ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 221

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
26 ta' Awwissu 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1501 tal-24 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1502 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-iskop li jiġu adattati għall-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief ( 1 )

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1503 tal-25 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/68 dwar il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet komuni meħtieġa għall-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi tal-kards tas-sewwieqa ( 1 )

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1504 tal-24 ta' Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

22

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 221/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1501

tal-24 ta' Awwissu 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka persuni, entitajiet u korpi li, peress li ġew nominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(3)

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka persuni, entitajiet u korpi li, filwaqt li ma ġewx elenkati fl-Anness IV, ġew elenkati mill-Kunsill, u huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(4)

Fil-5 ta' Awwissu 2017, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 2371 (2017) li fiha impona miżuri ġodda kontra l-Korea ta' Fuq. Fost l-oħrajn, il-KSNU żied disa' persuni fiżiċi u erba' persuni ġuridiċi mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. Il-KSNU stabbilixxa wkoll eżenzjonijiet minn dawk il-miżuri fir-rigward ta' żewġ persuni ġuridiċi, jiġifieri, il-Foreign Trade Bank (FTB) u l-Korean National Insurance Company (KNIC).

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1457 (3) jagħti effett lill-miżuri ġodda permezz tal-inklużjoni tal-ismijiet tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi rilevanti fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 329/2007. Minħabba li persuna ġuridika waħda, jiġifieri, il-KNIC, kienet ġiet inkluża qabel fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007, din issa jenħtieġ li titħassar minn dak l-Anness.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1504 (4) emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 sabiex tirrifletti l-każijiet fejn, taħt ir-Riżoluzzjoni 2371 (2017), ma japplikawx miżuri restrittivi kontra l-FTB u l-KNIC.

(7)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 329/2007 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8a huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8a

Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 6(1) u (4) ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lill- Foreign Trade Bank jew lill-Korean National Insurance Company (KNIC) jew li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom sa fejn tali fondi u riżorsi ekonomiċi jkunu intenzjonati esklużivament għall-finijiet uffiċjali ta' missjoni diplomatika jew konsolari fil-Korea ta' Fuq, jew għall-attivitajiet ta' assistenza umanitarja li jitwettqu min-Nazzjonijiet Uniti jew f'koordinazzjoni magħha.”.

(2)

L-Artikolu 11c huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11c

B'deroga mill-projbizzjonijiet li jirriżultaw mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2070 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017) u 2371 (2017), l-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif identifikata fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza kwalunkwe attività jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, każ b'każ, li tkun neċessarja biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u nongovernattivi li jwettqu attivitajiet ta' assistenza jew sokkors fil-Korea ta' Fuq għall-benefiċċju tal-popolazzjoni ċivili fil-Korea ta' Fuq, skont il-paragrafu 46 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2321 (2016).”.

3.

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 327/2009 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1457 tal-10 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 208, 11.8.2017, p. 33).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1504 tal-24 ta' Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

Fil-punt (d) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007, l-entrata li ġejja hija mħassra.

 

“Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Il-Korea National Insurance Corporation (KNIC) u l-fergħat tagħha (magħrufa wkoll bħala l-Korea Foreign Insurance Company)

Haebangsan-dong, Central District, Pyongyang, DPRK

Rahlstedter Strasse 83 a, 22149 Hamburg.

Korea National Insurance Corporation ta' Alloway, Kidbrooke Park Road, Blackheath, London SE30LW

Il-Korea National Insurance Corporation (KNIC), hi kumpanija proprjetà tal-Istat u kkontrollata mill-Istat, qed tiġġenera dħul sostanzjali, inkluż f'muniti barranin, li jista' jikkontribwixxi għall-programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva. Barra minn hekk, il-kwartieri ġenerali tal-KNIC f'Pyongyang huma marbutin mal-Uffiċċju 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa entità nominata”.


26.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 221/4


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1502

tat-2 ta' Ġunju 2017

li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-iskop li jiġu adattati għall-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikulari t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 8(9) u t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 13(7) tiegħu,

Billi:

(1)

B'effett mill-1 ta' Settembru 2017, proċedura ġdida għat-test regolatorju tal-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ħfief, jiġifieri l-Proċedura ta' Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP — World Harmonised Light Vehicles Test Procedure), stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (2), se tissostitwixxi ċ-Ċiklu tas-Sewqan Ewropew Ġdid (NEDC — New European Driving Cycle) li qed jintuża bħalissa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (3). Id-WLTP hija mistennija li tipprovdi valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil li huma aktar rappreżentattivi f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali.

(2)

Sabiex titqies id-differenza fil-livell tal-emissjonijiet tas-CO2 imkejla skont il-proċeduri tal-NEDC eżistenti u tad-WLTP l-ġodda, iddaħħlet fis-seħħ metodoloġija għall-korrelazzjoni ta' dawk il-valuri skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 (4).

(3)

Il-metodoloġija għall-korrelazzjoni għandha tintuża matul l-introduzzjoni tad-WLTP sa tmiem l-2020 biex ikun żgurat li l-konformità tal-manifatturi mal-miri għall-emissjonijiet tas-CO2 tkun tista' tiġi vverifikata abbażi tal-valuri ta' emissjonijiet tal-NEDC matul dak il-perjodu. B'riżultat ta' dan, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 abbażi tad-WLTP jenħtieġ li jiġu applikati b'effett mis-sena kalendarja 2021.

(4)

Fl-2020, l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi l-ġodda kollha rreġistrati għandhom jiġu ddeterminati abbażi kemm tal-NEDC kif ukoll tad-WLTP skont il-metodoloġija għall-korrelazzjoni. Meta dawk iż-żewġ valuri ta' CO2 jiġu mmonitorjati, is-settijiet ta' dejta robusti li joħorġu għandhom ikunu jistgħu jintużaw biex jitqabbel il-livell ta' emissjonijiet li jirriżulta miż-żewġ proċeduri tat-test. Dawk is-settijiet ta' dejta għandhom jippermettu li jiġu ddeterminati l-miri għall-emissjonijiet speċifiċi abbażi tad-WLTP li huma ta' strettezza komparabbli ma' dawk iddeterminati b'referenza għall-kejl tal-NEDC skont ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 13(7) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

(5)

Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta' mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' manifattur fis-sena 2021, id-WLTP medju tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' karozzi ġodda rreġistrati fl-2020 għandu jintuża bħala valur ta' referenza. Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi jenħtieġ li tiġi determinata billi jiżdied jew jitnaqqas dak il-valur ta' referenza b'mod proporzjonali mal-prestazzjoni tal-manifattur biex jissodisfa l-mira bbażata fuq l-NEDC fl-2020.

(6)

Biex jiġi żgurat li l-miri għall-emissjonijiet speċifiċi abbażi tad-WLTP jibqgħu komparabbli matul iż-żmien, għandu jitqies it-tibdil annwali fil-massa medja tal-flotta tal-manifattur.

(7)

Jenħtieġ li għadd ta' parametri ġodda jiżdiedu mad-dejta dettaljata li għandha tiġi mmonitorjata wara l-introduzzjoni tad-WLTP. Skont id-WLTP il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jiġu kkalkulati billi titqies il-konfigurazzjoni speċifika ta' kull vettura individwali. Sabiex jiġi żgurat li l-vetturi jkunu jistgħu jiġu identifikati u li d-dejta tista' tiġi vverifikata b'mod effikaċi mill-manifatturi kif ukoll mill-Kummissjoni, huwa xieraq li l-monitoraġġ jiġi bbażat fuq in-numri tal-identifikazzjoni tal-vettura.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 679).


ANNESS

L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, għandhom jiżdiedu l-punti 3, 4 u 5 li ġejjin:

“3.

Il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur fl-2021 għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

Fejn:

Formula

huwa l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020 iddeterminata skont l-Anness XXI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (*1) u kkalkolata skont is-sitt inċiż fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, mingħajr ma kien inkluż l-iffrankar tas-CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikoli 5a u 12 ta' dan ir-Regolament;

Formula

huwa l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020 iddeterminata skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 (*2), u kkalkolata skont is-sitt inċiż fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, mingħajr ma kien inkluż l-iffrankar tas-CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikoli 5a u 12 ta' dan ir-Regolament;

NEDCmira tal-2020

huwa l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2020 skont il-punt 1(c) ta' dan l-Anness.

4.

Mill-2021, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur għandha tkun ikkalkulata kif ġej:

Mira tal-emissjonijiet speċifiċi = WLTPmira ta' referenza + a [(Mø – M0) – (Mø2020 – M0,2020)]

Fejn:

WLTPreference target

huwa l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2021 ikkalkulata skont il-punt 3;

a

kif definit fil-punt 1(c);

huwa l-medja tal-massa (M), f'kilogrammi (kg), kif definit fil-punt 1 għall-vetturi rreġistrati ġodda fis-sena fil-mira;

M0

kif definit fil-punt 1;

2020

huwa l-medja tal-massa (M), f'kilogrammi (kg), kif definit fil-punt 1 għall-vetturi rreġistrati ġodda fl-2020;

M0,2020

huwa l-valur M0 applikabbli għas-sena ta' referenza 2020.

5.

Għal manifattur li ngħata deroga fir-rigward tal-mira speċifika tal-emissjonijiet abbażi tal-NEDC fl-2021, il-mira tad-deroga abbażi tad-WLTP għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

Fejn:

Formula

kif definit fil-punt 3;

Formula

kif definit fil-punt 3;

NEDCmira tal-2021

huwa l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2021 mogħtija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament.

(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1)."

(*2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 679).”;"

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti A, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Għal kull sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-dejta ddettaljata li ġejja għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri rreġistrata fit-territorju tagħhom:

(a)

il-manifattur;

(b)

in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu;

(c)

it-tip, il-varjant u l-verżjoni (meta applikabbli);

(d)

l-għamla u l-isem kummerċjali;

(e)

il-kategorija ta' vettura tat-tip approvat;

(f)

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda;

(g)

il-massa fi stat operattiv;

(h)

l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 (NEDC u WLTP);

(i)

footprint: it-tul bejn il-fusien u l-wisa' bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir u tal-fusien l-oħrajn;

(j)

it-tip ta' fjuwil u l-modalità tal-fjuwil;

(k)

il-kapaċità tal-magna;

(l)

il-konsum tal-enerġija elettrika;

(m)

il-kodiċi għat-teknoloġija innovattiva jew għall-grupp ta' teknoloġiji innovattivi u t-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 bis-saħħa ta' dik it-teknoloġija (NEDC u WLTP);

(n)

il-potenza netta massima,

(o)

in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura;

(p)

il-massa tat-test WLTP;

(q)

il-fatturi tad-devjazzjoni u tal-verifika msemmija fil-punt 3.2.8 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153;

(r)

il-kategorija tal-vettura rreġistrata.

Madankollu, għas-sena kalendarja 2017, id-dejta msemmija fil-punt (g), fir-rigward tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tad-WLTP, u fil-punt (l), fir-rigward tal-iffrankar ekoinnovattiv tad-WLTP, kif ukoll id-dejta msemmija fil-punti (n), (o) u (q), jistgħu jiġu rrapportati fuq bażi volontarja.

Mis-sena kalendarja 2018, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 8, il-parametri kollha elenkati f'dan il-punt kif speċifikat fil-format fit-Taqsima 2 tal-Parti C.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli d-dejta msemmija fil-punt (f) għas-snin kalendarji 2017 u 2018.”

(b)

Il-parti C tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI C — Il-format għat-trażmissjoni tad-dejta

Għal kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni speċifikata fil-punti 1 u 3 tal-Parti A fil-formati li ġejjin:

Taqsima 1 — Dejta aggregata dwar il-monitoraġġ

Stat Membru (1):

 

Sena

 

Sors tad-dejta

 

L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE

 

L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri b'approvazzjoni individwali

 

L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri approvati bħala serje nazzjonali żgħira

 

Taqsima 2 — Dejta dettaljata dwar il-monitoraġġ — reġistrazzjoni ta' vettura waħda

Referenza għall-Punt 1 tal-Parti A

Dejta dettaljata għal kull vettura rreġistrata

(a)

Id-denominazzjoni standard tal-UE tal-isem tal-manifattur

Id-dikjarazzjoni OEM tal-isem tal-manifattur

Isem il-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru (2)

(b)

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu

(c)

It-tip

Il-varjant

Il-verżjoni

(d)

L-għamla u l-isem kummerċjali

(e)

Il-kategorija tat-tip ta' vettura approvata

(f)

L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda (2017 u 2018)

(g)

Massa fi stat operattiv

(h)

L-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 (ikkombinati)

Valur tal-NEDC

L-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 (ikkombinati)

Il-valur WLTP (mill-2019)

(i)

It-tul bejn il-fusien (wheel base)

Il-wisa' bejn ir-roti tal-fus tal-istering (Fus 1)

Il-wisa' bejn ir-roti tal-fus l-ieħor (Fus 2)

(j)

It-tip ta' fjuwil

Il-modalità tal-fjuwil

(k)

Il-kapaċità tal-magna (cm3)

(l)

Il-konsum tal-enerġija elettrika (Wh/km)

(m)

Il-kodiċi tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika/ċi

It-total NEDC tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 minħabba l-ekoinnovazzjoni(jiet)

It-total WLTP tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 minħabba l-ekoinnovazzjoni(jiet) (mill-2019)

(n)

Il-potenza netta massima

(o)

In-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura (mill-2019);

(p)

Il-massa tat-test WLTP (mill-2019)

(q)

Il-fattur De tad-devjazzjoni (fejn disponibbli)

Il-fattur tal-verifika (fejn disponibbli)

(r)

Il-kategorija tal-vettura rreġistrata


(1)  Il-kodiċijiet ISO 3166 alpha-2 ħlief għall-Greċja u għar-Renju Unit, bil-kodiċijiet tagħhom “EL” u “UK” rispettivament.

(2)  Fil-każ tal-approvazzjonijiet ta' serje nazzjonali żgħira (NSS — national small series) jew l-approvazzjonijiet individwali (IVA — individual approvals), l-isem tal-manifattur għandu jiġi pprovdut fil-kolonna “Isem il-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru” filwaqt li fil-kolonna “Id-denominazzjoni standard tal-UE tal-isem tal-manifattur” għandu jiġi indikat wieħed minn dawn li ġejjin: “AA-NSS” jew “AA-IVA” skont il-każ.”.


26.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 221/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1503

tal-25 ta' Awwissu 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/68 dwar il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet komuni meħtieġa għall-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi tal-kards tas-sewwieqa

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 jirrikjedi l-Istati Membri li jwettqu interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tagħhom tal-kards tas-sewwieqa permezz tas-sistema ta'messaġġi TACHOnet.

(2)

Il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet komuni meħtieġa għall-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi tal-kards tas-sewwieqa permezz tas-sistema ta' messaġġi TACHOnet huma stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/68 (2).

(3)

Il-konnessjoni mas-sistema ta'messaġġi TACHOnet tista' ssir kemm direttament permezz ta' konnessjoni tas-Servizzi Trans-Ewropej għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (“TESTA”) jew indirettament permezz ta' Stat Membru li jkun diġà konness mal-TESTA. Tradizzjonalment, il-konnessjonijiet indiretti ikunu ġew miftiehma bilateralment b'kuntratti ffirmati mir-rappreżentanti tal-entitajiet involuti fuq livell nazzjonali mingħajr l-intervent tal-Kummissjoni. Madankollu, biex ikun evitat l-abbuż potenzjali tal-konnessjoni u biex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-sistema, il-Kummissjoni, fil-kapaċità tagħha bħala meniġer ġenerali tas-sistema ta' messaġġi-TACHOnet, għandha tirċievi informazzjoni xierqa u f'waqtha dwar l-interess ta' awtorità nazzjonali in konnessjoni mas-sistema ta' messaġġi' TACHOnet.

(4)

Minbarra Stati Membri, fil-prattika s-sistema ta'messaġġi TACHOnet hi miftuħa għal pajjiżi terzi. Għaldaqstant il-Kummissjoni għandha tiżgura li pajjiżi terzi jikkonformaw mal-istess obbligi tal-Istati Membri rigward is-sistema ta' messaġġi-TACHOnet.

(5)

Jenħtieġ li siru xi emendi żgħar fir-Regolament ta' Implimentzzjoni (UE) 2016/68 biex jindirizzaw dawn l-aspetti li ġejjin b'mod aktar preċiż u ċar: il-proċedura għall-konnessjoni mas-sistema tal-'messaġġi TACHOnet, it-testijiet preliminari li jridu jsiru u l-konsegwenzi ta' falliment, il-kontenut ta' xi messaġġi XML, il-mod kif tiġi stabbilita l-proċedura tal-eskalazzjoni li għandhom isegwu l-Istati Membri f'każ ta' żbalji fis-sistema, u għal kemm żmien id-dejta personali tista' tinżamm fil-kotba ta' reġistrazzjoni tas-sistema ċentrali.

(6)

Il-verżjoni l-ġdida tas-sistema ta' messaġġi TACHOnet ser tapplika mit-2 ta' Marzu 2018. Madankollu, sabiex tippermetti li jittieħdu ċerti passi preparatorji, id-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konnessjoni ma' pajjiżi terzi, testijiet preliminari u aċċess indirett jenħtieġu li japplikaw mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(7)

Għalhekk ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/68 għandu jiġi emendat għal dan il-għan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Trasport bit-Triq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/68 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2 jiżdiedu dawn il-punti (k), (l) u (m):

“(k)

“Servizzi Trans-Ewropej għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (“TESTA”)” tfisser pjattaforma tal-interkonnessjoni tat-telekomunikazzjoni għal skambju sigur tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Unjoni.;

(l)

“aċċess dirett għas-sistema TACHOnet” tfisser il-konnessjoni mas-sistema ta'messaġġi TACHOnet ta' reġistru elettroniku nazzjonali permezz ta' konnessjoni TESTA ġestita mill-Istat Membru li jospita r-reġistru;

(m)

“aċċess indirett għas-sistema TACHOnet” tfisser il-konnessjoni mas-sistema ta' messaġġi TACHOnet ta' reġistru elettroniku nazzjonali permezz ta' konnessjoni TESTA ġestita minn Stat Membru li ma jospitax ir-reġistru.”;

(2)

għandhom jiżdiedu dawn l-Artikoli 3a u 3b li ġejjin:

“Artikolu 3a

Il-konnessjoni minn pajjiżi terzi

Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, pajjiżi terzi jistgħu jagħmlu konnessjoni tar-reġistri elettroniċi tagħhom mas-sistema ta' messaġġi TACHOnet, jekk jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 3b

Testijiet preliminari

Il-konnessjoni ta' reġistru elettroniku nazzjonali mas-sistema ta' messaġġi TACHOnet, kemm b'aċċess dirett jew indirett, għandha tiġi stabbilita wara li jitlestew b'suċċess it-testijiet tal-konnessjoni, tal-integrazzjoni u tal-prestazzjoni skont l-istruzzjonijiet u taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni.

Jekk it-testijiet preliminari jfallu, il-Kummissjoni tista' tissospendi temporanjament il-fażi tal-ittestjar. It-testjar għandu jissokta meta l-awtorità nazzjonali responsabbli tikkomunika lill-Kummissjoni l-adozzjoni tat-titjib tekniku meħtieġ fil-livell nazzjonali li jippermetti s-suċċess tat-testijiet preliminarji.

It-tul massimu tat-testijiet preliminari għandu jkun sitt xhur.”;

(3)

għandu jiddaħħal dan l-Artikolu 5a li ġej:

“Artikolu 5a

Aċċess indirett għat-TACHOnet

1.   Awtorità nazzjonali li titlob aċċess indirett għat-TACHOnet għandha tressaq dawn id-dokumenti segwenti lill-Kummissjoni:

(a)

ittra ffirmata minn rappreżentant tal-awtorità nazzjonali li titlob lill-Kummissjoni biex tibda l-fażi tal-ittestjar sabiex jingħata aċċess indirett għat-TACHOnet;

(b)

applikazzjoni għal aċċess indirett għat-TACHOnet fil-format stabbilit fl-Anness IX;

(c)

il-kuntratt bilaterali bejn l-awtorità nazzjonali li qed titlob l-aċċess indirett u l-awtorità nazzjonali li tipprovdi dan l-aċċess permezz tal-konnessjoni TESTA tagħha, iffirmat minn rappreżentanti taż-żewġ awtoritajiet nazzjonali.

2.   Sa mhux aktar tard minn xahrejn mis-sottomissjoni tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha titlob lill-awtorità nazzjonali kkonċernata biex-tippreżenta l-informazzjoni teknika meħtieġa sabiex jinbdew it-testijiet preliminari msemmija fl-Artikolu 3b.

3.   L-aċċess indirett għat-TACHOnet ma għandux jingħata sakemm ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ma jkunux ġew issodisfati.”;

(4)

L-Annessi I, II, III, VI, VII u VIII huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(5)

Qed jiżdied l-Anness IX kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(4) għandu japplika mit-2 ta' Marzu 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/68 tal-21 ta' Jannar 2016 dwar il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet komuni meħtieġa għall-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi tal-kards tas-sewwieqa (ĠU L 15, 22.1.2016, p. 51).


ANNESSI I

L-Annessi I, II, III, VI, VII u VIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/68 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 1.1, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-messaġġi kollha tat-TACHOnet għandhom jingħaddu mis-sistema ċentrali”;

(b)

il-punt 2.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.2.

Is-sistema ċentrali m'għandhiex taħżen id-dejta għal iżjed minn sitt xhur, għajr id-dejta tal-illoggjar, statistika u r-routing kif stabbilit fl-Anness VII.”;

(c)

il-punt 2.6.1 jinbidel b'dan li ġej:

“2.6.1.

Il-funzjonalità tal-ġestjoni tal-kuntatti għandha tipprovdi lil kull Stat Membru bil-kapaċità li jamministra d-dettalji ta' kuntatt fir-rigward tal-kategoriji politiċi, kummerċjali, operazzjonali u tekniċi ta' dak l-Istat Membru, bl-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru tkun responsabbli għaż-żamma tal-kuntatti tagħha stess. Għandu jkun possibbli li wieħed jara, iżda mhux jeditja, id-dettalji ta' kuntatt ta' Stati Membri oħra.”;

(d)

il-punt 2.6.2 jitħassar;

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1.3 jinbidel b'dan li ġej:

“1.3.

Modifika tal-Istatus tal-Kard (Modify Card Status, MCS): din tippermetti lill-Istat Membru tar-rikjesta tinnotifika lill-Istat Membru tat-tweġiba, permezz ta' Rikjesta għal Modifika tal-Istatus tal-Kard, li nbidel l-istatus ta' kard maħruġa mill-Istat Membru tat-tweġiba. L-Istat Membru tat-tweġiba għandu jwieġeb it-talba għal Modifika tal-Istatus tal-Kard billi jibgħat Tweġiba għall-Modifika tal-Istatus tal-Kard malli jiġi aġġornat ir-reġistru jew meta n-notifika tiġi rrifjutata, filwaqt li jagħti l-eżitu tal-aġġornament u jindika l-istatus attwali tal-kard (kif irreġistrat fir-reġistru tal-kard tat-takografu). Din it-tweġiba għandha tintbagħat sa mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem kalendarji wara li tkun intbagħtet ir-rikjesta għal notifika. F'kull każ, ir-Rikjesta għal Modifika tal-Istatus tal-Kard jew it-Tweġiba tal-Modifika tal-Istatus tal-Kard għandha tiġi rikonoxxuta b'Rikonoxximent tal-Modifika tal-Istatus tal-Kard.”;

(b)

il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.

L-istatus tal-kard elenkati fl-Appendiċi ta' dan l-Anness ma għandhomx jintużaw biex jiġi stabbilit jekk kard tas-sewwieqa hix valida għas-sewqan. Meta Stat Membru jistaqsi dwar ir-reġistu tal-Istat Membru tal-ħruġ tal-kard permezz tal-funzjonalità CCS jew CIC, it-tweġiba għandha tinkludi entrata apposta “valida għas-sewqan”. Il-proċeduri amministrattivi nazzjonali għandhom ikunu tali li t-tweġibiet CCS jew CIC ikollhom dejjem il-valur xieraq segwenti “valida għas-sewqan”.”;

(3)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 2.3 jinbidel b'dan li ġej:

“2.3.

Is-sistemi nazzjonali għandhom ikunu kapaċi jibagħtu, jirċievu u jipproċessaw il-messaġġi kollha li jikkorrispondu għal xi waħda mill-funzjonalitajiet stipulati fl-Anness II.”;

(b)

l-Appendiċi jinbidel b'dan li ġej:

Appendiċi

Ir-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-messaġġi XML

Common Heading (Intestatura komuni)

Obbligatorji

Version (verżjoni)

Il-verżjoni uffiċjali tal-ispeċifikazzjonijiet XML se tiġi speċifikata fl-ispazju tal-isem definit fil-messaġġ XSD u fl-attribut tal-verżjoni tal-element tal-Intestazzjoni ta' kwalunkwe messaġġ XML. In-numru tal-verżjoni (“n.m”) għandu jiġi definit bħala valur fiss f'kull rilaxx tal-fajl tad-Definizzjoni tal-Iskema XML (xsd).

Iva

Test Identifier (identifikatur tat-Test)

ID fakultattiv għall-ittestjar. L-oriġinatur tat-test għandu jimla l-identifikatur u kull parteċipant fil-work flow għandu jittrażmetti/jirritorna l-istess identifikatur. Fil-produzzjoni dan għandu jiġi injorat, u jekk jingħata m'għandux jintuża.

Le

Technical Identifier (identifikatur Tekniku)

UUID li jidentifika b'mod uniku kull messaġġ individwali. Min jibgħat il-messaġġ għandu jiġġenera UUID u għandu jimla dan l-attribut. Din id-dejta m'għandhiex tintuża f'xi kapaċità kummerċjali.

Iva

Workflow Identifier (identifikatur tal-Workflow)

Il-workflowID hu UUID u għandu joħolqu l-Istat Membru tar-rikjesta. Imbagħad dan lidentifikatur għandu jintuża fil-messaġġi kollha biex jikkorrelaw il-workflow.

Iva

Sent at (mibgħut Fi)

Id-data u l-ħin (f'format UTC) meta ntbagħat il-messaġġ.

Iva

Timeout (skadenza)

Dan hu attribut fakultattiv tad-data u tal-ħin (fil-format ta' UTC). Dan il-valur għandha tiffissah biss is-sistema ċentrali għat-talbiet li jintbagħtu u jiġi kkalkulat skont id-data/ħin meta s-sistema ċentrali tirċievi l-ewwel rikjesta. Dan għandu jinforma lill-Istat Membru tat-tweġiba dwar il-ħin meta tiskadi r-rikjesta. Dan il-valur mhux meħtieġ fl-ewwel rikjesti mibgħuta lis-sistema ċentrali u fil-messaġġi kollha tat-tweġiba.

Le

From (mingħand)

Il-kodiċi ISO 3166-1 Alpha 2 tal-Istat Membru li jibgħat il-messaġġ jew “l-UE”.

Iva

To (lil)

Il-kodiċi ISO 3166-1 Alpha 2 tal-Istat Membru li lilu jintbagħat il-messaġġ jew “l-UE”.

Iva


Check Issued Cards Request (Rikjesta għal Verifika tal-Kards Maħruġa)

Obbligatorji

Family name (il-kunjom)

Il-kunjom tas-sewwieq.

Iva

First name (isem)

L-isem mogħti/tas-sewwieq.

Le

Date of birth (data tat-twelid)

Id-data tat-twelid tas-sewwieq.

Iva

Place of birth (il-post tat-twelid)

Il-post tat-twelid tas-sewwieq.

Le

Driving license number (in-numru tal-liċenzja tas-sewqan)

In-numru tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq.

Le

Driving License Issuing Country (il-pajjiż li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan)

Il-pajjiż li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq.

Le

Check Issued Cards Response (Tweġiba tal-Verifika tal-Kards Maħruġa)

Obbligatorji

Status Code (il-kodiċi tal-istatus)

Il-kodiċi tal-istatus tat-tweġiba.

Iva

Status Message (il-messaġġ tal-istatus)

Deskrizzjoni tal-istatus spjegatorju.

Le

Search Mechanisms (il-mekkaniżmu tat-tfittxija)

Il-kard instabet bit-tfittxija NYSIIS jew bi tfittxija adattata speċifikament.

Iva

Found Driver Details (Dettalji dwar is-Sewwieq Misjub)

Iva jekk jinstab is-sewwieq

Family name (il-kunjom)

Il-kunjom ta' kull sewwieq misjub.

Iva

First Name (l-isem)

L-isem ta' kull sewwieq misjub.

Le

Date of birth (id-data tat-twelid)

Id-data tat-twelid ta' kull sewwieq misjub.

Iva

Place of birth (il-post tat-twelid)

Il-post tat-twelid ta' kull sewwieq misjub.

Le

Card Details (Dettalji dwar il-Kard)

Iva jekk jinstab is-sewwieq

Card Number (in-numru tal-kard)

In-numru tal-kard misjub.

Iva

Card Status (l-istatus tal-kard)

L-istatus tal-kard misjub.

Iva

Valid for driving (valida għas-sewqan)

Il-kard hi/mhix valida għas-sewqan.

Iva

Card Issuing Authority (l-awtorità li ħarġet il-kard)

L-isem tal-awtorità li ħarġet il-kard misjuba.

Iva

Card Start Validity of date (id-data tal-bidu tal-validità tal-kard)

Id-data tal-bidu tal-validità tal-kard misjuba.

Iva

Card Expiry date (id-data tal-iskadenza tal-kard)

Id-data tal-iskadenza tal-kard misjuba.

Iva

Card Status Modified date (id-data tal-modifika tal-istatus tal-kard)

Id-data meta l-kard misjuba nbidlet l-aħħar.

Iva

Temporary card (il-kard temporanja)

Il-kard misjuba hi kard temporanja.

Le

Driving License Details (Dettalji dwar il-Liċenzja tas-Sewqan)

Iva jekk tinstab kard tas-sewwieq

Driving License Number (in-numru tal-liċenzja tas-sewqan)

In-numru tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq misjub.

Iva

Driving License Issuing Country (il-pajjiż li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan)

Il-pajjiż li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq misjub.

Iva

Driving License Status (l-istatus tal-liċenzja tas-sewqan)

L-istatus tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq misjub.

Le

Driving License Issuing Date (id-data tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan)

Id-data tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq misjub.

Le

Driving License Expiry Date (id-data tal-iskadenza tal-liċenzja tas-sewqan)

Id-data tal-iskadenza tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq misjub.

Le

Workshop Card Details (Dettalji dwar il-Kard tal-Workshop)

Iva jekk tinstab kard tal-workshop

Workshop name (l-isem tal-workshop)

L-isem tal-workshop li għalih inħarġet il-kard tal-workshop misjuba.

Iva

Workshop address (indirizz tal-workshop)

L-indirizz tal-workshop li għalih inħarġet il-kard tal-workshop misjuba.

Iva

Check Card Status Request (Rikjesta għal Verifika tal-Istatus tal-Kard)

Obbligatorji

Card Number (in-numru tal-kard)

In-numru tal-kard li hemm bżonn id-dettalji dwarha.

Iva


Check Card Status Response (Tweġiba tal-Verifika tal-Istatus tal-Kard)

Obbligatorji

Status Code (il-kodiċi tal-istatus)

Il-kodiċi tal-istatus tat-tweġiba.

Iva

Status Message (il-messaġġ tal-istatus)

Deskrizzjoni tal-istatus spjegatorju.

Le

Requested Card Details (Dettalji dwar il-Kard Mitluba)

Iva jekk tinstab il-kard mitluba

Card Number (in-numru tal-kard)

In-numru tal-kard mitluba.

Iva

Card Status (l-istatus tal-kard)

L-istatus tal-kard mitluba.

Iva

Valid for driving (Valida għas-sewqan)

Il-kard mitluba hi/mhix valida għas-sewqan.

Iva

Card Issuing Authority (l-awtorità li ħarġet il-kard)

L-isem tal-awtorità li ħarġet il-kard mitluba.

Iva

Card Start of validity date (id-data tal-bidu tal-validità tal-kard)

Id-data tal-bidu tal-validità tal-kard mitluba.

Iva

Card Expiry Date (id-data tal-iskadenza tal-kard)

Id-data tal-iskadenza tal-kard mitluba.

Iva

Card Status Modified Date (id-data tal-modifika tal-istatus tal-kard)

Id-data meta l-kard mitluba nbidlet l-aħħar.

Iva

Temporary card (il-kard temporanja)

Il-kard mitluba hi kard temporanja.

Le

Workshop Card Details (Dettalji tal-Kard tal-Workshop)

Iva jekk tinstab kard tal-workshop

Workshop name (l-isem tal-workshop)

L-isem tal-workshop li għalih inħarġet il-kard.

Iva

Workshop address (l-indirizz tal-workshop)

L-indirizz tal-workshop li għalih inħarġet il-kard.

Iva

Card Holder Details (Dettalji dwar id-Detentur tal-Kard)

 

Family name (il-kunjom)

Il-kunjom tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Iva

First name (l-isem)

L-isem tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Le

Date of birth (id-data tat-twelid)

Id-data tat-twelid tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Iva

Place of birth (il-post tat-twelid)

Il-post tat-twelid tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Le

Driving License Details (Dettalji dwar il-Liċenzja tas-Sewqan)

Iva jekk tinstab kard tas-sewwieq

Driving License Number (in-numru tal-liċenzja tas-sewqan)

In-numru tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Iva

Driving License Issuing Country (il-pajjiż li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan)

Il-pajjiż li ħareġ in-numru tal-liċenzja tas-sewqan lis-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Iva

Driving License Status (l-istatus tal-liċenzja tas-sewqan)

L-istatus tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Le

Driving License Issuing Date (id-data tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan)

Id-data tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Le

Driving License Expiry Date (id-data tal-iskadenza tal-liċenzja tas-sewqan)

Id-data tal-iskadenza tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Le


Modify Card Status Request (Rikjesta għal Modifika tal-Istatus tal-Kard)

Obbligatorji

Card Number (in-numru tal-kard)

Il-numru tal-kard li nbidel l-istatus tagħha.

Iva

New Card Status (l-istatus il-ġdid tal-kard)

L-istatus li għalih inbidlet il-kard.

Iva

Card Status Modified date (id-data tal-modifika tal-istatus tal-kard)

Id-data u l-ħin meta nbidel l-istatus tal-kard.

Iva

Declared by (Dikjarata Minn)

 

Authority (awtorità)

L-isem tal-awtorità li biddlet l-istatus tal-kard.

Iva

Authority address (l-indirizz tal-awtorità)

L-indirizz tal-awtorità li biddlet l-istatus tal-kard.

Iva

Family Name (il-kunjom)

Il-kunjom tal-persuna li biddlet l-istatus tal-kard.

Le

First Name (l-isem)

L-isem tal-persuna li biddlet l-istatus tal-kard.

Le

Phone (tel.)

In-numru tat-telefown tal-persuna li biddlet l-istatus tal-kard.

Le

Email

L-email tal-persuna li biddlet l-istatus tal-kard.

Le


Modify Card Status Acknowledgement (Rikonoxximent tal-Modifika tal-Istatus tal-Kard)

Obbligatorji

Status Code (il-kodiċi tal-istatus)

Il-kodiċi tal-istatus tar-rikonoxximent.

Iva

Status Message (il-messaġġ tal-istatus)

Deskrizzjoni tal-istatus spjegatorju.

Le

Acknowlegement type (it-tip tar-rikonoxximent)

It-tip tar-rikonoxximent: għar-rikjesta jew għal tweġiba.

Iva


Modify Card Status Response (Tweġiba tal-Modifika tal-Istatus tal-Kard)

Obbligatorji

Status Code (il-kodiċi tal-istatus)

Il-kodiċi tal-istatus tat-tweġiba.

Iva

Status Message (il-messaġġ tal-istatus)

Deskrizzjoni tal-istatus spjegatorju.

Le

Card Number (In-numru tal-kard)

In-numru tal-kard tas-sewwieq mitluba.

Iva

Card Status (L-istatus tal-kard)

L-istatus tal-kard mitluba kif jidher fir-reġistru tal-kard tat-takografu.

Iva


Issued Card Driving License Request (Rikjesta għall-Ħruġ tal-Karta tas-Sewwieq abbażi tal-Liċenzja tas-Sewqan)

Obbligatorji

Card Number (in-numru tal-kard)

In-numru tal-kard li nħarġet.

Iva

Driving License Number (in-numru tal-liċenzja tas-sewqan)

In-numru tal-liċenzja tas-sewqan barranija li ntużat għall-applikazzjoni għall-kard tas-sewwieq.

Iva

Family Name (il-kunjom)

Il-kunjom tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Iva

First Name (l-isem)

L-isem tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Le

Date of Birth (id-data tat-twelid)

Id-data tat-twelid tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Iva

Place of Birth (il-post tat-twelid)

Il-post tat-twelid tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Le


Issued Card Driving License Response (Tweġiba rigward il-Ħruġ tal-Karta tas-Sewwieq abbażi tal-Liċenzja tas-Sewqan).

Obbligatorji

Status Code (il-kodiċi tal-istatus)

Il-kodiċi tal-istatus tat-tweġiba.

Iva

Status Message (il-messaġġ tal-istatus)

Deskrizzjoni spjegatorju tal-istatus.

Le

”;

(4)

L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti 1.4 sa 1.8 jinbidlu b'dan li ġej:

“1.4.

Dawn għandhom iwieġbu għal minimu ta' 98 % tat-talbiet mibgħuta lilhom f'xahar kalendarju wieħed u għandhom ikunu kapaċi jipprovdu rata ta'rikjesti ta' sitt (6) messaġġi kull sekonda.

1.5.

It-Tweġibiet CIC, CCS, u ICDL u r-Rikonoxximenti MCS skont l-Anness VIII għandhom iwieġbu r-rikjesti fi żmien għaxar (10) sekondi.

L-iskadenza ġenerali tat-talbiet (iż-żmien meta min jagħmel ir-rikjesta jkun qed jistenna tweġiba) ma għandux jaqbeż l-20 sekonda.

1.6.

It-Tweġibiet MCS għandhom isiru fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji minn meta tintbagħat ir-Rikjesta MCS.

1.7.

Is-sistemi nazzjonali m'għandhomx jibagħtu rikjesti lis-sistema TACHOnet b'rata iżjed minn żewġ (2) rikjesti kull sekonda.

1.8.

Kull sistema nazzjonali għandha tkun kapaċi tindirizza l-problemi tekniċi potenzjali tas-sistema ċentrali jew tas-sistemi nazzjonali fi Stati Membri oħra. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal meta:

(a)

tintilef il-konnessjoni mas-sistema ċentrali;

(b)

ma tasal l-ebda tweġiba għal rikjesta;

(c)

t-tweġibiet jaslu wara l-iskadenza tal-messaġġ;

(d)

jaslu messaġġi mhux mitluba;

(e)

jaslu messaġġi invalidi.”;

(b)

il-punt 1.9 jitħassar;

(c)

fil-punt 2.2 tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Meta jintalab, il-Kummissjoni għandha tingħata dettalji dwar il-proċedura ta' eskalazzjoni.”;

(5)

L-Anness VII huwa emendat kif ġej:

(a)

dan il-paragrafu segwenti għandu jiddaħħal wara t-titlu tal-Anness:

“Dan l-Anness jagħti dettalji dwar id-dejta tal-illoggjar, statistika u tar-routing miġbura fis-sistema ċentrali, mhux fl-Istati Membri.”;

(b)

il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Id-dejta personali mhux se tinżamm fir-reġistri għal iżjed minn sitt (6) xhur minn meta titlesta tranżazzjoni. L-informazzjoni statistika u anonimizzata tar-routing għandha tinżamm indefinittivament.”;

(c)

fil-punt 4, il-kliem introduttorju jinbidel b'dan li ġej:

“Id-dejta statistika li tintuża għar-rappurtar tista' tinkludi, fost l-oħrajn:”;

(6)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1.3 jinbidel b'dan li ġej:

“1.3.

Meta l-applikant għal kard tas-sewwieqa jkollu liċenzja tas-sewqan maħruġa fl-Istat Membru tal-applikazzjoni, dak l-Istat Membru għandu jivverifika jekk in-notifika tal-ICDL tkunx diġà ġiet irreġistrata fir-reġistru nazzjonali tiegħu. Din il-verifika għandha ssir b'tiftix fin-notifiki, l-ewwel bin-numru tal-liċenzja tas-sewqan, u mbagħad bil-kjavi NYSIIS u bid-data tat-twelid. Jekk tinstab notifika, l-Istat Membru għandu jagħmel tfittxija mmirata ta' CIC jew tfittxija mmirata ta' CCS indirizzata lill-Istat Membru li bagħat in-notifika tal-ICDL.”;

(b)

il-punt 1.6 jinbidel b'dan li ġej:

“1.6.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jirreġistrawx in-notifiki tal-ICDL fir-reġistri nazzjonali tagħhom b'konformità mal-punti 1.3, 1.4 u 1.5. F'dan il-każ, dawn għandhom jagħmlu tfittxija ġenerali ta' CIC għal kull applikazzjoni li tasal.”;

(c)

fil-punt 2.1, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

tivverifika l-istatus attwali tal-kard billi tibgħat rikjesta CCS lill-Istat Membru tal-ħruġ. Jekk in-numru tal-kard ma jkunx magħruf, minflok għandha tintbagħat rikjesta mmirata ta' CIC;”;

(d)

il-punt 3.2 jinbidel b'dan li ġej:

“3.2.

Ladarba ssir il-verifika tal-istatus tal-kard tas-sewwieq u jkun validu għall-iskambju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun saret l-applikazzjoni, għandha tibgħat notifika MCS bis-sistema ta'messaġġi TACHOnet lill-Istat Membru tal-ħruġ.”.


ANNESS II

L-Anness IX segwenti għandu jiżdied:

ANNESS IX

Applikazzjoni għal aċċess indirett għas-sistema TACHOnet

[L-isem fil-qosor tal-awtorità nazzjonali li qed titlob aċċess indirett għas-sistema TACHOnet] ta' [l-isem tal-pajjiż li jkun qed jitlob aċċess indirett għas-sistema TACHOnet] iffirmat kuntratt ma' [l-isem fil-qosor tal-awtorità nazzjonali li qed tipprovdi aċċess indirett għas-sistema TACHOnet] biex tikseb aċċess indirett għas-sistema TACHOnet permezz ta' [l-isem tal-pajjiż li qed jipprovdi aċċess indirett għas-sistema TACHOnet].

Il-kuntratt fejn [l-isem tal-pajjiż li qed jipprovdi aċċess indirett għas-sistema TACHOnet] jipprovdi aċċess indirett għas-sistema TACHOnet lil [l-isem tal-pajjiż li qed jitlob aċċess indirett għas-sistema TACHOnet] hu mehmuż ma' din l-applikazzjoni.

Għandha tingħata din l-informazzjoni:

(a)

l-awtorità nazzjonali responsabbli għall-aċċess għas-sistema TACHOnet fi [l-isem tal-pajjiż li qed jitlob aċċess indirett għas-sistema TACHOnet];

(b)

persuna ta' kuntatt għas-sistema TACHOnet fi [l-awtorità nazzjonali msemmija fil-punt (a)] (l-isem, ir-rwol, l-indirizz tal-email, in-numru tat-telefown u l-indirizz postali);

(c)

l-isem u r-rwol ta' entitajiet oħra responsabbli fir-rigward tas-sistema TACHOnet;

(d)

persuni ta' kuntatt fl-entitajiet responsabbli imsemmija fil-punt (c) (l-isem, ir-rwol, l-indirizz tal-email, in-numru tat-telefown).

Iffirmata minn:

[ir-rappreżentant tal-awtorità nazzjonali li qed titlob aċċess indirett għas-sistema TACHOnet].


DEĊIŻJONIJIET

26.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 221/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1504

tal-24 ta' Awwissu 2017

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (“ir-RDPK”), li ħassret id-Deċiżjoni 2013/183/PESK u, fost l-oħrajn, implimentat ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016).

(2)

Fil-5 ta' Awwissu 2017, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 2371 (2017) li tipprevedi miżuri ġodda kontra r-RDPK, inkluż id-deżinjazzjoni ta' persuni u entitajiet, inkluż il-Foreign Trade Bank u l-Korean National Insurance Company (“KNIC”), bħala soġġetti għall-iffriżar tal-assi.

(3)

Il-paragrafu 26 tal-UNSCR 2371 (2017) jipprevedi eżenzjoni speċifika mid-dispożizzjonijiet tal-iffriżar tal-assi għal tranżazzjonijiet finanzjarji mal-Foreign Trade Bank jew mal-KNIC f'ċerti ċirkostanzi.

(4)

Fl-10 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2017/1459 (2) li żiedet lill-Foreign Trade Bank u lill-KNIC fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. Jenħtieġ li l-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafu 26 tal-UNSCR 2371 (2017) ukoll jingħataw effett.

(5)

Jenħtieġ li l-entrata għall-KNIC titneħħa mill-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 peress li issa hija ddeżinjata taħt l-Anness I.

(6)

Hi meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni.

(7)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 27, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.   Il-projbizzjoni fil-paragrafi 1(a) u (2) ma għandhiex tapplika:

(a)

meta l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, każ b'każ, li hija neċessarja eżenzjoni biex tiġi ffaċilitata l-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jwettqu attivitajiet ta' assistenza u ta' sokkors fir-RDPK għall-benefiċċju tal-popolazzjoni ċivili;

(b)

fir-rigward ta' tranżazzjonijiet finanzjarji mal-Foreign Trade Bank jew mal-Korean National Insurance Company (KNIC) jekk tali tranżazzjonijiet ikunu unikament għall-funzjonament ta' missjonijiet diplomatiċi fir-RDPK jew ta' attivitajiet umanitarji li jsiru min-Nazzjonijiet Uniti jew f'koordinazzjoni magħha.”.

(2)

L-Artikolu 36a huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 36a

B'deroga mill-miżuri imposti mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017) u 2371 (2017), dment li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina li hija neċessarja eżenzjoni biex tiġi ffaċilitata l-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jwettqu attivitajiet ta' assistenza u ta' sokkors fir-RDPK għall-benefiċċju tal-popolazzjoni ċivili tar-RDPK, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandha tagħti l-awtorizzazzjoni neċessarja.”.

(3)

L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1459 tal-10 ta' Awwissu 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (ĠU L 208, 11.8.2017, p. 38).


ANNESS

L-entrata li ġejja titħassar mill-Parti B (Entitajiet) tal-Parti II tal-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849:

“3

Korea National Insurance Corporation (KNIC) u l-fergħat tagħha

Korea Foreign Insurance Company

Haebangsan-dong, Central District, Pyongyang, DPRK

Rahlstedter Strasse 83 a, 22149 Hamburg.

Korea National Insurance Corporation of Alloway, Kidbrooke Park Road, Blackheath,

London SE30LW

3.7.2015

Korea National Insurance Corporation (KNIC), li hija kumpannija tal-Istat u kkontrollata minnu, qed tiġġenera introjtu sostanzjali f'munita barranija li jista' jikkontribwixxi għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

Barra minn hekk, il-kwartieri ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang huma konnessi mal-Office 39 tal-Partit tal-Ħaddiema Koreani, li huwa entità deżinjata.”