id-dejta pprovduta mill-EBB bejn ir-Regolament provviżorju u dak definittiv kienet l-aħjar informazzjoni disponibbli dwar il-kapaċità tal-produzzjoni fl-UE kollha lill-membri tal-EBB u għal dawk li mhumiex, abbażi ta' rappurtar konsistenti mill-EBB tal-kapaċità tal-produzzjoni reali għal kull kumpanija tal-UE li tipproduċi bijodiżil. |
6.5. Kummenti wara l-iżvelar
|
(120) |
Wara l-iżvelar tas-sejbiet tal-Kummissjoni dwar id-dannu bosta partijiet interessati kkummentaw dwar dawn is-sejbiet. |
|
(121) |
L-assoċjazzjoni ta' produtturi Arġentini tal-bijodiżil, CARBIO, tenniet il-fehma tagħha magħmula waqt l-investigazzjoni ta' rieżami li d-dejta attwali tal-Eurostat dwar il-produzzjoni u l-kapaċità tal-bijodiżil jenħtieġ li tintuża fl-analiżi attwali tad-dannu u l-kawżalità, minflok id-dejta użata fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(122) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-affermazzjoni. Id-dejta tal-Eurostat kienet tikkoinċidi mad-dejta oriġinali mill-EBB. Madankollu, l-EBB imbagħad ikkoreġa din id-dejta biex tirrifletti aħjar il-kapaċità mhux użata matul l-investigazzjoni oriġinali. Kif intqal aktar 'il fuq fit-Taqsima 6.4, il-Kummissjoni vverifikat dawn l-aġġornamenti fl-investigazzjoni ta' rieżami attwali. Għaldaqstant, id-dejta oriġinali tal-Eurostat ma tirriflettix l-aktar stampa eżatta dwar il-produzzjoni u l-bijodiżil li kienet ġiet verifikata u użata speċifikament mill-Kummissjoni f'dan il-każ. |
|
(123) |
CARBIO ddikjarat ukoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli tiddefinixxi “kapaċità mhux użata”. Il-Kummissjoni tenniet li hija kienet iddefiniet il-kapaċità mhux użata fil-premessi 131-132 tar-Regolament definittiv. Peress li r-rapporti tad-WTO ma kinux qed jikkontestaw il-kunċett tal-Kummissjoni ta' “kapaċità mhux użata”, ma kien hemm l-ebda raġuni biex jinbidel għal dan ir-rieżami. |
7. ŻVELAR
|
(124) |
Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bis-sejbiet tal-Kummissjoni u ngħataw perjodu li fih setgħu jressqu l-kummenti. |
|
(125) |
Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur Molinos de la Plata informa lill-Kummissjoni li huwa jesporta lejn l-Unjoni taħt l-isem “Molinos Agro S.A.” minflok taħt l-isem “Molinos Río de la Plata S.A.” u pprovda evidenza. |
|
(126) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza mressqa u kkonkludiet li l-bidla fl-isem kienet issostanzjata biżżejjed u għalhekk aċċettat din il-pretensjoni. |
|
(127) |
Wara l-iżvelar, l-esportatur Indoneżjan li kkoopera Wilmar talab u ngħata seduta ta' smigħ. Huwa għamel pretensjonijiet speċifiċi għall-kumpaniji fir-rigward tal-kalkoli tad-dumping u tad-dannu u b'mod speċjali talab li l-marġni ta' profitt tiegħu jitbaxxa. |
|
(128) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dawn il-pretensjonijiet minħabba li ma kienux relatati mal-implimentazzjoni tar-rapport tad-WTO dwar l-Arġentina. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira minnhom huma attwalment pendenti quddiem id-WTO fit-tilwima mressqa mill-Indoneżja. |
|
(129) |
Wara l-iżvelar rivedut, Wilmar insista li l-pretensjoni tiegħu rigward il-marġni ta' profitt tiegħu biex jiġi kostrutt il-valur normali mhijiex pendenti quddiem id-WTO iżda hija kwistjoni indipendenti tiegħu u l-pretensjoni hija bbażata biss fuq id-dispożizzjonijiet tar-regolament antidumping bażiku. Għalhekk din il-pretensjoni jenħtieġ li tiġi indirizzata f'dan ir-rieżami. Wilmar sostna wkoll li ż-żamma tal-miżuri mhijiex fl-interess tal-Unjoni u għalhekk jenħtieġ li titwaqqaf. |
|
(130) |
Il-Kummissjoni fakkret li dan ir-rieżami huwa mibdi abbażi tar-Regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO għall-għan li jiġu implimentati s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord u tal-Korp tal-Appell fit-tilwima Unjoni Ewropea — Miżuri Antidumping fuq il-Bijodiżil mill-Arġentina (WT/DS473/15). Ir-rieżami huwa għalhekk limitat għal kwistjonijiet quddiem id-WTO u bidliet tekniċi u/jew konsegwenzjali possibbli li joħorġu minnhom. Għaldaqstant, l-ebda waħda mill-pretensjonijiet ta' Wilmar ma hija ammissibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li pretensjoni simili fir-rigward tal-marġni tal-profitt diġà kienet saret minn Wilmar fl-investigazzjoni oriġinali u ma kinitx intlaqgħetx (ara l-premessi minn (43) sa (46) tar-Regolament (UE) Nru 1194/2013). Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur Arġentin li kkoopera COFCO Argentina S.A. (li qabel kien magħruf bħala Noble Argentina S.A.) ressaq talba li l-kumpanija tiġi trattata bħala “esportatur ġdid” u tiġi inkluża fil-lista tal-kumpaniji b'rati ta' dazju individwali bħala “kumpaniji oħra li kkooperaw”. |
|
(131) |
Il-Kummissjoni informat lill-kumpanija li jenħtieġ li ssegwi l-proċedura għal produtturi esportaturi ġodda kif stipulat fl-Artikolu 3 tar-Regolament definittiv. |
|
(132) |
Wara l-iżvelar l-EBB talab seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għar-raġuni li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni ma kinitx ġiet iddeterminata fuq il-bażi ta' raġunament legali oġġettiv, iżda fuq il-bażi ta' interess politiku. |
|
(133) |
Fis-seduta tal-20 ta' Lulju 2017, l-Uffiċjal tas-Seduta ma sabx li d-drittijiet tad-difiża tal-EBB bħala parti interessata kienu ġew miksura. Fl-istess ħin, huwa talab lill-Kummissjoni biex tissostanzja l-opinjonijiet tagħha għaliex ma setgħetx tinjora l-prezzijiet tal-fażola tas-sojja Arġentina bħala mhux affidabbli. Il-Kummissjoni inkludiet dan il-punt fil-valutazzjoni tagħha tal-kummenti li waslu wara l-iżvelar kif stabbilit fil-premessi (60) sa (63). |
8. IL-MIŻURI DEFINITTIVI
|
(134) |
Abbażi tar-rivalutazzjoni ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping dannuż stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali huwa kkonfermat. |
|
(135) |
Għalhekk jenħtieġ li l-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġina fl-Arġentina u fl-Indoneżja imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013 jinżammu, bil-marġnijiet ta' dumping riveduti kkalkulati mill-ġdid għall-Arġentina kif stabbilit hawn fuq. |
|
(136) |
Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prodott ikkonċernat għandha tkun kif ġej:
|
|
(137) |
Għaldaqstant, l-Artikolu 1(2) tar-Regolament definittiv għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(138) |
Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (12), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tabella li tindika r-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti manifatturati mill-kumpaniji elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1194/2013 hija b'dan mibdula b'din it-tabella li ġejja:
|
Il-pajjiż |
Kumpanija |
Rata tad-dazju Euro għal kull tunnellata netta |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
l-Arġentina |
Aceitera General Deheza S.A., General Deheza, Rosario; Bunge Argentina S.A., Buenos Aires |
79,56 |
B782 |
|
Louis Dreyfus Commodities S.A., Buenos Aires |
43,18 |
B783 |
|
|
Molinos Agro S.A., Buenos Aires; Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.F.I.C.I. y A., Bahia Blanca; Vicentin S.A.I.C., Avellaneda |
62,91 |
B784 |
|
|
Kumpaniji oħra li kkooperaw: Cargill S.A.C.I., Buenos Aires; Unitec Bio S.A., Buenos Aires; Viluco S.A., Tucuman |
62,52 |
B785 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
79,56 |
B999 |
|
|
l-Indoneżja |
PT Ciliandra Perkasa, Jakarta |
76,94 |
B786 |
|
PT Musim Mas, Medan |
151,32 |
B787 |
|
|
PT Pelita Agung Agrindustri, Medan |
145,14 |
B788 |
|
|
PT Wilmar Bioenergi Indonesia, Medan; PT Wilmar Nabati Indonesia, Medan |
174,91 |
B789 |
|
|
Kumpaniji oħra li kkooperaw: PT Cermerlang Energi Perkasa, Ġakarta |
166,95 |
B790 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
178,85 |
B999 |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013 tad-19 ta' Novembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju fuq importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja, ĠU L 315, 26.11.2013, p. 2.
(3) tad-WT/DS473/AB/R u WT/DS473/AB/R/Add.1.
(4) tad-WT/DS473/R u WT/DS473/R/Add.1.
(5) ĠU C 476, 20.12.2016, p. 3. Notifika ta' bidu dwar il-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja, wara r-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet adottati mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fit-tilwima UE — Miżuri Antidumping fuq il-Bijodiżil (DS473), 2016/C 476/04.
(6) L-Unjoni Ewropea — Miżuri Antidumping fuq Bijodiżil mill-Indoneżja, DS480.
(7) Ara, pereżempju, l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Jacobs tad-29 ta' April 2004 fil-Kawża C-422/02 P, Europe Chemi-Con (Deutschland) vs Il-Kunsill, ECLI:EU:C:2004:277, fil-paragrafu 36.
(8) Ara s-sentenza tas-7 ta' Mejju 1991 fil-Kawża C-69/89 Nakajima All Precision vs il-Kunsill,ECLI:EU:C:1991:186, fil-paragrafu 120. Ara wkoll, iktar reċentement, l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona tal-20 ta' Lulju 2017 fil-Kawża C-256/16 Deichmann, ECLI:EU:C:2017:580, fil-paragrafu 49.
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 490/2013 tas-27 ta' Mejju 2013 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja (“ir-Regolament provviżorju”) (ĠU L 141, 28.5.2013, p. 6).
(10) Ir-Rapport tal-Bord, UE — Bijodiżil, il-paragrafu 7.242, nota ta' qiegħ il-paġna 400; Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, UE — Bijodiżil, para. 6.41
(11) Rapport tal-Korp tal-Appell, UE — Bijodiżil, il-paragrafi 6.54-6.55, ir-Rapport tal-Bord, UE — Bijodiżil, il-paragrafi 7.248 -7.249.
(12) Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/25 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1579
tat-18 ta' Settembru 2017
li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2017 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2018 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitlub, ikkalkolat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
|
(3) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss. |
|
(4) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2018, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
|
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sat-31 ta' Diċembru 2017 (f'%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2018 (f'kg) |
|
09.4067 |
1,838508 |
— |
|
09.4068 |
0,162074 |
— |
|
09.4069 |
0,134791 |
— |
|
09.4070 |
— |
890 500 |
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/28 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1580
tat-18 ta' Settembru 2017
li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2018 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jixraq li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss. |
|
(3) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2018, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19).
ANNESS
|
Numru tal-ordni |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2018 (f'piż ekwivalenti għall-bajd bil-qoxra f'kg) |
|
09.4015 |
67 500 000 |
|
09.4401 |
377 061 |
|
09.4402 |
6 820 000 |
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/30 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1581
tat-18 ta' Settembru 2017
li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
|
(3) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
|
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 (f'perċentwali) |
|
09.4410 |
0,122017 |
|
09.4411 |
0,147890 |
|
09.4412 |
0,124570 |
|
09.4420 |
0,138450 |
|
09.4421 |
— |
|
09.4422 |
0,138449 |
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/32 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1582
tat-18 ta' Settembru 2017
li jiffissa l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2018 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur li ġej mill-Istati Uniti tal-Amerka
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li ġejjin mill-Istati Uniti tal-Amerka. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss. |
|
(3) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 536/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2018, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6).
ANNESS
|
Numru tal-ordni |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2018 (f'kg) |
|
09.4169 |
10 453 692 |
DEĊIŻJONIJIET
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1583
tal-1 ta' Settembru 2017
li tispeċifika, skont id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, EN ISO 17994:2014 bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta' metodi mikrobijoloġiċi
(notifikata bid-dokument C(2017) 5843)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/64/KE (2) tispeċifika l-istandard internazzjonali ISO 17994:2004(E) “Standard tal-Ilma — Kriterji biex tiġi stabbilita ekwivalenza bejn metodi mikrobijoloġiċi” bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta' metodi mikrobijoloġiċi għall-għanijiet tad-Direttiva 2006/7/KE. |
|
(2) |
L-Istandard ISO 17994:2004(E) huwa antikwat u skadut u ġie aġġornat fil-livell tekniku (eż. aġġornament tat-terminoloġija, speċifikazzjonijiet aktar ċari u ż-żieda ta' Anness ġdid dwar il-kalkoli tekniċi). |
|
(3) |
Għaldaqstant, ISO 17994:2004(E) ġie sostitwit b'verżjoni aktar reċenti, ISO 17994:2014 “Kwalità tal-ilma — Rekwiżiti għat-tqabbil tal-irkupru relattiv tal-mikroorganiżmi permezz ta' żewġ metodi kwantitattivi”. Dan l-istandard internazzjonali ġie traspost fi Standard Ewropew EN ISO 17994:2014 mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni. Għalhekk huwa xieraq li l-istandard EN ISO 17994:2014 jiġi speċifikat bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta' metodi mikrobijoloġiċi għall-għanijiet tad-Direttiva 2006/7/KE. |
|
(4) |
Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2009/64/KE għandha tiġi mħassra. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2006/7/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-għanijiet tal-Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2006/7/KE, l-istandard EN ISO 17994:2014 “Kwalità tal-ilma — Rekwiżiti għat-tqabbil tal-irkupru relattiv tal-mikroorganiżmi permezz ta' żewġ metodi kwantitattivi” għandu jiġi speċifikat bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta' metodi mikrobijoloġiċi.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2009/64/KE hija mħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/64/KE tal-21 ta' Jannar 2009 li tispeċifika, skont id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ISO 17994:2004(E) bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta' metodi mikrobijoloġiċi (ĠU L 23, 27.1.2009, p. 32).
RAKKOMANDAZZJONIJIET
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/36 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1584
tat-13 ta' Settembru 2017
dwar Rispons Koordinat għal Inċidenti u Kriżijiet taċ-Ċibersigurtà fuq Skala Kbira
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Hekk kif il-kumpaniji u ċ-ċittadini tagħna huma aktar interkonnessi u interdipendenti minn qatt qabel, kemm bejn is-setturi kif ukoll bejn il-fruntieri, l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u d-dipendenza fuqhom saru aspetti fundamentali fis-setturi kollha tal-attività ekonomika. Inċident taċ-ċibersigurtà li jolqot organizzazzjonijiet f'aktar minn Stat Membru wieħed, jew saħansitra fl-Unjoni kollha, b'potenzjal ta' tfixkil serju tas-suq intern u b'mod aktar ġenerali, tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li fuqhom jistrieħu l-ekonomija, id-demokrazija u s-soċjetà tal-Unjoni, huwa xenarju li l-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet tal-UE għandhom ikunu ppreparati sew għalih. |
|
(2) |
Inċident taċ-ċibersigurtà jista' jitqies bħala kriżi fil-livell tal-Unjoni meta t-taqlib li jirriżulta minnu jkun kbir wisq biex l-Istat Membru kkonċernat jindirizzah waħdu, inkella meta l-inċident jolqot żewġ Stati Membri jew aktar b'impatt tant kbir mil-lat tekniku jew politiku, li jkun jesiġi koordinazzjoni u rispons f'waqthom fuq il-livell Politiku tal-UE. |
|
(3) |
L-inċidenti taċ-ċibersigurtà jistgħu jwasslu għal kriżi aktar mifruxa, b'impatt fuq setturi ta' attività lil hinn mis-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni u n-netwerks ta' komunikazzjoni; kwalunkwe reazzjoni xierqa għandha tistrieħ fuq attivitajiet ta' mitigazzjoni kemm ċibernetiċi kif ukoll oħrajn mhux ta' natura ċibernetika. |
|
(4) |
L-inċidenti taċ-ċibersigurtà huma imprevedibbli, u spiss jokkorru u jevolvu fi żmien qasir ferm. Għalhekk l-entitajiet affetwati u dawk b'responsabbiltajiet fir-rigward ir-rispons għall-inċidenti u għall-mitigazzjoni tal-effetti tagħhom, ikollhom jikkoordinaw ir-rispons tagħhom malajr. Barra minn hekk, l-inċidenti taċ-ċibersigurtà spiss ma jkunux limitati għal xi żona ġeografika speċifika u jistgħu jseħħu fl-istess ħin jew inkella jinfirxu malajr f'ħafna pajjiżi. |
|
(5) |
Rispons effettiv għall-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fil-livell tal-UE jeħtieġ kooperazzjoni rapida u effettiva fost il-partijiet interessati rilevanti kollha u jiddependi fuq il-livell ta' tħejjija u l-kapaċitajiet tal-Istati Membri individwali kif ukoll azzjoni konġunta kkoordinata bl-appoġġ tal-kapaċitajiet tal-Unjoni. Rispons f'waqtu u effettiv għall-inċidenti jistrieħ għalhekk fuq l-eżistenza tal-proċeduri ta' kooperazzjoni u l-mekkaniżmi stabbiliti minn qabel u mħejjija tajjeb kemm jista' jkun, fejn l-atturi ewlenin fil-livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni ikollhom rwoli u responsabbiltajiet iddefiniti b'mod ċar. |
|
(6) |
Fil-konklużjonijiet (1) tiegħu dwar Il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika tal-Informazzjoni tas-27 ta' Mejju 2011, il-Kunsill stieden lill-Istati Membri tal-UE biex “isaħħu l-kollaborazzjoni fost l-Istati Membri u jikkontribwixxu, abbażi ta' esperjenzi u riżultati nazzjonali fir-rigward tal-ġestjoni ta' kriżijiet u f'kooperazzjoni mal-ENISA, għall-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' kooperazzjoni Ewropej għal inċidenti ċibernetiċi li għandhom jiġu ttestjati fil-qafas tal-eżerċizzju Ċibernetiku tal-Ewropa li jmiss fl-2012”. |
|
(7) |
Il-Komunikazzjoni tal-2016 “Insaħħu r-Reżiljenza tal-UE għaċ-Ċibersigurtà u Nrawmu Industrija taċ-Ċibersigurtà Kompetittiva u Innovattiva” (2) ħeġġet lill-Istati Membri biex jisfruttraw tajjeb il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni tad-Direttiva NIS (3) u biex isaħħu l-kooperazzjoni transfruntiera relatata mat-tħejjija għal inċident ċibernetiku fuq skala kbira. Hija żiedet li approċċ koordinat għall-kooperazzjoni fi żminijiet ta' kriżi bejn id-diversi elementi tal-ekosistema ċibernetika, stabbilit fi “Pjan ta' Azzjoni” itejjeb l-istat ta' tħejjija u li jenħtieġ li tali pjan ta' azzjoni jiżgura wkoll is-sinerġiji u l-koerenza mal-mekkaniżmi eżistenti tal-ġestjoni tal-kriżijiet. |
|
(8) |
Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill (4) dwar il-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq, l-Istati Membri talbu lill-Kummissjoni biex tissottometti tali pjan ta' azzjoni biex dan jiġi studjat mill-korpi rilevanti u partijiet ikkonċernati oħra. Madankollu, id-Direttiva NIS ma tipprevedix qafas ta' kooperazzjoni tal-Unjoni f'każ ta' inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-Istati Membri f'żewġ workshops separati ta' konsultazzjoni li saru fi Brussell fil-5 ta' April u fl-4 ta' Lulju 2017 ma' rappreżentanti tal-Istati Membri minn Skwadri ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (CSIRTs), il-Grupp ta' Kooperazzjoni stabbilit mid-Direttiva NIS u l-Grupp ta' Ħidma Orizzontali tal-Kunsill dwar Kwistjonijiet ta' Ċiberspazju kif ukoll rappreżentanti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), l-ENISA, Europol/EC3 u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK). |
|
(10) |
Dan il-Pjan ta' Azzjoni għal rispons koordinat għall-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fil-livell tal-Unjoni, anness ma' din ir-Rakkomandazzjoni, huwa l-eżitu tal-konsultazzjonijiet imsemmijin hawn fuq u jikkumplementa l-Komunikazzjoni dwar “Insaħħu r-Reżiljenza tal-UE għaċ-Ċibersigurtà u Nrawmu Industrija taċ-Ċibersigurtà Kompetittiva u Innovattiva”. |
|
(11) |
Il-Pjan ta' Azzjoni jiddeskrivi u jfassal l-objettivi u l-modi ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji (minn hawn 'il quddiem “istituzzjonijiet tal-UE”) bħala reazzjoni għal inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira u kif il-mekkaniżmi eżistenti tal-Immaniġġar tal-Kriżijiet eżistenti jistgħu jagħmlu użu sħiħ mill-entitajiet eżistenti taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-UE. |
|
(12) |
Fir-rispons għall-kriżi taċ-ċibersigurtà fis-sens tal-premessa 2, il-koordinazzjoni tar-rispons fil-livell politiku tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill, jintużaw l-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (IPCR) (5). il-Kummissjoni se tuża l-proċess transsettorjali ta' livell għoli, ARGUS (6) għall-koordinazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi Jekk il-kriżi tinvolvi dimensjoni esterna importanti, inkella waħda marbuta mal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), jiġi attivat il-Mekkaniżmu ta' Rispons għall-Kriżijiet (CRM) (6) tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) |
|
(13) |
F'ċerti oqsma, il-mekkaniżmi għall-ġestjoni ta' kriżijiet settorjali fil-livell tal-UE jipprevedu livell ta' kooperazzjoni fil-każ ta' inċident jew ta' kriżi taċ-ċibersigurtà. Pereżempju, fil-qafas tas-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni Globali bis-Satellita (GNSS), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/496/PESK (7) diġà tiddefinixxi r-rwoli rispettivi tal-Kunsill, tar-Rappreżentant Għoli, tal-Kummissjoni, tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea u tal-Istati Membri fil-katina ta' responsabbiltajiet operazzjonali stabbilita għal finijiet ta' rispons għal theddidiet lill-Unjoni, lill-Istati Membri jew lill-GNSS, ukoll f'każ ta' attakki ċibernetiċi. Għalhekk jenħtieġ li din ir-rakkomandazzjoni tkun mingħajr preġudizzju għal mekkaniżmi bħal dawn. |
|
(14) |
L-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà primarja għar-rispons fil-każ ta' inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira li jolqtuhom. Il-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli u istituzzjonijiet jew servizzi oħra tal-UE madankollu għandhom rwol importanti, u dan jirriżulta mil-liġi tal-Unjoni inkella mill-fatt li l-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà jistgħu jolqtu l-oqsma kollha tal-attività ekonomika fis-Suq Uniku, is-sigurtà u r-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni, kif ukoll l-Istituzzjonijiet infushom. |
|
(15) |
Fil-livell tal-Unjoni, l-atturi ewlenin involuti fir-rispons għall-kriżijiet taċ-ċibersigurtà jinkludu l-istrutturi u l-mekkaniżmi l-ġodda stabbiliti bid-Direttiva NIS, partikolarment in-netwerk ta' Skwadra ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (CSIRTs), kif ukoll l-aġenziji u l-korpi rilevanti, b'mod partikolari l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), iċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità fi ħdan il-Europol (Europol/EC3), iċ-Ċentru ta' Analiżi tal-Intelligence tal-Unjoni Ewropea (INTCEN), id-Direttorat tal-Intelligence tal-Istaff Militari tal-UE (EUMS INT) u ċ-Ċentru tas-Sitwazzjonijiet (SITROOM) li jaħdmu flimkien bħala s-SIAC (il-Kapaċità Unika ta' Analiżi tal-Intelligence), iċ-Ċellola ta' fużjoni tal-UE kontra t-theddid ibridu (ibbażata fl-INTCEN), l-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza Relatata mal-Kompjuters għal-Istituzzjonijiet tal-UE (CERT-UE) u ċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni għal Rispons ta' Emerġenza fil-Kummissjoni Ewropea. |
|
(16) |
Il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri sabiex jirrispondu għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq livell tekniku hija pprovduta min-Netwerk tas-CSIRTs stabbilit skont id-Direttiva NIS. L-ENISA tipprovdi s-segretarjat għal dan in-Netwerk u tappoġġa b'mod attiv il-kooperazzjoni fost is-CSIRTs. Is-CSIRTs nazzjonali u s-CERT-UE jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni fuq bażi volontarja anke, fejn meħtieġ, b'rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà li jaffettwaw Stat Membru wieħed jew aktar. Fuq it-talba ta' rappreżentant ta' CSIRT ta' Stat Membru, jistgħu jiddiskutu u, fejn possibbli, jidentifikaw rispons koordinat għal inċident li jkun ġie identifikat fil-ġurisdizzjoni ta' dak l-istess Stat Membru; Il-proċeduri rilevanti jiġu stabbiliti fil-Proċeduri Operattivi Standard (SOPs) tan-Netwerk tas-CSIRTs (8). |
|
(17) |
In-netwerk tas-CSIRTs għandu wkoll il-kompitu li jiddiskuti, jesplora u jidentifika forom oħra ta' kooperazzjoni operazzjonali, ukoll fir-rigward ta' kategoriji ta' riskji u inċidenti, twissijiet bikrija, għajnuna reċiproka, prinċipji u modalitajiet għall-koordinazzjoni, fejn l-Istati Membri jirrispondu għal riskji u inċidenti transfruntiera. |
|
(18) |
Il-Grupp ta' Kooperazzjoni stabbilit mill-Artikolu 11 tad-Direttiva NIS għandu l-kompitu li jipprovdi gwida strateġika għall-attivitajiet tan-netwerk tas-CSIRTs u li jiddiskuti l-kapaċitajiet u l-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri, u, fuq bażi volontarja, jevalwa l-istrateġiji nazzjonali dwar is-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni u l-effikaċja tas-CSIRTs, u l-identifikazzjoni tal-aqwa prattiki. |
|
(19) |
Grupp ta' ħidma apposta fi ħdan il-Grupp ta' Koordinazzjoni qiegħed iħejji linji gwida għan-notifikar tal-inċidenti skont l-Artikolu 14(7) tad-Direttiva NIS, li jirrigwarda ċ-ċirkostanzi li fihom l-operaturi ta' servizzi essenzjali huma meħtieġ jinnotifikaw l-inċidenti skont l-Artikolu 14(3) u l-format u l-proċedura għal tali notifiki (9). |
|
(20) |
Il-kuxjenza u l-għarfien tas-sitwazzjoni, tal-pożizzjoni ta' riskju u tat-theddidiet f'ħin reali, miksuba permezz tar-rappurtar, tal-valutazzjonijiet, tar-riċerka, tal-investigazzjoni u tal-analiżi huma essenzjali biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati sew. Dan l-“għarfien tas-sitwazzjoni” — mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha — huwa essenzjali għal rispons koordinat effikaċi. L-għarfien tas-sitwazzjoni jinkludi elementi dwar il-kawżi kif ukoll l-impatt u l-oriġini tal-inċident. Huwa magħruf li dan jistrieħ fuq l-iskambju u l-qsim tal-informazzjoni bejn partijiet rilevanti f'format xieraq, permezz ta' tassonomija komuni biex jiġi deskritt l-inċident u b'mod li huwa sikur kif xieraq. |
|
(21) |
Ir-rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà jista' jieħu diversi forom, mill-identifikazzjoni ta' miżuri tekniċi li jistgħu jinvolvu żewġ entitajiet jew aktar li jinvestigaw flimkien il-kawżi tekniċi tal-inċident (eż. analiżi tal-malware) jew li jidentifikaw modi li permezz tagħhom l-organizzazzjonijiet jistgħu jivvalutaw jekk intlaqtux (eż. indikaturi ta' kompromess), sa deċiżjonijiet operazzjonali dwar l-applikazzjoni ta' miżuri bħal dawn u, fil-livell politiku, teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-użu ta' strumenti oħra bħall-Qafas għal rispons Konġunt għal attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi (10) jew il-protokoll operazzjonali tal-UE għall-ġlieda kontra t-theddid ibridu (11), skont xi jkun l-inċident. |
|
(22) |
Il-fiduċja taċ-ċittadini u tan-negozji Ewropej fis-servizzi diġitali hija kruċjali għal suq uniku diġitali b'saħħtu. Għalhekk, il-komunikazzjoni fi żmien ta' kriżi għandha rwol partikolarment importanti fil-mitigazzjoni tal-effetti negattivi tal-inċidenti u tal-kriżijiet taċ-ċibersigurtà. Il-komunikazzjoni tista' tintuża wkoll fil-kuntest tal-Qafas għal Rispons Diplomatiku Konġunt bħala mezz biex tiġi influwenzata l-imġiba ta' aggressuri (potenzjali) li jaġixxu minn pajjiżi terzi. L-allinjament tal-komunikazzjoni pubblika biex jitnaqqsu l-effetti tal-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà u l-komunikazzjoni pubblika biex jiġu influwenzati l-aggressuri huwa essenzjali għall-effikaċja tar-rispons politiku. |
|
(23) |
Il-forniment ta' informazzjoni lill-pubbliku dwar kif jistgħu jimmitigaw l-effetti ta' inċident fuq il-livell ta' utent jew ta' organizzazzjoni (eż. l-applikazzjoni ta' patch jew it-teħid ta' azzjonijiet kumplimentari biex tiġi evitata t-theddida, eċċ.), jista' jkun miżura effikaċi għall-mitigazzjoni ta' inċident jew kriżi taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira. |
|
(24) |
Il-Kummissjoni, permezz tal-Infrastruttura ta' servizz diġitali tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), qiegħda tiżviluppa mekkaniżmu għall-kooperazzjoni fuq Pjattaforma ta' Servizzi Ewlenija, magħruf bħala MeliCERTes, bejn is-CSIRTs tal-Istati Membri parteċipanti biex itejbu l-livelli ta' tħejjija, il-kooperazzjoni u r-risponsi tagħhom għal theddidiet u inċidenti ċibernetiċi ġodda. Il-Kummissjoni, permezz ta' sejħiet kompetittivi għall-proposti għal għotjiet fil-kuntest tas-CEF, qiegħda tikkofinanzja s-CSIRTs fl-Istati Membri bil-ħsieb li ttejjeb il-kapaċitajiet operazzjonali tagħhom fil-livell nazzjonali. |
|
(25) |
L-eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-UE huma essenzjali biex tiġi stimulata u tittejjeb il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u s-settur privat. Għal dan l-għan, mill-2010 'l hawn, l-ENISA torganizza eżerċizzji regolari pan-Ewropej ta' ċiberinċidenti (“Cyber Europe”). |
|
(26) |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill (12) dwar l-Implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta mill-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u s-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana jappellaw għal tisħiħ fil-kooperazzjoni fl-eżerċizzji ċibernetiċi permezz tal-parteċipazzjoni reċiproka tal-persunal f'eżerċizzji rispettivi, inkluż b'mod partikolari l-Koalizzjoni Ċibernetika u s-Cyber Europe. |
|
(27) |
L-ambjent tat-theddid li qed jevolvi kontinwament u l-inċidenti reċenti taċ-ċibersigurtà huma indikazzjoni tar-riskju miżjud li qiegħda tiffaċċja l-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu azzjoni fuq ir-rakkomandazzjoni preżenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ sa tmiem l-2018. |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
|
(1) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jistabbilixxu Qafas ta' Rispons għall-Kriżijiet taċ-Ċibersigurtà li jintegra l-għanijiet u l-modalitajiet tal-kooperazzjoni ppreżentati fil-Pjan ta' Azzjoni skont il-prinċipji ta' gwida li hemm deskritti fih. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-Qafas ta' Rispons għall-Kriżijiet taċ-Ċibersigurtà tal-UE, b'mod partikolari, jidentifika l-atturi rilevanti, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-awtoritajiet tal-Istati Membri, fuq il-livelli kollha meħtieġa — tekniċi, operazzjonali, strateġiċi/politiċi u jiżviluppa, fejn meħtieġ, proċeduri operattivi standard li jiddefinixxu l-mod li bih dawn jikkooperaw fil-kuntest tal-mekkaniżmi ta' ġestjoni ta' kriżijiet tal-UE. Jenħtieġ li ssir enfasi fuq l-iffaċilitar tal-iskambju ta' informazzjoni mingħajr dewmien żejjed u l-koordinazzjoni tar-rispons fi każ ta' inċidenti u kriżijiet ta' ċibersigurtà fuq skala kbira. |
|
(3) |
Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jaħdmu flimkien biex ikomplu jispeċifikaw il-protokolli għall-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni. Jenħtieġ li l-Grupp ta' Kooperazzjoni jikkondividi l-esperjenzi f'dawn il-kwistjonijiet mal-Istituzzjonijiet rilevanti tal-UE. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-mekkaniżmi ta' Ġestjoni Nazzjonali tal-Kriżijiet tagħhom jindirizzaw b'mod adegwat ir-rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà kif ukoll jipprovdu l-proċeduri meħtieġa għall-kooperazzjoni fil-livell tal-UE fi ħdan il-kuntest tal-Qafas tal-UE. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-mekkaniżmi eżistenti tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet, f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri, flimkien mas-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE, jistabbilixxu linji gwida prattiċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-integrazzjoni tal-entitajiet u l-proċeduri nazzjonali tagħhom għall-ġestjonijiet tal-kriżijiet u għaċ-ċibersigurtà f'mekkaniżmi għall-ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE, b'mod partikolari l-IPCR u s-CRM tal-SEAE. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jeżistu l-istrutturi meħtieġa biex ikun hemm fluss effiċjenti ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-ġestjoni tar-riskju u r-rappreżentanti tagħhom fil-livell tal-UE fil-kuntest tal-mekkaniżmi tal-UE għal sitwazzjonijiet ta' kriżi. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-programm tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) — Infrastrutturi ta' Servizz Diġitali għaċ-Ċibersigurtà (DSI), u jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jiżguraw li l-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni — il-Pjattaforma ta' Servizzi Ewlenija, li qed tiġi żviluppata attwalment — jipprovdi l-funzjonalitajiet kollha meħtieġa u jissodisfa r-rekwiżiti tagħhom għall-kooperazzjoni, saħansitra fi kriżijiet taċ-ċibersigurtà. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri, bl-għajnuna tal-ENISA u abbażi tax-xogħol preċedenti f'dan il-qasam, jikkooperaw fl-iżvilupp u l-adozzjoni ta' tassonomija komuni kif ukoll mudell għar-rapporti tal-qagħda attwali biex jiġu deskritti l-kawżi tekniċi u l-impatti ta' inċidenti taċ-ċibersigurtà u b'hekk tittejjeb il-kooperazzjoni teknika u operazzjonali bejniethom fi żminijiet ta' kriżi. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu x-xogħol li għaddej bħalissa fi ħdan il-Grupp ta' Kooperazzjoni dwar il-linji gwida ta' notifika f'każ ta' inċident u b'mod partikolari, aspetti marbuta mal-format tan-notifiki nazzjonali. |
|
(8) |
Il-proċeduri stabbiliti fil-Qafas jenħtieġ li jiġu ttestjati, u fejn meħtieġ, riveduti, skont it-tagħlimiet meħuda mill-parteċipazzjoni tal-Istati Membri f'eżerċizzji nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni, kif ukoll fiċ-ċiberdiplomazija u taċ-ċibersigurtà tan-NATO. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġu ttestjati fil-kuntest tal-eżerċizzji tas-Cyber Europe, organizzati mill-ENISA. Cyber Europe 2018 toffri l-ewwel opportunità ta' dan it-tip. |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet tal-UE, fuq bażi regolari, jippratikaw ir-rispons tagħhom għal kriżijiet minn inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira f'livell nazzjonali u Ewropew, flimkien mar-rispons politiku tagħhom, fejn meħtieġ bl-involviment ta' entitajiet mis-settur privat. |
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Mariya GABRIEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika tal-Informazzjoni “Kisbiet u l-passi li jmiss: lejn ċibersigurtà globali”, dokument 10299/11, Brussell, 27 ta' Mejju 2011.
(2) COM(2016) 410 final, 5 ta' Lulju 2016.
(3) Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).
(4) Id-dokument 14540/16, tal-15 ta' Novembru 2016.
(5) Aktar tagħrif jinsab fit-Taqsima 3.1. tal-Appendiċi dwar il-ġestjoni ta' kriżijiet, il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni u l-atturi fil-livell tal-UE.
(6) Ibid.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/496/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar aspetti tal-iskjerament, l-operazzjoni u l-użu tas-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni Globali bis-Satellita li jaffettwaw is-sigurtà tal-Unjoni Ewropea u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 53).
(8) Fi stadju ta' żvilupp; mistennija jiġu adottati sa tmiem l-2017.
(9) Huwa ppjanat li l-linji gwida jitlestew sa tmiem l-2017.
(10) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Qafas għal Rispons Diplomatiku Konġunt tal-UE għal Attivitajiet Ċibernetiċi Malizzjużi (“Għodda tad-Diplomazija Diġitali”), Dok. 9916/17.
(11) Dokument ta' Ħidma Konġunt tal-Persunal: Protokoll operazzjonali tal-UE kontra t-theddid ibridu, “Playbook tal-UE”, SWD(2016) 227 final, il-5 ta' Lulju 2016.
(12) ST 15283/16, 6 ta' Diċembru 2016
ANNESS
Pjan ta' Azzjoni għal rispons koordinat għal inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà transfruntiera fuq skala kbira
INTRODUZZJONI
Dan il-Pjan ta' Azzjoni japplika għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà li t-tfixkil li jikkawżaw tant ikun kbir li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx jista' jindirizzah waħdu inkella li jolqot żewġ Stati Membri jew aktar jew Istituzzjonijiet tal-UE b'tali impatt wiesa' u sinifikanti inkella minn lat tekniku jew politiku li jkunu jeħtieġu l-koordinazzjoni ta' politika u r-rispons f'waqthom fuq il-livell politiku tal-Unjoni.
L-inċidenti taċ-ċibersigurtà bħal dawn fuq skala kbira jitqiesu bħala “kriżi” taċ-ċibersigurtà.
F'każ ta' kriżi madwar l-UE b'elementi ċibernetiċi, il-koordinazzjoni tar-rispons fuq il-livell politiku tal-Unjoni għandha ssir mill-Kunsill, bl-użu tal-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (IPCR).
Fi ħdan il-Kummissjoni, il-koordinazzjoni ser issir f'konformità mas-sistema ta' twissija bikrija ARGUS.
Jekk il-kriżi tinvolvi dimensjoni esterna importanti jew tkun involuta l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), jiġi attivat il-Mekkaniżmu ta' Rispons għall-Kriżijiet tal-SEAE.
Il-Pjan ta'Azzjoni jiddeskrivi kif dawn il-mekkaniżmi ta' Ġestjoni tal-Kriżijiet stabbiliti sew għandhom jagħmlu użu sħiħ minn entitajiet eżistenti taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-UE kif ukoll ta' mekkaniżmi ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.
B'dan il-mod, il-Pjan ta' Azzjoni jqis ġabra ta' prinċipji gwida (tal-proporzjonalità, tas-sussidjarjetà, tal-komplementarjetà u tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni), jippreżenta l-objettivi ewlenin tal-kooperazzjoni (rispons effettiv, għarfien kondiviż tas-sitwazzjoni, messaġġi tal-komunikazzjoni pubblika) fi tliet livelli (strateġiku/politiku, operazzjonali u tekniku), il-mekkaniżmi u l-atturi involuti kif ukoll l-attivitajiet biex jintlaħqu l-imsemmija għanijiet ewlenin.
Il-Pjan ta' Azzjoni ma jkoprix iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-ġestjoni tal-kriżijiet (prevenzjoni/mitigazzjoni, stat ta' tħejjija, rispons, irkupru), iżda jiffoka fuq ir-rispons. Madankollu, jiġu indirizzati ċerti attivitajiet, b'mod partikolari dawk marbuta mal-ksib ta' għarfien komuni tas-sitwazzjoni.
Huwa importanti wkoll li wieħed jinnota li l-inċidenti taċ-ċibersigurtà jistgħu ikunu l-bidu ta' jew parti minn kriżi usa' b'impatt fuq setturi oħra. Minħabba li l-maġġoranza tal-kriżijiet taċ-ċibersigurtà huma mistennija li jkollhom effetti fuq id-dinja fiżika, kwalunkwe rispons xieraq ikollu jistrieħ kemm fuq azzjonijiet ta' mitigazzjoni ċibernetiċi kif ukoll oħrajn lil hinn miċ-ċibernetika. L-attivitajiet ta' rispons għall-kriżijiet ċibernetiċi jenħtieġ li jiġu kkordinati ma' mekkaniżmi oħra għall-ġestjoni tal-kriżijiet fil-livelli tal-UE, nazzjonali inkella settorjali.
Fl-aħħar nett, il-Pjan ta' Azzjoni la jissostitwixxi u lanqas ma għandu jippreġudika mekkaniżmi, arranġamenti jew strumenti eżistenti speċifiċi għal settur jew għal politika partikolari, bħalma huwa dak stabbilit għall-Programm tas-Sistema Ewropea tan-Navigazzjoni Globali bis-Satellita (GNSS) (1).
Prinċipji ta' Gwida
Fil-ħidma lejn l-għanijiet, fl-identifikazzjoni tal-attivitajiet meħtieġa u l-assenjar tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet lil atturi jew mekkaniżmi rispettivi, ġew applikati dawn il-prinċipji ta' gwida, u jeħtieġ li dawn jiġu rispettati fit-tħejjija ta' linji gwida ta' implimentazzjoni fil-ġejjieni.
Proporzjonalità: Il-maġġoranza l-kbira tal-inċidenti taċ-ċibersigurtà li jolqtu lill-Istati Membri jkunu 'l bogħod ferm minn dak li wieħed jista' jqis bħala “kriżi” nazzjonali, wisq inqas waħda Ewropea. Il-bażi tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rispons għal inċidenti bħal dawn hija pprovduta min-netwerk ta' Skwadri ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (CSIRTs) stabbilit mid-Direttiva NIS (2). Is-CSIRTs nazzjonali jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni fuq bażi volontarja kuljum, fejn meħtieġ b'rispons għal inċidenti taċ-ċibersigurtà li jaffettwaw Stat Membru wieħed jew aktar, f'konformità mal-Proċeduri Operattivi Standard tan-Netwerk tas-CSIRTs (SOPs). Il-Pjan ta' Azzjoni għalhekk għandu jagħmel użu sħiħ minn dawn is-SOPs u kwalunkwe kompiti addizzjonali speċifiċi għal-kriżijiet taċ-ċibersigurtà għandhom ikunu riflessi fih.
Sussidjarjetà: Il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa wieħed kruċjali. L-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà primarja għar-rispons fil-każ ta' inċidenti jew kriżijiet taċ-ċibersigurtà li jolqtuhom fuq skala kbira. Il-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u Istituzzjonijiet, Uffiċċji, Aġenziji u Korpi oħra tal-UE madankollu għandhom rwol importanti. Dan ir-rwol huwa stabbilit biċ-ċar fl-arranġamenti tal-IPCR iżda jirriżulta wkoll mil-liġi tal-Unjoni inkella sempliċement mill-fatt li l-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà jolqtu l-oqsma kollha tal-attività ekonomika fis-Suq Uniku, is-sigurtà u r-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni, kif ukoll l-Istituzzjonijiet infushom.
Komplementarjetà: Il-Pjan ta' Azzjoni jqis kompletament il-mekkaniżmi eżistenti għall-ġestjoni tal-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni, jiġifieri l-arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (IPCR, l-ARGUS, u l-Mekkaniżmu tal-SEAE għar-Rispons għall-kriżijiet, jintegra fihom l-istrutturi u l-mekkaniżmi l-ġodda stabbiliti bid-Direttiva NIS, partikolarment in-netwerk ta' Skwadra ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (CSIRTs), kif ukoll l-aġenziji u l-korpi rilevanti, b'mod partikolari l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), iċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità fi ħdan il-Europol (Europol/EC3), iċ-Ċentru ta' Analiżi tal-Intelligence tal-Unjoni Ewropea (INTCEN), id-Direttorat tal-Intelligence tal-Istaff Militari tal-UE (EUMS INT) u ċ-Ċentru tas-Sitwazzjonijiet (SITROOM) li jaħdmu flimkien bħala s-SIAC (il-Kapaċità Unika ta' Analiżi tal-Intelligence); iċ-Ċellola ta' Fużjoni Ibrida tal-UE (abbażi tal-INTCEN); u l-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza Relatata mal-Kompjuters għall-Istituzzjonijiet, il-Korpi u l-Aġenziji tal-UE (CERT-UE). Hu u jagħmel dan, il-Pjan ta' Azzjoni jeħtieġ li jiżgura wkoll li l-interazzjoni u l-kooperazzjoni tagħhom jiksbu l-ogħla livell ta' komplementarjetà u l-inqas livell ta' rduppjar tal-isforzi.
Kunfidenzjalità tal-informazzjoni: L-iskambji kollha tal-informazzjoni fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni jridu jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar is-sigurtà (3), dwar il-ħarsien tad-dejta personali u dwar il-Protokoll dwar il-Kondiviżjoni ta' Informazzjoni. (4) Għall-iskambju tal-informazzjoni klassifikata, irrispettivament mill-iskema ta' klassifikazzjoni li tiġi applikata, għandhom jintużaw għodod akkreditati disponibbli (5). Fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali, se jirrispetta r-regoli tal-UE applikabbli, b'mod partikolari r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (6), id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika (7) kif ukoll ir-Regolament (8) “dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta”.
Għanijiet ewlenin
Il-kooperazzjoni fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni ssegwi l-approċċ fuq tliet livelli msemmi hawn fuq — politiku, operazzjonali u tekniku. F'kull livell, il-kooperazzjoni tista' tinkludi l-iskambju ta' informazzjoni kif ukoll azzjonijiet konġunti, u hija mmirata li tikseb l-għanijiet ewlenin li ġejjin.
|
— |
Iffaċilitar ta' rispons effikaċi; Ir-rispons jista' jieħu diversi forom, mill-identifikazzjoni ta' miżuri tekniċi li jistgħu jinvolvu żewġ entitajiet jew aktar li jinvestigaw flimkien il-kawżi tekniċi tal-inċident (eż. analiżi tal-malware) jew li jidentifikaw modi li bihom l-organizzazzjonijiet jistgħu jivvalutaw jekk intlaqtux (eż. indikaturi ta' kompromess), sa deċiżjonijiet operazzjonali dwar l-applikazzjoni ta' miżuri tekniċi bħal dawn u, fil-livell politiku, teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-iskattar ta' strumenti oħra bħall-Qafas għal Rispons Diplomatiku Konġunt tal-UE għal Attivitajiet Ċibernetiċi Malizzjużi (“għodda tad-diplomazija ċibernetika”) jew il-protokoll operazzjonali tal-UE għall-ġlieda kontra t-theddid ibridu, skont xi jkun l-inċident. |
|
— |
Kondiviżjoni tal-għarfien tas-sitwazzjoni; għal rispons koordinat huwa meħtieġ għarfien tajjeb biżżejjed tal-avvenimenti hekk kif ikunu qegħdin iseħħu, mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fuq it-tliet livelli kollha (tekniku, operazzjonali u politiku). L-għarfien tas-sitwazzjoni jista' jinkludi elementi teknoloġiċi dwar il-kawżi kif ukoll l-impatt u l-oriġini tal-inċident. Peress li l-inċidenti taċ-ċibersigurtà jistgħu jolqtu varjetà wiesgħa ta' setturi (il-finanzi, l-enerġija, it-trasport, il-kura tas-saħħa, eċċ.), huwa kruċjali li l-informazzjoni xierqa, f'format xieraq, tasal għand il-partijiet ikonċernati kollha mingħajr telf ta' żmien. |
|
— |
Qbil dwar messaġġi ewlenin komunikati lill-pubbliku (9); Il-komunikazzjoni f'sitwazzjoni ta' kriżi għandha rwol importanti fil-mitigazzjoni tal-effetti negattivi tal-inċidenti u tal-kriżijiet taċ-ċibersigurtà iżda tista' tkun ukoll utli bħala mezz biex tiġi influwenzata l-imġiba tal-aggressuri (potenzjali). Messaġġ xieraq jista' wkoll iservi biex jindika biċ-ċar il-konsegwenzi ta' rispons diplomatiku biex tiġi influwenzata l-imġiba tal-aggressuri. L-allinjament tal-komunikazzjoni pubblika biex jitnaqqsu l-effetti negattivi tal-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà mal-komunikazzjoni pubblika biex jiġu influwenzati l-aggressuri huwa essenzjali għall-effikaċja ta' rispons politiku. Ta' importanza partikolari fiċ-ċibersigurtà huwa t-tixrid ta' informazzjoni utli u preċiża dwar kif il-pubbliku jista' jimmitiga l-effetti ta' inċident (eż. l-applikazzjoni ta' patch jew it-teħid ta' azzjonijiet kumplimentari biex tiġi evitata t-theddida, eċċ.). |
KOOPERAZZJONI BEJN L-ISTATI MEMBRI U L-ISTATI MEMBRI U L-ATTURI TAL-UE FIL-LIVELLI TEKNIĊI, OPERAZZJONALI U STRATEĠIĊI/POLITIĊI
Rispons effikaċi għal inċidenti jew kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fil-livell tal-UE jiddependi fuq kooperazzjoni effikaċi mil-lat tekniku, operazzjonali u strateġiku/politiku.
F'kull livell, l-atturi involuti jenħtieġ li jwettqu kompiti speċifiċi fir-rigward tal-ksib ta' tliet għanijiet prinċipali:
|
— |
Ir-rispons ikkoordinat |
|
— |
Għarfien komuni tas-sitwazzjoni; |
|
— |
Komunikazzjoni pubblika |
Matul l-inċidenti jew il-kriżi, livelli aktar baxxi ta' kooperazzjoni iwissu, jinfurmaw u jappoġġaw il-livelli ogħla, u l-livelli ogħla jipprovdu l-gwida (10) u d-deċiżjonijiet lil-livelli aktar baxxi, kif xieraq.
Kooperazzjoni fuq il-livell tekniku
Ambitu tal-attivitajiet:
|
— |
Indirizzar (11) tal-inċidenti matul kriżi taċ-ċibersigurtà |
|
— |
Monitoraġġ u sorveljanza tal-inċident, flimkien ma' analiżi kontinwa tat-theddidiet u tar-riskji. |
Atturi potenzjali
Fil-livell tekniku, il-mekkaniżmu ċentrali għall-kooperazzjoni fil-Pjan ta' Azzjoni huwa n-Netwerk tas-CSIRTs, ippresedut mill-Presidenza u b'segretarjat ipprovdut mill-ENISA.
|
— |
L-Istati Membri:
|
|
— |
Korpi, Uffiċċji, Aġenziji tal-UE
|
|
— |
Il-Kummissjoni Ewropea
|
|
— |
SEAE
|
Għarfien komuni tas-sitwazzjoni:
|
— |
Bħala parti mill-kooperazzjoni regolari fuq livell tekniku b'appoġġ għall-għarfien tas-sitwazzjoni fl-Unjoni, l-ENISA, fuq bażi regolari, għandha tħejji r-Rapport tas-Sitwazzjoni rigward iċ-Ċibersigurtà fl-UE dwar l-inċidenti u t-theddidiet, abbażi ta' informazzjoni disponibbli pubblikament, l-analiżi u r-rapporti tagħha kondiviżi magħha mis-CSIRTs tal-Istati Membri (fuq bażi volontarja) jew il-Punti Uniċi ta' Kuntatt tad-Direttiva NIS, iċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3) fil-Europol u s-CERT-UE u, fejn xieraq, iċ-Ċentru ta' Analiżi tal-Intelligence tal-Unjoni Ewropea (INTCEN) tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (l-SEAE). Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-istanzi rilevanti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-HRVP u tan-Netwerk tal-CSIRTs. |
|
— |
F'każ ta' inċident maġġuri, il-President tan-Netwerk tas-CSIRTs, bl-għajnuna tal-ENISA, tħejji Rapport tas-Sitwazzjoni dwar Inċident taċ-Ċibersigurtà tal-UE (13) li jiġi ppreżentat lill-Presidenza, lill-Kummissjoni u lill-HRVP permezz tas-CSIRT tal-Presidenza b'rotazzjoni. |
|
— |
L-aġenziji l-oħra kollha tal-UE jirrapportaw lid-DĠGs ġenituri rispettivi tagħhom, li min-naħa tagħhom jirrappurtaw lis-servizz ewlieni tal-Kummissjoni. |
|
— |
CERT-UE tipprovdi r-rapporti tekniċi lin-Netwerk tas-CSIRTs, lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-aġenziji (kif xieraq) kif ukoll lill-ARGUS (jekk din tkun attivata). |
|
— |
Europol/EC3 (14) u CERT-UE jipprovdu analiżi forensika esperta tal-artifatti tekniċi u informazzjoni teknika oħra lin-netwerk tas-CSIRTs. |
|
— |
L-SEAE SIAC: F'isem l-INTCEN, iċ-Ċellola ta' Fużjoni tal-UE Kontra t-Theddid Ibridu tirrapporta lid-dipartimenti rilevanti tal-SEAE. |
Rispons:
|
— |
In-Netwerk tas-CSIRTs jiskambja dettaljali tekniċi u analiżijiet dwar l-inċident, bħalma huma l-indirizzi IP, indikaturi tal-kompromess (15) eċċ. Informazzjoni bħal din għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien żejjed lill-ENISA u mhux aktar tard minn 24 siegħa minn meta jiġi identifikat l-inċident. |
|
— |
F'konformità mal-Proċeduri Operattivi Standard tan-Netwerk tas-CSIRTs, il-membri tiegħu jikkooperaw flimkien biex janalizzaw l-artifatti tekniċi disponibbli u informazzjoni teknika oħra marbuta mal-inċident bil-għan li jiddeterminaw il-kawża kif ukoll miżuri tekniċi possibbli għall-mitigazzjoni tiegħu. |
|
— |
L-ENISA tgħin lis-CSIRTs fl-attivitajiet tekniċi tagħhom li jistrieħu fuq l-għarfien espert tagħha, f'konformità mal-mandat tagħha (16). |
|
— |
Is-CSIRTs tal-Istati Membri jikkoordinaw l-attivitajiet tar-risponsi tekniċi tagħhom bl-għajnuna tal-ENISA u tal-Kummissjoni. |
|
— |
L-SEAE SIAC: F'isem l-INTCEN, iċ-Ċellola ta' Fużjoni tal-UE kontra t-Theddid Ibridu tistabbilixxi l-proċess tal-ġbir biex tiġbor il-provi inizjali attivi. |
Komunikazzjoni pubblika:
|
— |
Is-CSIRTs jipproduċu avviżi tekniċi (17) u twissijiet ta' vulnerabbiltà (18) u jxerrduhom fil-komunitajiet rispettivi tagħhom u mal-pubbliku, wara li jkunu seħħew il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni applikabbli f'kull każ. |
|
— |
L-ENISA tiffaċilita l-produzzjoni u t-tixrid tal-komunikazzjonijiet komuni tan-Netwerk tas-CSIRTs. |
|
— |
L-ENISA tikkoordina l-attivitajiet ta' komunikazzjoni pubbliċi tagħha man-Netwerk tas-CSIRTs u s-Servizz tal-Kelliem Ewlieni tal-Kummissjoni. |
|
— |
L-ENISA u l-EC3 jikkoordinaw l-attivitajiet ta' komunikazzjoni pubblika tagħhom abbażi tal-għarfien komuni tas-sitwazzjoni maqbul fost l-Istati Membri. It-tnejn jikkoordinaw l-attivitajiet ta' komunikazzjoni pubblika tagħhom mas-Servizz tal-Kelliem Ewlieni tal-Kummissjoni. |
|
— |
Jekk il-kriżi tinvolvi dimensjoni esterna inkella waħda marbuta mal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, il-komunikazzjoni pubblika għandha tiġi koordinata mal-SEAE u mas-Servizz tal-Kelliem Ewlieni tal-HRVP. |
Kooperazzjoni fuq il-livell tekniku
Ambitu tal-attivitajiet:
|
— |
Tħejjija tat-teħid tad-deċiżjonijet fil-livell politiku, |
|
— |
Koordinazzjoni tal-ġestjoni tal-kriżi taċ-ċibersigurtà (kif xieraq) |
|
— |
Valutazzjoni tal-konsegwenzi u l-impatt fil-livell tal-UE u proposti għal azzjonijiet ta' mitigazzjoni possibbli |
Atturi potenzjali
|
— |
L-Istati Membri:
|
|
— |
Korpi, Uffiċċji, Aġenziji tal-UE
|
|
— |
Il-Kummissjoni Ewropea
|
|
— |
SEAE
|
|
— |
Il-Kunsill
|
Għarfien tas-sitwazzjoni:
|
— |
Appoġġ għall-produzzjoni ta' rapporti politiċi/strateġiċi (eż. l-ISAA fil-każ tal-attivazzjoni tal-IPCR); |
|
— |
Il-Grupp ta' Ħidma Orizzontali tal-Kunsill dwar Kwistjonijiet Ċibernetiċi jħejji l-laqgħa l-Coreper jew tal-KPS kif xieraq. |
|
— |
Fil-każ ta' attivazzjoni tal-IPCR,
|
|
— |
Fil-każ ta' attivazzjoni tal-ARGUS
|
|
— |
Fil-każ li jiġi attivat il-Mekkaniżmu ta' Rispons għall-Kriżijiet tal-SEAE:
|
Rispons (fuq talba mil-livell politiku):
|
— |
Kooperazzjoni transfruntiera ma' Punt Uniku ta' Kuntatt u Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti (Direttiva NIS) biex jiġu mitigati l-konsegwenzi u l-effetti. |
|
— |
Attivazzjoni tal-miżuri kollha tekniċi ta' mitigazzjoni u koordinazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi meħtieġa biex jitwaqqaf jew jitnaqqas l-impatt tal-attakki fuq is-sistemi ta' informazzjoni mmirati. |
|
— |
Kooperazzjoni u, jekk jiġi deċiż hekk, koordinazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi lejn rispons konġunt jew kollaborattiv f'konformità mal- SOP tan-Netwerk tas-CSIRTs . |
|
— |
Valutazzjoni tal-ħtieġa għall-kooperazzjoni mal-partijiet terzi rilevanti. |
|
— |
(fejn attivat) Teħid tad-Deċiżjonijiet fi ħdan il-proċess tal-ARGUS. |
|
— |
(fejn attivat) Tħejjija ta' deċiżjonijiet u koordinazzjoni taħt l-arranġamenti tal-IPCR. |
|
— |
(fejn attivat) Appoġġ għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-SEAE permezz tal-Mekkaniżmu tar-Rispons għall-Kriżijiet tal-SEAE, ukoll fir-rigward ta' kuntatti ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll kwalunkwe miżura mmirata lejn il-ħarsien tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK u d-delegazzjonijiet tal-UE. |
Komunikazzjoni pubblika:
|
— |
Qbil dwar messaġġi pubbliċi rigward l-inċident. |
|
— |
Jekk il-kriżi tinvolvi dimensjoni esterna inkella waħda marbuta mal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (CSDP), il-komunikazzjoni pubblika għandha tiġi koordinata mal-SEAE u mas-Servizz tal-Kelliem Ewlieni tal-HRVP. |
Kooperazzjoni fil-livell strateġiċu/politiku
Atturi potenzjali
|
— |
Għall-Istati Membri, il-Ministru responsabbli għaċ-ċibersigurtà |
|
— |
Għall-Kunsill Ewropew, il-President. |
|
— |
Għall-Kunsill, il-Presidenza b'rotazzjoni |
|
— |
Meta jkunu involuti miżuri fil-kuntest tal-“Għodda tad-Diplomazija Ċibernetika”, il-KPS u l-Grupp ta' Ħidma Orizzontali. |
|
— |
Għall-Kummissjoni Ewropea, il-President jew il-Viċi President delegat/Kummissarju. |
|
— |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà/il-Viċi President tal-Kummissjoni |
Ambitu tal-attivitajiet: Ġestjoni strateġika u politika kemm ta' aspetti ċibernetiċi kif ukoll mhux ċibernetiċi tal-kriżi, fosthom miżuri fil-kuntest tal-Qafas għal Rispons Diplomatiku Konġunt tal-UE għal Attivitajiet Ċibernetiċi Malizzjużi.
Għarfien komuni tas-sitwazzjoni:
|
— |
Identifikazzjoni tal-impatti tat-tfixkil ikkawżat mill-kriżi fuq il-funzjonament tal-Unjoni; |
Rispons:
|
— |
Attivazzjoni ta' mekkaniżmi/strumenti addizzjonali għall-ġestjoni tal-kriżi, skont in-natura u l-impatt tal-inċident. Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, il-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili. |
|
— |
It-teħid ta' miżuri fi ħdan il-Qafas għal Rispons Diplomatiku Konġunt tal-UE għal Attivitajiet Ċibernetiċi Malizzjużi. |
|
— |
Faċilitazzjoni tal-appoġġ ta' emerġenza għall-Istati Membri, pereżempju bl-attivazzjoni tal-Fond għar-Rispons ta' Emerġenza taċ-Ċibersigurtà (22) ladarba dan isir applikabbli. |
|
— |
Kooperazzjoni u Koordinazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, fejn xieraq, bħalma huma n-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u b'mod partikolari, n-NATO. |
|
— |
Valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tas-sigurtà u tad-difiża nazzjonali. |
Komunikazzjoni Pubblika:
Deċiżjoni dwar strateġija komuni għall-komunikazzjoni mal-pubbliku;
RISPONS KOORDINAT MAL-ISTATI MEMBRI FIL-LIVELL TAL-UE FIL-QAFAS TAL-ARRANĠAMENTI TAL-IPCR
F'konformità mal-prinċipju tal-komplementarjetà fil-livell tal-UE, din it-taqsima tintroduċi u tiffoka b'mod partikolari fuq l-għan ewlieni kif ukoll fuq ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet tal-Awtoritajiet tal-Istati Membri, tan-netwerk tas-CSIRTs, tas-CERT-UE, tal-Europol/EC3, tal-INTCEN, taċ-Ċellola ta' Fużjoni tal-UE Kontra t-Theddid Ibridu u tal-Grupp ta' Ħidma Orizzontali tal-Kunsill dwar kwistjonijiet Ċibernetiċi fi ħdan il-proċess tal-IPCR. Il-partijiet involuti huma mistennija jaġixxu f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-livell tal-UE jew dak nazzjonali.
Huwa essenzjali li wieħed iżomm f'moħħu, kif jidher fil-Figura 1, irrispettivament mill-attivazzjoni tal-mekkaniżmi ta' ġestjoni tal-kriżi tal-UE, li l-attivitajiet fuq livell nazzjonali, kif ukoll il-kooperazzjoni fi ħdan in-Netwerk tas-CSIRTs (fejn meħtieġ), iseħħu matul kwalunkwe inċident/kriżi skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.
Figura 1
Rispons għal Inċident/Kriżi taċ-Ċibersigurtà fil-livell tal-UE
L-attivitajiet kollha deskritti hawn taħt għandhom jitwettqu skont u f'konformità mal-proċeduri operattivi standard/regoli għall-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni involuti u bi qbil mal-mandati stabbiliti u l-kompetenzi tal-atturi u l-istituzzjonijiet individwali. Dawn il-proċeduri/regoli jistgħu jeħtieġu xi żidiet jew modifiki sabiex jinkisbu l-aqwa kooperazzjoni possibbli u rispons effikaċi għall-inċidenti u kriżijiet ta' ċibersigurtà fuq skala kbira.
Mhux l-atturi kollha msemmija hawn taħt jista' jkollhom għalfejn jieħdu azzjoni matul kwalunkwe inċident partikolari. Madankollu, il-Pjan ta' Azzjoni u l-proċeduri operattivi standard rilevanti tal-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni jenħtieġ li jipprevedu l-involviment potenzjali tagħhom.
Fid-dawl tal-iskala tal-impatt fuq is-soċjetà li jista' jkollu inċident jew kriżi taċ-ċibersigurtà, livell għoli ta' flessibbiltà fir-rigward tal-involviment tal-atturi settorjali fil-livelli kollha u kwalunkwe rispons xieraq ikunu jistrieħu kemm fuq attivitajiet ta' mitigazzjoni ta' natura ċibernetika kif ukoll oħrajn li mhumiex.
Ġestjoni tal-Kriżijiet taċ-Ċibersigurtà — l-Integrazzjoni taċ-ċibersigurtà fil-proċess tal-IPCR
L-arranġamenti tal-IPCR, deskritti fl-SOPs tal-IPCR (23), isegwu sekwenzjalment il-passi deskritti hawn taħt (l-użu ta' xi wħud mill-passi jkun jiddependi fuq is-sitwazzjoni).
Ma' kull pass, nispeċifikaw l-attivitajiet u l-atturi rilevanti fil-kuntest taċ-ċibersigurtà. Għall-konvenjenza tal-qarrej, ma' kull pass, it-test mill-SOPs tal-IPCR jiġi pprovdut flimkien mal-attivitajiet speċifiċi mill-Pjan ta' Azzjoni. Dan l-approċċ gradwali jippermetti wkoll l-identifikazzjoni ċara tal-lakuni li jeżistu fil-kapaċitajiet u l-proċeduri meħtieġa, li jistgħu jfixklu rispons effettiv għall-kriżijiet taċ-ċibersigurtà.
Figura 2 (hawn taħt (24)) hija rappreżentazzjoni grafika tal-proċess tal-IPCR fejn l-elementi ġodda introdotti huma mmarkati bil-blu.
Figura 2
Elementi speċifiċi għaċ-ċibersigurtà fl-IPCR
Nota: Minħabba n-natura tat-theddidiet ibridi fid-dominju ċibernetiku li huma maħsuba biex jibqgħu taħt il-limitu ta' kriżi rikonoxxibbli, l-UE jeħtieġ li tieħu miżuri preventivi u ta' tħejjija. Iċ-Ċellola ta' Fużjoni tal-UE Kontra t-Theddid Ibridu għandha l-kompitu li tanalizza inċidenti rilevanti u tinforma lill-istrutturi xierqa tal-koordinazzjoni. Ir-rappurtar regolari miċ-Ċellola ta' Fużjoni jista' jikkontribwixxi biex il-korpi tat-tfassil tal-politika settorjali jtejbu l-livell ta' tħejjija.
|
— |
L-Ewwel Pass — Monitoraġġ settorjali regolari u ħruġ ta' twissijiet: Ir-rapporti u t-twissijiet eżistenti, regolari tal-qagħda settorjali jipprovdu indikazzjonijiet lill-Presidenza tal-Kunsill dwar il-kriżijiet huma u jiżviluppaw kif ukoll dwar kif jistgħu jevolvu;
|
Wara li jkun ġie identifikat inċident
|
— |
It-tieni Pass — Analiżi u Pariri: abbażi tal-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' twissija disponibbli, is-servizzi tal-Kummissjoni, l-SEAE u l-SĠK iżommu lil xulxin infurmati dwar żviluppi li jistgħu jseħħu biex ikunu lesti jinfurmaw lill-Presidenza dwar attivazzjoni possibbli (fil-modalità sħiħa jew dik tal-qsim tal-informazzjoni) tal-IPCR.
|
|
— |
It-tielet pass 3 — Valutazzjoni/Deċiżjoni dwar l-attivazzjoni tal-IPCR: il-Presidenza tevalwa l-ħtieġa għall-koordinazzjoni politika, l-iskambju tal-informazzjoni jew it-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE. Għal dan l-għan, il-Presidenza tista' sejjaħ laqgħa ta' diskussjoni informali Il-Presidenza twettaq identifikazzjoni inizjali tal-oqsma li jeħtieġu l-involviment tal-Coreper jew tal-Kunsill. Dan jifforma l-bażi ta' gwida għall-produzzjoni tar-rapporti tal-Għarfien u l-Analiżi Integrati tas-Sitwazzjoni (ISAA). Il-Presidenza tiddeċiedi, fid-dawl tal-karatteristiċi tal-kriżi, il-konsegwenzi li jista' jkollha u l-ħtiġijiet politiċi relatati, dwar kemm ikun xieraq li jissejħu laqgħat tal-Gruppi ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill u/jew tal-Coreper u/jew tal-KPS.
Il-Kummissjoni, l-SEAE u l-SĠK, fi qbil totali u bl-assoċjazzjoni tal-Presidenza, jistgħu jiddeċiedu wkoll li jattivaw l-IPCR fil-modalità ta' qsim tal-informazzjoni billi jiġġeneraw paġna ta' kriżi sabiex titwitta t-triq għall-possibbiltà ta' attivazzjoni sħiħa. |
|
— |
Ir-raba' pass — Attivazzjoni tal-IPCR/Ġbir u skambju tal-informazzjoni: Malli sseħħ l-attivazzjoni (kemm jekk tal-modalità tal-qsim tal-informazzjoni kif ukoll l-attivazzjoni sħiħa), tiġi ġġenerata paġna ta' kriżi fuq il-Pjattaforma Web tal-IPCR, li tippermetti skambji ta' informazzjoni speċifiċi li jiffokaw fuq aspetti li jikkontribwixxu għall-ISAA u biex titħejja d-diskussjoni fil-livell politiku. Is-servizz ewlieni tal-ISAA (wieħed mis-servizzi tal-Kummissjoni jew SEAE) ikun jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tal-każ. |
|
— |
Il-ħames pass — Produzzjoni tal-ISAA: jingħata bidu għall-produzzjoni tar-rapporti tal-ISAA. Il-Kummissjoni/SEAE toħroġ rapporti tal-ISAA kif deskritt fl-SOPs tal-ISAA u tista' tħeġġeġ aktar skambju ta' informazzjoni fuq il-Pjattaforma Web tal-IPCR, inkella toħroġ talbiet speċifiċi għall-informazzjoni. Ir-rapporti tal-ISAA jkunu orjentati skont il-ħtiġijiet tal-livell politiku (eż. Coreper jew il-Kunsill) kif definit mill-Presidenza u stabbilit fil-gwida tagħha, biex b'hekk tkun tista' tinħoloq perspettiva strateġika tas-sitwazzjoni u jkun hemm dibattitu infurmat dwar il-punti fuq l-aġenda ddefiniti mill-Presidenza. F'konformità mal-SOPs tal-ISAA, in-natura tal-kriżi taċ-ċibersigurtà tiddetermina jekk ir-rapport tal-ISAA jitħejjiex minn wieħed mis-servizzi tal-Kummissjoni (DĠ CNECT, DĠ HOME) inkella mill-SEAE. Wara l-attivazzjoni tal-IPCR, il-Presidenza tidentifika l-oqsma speċifiċi ta' rilevanza għall-ISAA biex din tkun tista' tappoġġa l-koordinazzjoni politika u/jew il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-Kunsill. Il-Presidenza tispeċifika wkoll l-iskeda ta' żmien għar-rapport, wara konsultazzjonijiet mas-servizzi tal-Kummissjoni/SEAE;
|
|
— |
Is-sitt Pass — Tħejjija għal-laqgħa ta' diskussjoni informali tal-Presidenza: il-Presidenza, megħjuna mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tiddefinixxi l-iskeda ta' żmien, l-aġenda, il-parteċipanti u l-eżitu mistenni (ir-riżultati possibbli) tal-laqgħa ta' diskussjoni informali tal-Presidenza. Is-SĠK jgħaddi l-informazzjoni rilevanti fuq il-Pjattaforma Web tal-IPCR f'isem il-Presidenza u joħroġ l-avviż tal-laqgħa b'mod partikolari; |
|
— |
Is-seba' Pass — Laqgħa ta' diskussjoni tal-Presidenza/miżuri preparatorji għall-koordinazzjoni politika/teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE: il-Presidenza issejjaħ laqgħa ta' diskussjoni informali biex tanalizza s-sitwazzjoni u tħejji u tistudja l-punti li għandhom jitressqu quddiem il-Coreper jew il-Kunsill. Il-laqgħa ta' diskussjoni informali tal-Presidenza tkun ukoll il-forum biex jiġu żviluppati, studjati u diskussi l-proposti kollha għall-azzjoni li għandhom jitressqu quddiem il-Coreper/il-Kunsill.
|
|
— |
It-tmien Pass — Koordinazzjoni politika u teħid tad-deċiżjonijiet fil-Coreper/Kunsill: Ir-riżultati tal-laqgħat tal-Coreper/Kunsill jirrigwardaw il-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta' rispons fil-livelli kollha, id-deċiżjonijiet dwar miżuri eċċezzjonali, id-dikjarazzjonijiet politiċi, eċċ. Dawn id-deċiżjonijiet jikkostitwixxu wkoll gwida politika/strateġika aġġornata għal-produzzjoni ulterjuri ta' rapporti tal-ISAA.
|
|
— |
Id-disa' Pass — Monitoraġġ tal-Impatt: Is-servizz ewlieni tal-ISAA jipprovdi, bl-appoġġ tal-kontributuri tal-ISAA, informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-kriżi u dwar l-impatt tad-deċiżjonijiet politiċi li jittieħdu. Dan iċ-ċiklu ta' feedback jappoġġa proċess li jevolvi u jappoġġa d-deċiżjoni tal-Presidenza fit-tkomplija tal-involviment tal-livell politiku tal-UE jew it-tneħħija gradwali tal-IPCR; |
|
— |
L-għaxar Pass — it-tneħħija gradwali: fil-passi tal-istess proċess tal-attivazzjoni, il-Presidenza tista' ssejjaħ laqgħa ta' diskussjoni informali biex jiġi vvalutat jekk l-IPCR għandux jitħalla attiv jew le. Il-Presidenza tista' tiddeċiedi tagħlaqx jew tnaqqasx il-grad tal-attivazzjoni.
|
(1) Id-Deċiżjoni 2014/496/PESK.
(2) Id-Direttiva (UE) 2016/1148.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-Regoli tas-Sigurtà għall-Protezzjoni ta' Informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53); id-Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tad-19 ta' April 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU C 190, 29.6.2013, p. 1); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-Regoli tas-Sigurtà għall-Protezzjoni ta' Informazzjoni Klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
(4) https://www.first.org/tlp/
(5) F'Ġunju 2016, dawn il-kanali tat-trażmissjoni kienu jinkludu s-CIMS (is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Informazzjoni Klassifikata), ACID (algoritmu ta' kriptaġġ), RUE (sistema sikura għall-ħolqien, l-iskambju u l-ħżin ta' dokumenti RESTREINT UE/EU RESTRICTED) u SOLAN. Mezzi oħra għal eż. it-trażmissjoni tal-informazzjoni klassifikata, jinkludu PGP jew S/MIME.
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1) — qed jiġi rivedut.
(9) Huwa importanti li wieħed jinnota li komunikazzjoni pubblika tista' tfisser kemm komunikazzjoni dwar l-inċident lill-pubbliku kollu kemm hu kif ukoll komunikazzjoni ta' informazzjoni aktar teknika jew operazzjonali lil setturi kritiċi u/jew dawk li jkunu ntlaqtu. Dan jista' jirrikjedi l-użu ta' mezzi ta' tixrid kunfidenzjali u l-użu ta' għodod/pjattaformi tekniċi speċifiċi. Fi kwalunkwe każ, il-komunikazzjoni mal-operaturi u mal-pubbliku ġenerali fi kwalunkwe Stat Membru, hija l-prerogattiva u r-responsabbiltà ta' kull Stat Membru. Għalhekk, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà ppreżentat hawn fuq, l-Istati Membri u s-CSIRTs nazzjonali għandhom ir-responsabbiltà aħħarija għall-informazzjoni li tixxerred fit-territorju u fil-kostitwenza tagħhom rispettivament.
(10) “permess għall-azzjoni” — fid-dawl ta' kriżi ta' ċibersigurtà, huwa ta' importanza kruċjali li r-reazzjonijiet isiru fl-iqsar żmien possibbli biex jiġu stabbiliti l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni xierqa. Biex dawn il-ħinijiet ta' reazzjoni qosra jkunu possibbli, Stat Membru jista' joħroġ “permess għall-azzjoni” lil Stat Membru ieħor biex dan ikun jista' jieħu azzjoni immedjata mingħajr ma jkollu għalfejn jikkonsulta ma' livelli ogħla jew istituzzjonijiet tal-Unjoni u jekk dan ma jkunx meħtieġ għal inċident partikolari, jgħaddi mill-kanali uffiċjali kollha li jkunu normalment meħtieġa (eż. CSIRT m'għandux għalfejn jikkonsulta ma' livelli ogħla biex jippreżenta informazzjoni prezzjuża lil CSIRT fi Stat Membru ieħor).
(11) “l-indirizzar ta' inċident” tfisser il-proċeduri kollha li jgħinu d-detezzjoni, l-analiżi u t-trażżin ta' inċident u r-rispons għalih;
(12) L-aġenziji jew il-korpi rilevanti tal-UE jkunu involuti skont in-natura u l-impatt tal-inċident fuq setturi tal-attività differenti (il-finanzi, it-trasport, l-enerġija, il-kura tas-saħħa, eċċ.).
(13) Ir-Rapport tas-Sitwazzjoni dwar Inċident taċ-Ċibersigurtà tal-UE huwa aggregazzjoni ta' rapporti nazzjonali pprovduta mis-CSIRTs nazzjonali. Il-format tar-rapport għandu jiġi deskritt fl-SOPs tan-Netwerk tas-CSIRTs.
(14) Skont il-qafas legali tal-EC3, kif ukoll skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fih
(15) Indikatur ta' kompromess (IOC) — fil-forensika tal-kompjuter, hija artifatt osservat fuq netwerk, inkella f'sistema operattiva li b'kunfidenza għolja, tindika intrużjoni ta' kompjuter. IOCs tipiċi huma firma ta' virus u indirizzi IP, MD5 hashes jew fajls jew URLs assoċjati ma' malware inkella ismijiet ta' domains ta' servers li jikkmandaw u jikkontrollaw botnet.
(16) Proposta għal Regolament dwar l-ENISA, l-Aġenzija Ewropea dwar iċ-Ċibersigurtà u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013, u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fit-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (“Att dwar iċ-Ċibersigurtà”), 13 ta' Settembru 2017
(17) Parir ta' natura teknika fir-rigward tal-każi tal-inċident u azzjonijiet ta' mitigwazzjoni possibbli.
(18) Informazzjoni dwar il-vulnerabbiltà teknika li tkun qiegħda tiġi sfruttata biex tħalli impatt negattiv fuq is-sistemi tal-IT
(19) Il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti jew Coreper (l-Artikolu 240 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni — TFUE) huwa responsabbli mit-tħejjija tax-xogħol tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(20) Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà huwa Kumitat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jittratta dwar il-politika Esterna u ta' Sigurtà Komuni (PESK) imsemmija fl-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
(21) Skont il-qafas legali tal-EC3, kif ukoll skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fih.
(22) Il-Fond ta' Emerġenza taċ-Ċibersigurtà huwa azzjoni proposta mill-Komunikazzjoni Konġunta “Reżiljenza, Deterrenza u Difiża: Nibnu Ċibersigurtà b'Saħħità għall-UE”, JOIN(2017) 450/1.
(23) mid-Dokument 12607/15 “Proċeduri Operattivi Standard tal-IPCR”, maqbul mill-Grupp tal-Ħbieb tal-Presidenza u magħruf mill-Coreper f'Ottubru 2015
(24) Verżjoni akbar tal-figura tinsab fl-appendiċi
(25) Ir-Rapport tas-Sitwazzjoni dwar Inċident taċ-Ċibersigurtà tal-UE huwa aggregazzjoni ta' rapporti nazzjonali pprovduta mis-CSIRTs nazzjonali. Il-format tar-rapport għandu jiġi deskritt fl-SOPs tan-Netwerk tas-CSIRTs.
(26) SOPs tal-ISAA.
APPENDIĊI
1. MEKKANIŻMI GĦALL-ĠESTJONI TAL-KRIŻIJIET U TAL-KOOPERAZZJONI U ATTURI FIL-LIVELL TAL-UE
Mekkaniżmi għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet
Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (IPCR): l-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (IPCR), approvati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2013 (1), huma mfassla biex jiffaċilitaw il-koordinazzjoni u r-rispons f'waqthom fil-livell politiku tal-UE fil-każ ta' kriżi kbira. L-IPCR jappoġġaw ukoll il-koordinazzjoni, fil-livell politiku, tar-rispons għall-invokazzjoni tal-klawżola ta' solidarjetà (Art. 222 TFUE), kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/415/UE dwar l-implimentazzjoni mill-Unjoni tal-klawżola ta' solidarjetà adottata fl-24 ta' Ġunju 2014. Il-Proċeduri Operattivi Standard (SOPs) (2) tal-IPCR stabbiliti fil-proċess ta' attivazzjoni u l-azzjonijiet sussegwenti li għandhom jittieħdu.
ARGUS: Sistema ta' koordinazzjoni f'sitwazzjoni ta' kriżi stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea fl-2005 biex tipprovdi proċess ta' koordinazzjoni speċifiku fil-każ ta' kriżi multisettorjali maġġuri. Hija appoġġata minn sistema ta' twissija ġenerali rapida (għodda tal-IT) bl-istess isem. L-ARGUS tipprevedi żewġ fażijiet, fejn il-Fażi II (fil-każ ta' kriżi multisettorjali maġġuri) tiskatta laqgħat tal-Kumitat għall-Koordinazzjoni tal-Kriżijiet (CCC) taħt l-awtorità tal-President tal-Kummissjoni jew Kummissarju b'din ir-responsabbiltà. Is-CCC jgħaqqad rappreżentanti tad-DĠs u kabinetti rilevanti tal-Kummissjoni u servizzi oħra tal-UE biex dawn imexxu u jikkoordinaw ir-rispons tal-Kummissjoni għall-kriżi. Is-CCC, ippresedut mid-Deputat Segretarju Ġenerali, jivvaluta s-sitwazzjoni, iqis l-għażliet possibbli u jieħu deċiżjonijiet li jwasslu għall-azzjoni fir-rigward tal-għodod u l-istrumenti tal-UE taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, u jiżgura li d-deċiżjonijiet jiġu implimentati (3) (4).
Mekkaniżmu ta' Rispons għall-Kriżijiet tal-SEAE: Il-Mekkaniżmu ta' Rispons għall-Kriżijiet tal-SAEA huwa sistema strutturata biex l-SEAE tirrispondi għall-kriżijiet u l-emerġenzi ta' natura esterna inkella li għandhom dimensjoni esterna importanti — fosthom theddidiet ibridi, potenzjali jew reali, li jolqtu l-interessi tal-UE inkella dawk ta' xi Stat Membru. Billi jiżgura l-parteċipazzjoni tal-uffiċjali rilevanti tal-Kummissjoni kif ukoll dawk mis-Segretarjat tal-Kunsill, is-CRM jiffaċilita s-sinerġija bejn l-isforzi diplomatiċi, ta' sigurtà u ta' difiża permezz ta' strumenti finanzjarji, kummerċjali u ta' kooperazzjoni ġestiti mill-Kummissjoni. Iċ-Ċellola tal-Kriżijiet tista' tiġi attivata matul il-kriżi kollha.
Mekkaniżmi ta' Kooperazzjoni
Netwerk tas-CSIRTs: In-Netwerk tal-Iskwadri ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters jgħaqqad is-CSIRTs kollha nazzjonali u governattivi kif ukoll is-CERT-UE. L-għan tan-netwerk huwa li jiffaċilita u jtejjeb l-iskambju tal-informazzjoni fost is-CSIRTs fir-rigward tat-theddid u tal-inċidenti taċ-ċibersigurtà u wkoll il-kooperazzjoni fir-rispons għal inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà.
Grupp ta' Ħidma Orizzontali tal-Kunsill dwar Kwistjonijiet ta' Ċibernetika: il-Grupp ta' Ħidma ġie stabbilit biex jiżgura l-koordinazzjoni strateġika u orizzontali ta' kwistjonijiet marbuta mal-politika taċ-ċibernetika fil-Kunsill u jista' jkun involut kemm f'attivitajiet leġiżlattivi kif ukoll f'oħrajn mhux leġiżlattivi.
Atturi
ENISA: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni twaqqfet fl-2004. L-Aġenzija taħdem mill-qrib mal-Istati Membri u mas-settur privat biex tipprovdi pariri u soluzzjoni dwar kwistjonijiet bħalma huma l-Eżerċizzji pan-Ewropej dwar iċ-Ċibersigurtà, l-iżvilupp ta' Strateġiji Nazzjonali dwar iċ-Ċibersigurtà, il-Kooperazzjoni bejn is-CSIRTs u l-bini tal-kapaċità. L-ENISA tikkollabora direttament mas-CSIRTs madwar l-UE u sservi ta' Segretarjat għan-netwerk tas-CSIRTs.
ERCC: Iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni għal Rispons ta' Emerġenza fil-Kummissjoni (taħt id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej — DG ECHO) jappoġġa u jikkoordina firxa wiesgħa ta' attivitajiet ta' prevenzjoni, ta' tħejjija u ta' rispons il-ħin kollu, mingħajr waqfien. L-ERCC ġie inawgurat fl-2013 u jservi ta' ċentru għar-rispons tal-Kummissjoni għall-kriżijiet (f'kuntatt ma' ċentri ta' kriżi oħra fl-UE) ukoll bħala punt ta' kuntatt ċentrali IPCR 24/7.
Europol/EC3: Iċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3), li twaqqaf fl-2013 fi ħdan il-Europol, jappoġġa r-rispons mil-lat tal-infurzar tal-liġi fir-rigward taċ-ċiberkriminalità fl-UE. L-EC3 joffri appoġġ operazzjonali u analitiku għall-investigazzjonijiet tal-Istati Membri u jservi bħala ċentru ewlieni għall-informazzjoni kriminali u operazzjonijiet u l-investigazzjonijiet b'appoġġ għall-intelligence mill-Istati Membri b'kapaċitajiet ta' analiżi operattiva, koordinazzjoni u għarfien espert kif ukoll kapaċitajiet speċjalizzati ħafna ta' appoġġ tekniku u forensiku diġitali.
CERT-UE: L-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE għandha l-mandat li ttejjeb il-protezzjoni tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE kontra t-theddid ċibernetiku. Hija membru tan-netwerk tas-CSIRTs. Is-CERT-UE għandha ftehimiet tekniċi dwar il-qsim tal-informazzjoni dwar it-theddid ċibernetiku man-NATO CIRC, xi pajjiżi terzi kif ukoll protagonisti kummerċjali ewlenin fil-qasam taċ-ċibersigurtà.
Il-Komunità tal-Intelligence fl-UE tinkorpora ċ-Ċentru ta' Analiżi tal-Intelligence tal-UE (INTCEN) u l-Istaff Militari tal-UE (EUMS), id-Direttorat tal-Intelligence (EUMS INT) fil-kuntest tal-arranġament tal-SIAC tal-Kapaċità Unika ta' Analiżi tal-Intelligence (SIAC). Il-missjoni tas-SIAC hija li tipprovdi analiżijiet tal-intelligence, għarfien ta' twissija bikrija u tas-sitwazzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). L-SIAC toffri s-servizzi tagħha lil diversi korpi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE fl-oqsma tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK), il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) u ta' kontra t-terroriżmu (CT) kif ukoll lill-Istati Membri. L-UE INTCEN u l-EUMS INT mhumiex aġenziji operazzjonali u m'għandhom l-ebda kapaċità ta' ġbir. Il-livell operazzjonali tal-intelligence jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Is-SIAC jittratta biss l-analiżi strateġika.
Iċ-Ċellola ta' Fużjoni tal-UE Kontra t-Theddid Ibridu: Il-Komunikazzjoni Konġunta ta' April 2016 dwar il-Ġlieda Kontra t-Theddid Ibridu tiddeżinja ċ-Ċellola ta' Fużjoni tal-UE Kontra t-Theddid Ibridu bħala l-punt fokali uniku għall-analiżijiet kollha tas-sors dwar it-theddid ibridu fl-UE: il-mandat tagħha ġiet approvat f'Diċembru 2016 mill-Kummissjoni permezz ta' konsultazzjoni bejn is-servizzi. Iċ-Ċellola ta' Fużjoni tal-UE Kontra t-Theddid Ibridu hija bbażata fl-INTCEN u hija parti mis-SIAC u għalhekk taħdem flimkien mal-EUMS INT u għandha membru militari permanenti assenjat lilha. Ibridu tirreferi għall-użu intenzjonat minn Stat jew attur ieħor mhux tal-Istat ta' kombinazzjoni ta' diversi għodod u lievi militari/ċivili, sigrieti/mhux sigrieti bħalma huma attakki ċibernetiċi, kampanji ta' diżinformazzjoni, spjunaġġ, pressjoni ekonomika, użu ta' proxy forces inkella attivitajiet suvversivi oħra. L-EU HFC taħdem ma' netwerk vast ta' Punti ta' Kuntatt (PoCs), kemm fil-Kummissjoni kif ukoll fl-Istati Membri biex jiġi pprovdut ir-rispons integrat/approċċ globali minn kull livell tal-gvern li hu meħtieġ fil-ġlieda kontra sfidi diversi.
EU SITROOM: Iċ-Ċentru tas-Sitwazzjonijiet tal-UE huwa parti miċ-Ċentru ta' Analiżi tal-Intelligence tal-Unjoni Ewropea (EU INTCEN) u dan jipprovdi lill-SEAE bil-kapaċità operazzjonali biex jiżgura rispons immedjat u effikaċi għall-kriżijiet. Huwa korp permanenti ta' sorveljanza ċivili-militari li jipprovdi monitoraġġ u għarfien tas-sitwazzjoni madwar id-dinja b'kapaċita 24/7.
Strumenti Rilevanti
Qafas għal Rispons Diplomatiku Konġunt tal-UE għal Attivitajiet Ċibernetiċi Malizzjużi: Il-Qafas, maqbul f'Ġunju 2017, huwa parti mill-approċċ tal-UE għaċ-ċiberdiplomazija, li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-kunflitti, il-mitigazzjoni ta' theddidiet taċ-ċibersigurtà u stabbiltà akbar fir-relazzjonijiet internazzjonali. Il-qafas jagħmel użu sħiħ mill-miżuri tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, inklużi miżuri restrittivi, jekk dawn ikunu meħtieġa. L-użu tal-miżuri fi ħdan il-Qafas għandu jħeġġeġ il-kooperazzjoni, jiffaċilita l-mitigazzjoni ta' theddidiet immedjati u fit-tul u jinfluwenza l-imġiba tal-aggressuri, reali jew potenzjali, fit-tul.
2. KOORDINAZZJONI TAL-KRIŻIJIET TAĊ-ĊIBERSIGURTÀ FL-ARRANĠAMENTI TAL-IPCR — SAFF TA' KOORDINAZZJONI ORIZZONTALI U ESKALAZZJONI POLITIKA
L-arranġamenti tal-IPCR jistgħu jintużaw (u ġew użati) biex jiġu indirizzati kwistjonijiet tekniċi u operazzjonali, iżda dejjem minn angolu politiku/strateġiku.
F'termini ta' eskalazzjoni, l-IPCR jistgħu jintużaw skont il-livell tal-kriżi billi ssir ċaqliqa minn “modalità ta' monitoraġġ” għal “modalità ta' qsim tal-informazzjoni”, li hija l-ewwel livell tal-attivazzjoni tal-IPCR, u “attivazzjoni sħiħa tal-IPCR”.
Il-modalità tal-attivazzjoni sħiħa hija deċiżjoni li tittieħed mill-Presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill tal-UE. Il-Kummissjoni, l-SEAE u s-SĠK jistgħu jattivaw l-IPCR fil-modalità tal-qsim tal-informazzjoni. Il-monitoraġġ u l-qsim tal-informazzjoni jiskattaw livelli differenti ta' qsim tal-informazzjoni, fejn il-qsim tal-Informazzjoni jattiva talba għall-produzzjoni ta' rapporti tal-ISAA. L-attivazzjoni sħiħa żżid il-laqgħat ta' diskussjoni tal-IPCR mal-għodod disponibbli, u tinvolvi l-Presidenza (tipikament il-president tal-Coreper II, inkella espert fis-suġġett fil-livell ta' Kunsillieri mir-Rappreżentanza Permanenti iżda b'eċċezzjoni, il-laqgħat ta' diskussjoni jistgħu jseħħu f'livell Ministerjali).
Atturi
|
|
Il-Presidenza b'rotazzjoni (Tipikament il-President tal-Coreper) tieħu t-tmexxija. |
|
|
Għall-Kunsill Ewropew, il-Kabinett tal-President. |
|
|
Għall-Kummissjoni Ewropea, il-livell tad-DSĠ/DĠ u/jew esperti fis-suġġett |
|
|
Għall-SEAE, il-livell tad-DSĠ/MD u/jew esperti fis-suġġett |
|
|
Għas-SĠK, il-Kabinett tas-SĠ, l-iskwadra tal-IPCR u d-DĠs responsabbli |
Ambitu tal-attivitajiet: Il-ġenerazzjoni ta' stampa komuni integrata tas-sitwazzjoni u titjib fis-sensibilizzazzjoni għall-punti ta' konġestjoni inkella għan-nuqqasijiet f'kull wieħed mit-tliet livelli sabiex ikunu jistgħu jiġu indirizzati fil-livell politiku, bil-ġenerazzjoni ta' deċiżjonijiet madwar il-mejda jekk jaqgħu taħt il-kompetenza tal-parteċipanti, inkella biex jiġu ġġenerati proposti għall-azzjoni li jaslu għand il-Coreper II u sa quddiem il-Kunsill.
Għarfien komuni tas-sitwazzjoni:
|
|
(Mhux attiv): Il-paġni ta' monitoraġġ tal-IPCR jistgħu jiġu ġġenerati biex jiġu segwiti sitwazzjonijiet f'qagħda ta' evoluzzjoni li jistgħu jeskalaw fi kriżi b'konsegwenzi għall-UE |
|
|
(Qsim tal-Informazzjoni fl-IPCR): Ir-rapporti tal-ISAA jiġu abbozzati mill-ISAA ewlenija abbażi ta' kontribuzzjonijiet mis-servizzi tal-Kummissjoni, l-SEAE u l-Istati Membri (permezz tal-kwestjonarji tal-IPCR), |
|
|
(Attivazzjoni sħiħa tal-IPCR): minbarra r-rapporti tal-ISAA, il-laqgħat ta' diskussjoni informali tal-IPCR jgħaqqdu atturi differenti involuti fl-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-SEAE, l-aġenziji rilevanti, eċċ, biex jiddiskutu n-nuqqasijiet u l-punti ta' konġestjoni. |
Kooperazzjoni u rispons:
Attivazzjoni/sinkronizzazzjoni ta' mekkaniżmi/strumenti addizzjonali għall-ġestjoni tal-kriżi, skont in-natura u l-impatt tal-inċident. Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, il-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili, il-Qafas għal Rispons Diplomatiku Konġunt tal-UE għal Attivitajiet Ċibernetiċi Malizzjużi jew il-“Qafas Konġunt għall-ġlieda kontra t-theddid ibridu”.
Komunikazzjonijiet f'sitwazzjoni ta' kriżi:
In-Netwerk tal-Komunikatur tal-IPCR f'sitwazzjoni ta' kriżi jista' jiġi attivat mill-Presidenza, wara konsultazzjoni mas-servizzi rilevanti fil-Kummissjoni, fis-SĠK u l-SEAE, sabiex jiġi appoġġat il-ħolqien ta' messaġġi komuni jew jiġu żviluppati l-aktar għodod ta' komunikazzjoni effikaċi.
3. ĠESTJONI TAL-KRIŻIJIET TAĊ-ĊIBERSIGURTÀ FL-ARGUS — IL-QSIM TAL-INFORMAZZJONI FI ĦDAN IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara l-kriżijiet mhux mistennija li kienu jeħtieġu azzjoni fil-livell Ewropew, jiġifieri l-attakki terroristiċi f'Madrid (Marzu 2004), it-Tsunami fix-Xlokk tal-Ażja (Diċembru 2004) u l-attakki terroristiċi f'Londra (Lulju 2005), fl-2005, il-Kummissjoni stabbiliet is-sistema ta' koordinazzjoni ARGUS, appoġġatta minn sistema ta' twissija ġenerali ta' dan it-tip (5) (6). Hija mmirata biex tipprovdi proċess speċifiku għall-koordinazzjoni f'każ ta' kriżijiet multisettorjali maġġuri, biex tippermetti l-qsim tal-informazzjoni marbuta mal-kriżijiet f'ħin reali u biex tiżgura teħid rapidu tad-deċiżjonijiet.
ARGUS tiddefinixxi żewġ Fażijiet skont il-gravità tal-avveniment:
|
|
Fażi I: tintuża għall-“qsim tal-informazzjoni” fi kriżi fuq skala limitata Eżempji riċenti ta' avvenimenti rrapurtati tal-Fażi I kienu jinkludu n-nirien forestali fil-Portugall u fl-Iżrael, l-attakk tal-2016 f'Berlin, l-għargħar fl-Albanija, l-Uragan Matthew f'Ħaiti u n-nixfa fil-Bolivja. Kwalunkwe DĠ jista' jiftaħ avviniment tal-Fażi I jekk huwa jqis li s-sitwazzjoni fil-qasam tal-kompetenzi tiegħu huwa serju biżżejjed biex jiġġustifika l-qsim tal-informazzjoni inkella li jibbenefika minn dan. Pereżempju, id-DĠ CNECT jew id-DĠ HOME jistgħu jiftħu avveniment tal-Fażi I jekk iqisu li sitwazzjoni ċibernetika fil-qasam tal-kompetenzi rispettivi tagħhom tkun serja biżżejjed biex tiġġustifika l-qsim tal-informazzjoni inkella li tibbenefika minn dan. |
|
|
Fażi II: tiskatta fil-każ ta' kriżi multisettorjali kbira jew theddida prevedibbli jew imminenti għall-Unjoni. Il-Fażi II tiskatta proċess speċifiku ta' koordinazzjoni li jippermetti lill-Kummissjoni tieħu deċiżjonijiet u tmexxi rispons rapidu, koordinat u koerenti, fl-ogħla livell fil-qasam ta' kompetenza tagħha u f'kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra. It-II Fażi hija maħsuba għal kriżi multisettorjali kbira inkella theddida prevedibbli jew imminenti tagħha. Eżempji ta' avvenimenti li ġraw tat-II Fażi jinkludu l-Kriżi tal-Migrazzjoni/tar-Refuġjati (2015-għaddejja), id-diżastru tripplu ta' Fukushima (2011) u l-iżbruffar tal-vulkan Eyjafjallajökull fl-Iżlanda (2010). It-II Fażi tiġi attivata mill-President fuq l-inizjattiva tiegħu stess inkella fuq talba minn Membru tal-Kummissjoni. Il-President jista' jalloka r-responsabbiltà politika għar-rispons tal-Kummissjoni lil Kummissarju responsabbli għas-servizz l-aktar ikkonċernat mill-kriżi partikolari inkella jiddeċiedi li jerfa' r-responsabbiltà huwa stess. Tipprevedi laqgħat ta' emerġenza tal-Kumitat tal-Koordinazzjoni tal-Kriżijiet (CCC). Dawn jissejjħu taħt l-awtorità tal-President jew il-Kummissarju li lilu ġiet assenjata r-responsabbiltà. Il-laqgħat jissejħu mis-SĠ permezz tal-għodda tal-IT ARGUS. Is-CCC huwa struttura operattiva speċifika tal-ġestjoni tal-kriżi stabbilit biex imexxi u jikkoordina r-risposta tal-Kummissjoni għall-kriżi, filwaqt li jiġbor flimkien rappreżentanti tad-DĠs, il-Kabinetti tal-Kummissjoni u servizzi oħra tal-UE rilevanti. Is-CCC, ippresedut mid-Deputat Segretarju Ġenerali, jivvaluta s-sitwazzjoni, iqis l-għażliet possibbli u jieħu deċiżjonijiet u jiżgura li d-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet jiġu implimentati filwaqt li jiżgura l-koerenza u l-konsistenza tar-risposta. L-SĠ jipprovdi appoġġ lis-CCC. |
4. MEKKANIŻMU TA' RISPONS GĦALL-KRIŻIJIET TAS-SEAE
Il-Mekkaniżmu ta' Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE (CRM) jiġi attiv mal-okkorrenza ta' sitwazzjoni serja jew emerġenza li tikkonċerna jew li bi kwalunkwe mod tinvolvi d-dimensjoni esterna tal-UE. Is-CRM jiġi attivat mid-DSĠ għar-Rispons għall-Kriżijiet, wara konsultazzjoni mal-HRVP jew is-Segretarju Ġenerali. Id-DSĠ għar-Rispons għall-Kriżijiet jista' jintalab ukoll jagħti bidu għall-Mekkaniżmu ta' Rispons għall-Kriżijiet mill-HRVP, mis-SĠ jew DSĠ jew MD ieħor.
Is-CRM jikkontribwixxi għall-koerenza tal-UE fir-rispons għall-kriżijiet fi ħdan l-Istrateġija ta' Sigurtà. B'mod partikolari, is-CRM jiffaċilità s-sinerġija bejn l-isforzi diplomatiċi, ta' sigurtà u ta' difiża mal-istrumenti finanzjarji, kummerċjali u ta' kooperazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni.
Is-CRM huwa marbut mas-sistema ta' rispons ġenerali tal-Kummissjoni f'każ ta' emerġenza (ARGUS) u l-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (IPCR) biex jisfruttura s-sinerġiji f'każ ta' attivazzjoni simultanja. Iċ-Ċentru tas-Sitwazzjonijiet fl-SEAE jieħu rwol ta' ċentru ta' komunikazzjoni bejn l-SEAE u s-sistemi ta' rispons f'każijiet ta' emerġenza fil-Kunsill u fil-Kummissjoni.
Is-soltu, l-ewwel azzjoni marbuta mal-implimentazzjoni tas-CRM hija li tissejjaħ Laqgħa ta' Kriżi fost il-managers ta' livell għoli tal-SEAE, tal-Kummissjoni u tal-Kunsill, direttament milquta mill-kriżi kkonċernata. Il-Laqgħa ta' Kriżi tivvaluta l-effetti fil-qosor tal-kriżi u tista' taqbel dwar it-teħid ta' azzjoni immedjata, jew l-attivazzjoni taċ-Ċellola ta' Kriżi, inkella t-tlaqqigħ ta' Pjattaforma ta' Kriżi. Dawn il-passi jistgħu jiġu implimentati fi kwalunkwe skeda ta' żmien.
Iċ-Ċellola ta' Kriżi hija ċentru operattiv fuq skala żgħira fejn ir-rappreżentanti tal-SEAE, u tas-servizzi tal-Kummissjoni u tal-Kunsill, involuti fir-rispons għall-kriżi jiltaqgħu biex jissorveljaw is-sitwazzjoni kontinwament sabiex jipprovdu appoġġ lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-Kwartieri Ġenerali tal-SEAE. Meta tiġi attivata, ċ-Ċellola ta' Kriżi tkun operazzjonali 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.
Il-Pjattaforma ta' Kriżi tiġbor is-servizzi rilevanti tal-SEAE, tal-Kummissjoni u tal-Kunsill biex tipprovdi valutazzjoni tal-effetti tal-kriżijiet fit-terminu medju u dak twil u jaqblu dwar l-azzjoni li trid tittieħed. Din tiġi ppreseduta mill-HRVP jew mis-Segretarju Ġenerali, jew mid-DSĠ għar-Rispons għall-Kriżijiet. Il-Pjattaforma ta' Kriżi tevalwa kemm hi effikaċi l-azzjoni tal-UE fil-pajjiż jew ir-reġjun tal-kriżi, tiddeċiedi fuq emendi ta' miżuri addizzjonali u tiddiskuti l-proposti għall-azzjoni mill-Kunsill. Il-Pjattaforma ta' Kriżi hija laqgħa ad hoc; għalhekk mhix attivata fuq bażi permanenti.
It-Task Force hija magħmula minn rappreżentanti tas-servizzi involuti fir-rispons u tista' tiġi attivata biex issegwi u tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' rispons mill-UE. Tevalwa l-impatt tal-azzjoni tal-UE, tħejji dokumenti ta' politika u dokumenti li jipproponu għażliet, tikkontribwixxi għat-tħejjija tal-Qafas Politiku għal Approċċ ta' Kriżi (PFCAs) u tikkontribwixxi għall-Istrateġija ta' Komunikazzjoni u tadotta kwalunkwe arranġament ieħor li jista' jiffaċilita l-implimentazzjoni tar-rispons tal-UE.
5. DOKUMENTI TA' REFERENZA
Hawn taħt tinsab lista ta' dokumenti ta' referenza li tqiesu fit-tħejjija tal-Pjan ta' Azzjoni:
|
— |
The European Cyber Crises Cooperation Framework, Version 1, is-17 ta' Ottubru 2012 |
|
— |
Report on Cyber Crisis Cooperation and Management, ENISA, 2014; |
|
— |
Actionable Information for Security Incident Response, ENISA, 2014; |
|
— |
Common practices of EU-level crisis management and applicability to cyber crises, ENISA, 2015; |
|
— |
Strategies for Incident Response and Cyber Crisis Cooperation, ENISA, 2016; |
|
— |
EU Cyber Standard Operating Procedures, ENISA, 2016; |
|
— |
A good practice guide of using taxonomies in incident prevention and detection, ENISA, 2017; |
|
— |
Komunikazzjoni — Insaħħu r-Reżiljenza tal-UE għaċ-Ċibersigurtà u Nrawmu Industrija taċ-Ċibersigurtà Kompetittiva u Innovattiva, COM(2016) 410 final, il-5 ta' Lulju 2016; |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Tisħiħ tas-Sistema Ewropea għar-Reżiljenza Ċibernetika u t-Trawwim ta' Industrija taċ-Ċibersigurtà Kompetittiva u Innovattiva — Konklużjonijiet tal-Kunsill (15 ta' Novembru 2016), 14540/16; |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/415/UE tal-24 ta' Ġunju 2014 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni mill-Unjoni tal-klawżola ta' solidarjetà (ĠU L 192, 1.7.2014, p. 53); |
|
— |
Il-Finalizzazzjoni tal-Proċess ta' Rieżami tas-CCA: Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (IPCR), 10708/13, is-7 ta' Ġunju 2013; |
|
— |
Għarfien u Analiżi Integrati tas-Sitwazzjoni (ISAA) — Proċeduri Operattivi Standard, DS 1570/15, it-22 ta' Ottubru 2015; |
|
— |
Dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-sistema ġenerali ta' twissija f'waqtha “ARGUS”, COM(2005) 662 final, it-23 ta' Diċembru 2005; |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/25/KE, Euratom tat-23 ta' Diċembru 2005 li temenda r-Regoli ta' Proċedura interni tagħha (ĠU L 19, 24.1.2006, p. 20); |
|
— |
ARGUS Modus Operandi, il-Kummissjoni Ewropea, it-23 ta' Ottubru 2013; |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Qafas għal Rispons Diplomatiku Konġunt tal-UE għal Attivitajiet Ċibernetiċi Malizzjużi (“Għodda tad-Diplomazija Diġitali”), Dok. 9916/17; |
|
— |
Protokoll operazzjonali tal-UE kontra t-theddid ibridu (Playbook tal-UE), dok SWD(2016) 227; |
|
— |
Mekkaniżmu tal-SEAE għar-Rispons għall-Kriżijiet, 8 ta' Novembru 2016 [Ares(2017) 880661]. Dokument ta' Ħidma Konġunta tal-Persunal — Protokoll operazzjonali tal-UE kontra t-theddid ibridu “Playbook tal-UE”, dok SWD(2016) 227 final, il-5 ta' Lulju 2016; |
|
— |
Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Qafas Konġunt dwar il-ġlieda kontra t-theddidiet ibridi — rispons tal-Unjoni Ewropea, JOIN(2016)018 final, is-6 ta' April 2016; |
|
— |
EEAS(2016) 1674 — Working Document of the European External Action Service — EU Hybrid Fusion Cell — Terms of Reference. |
6. ELEMENTI SPEĊIFIĊI GĦAĊ-ĊIBERSIGURTÀ FIL-PROĊESS TAL-IPCR
(1) 10708/13 dwar il-“Finalizzazzjoni tal-Proċess ta' Rieżami tas-CCA: l-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (IPCR)”, approvati mill-Kunsill fl-24 ta' Ġunju 2013.
(2) 12607/15 “Proċeduri Operattivi Standard tal-IPCR”, maqbul mill-Grupp tal-Ħbieb tal-Presidenza u magħruf mill-Coreper f'Ottubru 2015.
(3) Dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-sistema ġenerali ta' twissija f'waqtha “ARGUS”, COM(2005) 662 final, it-23 ta' Diċembru 2005.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/25/KE, Euratom tat-23 ta' Diċembru 2005 li temenda r-Regoli ta' Proċedura interni tagħha (ĠU L 19, 24.1.2006, p. 20), dwar it-twaqqif tas-sistema ġenerali ta' twissija f'waqtha “ARGUS”.
(5) Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, it-23 ta' Diċembru 2005, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-sistema ġenerali ta' twissija f'waqtha “ARGUS”, COM(2005) 662 final.
(6) Id-Deċiżjoni 2006/25/KE, Euratom.