|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
|
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
* |
||
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1558 tal-14 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza bromelain f'dak li għandu x'jaqsam mal-limitu massimu ta' residwi tagħha ( 1 ) |
|
|
|
* |
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1559 tal-14 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika l-limitu massimu ta' residwi tas-sustanza alarelina ( 1 ) |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/1 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/1545 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta' Settembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha l-għan li tipproteġi u tippromwovi r-rikkezza u d-diversità tal-kulturi li jeżistu fl-Ewropa u li tenfasizza l-karatteristiċi komuni ta' bejniethom filwaqt li tħeġġeġ is-sens taċ-ċittadini li jħossu li jiffurmaw parti minn żona kulturali komuni, b'mod li tinkoraġġixxi l-fehim reċiproku u d-djalogu interkulturali, u li ġġib fuq quddiem il-wirt kulturali komuni. Dik id-Deċiżjoni għandha wkoll l-għan li trawwem il-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp fit-tul tal-bliet, li jista' jinvolvi ż-żoni ta' madwarhom, skont l-istrateġiji u l-prijoritajiet rispettivi tagħhom, bl-għan li jiġi appoġġat it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. |
|
(2) |
Il-Kapitali Ewropej tal-Kultura jagħtu kontribut kruċjali għall-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-attivitajiet tan-netwerking ikomplu jiġu inkoraġġiti aktar bejn il-bliet tal-imgħoddi, tal-preżent u tal-ġejjieni detenturi tat-titlu ta' Kapitali Ewropea tal-Kultura, bl-għan li jitrawmu l-iskambju tal-esperjenzi u l-prattiki tajba. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE tistipula li jkollhom aċċess għall-azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura (l-“azzjoni”) biss il-bliet tal-Istati Membri, ta' pajjiżi kandidati jew ta' pajjiżi kandidati potenzjali, jew, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni, bliet ta' pajjiż li jaderixxi mal-Unjoni. |
|
(5) |
Bl-għan li jissaħħu r-rabtiet kulturali bejn il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (3) (“il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE”) u l-Unjoni, jenħtieġ li l-azzjoni tkun miftuħa wkoll, soġġett għal kondizzjonijiet, għall-bliet ta' dawk il-pajjiżi f'konformità ma' dak il-Ftehim. |
|
(6) |
Madankollu, matul il-perjodu kopert bid-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE, jiġifieri mill-2020 sal-2033, għal raġunijiet ta' ekwità mal-bliet fl-Istati Membri li jipparteċipaw fl-azzjoni, jenħtieġ li l-bliet fil-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE jkunu jistgħu jikkompetu għat-titlu f'kompetizzjoni waħda biss. Għal raġunijiet ta' ekwità mal-Istati Membri, jenħtieġ li kull pajjiż tal-EFTA/ŻEE jkun jista' jospita t-titolu darba biss matul dak il-perjodu, bħalma huwa l-każ għall-pajjiżi kandidati u għall-pajjiżi kandidati potenzjali. |
|
(7) |
Peress li s-sejħiet għat-tressiq tal-applikazzjonijiet jeħtieġ li jiġu ppubblikati mhux aktar tard minn sitt snin qabel is-sena tat-titlu, jenħtieġ li pajjiż kandidat, pajjiż kandidat potenzjali jew pajjiż tal-EFTA/ŻEE jospita l-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2028 minflok fl-2027 biex dawk il-pajjiżi jkunu jistgħu jinnegozjaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm tal-Unjoni li jappoġġa l-kultura li jkun sussegwenti għall-Programm Ewropa Kreattiva għall-perjodu 2021 sa 2027. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE tiġi emendata għaldaqstant, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Fil-każ ta' pajjiżi tal-EFTA/ŻEE, ta' pajjiżi kandidati u ta' pajjiżi kandidati potenzjali, il-Kummissjoni għandha tinnomina belt waħda biex iżżomm it-titlu fis-snin rilevanti, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport tal-għażla tal-bord, u għandha tavża, mhux aktar tard minn erba' snin qabel is-sena tat-titlu, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni b'dik in-nomina.”; |
|
(4) |
l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
l-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta' Settembru 2017.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2017 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2017.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 1).
ANNESS
“KALENDARJU
|
2020 |
Il-Kroazja |
L-Irlanda |
|
|
2021 |
Ir-Rumanija |
Il-Greċja |
Pajjiż kandidat jew pajjiż kandidat potenzjali |
|
2022 |
Il-Litwanja |
Il-Lussemburgu |
|
|
2023 |
L-Ungerija |
Ir-Renju Unit |
|
|
2024 |
L-Estonja |
L-Awstrija |
Pajjiż tal-EFTA/ŻEE, pajjiż kandidat jew pajjiż kandidat potenzjali (1) |
|
2025 |
Is-Slovenja |
Il-Ġermanja |
|
|
2026 |
Is-Slovakkja |
Il-Finlandja |
|
|
2027 |
Il-Latvja |
Il-Portugall |
|
|
2028 |
Ir-Repubblika Ċeka |
Franza |
Pajjiż tal-EFTA/ŻEE, pajjiż kandidat jew pajjiż kandidat potenzjali |
|
2029 |
Il-Polonja |
L-Iżvezja |
|
|
2030 |
Ċipru |
Il-Belġju |
Pajjiż tal-EFTA/ŻEE, pajjiż kandidat jew pajjiż kandidat potenzjali |
|
2031 |
Malta |
Spanja |
|
|
2032 |
Il-Bulgarija |
Id-Danimarka |
|
|
2033 |
In-Netherlands |
L-Italja |
Pajjiż tal-EFTA/ŻEE, pajjiż kandidat jew pajjiż kandidat potenzjali |
(1) Dejjem jekk din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel ma tkun waslet biex tiġi ppubblikata s-sejħa għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet tal-kompetizzjoni tal-2024, jiġifieri sitt snin qabel is-sena tat-titlu.”
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1546
tad-29 ta' Settembru 2016
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 207 u l-Artikolu 212(1) flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-10 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex jiftħu negozjati mal-Awstralja dwar Ftehim Qafas biex jieħu post il-Qafas ta' Sħubija bejn l-UE u l-Awstralja tal-2008. |
|
(2) |
In-negozjati dwar Ftehim Qafas (“il-Ftehim”) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) ġew konklużi b'suċċess fil-5 ta' Marzu 2015. Il-Ftehim jirrifletti kemm ir-relazzjoni storikament viċina u r-rabtiet dejjem iktar b'saħħithom li qegħdin jiżviluppaw bejn il-Partijiet, kif ukoll ix-xewqa tagħhom li jsaħħu u jestendu iktar r-relazzjonijiet tagħhom b'mod ambizzjuż u innovattiv. |
|
(3) |
L-Artikolu 61 tal-Ftehim jipprevedi li l-Unjoni u l-Awstralja jistgħu japplikaw b'mod proviżorju ċerti dispożizzjoniijet tal-Ftehim, determinati reċiprokament miż-żewġ Partijiet, sakemm dan jidħol fis-seħħ. |
|
(4) |
Il-Ftehim għandu għalhekk jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u xi wħud mid-dispożizzjonijiet tieghu għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra, huwa b'dan awtorizat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Sakemm jidħol fis-seħħ, skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim u soġġett għan-notifiki previsti fih, id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim għandhom jiġu applikati b'mod proviżorju bejn l-Unjoni u l-Awstralja, iżda biss sa fejn dawn ikopru materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, tiddefinixxi u timplimenta politika estera u ta' sigurtà komuni, inkluż materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni għad-definizjoni u l-implimentazzjoni ta' politika estera u ta' sigurtà komuni (1):
|
— |
Artikolu 3: (Djalogu politiku), |
|
— |
Artikolu 10: (Kooperazzjoni f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali), |
|
— |
Artikolu 56 (“Kumitat Konġunt”), bl-eċċezzjoni tal-punti (g) u (h) tal-paragrafu 3 tiegħu, |
|
— |
Titolu X (Dispożizzjonijiet finali), bl-eċċezzjoni tal- Artikolu 61(1) u (3), sa fejn hu neċessarju biex tiġi żgurata l-applikazzjoni proviżorja tal-partijiet tal-Artikoli 3,10 u 56 tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim imsemmija fl-ewwel tliet inċiżi. |
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. ŽIGA
(1) Id-data li minnha jiġu applikati b'mod proviżorju d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim imsemmija fl-Artikolu 2 ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/7 |
FTEHIM QAFAS
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,
u
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA' SPANJA
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
L-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,
IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,
l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”,
minn naħa waħda, u
L-AWSTRALJA
min-naħa l-oħra,
minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Partijiet”,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-valuri komuni tagħhom u r-rabtiet stretti storiċi, politiċi, ekonomiċi u kulturali tagħhom;
FILWAQT LI JILQGĦU l-progress li sar fl-iżvilupp tar-relazzjoni dewwemija u ta' benefiċċju reċiproku tagħhom permezz tal-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja fis-26 ta' Ġunju 1997 u l-implimentazzjoni tal-Aġenda għall-Kooperazzjoni tal-2003;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-interazzjoni u l-kooperazzjoni rivitalizzati bejn l-Awstralja u l-Unjoni li saru sa mill-iżvilupp tal-Qafas ta' Sħubija bejn l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea adottat fid-29 ta' Ottubru 2008;
FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn tagħhom favur l-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti (“il-Karta tan-NU”) u għat-tisħiħ tar-rwol tan-Nazzjonijiet Uniti (“NU”);
FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn tagħhom favur il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem, kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti internazzjonali rilevanti oħrajn dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll mal-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-governanza tajba;
FILWAQT LI JENFASIZZAW in-natura komprensiva tar-relazzjoni tagħhom u l-importanza li jingħata qafas koerenti biex jiġi promoss l-iżvilupp ta' din ir-relazzjoni;
FILWAQT LI JESPRIMU r-rieda komuni tagħhom biex jelevaw ir-relazzjonijiet tagħhom fi sħubija msaħħa;
FILWAQT LI JIKKONFERMAW ix-xewqa tagħhom li jintensifikaw u jiżviluppaw id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni tagħhom;
DETERMINATI li jikkonsolidaw, japprofondixxu u jiddiversifikaw il-kooperazzjoni f'oqsma ta' interess reċiproku, fil-livelli bilaterali, reġjonali u globali u għall benefiċċju reċiproku tagħhom;
FILWAQT LI JESPRIMU l-impenn tagħhom li joħolqu ambjent li jwassal għal iktar kummerċ u investiment bilaterali;
FILWAQT LI JAFFERMAW ir-rieda tagħhom li jsaħħu l-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-benefiċċji reċiproċi ta' kooperazzjoni msaħħa fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura, ir-riċerka u l-innovazzjoni;
FILWAQT LI JESPRIMU x-xewqa tagħhom li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu;
FILWAQAT LI JIBNU fuq il-ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u l-Awstralja, partikolarment b'rabta max-xjenza, is-servizzi tal-ajru, l-inbid, is-sigurtà tal-informazzjoni klassifikata, il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità għall-prodotti industrijali u l-iskambju ta' dejta tal-passiġieri bl-ajru;
FILWAQT LI JINNUTAW li fil-każ li l-Partijiet jiddeċiedu, fil-qafas ta' dan il-Ftehim, li jidħlu fi ftehimiet speċifiċi fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li kellhom jiġu konklużi mill-Unjoni skont Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet ta' tali ftehimiet futuri ma jorbtux lir-Renju Unit u/jew l-Irlanda sakemm l-Unjoni, fl-istess ħin mar-Renju Unit u/jew l-Irlanda fir-rigward tar-relazzjonijiet bilaterali preċedenti rispettivi tagħhom, ma tinnotifikax lill-Awstralja li r-Renju Unit u l-Irlanda intrabat/intrabtu minn tali ftehimiet bħala parti mill-Unjoni b'konformità mal-Protokoll Nru 21 dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizza anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. B'mod simili, kull miżura sussegwenti interna tal-Unjoni li jkollha tiġi adottata skont l-imsemmi Titolu V biex jiġi implimentat dan il-Ftehim, ma torbotx lir-Renju Unit u/jew lill-Irlanda sakemm dawn ma jkunux innotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem jew li jaċċettaw tali miżuri b'konformità mal-Protokoll Nru 21. Filwaqt li jinnutaw ukoll li tali ftehimiet futuri jew tali miżuri interni għall-UE jkunu jaqgħu taħt il-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa ma' dawk it-Trattati,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
TITOLU I
GĦAN U BAŻI TAL-FTEHIM
Artikolu 1
Għan tal-Ftehim
1. L-għan ta' dan il-Ftehim huwa li:
|
(a) |
jistabbilixxi sħubija msaħħa bejn il-Partijiet; |
|
(b) |
jipprovdi qafas biex jiffaċilita u jippromwovi l-kooperazzjoni fuq firxa wiesgħa ta' oqsma ta' interess reċiproku; u |
|
(c) |
isaħħaħ il-kooperazzjoni sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet għal sfidi reġjonali u globali. |
2. F'dan il-kuntest, il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom li jintensifikaw id-djalogu politiku fuq livell għoli, u jaffermaw mill-ġdid il-valuri u l-prinċipji komuni li jirfdu r-relazzjonijiet bilaterali tagħhom u jiffurmaw bażi għall-kooperazzjoni.
Artikolu 2
Bażi għall-kooperazzjoni
1. Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu r-relazzjoni strateġika tagħhom u li jintensifikaw il-kooperazzjoni fil-livelli bilaterali, reġjonali u globali, abbażi tal-valuri u l-interessi komuni.
2. Il-Partijiet jikkonfermaw l-impenn tagħhom favur il-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-istat tad-dritt. Ir-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif espressi fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, u strumenti internazzjonali rilevanti oħrajn dwar id-drittijiet tal-bniedem li l-Partijiet irratifikaw jew aderixxew magħhom, u għall-prinċipju tal-istat tad-dritt, jirfed il-politiki domestiċi u internazzjonali tal-Partijiet u jikkonstitwixxi element essenzjali ta' dan il-Ftehim.
3. Il-Partijiet jikkonfermaw l-appoġġ qawwi tagħhom lejn il-Karta tan-NU u lejn il-valuri kondiviżi espressi fiha.
4. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom favur il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli, li jikkontribwixxu għall-kisba ta' għanijiet ta' żvilupp maqbula internazzjonalment, u li jikkooperaw biex jindirizzaw sfidi ambjentali globali, inkluż it-tibdil fil-klima.
5. Il-Partijiet jenfasizzaw l-impenn komuni tagħhom favur in-natura komprensiva tar-relazzjoni bilaterali tagħhom u li jżommu koerenza ġenerali f'dan ir-rigward, abbażi ta' dan il-Ftehim.
6. L-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim tkun ibbażata fuq il-prinċipji tad-djalogu, ir-rispett reċiproku, is-sħubija ugwali, il-kunsens, u r-rispett għad-dritt internazzjonali.
TITOLU II
DJALOGU POLITIKU U KOOPERAZZJONI DWAR POLITIKA ESTERA U KWISTJONIJIET TA' SIGURTÀ
Artikolu 3
Djalogu politiku
1. Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu d-djalogu politiku regolari tagħhom.
2. Id-djalogu politiku jfittex li:
|
(a) |
jippromwovi l-iżvilupp tar-relazzjoni bilaterali; u |
|
(b) |
isaħħaħ l-approċċi komuni tal-Partijiet u jidentifika fejn hemm lok għal kooperazzjoni dwar sfidi u kwistjonijiet reġjonali u globali. |
3. Id-djalogu bejn il-Partijiet isir b'mod partikolari bil-modi li ġejjin:
|
(a) |
konsultazzjonijiet, laqgħat u żjarat fil-livell tal-mexxejja, li jsiru kull meta l-partijiet iqisu li huwa meħtieġ; |
|
(b) |
konsultazzjonijiet, laqgħat u żjarat fuq il-livell ministerjali, inklużi konsultazzjonijiet fil-livell ta' ministri tal-affarijiet barranin, u laqgħat ministerjali dwar il-kummerċ u kwistjonijiet oħra kif determinat mill-Partijiet, li jsiru meta u fejn jiddeterminaw il-Partijiet; |
|
(c) |
laqgħat tal-uffiċjali għolja, li jsiru kif xieraq fuq kwistjonijiet bilaterali, il-politika barranija, is-sigurtà internazzjonali, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kummerċ, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, it-tibdil fil-klima, u kwistjonijiet oħra kif determinat mill-Partijiet; |
|
(d) |
djalogi settorjali dwar kwistjonijiet ta' interess komuni; kif ukoll |
|
(e) |
skambji ta' delegazzjonijiet u kuntatti oħrajn bejn il-Parlament tal-Awstralja u l-Parlament Ewropew. |
Artikolu 4
Impenn favur il-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt
Il-Partijiet jaqblu li:
|
(a) |
jippromwovu l-prinċipji fundamentali rigward il-valuri demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, inkluż f'fora multilaterali; |
|
(b) |
jikkollaboraw u jikkoordinaw, fejn xieraq, u inkluż ma' pajjiżi terzi, fir-rigward tal-avvanz prattiku tal-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; |
|
(c) |
irawmu l-parteċipazzjoni fl-isforzi tal-parti l-oħra biex tippromwovi d-demokrazija, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' arranġamenti biex tiġi faċilitata l-parteċipazzjoni f'missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali. |
Artikolu 5
Ġestjoni tal-kriżijiet
1. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jikkooperaw fil-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali.
2. Għal dan il-għan, jesploraw possibiltajiet biex jikkoordinaw attivitajiet ta' ġestjoni ta' kriżijiet, inkluża kooperazzjoni possibbli f'operazzjonijiet ta' ġestjoni ta' kriżijiet.
3. Il-Partijiet jaħdmu biex jimplimentaw il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Awstralja f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet.
Artikolu 6
Ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva
1. Il-Partijiet jikkunsidraw li l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva (AQM) u s-sistemi ta' kunsinna tagħhom, kemm għand atturi statali kif ukoll mhux statali, tirrappreżenta waħda mill-akbar theddidiet serji għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali.
2. Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw u jikkontribwixxu fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-AQM u s-sistemi ta' kunsinna tagħhom permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-obbligi eżistenti tagħhom skont trattati u ftehimiet internazzjonali ta' diżarmament u nonproliferazzjoni, u ftehimiet oħrajn relevanti li l-Partijiet ikunu rratifikaw jew aderixxew għalihom. Il-Partijiet jaqblu li din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi element essenzjali ta' dan il-Ftehim.
3. Barra minn hekk, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw u jikkontrobwixxu fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-AQM u s-sistemi ta' kunsinna tagħhom billi:
|
(a) |
jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiffirmaw, jirratifikaw jew jaderixxu għal, kif xieraq, u jimplimentaw kompletament l-istrumenti internazzjonali relevanti kollha u li jippromwovu tali strumenti; |
|
(b) |
iżommu sistema effettiva ta' kontrolli fuq l-esportazzjonijiet nazzjonali, li tikkontrolla l-esportazzjoni kif ukoll it-tranżitu tal-prodotti relatati mal-AQM, li tinkludi l-kontroll tal-użu aħħari tal-AQM fuq it-teknoloġiji b'użu doppju, u li tipprevedi sanzjonijiet effettivi għall-ksur tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni; |
|
(c) |
jippomwovu l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti relevanti kollha; |
|
(d) |
jikkooperaw f'reġimi ta' kontroll tal-esportazzjoni u f'fora multilateali biex jippromwovu n-nonproliferazzjoni tal-AQM. |
|
(e) |
jikkollaboraw u jikkordinaw attivitajiet ta' lħiq relatati mas-sikurezza, is-sigurtà u n-nonproliferazzjoni kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari u s-sanzjonijiet; u |
|
(f) |
jiskambjaw informazzjoni relevanti dwar miżuri meħuda taħt dan l-artiklu, fejn xieraq u skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. |
4. Il-Partijiet jaqblu li jżommu għaddej djalogu politiku li jakkumpanja u jikkonsolida dawn l-elementi.
Artikolu 7
Armi ħfief u ta' kalibru żgħir u armi konvenzjonali oħra
1. Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-manifattura, it-trasferiment u ċ-ċirkolazzjoni illegali ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW), u l-munizzjon tagħhom, u l-akkumulazzjoni eċċessiva tagħhom, il-ġestjoni ħażina, il-ħażniet li mhumiex adegwatament siguri u t-tixrid mhux ikkontrollat tagħhom, ikomplu joħolqu theddida serja għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali.
2. Il-Partijiet jaqblu li josservaw u jimplimentaw kompletament l-obbligi rispettivi tagħhom biex jittrattaw il-kummerċ illeċitu tas-SALW u l-munizzjoni tagħhom, taħt ftehimiet internazzjonali eżistenti li l-Awstralja u jew l-Unjoni u/jew l-Istati Membri jkunu rratifikaw jew aderixxew magħhom, skont il-kompetenzi tagħhom u r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.
3. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza ta' sistemi ta' kontroll domestiku għat-trasferiment ta' armi konvenzjonali f'konformità ma' standards internazzjonali eżistenti. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li japplikaw dawn il-kontrolli b'mod responsabbli, bħala kontribut għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà internazzjonali u reġjonali, u għat-tnaqqis tat-tbatija tal-bnedmin, kif ukoll il-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta' armi konvenzjonali.
4. F'dan ir-rigward, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jagħmlu ħilithom biex jimplimentaw b'mod sħiħ it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi u li jikkooperaw flimkien fil-qafas tat-Trattat, inkluż fil-promozzjoni tal-universalizzazzjoni u tal-implimentazzjoni sħiħa tat-Trattat mill-Istati Membri kollha tan-NU.
5. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw u li jiżguraw il-koordinazzjoni, il-kumplementarjetà u s-sinerġija fl-isforzi tagħhom biex jittrattaw il-kummerċ illeċitu tas-SALW u l-munizzjoni tagħhom fuq il-livelli globali, reġjonali, sottoreġjonali, u nazzjonali, sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-embargi fuq l-armi deċiżi mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU b'konformità mal-Karta tan-NU.
Artikolu 8
Delitti serji ta' tħassib internazzjonali u l-Qorti Kriminali Internazzjonali
1. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid li l-aktar reati serji ta' tħassib għall-komunità internazzjonali b'mod ġenerali ma jistgħux ma jiġux penalizzati u li l-prosekuzzjoni tagħhom għandha tiġi żgurata permezz ta' miżuri fil-livell domestiku jew internazzjonali, inkluż permezz tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.
2. Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fil-promozzjoni tal-miri u l-objettivi tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u għal dan il-għan jaqblu li:
|
(a) |
ikomplu jieħdu passi biex jimplimentaw l-Istatut ta' Ruma u li jikkunsidraw ir-ratifika u l-implimentazzjoni ta' strumenti relatati (bħall-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Qorti Kriminali Internazzjonali); |
|
(b) |
ikomplu jippromwovu l-adeżjoni universali mal-Istatut ta' Ruma, inkluż billi jaqsmu ma' Stati oħra l-esperjenzi tal-adozzjoni ta' miżuri meħtieġa għar-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Istatut ta' Ruma; u |
|
(c) |
jissalvagwardjaw l-integrità tal-Istatut ta' Ruma billi jħarsu l-prinċipji fundamentali tiegħu, inkluż billi jastjenu milli jidħlu fi ftehimiet bilaterali ta' immunità (magħrufin ukoll bħala “Ftehimiet tal-Artikolu 98”) ma Stati terzi u billi jħeġġu lil oħrajn biex jastjenu wkoll. |
Artikolu 9
Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
1. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-importanza tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, b'rispett sħiħ lejn l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, u b'konformità mad-dritt internazzjonali applikabbli, inkluża l-Karta tan-NU, konvenzjonijiet internazzjonali kontra t-terroriżmu, ir-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, il-liġi dwar ir-refuġjati u l-liġi umanitarja internazzjonali.
2. F'dan il-qafas u filwaqt li jqisu l-Istrateġija Globali tan-NU kontra t-terroriżmu, li tinsab fir-Riżoluzzjoni 60/288 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-8 ta' Settembru 2006 u l-analiżi tal-implimentazzjoni tagħha, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fil-prevenzjoni u t-trażżin ta' atti terroristiċi, b'mod partikolari billi:
|
(a) |
jiskambjaw informazzjoni dwar gruppi terroristiċi u n-netwerks li jappoġġjawhom skond il-liġi internazzjonali u nazzjonali; |
|
(b) |
jiskambjaw ideat dwar mezzi u metodi użati kontra t-terroriżmu, inkluż f'oqsma tekniċi u t-taħriġ, u jaqsmu flimkien esperjenzi b'rabta mal-prevenzjoni tat-terroriżmu. |
|
(c) |
jidentifikaw oqsma għall-kooperazzjoni futura, inkluż dwar il-prevenzjoni tar-reklutaġġ u r-radikalizzazzjoni u fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, u permezz ta' sħubijiet ma' pajjiżi terzi; |
|
(d) |
fejn ikun prattiku u xieraq, jappoġġjaw inizjattivi reġjonali għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, fuq bażi ta' rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; |
|
(e) |
jikkooperaw sabiex japprofondixxu l-kunsens internazzjonali dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-qafas normattiv tiegħu u billi jaħdmu għal ftehim dwar il-Konvenzjoni Komprensiva dwar it-Terroriżmu Internazzjonali; |
|
(f) |
jippromwovu l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri tan-NU biex jimplimentaw b'mod effettiv l-Istrateġija Globali tan-NU Kontra t-Terroriżmu bil-mezzi kollha xierqa; u |
|
(g) |
jiskambjaw l-aħjar prattiki fir-rispett tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; |
3. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li, fejn xieraq, jaħdmu flimkien sabiex jipprovdu assistenza għall-bini ta' kapaċità kontra t-terroriżmu lil stati oħrajn li jeħtieġu riżorsi u għarfien espert biex jevitaw u jirrispondu għal attivitajiet terroristiċi.
4. Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw mill-qrib fil-qafas tal-Forum Globali Kontra t-Terroriżmu u l-gruppi ta' ħidma tiegħu.
5. Il-Partijiet jaqblu li jżommu għaddej djalogu regolari dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu fuq il-livell ta' uffiċjali.
Artikolu 10
Kooperazzjoni f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali
Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw billi jiskambjaw il-fehmiet u, fejn xieraq, jikkoordinaw pożizzjonijiet f'organizzazzjonijiet u fora internazzjonali u reġjonali, inkluż in-NU u l-aġenziji speċjalizzati tagħha, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”), il-Grupp tal-Għoxrin (“G20”), il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (“OECD”), il-Grupp tal-Bank Dinji u l-banek għall-iżvilupp reġjonali, il-Laqgħa Asja-Ewropa (“ASEM”), l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (“OSCE”), il-Forum Reġjonali tal-ASEAN (“ARF”), il-Forum tal-Gżejjer tal-Paċifiku (“PIF”) u s-Segretarjat tal-Komunità tal-Paċifiku.
Artikolu 11
Sigurtà internazzjonali u ċiberspazju
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-fehmiet fil-qasam tas-sigurtà internazzjonali u ċ-ċiberspazju, inkluż dwar in-normi ta' kondotta u l-applikazzjoni tad-dritt internazzjonali fiċ-ċiberspazju, l-iżvilupp ta' miżuri li jibnu l-kunfidenza u l-bini ta' kapaċità.
TITOLU III
KOOPERAZZJONI DWAR L-IŻVILUPP GLOBALI U L-GĦAJNUNA UMANITARJA
Artikolu 12
Żvilupp
1. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, li jsaħħu l-kooperazzjoni fir-rigward tal-iżvilupp internazzjonali u li jippromwovu l-effettività tal-għajnuna u l-iżvilupp, b'enfasi partikolari fuq l-implimentazzjoni fuq il-livell ta' pajjiż.
2. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-valur li jaħdmu flimkien biex jiżguraw li l-attivitajiet ta' żvilupp ikollhom impatt, medda u influenza ikbar.
3. Għal dan l-għan, il-Partijiet jaqblu li:
|
(a) |
jkollhom djalogu ta' politika dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp; |
|
(b) |
jiskambjaw fehmiet u, fejn xieraq, jikkoordinaw pożizzjonijiet dwar kwistjonijiet ta' żvilupp f'fora reġjonali u internazzjonali sabiex jippromwovu t-tkabbir inklussiv u sostenibbli għall-iżvilupp uman; |
|
(c) |
jiskambjaw informazzjoni dwar il-programmi tal-iżvilupp rispettivi tagħhom u, fejn xieraq, jikkoordinaw l-interazzjoni tagħhom fil-pajjiż biex iżidu l-kontribuzzjoni tagħhom lejn it-tkabbir ekonomiku sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar billi jippromwovu sinerġiji bejn il-programmi rispettivi tagħhom, li jtejbu t-tqassim tax-xogħol u jsaħħu l-effettività fuq il-post; u |
|
(d) |
jagħmlu kooperazzjoni dwar l-għajnuna delegata f'isem xulxin, fejn xieraq, abbażi ta' arranġamenti determinati reċiprokament mill-Partijiet. |
Artikolu 13
Għajnuna Umanitarja
Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn komuni tagħhom favur l-għajnuna umanitarja u jagħmlu ħilithom biex joffru risponsi koordinati kif xieraq.
TITOLU IV
KOOPERAZZJONI DWAR KWISTJONIJIET EKONOMIĊI U KUMMERĊJALI
Artikolu 14
Djalogu dwar il-politika ekonomika
Il-Partijiet jaqblu li żjommu għaddej id-djalogu bejn l-awtoritajiet tagħhom u li jippromwovu l-iskambju ta' informazzjoni u l-qsim ta' esperjenzi dwar il-politiki u x-xejriet makroekonomiċi rispettivi tagħhom, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi fil-kuntest tal-kooperazzjoni ekonomika u integrazzjoni reġjonali.
Artikolu 15
Djalogu u kooperazzjoni dwar il-kummerċ u l-investiment
1. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw sabiex jiżguraw il-kondizzjonijiet għal, u l-promozzjoni ta', iktar kummerċ u investiment bejniethom.
2. Il-Partijiet huma impenjati favur djalogu u kooperazzjoni f'livell għoli f'oqsma relatati mal-kummerċ u l-investiment sabiex jiffaċilitaw il-flussi bilaterali tal-kummerċ u l-investiment, biex jipprevjenu u jneħħu ostakli nontariffarji għall-kummerċ u l-investiment, li jtejbu t-trasparenza li javvanzaw is-sistema kummerċjali multilaterali.
3. Id-djalogu dwar kwistjonijiet ta' kummerċ u investiment jinkludi:
|
(a) |
djalogu annwali rigward il-politiki fil-livell ta' uffiċjali għolja, ikkumplementat minn laqgħat ministerjali dwar il-kummerċ, meta jiddeċiedu l-Partijiet; |
|
(b) |
djalogi dwar il-kummerċ u l-kummerċjalizzazzjoni agrikoli, kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji; u |
|
(c) |
skambji settorjali oħra, meta jiddeċiedu l-Partijiet; |
4. Il-Partijiet iżommu lil xulxin infurmati u jiskambjaw fehmiet dwar l-iżvilupp tal-kummerċ bilaterali u internazzjonali, l-aspetti relatati mal-kummerċ u l-investiment ta' politiki oħrajn, inklużi kwistjonijiet regolatorji b'impatt potenzjali fuq il-kummerċ u l-investiment bilaterali.
5. Il-Partijiet jiskambjaw informazzjoni dwar l-approċċi tal-politiki tagħhom lejn il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles (FTAs) u l-aġendi FTA rispettivi tagħhom. Dan il-ftehim la jeħtieġ u la jipprekludi n-negozjar u l-konklużjoni ta' FTA bejn il-Partijiet fil-ġejjieni biex jikkomplementa u jestendi d-dispożizzjonijiet ekonomiċi ta' dan il-Ftehim.
6. Filwaqt li jirrikonoxxu l-valur tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ bħala mutur tat-tkabbir ekonomiku globali u l-importanza li dan isir permezz ta' sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom li jaħdmu flimkien fid-WTO sabiex jiksbu iktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ.
Artikolu 16
Investiment
Il-Partijiet jippromwovu ambjent attraenti u stabbli għall-investiment bidirezzjonali permezz tad-djalogu, immirat li:
|
(a) |
isaħħaħ il-fehim reċiproku u l-kooperazzjoni bejniethom fuq kwistjonijiet ta' investiment; |
|
(b) |
jesplora mekkaniżmi biex il-flussi ta' investiment jiġu ffaċilitati; u |
|
(c) |
irawwem regoli għall-investituri li huma stabbli, trasparenti, nondiskriminatorji u miftuħa, mingħajr ħsara għall-impenji tal-Partijiet taħt ftehimiet preferenzjali u obbligi internazzjonali oħrajn. |
Artikolu 17
Akkwist pubbliku
1. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom favur oqfsa tal-akkwist pubbliku miftuħa u trasparenti, konsistenti mal-obbligi internazzjonali tagħhom, li jippromwovu valur tajjeb għall-flus, swieq kompetittivi, u prattiki ta' akkwist nondiskriminatorji u b'hekk jissaħħaħ il-kummerċ bejn il-Partijiet.
2. Il-Partijiet jaqblu li jkomplu jsaħħu l-konsultazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iskambji ta' esperjenza u l-aħjar prattiki tagħhom fil-qasam tal-akkwist pubbliku fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' interess reċiproku, inkluż dwar l-oqfsa regolatorji rispettivi tagħhom.
3. Il-Partijiet jaqblu li jesploraw modi biex ikomplu jippromwovu l-aċċess għas-swieq ta' xulxin f'dak li jirrigwarda l-akkwist pubbliku, u jiskambjaw fehmiet dwar miżuri u prattiki li jistgħu jaffetwaw b'mod ħażin il-kummerċ tal-akkwist pubbliku bejniethom.
Artikolu 18
Ostakli tekniċi għall-kummerċ
1. Il-Partijiet għandhom il-fehma komuni li kompattibbiltà ikbar tal-istandards, ir-regolamenti tekniċi u l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità hija element ewlieni fl-iffaċilitar tal-kummerċ.
2. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-interess reċiproku tagħhom li jitnaqqsu l-ostakli tekniċi għall-kummerċ, u għal dan il-għan jaqblu li jikkooperaw fil-qafas tal-Ftehim dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ tad-WTO u permezz tal-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku b'relazzjoni mal-istima ta' konformità, ċertifikati u mmarkat bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja.
Artikolu 19
Kwistjonijiet sanitarji, fitosanitarji u tat-trattament xieraq tal-annimali
1. Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji (“SPS”) biex iħarsu l-ħajja tal-bnedmin, l-annimali u l-pjanti fit-territorju tal-Partijiet, filwaqt li jinnutaw id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet taħt il-Ftehim tad-WTO dwar l-Applikazzjoni tal-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (“il-Ftehim SPS”).
2. Fil-qafas tal-Ftehim SPS u l-istandards relevanti internazzjonali tal-Codex Alimentarius, il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (“IPPC”) u l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (“OIE”), il-Partijiet jaqsmu l-informazzjoni ma' xulxin sabiex isaħħu l-fehim reċiproku tal-miżuri SPS rispettivi tagħhom u jiffaċilitaw il-kummerċ bejn il-Partijiet billi:
|
(a) |
jiltaqgħu regolarment f'fora xierqa determinati mill-Partijiet biex jiskambjaw fehmiet dwar il-leġiżlazzjoni, l-implimentazzjoni, is-sistemi ta' spezzjoni u ċertifikazzjoni u l-proċeduri ta' sorveljanza relatati mal-SPS u t-trattament xieraq tal-annimali, u li jindirizzaw kwistjonijiet li jinbtu mill-applikazzjoni ta' miżuri SPS; |
|
(b) |
jagħmlu ħilithom biex japplikaw rekwiżiti ta' importazzjoni għat-territorju sħiħ tal-Parti esportatriċi, inkluża l-applikazzjoni tal-prinċipji tar-reġjonalizzazzjoni; |
|
(c) |
b'mod konformi mal-Ftehim SPS:
|
|
(d) |
jiskambjaw informazzjoni dwar kwistjonijiet SPS u t-trattament xieraq tal-annimali li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Partijiet, bħal miżuri ta' emerġenza, mard u pesti emerġenti, u evidenza xjentifika ġdida. |
3. Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni dwar kwistjonijiet tat-trattament xieraq tal-annimali.
4. Il-Partijiet jikkooperaw ukoll fuq kwistjonijiet SPS u tat-trattament xieraq tal-annimali permezz ta' oqfsa multilaterali relevanti, inkluż id-WTO, il-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius, l-IPPC u l-OIE.
Artikolu 20
Dwana
Il-Partijiet, suġġett għal-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom, jikkooperaw fil-qasam doganali fuq bażi bilaterali u multilaterali. Għal dan l-għan, jaqblu b'mod partikolari li jaqsmu flimkien l-esperjenzi tagħhom u jeżaminaw il-possibiltajiet li jissimplifikaw il-proċeduri doganali, jiżguraw it-trasparenza u jsaħħu l-kooperazzjoni f'oqsma bħall-faċilitazzjoni tal-kummerċ, is-sigurtà u s-sikurezza tal-kummerċ internazzjonali u l-ġlieda kontra l-frodi doganali.
Artikolu 21
Proprjetà intellettwali
1. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-importanza tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi d-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, trademarks, indikazzjonijiet ġeografiċi, disinji industrijali, drittijiet fuq varjetajiet ta' pjanti u privattivi, u l-infurzar tagħhom, f'konformità mal-ogħla standards internazzjonali li kull Parti taderixxi għalihom.
2. Il-Partijiet jaqblu li jiskambjaw informazzjoni u li jaqsmu flimkien l-esperjenza dwar il-kwistjonijiet tal-proprjetà intellettwali li jirrelataw mal-amministrazzjoni, il-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali permezz ta' forom ta' kooperazzjoni xierqa.
Artikolu 22
Politika dwar il-kompetizzjoni
Il-Partijiet jippromwovu l-kompetizzjoni f'attivitajiet ekonomiċi billi jinfurzaw il-liġijiet u r-regolamenti dwar il-kompetizzjoni rispettivi tagħhom. Il-Partijiet jaqblu li jaqsmu informazzjoni dwar il-politika tal-kompetizzjoni u kwistjonijiet relatati u li jsaħħu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tagħhom.
Artikolu 23
Servizzi
Il-Partijiet jistabbilixxu djalogu sostantiv immirat li jippromwovi l-kummerċ bilaterali fis-servizzi u li jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-ambjenti superviżorji rispettivi tagħhom.
Artikolu 24
Servizzi finanzjarji
Fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, il-Partijiet jaqblu li jżommu għaddej l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenzi dwar l-ambjenti superviżorji u regolatorji rispettivi tagħhom, u li jsaħħu l-kooperazzjoni bil-ħsieb li jtejbu s-sistemi ta' kontabilità, awditjar, superviżjoni u regolazzjoni għas-setturi bankarji, assigurattivi u partijiet oħrajn mis-settur finanzjarju.
Artikolu 25
Tassazzjoni
1. Bil-ħsieb li jissaħħu u jiġu żviluppati l-attivitajiet ekonomiċi b'kunsiderazzjoni għall-ħtieġa ta' qafas regolatorju xieraq, il-Partijiet jirrikonoxxu u jimpenjaw ruħhom li fil-qasam tat-taxxi jimplimentaw il-prinċipji tal-governanza tajba, inklużi t-trasparenza, l-iskambju ta' informazzjoni u l-evitar ta' prattiki ta' taxxa dannużi.
2. Skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet jaħdmu flimkien, inkluż permezz ta' fora internazzjonali xierqa, biex itejbu l-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tat-taxxa u jiffaċilitaw il-ġbir ta' dħul leġittimu mit-taxxa, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tal-governanza tajba mesmmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 26
Trasparenza
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tat-trasparenza u l-proċess ġust fl-amministrazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti relatati mal-kummerċ kif stabbilit fl-Artikolu X tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (“GATT 1994”) u l-Artikolu III tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (“GATS”), u għal dan l-għan jaqblu li jsaħħu l-kooperazzjoni u jiskambjaw l-informazzjoni sabiex jippromwovu l-kwalità u l-prestazzjoni regolatorja u l-prinċipji tal-imġiba amministrattiva tajba.
Artikolu 27
Materja prima
1. Il-Partijiet jirrikonoxxu li approċċ trasparenti msejjes fuq is-suq huwa l-aħjar mod li bih jinħoloq ambjent li jiffavorixxi l-investiment fil-produzzjoni u l-kummerċ ta' materja prima, u li jrawwem l-allokazzjoni u l-użu effiċjenti tal-materja prima.
2. Il-Partijiet, filwaqt li jqisu l-politiki u għanijiet ekonomiċi tagħhom, u bil-ħsieb li jrawmu l-kummerċ, jaqblu li jsaħħu l-kooperazzjoni fuq kwistjonijiet relatati mal-materja prima, bil-ħsieb li jsaħħu qafas għall-kummerċ tal-materja prima msejjes fuq ir-regoli, u li jippromwovu t-trasparenza fis-swieq globali tal-materja prima.
3. Suġġetti għall-kooperazzjoni jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn:
|
(a) |
kwistjonijiet ta' provvista u domanda, kwistjonijiet bilaterali dwar il-kummerċ u l-investiment, kif ukoll kwistjonijiet ta' interess li jinbtu mill-kummerċ internazzjonali; |
|
(b) |
l-oqfsa regolatorji rispettivi tal-Partijiet u |
|
(c) |
l-aħjar prattiki fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli tal-industrija tal-minjieri, inkluża l-politika dwar il-minerali, l-ippjanar tal-użu tal-art u proċeduri ta' awtorizzazzjoni. |
4. Il-Partijeit se jikkooperaw permezz tad-djalogu bilaterali jew f'istituzzjonijiet internazzjonali jew kuntesti plurilaterali relevanti.
Artikolu 28
Kummerċ u żvilupp sostenibbli
1. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għall-promozzjoni tal-iżvilupp tal-kummerċ u l-investiment internazzjonali, b'tali mod li jikkontribwixxu għall-objettiv tal-iżvilupp sostenibbli u u se jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li dan l-objettiv jiġi rrealizzat fl-oqsma relevanti tar-relazzjoni ekonomika tagħhom.
2. Il-Partijiet jirrikonoxxu d-dritt ta' kull Parti li tistabbilixxi l-livelli proprji ta' protezzjoni domestika tal-ambjent u tax-xogħol, u li tadotta jew timmodifika l-liġijiet u l-politiki rilevanti tagħha, b'mod konsistenti mal-impenn tagħhom favur standards u ftehimiet rikonoxxuti internazzjonalment.
3. Il-Partijiet jirrikonoxxu wkoll li għandhom jevitaw li jinkoraġġixxu l-kummerċ jew l-investiment billi jnaqqsu jew joffru li jnaqqsu l-livelli ta' protezzjoni mogħtija fil-liġijiet domestiċi ambjentali u tax-xogħol.
4. Il-Partijiet jiskambjaw l-informazzjoni u jaqsmu flimkien l-esperjenza dwar l-azzjonijiet tagħhom biex jippromwovu l-koerenza u l-appoġġ reċiproku bejn l-objettivi kummerċjali, soċjali u ambjentali, inklużi l-aspetti stipulati fit-Titolu VIII, u jsaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' żvilupp sostenibbli li jistgħu jinqalgħu fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali.
Artikolu 29
Kooperazzjoni kummerċjali
1. Il-Partijiet jinkoraġġixxu konnessjonijet iktar b'saħħithom bejn in-negozji u jsaħħu l-konnessjonijiet bejn il-gvernijiet u n-negozji permezz ta' żjarat bidirezzjonali, kif ukoll permezz ta' attivitajiet li jinvolvu n-negozju, inkluż fil-kuntest tal-ASEM.
2. B'mod partikolari, din il-kooperazzjoni jkollha l-għan li ttejjeb il-kompetittività tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Din il-kooperazzjoni tista' tinkludi, fost l-oħrajn:
|
(a) |
l-istimulazzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija; |
|
(b) |
l-iskambju ta' prattiki tajbin dwar l-aċċess għall-finanzjament; |
|
(c) |
il-promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-obbligu ta' rendikont; u |
|
(d) |
l-iżvilupp tal-kooperazzjoni eżistenti dwar l-istandards u l-valutazzjoni tal-konformità. |
3. Il-Partijiet jaqblu li jiffaċilitaw u jiżviluppaw djalogu u kooperazzjoni bejn l-aġenziji li jippromwovu l-kummerċ u l-investiment rispettivi tagħhom.
Artikolu 30
Soċjetà ċivili
Il-Partijiet jinkoraġġixxu d-djalogu bejn l-organizzazzjonijiet governattivi u nongovernattivi, bħalma huma t-trejdjunjins, l-impjegaturi, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju, u l-kmamar tal-kummerċ u l-industrija, bil-ħsieb li jippromwovu l-kummerċ u l-investiment f'oqsma ta' interess reċiproku.
Artikolu 31
Turiżmu
Filwaqt li jirrikonoxxu l-valur tat-turiżmu fl-approfondiment tal-fehim u l-apprezzament reċiproku bejn il-popli tal-Unjoni Ewropea u tal-Awstralja, u l-benefiċċji ekonomiċi li jirriżultaw minn żieda fit-turiżmu, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw bil-għan li jiżdied it-turiżmu fiż-żewġ direzzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Awstralja.
TITOLU V
KOOPERAZZJONI DWAR IL-ĠUSTIZZJA, IL-LIBERTÀ U S-SIGURTÀ
Artikolu 32
Kooperazzjoni legali
1. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tad-dritt internazzjonali privat u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u legali f'materji ċivili u kummerċjali biex jappoġġjaw ambjent li jiffaċilita l-kummerċ u l-investiment internazzjonali u l-mobilità tal-persuni. Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom, inkluż permezz tan-negozjar, ir-ratifika u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet internazzjonali, bħal dawk adottati fil-qafas tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.
2. Il-Partijiet jaqblu li jiffaċilitaw u jinkoraġġixxu s-soluzzjoni arbitrali ta' tilwimiet ċivili u kummerċjali privati internazzjonali, fejn ikun xieraq, skont l-istrumenti internazzjonali applikabbli.
3. Rigward il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, il-Partijiet isaħħu l-kooperazzjoni dwar l-għajnuna legali reċiproka abbażi ta' strumenti internazzjonali relevanti. Din tista' tinkludi, fejn xieraq, l-adeżjoni ma', u l-implimentazzjoni ta' strumenti rilevanti tan-NU. Tista' tinkludi wkoll, fejn xieraq, appoġġ għal strumenti rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet Awstraljani u l-Eurojust.
Artikolu 33
Kooperazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi
Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw bejn l-awtoritajiet, l-aġenziji u s-servizzi tal-infurzar tal-liġi u li jikkontribwixxu sabiex ifixklu u jiżmantellaw theddidiet ta' kriminalità transnazzjonali komuni għall-Partijiet. Din il-kooperazzjoni tista' tieħu l-forma ta' assistenza reċiproka fl-investigazzjonijiet, il-kondiviżjoni ta' metodi investigattivi, edukazzjoni u taħriġ konġunti għall-persunal tal-infurzar tal-liġi u kwalunkwe tip ieħor ta' attività u għajnuna konġunti kif jista' jiġi deċiż b'mod reċiproku mill-Partijiet.
Artikolu 34
Il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata transnazzjonali
1. Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fil-prevenzjoni u t-trażżin tat-terroriżmu kif stabbilit fl-Artikolu 9.
2. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jikkooperaw fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, ekonomika u finanzjarja, il-korruzzjoni, l-iffalsifikar u t-tranżazzjonijiet illegali, billi jikkonformaw b'mod sħiħ mal-obbligi internazzjonali reċiproki tagħhom eżistenti f'dan il-qasam, inklużi dawk dwar il-kooperazzjoni effettiva fl-irkupru ta' assi jew fondi li ġejjin minn atti ta' korruzzjoni.
3. Fil-kuntest tal-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' kriminalità internazzjonali serja, il-Partijiet jagħrfu l-importanza tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri.
4. Il-Partijiet jippromwovu l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-Protokolli li jissuplimentawha, inkluża l-promozzjoni ta' mekkaniżmi ta' rieżami b'saħħithom u effiċjenti.
5. Il-Partijiet jippromwovu wkoll l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni, inkluża l-operazzjoni ta' mekkaniżmu ta' rieżami b'saħħtu, filwaqt li jqisu l-prinċipji tat-trasparenza u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili.
Artikolu 35
Ġlieda kontra d-drogi illeċiti
1. Fil-kuntest tas-setgħat u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet jikkooperaw biex jiżguraw approċċ bilanċjat u integrat sabiex jiġi mminimizzat id-deni lil individwi, familji, u komunitajiet kaġun tad-drogi illeċiti. Il-politiki u l-azzjonijiet dwar id-drogi jkunu mmirati lejn it-tisħiħ tal-istrutturi għall-ġlieda kontra d-drogi illeċiti, it-tnaqqis fil-provvista, it-traffikar, u d-domanda, tad-drogi, li jiġu indirizzati l-konsegwenzi ta' saħħa u soċjali tal-abbuż tad-droga, li jinbena l-irkupru mid-dependenza, kif ukoll it-tkomplija tal-kooperazzjoni sabiex tiġi miġġielda b'mod effettiv id-diverżjoni ta' prekursuri kimiċi użati fil-manifattura illeċita tad-drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi.
2. Il-Partijiet jikkooperaw bil-ħsieb li jiżmantellaw in-netwerks kriminali transnazzjonali involuti fit-traffikar tad-droga permezz ta', fost l-oħrajn, l-iskambju ta' informazzjoni u intelligence, it-taħriġ jew il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, inklużi tekniki investigattivi speċjali. Isir sforz partikulari kontra l-penetrazzjoni mill-kriminali fl-ekonomija leċita.
3. Il-Partijiet jikkooperaw biex jindirizzaw il-kwistjoni ta' sustanza psikoattiva ġdida, inkluż permezz tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence, kif xieraq.
Artikolu 36
Ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità
1. Il-Partijiet isaħħu l-kooperazzjoni biex jimpedixxu u jiġġieldu r-reati ta' teknoloġija għolja, ċibernetiċi u elettroniċi u d-distribuzzjoni ta' kontenut illegali, inkluż kontenut terroristiku, permezz tal-internet, billi jiskambjaw l-informazzjoni u l-esperjenzi prattiċi b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom u l-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, fil-limiti tar-responsabbiltà tagħhom.
2. Il-Partijiet jiskambjaw informazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-investigaturi taċ-ċiberkriminalità, l-investigazzjoni taċ-ċiberkriminalità, u x-xjenza forensika diġitali.
3. Il-Partijiet jippromwovu l-Konvenzjoni ta' Budapest dwar iċ-Ċiberkriminalità bħala l-istandard globali kontra ċ-ċiberkriminalità f'kull livell xieraq.
Artikolu 37
Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
1. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid il-ħtieġa li jikkooperaw sabiex jipprevjenu li s-sistemi finanzjarji tagħhom jintużaw biex isir il-ħasil tal-qligħ mill-attivitajiet kriminali kollha, inkluż it-traffikar tad-droga u l-korruzzjoni, u sabiex jiġġieldu kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Din il-kooperazzjoni testendi għall-irkupru ta' assi jew fondi li jkunu ġejjin minn attivitajiet kriminali.
2. Il-Partijiet jiskambjaw informazzjoni relevanti fil-qafas tal-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom, u jimplimentaw miżuri adatti biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, b'konformità ma' standards adottati minn korpi internazzjonali relevanti attivi f'dan il-qasam, bħalma hi t-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF).
Artikolu 38
Migrazzjoni u Ażil
1. Il-Partijiet jaqblu li jintensifikaw id-djalogu u l-kooperazzjoni rigward kwistjonijiet ta' migrazzjoni, ażil, parteċipazzjoni u diversità.
2. Il-kooperazzjoni tista' tinkludi l-iskambju ta' informazzjoni dwar approċċi għall-immigrazzjoni irregolari, il-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' persuni, it-traffikar tal-bnedmin, l-ażil, il-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika tal-migranti, il-ġestjoni tal-fruntieri, il-viżi, il-bijometrika, u s-sigurtà tad-dokumenti.
3. Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw sabiex jipprevjenu u jikkontrollaw il-migrazzjoni irregolari. Għal dan il-għan:
|
(a) |
l-Awstralja tieħu lura kull wieħed miċ-ċittadini tagħha li jkunu jinsabu illegalment fit-territorju ta' Stat Membru, fuq talba ta' dan tal-aħħar, mingħajr formalitajiet bla bżonn li jikkawżaw dewmien żejjed; |
|
(b) |
kull Stat Membru jieħu lura kull wieħed miċ-ċittadini tiegħu li jkunu jinsabu illegalment fit-territorju tal-Awstralja, fuq talba ta' din tal-aħħar, mingħajr formalitajiet bla bżonn li jikkawżaw dewmien żejjed; u |
|
(c) |
l-Istati Membri u l-Awstralja jipprovdu wkoll liċ-ċittadini tagħhom b'dokumenti xierqa ta' identità għal dawn l-iskopijiet. |
4. Il-Partijiet, fuq talba ta' kwalunkwe Parti, jesploraw il-possibiltà li jikkonkludu Ftehim bejn l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea dwar ir-riammissjoni. Dan se jinkludi l-konsiderazzjoni ta' arranġamenti xierqa għal ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi.
Artikolu 39
Protezzjoni konsulari
1. L-Awstralja taqbel li l-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta' kwalunkwe Stat Membru rappreżentat jistgħu jeżerċitaw il-protezzjoni konsulari (1) fl-Awstralja f'isem Stati Membri oħra li ma jkollhomx rappreżentazzjoni permanenti aċċessibbli fl-Awstralja.
2. L-Unjoni u l-Istati Membri jaqblu li l-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari tal-Awstralja jistgħu jeżerċitaw protezzjoni konsulari f'isem pajjiż terz u li pajjiżi terzi jistgħu jeżerċitaw protezzjoni konsulari f'isem l-Awstralja fl-Unjoni f'postijiet fejn l-Awstralja jew il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkollhomx rappreżentazzjoni permanenti aċċessibbli.
3. Il-paragrafi 1 u 2 huma maħsuba biex ineħħu kull rekwiżit għal notifika jew kunsens li b'mod ieħor ikunu jistgħu japplikaw.
4. Il-Partijiet jaqblu li jiffaċilitaw djalogu dwar affarijiet konsulari bejn l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom.
Artikolu 40
Protezzjoni tad-dejta personali
1. Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw bil-għan li jiżguraw li l-livelli tal-protezzjoni ta' dejta personali jkunu konsistenti mal-istandards relevanti internazzjonali, inklużi l-Linji Gwida tal-OECD dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza u l-Fluss Bejn il-Fruntieri ta' Informazzjoni Personali.
2. Il-kooperazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali tista' tinkludi, fost l-oħrajn, l-iskambju ta' informazzjoni u kompetenza esperta. Din tista' wkoll tinkludi l-kooperazzjoni bejn korpi regolatorji simili f'korpi bħall-Grupp ta' Ħidma dwar is-Sigurtà u l-Privatezza fl-Ekonomija Diġitali tal-OECD u n-Netwerk Globali ta' Infurzar tal-Privatezza.
TITOLU VI
KOOPERAZZJONI FL-OQSMA TAR-RIĊERKA, L-INNOVAZZJONI U S-SOĊJETÀ TAL-INFORMAZZJONI
Artikolu 41
Xjenza, riċerka u innovazzjoni
1. Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fl-oqsma tax-xjenza, ir-riċerka, u l-innovazzjoni, b'appoġġ għal, jew kumplimentari għal, il-Ftehim relatat mal-kooperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja.
2. Il-kooperazzjoni msaħħa tfittex li, fost l-oħrajn:
|
(a) |
tindirizza sfidi tas-soċjetà ewlenin komuni bejn l-Awstralja u l-Unjoni kif eżaminat u maqbul mill-Kumitat Konġunt dwar Kooperazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija stabbilit skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim relatat mal-kooperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja; |
|
(b) |
tinkludi firxa ta' atturi tal-innovazzjoni mis-settur pubbliku u dak privat, inklużi l-SMEs, biex jiġi ffaċilitat l-isfruttar tar-riżultati tar-riċerka kollaborattiva u l-kisba ta' riżultati kummerċjali u/jew soċjali ta' benefiċċju reċiproku. |
|
(c) |
issaħħaħ iktar l-ambitu għal riċerkaturi tal-Awstralja u l-Unjoni biex japprofittaw mill-opportunitajiet provduti mill-programmi ta' riċerka u innovazzjoni ta' kull parti, inkluż permezz ta':
|
|
(d) |
tesplora l-ambitu li fih l-Awstralja u l-Unjoni jistgħu jaħdmu flimkien biex jibdew u jipparteċipaw f'kollaborazzjoni ta' riċerka u innovazzjoni reġjonali u internazzjonali. |
3. Il-Partijiet, f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom, jinkoraġġixxu lis-settur pubbliku u privat kif ukoll is-soċjetà ċivili fit-territorju tagħhom biex jieħdu sehem f'attivitajiet biex isaħħu l-kooperazzjoni.
4. Il-kooperazzjoni msaħħa tiffoka fuq kull qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni ċivili, inkluż, imma mhux limitata għal:
|
(a) |
li jiġu indirizzati sfidi għas-soċjetà f'oqsma ta' interess reċiproku u li jissaħħu teknoloġiji abilitanti essenzjali, fosthom ix-xjenza spazjali; |
|
(b) |
l-infrastruttura tar-riċerka, inkluża l-e-infrastruttura, u l-iskambju ta' informazzjoni fuq kwistjonijiet bħall-aċċess, il-ġestjoni, il-finanzjament u l-prijoritizzazzjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka; u |
|
(c) |
it-tisħiħ tal-mobilità tar-riċerkaturi bejn l-Awstralja u l-Unjoni. |
Artikolu 42
Soċjetà tal-informazzjoni
1. Billi jirrikonoxxu li t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni huma elementi ewlenin tal-ħajja moderna u ta' importanza vitali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-Partijiet jaqblu li jiskambjaw il-fehmiet tagħhom dwar il-linji ta' politika rispettivi tagħhom f'dan il-qasam.
2. Il-kooperazzjoni f'dan il-qasam tista' tiffoka, fost l-oħrajn, fuq:
|
(a) |
l-iskambju ta' fehmiet dwar aspetti differenti tas-soċjetà tal-informazzjoni, b'mod partikulari politiki u regolamentazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż is-servizz universali, il-liċenzjar u l-awtorizzazzjonijiet ġenerali, il-protezzjoni tal-privatezza u d-dejta personali, il-gvern elettroniku u l-gvern apert, is-sigurtà tal-internet u l-indipendenza u l-effiċjenza tal-awtoritajiet regolatorji; |
|
(b) |
l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks ta' riċerka u infrastrutturi u servizzi tad-dejta tal-kompjuters u x-xjenza, inkluż f'kuntest reġjonali; |
|
(c) |
l-istandardizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u t-tixrid ta' teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni; |
|
(d) |
aspetti ta' sigurtà, fiduċja u privatezza ta' teknoloġiji u servizzi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, inkluż il-promozzjoni tas-sikurezza online, il-ġlieda kontra l-użu ħażin tat-teknoloġija tal-informatika u kull forma ta' mezz elettroniku, u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni; u |
|
(e) |
l-iskambju ta' fehmiet dwar miżuri biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-ispejjeż tar-roaming internazzjonali bil-mowbajls, inkluż bħala ostakolu għall-kummerċ wara l-fruntieri. |
TITOLU VII
KOOPERAZZJONI FIL-QASAM TAL-EDUKAZZJONI U L-KULTURA
Artikolu 43
Edukazzjoni, taħrig u żgħażagħ
1. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-kontribuzzjoni kruċjali li l-edukazzjoni u t-taħriġ jagħmlu għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u t-tkabbir sostenibbli għal ekonomiji bbażati fuq l-għarfien, u jirrikonoxxu li għandhom interess komuni li jikkooperaw fuq l-edukazzjoni, it-taħriġ u fuq kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu maż-żgħażagħ relatati.
2. B'mod konformi mal-interessi reċiproċi tagħhom u l-miri tal-politiki tagħhom dwar l-edukazzjoni, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jkomplu d-djalogu UE-Awstralja dwar il-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ u li flimkien jappoġġjaw attivitajiet adatti ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, u ż-żgħażagħ. Din il-kooperazzjoni tikkonċerna s-setturi kollha tal-edukazzjoni, u tista' tieħu l-forma ta', fost l-oħrajn:
|
(a) |
il-mobilità ta' individwi permezz tal-promozzjoni u l-faċilitazzjoni tal-iskambju tal-istudenti, l-istaff akkademiku u amministrattiv ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni terzjarja, għalliema u dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ; |
|
(b) |
proġetti ta' kooperazzjoni konġunti bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Unjoni u l-Awstralja bil-ħsieb li jiġi promoss l-iżvilupp tal-kurrikulu, programmi tal-istudju u lawrji konġunti, u l-mobilità tal-għalliema u l-istudenti. |
|
(c) |
il-kooperazzjoni, il-konnessjonijiet, u s-sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet bil-ħsieb li jiġi promoss l-iskambju tal-esperjenza u l-kompetenzi, u rabtiet effettivi bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. u |
|
(d) |
l-appoġġ għar-riforma tal-politiki permezz ta' djalogu, studji, konferenzi, seminars, gruppi ta' ħidma, eżerċizzji ta' parametraġġ referenzjarju u l-iskambju ta' informazzjoni u prattika tajba, b'mod partikolari fid-dawl tal-proċessi ta' Bolonja u ta' Kopenħagen u l-għodod ta' trasparenza tal-Unjoni. |
Artikolu 44
Kooperazzjoni kulturali, awdjoviżiva u tal-midja
1. Il-Partijiet jaqblu li jippromwovu kooperazzjoni eqreb fis-setturi kulturali u kreattivi, sabiex jitjieb, fost l-oħrajn, il-fehim reċiproku u l-għarfien tal-kulturi rispettivi tagħhom.
2. Il-Partijiet jaħdmu biex jieħdu miżuri xierqa sabiex jippromwovu skambji kulturali u jwettqu inizjattivi konġunti f'diversi oqsma kulturali filwaqt li jużaw l-istrumenti u l-oqfsa ta' kooperazzjoni disponibbli.
3. Il-Partijiet jagħmlu ħilithom biex jippromwovu l-mobilità ta' professjonisti tal-kultura u xogħlijiet tal-arti bejn l-Awstralja u l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
4. Il-Partijiet jinkoraġġixxu d-djalogu interkulturali bejn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif ukoll bejn individwi miż-żewġ Partijiet.
5. Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw mill-qrib, b'mod partikolari permezz tad-djalogu ta' politika, f'fora internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, Xjenza u Kultura (UNESCO), bil-għan li jsegwu objettivi komuni u jippromwovu d-diversità kulturali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali.
6. Il-Partijiet jinkoraġġixxu, jappoġġjaw u jiffaċilitaw l-iskambji, il-kooperazzjoni u d-djalogu bejn l-istituzzjonijiet u l-professjonisti fl-oqsma awdjoviżivi u tal-midja.
7. Il-Partijiet jaqblu li jappoġġjaw il-kooperazzjoni kulturali fil-qafas tal-ASEM, partikolarment permezz tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni Asja-Ewropa (“ASEF”).
TITOLU VIII
KOOPERAZZJONI FIL-QASAM TAL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-ENERĠIJA U T-TRASPORT
Artikolu 45
Ambjent u riżorsi naturali
1. Il-Partijiet jaqblu dwar il-ħtieġa li jħarsu, jikkonservaw u jamministraw b'manjiera sostenibbli r-riżorsi naturali u d-diversità bijoloġika bħala bażi għall-iżvilupp tal-ġenerazzjonijiet preżenti u tal-futur.
2. Il-Partijiet isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom rigward il-ħarsien tal-ambjent u rigward l-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet ambjentali fis-setturi kollha ta' kooperazzjoni, inkluż f'kuntest internazzjoni u reġjonali, partikolarment fir-rigward ta':
|
(a) |
li jinżamm djalogu f'livell għoli dwar kwistjonijiet ambjentali; |
|
(b) |
il-parteċipazzjoni fi ftehimiet multilaterali dwar l-ambjent u l-implimentazzjoni tagħhom, u fejn xieraq, li tinstab bażi komuni bejn il-partijiet dwar kwistjonijiet ambjentali, inkluż permezz ta' parteċipazzjoni f'fora multilaterali; |
|
(c) |
li jiġi promoss u mħeġġeġ l-aċċess għal, u l-użu sostenibbli ta', riżorsi ġenetiċi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u t-trattati internazzjonali applikabbli f'dan il-qasam li l-Partijiet ikunu rratifikaw jew aderixxew magħhom; u |
|
(d) |
il-promozzjoni ta' skambju ta' informazzjoni, għarfien tekniku espert u prattiki ambjentali f'oqsma bħal:
|
Artikolu 46
Tibdil fil-klima
1. Il-Partijiet jirrikonoxxu t-theddida globali komuni tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li l-pajjiżi kollha jieħdu azzjoni sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet bil-għan li jiġu stabbilizzati l-konċentrazzjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-atmosfera, f'livell li jimpedixxi interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima. Fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, u mingħajr preġudizzju għad-diskussjonijiet f'fora oħra, bħall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), il-Partijiet għandhom iżidu l-kooperazzjoni f'dan il-qasam. Mingħajr ma tkun limitata għalihom, il-kooperazzjoni jkollha dawn il-miri:
|
(a) |
li jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima bl-għan ġenerali li l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera jiġu stabilizzati, filwaqt li titqies l-iktar informazzjoni xjentifika u l-ħtieġa li jkun hemm tranżizzjoni lejn ekonomiji li jipproduċu ftit emissjonijijet filwaqt li jitkompla t-tkabbir ekonomiku sostenibbli permezz ta' azzjonijiet ta' mitigazzjoni u adattazzjoni xierqa fuq livell nazzjonali; |
|
(b) |
l-iskambju ta' għarfien espert u informazzjoni rigward id-disinn, l-implimentazzjoni u l-evoluzzjoni tal-politiki u l-approċċi domestiċi rispettivi tagħhom dwar il-migrazzjoni, fosthom mekkaniżmi bbażati fuq is-suq fejn rilevanti; |
|
(c) |
l-iskambju ta' għarfien espert u informazzjoni dwar strumenti ta' finanzjament pubbliċi u tas-settur privat għall-azzjoni dwar il-klima; |
|
(d) |
kollaborazzjoni dwar ir-riċerka, l-iżvilupp, it-tixrid, l-użu u t-trasferiment ta' teknoloġija b'livell baxx ta' emissjonijiet bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra, u l-promozzjoni tal-użu effiċjenti tar-riżorsi, filwaqt li jinżamm it-tkabbir ekonomiku; |
|
(e) |
l-iskambju ta' esperjenza, għarfien espert u l-aħjar prattiki, fejn xieraq, fil-monitoraġġ u l-analiżi tal-effetti tal-gassijiet serra u l-iżvilupp ta' programmi ta' mitigazzjoni u adattazzjoni u strateġiji għal emissjonijiet baxxi; |
|
(f) |
l-appoġġ, fejn xieraq, ta' azzjoni ta' mitigazzjoni u adattament minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; |
|
(g) |
il-ħidma flimkien biex jinkiseb ftehim dwar il-klima internazzjonali robust u legalment vinkolanti applikabbli għall-pajjiżi kollha. |
2. Għal dawn l-għanijiet, il-Partijiet jaqblu li jżommu djalogu u kooperazzjoni regolari fil-livelli politiċi, ta' politika u tekniċi, kemm bilateralment kif ukoll fil-fora plurilaterali u multilaterali relevanti.
Artikolu 47
Protezzjoni ċivili
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa li l-impatt tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem jiġi minimizzat. Il-Partijiet jaffermaw l-impenn komuni tagħhom li jippromwovu l-miżuri ta' prevenzjoni, mitigazzjoni, tħejjija u rispons, sabiex tiżdied ir-reżiljenza tas-soċjetà u l-infrastruttura, u li jikkooperaw kif xieraq, fuq il-livell politiku bilaterali u multilaterali biex biex jimxu lejn dawn l-għanijiet.
Artikolu 48
Enerġija
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tas-settur tal-enerġija u r-rwol ta' suq tal-enerġija li jaħdem tajjeb għall-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir ekonomiku, biex jikkontribwixxi għall-kisba ta' għanijiet ta' żvilupp maqbula internazzjonalment u l-kooperazzjoni biex jiġu indirizzati sfidi ambjentali u relatati mal-klima, u jistinkaw, fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, li jtejbu l-kooperazzjoni f'dan il-qasam bil-ħsieb li:
|
(a) |
jiżviluppaw politiki biex iżidu s-sigurtà tal-enerġija; |
|
(b) |
jippromwovu l-kummerċ u l-investiment globali tal-enerġija; |
|
(c) |
itejbu l-kompetittività; |
|
(d) |
itejbu l-funzjonament tas-swieq globali tal-enerġija; |
|
(e) |
jiskambjaw l-informazzjoni u l-esperjenzi ta' politiki permezz ta' fora multilaterali eżistenti tal-enerġija; |
|
(f) |
jippromwovu l-iżvilupp u l-adozzjoni ta' teknoloġiji tal-enerġija nodfa, diversi, kosteffiċjenti u sostenibbli, fosthom teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli u b'emissjonijiet baxxi; |
|
(g) |
jiksbu użu razzjonali tal-enerġija bil-kontributi kemm ta' min iforni kif ukoll ta' min jagħmel id-domanda, billi jippromwovu l-effiċjenza tal-enerġija fil-produzzjoni, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-użu finali tal-enerġija; u |
|
(h) |
jikkondividu l-aħjar prattiki fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-enerġija. |
Artikolu 49
Trasport
1. Il-Partijiet għandhom jaħdmu sabiex jikkooperaw fl-oqsma rilevanti kollha tal-politika dwar it-trasport, inkluża l-politika integrata dwar it-trasport, bil-ħsieb li jittejjeb il-moviment tal-merkanzija u tal-passiġġieri, jiġu promossi s-sigurtà u s-sikurezza fit-trasport bil-baħar u tal-avjazzjoni, jitħares l-ambjent u tiżdied l-effiċjenza tas-sistemi tat-trasport tagħhom.
2. Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet f'dan il-qasam għandha timmira li tippromwovi:
|
(a) |
l-iskambji ta' informazzjoni dwar il-politiki u l-prattiki rispettivi tagħhom tat-trasport, inklużi li jingħata avviż fil-ħin dwar tibdil propost fir-reġimi regolatorji li jaffettwa s-setturi tat-trasport rispettivi tagħhom; |
|
(b) |
it-tisħiħ tar-relazzjonijiet tal-avjazzjoni bejn l-Awstralja u l-Unjoni, it-titjib tal-aċċess għas-suq u l-opportunitajiet ta' investiment, u l-twessigħ u t-tfannid tal-kooperazzjoni regolatorja fis-sikurezza u s-sigurtà tal-avjazzjoni u r-regolamentazzjoni ekonomika tal-industrija tat-trasport bl-ajru, bil-ħseib li tiġi appoġġjata l-konverġenza regolatorja u t-tneħħija tal-ostakli biex isir in-negozju, kif ukoll kooperazzjoni dwar l-immanniġjar tat-traffiku bl-ajru. |
|
(c) |
djalogu u kooperazzjoni bl-objettivi ta' aċċess bla xkiel għas-swieq u l-kummerċ marittimi internazzjonali bbażati fuq il-kompetizzjoni ġusta fuq bażi kummerċjali; |
|
(d) |
djalogu u kooperazzjoni dwar kwistjonijiet tat-trasport li huma relatati mal-ambjent; |
|
(e) |
djalogu u kooperazzjoni bl-għan li jkun hemm rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan; u |
|
(f) |
kooperazzjoni f'fora dwar it-trasport internazzjonali. |
Artikolu 50
Agrikoltura u żvilupp rurali
1. Il-Partijiet jaqblu li jinkoraġġixxu il-kooperazzjoni fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali.
2. Oqsma li fihom jistgħu jiġu kkunsidrati l-attivitajiet kooperattivi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, il-politika agrikola, il-politika ta' żvilupp rurali, id-diversifikazzjoni u r-ristrutturar tas-setturi agrikoli u l-agrikoltura sostenibbli.
Artikolu 51
Immaniġġar sostenibbli tal-foresti
Il-Partijiet jaqblu li jrawmu l-kooperazzjoni, fil-livell nazzjonali u dak internazzjonali, fuq il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u politiki u regolamenti relatati, inklużi miżuri biex jiġi miġġieled il-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ relatat, kif ukoll il-promozzjoni tal-governanza tajba tal-foresti.
Artikolu 52
Affarijiet marittimi u sajd
1. Il-Partijiet isaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' interess komuni fl-oqsma tas-sajd u l-affarijiet marittimi. Il-Partijiet jimmiraw li jippromwovu l-konservazzjoni fuq żmien twil u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi ħajjin marittimi, jiskambjaw l-informazzjoni permezz tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (“RFMOs”) u arranġamenti, u fora multilaterali bħalma huma l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (“FAO”), jippromwovu sforzi biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (“sajd IUU”), jimplimentaw ġestjoni bbażata fuq l-ekosistema u jippromwovu l-kollaborazzjoni tar-riċerka dwar is-sostenibblità marittima u tas-sajd.
2. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex:
|
(a) |
jinkoraġġixxu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta', u l-konformità ma', miżuri effettivi biex jiżguraw il-konservazzjoni fit-tul u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd taħt il-kompetenza tal-RFMOs jew arranġamenti li huma parti minnhom; |
|
(b) |
jiżguraw il-governanza multilaterali fl-RFMO relevanti ta' stokks ta' ħut li jpassu ħafna fil-firxa tagħhom; |
|
(c) |
jippromwovu approċċ integrat lejn l-affarijiet marittimi fil-livell internazzjonali; u |
|
(d) |
jagħmlu milli jistgħu biex jiffaċilitaw is-sħubija fl-RFMOs, kif meqjus xieraq, fejn Parti waħda tkun Membru u l-oħra tkun parti li tikkoopera. |
3. Il-Partijiet għandu jkollhom djalogu regolari perjodiku flimkien ma' laqgħat oħrajn fil-livell ta' uffiċjali għolja, sabiex isaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni, kif ukoll biex jiskambjaw it-tagħrif u l-esperjenzi fuq il-politika tas-sajd u l-affarijiet marittimi.
Artikolu 53
Impjiegi u l-affarijiet soċjali
1. Il-Partijiet jaqblu li jtejbu l-kooperazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali, inkluż fil-kuntest tal-globalizzazzjoni u t-tibdil demografiku. Għandhom isiru sforzi sabiex jiġu promossi l-kooperazzjoni u l-iskambji ta' informazzjoni u ta' esperjenzi rigward l-impjiegi u kwistjonijiet tax-xogħol. Oqsma ta' kooperazzjoni jistgħu jinkludu skambji dwar il-politika tal-impjiegi, il-koeżjoni reġjonali u soċjali, l-integrazzjoni soċjali, is-sistemi tas-sigurtà soċjali, ir-relazzjonijiet industrijali, l-iżvilupp tal-ħiliet matul il-ħajja, l-impjieg taż-żgħażagħ, is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza, inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, kif ukoll ir-responsabbiltà soċjali korporattiva u x-xogħol deċenti.
2. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid il-ħtieġa li jippromwovu x-xogħol produttiv u għal kulħadd u x-xogħol diċenti bħala element prinċipali tal-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar. F'dan il-kuntest, il-Partijiet ifakkru d-Dikjarazzjoni dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”).
3. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenji tagħhom sabiex jirrispettaw, jippromwovu u jwettqu standards rikonoxxuti fuq livell internazzjonali dwar ix-xogħol u soċjali, kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Fundamentali fuq il-Post tax-Xogħol.
4. Il-forom ta' kooperazzjoni jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, programmi, proġetti u inizjattivi speċifiċi, skont qbil reċiproku dwarhom, kif ukoll djalogu dwar suġġetti ta' interess komuni fuq livell bilaterali jew multilaterali.
Artikolu 54
Saħħa
Il-Partijiet jaqblu li jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni reċiproka, l-iskambju ta' informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-esperjenzi tal-politiki fl-oqsma tas-saħħa u l-immaniġġjar effettiv tal-problemi tas-saħħa transfruntieri.
TITOLU IX
QAFAS ISTITUZZJONALI
Artikolu 55
Ftehimiet jew arranġamenti oħrajn
1. Il-Partijiet jistgħu jikkumplementaw dan il-Ftehim billi jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti speċifiċi fi kwalunkwe qasam ta' kooperazzjoni li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. Tali ftehimiet speċifiċi għandhom ikunu parti integrali tar-relazzjonijiet bilaterali globali regolati minn dan il-Ftehim.
2. Dan il-Ftehim ma għandux jaffettwa jew jippreġudika l-interpretazzjoni, l-operazzjoni jew l-applikazzjoni ta' ftehimiet oħra bejn il-Partijiet. B'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet għar-riżoluzzjoni tat-tilwim ta' dan il-Ftehim ma jissostitwix jew jaffettwa b'xi mod id-dispożizzjonijiet għar-riżoluzzjoni tat-tilwim ta' ftehimiet oħra bejn il-Partijiet.
3. Il-Partijiet jirrikonoxxu li każ ta' urġenza speċjali kif definit fl-Artikolu 57(7) jista' wkoll iservi bħala bażi għas-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta' ftehimiet oħrajn bejn il-Partijiet. F'tali ċirkostanzi, il-Partijiet għandhom josservaw id-dispożizzjonijiet dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwim, is-sospensjoni u t-terminazzjoni ta' ftehimiet oħrajn bħal dawn biex isolvu kull tilwima minn dawn.
Artikolu 56
Kumitat Konġunt
1. Il-Partijiet b'dan jistabbilixxu Kumitat Konġunt li jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Partijiet.
2. Il-konsultazzjonijiet isiru fil-Kumitat Konġunt sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u biex jitmexxew 'il quddiem l-għanijiet ġenerali ta' dan il-Ftehim, kif ukoll biex tinżamm koerenza ġenerali fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Awstralja.
3. Il-Kumitat Konġunt għandu:
|
(a) |
jippromwovi l-implimentazzjoni effettiva ta' dan il-Ftehim; |
|
(b) |
jimmonitorja l-iżvilupp tar-relazzjoni komprensiva bilaterali bejn il-Partijiet, inklużi l-ftehimiet; |
|
(c) |
jitlob, kif xieraq, informazzjoni minn kumitati jew korpi oħra stabbiliti taħt ftehimiet oħrajn bejn il-Partijiet u jikkonsidra kwalunkwe rapporti ppreżentati minnhom; |
|
(d) |
jiskambja fehmiet u jagħmel suġġerimenti dwar kull kwistjoni ta' interess komuni, inklużi azzjonijiet futuri u r-riżorsi disponibbli sabiex jitwettqu; |
|
(e) |
jistipula l-prijoritajiet u, kif xieraq, jiddetermina l-passi jew pjanijiet ta' azzjoni li jmiss b'rabta mal-għan ta' dan il-Ftehim; |
|
(f) |
ifittex metodi adatti biex jiġu evitati l-problemi li jistgħu jinħolqu fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim; |
|
(g) |
jagħmel ħiltu biex isolvi kwalunkwe differenza li tinqala' fl-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim b'konformità mal-Artikolu 57; |
|
(h) |
jeżamina l-informazzjoni ppreżentata minn Parti b'konformità mal-Artikolu 57; u |
|
(i) |
jadotta deċiżjonijiet, fejn xieraq, biex jiġu implimentati aspetti speċifiċi ta' dan il-Ftehim. |
4. Il-Kumitat Konġunt jopera b'kunsens. Huwa għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Huwa jista' jistabbilixxi sottokumitati u gruppi ta' ħidma biex jittrattaw kwistjonijiet speċifiċi.
5. Il-Kumitat Konġunt normalment għandu jiltaqa' darba fis-sena fl-Unjoni u l-Awstralja b'mod li jalterna. Isiru laqgħat speċjali tal-Kumitat Konġunt meta jintalbu minn xi waħda mill-Partijiet. Il-Kumitat Konġunt ikun kopresedut miż-żewġ Partijiet. Normalment għandu jiltaqa' fil-livell ta' uffiċjali anzjani, iżda jista' jiltaqa' wkoll fil-livell ministerjali. Il-Kumitat Konġunt jista' wkoll jopera permezz tal-kuntatt bil-vidjo jew bit-telefon, u bl-iskambju ta' informazzjoni bil-posta elettronika.
Artikolu 57
Modalitajiet għall-implimentazzjoni u riżoluzzjoni tat-tilwim
1. Fl-ispirtu ta' rispett reċiproku u kooperazzjoni li huma inkorporati b'dan il-Ftehim, il-Partijiet jieħdu kwalunkwe miżuri ġenerali jew speċifiċi meħtieġa biex iwettqu l-obbligi tagħhom skont dan il-Ftehim.
2. Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw malajr kemm jista' jkun, fuq it-talba ta' Parti, rigward kwistjonijiet ta' differenza li jistgħu jinqalgħu fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Jekk ikun hemm diverġenza ta' fehmiet fl-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim, kull Parti tista' tirreferi għall-Kumitat Konġunt. Il-Partijiet għandhom jippreżentaw l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa għal eżami bir-reqqa ta' din il-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt, bil-ħsieb li d-differenzi jiġu riżolti fil-ħin u b'mod amikevoli.
3. F'każ ta' urġenza speċjali, Parti minnhom għandha minnufih tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt u tippreżenta l-informazzjoni kollha meħtieġa għal eżami bir-reqqa tas-sitwazzjoni, bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni fil-ħin u li tkun reċiprokament aċċettabbli. Fil-każ li l-Kumitat Konġunt fil-livell tal-uffiċjali għoljin ma jkunx kapaċi jsolvi s-sitwazzjoni sa 15-il jum mill-bidu tal-konsultazzjonijiet u mhux iktar tard minn tletin jum mid-data li l-kwistjoni tkun ġiet riferuta lill-Kumitat Konġunt, il-kwistjoni tiġi mressqa lill-ministri għal konsiderazzjoni urġenti għal perjodu ulterjuri ta' 15-il jum.
4. Fil-każ improbabbli u mhux mistenni li ma tinstab l-ebda soluzzjoni aċċettabbli wara 15-il jum mill-bidu tal-konsultazzjonijiet fil-livell ministerjali u mhux iktar tard minn 45 jum mid-data li fiha l-kwistjoni tkun ġiet riferuta lill-Kumitat Konġunt, kwalunkwe Parti tista' tiddeċiedi li tieħu miżuri xierqa fir-rigward ta' dan il-Ftehim, fosthom is-sospensjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu jew it-terminazzjoni tiegħu. Il-Partijiet jirrikonoxxu li każ ta' urġenza speċjali jista' jservi wkoll bħala bażi biex jittieħdu miżuri xierqa barra minn dan il-Ftehim, b'konformità mad-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet taħt ftehimiet oħrajn bejn il-Partijiet jew taħt id-dritt internazzjonali ġenerali. Fl-Unjoni, id-deċiżjoni ta' sospensjoni tkun teħtieġ unanimità. Fl-Awstralja, id-deċiżjoni ta' sospensjoni tittieħed mill-Gvern tal-Awstralja f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.
5. Il-Partijiet jaqblu li kwalunkwe deċiżjoni biex jittieħdu miżuri xierqa b'konformità mal-paragrafu 4 għandha tkun sostanzjata kif dovut. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata immedjatament lill-Parti l-oħra bil-miktub. Il-Partijiet jaqblu li kull miżura minn dawn għandha tkun proporzjonali u tkun konsistenti mal-Artikolu 55(2) kif ukoll mal-prinċipji ġenerali tad-dritt internazzjonali.
6. Jekk xi miżura tittieħed b'konformità mal-paragrafu 4, għandha tiġi revokata malli r-raġuni li għaliha tkun ittieħdet tkun tneħħiet. Il-Parti li tinvoka l-paragrafu 4 għandha żżomm taħt eżami kostanti l-iżvilupp tas-sitwazzjoni li tkun wasslet għad-deċiżjoni u għandha tirtira l-miżuri malli dan ikun ġustifikat.
7. Il-Partijiet jaqblu, għall-finijiet tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni prattika korretta ta' dan il-Ftehim, li t-terminu “każ ta' urġenza speċjali” jfisser ksur partikolarment serju u sostanzjali tal-obbligi deskritti fl-Artikoli 2(2) u 6(2) ta' dan il-Ftehim minn waħda mill-Partijiet li jwassal għal sitwazzjoni li tkun teħtieġ reazzjoni immedjata mill-Parti l-oħra. Il-Partijiet iqisu li ksur partikolarment serju u sostanzjali tal-Artikolu 2(2) jew l-Artikolu 6(2) irid ikun ta' xorta eċċezzjonali li thedded il-paċi u s-sigurtà internazzjonali.
8. F'każijiet fejn sitwazzjoni li sseħħ f'pajjiż terz tista' tiġi kkunsidrata bħala ekwivalenti fil-gravità u n-natura għal każ ta' urġenza speċjali, il-Partijiet jagħmlu ħilithom biex iwettqu konsultazzjonijiet urġenti, wara talba ta' waħda mill-Partijiet, jaqsmu l-fehmiet dwar is-sitwazzjoni u jikkunsidraw ir-reazzjonijiet possibbli.
TITOLU Х
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 58
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-terminu “il-Partijiet” ifisser l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra.
Artikolu 59
Kooperazzjoni finanzjarja
1. Meta jkunu qegħdin jimplimentaw programmi ta għajnuna fil-kuntest tal-politiki ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħhom, il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jipprevjenu u jiġġieldu l-irregolaritajiet, il-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet.
2. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni u l-Awstralja għandhom jiskambjaw l-informazzjoni, inkluża d-dejta personali, b'konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ rispettiva tagħhom u, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, għandhom iwettqu l-konsultazzjonijiet.
3. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u l-awtoritajiet kompetenti Awstraljani jistgħu jaqblu dwar kooperazzjoni ulterjuri fil-qasam ta' kontra l-frodi, inkluża l-konklużjoni ta' arranġamenti operazzjonali.
Artikolu 60
Divulgazzjoni ta' informazzjoni
1. Il-Partijiet għandhom iħarsu kif xieraq l-informazzjoni kondiviża taħt dan il-Ftehim, b'mod konsistenti mal-interess pubbliku fl-aċċess għall-informazzjoni.
2. Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jinftiehem li jirrekjedi li l-Partijiet jikkondividu informazzjoni, jew jippermettu aċċess għal informazzjoni kondiviża, li jekk tiġi divulgata:
|
(a) |
tippreġudika:
|
|
(b) |
tmur b'xi mod ieħor kontra l-interess pubbliku. |
3. Fil-każ li informazzjoni tax-xorta msemmija f'dan l-Artikolu tiġi kondiviża, il-Parti riċeventi għandha tirrilaxxa jew tiddivulga tali informazzjoni biss bil-kunsens tal-Parti l-oħra, jew fejn dan ikun neċessarju għaliha biex tikkonforma mal-obbligi legali tagħha.
4. Xejn f'dan il-Ftehim ma huwa intiż biex jidderoga mid-drittijiet, obbligi jew impenji tal-Partijiet taħt ftehimiet jew arranġamenti bilaterali rigward informazzjoni klassifikata skambjata bejn il-Partijiet.
Artikolu 61
Dħul fis-seħħ, applikazzjoni proviżorja, durata u terminazzjoni
1. Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ tletin jum wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri legali neċessarji għal dak il-għan.
2. Minkejja l-paragrafu 1, l-Awstralja u l-Unjoni jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet determinati reċiprokament ta' dan il-Ftehim sakemm jidħol fis-seħħ. Tali applikazzjoni proviżorja tibda tletin jum wara d-data li fiha kemm l-Awstralja kif ukoll l-Unjoni jkunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi tagħhom neċessarji għal tali applikazzjoni proviżorja.
3. Dan il-Ftehim ikun validu għal żmien indefinit. Kwalunkwe Parti tista' tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li tiddenunzja dan il-Ftehim. Id-denunzja għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara n-notifika.
Artikolu 62
Notifiki
In-notifiki magħmula skont l-Artikolu 61 isiru lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew lid-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Affarijiet Barranin tal-Awstralja, jew l-organizzazzjonijiet suċċessuri tagħhom.
Artikolu 63
Applikazzjoni territorjali
Dan il-Ftehim japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom japplikaw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u bil-kundizzjonijiet stipulati f'dawk it-Trattati, u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Awstralja.
Artikolu 64
Testi awtentiċi
Dan il-Ftehim huwa magħmul b'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża, b'kull test ugwalment awtentiku.
Съставено в Манила на седми август две хиляди и седемнадесета година.
Hecho en Manila el siete de agosto de dos mil diecisiete.
V Manile dne sedmého srpna roku dva tisíce sedmnáct.
Udfærdiget i Manilla den syvende august to tusind og sytten.
Geschehen zu Manila am siebten August zweitausendsiebzehn.
Kahe tuhande seitsmeteistkümnenda aasta augustikuu seitsmendal päeval Manilas.
Έγινε στη Μανίλα, στις επτά Αυγούστου δύο χιλιάδες δεκαεπτά.
Done at Manila on the seventh day of August in the year two thousand and seventeen.
Fait à Manille, le sept août deux mille dix-sept.
Sastavljeno u Manili sedmog dana kolovoza dvije tisuće sedamnaeste godine.
Fatto a Manila, addì sette agosto duemiladiciassette.
Manilā, divi tūkstoši septiņpadsmitā gada septītajā augustā.
Priimta du tūkstančiai septynioliktų metų rugpjūčio septintą dieną Maniloje.
Kelt Manilában, a kétezer-tizenhetedik év augusztus havának hetedik napján.
Magħmul f'Manila fis-seba' jum ta' Awwissu fis-sena elfejn u sbatax.
Gedaan te Manilla, zeven augustus tweeduizend zeventien.
Sporządzono w Manili dnia siódmego sierpnia roku dwa tysiące siedemnastego.
Feito em Manila, em sete de agosto de dois mil e dezassete.
Întocmit la Manila la șapte august două mii șaptesprezece.
V Manile sedemnásteho augusta dvetisíc sedemnásť.
V Manili, dne sedmega avgusta leta dva tisoč sedemnajst.
Tehty Manilassa seitsemäntenä päivänä elokuuta vuonna kaksituhattaseitsemäntoista.
Som skedde i Manila den sjunde augusti år tjugohundrasjutton.
Voor het Koninkrijk België
Pour le Royaume de Belgique
Für das Königreich Belgien
Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.
Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.
Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.
За Република България
Za Českou republiku
For Kongeriget Danmark
Für die Bundesrepublik Deutschland
Eesti Vabariigi nimel
Thar cheann Na hÉireann
For Ireland
Για την Ελληνική Δημοκρατία
Por el Reino de España
Pour la République française
Za Republiku Hrvatsku
Per la Repubblica italiana
Για την Κυπριακή Δημοκρατία
Latvijas Republikas vārdā –
Lietuvos Respublikos vardu
Pour la Grand-Duché de Luxembourg
Magyarország részéről
Għar-Repubblika ta' Malta
Voor het Koninkrijk der Nederlanden
Für die Republik Österreich
W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej
Pela República Portuguesa
Pentru România
Za Republiko Slovenijo
Za Slovenskú republiku
Suomen tasavallan puolesta
För Republiken Finland
För Konungariket Sverige
For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
For Australia
(1) L-Awstralja tista' taqbel li jintuża t-terminu “protezzjoni konsulari” f'dan l-Artiklu, minflok it-terminu “funzjonijiet konsulari”, bil-fehim li dak tal-ewwel ikopri l-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637 tal-20 ta' April 2015 dwar il-miżuri ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi u li tħassar id-Deċiżjoni 95/553/KE, u li dawk il-funzjonijiet jinkludu l-għoti ta' passaporti ta' emerġenza u/jew dokumenti tal-ivvjaġġar.
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/36 |
Notifika tal-Unjoni Ewropea lill-Kumitat Settorjali Konġunt skont l-Artikolu 7 tal-Anness Settorjali għal Prattiċi Tajba ta' Fabrikazzjoni Farmaċewtika (PTF) tal-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka
L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka (il-“Ftehim”) magħmul fl-1998, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tal-Anness Settorjali għal Prattiċi Tajba ta' Fabrikazzjoni Farmaċewtika (Anness tal-PTF) kif emendat fl-1 ta' Marzu 2017.
TINNOTIFIKA L-KUMITAT SETTORJALI KONĠUNT LI:
L-Unjoni Ewropea ddeterminat li, fir-rigward tal-prodotti indikati fl-Artikolu 4 u l-Appendiċi 3 tal-Anness tal-PTF, il-Food and Drug Administration tal-Istati Uniti tal-Amerka għandha l-kapaċità u l-proċeduri fis-seħħ biex twettaq spezzjonijiet tal-PTF f'livell ekwivalenti għal dak tal-UE u biex tinforza l-konformità mal-PTF u għalhekk, għandha tiżdied mal-lista ta' awtoritajiet rikonoxxuti taħt l-Anness tal-PTF;
Din id-determinazzjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni futura tal-Kumitat Settorjali Konġunt fir-rigward tal-inklużjoni ta' vaċċini għal użu mill-bniedem, prodotti farmaċewtiċi derivati mill-plażma, prodotti fil-fażi ta' investigazzjoni u prodotti veterinarji fl-ambitu operattiv tal-Anness tal-PTF.
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Iffirmat fi Brussell, fil-11 ta' Awwissu 2017.
F'isem l-Unjoni Ewropea
Vytenis ANDRIUKAITIS
REGOLAMENTI
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/37 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1547
tal-14 ta' Settembru 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas- 17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tatl-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) jdaħħal fis-seħħ il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
(2) |
Fl-14 ta' Settembru 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1549 (3) li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 li żied “Portijiet tal-Baħar tal-Krimea” fil-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati. |
|
(3) |
Fl-14 ta' Settembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1561 (4) li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK, fejn inkluda deroga għall-pagamenti lill-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea għal servizzi pprovduti fil-portijiet: il-Port tas-Sajd ta' Kerch, il-Port Kummerċjali ta' Yalta u l-Port Kummerċjali ta' Evpatoria, u servizzi pprovduti minn Gosgidrografiya u minn fergħat tal-Port-Terminal tal-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea. |
|
(4) |
Hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1549 u d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1561, partikolarment bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
|
(5) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a B'deroga mill-Artikolu 2(2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw pagamenti lill-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea għal servizzi pprovduti fil-portijiet: il-Port tas-Sajd ta' Kerch, il-Port Kummerċjali ta' Yalta u l-Port Kummerċjali ta' Evpatoria, u għal servizzi pprovduti minn Gosgidrografiya u minn fergħat tal-Port-Terminal tal-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea.” |
|
2. |
fl-Artikolu 12(1), il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANVELT
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is- sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1549 tal-14 ta' Settembru 2017 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ara paġna 44 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1561 tal-14 ta' Settembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ara paġna 72 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/39 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1548
tal-14 ta' Settembru 2017
li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (2) jġib fis-seħħ miżuri li huma stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
|
(2) |
Fil-5 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni 2371 (2017) (“UNSCR 2371 (2017)”) li tesprimi t-tħassib l-aktar serju dwar l-ittestjar nukleari mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (“RDPK”) fit-3 u fit-28 ta' Lulju 2017. Il-KSNU afferma mill-ġdid li l-proliferazzjoni ta' armi nukleari, kimiċi u bijoloġiċi tikkostitwixxi theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u impona miżuri ġodda kontra r-RDPK. Dawk il-miżuri jkomplu jsaħħu l-miżuri restrittivi imposti bil-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087(2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016) u 2356 (2017). Fost affarijiet oħra, il-KSNU impona projbizzjonijiet ġodda fejn jidħlu l-esportazzjonijiet ta' frott tal-baħar, ċomb jew mineral taċ-ċomb mir-RDPK, kif ukoll saħħaħ il-miżuri eżistenti għar-rigward tat-trasportazzjoni, il-kummerċ ta' faħam u ħadid u l-ħolqien ta' impriżi konġunti ma' persuni mir-RDPK. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1562 (3) emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 sabiex jiddaħħlu fis-seħħ il-miżuri l-ġodda imposti bil-UNSCR 2371 (2017). |
|
(4) |
Dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 3(2), wara l-ħames subparagrafu jiddaħħlu s-subparagrafi li ġejjin: “It-Taqsima VI tal-Anness II għandha tinkludi oġġetti, materjali, tagħmir, prodotti u teknoloġija relatati ma' armi ta' qerda massiva ddeżinjata, skont il-paragrafu 4 tar-Riżoluzzjoni 2371 (2017) tal-KSNU. It-Taqsima VII tal-Anness II għandha tinkludi oġġetti, materjali, tagħmir, prodotti u teknoloġija relatati ma' armi ta' qerda massiva ddeżinjata, skont il-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 2371 (2017) tal-KSNU.”. |
|
(2) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. B'deroga mill-punt (e) tal-Artikolu 3(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment ta' faħam, dment li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jkunu ddeċidew, fuq il-bażi ta' informazzjoni kredibbli, li l-vjeġġ oriġina barra r-RDPK u ġie ttrasportat minn ġewwa r-RDPK biss għal esportazzjoni mill-Port ta' Rajin (Rason), li l-istat li jesporta jkun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel b'tali tranżazzjonijiet, u li t-tranżazzjonijiet ma jkunux relatati mal-ġenerazzjoni ta' introjtu għall-programmi nukleari jew tal-missili ballistiċi tar-RDPK, u attivitajiet oħra pprojbiti mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017) jew 2371(2017), jew minn dan ir-Regolament.”. |
|
(3) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 16a Għandhom ikunu pprojbiti l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment, direttament jew indirettament, mir-RDPK, ta' frott tal-baħar, inkluż ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn fil-forom kollha, kif elenkat fl-Anness XIa, kemm jekk ikunu joriġinaw mir-RDPK kif ukoll jekk le. Artikolu 16b Għandhom ikunu pprojbiti l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment, direttament jew indirettament, mir-RDPK, ta' ċomb u ta' minerali taċ-ċomb, kif elenkat fl-Anness XIb, kemm jekk joriġina mir-RDPK kif ukoll jekk le.”. |
|
(4) |
Fl-Artikolu 17(2), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(5) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 17a B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 17(2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-attivitajiet imsemmija f'dak il-punt, dment li l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem mingħand il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, skont il-każ individwali.”. |
|
(6) |
Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Għandu jkun ipprojbit it-trasferiment ta' fondi, inkluż ikklerjar ta' fondi, lejn u mir-RDPK.”. |
|
(7) |
Fl-Artikolu 23, l-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 hija sostitwita b'dan li ġej: “1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu u dawk finanzjarji għandhom, fl-attivitajiet tagħhom, inkluż fl-ikklerjar ta' fondi, ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u dawk finanzjarji msemmija fl-Artikolu 21(2):”. |
|
(8) |
Fl-Artikolu 40, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. B'deroga mill-projbizzjoni fl-Artikolu 39(1), meta dik tkun tikkonċerna bastiment fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punti (f), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lil dak il-bastiment biex jidħol fil-port jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ta t-tali direzzjoni. 3. B'deroga mill-projbizzjoni fl-Artikolu 39(1), meta dan ikun jikkonċerna bastiment fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (g), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizza li dak il-bastiment biex jidħol fil-port jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun stabbilixxa minn qabel li tali daħla tkun meħtieġa għal skopijiet umanitarji jew għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti mal-objettivi tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017) jew 2371 (2017) tal-KSNU.”. |
|
(9) |
Fl-Artikolu 43, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(10) |
Fl-Artikolu 44, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. B'deroga mill-projbizzjonijiet fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 43, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw is-sjieda, il-kiri, l-operat, in-noleġġ jew l-għoti ta' servizzi ta' klassifikazzjoni tal-bastimenti jew ta' servizzi assoċjati lil kwalunkwe bastiment li jtajjar il-bandiera tar-RDPK, jew ir-reġistrazzjoni, jew iż-żamma fuq ir-reġistru, ta' kwalunkwe bastiment li huwa proprjetà tar-RDPK jew ta' ċittadini tar-RDPK, jew ikkontrollat jew operat minnhom, dment li l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-każ individwali.”. |
|
(11) |
Fil-punt (b) tal-Artikolu 46, il-kliem “temenda t-Taqsimiet II, III, IV u V tal-Anness II u l-Annessi VI, VII, IX, X u XI” jiġi sostitwit bil-kliem “temenda t-Taqsimiet II, III, IV, V, VI u VII tal-Anness II u l-Annessi VI, VII, IX, X, XI, XIa u XIb”. |
|
(12) |
It-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament jiżdied bħala t-Taqsimiet VI u VII tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2017/1509. |
|
(13) |
It-test fl-Annessi II u III għal dan ir-Regolament jiżdied, rispettivament, bħala l-Annessi XIa u XIb għar-Regolament (UE) 2017/1509. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANVELT
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1562 tal-14 ta' Settembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ara l-paġna 86 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS I
“TAQSIMA VI
Oġġetti, materjali, tagħmir, prodotti u teknoloġija marbuta ma' armi ta' qerda massiva, identifikati u ddeżinjati skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2371 (2017).
TAQSIMA VII
Oġġetti, materjali, tagħmir, prodotti u teknoloġija marbuta ma' armi ta' qerda massiva, identifikati u ddeżinjati skont il-paragrafu 5 tal-UNSCR 2371 (2017).”.
ANNESS II
“ANNESS XIa
Frott tal-baħar li ssir referenza għalih fl-Artikolu 16a
NOTA TA' SPJEGAZZJONI
Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati bil-leġislazzjoni sussegwenti.
|
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
|
03 |
Ħut u krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn |
|
ex 1603 |
Estratti u meraq tal-laħam, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati oħra tal-baħar |
|
1604 |
Ħut preparat jew preservat; kavjal u sostituti tal-kavjal ippreparati mill-bajd tal-ħut |
|
1605 |
Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra, preparati jew preservati |
|
1902 20 10 |
Għaġin mimli, imsajjar jew mhux imsajjar jew ippreparat mod ieħor li fih aktar minn 20 % bil-piż tal-ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra. |
|
ex 1902 20 30 |
Għaġin mimli ieħor, li jkun fih ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra |
|
ex 2104 |
Sopop u brodi u preparazzjonijiet tagħhom; preparazzjonijiet tal-ikel komposti omoġenizzati, li fihom ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra |
ANNESS III
“ANNESS XIb
Ċomb u minerali taċ-ċomb imsemmija fl-Artikolu 16c
NOTA TA' SPJEGAZZJONI
Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati bil-leġislazzjoni sussegwenti.
|
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
2607 00 00 |
Minerali u konċentrati taċ-ċomb |
||||||||||||||||||||||
|
7801 |
Ċomb mhux maħdum |
||||||||||||||||||||||
|
7802 00 00 |
Skart u fdal ta' ċomb |
||||||||||||||||||||||
|
7804 |
Pjanċi, folji, strixxa u fojl ta' ċomb; trabijiet u laqx taċ-ċomb |
||||||||||||||||||||||
|
ex 7806 00 00 |
Oġġetti oħrajn ta' ċomb |
||||||||||||||||||||||
|
7806 00 10 |
|
||||||||||||||||||||||
|
ex 7806 00 80 |
|
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/44 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1549
tal-14 ta' Settembru 2017
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
|
(2) |
Abbażi ta' rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar ċerti persuni u entitajiet fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 tiġi emendata u jenħtieġ li l-entrati għal erba' persuni deċeduti jitħassru. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tibdil fl-istruttura ta' sjieda ta' tliet entitajiet, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat sabiex jinżammu fis-seħħ il-miżuri kontrihom. |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANVELT
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Jitħassru l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin: Persuni
|
|
(2) |
Jitħassru l-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet li ġejjin: Entitajiet
|
|
(3) |
Tiżdied l-entità li ġejja: Entitajiet
|
|
(4) |
L-entrati li jirrigwardaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin: Persuni
Entitajiet
|
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/57 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1550
tal-14 ta' Lulju 2017
li jżid Anness mar-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, ftehimiet ta' sħubija ekonomika
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, ftehimiet ta' sħubija ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) u 22 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1076 japplika l-arranġamenti tal-aċċess għas-suq għal prodotti li joriġinaw f'dawk il-Gruppi ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“AKP”) li kkonkludew ftehimiet li jistabbilixxu ftehimiet ta' sħubija ekonomika (“FSEs”) mal-UE, jew li jwasslu għall-istabbiliment tagħhom. |
|
(2) |
Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati FSE tal-SADC, min-naħa l-oħra (l-FSE tal-UE-SADC) ġie applikat proviżorjament mill-10 ta' Ottubru 2016. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikoli 4(3) u 22 tar-Regolament (UE) 2016/1076 biex jiżdied Anness ta' dan ir-Regolament li jistabbilixxi reġim tal-aċċess għas-suq applikabbli fl-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti li joriġinaw fl-Afrika t'Isfel, minħabba li d-dispożizzjonijiet tal-kummerċ rilevanti tal-Ftehim tal-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni (“TDCA”) ġew sostitwiti mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-FSE UE-SADC, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V li jistabbilixxi reġim tal-aċċess għas-suq applikabbli għall-importazzjoni fl-UE ta' prodotti li joriġinaw fl-Afrika t'Isfel kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament huwa miżjud mar-Regolament (UE) 2016/1076.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
“ANNESS V
DAZJI DOGANALI TAL-UE FUQ PRODOTTI LI JORIĠINAW FL-AFRIKA T'ISFEL
Prodotti li joriġinaw fl-Afrika t'Isfel għandhom jiġu importati fl-UE skont it-trattament stabbilit għall-Afrika t'Isfel fl-Anness I tal-FSE tal-SADC, kif stipulat fl-Artikolu 24(2) tiegħu.
L-Artikoli minn 9 sa 20 ta' dan ir-Regolament japplikaw għall-Afrika t'Isfel.
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/59 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1551
tal-14 ta' Lulju 2017
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, ftehimiet ta' sħubija ekonomika
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, ftehimiet ta' sħubija ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tal-arranġamenti tal-aċċess għas-suq tal-UE stabbiliti mir-Regolament (UE) 2016/1076 hija stabbilita bl-Anness I ta' dak ir-Regolament. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll proċedura għall-applikazzjoni mill-Unjoni Ewropea ta' miżuri ta' salvagwardja fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw f'pajjiżi elenkati fl-Anness I. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1076 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati biex temenda l-Anness I ta' dan ir-Regolament sabiex iżżid l-istati mill-Grupp ta' Stati tal-AKP li kkonkludew negozjati dwar Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (“FSE”) mal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
L-Istati tal-FSE tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (“SADC”), l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha kkonkludew negozjati dwar Ftehim ta' Sħubija Ekonomika komprensiv fil-15 ta' Lulju 2014. L-Istati tal-FSE tal-SADC, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmaw il-ftehim fl-10 ta' Ġunju 2016 (2). |
|
(4) |
Il-Lesoto rratifika l-FSE fis-16 ta' Settembru 2016. |
|
(5) |
Il-Mozambique rratifika l-FSE fit-28 ta' April 2017. |
|
(6) |
Il-Parlament Ewropew approva l-FSE fit-30 ta' Settembru 2016. |
|
(7) |
Bħala riżultat, l-FSE ilu applikat proviżorjament mill-10 ta' Ottubru 2016. |
|
(8) |
Konsegwentement, il-Lesoto u l-Mozambique jenħtieġu li jiġu inklużi wkoll fl-imsemmi Anness I sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni sħiħa tal-FSE mill-UE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Renju tal-Lesoto u r-Repubblika tal-Mozambique huma miżjuda fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1076.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u l-Istati FSE SADC, min-naħa l-oħra (ĠU L 250, 16.9.2016, p. 3).
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/61 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1552
tal-5 ta' Settembru 2017
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Porc noir de Bigorre (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni “Porc noir de Bigorre” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk id-denominazzjoni “Porc noir de Bigorre” jenħtieġ li tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Porc noir de Bigorre” (DOP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.1. Laħam (u l-ġewwieni) frisk kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 150, 13.5.2017, p. 8.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/62 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI AL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1553
tal-5 ta' Settembru 2017
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni reġistrata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Chasselas de Moissac (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' modifika fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Chasselas de Moissac”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) hekk kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1030/2008 (3). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emenda, skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk l-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Chasselas de Moissac” (DOP) għandha tiġi approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1030/2008 tal-20 ta' Ottubru 2008 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chasselas de Moissac (DOP)] (ĠU L 278, 21.10.2008, p. 7).
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/63 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1554
tal-5 ta' Settembru 2017
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Jambon noir de Bigorre (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni “Jambon noir de Bigorre” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk id-denominazzjoni “Jambon noir de Bigorre” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Jambon noir de Bigorre” (DOP) għandha tiġi rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 148, 12.5.2017, p. 6.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/64 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1555
tat-12 ta' Settembru 2017
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Πευκοθυμαρόμελο Κρήτης (Pefkothymaromelo Kritis) (DOP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Greċja biex id-denominazzjoni “Πευκοθυμαρόμελο Κρήτης” (Pefkothymaromelo Kritis) tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk id-denominazzjoni “Πευκοθυμαρόμελο Κρήτης” (Pefkothymaromelo Kritis) għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Πευκοθυμαρόμελο Κρήτης” (Pefkothymaromelo Kritis) DOP hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni speċifikata fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott fil-Klassi 1.4 Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.), kif elenkat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 108, 6.4.2017, p. 20.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/65 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1556
tat-12 ta' Settembru 2017
li japprova emenda mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjoni reġistrata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ternera de Extremadura (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat t-talba ta' Spanja għal emenda tal-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Ternera de Extremadura”, reġistrata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1437/2004 (2). |
|
(2) |
L-emenda konċernata mhix minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Il-Kummissjoni ppubblikat talba għall-emenda, permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk l-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna d-denominazzjoni “Ternera de Extremadura” (IĠP), ġiet approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1437/2004 tal-11 ta' Awwissu 2004 li jissupplementa l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 relattiv għar-reġistrazzjoni ta' ċerti denominazzjonijiet fir-Reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Valençay, Scottish Farmed Salmon, Ternera de Extremadura u Aceite de Mallorca jew Aceite mallorquín jew Oli de Mallorca jew Oli mallorquí) (ĠU L 265, 12.8.2004, p. 3).
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/66 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1557
tat-12 ta' Settembru 2017
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Coco de Paimpol (AOP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Coco de Paimpol”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1645/1999 (2). |
|
(2) |
L-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għal emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi (3). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni b'konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk l-emenda tal-ispeċifikazzjoni jenħtieġ li tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Coco de Paimpol” (AOP) hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1645/1999 tas-27 ta' Lulju 1999 li jissupplimenta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” ipprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet tal-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti tal-ikel agrikoli (ĠU L 195, 28.7.1999, p. 7).
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/67 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1558
tal-14 ta' Settembru 2017
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza bromelain f'dak li għandu x'jaqsam mal-limitu massimu ta' residwi tagħha
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, il-limitu massimu ta' residwi (“l-MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsubin għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali għandu jiġi stabbilit f'Regolament. |
|
(2) |
It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2) tistabbilixxi s-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fejn jidħlu l-limiti massimi ta' residwi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali. |
|
(3) |
Is-sustanza bromelain għadha ma ddaħħlitx f'din it-tabella. |
|
(4) |
Lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-EMA”) intbagħtitilha applikazzjoni għall-istabbiliment tal-limiti massimi ta' residwi għall-bromelain fl-ispeċijiet porċini. |
|
(5) |
Abbażi tal-opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju, l-EMA rrakkomandat li m'hemmx bżonn jiġi stabbilit limitu massimu tar-residwi għall-bromelain fl-ispeċijiet porċini sabiex titħares saħħet il-bniedem. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-EMA għandha tqis li jew tuża l-limiti massimi ta' residwi stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva li tinsab f'oġġett tal-ikel partikulari għal oġġett tal-ikel ieħor li ġej mill-istess speċi, jew inkella li tuża l-limiti massimi ta' residwi stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew iktar għal speċijiet oħrajn. |
|
(7) |
L-EMA jidhrilha li dal-ħin mhuwiex xieraq li l-klassifikazzjoni tal-bromelain mill-ispeċijiet porċini bħala “sustanza li għaliha mhu meħtieġ l-ebda MRL” tiġi estrapolata għal speċijiet oħrajn. |
|
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).
ANNESS
Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 qed tiddaħħal is-sustanza li ġejja f'ordni alfabetika:
|
Sustanza farmakoloġikament attiva |
Residwu markatur |
Speċi tal-annimali |
MRL |
Tessuti kkonċernati |
Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009) |
Klassifikazzjoni Terapewtika |
|
“Bromelain |
MHUX APPLIKABBLI |
Porċini |
MRL mhux neċessarju |
MHUX APPLIKABBLI |
L-EBDA ANNOTAZZJONI |
Aġenti kontra d-dijarea” |
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/69 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1559
tal-14 ta' Settembru 2017
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika l-limitu massimu ta' residwi tas-sustanza alarelina
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, il-limitu massimu ta' residwi (“l-MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsubin għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali għandu jiġi stabbilit f'Regolament. |
|
(2) |
It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2) tistabbilixxi s-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fejn jidħlu l-limiti massimi ta' residwi fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali. |
|
(3) |
Is-sustanza alarelina għadha ma ddaħħlitx f'din it-tabella. |
|
(4) |
Lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-EMA”) intbagħtitilha applikazzjoni għall-istabbiliment tal-limiti massimi ta' residwi għall-alarelina fil-fniek. |
|
(5) |
Abbażi tal-opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju, l-EMA kkonkludiet li l-probabbiltà li xi persuna tiġi esposta għal livelli tal-alarelina li jkunu rilevanti mil-lat bijoloġiku wara li din tkun kielet it-tessuti tal-fenek hija negliġibbli, u rrakkomandat li m'hemmx bżonn jiġi stabbilit limitu massimu tar-residwi għall-alarelina sabiex titħares saħħet il-bniedem. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-EMA għandha tqis li jew tuża l-limiti massimi ta' residwi stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva li tinsab f'oġġett tal-ikel partikulari għal oġġett tal-ikel ieħor li ġej mill-istess speċi, jew inkella li tuża l-limiti massimi ta' residwi stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew iktar għal speċijiet oħrajn. |
|
(7) |
L-EMA jidhrilha li huwa xieraq li l-klassifikazzjoni tal-alarelina mill-fniek bħala “sustanza li għaliha mhu meħtieġ l-ebda MRL” tiġi estrapolata għall-ispeċijiet l-oħrajn kollha mrobbija għall-ikel. |
|
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).
ANNESS
Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 qed tiddaħħal is-sustanza li ġejja f'ordni alfabetika:
|
Sustanza farmakoloġikament attiva |
Residwu markatur |
Speċi tal-annimali |
MRL |
Tessuti kkonċernati |
Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009) |
Klassifikazzjoni Terapewtika |
|
“Alarelina |
MHUX APPLIKABBLI |
Kull speċi mrobbija għall-ikel |
MRL mhux neċessarju |
MHUX APPLIKABBLI |
L-EBDA ANNOTAZZJONI |
Aġenti li jaġixxu fuq is-sistema riproduttiva” |
DEĊIŻJONIJIET
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/71 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1560
tal-14 ta' Settembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta' Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta' Settembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693. |
|
(2) |
Il-miżuri restrittivi msemmija fl-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3) u (4) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 japplikaw sat-23 ta' Settembru 2017. Abbażi ta' rieżami ta' dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2018. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 6(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“5. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3) u (4) għandhom japplikaw sal-31 ta' Ottubru 2018.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANVELT
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/72 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1561
tal-14 ta' Settembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) u (3) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
(2) |
Fit-13 ta' Marzu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/445 (2), biex b'hekk ġedded il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK għal sitt xhur oħra. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-kontinwazzjoni tat-tqegħid fil-periklu jew it-theddid lill-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġġedded għal sitt xhur oħra. |
|
(4) |
Il-Kunsill irreveda d-deżinjazzjonijiet individwali li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK u ddeċieda li jemenda l-informazzjoni dwar ċerti individwi u entitajiet. |
|
(5) |
L-entrati għal erba' persuni deċeduti jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati. |
|
(6) |
Konsegwentement għal tibdil fl-istruttura tas-sjieda ta' tliet entitajiet, l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jinżammu fis-seħħ il-miżuri kontrihom. |
|
(7) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej: “7. B'deroga mill-paragrafu 2, Stat Membru jista' jawtorizza pagamenti lill-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea għal servizzi pprovduti fil-portijiet ta' Kerch Fishery Port, Yalta Commercial Port u Evpatoria Commercial Port, u servizzi pprovduti minn Gosgidrografiya u minn fergħat tal-Port-Terminal tal-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea.”. |
|
(2) |
Fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Marzu 2018.”. |
Artikolu 2
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu jiġi emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANVELT
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/445 tat-13 ta' Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 67, 14.3.2017, p. 88).
ANNESS
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Jitħassru l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin: Persuni
|
|
(2) |
Jitħassru l-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet li ġejjin: Entitajiet
|
|
(3) |
Tiżdied l-entità li ġejja: Entitajiet
|
|
(4) |
L-entrati li jirrigwardaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin: Persuni
Entitajiet
|
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/86 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1562
tal-14 ta' Settembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (“RDPK”). |
|
(2) |
Fil-5 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni 2371 (2017) (“UNSCR 2371 (2017)”) li fiha esprimiet it-tħassib l-aktar serju dwar it-testijiet ta' missili ballistiċi tar-RDPK fit-3 u fit-28 ta' Lulju 2017 u nnotat li t-tali attivitajiet kollha jikkontribwixxu għall-iżvilupp mir-RDPK ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari u jżidu t-tensjoni fir-reġjun u lil hinn minnu. |
|
(3) |
Il-UNSCR 2371 (2017) testendi l-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' ċerti oġġetti mir-RDPK, ir-restrizzjonijiet fuq tranżazzjonijiet finanzjarji, u restrizzjonijiet fuq bastimenti tar-RDPK. |
|
(4) |
L-UNSCR 2371 (2017) tillimita wkoll l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet ta' xogħol li jistgħu jinħarġu għaċ-ċittadini tar-RDPK. |
|
(5) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri f'din id-Deċiżjoni. |
|
(6) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 1. L-akkwist ta' faħam, ħadid, u minerali tal-ħadid mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew l-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri, għandu jkun ipprojbit, irrispettivament minn jekk dawn joriġinawx fit-territorju tar-RDPK jew le. 2. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti mill-paragrafu 1. 3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward ta' faħam li, kif konfermat mill-Istat Membru akkwistant abbażi ta' informazzjoni kredibbli, ikun oriġina minn barra r-RDPK u jkun ġie trasportat fir-RDPK unikament biex jiġi esportat mill-port ta' Rajin (Rason), dment li l-Istat Membru jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel u li tali tranżazzjonijiet ma jkunux relatati mal-ġenerazzjoni ta' introjtu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra pprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016) jew 2356(2017), jew minn din id-Deċiżjoni. 4. L-akkwist ta' ċomb u mineral taċ-ċomb mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew l-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri, għandu jkun ipprojbit, irrispettivament minn jekk dawn joriġinawx fit-territorju tar-RDPK jew le. 5. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti mill-paragrafu 4.”. |
|
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 9a 1. L-akkwist ta' frott tal-baħar mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew l-użu ta' bastimenti jew ta' inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit, irrispettivament minn jekk dan joriġinax fit-territorju tar-RDPK jew le. 2. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti mill-paragrafu 1, li għandhom jinkludu ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra, f'kull forma.”. |
|
(3) |
Fl-Artikolu 11(2), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 13, il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(5) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 13a L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kumpaniji li jwettqu servizzi finanzjarji fuq l-istess livell bħal dawk ipprovduti minn banek bħala istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 13, 14 u 24a.”. |
|
(6) |
Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonfiskaw u jiddisponu minn, bħal bil-qerda, jew billi jagħmluhom inoperabbli jew li ma jistgħux jintużaw, jaħżnuhom, jew jittrasferuhom lejn Stat ieħor għajr l-Istat ta' oriġini jew ta' destinazzjoni għar-rimi, oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016) jew 2371 (2017), li jiġu identifikati fi spezzjonijiet, b'mod li hu konsistenti mal-obbligi tagħhom taħt id-dritt internazzjonali applikabbli.”. |
|
(7) |
Fl-Artikolu 18a, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “6. Jekk id-deżinjazzjoni mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tkun speċifikat dan, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' bastimenti ddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, ħlief fil-każ ta' emerġenza jew fil-każ ta' ritorn fil-port ta' oriġini tiegħu, jew sakemm il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jiddeterminax minn qabel li tali dħul ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji jew għal kwalunkwe fini ieħor konsistenti mal-objettivi tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017) jew 2371 (2017). 7. L-Anness VI għandu jinkludi l-bastimenti msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu ddeżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'konformità mal-paragrafu 6 tal-UNSCR 2371 (2017).”. |
|
(8) |
Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Għandhom ikunu pprojbiti r-reġistrazzjoni ta' bastimenti fir-RDPK, il-kisba ta' awtorizzazzjoni għal bastiment biex juża l-bandiera tar-RDPK, is-sjieda, il-kiri u l-operat ta' bastiment jew l-għoti ta' kwalunkwe klassifikazzjoni, ċertifikazzjoni jew servizzi assoċjati għal bastimenti, jew l-assigurazzjoni ta' kwalunkwe bastiment li jtajjar il-bandiera tar-RDPK, inkluż in-nolleġġar ta' tali bastimenti.”. |
|
(9) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 26a 1. L-Istati Membri ma għandhomx jaqbżu fi kwalunkwe data wara l-5 ta' Awwissu 2017 l-għadd totali ta' awtorizzazzjonijiet ta' xogħol għaċ-ċittadini tar-RDPK previst fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom u validi fil-5 ta' Awwissu 2017. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet japprova minn qabel skont il-każ individwali li l-impjieg ta' ċittadini addizzjonali tar-RDPK lil hinn mill-għadd ta' awtorizzazzjonijiet ta' xogħol previst fil-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru fil-5 ta' Awwissu 2017 ikun meħtieġ għall-għoti ta' għajnuna umanitarja, id-denuklearizzazzjoni jew kwalunkwe għan ieħor konsistenti mal-objettivi tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017) jew 2371 (2017).”. |
|
(10) |
Fl-Artikolu 33, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-Kunsill għandu jimplimenta modifiki għall-Annessi I, IV u VI abbażi ta' determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.”. |
|
(11) |
L-intestatura tal-Anness IV hija sostitwita b'dan li ġej: “'Lista ta' bastimenti msemmija fl-Artikolu 18a(5)”. |
|
(12) |
Jiżdied l-Anness li ġej: “ANNESS VI Lista ta' bastimenti msemmija fl-Artikolu 18a(7) |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANVELT
Rettifika
|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/89 |
Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 260/2014 tal-Kummissjoni tat-24 ta' Jannar 2014 li jemenda, bil-għan li jadattah għall-progress tekniku, ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 li jistabbilixxi metodi ta' ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 81 tad-19 ta' Marzu 2014 )
F'paġna 181, fl-Anness, il-punt (9) fl-emendi għall-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008, il-Kapitolu C.10, fl-appendiċi 8, il-figura 1 u l-Glossarju tagħha għandhom jinqraw kif ġej:
Glossarju:
Stampa tal-pjanta:
Stampa A/B:
Roti motriċi:
Roti mhux motriċi:
Mutur tat-trażmissjoni:
Ger tat-tnaqqis:
Flanġ intern:
Mekkaniżmu orizzontali:
Trażmissjoni b'ger koniku: