ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 219

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
25 ta' Awwissu 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1499 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-iskop li jiġu adattati għall-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1500 tat-23 ta' Awwissu 2017 li jemenda għall-275 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

5

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1499

tat-2 ta' Ġunju 2017

li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-iskop li jiġu adattati għall-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9) u r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 13(6) tiegħu,

Billi:

(1)

B'effett mill-1 ta' Settembru 2017, proċedura ġdida għat-test regolatorju tal-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta' vetturi kummerċjali ħfief, jiġifieri l-Proċedura ta' Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP — World Harmonised Light Vehicles Test Procedure), stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (2), se tissostitwixxi ċ-Ċiklu tas-Sewqan Ewropew Ġdid (NEDC — New European Driving Cycle) li qed jintuża bħalissa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (3). Id-WLTP hija mistennija li tipprovdi valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil li huma aktar rappreżentattivi f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali.

(2)

Sabiex titqies id-differenza fil-livell tal-emissjonijiet tas-CO2 imkejla skont il-proċeduri tal-NEDC eżistenti u tad-WLTP l-ġodda, iddaħħlet fis-seħħ metodoloġija għall-korrelazzjoni ta' dawk il-valuri skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 (4).

(3)

Il-metodoloġija għall-korrelazzjoni għandha tintuża matul l-introduzzjoni tad-WLTP sa tmiem l-2020 biex ikun żgurat li l-konformità tal-manifatturi mal-miri għall-emissjonijiet tas-CO2 tkun tista' tiġi vverifikata abbażi tal-valuri ta' emissjonijiet tal-NEDC matul dak il-perjodu. B'riżultat ta' dan, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 abbażi tad-WLTP jenħtieġ li jiġu applikati b'effett mis-sena kalendarja 2021.

(4)

Fl-2020, l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi l-ġodda kollha rreġistrati għandhom jiġu ddeterminati abbażi kemm tal-NEDC kif ukoll tad-WLTP skont il-metodoloġija għall-korrelazzjoni. Permezz tal-monitoraġġ ta' dawk iż-żewġ valuri ta' CO2 ikunu jistgħu jintużaw settijiet ta' dejta robusti li joħorġu biex jitqabbel il-livell ta' emissjonijiet li jirriżulta miż-żewġ proċeduri tat-test. Dawk is-settijiet ta' dejta ikunu jistgħu jippermettu li jiġu ddeterminati l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi abbażi tad-WLTP li huma ta' strettezza komparabbli ma' dawk iddeterminati b'referenza għall-kejl tal-NEDC skont ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 13(6) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011.

(5)

Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta' mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' manifattur fis-sena 2021, medju tal-emissjonijiet tas-CO2 skont id-WLTP, ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-2020 jenħtieġ li jintuża bħala valur ta' referenza. Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi jenħtieġ li tiġi determinata billi jiżdied jew jitnaqqas dak il-valur ta' referenza b'mod proporzjonali mal-prestazzjoni tal-manifattur biex jissodisfa l-mira bbażata fuq l-NEDC fl-2020.

(6)

Biex jiġi żgurat li l-miri għall-emissjonijiet speċifiċi abbażi tad-WLTP jibqgħu komparabbli matul iż-żmien, jenħtieġ li jitqies it-tibdil annwali fil-massa medja tal-flotta tal-manifattur.

(7)

Jenħtieġ li għadd ta' parametri ġodda jiżdiedu mad-dejta dettaljata li għandha tiġi mmonitorjata wara l-introduzzjoni tad-WLTP. Skont id-WLTP il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jiġu kkalkulati filwaqt li titqies il-konfigurazzjoni speċifika ta' kull vettura individwali. Sabiex jiġi żgurat li l-vetturi jkunu jistgħu jiġu identifikati u li d-dejta tista' tiġi vverifikata b'mod effikaċi mill-manifatturi kif ukoll mill-Kummissjoni, huwa xieraq li l-monitoraġġ jiġi bbażat fuq in-numri tal-identifikazzjoni tal-vettura.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 jiġu emendati kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 679).


ANNESS

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, għandhom jiżdiedu l-punti 3, 4 u 5 li ġejjin:

“3.

Il-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur fl-2021 għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

Fejn:

Formula

hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020, determinata skont l-Anness XXI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (*1) mingħajr ma jkun inkluż l-iffrankar tas-CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament;

Formula

hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020, determinata skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 (*2) mingħajr ma jkun inkluż l-iffrankar tas-CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament;

NEDC2020target

hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2020, ikkalkulata skont il-punt 1(c) ta' dan l-Anness.

4.

Mill-2021, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

Mira tal-emissjonijiet speċifiċi = WLTPreference target + a [(Mø – M0) – (Mø2020 – M0,2020)]

Fejn:

WLTPreference target

hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2021, ikkalkulata skont il-punt 3;

a

hija a kif iddefinita fil-punt 1(c);

Mø

hija l-massa (M) medja kif definita fil-punt 1, tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda fis-sena ta' mira rilevanti, f'kilogrammi (kg);

M0

hija M0 kif iddefinita fil-punt 1(c);

Mø2020

hija l-massa (M) medja kif definita fil-punt 1, tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda fl-2020, f'kilogrammi (kg);

M0,2020

hija l-valur M0 applikabbli fis-sena ta' referenza 2020.

5.

Għal manifattur li ngħata deroga fir-rigward ta' mira tal-emissjonijiet speċifiċi bbażata fuq l-NEDC fl-2021, il-mira tad-deroga bbażata fuq id-WLTP għandha tiġi kkalkulata hekk:

Formula

Fejn:

Formula

hijaFormula kif iddefinita fil-punt 3;

Formula

hijaFormula kif iddefinita fil-punt 3;

NEDC2021target

hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2021 mogħtija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament.

(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1)"

(*2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu ddeterminati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessal-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 644).”;"

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti A, il-punt 1.1 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

fil-punti (g) u (n) jiddaħħal il-kliem li ġej:

“(NEDC u WLTP)”;

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(p)

massa tat-test tad-WLTP;

(q)

Il-fatturi ta' devjazzjoni u ta' verifika msemmija fil-punt 3.2.8 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1152;

(r)

Numru tal-identifikazzjoni tal-familja tal-magna determinat skont il-punt 5.0 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151”;

(ii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għas-sena kalendarja 2017, id-dejta msemmija fil-punt (g), fir-rigward tal-valuri tal-emissjonijijiet tas-CO2 tad-WLTP, u fil-punt (n) fir-rigward tal-iffrankar tad-WLTP permezz tal-ekoinnovazzjoni, kif ukoll id-dejta msemmija fil-punti (p) u (r) jistgħu jiġu rraportati fuq bażi volontarja.

Mis-sena kalendarja 2018, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 8, il-parametri kollha elenkati f'dan il-punt kif speċifikat fil-format fit-Taqsima 2 tal-Parti C ta' dan l-Anness.”;

(b)

fil-Parti C, fit-Taqsima 2, it-Tabella bit-titolu “Dejta ddettaljata dwar il-monitoraġġ — rekord dwar vettura waħda” hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata (g) tinbidel b'dan li ġej:

“(g)

Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 (ikkombinati)

Valur tal-NEDC

Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 (ikkombinati)

valur tad-WLTP (mill-2018 'il quddiem)”;

(ii)

l-entrata (n) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(n)

Il-kodiċi tal-innovazzjoni ekoloġika/tal-innovazzjonijiet ekoloġiċi

Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' CO2 NEDC minħabba l-ekoinnovazzjoni(jiet).

Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' CO2 WLTP minħabba l-ekoinnovazzjoni(jiet) (mill-2018 'il quddiem)”;

(iii)

l-entrati li ġejjin (p), (q) u (r) jiddaħħlu wara l-entrata (o):

“(p)

massa tat-test tad-WLTP

(q)

Fattur tad-devjazzjoni De (fejn disponibbli)

Fattur ta' verifika (fejn disponibbli)

(r)

Numru ta' identifikazzjoni tal-familja tal-vettura”;

(iv)

fin-nota 1, it-tieni sentenza titħassar.



25.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1500

tat-23 ta' Awwissu 2017

li jemenda għall-275 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-18 ta' Awwissu 2017 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet tiegħu li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

“Shane Dominic Crawford (alias: (a) Asadullah; (b) Abu Sa'd at-Trinidadi; (c) Asad). Data tat-twelid: 22.2.1986. Post tat-twelid: Mount Hope, Trinidad u Tobago. Nazzjonalità: Trinidad u Tobago. Nru tal-Passaport: (a) ta' Trinidad u Tobago numru TA959547, maħruġ fid-19.11.2013 (maħruġ mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni ta' Trinidad u Tobago, data ta' skadenza t-18.11.2018); (b) ta' Trinidad u Tobago numru T1071839, maħruġ fit-8.11.2004 (maħruġ mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni ta' Trinidad u Tobago, data ta' skadenza s-7.11.2014). Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: (a) Karta ta' Identifikazzjoni Nazzjonali ta' Trinidad u Tobago 19860222007, maħruġa fis-16.6.2011 (data ta' skadenza s-16.6.2016); (b) Ċertifikat tat-Twelid ta' Trinidad u Tobago B394445, maħruġ fit-23.1.2007; (c) Permess tas-Sewqan ta' Trinidad u Tobago 892124B, maħruġ fit-30.8.2007 (data ta' skadenza t-30.8.2010). Indirizz: (A) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (sa minn Mejju 2014); (b) Reyhanli, Hatay, it-Turkija (il-post preċedenti minn Novembru 2013 sa Mejju 2014); (c) 349 Dass Branch Trace, Dass Trace, Enterprise Chaguanas, Trinidad u Tobago (mit-twelid sas-27.11.2013); (d) LP# 41 Ballisier Road, Smith Field Lands, Wallerfield, County of St. George East, Trinidad u Tobago (post alternattiv f'Settembru 2011). Informazzjoni oħra: Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: skur; karnaġġjon: kannella ċar; korporatura: medja; tul: 174cm; piż: 64kg; jitkellem l-Ingliż u l-Għarbi. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 18.8.2017.”