ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
(*1) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo. |
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
12.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1464
tat-2 ta' Ġunju 2017
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 fir-rigward tal-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija lill-Kosovo (*1) wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(a) u (b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 ipprovda aċċess illimitat bla dazju għas-suq tal-Unjoni għal kważi l-prodotti kollha li joriġinaw mill-pajjiżi u t-territorji li jibbenefikaw mill-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni sa fejn u sakemm ftehimiet bilaterali ma' dawk il-pajjiżi u t-territorji ġew konklużi. |
(2) |
L-aħħar ta' dawn il-ftehimiet bilaterali, il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat (2) u konkluż (3). Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2016. |
(3) |
Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistabbilixxi reġim ta' kummerċ kuntrattwali bejn l-Unjoni u l-Kosovo. Il-konċessjonijiet kummerċjali bilaterali fuq in-naħa tal-Unjoni huma komparabbli mal-preferenzi unilaterali mogħtija mir-Regolament (KE) Nru 1215/2009. |
(4) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1215/2009 il-Kummissjoni hija responsabilizzata li tadotta atti delegati biex tintroduċi l-emendi u aġġustamenti tekniċi neċessarji għall-Annessi I u II tar-Regolament, wara li saru emendi għall-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u s-suddiviżjonijiet tat-TARIC, kif ukoll l-aġġustamenti neċessarji wara l-għoti ta' preferenzi kummerċjali skont arranġamenti oħra bejn l-Unjoni u l-pajjiżi u t-territorji msemmija f'dan ir-Regolament. |
(5) |
Il-kontinwazzjoni tal-preferenzi unilaterali mogħtija lill-pajjiżi u t-territorji kollha tal-Balkani tal-Punent fil-forma tas-sospensjoni tad-dazji kollha għall-prodotti koperti mill-Kapitoli 7 u 8 tan-Nomenklatura Magħquda u l-aċċess tagħhom għal kwota ta' rata tariffarja globali għall-inbid ta' 30 000 hl għandha tiġi żgurata. Barra minn hekk, billi l-kwota tar-rata tariffarja għall-vitella mogħtija lil Kosovo hija inkluża fil-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kosovo, ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
B'żieda ma' dan, billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 (4) għamel tibdiliet fin-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti tas-sajd u tal-inbid koperti mir-Regolament (KE) Nru 1215/2009, l-Anness I ta' dak ir-Regolament għandu jiġi emendat u aġġustat kif xieraq, għal raġunijiet ta' ċarezza. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 1 Arranġamenti preferenzjali 1. Il-prodotti li joriġinaw fl-Albanija, fil-Bosnja u Ħerzegovina, fl-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fit-territorju doganali tal-Kosovo, fil-Montenegro, u fis-Serbja li huma koperti mill-Kapitoli 7 u 8 tan-Nomenklatura Magħquda jiġu ammessi għal importazzjoni fl-Unjoni mingħajr restrizzjonijiet jew miżuri kwantitattivi b'effett ekwivalenti u b'eżenzjoni mid-dazji doganali u tariffi b'effett ekwivalenti. 2. Il-prodotti li joriġinaw fl-Albanija, fil-Bożnija-Ħerzegovina, fl-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fit-territorju doganali tal-Kosovo, fil-Montenegro jew fis-Serbja għandhom ikomplu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament meta indikat hekk. Tali prodotti għandhom ukoll jibbenefikaw minn kwalunkwe konċessjoni stipulata f'dan ir-Regolament li hija aktar favorevoli minn dik prevista taħt ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi.” |
(2) |
Fl-Artikolu 3, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, “475 tunnellati” huwa sostitwit bil-kliem “0 tunnellati”. |
(3) |
L-Anness I qed jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(*1) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(1) ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2015/2423 (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 18).
(2) ĠU L 290, 6.11.2015, p. 4.
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 294, 28.10.2016, p. 1).
ANNESS
ANNESS I
LI JIKKONĊERNA L-KWOTI TARIFFARJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użati għad-deskrizzjoni tal-prodotti huma meqjusa indikattivi biss, u l-iskema preferenzjali tiġi stabbilita, fil-kuntest ta' dan l-Anness, bill-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM. Fejn ex kodiċijiet tan-NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata bl-applikazzjoni magħquda tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti.
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Volum tal-kwota fis-sena (1) |
Benefiċjarji |
Rata ta' dazju |
09.1571 |
0301 91 00 0302 11 00 0303 14 00 0304 42 00 ex 0304 52 00 0304 82 00 ex 0304 99 21 ex 0305 10 00 ex 0305 39 90 0305 43 00 ex 0305 59 85 ex 0305 69 80 |
Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache and Oncorhynchus chrysogaster): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
0 tunnellata |
It-territorju doganali tal-Kosovo (2) |
0 % |
09.1573 |
0301 93 00 0302 73 00 0303 25 00 ex 0304 39 00 ex 0304 51 00 ex 0304 69 00 ex 0304 93 90 ex 0305 10 00 ex 0305 31 00 ex 0305 44 90 ex 0305 52 00 ex 0305 64 00 |
Karpjun komuni (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
0 tunnellata |
It-territorju doganali tal-Kosovo (2) |
0 % |
09.1575 |
ex 0301 99 85 0302 85 10 0303 89 50 ex 0304 49 90 ex 0304 59 90 ex 0304 89 90 ex 0304 99 99 ex 0305 10 00 ex 0305 39 90 ex 0305 49 80 ex 0305 59 85 ex 0305 69 80 |
Pagru (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
0 tunnellata |
It-territorju doganali tal-Kosovo (2) |
0 % |
09.1577 |
ex 0301 99 85 0302 84 10 0303 84 10 ex 0304 49 90 ex 0304 59 90 ex 0304 89 90 ex 0304 99 99 ex 0305 10 00 ex 0305 39 90 ex 0305 49 80 ex 0305 59 85 ex 0305 69 80 |
Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef; immellaħ jew fis-salmura, affumikat; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
0 tunnellata |
It-territorju doganali tal-Kosovo (2) |
0 % |
09.1530 |
ex 2204 21 93 ex 2204 21 94 ex 2204 21 95 ex 2204 21 96 ex 2204 21 97 ex 2204 21 98 ex 2204 22 93 ex 2204 22 94 ex 2204 22 95 ex 2204 22 96 ex 2204 22 97 ex 2204 22 98 ex 2204 29 93 ex 2204 29 94 ex 2204 29 95 ex 2204 29 96 ex 2204 29 97 ex 2204 29 98 |
Inbid ta' għeneb frisk, ta' saħħa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux aktar minn 15 % vol, għajr inbid effervexxenti |
30 000 hl |
L-Albanija (3), il-Bożnija-Ħerzegovina (4), it-Territorju doganali tal-Kosovo (5), l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (6), il-Montenegro (7), is-Serbia (8). |
Eżenzjoni |
09.1560 |
ex 2204 21 93 ex 2204 21 94 ex 2204 21 95 ex 2204 21 96 ex 2204 21 97 ex 2204 21 98 ex 2204 22 93 ex 2204 22 94 ex 2204 22 95 ex 2204 22 96 ex 2204 22 97 ex 2204 22 98 ex 2204 29 93 ex 2204 29 94 ex 2204 29 95 ex 2204 29 96 ex 2204 29 97 ex 2204 29 98 |
Inbid ta' għeneb frisk, ta' saħħa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux aktar minn 15 % vol, għajr inbid effervexxenti |
0 hl |
It-territorju doganali tal-Kosovo (2) |
0 % |
(1) Volum globali wieħed għal kull kwota tariffarja aċċessibbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi benefiċjarji.
(2) Suġġett għal restrizzjonijiet importanti speċifikati skont l-Anness IV jew il-Protokoll II tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Kosovo (l-użu ta' dan l-isem hu mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni ta' indipendenza tal-Kosovo), min-naħa l-oħra.
(3) L-aċċess għall-inbid li joriġina mill-Albanija għal din il-kwota tariffarja globali, jingħata bil-kundizzjoni li l-ewwel tiġi eżawrita l-kwota tariffarja individwali stipulata fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż mal-Albanija. Dik il-kwota individwali hija miftuħa skont l-ordni Nru 09.1512 u Nru 09.1513.
(4) L-aċċess għal din il-kwota tariffarja globali, għall-inbid li joriġina mill-Bożnja-Ħerzegovina, jingħata bil-kundizzjoni li l-ewwel jiġu eżawriti ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Bożnja-Ħerzegovina. Dawk il-kwoti individwali huma miftuħa skont l-ordni Nru 09.1528 u Nru 09.1529.
(5) L-aċċess għal din il-kwota tariffarja globali, għall-inbid li joriġina mill-Kosovo, jingħata bil-kundizzjoni li l-ewwel jiġu eżawriti ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Kosovo. Dawk il-kwoti individwali huma miftuħa skont l-ordni Nru 09.1570 u Nru 09.1572.
(6) L-aċċess għal din il-kwota tariffarja globali, għall-inbid li joriġina mill-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, jingħata bil-kundizzjoni li l-ewwel jiskadu ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż mal-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Dawk il-kwoti individwali huma miftuħa skont l-ordni Nru 09.1558 u Nru 09.1559.
(7) L-aċċess għall-inbid li joriġina mill-Montenegro għall-kwota tariffarja globali, sakemm jikkonċerna l-prodotti tal-kodiċi NM 2204 21, huwa soġġett għall-eżawriment preċedenti tal-kwota tariffarja individwali stipulata fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Montenegro. Dik il-kwota tariffarja individwali tinfetaħ skont in-Nru tal-ordni 09.1514.
(8) L-aċċess għal din il-kwota tariffarja globali, għall-inbid li joriġina mis-Serbja, jingħata bil-kundizzjoni li l-ewwel jiġu eżawriti ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mas-Serbja. Dawk il-kwoti individwali huma miftuħa skont l-ordni Nru 09.1526 u Nru 09.1527.
12.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1465
tad-9 ta' Awwissu 2017
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana. (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Apparat (l-hekk imsejħa “pjattaforma ta' ċċarġjar bla wajer”) li jikkonsisti f'adapter b'kejbil b'tul ta' madwar 180 cm u fi pjattaforma ta' ċċarġjar. Il-kejbil għandu konnettur biex tiġi konnessa miegħu l-pjattaforma ta' ċċarġjar. Il-pjattaforma għandha forma ċirkolari, hija għolja madwar 8 mm, b'dijametru ta' madwar 80 mm u tiżen 51 g. L-adapter jeqleb (jirrettifika) il-kurrent alternat (AC — 240 V) f'kurrent dirett (DC — 12 V) u jittrasferih lill-pjattaforma. Fil-pjattaforma dan il-kurrent dirett jiġi kkonvertit (invertit) f'kurrent alternat u mbagħad dak il-kurrent alternat jiġi kkonvertit f'kamp elettromanjetiku. L-apparat huwa mfassal biex jiċċarġja l-apparat bla wajer. Kemm il-pjattaforma kif ukoll l-apparat li qed jiġi ċċarġjat huma mgħammra b'teknoloġija “Qi” li hija standard għall-iċċarġjar bla wajer tal-apparat. L-iċċarġjar bla wajer isir permezz ta' kamp elettromanjetiku. Ara l-istampa (*1) |
8504 40 90 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bir-regoli ġenerali (GIR) 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 8504 , 8504 40 u 8504 40 90 . Il-funzjonijiet tal-apparat (ir-rettifikar, l-inverżjoni u l-konverżjoni f'kamp elettromanjetiku) huma koperti bis-subintestatura 8504 40 . Għalhekk, l-apparat ma jistax jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 8504 50 . Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8504 40 30 bħala konvertitur statiku tat-tip użat ma' apparat tat-telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-dejta u l-unitajiet tagħhom hija eskluża minħabba li l-adapter AC/DC huwa maħsub biex jipprovdi kurrent għal varjetà ta' apparat elettriku. Peress li la r-rettifkar, la l-inverżjoni u lanqas il-konverżjoni tal-kurrent f'kamp elettromanjetiku ma jagħtu lill-apparat il-karattru essenzjali tiegħu, irid jiġi kklassifkat billi jiġu applikati r-regoli ġenerali 3(c). Għaldaqstant, l-apparat irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8504 40 90 , bħala converters statiċi oħrajn. |
(*1) L-istampa qiegħda biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.
12.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1466
tal-11 ta' Awwissu 2017
li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tat-tariffi Komunitarji għall-inbejjed li joriġinaw mill-Kosovo (*1)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda u l-Kosovo (*1), min-naħa l-oħra (2), (“l-FSA”) ġie ffirmat fis-27 ta' Ottubru 2015 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2016. |
(2) |
Il-Protokoll II tal-FSA jistipula l-arranġamenti applikabbli għall-inbejjed u x-xarbiet alkoħoliċi msemmija fih u fl-Anness I tiegħu jipprevedi Ftehim dwar il-konċessjonijiet kummerċjali preferenzjali reċiproku għal ċerti nbejjed li joriġinaw mill-Kosovo. Dak il-ftehim japplika mill-1 ta' April 2016. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 (3) jipprevedi kwoti tariffarji tal-importazzjoni annwali għal ċerti prodotti li joriġinaw mit-territorju doganali tal-Kosovo. Wara d-dħul fis-seħħ tal-FSA, dawn il-miżuri awtonomi tal-kummerċ jiġu aġġustati mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1464 (4). B'mod partikolari, il-kwoti tariffarji speċifiċi għall-inbid ma għadhomx applikabbli skont ir-reġim awtonomu previst mir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 peress li dawn il-konċessjonijiet ġew inklużi fir-reġim tal-FSA. |
(4) |
Skont l-Anness I tal-Protokoll II tal-FSA, l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-inbejjed li joriġinaw mill-Kosovo huma soġġetti għal kwoti li jibbenefikaw minn eżenzjoni totali mid-dazji tal-importazzjoni. Dawn il-kwoti jikkonsistu f'40 000 hl għall-inbid ta' għeneb frisk klassifikat fil-kodiċi tan-NM ex 2204 21 u ex 2204 29, u 10 000 hl għall-inbid effervexxenti ta' kwalità u għall-inbid ta' għeneb frisk klassifikati fil-kodiċi tan-NM ex 2204 10 u ex 2204 21. Dan il-protokoll japplika mill-1 ta' April 2016, u għaldaqstant il-kwoti tariffarji l-ġodda għall-2016 huma kkalkulati bħala prorata tal-volumi bażiċi annwali speċifikati fil-Protokoll. |
(5) |
Sabiex jiġu implimenti l-kwoti tariffarji tal-Unjoni previsti fl-Anness I tal-Protokoll II tal-FSA, huwa meħtieġ li jinfetħu l-kwoti tariffarji għall-2016 u għas-snin li ġejjin abbażi tal-kwantitajiet mogħtija fl-FSA, u jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni tagħhom. Il-volum tal-kwota tariffarja għandu jitnaqqas permezz tal-kwantità importata fl-2016 u 2017, skont il-kwota tariffarja 09.1560, sabiex jitqiesu l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-inbejjed Kosovari skont il-miżuri kummerċjali awtonomi stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1215/2009. |
(6) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 (5) stabilixxa r-regoli ta' ġestjoni għall-kwoti tariffarji mfassla biex jintużaw skont l-ordni kronoloġika tad-dati ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali. |
(7) |
Peress li l-Protokoll II tal-FSA japplika mill-1 ta' April 2016, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet ta' inbid li jistgħu jiġu importati fl-Unjoni mill-Kosovo bl-eżenzjoni totali mid-dazju tal-importazzjoni għall-2016 u mill-2017, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Id-dazju b'rata żero għandu jiġi applikat soġġett għal dawn il-kundizzjonijiet:
(a) |
l-inbejjed importati għandhom jiġu akkumpanjati minn prova tal-oriġini kif previst fil-Protokoll II tal-FSA; |
(b) |
l-inbejjed importati ma jibbenefikawx minn sussidji ta' esportazzjoni. |
Artikolu 3
Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' April 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-11 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(*1) Dan l-isem hu mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1464 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 fir-rigward tal-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija lill-Kosovo * wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
ANNESS
Kwoti tariffarji għall-2016 għall-inbejjed li joriġinaw mill-Kosovo importati fl-Unjoni
Nru tal-ordni |
Kodiċi tan-NM (1) |
Estensjoni TARIC |
Deskrizzjoni |
Volum tal-kwota annwali (f'hl) (2) |
Dazju tal-kwota tariffarja |
09.1572 |
2204 10 93 |
|
Inbid effervexxenti ta' kwalità; inbid ta' għeneb frisk, f'kontenituri li jesgħu żewġ litri jew anqas |
7 500 |
Eżenzjoni |
2204 10 94 |
|
||||
2204 10 96 |
|
||||
2204 10 98 |
|
||||
2204 21 06 |
|
||||
2204 21 07 |
|
||||
2204 21 08 |
|
||||
2204 21 09 |
|
||||
ex 2204 21 93 |
19 , 29 , 31 , 41 u 51 |
||||
ex 2204 21 94 |
19 , 29 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 21 95 |
|
||||
ex 2204 21 96 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 21 97 |
|
||||
ex 2204 21 98 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
||||
09.1570 |
2204 21 06 |
|
Inbid ta' għeneb frisk |
30 000 (3) |
Eżenzjoni |
2204 21 07 |
|
||||
2204 21 08 |
|
||||
2204 21 09 |
|
||||
ex 2204 21 93 |
19 , 29 , 31 , 41 u 51 |
||||
ex 2204 21 94 |
19 , 29 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 21 95 |
|
||||
ex 2204 21 96 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 21 97 |
|
||||
ex 2204 21 98 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 29 10 |
|
||||
2204 29 93 |
|
||||
ex 2204 29 94 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 29 95 |
|
||||
ex 2204 29 96 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 29 97 |
|
||||
ex 2204 29 98 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
Kwoti tariffarji għall-2017 għall-inbejjed li joriġinaw mill-Kosovo importati fl-Unjoni
Nru tal-ordni |
Kodiċi tan-NM (4) |
Estensjoni TARIC |
Deskrizzjoni |
Volum tal-kwota annwali (f'hl) (5) |
Dazju tal-kwota tariffarja |
09.1572 |
2204 10 93 |
|
Inbid effervexxenti ta' kwalità; inbid ta' għeneb frisk, f'kontenituri li jesgħu żewġ litri jew anqas |
10 000 |
Eżenzjoni |
2204 10 94 |
|
||||
2204 10 96 |
|
||||
2204 10 98 |
|
||||
2204 21 06 |
|
||||
2204 21 07 |
|
||||
2204 21 08 |
|
||||
2204 21 09 |
|
||||
ex 2204 21 93 |
19 , 29 , 31 , 41 u 51 |
||||
ex 2204 21 94 |
19 , 29 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 21 95 |
|
||||
ex 2204 21 96 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 21 97 |
|
||||
ex 2204 21 98 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
||||
09.1570 |
2204 21 06 |
|
Inbid ta' għeneb frisk |
40 000 (6) |
Eżenzjoni |
2204 21 07 |
|
||||
2204 21 08 |
|
||||
2204 21 09 |
|
||||
ex 2204 21 93 |
19 , 29 , 31 , 41 u 51 |
||||
ex 2204 21 94 |
19 , 29 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 21 95 |
|
||||
ex 2204 21 96 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 21 97 |
|
||||
ex 2204 21 98 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 22 10 |
|
||||
2204 22 93 |
|
||||
ex 2204 22 94 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 22 95 |
|
||||
ex 2204 22 96 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 22 97 |
|
||||
ex 2204 22 98 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 29 10 |
|
||||
2204 29 93 |
|
||||
ex 2204 29 94 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 29 95 |
|
||||
ex 2204 29 96 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
||||
2204 29 97 |
|
||||
ex 2204 29 98 |
11 , 21 , 31 , 41 u 51 |
(1) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn ikunu indikati ex kodiċijiet tan-NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti flimkien.
(2) Iċ-ċertifikat V I 1 stabbilit skont l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta' programmi ta' appoġġ, kummerċ ma' pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1), għandu jsemmi l-konformità ma' dan ir-rekwiżit kif ġej: “Il-prodotti elenkati f'dan iċ-ċertifikat ma jibbenefikawx mis-sussidji ta' esportazzjoni”.
(3) Il-volum tal-kwota tariffarja għandu jitnaqqas mill-kwantità importata, fl-2016, skont il-kwota tariffarja 09.1560.
(4) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn ikunu indikati ex kodiċijiet tan-NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti flimkien.
(5) Iċ-ċertifikat V I 1 stabbilit skont l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta' programmi ta' appoġġ, kummerċ ma' pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1), għandu jsemmi l-konformità ma' dan ir-rekwiżit kif ġej: “Il-prodotti elenkati f'dan iċ-ċertifikat ma jibbenefikawx mis-sussidji ta' esportazzjoni”.
(6) Il-volum tal-kwota tariffarja għandu jitnaqqas mill-kwantità importata, fl-2017, skont il-kwota tariffarja 09.1560.
12.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1467
tal-11 ta' Awwissu 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1255/2010 fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni għall-prodotti tal-“baby beef” li joriġinaw fil-Kosovo (*1)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2010 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef”. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 (3) jipprevedi kwota tariffarja annwali tal-importazzjoni ta' 475 tunnellata ta' prodotti tal-“baby beef” li joriġinaw fit-territorju doganali tal-Kosovo (*1). |
(3) |
Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 374/2012 (4) li emenda r-Regolament (UE) Nru 1255/2010 bl-għan li tiftaħ u tipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja annwali tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw mill-Kosovo (*1). |
(4) |
Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*1), min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie konkluż f'isem l-Unjoni mill-Kunsill permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/342 (5) u huwa l-istrument il-ġdid li jirregola r-relazzjonijiet kummerċjali mal-Kosovo (*1). L-Artikolu 28(3) tal-Ftehim jipprevedi kwota tariffarja ta' 475 tunnellata għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fit-territorju doganali tal-Kosovo (*1). Għaldaqstant, il-kwota tariffarja għall-prodotti tal-“baby beef” prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1215/2009 ġiet stabbilita għal żero tunnellati bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1464 (6). |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1255/2010 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness VIIa tar-Regolament (UE) Nru 1255/2010, il-kaxxa 8 tinbidel b'dan li ġej:
“8. |
Jiena, hawn taħt iffirmat …, li qed naġixxi f'isem il-korp ta' ħruġ awtorizzat (il-kaxxa 9) niċċertifika li l-oġġetti deskritti hawn fuq ġew suġġetti għal spezzjoni tas-saħħa f'…, skont iċ-ċertifikat veterinarju mehmuż ta'…, li joriġinaw u ġejjin mill-Kosovo (*2) u jikkorispondu eżatt mad-definizzjoni li hemm fl-Anness II tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*2), min-naħa l-oħra (ĠU L 71, 16.3.2016, p. 3).” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(*1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2010 tat-22 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina, fil-Kroazja, f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fil-Montenegro, fis-Serbja u fil-Kosovo * (ĠU L 342, 28.12.2010, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 374/2012 tas-26 ta' April 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1255/2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina, fil-Kroazja, f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fil-Montenegro u fis-Serbja (ĠU L 118, 3.5.2012, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/342 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo *, min-naħa l-oħra (ĠU L 71, 16.3.2016, p. 1).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1464 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 fir-rigward tal-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija lill-Kosovo * wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(*2) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
12.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/15 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1468
tal-11 ta' Awwissu 2017
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2011 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċertu ħut u ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Bożnija-Ħerzegovina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/75 (2) (“id-Deċiżjoni”) il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll (“il-Protokoll”) għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. Il-Protokoll ġie applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Frar 2017, skont din id-Deċiżjoni (3). |
(2) |
Fl-Artikolu 3, il-Protokoll jistipula li l-konċessjonijiet tal-Unjoni għal ċertu ħut u ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Bożnija-Ħerżegovina għandhom jingħataw skont l-Anness II tal-Protokoll. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-volumi tal-kwoti tariffarji għat-trota, għall-karpjun u għall-inċova jiżdiedu b'440, b'10 u b'20 tunnellati, rispettivament. |
(3) |
Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu applikati bis-sħiħ għas-sena 2017, kif stipulat fl-Anness II tal-Protokoll. |
(4) |
Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness II tal-Protokoll jenħtieġ li jiġu ġestiti mill-Kummissjoni abbażi tal-ordni kronoloġika tad-dati ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4). |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 354/2011 (5) jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Sabiex jiġi żgurat li s-sistema tal-kwoti skont il-Protokoll, tiġi applikata u ġestita mingħajr intoppi, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data bħal dik tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll. |
(7) |
I-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 354/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 (*1). (*1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).”" |
(2) |
L-Anness huwa sostitwit bit-test ippreżentat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Frar 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/75 tal-21 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 12, 17.1.2017, p. 1).
(3) ĠU L 12, 17.1.2017, p. 22.
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2011 tat-12 ta' April 2011 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċertu ħut u ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Bożnija-Ħerzegovina (ĠU L 98, 13.4.2011, p. 1).
ANNESS
ANNESS
Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem li jiddeskrivu l-prodotti għandhom jitqiesu li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, minħabba li l-iskema preferenzjali fil-kuntest ta' dan l-Anness, hija ddeterminata mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn huma indikati exkodiċijiet tan-NM, l-iskema preferenzjali tiġi ddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM flimkien mad-deskrizzjoni li tikkorrispondi miegħu.
ĦUT U PRODOTTI TAS-SAJD
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Subdiviżjonijiet TARIC |
Deskrizzjoni |
Volum tal-Kwota Tariffarja Annwali (f'piż nett ta' tunnellati) |
Rata ta' dazju tal-kwota |
09.1594 |
0301 91 |
|
Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache and Oncorhynchus chrysogaster): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
500 |
B'xejn |
0302 11 |
|
||||
0303 14 |
|
||||
0304 42 |
|
||||
0304 52 00 |
10 |
||||
0304 82 |
|
||||
0304 99 21 |
11 , 12 , 20 |
||||
0305 10 00 |
10 |
||||
0305 39 90 |
10 |
||||
0305 43 00 |
|
||||
0305 59 85 |
61 |
||||
0305 69 80 |
61 |
||||
09.1595 |
0301 93 00 |
|
Karpjun komuni (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
140 |
B'xejn |
0302 73 00 |
|
||||
0303 25 00 |
|
||||
0304 39 00 |
20 |
||||
0304 51 00 |
10 |
||||
0304 69 00 |
20 |
||||
0304 93 90 |
10 |
||||
0305 10 00 |
20 |
||||
0305 31 00 |
10 |
||||
0305 44 90 |
10 |
||||
0305 52 00 |
10 |
||||
0305 64 00 |
10 |
||||
09.1596 |
0301 99 85 |
80 |
Pagru (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
30 |
B'xejn |
0302 85 10 |
|
||||
0303 89 50 |
|
||||
0304 49 90 |
60 |
||||
0304 59 90 |
40 |
||||
0304 89 90 |
30 |
||||
0304 99 99 |
20 |
||||
0305 10 00 |
30 |
||||
0305 39 90 |
70 |
||||
0305 49 80 |
40 |
||||
0305 59 85 |
65 |
||||
0305 69 80 |
65 |
||||
09.1597 |
0301 99 85 |
22 |
Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
30 |
B'xejn |
0302 84 10 |
|
||||
0303 84 10 |
|
||||
0304 49 90 |
70 |
||||
0304 59 90 |
45 |
||||
0304 89 90 |
40 |
||||
0304 99 99 |
70 |
||||
0305 10 00 |
40 |
||||
0305 39 90 |
80 |
||||
0305 49 80 |
50 |
||||
0305 59 85 |
67 |
||||
0305 69 80 |
67 |
||||
09.1598 |
1604 13 11 |
|
Sardin ippreparat jew ippreservat |
50 |
6 % |
1604 13 19 |
|
||||
1604 20 50 |
10 , 19 |
||||
09.1599 |
1604 16 00 |
|
Inċova ppreparata jew ippreservata |
70 |
12,5 % |
1604 20 40 |
|
12.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/19 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1469
tal-11 ta' Awwissu 2017
li jistabbilixxi format ta' preżentazzjoni standardizzat għad-dokument ta' informazzjoni dwar il-prodotti tal-assigurazzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(9) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2016/97 tobbliga manifatturi ta' prodotti ta' assigurazzjoni mhux tal-ħajja, kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ifasslu dokument ta' informazzjoni standardizzat dwar il-prodotti tal-assigurazzjoni sabiex il-konsumaturi jiġu pprovduti bl-informazzjoni meħtieġa dwar il-prodotti ta' assigurazzjoni mhux tal-ħajja kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2009/138/KE, sabiex il-konsumatur ikun jista' jieħu deċiżjoni informata. |
(2) |
L-Artikolu 20(8) tad-Direttiva (UE) 2016/97 jispeċifika liema informazzjoni jenħtieġ li tiġi inkluża fid-dokument ta' informazzjoni dwar il-prodotti tal-assigurazzjoni. |
(3) |
Sabiex il-konsumaturi jiġu pprovduti b'informazzjoni dwar il-prodott li tkun tista' tinqara, tinftiehem u tiġi mqabbla faċilment, jenħtieġ li jintużaw disinn, struttura u format komuni meta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(8) tad-Direttiva (UE) 2016/97 tiġi ppreżentata fid-dokument ta' informazzjoni standarizzat dwar il-prodotti ta' assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 20(5) ta' din id-Direttiva, inkluż bl-użu ta' ikoni u simboli. Bl-istess mod, l-informazzjoni dwar is-supplimentazzjonijiet (add-ons) u l-koperturi fakultattivi, jekk ikun hemm, ma għandhiex tiġi preċeduta b'tikks, slaleb jew punti esklamattivi u l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fid-dokument ta' informazzjoni dwar il-prodotti tal-assigurazzjoni għandha tokkupa normalment żewġ naħat ta' karta A4, iżda fl-ebda każ ma għandha taqbeż tliet naħat ta' karta A4. |
(4) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA). |
(5) |
F'konformità mal-Artikolu 20(9) tad-Direttiva (UE) 2016/97, l-EIOPA wettqet ittestjar tal-konsumaturi tad-dokument tal-informazzjoni standardizzat dwar il-prodotti tal-assigurazzjoni u kkonsultat l-awtoritajiet nazzjonali. L-EIOPA wettqet ukoll konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tas-Settur tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Isem u logo tal-kumpanija tal-manifattur
1. L-isem tal-manifattur tal-prodott ta' assigurazzjoni mhux tal-ħajja, l-Istat Membru fejn hu rreġistrat dak il-manifattur, l-istatus regolatorju tiegħu u, meta jkun rilevanti, in-numru ta' awtorizzazzjoni tiegħu għandu jiġi eżattament wara t-titolu “dokument ta' informazzjoni dwar il-prodotti tal-assigurazzjoni” li jinsab fuq nett fl-ewwel paġna.
2. Il-manifattur jista' jdaħħal il-logo tal-kumpanija tiegħu fin-naħa tal-lemin tat-titolu.
Artikolu 2
Referenza għal informazzjoni prekuntrattwali u kuntrattwali
Id-dokument ta' informazzjoni dwar il-prodotti tal-assigurazzjoni għandu jiddikjara b'mod prominenti li l-informazzjoni prekuntrattwali u kuntrattwali kompluta dwar il-prodott ta' assigurazzjoni mhux tal-ħajja tiġi pprovduta lill-konsumatur f'dokumenti oħrajn. Din id-dikjarazzjoni għandha titqiegħed immedjatament wara l-isem tal-manifattur tal-prodott ta' assigurazzjoni mhux tal-ħajja.
Artikolu 3
Tul
Id-dokument ta' informazzjoni dwar il-prodotti tal-assigurazzjoni għandu jokkupa żewġ naħat ta' karta ta' daqs A4 meta stampat. B'mod eċċezzjonali, jekk hemm bżonn ta' aktar spazju, id-dokument ta' informazzjoni dwar il-prodotti tal-assigurazzjoni jista' jokkupa massimu ta' tliet naħat ta' folja daqs A4 meta jkun stampat. Meta manifattur juża tliet naħat ta' karta ta' daqs A4, huwa għandu, jekk jintalab mill-awtorità kompetenti, ikun kapaċi juri li kellu bżonn aktar spazju.
Artikolu 4
Preżentazzjoni u ordni tal-kontenut
1. L-informazzjoni tad-dokument ta' informazzjoni dwar il-prodotti ta' assigurazzjoni elenkata fl-Artikolu 20(8) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tiġi ppreżentata f'taqsimiet differenti u f'konformità mal-istruttura, it-tqassim tal-paġna, l-intestaturi u s-sekwenza, kif stabbiliti fil-format ta' preżentazzjoni standardizzata fl-Anness ta dan ir-Regolament, bl-użu ta' daqs ta' tipa li jkollha għoli x ta' mill-anqas 1,2 mm.
2. It-tul tat-taqsimiet jista' jvarja, skont l-ammont ta' informazzjoni li trid tiġi inkluża f'kull taqsima. L-informazzjoni dwar is-supplimentazzjonijiet u l-koperturi fakultattivi ma għandhiex tiġi preċeduta b'tikks, slaleb jew marki esklamattivi.
3. Meta dan id-dokument ta' informazzjoni dwar il-prodott ta' assigurazzjoni jiġi ppreżentat permezz ta' mezz durabbli li ma jkunx karta, id-daqs tal-komponenti fit-tqassim tal-paġna jista' jinbidel, dment li t-tqassim tal-paġna, l-intestaturi u s-sekwenza tal-format tal-preżentazzjoni standardizzat, kif ukoll il-prominenza u d-daqs tal-elementi differenti, jinżammu.
4. Meta d-dimensjonijiet ta' mezz durabbli ħlief karta jkunu tali li ma jkunx fattibbli li t-tqassim tal-paġna juża żewġ kolonni, tista' tintuża preżentazzjoni li tuża kolonna waħda, dment li s-segwenza tat-taqsimiet tkun kif ġej:
(a) |
“Din x'tip ta' assigurazzjoni hi?” |
(b) |
“X'qed jiġi assigurat?” |
(c) |
“X'mhuwiex assigurat?” |
(d) |
“Hemm xi restrizzjonijiet fuq il-kopertura?” |
(e) |
“Fejn jien kopert?” |
(f) |
“X'inhuma l-obbligi tiegħi?” |
(g) |
“Meta u kif inħallas?” |
(h) |
“Meta tibda u meta tispiċċa l-kopertura?” |
(i) |
“Kif nikkanċella l-kuntratt?”. |
5. L-użu ta' strumenti diġitali, inkluż layering u pop-ups għandu jkun permess, dment li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(8) tad-Direttiva (UE) 2016/97 tkun ipprovduta fil-parti prinċipali tad-dokument ta' informazzjoni dwar il-prodotti ta' assigurazzjoni u li l-użu ta' strumenti bħal dawn ma jfixkilx l-attenzjoni tal-konsumatur mill-kontenut tad-dokument prinċipali.
L-informazzjoni pprovduta mil-layering u l-pop-ups ma għandhiex tinkludi marketing jew materjal pubbliċitarju.
Artikolu 5
Lingwaġġ sempliċi
Id-dokument ta' informazzjoni dwar il-prodotti tal-assgurazzjoni għandu jiġi abozzat b'lingwaġġ sempliċi, li jiffaċilita lill-konsumatur jifhem il-kontenut ta' dak id-dokument, u għandu jiffoka fuq informazzjoni ta' importanza ewlenija li l-konsumatur ikun jenħtieġ sabiex jagħmel deċiżjoni informata. Il-kliem tekniku għandu jiġi evitat.
Artikolu 6
Intestaturi u l-informazzjoni ta' taħthom
1. It-taqsimiet tad-dokument ta' informazzjoni dwar il-prodott tal-assigurazzjoni għandu jkollhom l-intestaturi li ġejjin u l-informazzjoni li ġejja taħthom:
(a) |
l-informazzjoni dwar it-tip ta' assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(8) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tiġi inkluża taħt l-intestatura “Din x'tip ta' assigurazzjoni hi?”, fil-parti ta' fuq tad-dokument; |
(b) |
l-informazzjoni dwar ir-riskji ewlenin assigurati msemmija fl-Artikolu 20(8) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tiġi inkluża taħt l-intestatura “X'qed jiġi assigurat?”. Kull biċċa informazzjoni elenkata fit-taqsima għanda tiġi preċeduta minn simbolu ta' “tikk” ħadra; |
(c) |
l-informazzjoni dwar is-somma assigurata msemmija fl-Artikolu 20(8)(b) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tiġi inkluża taħt l-intestatura “X'qed jiġi assigurat?”; |
(d) |
l-informazzjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku, fejn applikabbli, imsemmija fl-Artikolu 20(8)(b) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tiġi inkluża taħt l-intestatura “Fejn jien kopert?”. Kull biċċa informazzjoni elenkata f'din it-taqsima għandha tiġi preċeduta b'simbolu ta' “tikk” blu. |
(e) |
l-informazzjoni dwar is-sommarju tar-riskji esklużi msemmija fl-Artikolu 20(8)(b) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tiġi inkluża taħt l-intestatura “X'mhuwiex assigurat?”. Kull biċċa informazzjoni f'din it-taqsima għandha tiġi preċeduta minn simbolu aħmar “X”; |
(f) |
l-informazzjoni dwar l-esklużjonijiet ewlenin imsemmija fl-Artikolu 20(8) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tiġi inkluża taħt l-intestatura “Hemm xi restrizzjonijiet fuq il-kopertura?”. Kull biċċa informazzjoni elenkata f'din it-taqsima għandha tiġi preċeduta minn simbolu ta' marka esklamattiva oranġjo; |
(g) |
l-informazzjoni dwar l-obbligi rilevanti msemmija fil-punti (e), (f) u (g) tal-Artikolu 20(8) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tiġi inkluża taħt l-intestatura “X'inhuma l-obbligi tiegħi?”; |
(h) |
l-informazzjoni dwar il-mezzi u t-tul ta żmien ta' pagament ta' primjums imsemmija fl-Artikolu 20(8)(c) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tiġi inkluża taħt l-intestatura “Meta u kif inħallas?”; |
(i) |
l-informazzjoni dwar il-perjodu tal-kuntratt imsemmija fl-Artikolu 20(8)(h) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tiġi inkluża taħt l-intestatura “Meta tibda u meta tispiċċa l-kopertura?”; |
(j) |
l-informazzjoni dwar il-mezzi biex jispiċċa l-kuntratt imsemmijin fl-Artikolu 20(8)(i) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tiġi inkluża taħt l-intestatura “Kif nikkanċella l-kuntratt?”. |
2. L-użu ta' subintestaturi huwa permess, fejn huwa meħtieġ.
Artikolu 7
Użu ta' ikoni
1. Fil-bidu ta' kull taqsima, wieħed għandu jsib ikona li tirrappreżenta viżwalment l-intestatura, kif ġej:
(a) |
l-informazzjoni dwar ir-riskji ewlenin assigurati msemmija fl-Artikolu 20(8)(b) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tkun preċeduta minn ikona forma ta' umbrella, b'kulur abjad fuq sfond aħdar jew aħdar fuq sfond abjad; |
(b) |
l-informazzjoni dwar l-ambitu ġeografiku tal-kopertura tal-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(8)(b) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tkun preċeduta minn ikona forma ta' globu kulur abjad fuq sfond blu jew blu fuq sfond abjad; |
(c) |
l-informazzjoni dwar ir-riskji esklużi msemmija fl-Artikolu 20(8)(b) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tkun preċeduta minn ikona ta' “X” fi trijangolu kulur abjad fuq sfond aħmar jew aħmar fuq sfond abjad; |
(d) |
l-informazzjoni dwar l-esklużjonijiet ewlenin imsemmija fl-Artikolu 20(8)(d) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tkun preċeduta minn punt esklamattiv (“!”) fi trijangolu kulur abjad fuq sfond oranġjo jew oranġjo fuq sfond abjad; |
(e) |
l-informazzjoni dwar l-obbligi fil-bidu tal-kuntratt, matul il-perjodu tal-kuntratt u fil-każ li ssir pretensjoni, imsemmija fil-punti (e), (f) u (g) ta' 20(8) tad-Direttiva (UE) 2016/97, rispettivament, għandha tkun preċeduta minn ikona ta' teħid bl-idejn ta' kulur abjad fuq sfond aħdar jew aħdar fuq sfond abjad; |
(f) |
l-informazzjoni dwar il-mezzi u t-tul ta' żmien tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 20(8)(c) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tkun preċeduta minn ikona forma ta' muniti ta' kulur abjad fuq sfond isfar jew isfar fuq sfond abjad; |
(g) |
l-informazzjoni dwar il-perjodu tal-kuntratt imsemmija fl-Artikolu 20(8)(h) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tkun preċeduta minn ikona forma ta' arloġġ tar-ramel ta' kulur abjad fuq sfond blu jew blu fuq sfond abjad; |
(h) |
l-informazzjoni dwar il-mezz biex jispiċċa l-kuntratt imsemmija fl-Artikolu 20(8)(i) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tkun preċeduta minn ikona forma ta' pala tal-id miftuħa li tinsab fuq tarka ta' kulur abjad fuq sfond iswed, jew iswed fuq sfond abjad. |
2. L-ikoni kollha għandhom jintwerew b'mod konsistenti mal-format ta' preżentazzjoni standardizzata fl-Anness.
3. L-ikoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu ppreżentati bl-iswed u bl-abjad meta d-dokument ta' informazzjoni dwar il-prodotti ta' assigurazzjoni jkun stampat jew fotokopjat bl-iswed u l-abjad.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
ANNESS
DEĊIŻJONIJIET
12.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1470
tat-2 ta' Frar 2017
dwar l-iskemi ta' għajnuna SA.26763 2014/C (eks 2012/NN) implimentata minn Franza favur tal-impriżi ta' trasport bix-xarabank fir-Reġjun ta' Île-de-France
(notifikata bid-dokument C(2017) 439)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom f'konformità mal-artikoli msemmija (1) u fid-dawl ta' dawn l-osservazzjonijiet,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
(1) |
B'ittra tas-7 ta' Ottubru 2008, irċevuta fis-17 ta' Ottubru 2008, ilmentatur li xtaq iżomm l-anonimat (“l-ilmentatur”) għamel ilment quddiem il-Kummissjoni kontra r-Reġjun ta' Île de France (“ir-Reġjun”) talli stabbilixxa sa mill-1994 skema ta' għajnuniet u ta' sussidji lil xi impriżi tat-trasport f'dak ir-reġjun. |
(2) |
B'ittra tal-25 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni bagħtet lill-awtoritajiet Franċiżi talba għal informazzjoni dwar dan l-ilment. |
(3) |
B'ittra tat-13 ta' Jannar 2009, l-awtoritajiet Franċiżi talbu lill-Kummissjoni għal perjodu addizzjonali sabiex iwieġbu għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni. Din tal-aħħar aċċettat permezz ta' ittra tal-14 ta' Jannar 2009. It-terminu biex tingħata risposta ġie għalhekk imtawwal sat-18 ta' Frar 2009. |
(4) |
L-awtoritajiet Franċiżi wieġbu għat-talba ta' informazzjoni mill-Kummissjoni fis-26 ta' Frar 2009. |
(5) |
B'ittri tal-20 ta' April, it-2 ta' Settembru u s-17 ta' Novembru 2010, l-ilmentatur bagħat aktar informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-miżuri mogħtija mir-Reġjun. |
(6) |
Billi ma rċevew ebda talba għal informazzjoni addizzjonali, l-awtoritajiet Franċiżi, b'ittra tal-31 ta' Mejju 2011, talbu lill-Kummissjoni konferma bil-miktub dwar l-għeluq tal-proċedura ta' investigazzjoni. |
(7) |
B'ittra tat-8 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jikkummentaw dwar l-informazzjoni addizzjonali trażmessa mill-ilmentatur. |
(8) |
Minkejja l-ittri ta' tfakkira tal-14 ta' Novembru 2011 u d-29 ta' Frar 2012 u l-posta elettronika tat-22 ta' Settembru u t-8 ta' Diċembru 2011, it-talba ta' informazzjoni tal-Kummissjoni baqgħet bla risposta. |
(9) |
Talba oħra għal aktar informazzjoni ntbagħtet lill-awtoritajiet Franċiżi fis-17 ta' Lulju 2012. |
(10) |
Fin-nuqqas ta' risposta mill-awtoritajiet Franċiżi fit-terminu stabbilit, intbagħtetilhom ittra ta' tfakkira fil-25 ta' Settembru 2012. Din tal-aħħar baqgħet bla tweġiba wkoll. |
(11) |
Fl-14 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta' inġunzjoni għall-għoti ta' informazzjoni. Franza wieġbet b'mod inkomplet fit-22 ta' Jannar 2013 u impenjat ruħha fl-istess tweġiba li se tikkuntattja mill-ġdid lill-Kummissjoni malajr kemm jista' jkun sabiex twieġeb b'mod eżawrenti kull domanda magħmula fid-deċiżjoni ta' inġunzjoni. Fil-jum tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma kienet irċeviet l-ebda informazzjoni addizzjonali. |
(12) |
Fil-11 ta' Marzu 2014, u mingħajr qatt ma kienet irċeviet din l-informazzjoni, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta' investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Din id-deċiżjoni (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) u stiednet lill-partijiet terzi sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq il-miżuri inkwistjoni. |
(13) |
Franza ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha fit-30 ta' April 2014. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll xi osservazzjonijiet mingħand seba' partijiet terzi interessati. Hi bagħtithom lil-Franza u tatha l-possibbiltà li tikkummenta dwarhom. B'ittra tat-3 ta' Settembru 2014, Franza indikat li ma kellhiex kummenti x'tagħmel. |
(14) |
Fil-21 ta' Ġunju 2016, wara l-iskadenza, il-Kummissjoni rċeviet nota konġunta minn erbgħa tas-seba' partijiet interessati. Din in-nota kellha bħala għan b'mod partikolari biex tiġi ċċarata l-pożizzjoni ta' dawn il-partijiet terzi wara li l-Qorti tkun tat is-sentenza tagħha fil-Kawża Il-Kummissjoni Ewropea kontra Jorgen Andersen (“is-sentenza Jorgen Andersen”) (3). |
(15) |
Fl-aħħar nett, ir-Reġjun xtaq jissupplimenta l-osservazzjonijiet tiegħu bit-trażmissjoni ta' nota addizzjonali fid-9 ta' Novembru 2016. |
2. IL-KUNTEST U L-PREŻENTAZZJONI TAL-MIŻURI INKWISTJONI
(16) |
B'aktar minn 12-il miljun abitant, l-Île-de-France tirrappreżenta waħedha 18,8 % tal-popolazzjoni ta' Franza, li jagħmel minnha r-reġjun l-aktar popolat u l-ogħla densità ta' popolazzjoni (996 abitant/km2). Skont l-Istitut tal-Iżvilupp Urban tal-Île-de-France (4), l-Île-de-France żżomm ir-rekords Ewropej ta' traffiku ta' aktar minn 240 000 vettura kuljum bħala medja fl-2010 fuq ħames mis-sezzjonijiet tagħha: tliet sezzjonijiet ta' triq prinċipali, sezzjoni tal-A1 u sezzjoni waħda tal-A4, li taqbeż bi kbir is-sezzjonijiet l-aktar użati tal-awtostradi ta' Londra, Berlin u Milan. Iżda barra mis-sitwazzjoni atipika ta' ċerti sezzjonijiet, in-netwerk ewlieni kollu għandu livelli ta' traffiku eċċezzjonalment għoljin. Stazzjoni wieħed minn tnejn f'netwerk operat mid-Direttorat tat-rotot ta' Île-de-France jaqbeż 18 000 il-vettura kuljum u kull triq, filwaqt li dak il-livell ta' traffiku huwa meqjus bħala karatteristika ta' sitwazzjoni ħafna agħar għal awtostradi ewlenin nazzjonali tal-kumplament ta' Franza. |
(17) |
Isir madwar tlieta u għoxrin miljun vjaġġ mekkanizzat fl-Île-de-France (jiġifieri żewġ terzi mill-vjaġġi). Iktar min nofs dawn tal-aħħar jitwettqu b'vetturi privati (il-flotta fiha aktar minn erba' miljun vettura) jew b'vetturi kummerċjali. Il-kumplament huwa żgurat bil-mezzi ta' trasport kollettiv. L-użu eċċessiv tan-netwerk prinċipali tal-Île-de-France jintwera wkoll permezz ta' ċirkolazzjoni kontinwament densa: il-konċentrazzjoni fis-siegħa ta' spiss hija fl-ogħla livell tagħha mis-6 ta' filgħodu sad-9 ta' filgħaxija bit-traffiku ta' kuljum kważi stabbli matul is-sena kollha. Bit-tali livelli ta' attendenza, varjazzjonijiet żgħar tat-traffiku jistgħu jwasslu sabiex joħolqu diskrepanzi kbar ħafna ta' veloċità u jaffettwaw il-fluss fil-konġestjoni. L-esternalitajiet negattivi marbuta mat-tali livelli ta' konġestjoni huma ċari: tniġġis atmosferiku, ħela ta' ħin, żieda fl-għadd ta' inċidenti, nuqqas ta' attrazzjoni tat-territorju, eċċ. B'sitwazzjoni tali, l-iżvilupp ta' offerta attraenti tat-trasport kollettiv huwa indispensabbli għal mobilità sostenibbli. |
(18) |
L-investigazzjoni fil-fond tal-Kummissjoni rrigwardat sistema ta' appoġġ għall-investiment ta' impriżi ta' trasport kollettiv regolari bit-triq li huma detenturi ta' kuntratt għal servizz pubbliku fil-kuntest partikolari tal-Île-de-France, li għandu jiġi meqjus. Din is-sistema nbidlet matul is-snin u permezz ta' arranġamenti ta' organizzazzjoni tat-trasport kollettiv regolari bit-triq fl-Île-de-France, li wassal lill-Kummissjoni sabiex tiddistingwi żewġ perjodi:
|
2.1. Miżuri implimentati mir-Reġjun
(19) |
Fl-20 ta' Ottubru 1994, ir-Reġjun adotta deliberazzjoni (5) bl-għan li jġedded sett ta' miżuri introdotti fl-1979 (6) favur l-impriżi li użaw is-servizzi tat-trasport kollettiv regolari bit-triq fir-reġjun tal-Île-de-France. Qabel id-deliberazzjoni tal-1994, kien hemm diġà żewġ deċiżjonijiet li kienu emendaw il-mekkaniżmu inizjali tal-1979: fl-1984 (CR 84-07) u fl-1987 (CR 87-07). Żewġ deċiżjonijiet oħra ġew sussegwentement warajh, fl-1998 (CR 44-98) u fl-2001 (CR 47-01), qabel ma l-mekkaniżmu ma jiġi revokat b'mod definittiv fl-2008. |
(20) |
Skont dawn id-deliberazzjonijiet, ir-Reġjun seta' jingħata għajnuna finanzjarja lill-awtoritajiet pubbliċi li kienu kkonkludew kuntratt ma' kumpanija tar-rotot regolari tax-xarabank, jew li jħaddmuhom direttament permezz ta' kuntratt. L-awtoritajiet pubbliċi kienu jagħtu lura din l-għajnuna lill-intrapriża tat-trasport meta din tal-aħħar kienet proprjetarja tal-investimenti sussidjati. |
(21) |
Is-sussidji mogħtija kienu prinċipalment maħsuba sabiex jiġi promoss l-akkwist ta' vetturi ġodda bħala korrispettiv tat-titjib kwantitattiv tal-offerta (żieda fil-frekwenza jew fit-twessigħ, fit-tiġdid jew fil-ħolqien ta' rotot ġodda), tat-titjib kwalitattiv tas-servizz (l-adeżjoni f'karta tal-kwalità, xarabank bl-art baxxa), tal-istallazzjoni ta' tagħmir ġdid abbord il-vetturi (apparat ta' tħabbir permezz tal-ħoss jew viżwali tal-waqfiet), tal-implimentazzjoni ta' sistemi tal-emissjonijiet u ta' ivvalidar ta' biljetti tat-trasport, tal-ippjanar ta' punti u arbli ta' waqfiet, jew it-twettiq ta' studji. |
(22) |
L-awtoritajiet kellhom jittrasmettu lir-Reġjun it-talbiet tagħhom għas-sussidji. |
(23) |
Ir-rata ta' sussidju kienet tvarja bejn 25 u 60 % tal-ispejjeż mingħajr it-taxxa. L-ammont tas-sussidju kien limitat skont in-natura tal-ispejjeż. |
(24) |
Il-benefiċjarji tal-għajnuna kellhom jintrabtu sabiex iżommu t-titjib kwantitattiv u kwalitattiv tal-offerta, il-vetturi u l-apparat, matul tal-inqas ħames snin mid-data tal-operat tagħhom. Matul dawn il-ħames snin, il-vetturi li jibbenefikaw minn sussidji kellhom jiċċaqilqu primarjament u essenzjalment fuq ir-rotot ikkonċernati. |
(25) |
Fl-aħħar nett, il-gruppi li jaġixxu bħala kuntratturi u l-intrapriżi kienu obbligati li jikkonkludu addendum għal ftehim operattiv tagħhom, kontra ffirmat mill-president tal-Kunsill Reġjonali, li kkontrolla l-użu tal-għajnuna u elenka l-kontropartijiet imposti fuq l-intrapriża benefiċjarja f'termini ta' titjib kwantitattiv u kwalitattiv tal-offerta. |
(26) |
Skont l-awtoritajiet Franċiżi, 135 intrapriżi bbenefikaw minn din il-miżura bejn l-1994 u l-2008, fuq total ta' 150 fl-Île-de-France. |
2.1.1. Proċedura quddiem il-qorti amministrattiva nazzjonali
(27) |
F'Mejju 2004, it-trejdjunjin awtonoma ta' trasportaturi ta' passiġġieri (syndicat autonome des transporteurs de voyageurs — “is-SATV”) talbet lill-President tal-Kunsill Reġjonali sabiex jitħassru t-tliet deliberazzjonijiet msemmija hawn fuq. Iffaċjata bir-rifjut ta' dan tal-aħħar fis-17 ta' Ġunju 2004, is-SATV ressqet rikors għal annullament tad-deċiżjoni ta' rifjut quddiem it-Tribunal administratif de Paris (qorti amministrattiva ta' Pariġi). |
(28) |
Fis-sentenza tagħha tal-10 ta' Lulju 2008 (7), il-qorti amministrattiva laqgħet it-talba ta' annullament tas-SATV u ordnat lir-Reġjun sabiex iressaq deliberazzjoni ġdida lill-Kunsill Reġjonali minħabba li l-introduzzjoni ta' din l-iskema ta' għajnuna ma kinitx ippreċeduta minn notifika lill-Kummissjoni Ewropea. Il-qorti amministrattiva saħansitra ordnat lir-Reġjun sabiex jipproċedi biex iħassar it-tliet deliberazzjonijiet. |
(29) |
Ir-Reġjun, filwaqt li għamel appell ta' din is-sentenza, ħassar id-deliberazzjonijiet ikkontestati permezz tad-deliberazzjoni CR80-08 tas-16 ta' Ottubru 2008. |
(30) |
Fit-12 ta' Lulju 2010 (8), il-qorti tal-appell amministrattiv (Cour administrative d'appel — CAA) ta' Pariġi kkonfermat is-sentenza tat-Tribunal administratif. Ir-Reġjun ippreżenta appell ta' kassazzjoni kontra din is-sentenza quddiem il-Conseil d'État. Il-Conseil d'État ċaħad dan l-appell b'sentenza tat-23 ta' Lulju 2012 (9). |
(31) |
Erba' partijiet terzi interessati ressqu saħansitra rikors b'oġġezzjoni minn partijiet terzi kontra s-sentenza tas-CAA ta' Pariġi. Wara dan ir-rifjut ta' dan ir-rikors mis-CAA, fis-27 ta' Novembru 2015, il-partijiet terzi interessati ppreżentaw appell ta' kassazzjoni, li sal-lum għadu pendenti. |
(32) |
Wara rikors ġdid ippreżentat mis-SATV fis-27 ta' Ottubru 2008, it-Tribunal Administratif de Paris, b'sentenza tal-4 ta' Ġunju 2013 (10), ordna lir-Reġjun sabiex joħroġ titoli li jistgħu jkunu infurzati li jippermettu l-irkupru tal-għajnuniet mħallsa, abbażi tad-deliberazzjonijiet annullati permezz tas-sentenza Nru 0417015 tal-10 ta' Lulju 2008. Ir-Reġjun appella din is-sentenza. Fil-31 ta' Diċembru 2013, is-CAA ta' Pariġi ċaħdet ir-rikors (11). Ir-Reġjun ippreżenta appell ta' kassazzjoni kontra din is-sentenza quddiem il-Conseil d'État. Dan l-appell għadu pendenti sal-lum. |
2.2. Miżuri implimentati mill-STIF
(33) |
L-STIF huwa stabbiliment pubbliku ta' amministrazzjoni rregolat mid-Digriet Nru 2005-664 tal-10 ta' Ġunju 2005. Hija torganizza, tikkordina u tiffinanzja t-trasport pubbliku ta' passiġġieri fl-Île-de-France li huwa żgurat mir-Régie Autonome des transports (“RATP”), is-société nationale des chemins de fer français (“SNCF”), Transilien u intrapriżi ta' xarabank privati, miġbura flimkien fin-netwerk tal-organizzazzjoni professjonali tat-trasport tal-Île de France (organisation professionnelle des transports d'Île-de-France — “OPTILE”). |
(34) |
B'deliberazzjoni Nru 2006/1161 tat-13 ta' Diċembru 2006, l-STIF stabbilixxiet organizzazzjoni ġdida kuntrattwali għar-rotot tat-trasport kollettiv regolari bit-triq. L-objettiv imfittex kien li ssaħħaħ ir-rwol tagħha ta' awtorità li torganizza fir-rigward tad-definizzjoni tal-offerta u tal-livell tas-servizz, kif ukoll fir-rigward ta' riżultati tal-intrapriżi tat-trasport u ta' trasparenza finanzjarja. |
(35) |
Din l-organizzazzjoni l-ġdida hija bbażata fuq speċifikazzjonijiet reġjonali li l-prinċipji tagħhom huma inklużi f'żewġ kuntratti suċċessivi konklużi għal perjodu totali ta' għaxar snin:
|
(36) |
Dawn iż-żewġ tipi ta' kuntratt jinkludu, kull wieħed bil-mod tiegħu, il-prinċipju ta' sussidjar ta' investimenti mwettqa mill-intrapriżi tat-trasport. |
2.2.1. Preżentazzjoni tas-CT1
(37) |
Is-CT1 ġew konklużi fit-13 ta' Diċembru 2006 ma' 75 intrapriżi privati tat-trasport u daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007. Huma segwew il-ftehimiet operattivi preċedenti, filwaqt li ħejjew it-transizzjoni lejn il-forma kuntrattwali “fil-mira” li kkostitwixxiet is-CT2. |
(38) |
Is-CT1 ġie konkluż ma' kull intrapriża għar-rotot kollha li hija użat. Skont l-Artikolu 2-1 tas-CT1, l-objettiv tal-kuntratt kien li jipprevedi “il-kundizzjonijiet ta' twettiq mill-Intrapriża tas-servizz pubbliku ta' trasport kollettiv regolari ta' passiġġieri fl-Île-de-France li hija tħaddem.” Dan iddefinixxa l-arranġamenti ta' funzjonament tar-relazzjonijiet bejn l-STIF u l-fornitur f'dak li jirrigwarda:
|
(39) |
Permezz ta' deliberazzjoni tal-kunsill governattiv tiegħu tat-2 ta' Ottubru 2008, l-STIF emendat permezz ta' addendum (“l-Addendum Nru 3”) tas-CT1 u daħlet mekkaniżmu ta' sussidji għall-investiment f'materjal fuq ir-roti. L-ammont ta' dawn is-sussidji kien limitat fid-definizzjoni ta' prezzijiet massimi li għalihom kienet tapplika r-rata massima ta' kontribuzzjoni tal-STIF. L-intrapriżi benefiċjarji kienu obbligati li jaffettwaw it-tagħmir issussidjat unikament biex jitwettqu attivitajiet ta' servizz pubbliku stipulati fil-pjan ta' trasport STIF, għal perjodu ta' mill-inqas tmien (8) snin. |
(40) |
Taħt is-CT1, 836 vettura ġew b'hekk iffinanzjati għal ammont totali ta' sussidji mħallsa ta' EUR 61,5 miljun. |
2.2.2. Preżentazzjoni tas-CT2
(41) |
Is-CT2 jirrifletti b'mod wiesa' d-dispożizzjoni ġenerali tas-CT1, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-objettivi tal-kuntratt u l-arranġamenti ta' funzjonament tar-relazzjonijiet bejn l-STIF u l-fornitur. |
(42) |
Bl-istess mod, is-CT2 jipprevedi kontribuzzjoni mingħand l-STIF “għat-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku li jkunu imposti fuqu”. Din il-kontribuzzjoni tinvolvi parti, imsejħa C1, marbuta mal-ispejjeż operatorji, u parti, imsejħa C2, marbuta mal-finanzjament ta' investimenti. |
(43) |
Il-kontribuzzjoni C2 tas-CT2 ma tammontax għal sussidju klassiku li, bħal fil-każ tas-sistema tar-Reġjun jew dak tas-CT1, hija bbażata fuq l-applikazzjoni ta' rata ta' prezz massimu/rata ta' sussidju. Il-kontribuzzjoni C2 fil-fatt tkopri, għal kull sena, it-totalità tal-ispejjeż ta' investiment (netti mill-effett ta' xi sussidji riċevuti minn sorsi oħra), li tirriżulta minn pjan ta' investiment approvat mill-STIF, u traskritti mill-ġdid fil-kont proviżorju tal-operat mħejji mill-intrapriża tat-trasport u vvalidat ukoll mill-STIF. |
(44) |
Il-kontribuzzjoni C1 hija biex tkopri l-ispejjeż operattivi li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni tal-obbligi ta' servizz pubbliku (“OSP”), imnaqqsa fid-dħul u miżjuda bi profitt innegozjat b'mod kuntrattwali. Dawn l-elementi huma wkoll imdaħħla fil-kont proviżorju tal-operat mħejji mill-intrapriża tat-trasport u vvalidat mill-STIF. Minħabba li din ma taqax taħt kwistjonijiet ta' investiment, il-Kummissjoni ma inkludietx il-kontribuzzjoni C1 fl-ambitu ta' investigazzjoni fil-fond, kif iddefinit fid-deċiżjoni ta' ftuħ. |
(45) |
Minn April 2012, in-netwerks kollha huma rikonoxxuti bħala CT2, u ġew konklużi 143 kuntratt. Il-kuntratti mogħtija lill-impriżi tal-OPTILE ma kinux is-suġġett ta' avviż ta' għoti ta' kuntratt, u lanqas ta' pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-avviżi ta' għoti ta' kuntratti konklużi ma' RATP u SNCF Mobilités ġew ippubblikati fit-3 ta' Diċembru 2015, jiġifieri f'data sussegwenti għad-data ta' għoti. |
(46) |
Taħt is-CT2 u sad-data ta' meta ntbagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom mill-STIF, 2 177 vettura kienu ġew iffinanzjati għal ammont totali ta' EUR 796,9 miljun. |
3. SOMMARJU TAD-DUBJI ESPRESSI FID-DEĊIŻJONI TA' FTUĦ
3.1. Preżenza ta' għajnuna
(47) |
Fin-nuqqas ta' risposta sostanzjata biżżejjed mill-awtoritajiet Franċiżi matul l-investigazzjoni preliminari, il-Kummissjoni kellha għarfien parzjali tal-miżuri li huma s-suġġett tal-ilment. Id-dubji li tqajmu fid-deċiżjoni tal-11 ta' Marzu 2014 fil-biċċa l-kbira jirriflettu din l-informazzjoni nieqsa. |
(48) |
Il-Kummissjoni qed tistaqsi l-ewwel nett fuq il-klassifikazzjoni korretta tal-miżuri ta' appoġġ għall-investimenti implimentati mir-Reġjun imbagħad mill-STIF, jiġifieri, sussidji jew kumpens marbut mat-twettiq ta' OSP. |
(49) |
Fil-każ fejn l-awtoritajiet Franċiżi rnexxielhom juru li d-dispożittivi setgħu jiġu assimilati għal kumpens, ir-rispett tal-erba' kriterji msemmija fis-sentenza Altmark (“kriterji Altmark”) (12) kien inċert. Fil-fatt, l-OSP ma kinux definiti b'mod ċar. Il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar l-oġġettività u t-trasparenza tal-metodu ta' kalkolu tal-perċentwali u l-limiti massimi ta' sussidju għax-xiri ta' tagħmir u vetturi u rrilevat li l-fatt li l-ammonti allokati lill-awtoritajiet ġew stabbiliti b'mod fiss ma jidhrilhiex li huwa rilevanti sabiex jiġi evitat kumpens żejjed. Fl-aħħar nett, ma kellhiex biżżejjed elementi sabiex tiddeċiedi dwar il-konformità mar-raba' kriterju Altmark dwar l-analiżi tal-ispejjeż. |
3.2. Kompatibbiltà
(50) |
Il-Kummissjoni indikat li, minħabba nuqqas ta' risposta jew risposti mhux kompleti tal-awtoritajiet Franċiżi, il-kwistjoni tal-bażi legali applikabbli għall-analiżi tal-kompatibbiltà ta' dispożittivi koperti mid-deċiżjoni tal-ftuħ ma kinitx ġiet indirizzata. Barra minn hekk, minħabba dubji li kienu jistrieħu fuq in-natura ta' għajnuniet mogħtija (sussidji jew kumpens), l-għażla ta' bażi legali kienet tidher prematura. |
(51) |
Anki jekk kellha tikkunsidra l-miżuri inkwistjoni bħala kumpens, il-Kummissjoni esprimiet dubji fuq il-kompatibbiltà tagħhom mal-Artikoli 3, 4 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). |
4. IT-TWEĠIBA TA' FRANZA GĦAD-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ
4.1. Preżenza ta' għajnuna
4.1.1. Miżuri implimentati mir-Reġjun
(52) |
Franza ssostni li l-kriterji ta' selettività u tal-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri mhumiex sodisfatti. |
4.1.1.1.
(53) |
Franza tispjega li l-operaturi kollha tat-trasport pubbliku regolari bit-triq ta' Île-de-France li għamlu din it-talba, ibbenefikaw mill-miżuri inkwistjoni (135 minn total ta' 150 impriża). Barra minn hekk, l-għoti tal-miżuri, issodisfa l-kundizzjonijiet oġġettivi u ddefiniti minn qabel f'deliberazzjoni tar-reġjun tal-Île-de-France. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda eżerċizzju ta' setgħa diskrezzjonali mill-awtoritajiet pubbliċi għall-għoti tal-miżuri. |
(54) |
L-awtorità Franċiża tal-Kompetizzjoni stess ikkunsidrat li s-suq tat-trasport pubbliku regolari bit-triq fir-reġjun tal-Île-de-France kien suq speċifiku bħala riżultat tal-qafas legali partikolari. Barra minn hekk, il-materjali użati fis-suq tat-trasport bix-xarabank ma kinux l-istess bħal dawk fis-suq tat-trasport regolari. |
4.1.1.2.
(55) |
Skont Franza, jirriżulta b'mod ċar mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li skema ta' għajnuna introdotta f'suq magħluq għall-kompetizzjoni ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (14). |
(56) |
F'dan il-każ, l-impriżi benefiċjarji tal-miżuri inkwistjoni kienu jinsabu f'sitwazzjoni ta' monopolju fuq kull waħda minn dawn ir-rotot. |
(57) |
Għalhekk, minħabba n-natura magħluqa tas-suq u s-sitwazzjoni ta' monopolju tal-impriżi benefiċjarji, il-miżuri inkwistjoni ma kinux tali li jaffettwaw il-kummerċ bejn Stati Membri. Il-fatt li minoranza ta' impriżi benefiċjarji taqdi attività fit-territorju ta' Stati Membri oħra ma jibdilx din il-konklużjoni, peress li dawn l-impriżi kienu qegħdin jużaw l-għajnuniet reġjonali biss għal missjonijiet ta' servizz pubbliku. |
4.1.2. Miżuri implimentati mill-STIF
(58) |
Skont Franza, il-miżuri implimentati mill-STIF għandhom jiġu kkwalifikati bħala kumpens ta' servizz pubbliku. Filwaqt li dan il-kumpens jissodisfa l-erba' kriterji ta' Altmark, dan ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. |
4.1.2.1.
(59) |
L-OSP akkarigu tal-operaturi kienu speċifikati b'mod ċar fis-CT1 fl-Artikolu 4-2, fir-rigward b'mod partikolari ta' obbligi rigward iż-żamma, l-użu, it-trasport tal-utenti, l-ipprezzar, is-sigurtà, jew l-informazzjoni. Dawn l-obbligi ġew ikkompletati permezz tal-Addendum Nru 3, li jistabbilixxi b'mod partikolari obbligu ta' użu tal-vetturi għar-rotot tal-kuntratt għal perjodu ta' tmien (8) snin. |
(60) |
Dan is-CT2 fih l-OSP tas-CT1 (Artikolu 5-2) biż-żieda ta' dispożizzjonijiet li jsaħħu r-rekwiżiti kwalitattivi fir-rigward tal-flotta (l-Artikoli 41 sa 43), u l-OSP akkarigu tal-operaturi huma wkoll definiti b'mod ċar. Dan jinkludi, pereżempju, l-obbligi ta' investiment, żamma jew manutenzjoni sabiex tiġi żgurata ċerta lonġevità tal-materjal. |
4.1.2.2.
(61) |
Fir-rigward ta' CT1, l-Addendum Nru 3 kien jipprevedi li l-kumpens imħallas għat-tiġdid u l-espansjoni tal-flotta kien ikkalkolat wara l-applikazzjoni ta' rata predefinita ta' parteċipazzjoni massima tal-STIF bi prezzijiet massimi stabbiliti wkoll fl-Addendum. |
(62) |
L-Artikolu 53 tas-CT2 jipprevedi żewġ tipi ta' kontribuzzjonijiet marbuta mal-OSP: kontribuzzjoni “C1” (Artikolu 53-2) biex tkopri l-ispejjeż operattivi u kontribuzzjoni “C2” (Artikolu 53-3) biex tkopri l-ispejjeż ta' investiment. |
(63) |
Għalhekk, il-kumpens ġie kkalkolat skont Franza minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti. |
4.1.2.3.
(64) |
Il-kuntratti ta' servizz pubbliku (CT1 u CT2) jipprevedu li l-kumpens għall-investiment jingħataw biss wara x-xiri ta' vetturi u tagħmir. Min-naħa l-oħra, l-STIF twettaq kontrolli ta' koerenza tad-dokumenti riċevuti sabiex jiġi vverifikat li l-materjal fuq ir-roti mixtri huwa konformi sew mat-talba oriġinali magħmula mill-STIF. L-STIF tista', fi kwalunkwe ħin, tagħmel investigazzjonijiet, verifiki jew kontrolli. L-impriżi benefiċjarji għandhom l-obbligi ta' rapporti annwali li fihom huma għandhom jagħtu rendikont tal-investimenti mwettqa fid-dawl tal-programmazzjoni proviżorja. Fl-aħħar nett, il-kuntratti għandhom jinkludu klawżoli ta' għoti lura f'każ ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali u jistgħu jiġu mposti penalitajiet mill-STIF. Dawn l-elementi jippermettu skont Franza li jiġi żgurat in-nuqqas ta' kumpens żejjed. |
4.1.2.4.
(65) |
Is-servizzi tal-STIF żviluppaw għodod analitiċi sabiex isiru paraguni ta' spejjeż mill-bażi ta' dejta pprovduta lill-operaturi kollha li jkunu għamlu kuntratti mal-STIF. Dan jiżgura li l-livell ta' kumpens ikun ġie stabbilit skont analiżi tal-ispejjeż ta' intrapriża medja mmexxija tajjeb. |
4.2. Kompatibbiltà
4.2.1. Miżuri implimentati mir-Reġjun
(66) |
Franza tenfasizza li, kieku l-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-kwalifika ta' kumpens ta' servizz pubbliku, il-bażi legali biex tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-miżuri meħuda mir-reġjun huwa r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 (15). Franza tqis li l-miżuri jissodisfaw, b'mod partikolari, il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 14 ta' dan ir-Regolament. |
(67) |
Barra minn hekk, skont Franza s-sistema implimentata mir-Reġjun kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet kumulattivi ta' kompatibbiltà ta' għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(3) tat-TFUE, jiġifieri: il-kontribuzzjoni għat-twettiq tal-objettivi ta' interess komuni; il-falliment tas-suq; l-adegwatezza tal-għażla tal-miżura bħala strument ta' azzjoni; l-eżistenza ta' effett ta' inċentiv; il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ; effetti negattivi limitati; it-trasparenza fl-għoti tal-għajnuna. |
4.2.2. Miżuri implimentati mill-STIF
(68) |
Anki li kieku l-Kummissjoni kellha tikkunsidra li l-miżuri implimentati mill-STIF jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, Franza tqis li tkun tista' turi l-kompatibbiltà tagħhom minħabba l-konformità tagħhom mar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Skont Franza, il-mekkaniżmu tal-STIF jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-regolament, jiġifieri d-definizzjoni ċara tal-OSP, l-istabbiliment minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti tal-parametri tal-kalkoli tal-kumpens u d-definizzjoni tal-arranġamenti tal-qsim tal-ispejjeż marbuta mal-provvista tas-servizzi. |
(69) |
Is-CT1 jissodisfa dawn ir-rekwiżiti bl-obbligi elenkati fil-premessa 64, kif ukoll bil-possibbiltà mogħtija lill-STIF li twettaq kontrolli fuq il-kundizzjonijiet ta' eżekuzzjoni ta' dawn l-obbligi. |
(70) |
Fir-rigward ta' CT2, il-kumpens previst skont l-obbligi bħal dawn huwa subdiviż skont l-għan tagħhom (kopertura ta' spejjeż tal-operat jew ta' spejjeż ta' investiment). Fil-każ ta' nuqqas ta' tiġdid ta' vetturi kif previst fil-pjan ta' investiment tal-flotta tal-vetturi, l-ammont ta' deprezzament u ta' spejjeż finanzjarji korrispettivi għandu jingħata lura lill-parteċipanti tal-STIF. Franza tenfasizza li l-STIF għandha wkoll dritt estiż ta' verifika u ta' kontroll fl-ambitu tas-CT2. Għalhekk jidher li l-STIF tista' tiżgura ruħha li l-pagamenti huma maħsuba biss biex ikopru l-ispejjeż proprji għas-CT2, u li dawn jikkostitwixxu kumpens ġust għall-OSP kompatibbli mar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u s-suq komuni. |
5. L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-KUMMENTI TA' FRANZA
5.1. Reġjun
(71) |
Ir-Reġjun jitkellem biss dwar il-miżuri li huwa stess implimentata bejn l-1994 u l-2008. |
(72) |
Ir-Reġjun ifakkar li l-organizzazzjoni tat-trasport fir-reġjun tal-Île-de-France kienet suġġetta għal skema derogatorja għad-dritt komuni, iġġustifikata mis-sitwazzjoni partikolari tagħha (iż-żieda demografika, it-tifrix urban, stabbiliment ta' ajruporti internazzjonali, bosta stazzjonijiet). |
(73) |
Il-benefiċjarji tal-mekkaniżmu kienu awtoritajiet pubbliċi li kkonkludew kuntratt ta' operat ta' rotot ma' intrapriżi privati jew li joperaw dawn il-linji b'għoti ta' kuntratt. Dawn il-benefiċjarji kienu attivi fis-suq tal-Île-de-France, li ma kienx liberalizzat. |
5.1.1. Preżenza ta' għajnuna
(74) |
Il-miżuri inkwistjoni mhumiex għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, skont ir-Reġjun, il-kriterji ta' selettività u tal-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri mhumiex sodisfatti. |
5.1.1.1.
(75) |
L-għoti tal-miżuri inkwistjoni, issodisfat il-kundizzjonijiet oġġettivi u stabbiliti li jippermettu lil kull intrapriża li tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex jibbenefikaw minn dawn il-miżuri. L-intrapriżi li ma bbenefikawx minnhom, jew ma kinux ippreżentaw it-talba tagħhom, jew ma kinux eliġibbli. |
(76) |
Ir-reġim legali tas-suq tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri fir-reġjun tal-Ile-de-France, barra minn hekk, għandu karatteristiċi speċifiċi rikonoxxuti mill-awtorità Franċiża tal-kompetizzjoni. Peress li l-intrapriżi kollha mhumiex għalhekk f'sitwazzjoni legali u fattwali paragunabbli, wieħed ma jistax jasal għall-konklużjoni tan-natura selettiva tal-miżuri inkwistjoni. |
(77) |
Barra minn hekk, l-intrapriżi li jwettqu attivitajiet ta' trasport kollettiv regolari bit-triq u l-intrapriżi li joperaw tipi oħra ta' trasport ma jużawx l-istess materjal fuq ir-roti. |
5.1.1.2.
(78) |
Ir-Reġjun jikkondividi l-analiżi ta' Franza dwar dan il-punt. |
5.1.2. Kompatibbiltà
(79) |
Peress li l-miżuri li ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala għajnuna, ir-Reġjun ma tanalizzax il-kompatibbiltà tagħhom. |
5.1.3. Kwalifika ta' skema ta' għajnuna eżistenti
(80) |
Fl-aħħar osservazzjonijiet tiegħu, ir-Reġjun ippreżenta l-argument li skontu l-mekkaniżmu fis-seħħ sal-2008 għandu jitqies bħala skema ta' għajnuna eżistenti. Skont ir-Reġjun, dan il-mekkaniżmu ġie stabbilit fuq il-bażi ta' testi leġiżlattivi tal-1949 u tal-1959, jiġifieri f'sena (1949) preċedenti għat-Trattat ta' Ruma jew, kieku kellha tittieħed is-sena 1959, f'data meta s-suq tat-trasport kollettiv regolari bit-triq fl-Île-de-France ma kienx miftuħ għall-kompetizzjoni. |
5.2. L-STIF
(81) |
L-STIF titkellem biss dwar il-miżuri li implimentat hija stess: is-CT1 u s-CT2. |
5.2.1. Preżenza ta' għajnuna
(82) |
Skont l-STIF, il-miżuri inkwistjoni ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat sa fejn dawn jissodisfaw l-erba' kriterji ta' Altmark. |
5.2.1.1.
(83) |
L-ewwel kriterju ta' Altmark huwa sodisfatt skont l-STIF, peress li l-OSP imposti fuq l-intrapriżi tat-trasport huma effettivament ippreżentati b'mod ċar u preċiż, inklużi dawk li jikkorrispondu għall-ispejjeż ta' investiment. Il-mekkaniżmu għandu l-għan u l-effett li jimponi fuq intrapriżi privati ta' trasport l-obbligi li joperaw u li jittrasportaw, kif ukoll obbligi tariffarji, li huma indispensabbli biex jiżguraw il-forniment ta' servizz ta' trasport simili għal OSP. |
(84) |
Fir-rigward tas-CT1, l-obbligi kollha kienu elenkati f'kull kuntratt. Fir-rigward tas-CT2, dawn jipprovdu kontinwità tas-CT1, li diġà kienu jistabbilixxu b'mod ċar l-OSP. |
(85) |
Il-kapaċità li jimplimentaw il-funzjoni ta' servizz pubbliku u li jissodisfaw l-obbligi tagħhom tiddependi wkoll fuq il-vetturi (kwalità, tagħmir, età, eċċ.), fejn huma involuti obbligi dettaljati marbuta mal-vetturi inkluż l-obbligu, fl-ambitu tas-CT2, li jiġi stabbilit pjan ta' investiment speċifiku. |
5.2.1.2.
(86) |
Fir-rigward tas-CT1, l-STIF tikkunsidra li l-parametri li jservu bħala bażi għall-kalkolu tal-kumpens tas-servizz pubbliku kienu oġġettivi u trasparenti. |
(87) |
Is-CT2 fihom dejta għall-kalkolu tal-kumpens, li jimplika li l-parametri għandhom ikunu magħrufa minn qabel u huma stabbiliti b'mod oġġettiv u trasparenti. Fis-CT2, huwa previst kont finanzjarju tas-servizz kuntrattwalizzat bejn l-STIF u l-intrapriża, li jirrifletti l-ekwilibriju ekonomiku tal-kuntratt u tinkludi l-prodotti u l-ispejjeż kollha tal-intrapriża, inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-STIF. |
(88) |
Iż-żewġ tipi ta' kuntratti jinkludu wkoll mekkaniżmi ta' kontroll ta' kumpens. |
(89) |
Għalhekk, skont l-STIF il-parametri għall-kumpens mogħtija lill-operaturi kienu ġew stabbiliti minn qabel, b'mod oġġettiv u trasparenti. |
5.2.1.3.
(90) |
Il-metodoloġija sabiex jintgħażlu u jsir paragun tal-offerti u sabiex ikunu kkalibrati l-kuntratti qabel il-firma tagħhom tippermetti skont l-STIF l-esklużjoni ta' kull riskju ta' kumpens żejjed. |
(91) |
Fil-fatt, analiżi dettaljata tal-ispejjeż tal-operat għandha titwettaq qabel l-iffirmar ta' kuntratti u l-addenda tagħhom, filwaqt li tibbaża fuq previżjoni tal-kont tal-operat stabbilit mill-intrapriża applikanti u tagħmel referenza għad-dejta teknika u ekonomika. Din l-analiżi għandha tieħu kont tal-kriterji li ġejjin:
|
(92) |
Il-metodu użat downstream waqt l-eżekuzzjoni tal-kuntratt jippermetti wkoll li jiġi evitat il-kumpens żejjed. Dan jinkludi:
|
(93) |
Fiż-żewġ tipi ta' kuntratti, l-STIF tissorvelja l-użu effettiv tal-kontribuzzjonijiet imħallsa. |
5.2.1.4.
(94) |
L-għoti tal-funzjoni ta' servizz pubbliku ma kienx soġġett għal proċedura ta' akkwist pubbliku. |
(95) |
Min-naħa l-oħra, il-livell ta' kumpens jirriżulta skont l-STIF minn analiżi dettaljata u profonda tal-ispejjeż li intrapriża tipika u mmexxija tajjeb kienet se ġġarrab. Fid-dawl tal-għadd ta' kuntratti u l-varjetà tal-operaturi, l-STIF hija tal-fehma li hija għandha viżjoni preċiża u kompleta tar-realtà tas-suq, peress li l-kuntratt ta' kull operatur huwa bbażat fuq format uniformi u fuq dejta individwali dettaljata. |
(96) |
L-STIF tipprovdi wkoll l-għodod analitiċi żviluppati. Hija talbet l-intervent ta' aġenziji ta' studju sabiex iwettqu verifiki jew valutazzjonijiet tekniċi ulterjuri interni u għamel paraguni ta' offerti fuq is-suq tal-Île-de-France, kif ukoll fuq is-swieq tat-trasport tal-passiġġieri fil-provinċja magħmula fl-ambitu ta' ħruġ għall-offerti. |
(97) |
Ir-rekwiżiti tal-STIF f'termini ta' kwalità tas-servizz jissodisfaw skont dan tal-aħħar il-kriterji ta' komparabbiltà ma' intrapriża tipika mmexxija tajjeb. Is-CT1 kien fihom objettivi komuni bl-għan li tiġi armonizzata l-kwalità fuq in-netwerk ta' karozzi tal-linja, l-indikaturi li jkejlu l-kwalità tas-servizz, b'sistema ta' inċentiv finanzjarju għall-progress. Is-sistema hija kompleta fis-CT2. |
(98) |
B'konsegwenza ta' dan, il-livell ta' kumpens kien ġie ddeterminat fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż li intrapriża tipika, immexxija tajjeb u mgħammra b'mod adegwat b'mezzi ta' trasport, kellha tieħu fuqha biex twettaq dawn l-obbligi. |
5.2.2. Kompatibbiltà
(99) |
Peress li l-Kummissjoni madankollu tikkunsidra l-iskema bħala għajnuna mill-Istat, l-STIF titlob biex hija tispeċifika l-bażi legali li fuqha hija beħsiebha tevalwa l-kompatibbiltà. Fil-fatt l-STIF tqajjem dubji fuq il-fatt li, fid-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-eżami tal-kompatibbiltà kellu jsir abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Peress li l-miżuri previsti huma preċedenti għal dan ir-Regolament, skont l-STIF għandu jiġi ppreferut ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69. Madankollu, għal raġunijiet ta' koerenza mad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni, l-STIF tibbaża l-osservazzjonijiet tagħha fuq ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
(100) |
Skont l-STIF, is-CT1 u s-CT2 jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
(101) |
Fl-ewwel lok, il-kuntratti konklużi ma' operaturi privati huma kuntratti ta' servizz pubbliku skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, filwaqt li l-STIF huwa rappreżentant tal-awtorità kompetenti. |
(102) |
Fit-tieni lok, il-kundizzjoni skont liema l-OSP għandhom ikunu ddefiniti b'mod ċar hija wkoll sodisfatta, b'definizzjoni ċara taż-żoni ġeografiċi kkonċernati. |
(103) |
Fit-tielet lok, il-parametri għall-kalkolu tal-kumpens għandhom ikunu preċiżi, stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti. |
(104) |
Fir-raba' lok, il-kuntratti għandhom jinkludu d-dettalji tal-ispejjeż tal-intrapriża u tal-STIF. |
(105) |
Fil-ħames lok, abbażi tar-raġunament imsemmi fil-premessi 90 sa 93, ir-riskju ta' kumpens żejjed għandu jiġi eskluż. |
5.3. L-OPTILE
(106) |
L-OPTILE tiġbor 70 intrapriża (figura 2012) li joperaw servizzi skedati ta' trasport imdaħħla fil-pjan tat-trasport tar-Reġjun bl-eċċezzjoni tas-SNCF u r-RATP. L-osservazzjonijiet tagħha jikkonċernaw biss il-miżuri implimentati mir-Reġjun. |
5.3.1. Preżenza ta' għajnuna
(107) |
Kuntrarjament għal dak li ġie allegat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha, l-OPTILE tqis li din l-għajnuna ma żżidx il-kumpens diġà mħallas mill-awtoritajiet lokali u mhijiex, għalhekk, ħlas addizzjonali, iżda tnaqqis tal-kumpens mogħti mill-awtoritajiet. |
(108) |
Barra minn hekk, l-għoti tal-għajnuna kien suġġett għal konklużjoni ta' addenda mal-kuntratti ta' servizz pubbliku preeżistenti li jimponu obbligi ġodda fuq l-operatur. |
(109) |
Skont l-OPTILE, wieħed minn kull erba' kriterji ta' kwalifika għal għajnuna mill-Istat huwa sodisfatt, b'mod partikolari l-preżenza ta' riżorsi pubbliċi. Is-selettività, il-preżenza ta' vantaġġ ekonomiku kif ukoll l-effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri huma nieqsa. |
5.3.1.1.
(110) |
L-għajnuna tar-Reġjun kienet immirata għall-awtoritajiet territorjali u mhux għall-intrapriżi tat-trasport, peress li l-objettiv kien li jitnaqqas il-piż finanzjarju fuq dawn l-awtoritajiet. |
(111) |
Li kieku din l-għajnuna ma tħallsitx, l-eżekuzzjoni tal-kuntratt kienet titkompla mingħajr modifika, b'mod li l-livell tal-offerta u l-arranġamenti tas-servizz stabbiliti għall-kuntratt inizjali jibqgħu l-istess, jew il-awtoritajiet organizzaturi kien ikollhom iħallsu kumpens akbar minħabba ż-żieda tad-defiċit li tirriżulta minn nuqqas ta' dħul tariffarju fid-dawl tal-ispejjeż tal-offerta tas-servizzi stabbiliti mill-ġdid fl-addenda għal kuntratti ta' servizz pubbliku. |
(112) |
L-ammonti li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-intrapriżi fil-mument tal-akkwist ta' vetturi ġew restitwiti lill-awtoritajiet organizzaturi fuq id-durata ta' ammortizzament ta' materjali u l-piż finanzjarju għall-intrapriżi kien l-istess bħal f'każ ta' rikors għal kreditu bankarju. Għalhekk kien hemm ċessjoni tal-piż bejn l-awtoritajiet territorjali. |
(113) |
Barra minn hekk, l-għajnuna tar-Reġjun kienet skont l-OPTILE simili għal kumpens ta' servizz pubbliku. Peress li l-erba' kriterji ta' Altmark huma sodisfatti, l-eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku hija eskluża. |
(114) |
Fir-rigward tal-ewwel kriterju ta' Altmark, il-ħlas tal-għajnuna tar-Reġjun jiddependi fuq il-konklużjoni ta' addendum għall-kuntratti konklużi bejn l-awtoritajiet organizzaturi u n-negozji. Dan l-addendum jipprovdi żieda fl-offerta u jinkludi obbligi għal titjib kwalitattiv, li l-eżekuzzjoni korretta tiegħu kienet ikkontrollata. |
(115) |
Fir-rigward tat-tieni kriterju ta' Altmark, il-parametri ta' kalkolu tal-kumpens kienu stabbiliti minn qabel, b'mod oġġettiv u trasparenti, u kienu bbażati fuq it-tfassil oġġettiv tal-ispiża tas-servizz. L-OPTILE tagħti bħala eżempju r-rati ta' parteċipazzjoni tar-Reġjun għall-finanzjament ta' vetturi, bejn 25 sa 60 % tal-kost tal-akkwist skont il-karatteristiċi tal-vetturi u tan-netwerk, li kienu stabbiliti bil-quddiem, l-istess bħall-valuri massimi ta' bażi tas-sussidji. Barra minn hekk, il-metodu ta' imputazzjoni tas-sussidju fuq il-kumpens imħallas lill-intrapriża operattiva kien stabbilit fil-mudell ta' addendum. |
(116) |
Fir-rigward tat-tielet kriterju ta' Altmark, il-kumpensi akkarigu tal-awtoritajiet kienu stabbiliti fuq il-bażi ta' stima ta' baġit, stabbilit per se abbażi tal-ispejjeż ta' operat tas-servizz. Dawn l-ispejjeż inkludew it-tnaqqis tal-impatti tas-sussidju fuq it-tagħmir tar-Reġjun u ta' dħul stabbilit skont l-aħħar tal-għadd ta' passiġġieri. Il-ftehimiet kienu jagħtu lill-awtoritajiet id-dritt ta' verifika tal-kontijiet tal-intrapriża. |
(117) |
Fir-rigward tar-raba' kriterju ta' Altmark, l-awtoritajiet studjaw qabel il-konklużjoni tal-ftehimiet l-istruttura tal-ispejjeż tal-intrapriżi. Barra minn hekk, l-ispejjeż relatati mal-provvista ta' materjal fuq ir-roti jirrappreżentaw biss sehem tas-suq ta' madwar 15 %. |
5.3.1.2.
(118) |
L-awtoritajiet kollha ta' netwerk ta' trasport kollettiv regolari bit-triq fir-reġjun tal-Île-de-France setgħu jibbenefikaw minn din l-għajnuna. Il-kriterji ta' għoti kienu preliminari u oġġettivi. L-intrapriżi li jeżerċitaw biss attività ta' trasport okkażjonali ma kinux, minn naħa tagħhom, affettwati. |
5.3.1.3.
(119) |
Minn naħa, is-suq tat-trasport pubbliku regolari bit-triq fl-Île-de-France mhuwiex miftuħ għall-kompetizzjoni. Min-naħa l-oħra, meta l-mekkaniżmu ġie stabbilit fl-1979, is-swieq tat-trasport ma kinux għadhom miftuħa għall-kompetizzjoni fi Stati Membri oħra. |
(120) |
Il-possibbiltà prevista mill-Kummissjoni ta' użu minn intrapriżi tal-Île-de-France ta' materjali sussidjati sabiex japplikaw għall-għoti ta' kuntratti oħra ta' trasport miftuħa għall-kompetizzjoni fi Franza u fl-Ewropa ma tkunx fattibbli, la kuntrattwalment u lanqas materjalment. Fil-fatt, minn naħa, il-mekkaniżmi kuntrattwali li jillimitaw l-użu tal-vetturi parzjalment sussidjati mir-Reġjun għal attivitajiet oħra u kienu jeskludu li jittieħed vantaġġ mill-mekkaniżmu reġjonali biex jiġi operat f'suq ieħor u, min-naħa l-oħra, il-materjali fuq ir-roti użati sabiex jiġi żgurat is-servizz miftiehem fl-Île-de-France ma setgħux jiġu materjalment affettwati simultanjament barra mill-Île-de-France għat-twettiq ta' servizz simili fi swieq oħra. |
(121) |
Barra minn hekk, il-vetturi maħsuba għat-trasport urban ta' passiġġieri fil-parti l-kbira bilwieqfa ma jkunux skont l-OPTILE jistgħu jintużaw għal trasport okkażjonali li jkun jeħtieġ l-użu ta' xarabanks mgħammra għat-trasport ta' passiġġieri bilqiegħda. |
5.3.2. Kompatibbiltà
(122) |
Li kieku l-mekkaniżmu kellu jitqies bħala għajnuna mill-Istat, il-kompatibbiltà jkollha tiġi eżaminata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u mhux tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, għal raġunijiet ta' ċertezza legali u ta' protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. |
(123) |
Skont ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69, il-konklużjoni ta' kuntratti ta' servizz pubbliku kienet meħtieġa sabiex tindirizza t-tibdil demografiku u r-rieda li jiġi pprovdut servizz tat-trasport kollettiv regolari bit-triq suffiċjenti, mingħajr ma l-utenti ma jkunu obbligati li jħallsu l-ispejjeż, filwaqt li jiġi inkluż xi tħassib marbut ma' standards ambjentali. Dawn il-kuntratti kienu, b'mod partikolari, konformi mal-Artikolu 14 tar-Regolament peress li dawn kienu jinkludu l-punti minimi mitluba. Fl-aħħar nett, il-kumpens imħallas lill-intrapriżi ma jaqbiżx dak li kien meħtieġ biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-servizz pubbliku: dan kien limitat sal-ammont tad-differenza bejn l-ispejjeż għall-eżekuzzjoni tas-servizzi definiti fil-kuntratt u s-somma tad-dħul kollu li jirriżulta minnhom. |
(124) |
Li kieku l-mekkaniżmu kellu jitqies bħala għajnuna mill-Istat, ikun hemm lok li jiġi ddikjarat kompatibbli fuq il-bażi tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. |
5.4. Keolis
(125) |
Keolis huwa grupp ta' kumpaniji li joperaw fis-settur tat-trasport, b'mod partikolari fis-settur tat-trasport kollettiv regolari bit-triq fir-reġjun tal-Île-de-France. Huwa membru tal-OPTILE. L-osservazzjonijiet ta' Keolis jikkonċernaw biss il-miżuri implimentati mir-Reġjun. |
5.4.1. Preżenza ta' għajnuna u konformità mar-Regolament (KEE) Nru 1191/69
(126) |
L-awtoritajiet lokali ġew megħjuna mir-Reġjun, iżda Keolis jiddikjara li l-operazzjoni kienet finanzjarjament newtrali għall-operaturi. Mingħajr l-għajnuna, l-awtoritajiet kellhom jew iħallsu għotja ekwivalenti lill-operaturi li magħhom kienu marbuta bi ftehim operattiv, jew jaqblu għal tnaqqis tas-servizz. L-operaturi ma bbenefikawx għalhekk minn vantaġġ addizzjonali meta mqabbel mal-finanzjamenti pubbliċi mingħajr il-mekkaniżmu tar-Reġjun. |
(127) |
Barra minn hekk, il-mekkaniżmu inkwistjoni ma jistax jiġi separat minn ftehimiet operattivi ffirmati bejn l-intrapriżi tat-trasport u l-awtoritajiet. Dan kien fil-fatt aspett wieħed biss tal-implimentazzjoni mill-awtoritajiet territorjali ta' kuntratti ta' servizz pubbliku skont it-tifsira tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, li abbażi tad-dispożizzjonijiet tiegħu, skont Keolis, dawn il-kuntratti kienu konformi. |
(128) |
Għaldaqstant, il-mekkaniżmu ma kienx per se mezz ta' għajnuna mill-Istat, peress li l-operaturi ma kellhom l-ebda vantaġġ ekonomiku. |
5.4.2. Kwalifika ta' skema ta' għajnuna eżistenti
(129) |
Skont Keolis, il-mekkaniżmu implimentat mir-Reġjun fl-1994 kienet skema eżistenti peress li dan implimenta d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tad-Digriet tal-1949 (16), adottat qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Ruma. Għalhekk, il-miżuri inkwistjoni għandhom jiġu eżaminati fl-ambitu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 (17), u hija biss il-Kummissjoni li tista' tipproponi lill-awtoritajiet Franċiżi, jekk ikun xieraq, miżuri xierqa għall-futur. Madankollu, peress li l-mekkaniżmu inkwistjoni ġie rrevokat fl-2008, ma għadx hemm lok li jiġi eżaminat. |
(130) |
Anki jekk wieħed kellu jagħżel l-1994 bħala s-sena ta' introduzzjoni tal-mekkaniżmu tar-Reġjun, l-istess konklużjoni hija neċessarja. Fl-1994, is-settur ekonomiku kkonċernat fil-fatt kien magħluq għall-kompetizzjoni, kif juru d-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fl-1997 u l-1998 (18). Il-kriterju tal-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri ma kienx sodisfatt. |
(131) |
Is-suq komuni ċertament evolva mill-1994, peress li uħud mill-Istati Membri ddeċidew b'mod unilaterali li jiftħu s-swieq lokali tagħhom tat-trasport tal-passiġġieri għall-kompetizzjoni. Iżda anki jekk din l-evoluzzjoni kienet biżżejjed sabiex tagħti llum in-natura ta' għajnuna mill-Istat lill-mekkaniżmu implimentat mir-Reġjun, dan tal-aħħar ikun sar sempliċiment skema ta' għajnuna eżistenti. Għar-raġuni spjegata fil-premessa 129, ma hemmx għalhekk lok li jiġi eżaminat. |
5.5. RATP Dev
(132) |
Il-kumpanija RATP Développement (“RATP Dev”) hija kumpanija sussidjarja tal-RATP, istituzzjoni pubblika li għandha bħala attività prinċipali t-trasport urban u interurban ta' passiġġieri bit-triq u bil-ferrovija. L-osservazzjonijiet tagħha jikkonċernaw biss il-mekkaniżmu implimentat mir-Reġjun u l-kuntratt CT1. |
5.5.1. Preżenza ta' għajnuna
5.5.1.1.
(133) |
Ir-RATP Dev tqis li żewġ kriterji huma nieqsa biex il-miżuri implimentati mir-Reġjun ikunu jistgħu jiġu kkwalifikati bħala għajnuna: dak tas-selettività u dak tal-vantaġġ ekonomiku. |
(134) |
Fir-rigward tal-kriterju ta' selettività, il-qafas legali partikolari tas-suq tat-trasport kollettiv regolari bit-triq fir-reġjun tal-Île-de-France kien suq ġeografiku separat, kif ġie rrilevat ukoll mill-Awtorità Franċiża tal-Kompetizzjoni. Fl-ambitu ta' referenza li kkostitwixxa dan is-suq, il-mekkaniżmu tar-Reġjun kienet miżura ġenerali u nondiskriminatorja, peress li hija kienet tibbenefika lill-intrapriżi kollha tat-trasport kollettiv regolari bit-triq tal-Île-de-France li huma firmatarji ta' ftehim operattiv ma' awtorità lokali. |
(135) |
Fid-dawl tal-kundizzjonijiet ta' selettività ġeografika (19) u ta' selettività materjali (20), kif iddefiniti mill-ġurisprudenza tal-Unjoni, il-mekkaniżmu tar-Reġjun ma kkostitwixxix għajnuna mill-Istat, iżda miżura ġenerali. |
(136) |
F'dak li jikkonċerna l-kriterju tal-vantaġġ ekonomiku, is-sussidji tar-Reġjun kellhom jitqiesu bħala kumpens ta' servizz pubbliku. Peress li dan il-kumpens huwa konformi mal-erba' kriterji ta' Altmark, dan ma kienx ta' vantaġġ ekonomiku. |
(137) |
F'dak li jirrigwarda l-ewwel kriterju ta' Altmark li jeżiġi definizzjoni ċara tal-OSP, ir-RATP Dev tenfasizza li, meta l-kumpens għat-twettiq ta' dawn l-obbligi jkun ġej minn diversi riżorsi statali, dan għandu jiġi analizzat b'mod ġenerali f'relazzjoni mal-OSP kollha li jiġu inklużi fil-kuntratt ta' servizz pubbliku. Għalhekk, ikun żbaljat li jiġi kkunsidrat li s-sussidji tar-Reġjun ikunu ngħataw biss biex jikkumpensaw għall-obbligi addizzjonali imposti mir-Reġjun. Għall-kuntrarju dawn kienu kontribuzzjoni, fost l-oħrajn, għall-kumpens imħallas lill-intrapriżi tat-trasport. |
(138) |
Dawn l-OSP ġew definiti b'mod ċar fil-ftehimiet operattivi konklużi bejn l-awtoritajiet lokali u l-intrapriżi tat-trasport, peress li l-modifikazzjonijiet mitluba bħala kundizzjoni għall-għoti tas-sussidji tar-Reġjun kienu biss kumplimentari. L-obbligu li jkun hemm investiment f'materjal fuq ir-roti ġie saħansitra rikonoxxut b'mod ċar mill-Kummissjoni, b'mod partikolari fil-linji gwida komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat lill-intrapriżi ferrovjarji (21), bħala OSP li jista' ikun is-suġġett ta' kumpens għall-eżekuzzjoni tiegħu. |
(139) |
Fir-rigward tat-tieni kriterju ta' Altmark, ir-rati tas-sussidji kienu stabbiliti b'mod ċar skont id-diversi objettivi ta' akkwist ta' vetturi (minn 25 sa 60 % skont jekk ikunx każ ta' estensjoni ta' flotta jew ta' investiment għal tiġdid) u l-limiti massimi tas-sussidji ġew stabbiliti minn qabel. Il-mekkaniżmu ta' parametraġġ kien rivedut fuq bażi regolari, b'kont meħud tal-ħtieġa li jaġġusta mill-ġdid minn qabel u b'mod trasparenti l-livell ta' sussidji sabiex jiġi evitat kull kumpens żejjed. |
(140) |
Fir-rigward tat-tielet u r-raba' kriterji ta' Altmark, l-iskema finanzjarja tal-ftehimiet operattivi kienet tipprevedi li intrapriża tat-trasport tikkomunika previżjoni tal-kont tal-operat għal kull sena, strettament regolata, li d-dħul inerenti għas-sussidji tar-Reġjun jiġi integrat fiha. Il-parteċipazzjoni tal-awtorità lokali kontraenti kienet stabbilita skont it-telf irrilevat fil-previżjoni tal-kont tal-operat. Ġew implimentati wkoll mekkaniżmi ta' rimborż sabiex jiġi evitat kumpens żejjed. |
5.5.1.2.
(141) |
Skont RATP Dev, il-mekkaniżmu implimentat mill-STIF ma jissodisfax il-kriterji tas-selettività u tal-vantaġġ ekonomiku. Għalhekk ma jistax jiġi kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat. |
(142) |
Fir-rigward tal-kriterju ta' selettività, għandu japplika l-istess raġunament bħal dak ippreżentat fil-premessi 134 u 135. |
(143) |
F'dak li jikkonċerna l-kriterju tal-vantaġġ ekonomiku, is-sussidji tas-STIF kienu simili għal kumpens ta' servizz pubbliku. Skont RATP Dev, dawn kienu jissodisfaw l-erba' kriterji ta' Altmark. |
(144) |
Fir-rigward tal-ewwel kriterju ta' Altmark, RATP Dev tirrileva li l-Kummissjoni ma kkontestatx, fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, li l-ispejjeż operattivi kienu kumpens għall-eżekuzzjoni ta' OSP definiti b'mod ċar. |
(145) |
Fir-rigward tat-tieni kriterju ta' Altmark, għal kull rotta kkonċernata l-intrapriżi kontraenti bagħtu l-fajls lill-STIF. Dawn il-fajls ivvalutaw il-bżonn ta' sussidju skont analiżi finanzjarja dettaljata. |
(146) |
Fl-aħħar nett, taħt il-kunsiderazzjonijiet li jirrigwardaw it-tielet u r-raba' kriterji, RATP Dev tispjega li l-analiżi legali tas-CT1 tindika b'mod ċar li l-prinċipji applikabbli għar-rimunerazzjoni kienu konformi mal-ġurisprudenza ta' Altmark, peress li dawn il-kuntratti jafu wkoll mekkaniżmi ta' kontroll li jistgħu jwasslu għar-rimborż tal-għajnuna. |
5.5.2. Kwalifika ta' skema ta' għajnuna eżistenti
(147) |
RATP Dev tqis il-mekkaniżmi tar-Reġjun u tal-STIF bħala skemi ta' għajnuna eżistenti skont it-tifsira tar-Regolament Proċedurali tal-1999, minħabba li dawn ġew stabbiliti, skont RATP Dev, qabel id-dħul fis-seħħ tat-TFUE, u li s-swieq tat-trasport regolari rilevanti kienu għadhom swieq magħluqa f'dak iż-żmien. |
(148) |
Il-mekkaniżmu tar-Reġjun huwa fil-fatt ibbażat fuq dispożizzjoni regolatorja li ma kinitx inbidlet bejn l-1949 u l-2012, filwaqt li l-mekkaniżmu tal-STIF hija estensjoni ta' skema stabbilita fl-1948. |
(149) |
Il-mekkaniżmi tar-Reġjun u tal-STIF ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat meta daħlu fis-seħħ, safejn huma ma ostakolawx il-kummerċ intra-Komunitarju. Dak iż-żmien, is-swieq ikkonċernati kienu magħluqa għall-kompetizzjoni, li jeskludi r-rispett tar-raba' kriterju dwar il-klassifikazzjoni ta' għajnuna mill-Istat. |
(150) |
Il-Kummissjoni Ewropea m'għandha l-ebda setgħa biex titlob l-irkupru tal-għajnuna mogħtija taħt dawn l-iskemi ta' għajnuna eżistenti. Hija tista' tordna biss miżuri korrettivi fil-futur. |
5.5.3. Kompatibbiltà
(151) |
Li kieku l-kompatibbiltà fil-każijiet ta' għajnuna mill-Istat kellha tiġi analizzata, jenħtieġ skont RATP Dev li din tiġi studjata fid-dawl tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 għas-sussidji mħallsa qabel it-3 ta' Diċembru 2009, li hija d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
(152) |
Il-kuntratti konklużi mill-intrapriżi ta' RATP Dev jistgħux jiġu meqjusa bħala kuntratti ta' servizz pubbliku skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. Għar-raġunijiet li diġà ġew spjegati fil-premessa 140, dawn il-kuntratti kienu jiżguraw li l-ebda kumpens żejjed ma kien jitħallas lill-intrapriżi ta' trasport. Peress li s-sussidji tar-Reġjun jagħmlu parti mill-kumpens imħallas fil-kuntest ta' dawn il-kuntratti, dawn huma konformi mar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u għalhekk huma kompatibbli mas-suq intern. L-istess raġunament japplika, skont RATP Dev, għall-kumpens imħallas minn STIF qabel it-3 ta' Diċembru 2009 fil-kuntest tas-CT1. |
(153) |
Għas-sussidji mħallsa wara t-3 ta' Diċembru 2009, RATP Dev tqis li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 huwa applikabbli. Dan ir-Regolament jistipula li l-kumpens mogħti fil-qafas tal-kuntratti ta' servizz pubbliku huwa kompatibbli mas-suq intern u eżenti min-notifika jekk (i) il-kuntratti jinkludu l-kontenut obbligatorju deskritt fl-Artikolu 4 tar-Regolament, u (ii) il-kumpens ma joħloq ebda kumpens żejjed. Peress li, skont RATP Dev, dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ġew sodisfatti, hija tikkonkludi li l-miżuri huma kompatibbli mas-suq intern. |
5.6. Transdev Île-de-France
(154) |
Transdev Île-de-France (“Transdev”) tifforma parti mill-grupp Transdev u teżerċita l-attivitajiet tagħha fis-settur tat-trasport tal-passiġġieri fir-reġjun tal-Île-de-France fejn hija topera netwerks ta' trasport bit-triq tal-passiġġieri barra miż-żona ċentrali moqdija minn RATP. |
(155) |
L-osservazzjonijiet tagħha jikkonċernaw biss il-miżuri implimentati mir-Reġjun, filwaqt li l-eżempji ta' kuntratti użati insostenn tal-argument tagħha jkopru wkoll parti mill-perjodu ta' CT1 u CT2. |
(156) |
Bħala introduzzjoni, Transdev tfakkar li regoli speċifiċi fl-Île-de-France jirregolaw l-attività ta' trasport regolari ta' passiġġieri bit-triq, peress li dan is-settur jidderoga mid-dritt komuni tat-trasport. |
(157) |
Matul il-perijodu inkwistjoni, l-awtorità inkarigata setgħet tagħżel l-operaturi tan-netwerk mingħajr ħruġ għall-offerti minn qabel b'iskrizzjoni amministrattiva għall-pjan ta' trasport, b'mod partikolari minħabba li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 kien għadu ma daħalx fis-seħħ. |
(158) |
Barra minn hekk, hija tippreċiża li l-awtorità inkarigata kienet twassal għal defiċit strutturali meta tistabbilixxi b'mod amministrattiv it-tariffi għall-utenti, irrispettivament mill-ispiża reali tal-prestazzjoni. Dan id-defiċit kien ġustament ikkumpensat finanzjarjament fl-ambitu ta' kuntratti ta' servizz pubbliku. |
(159) |
Fl-aħħar, is-suq tat-trasport pubbliku regolari bit-triq fl-Île-de-France mhuwiex miftuħ għall-kompetizzjoni. |
5.6.1. Preżenza ta' għajnuna
(160) |
Transdev qabdet lid-ditta Microeconomix sabiex tanalizza tliet ftehimiet u l-addenda tagħhom, kif ukoll il-flussi finanzjarji assoċjati magħhom. Hija tippreżenta r-riżultati prinċipali u tippreċiża li l-valutazzjoni esperta turi b'mod ċar in-newtralità tal-iskema ta' sussidji u n-nuqqas ta' kumpens żejjed. |
(161) |
Skont Transdev, il-mekkaniżmu tal-ipproċessar ta' sussidji reġjonali wassal sabiex dawn tal-aħħar ma kienu b'ebda mod simili għal għajnuna għall-investiment. Fil-fatt, is-sussidji reġjonali kienu b'xi mod rimborżati lill-grupp li jaġixxi bħala kuntrattur, fuq il-perijodu ta' ammortizzament tal-beni, minħabba l-impatt negattiv li dawn tal-aħħar kellhom fuq il-kumpens imħallas mill-grupp. |
(162) |
Għalhekk, il-miżura inkwistjoni kienet tirrappreżenta biss arranġament perfettament newtrali ta' kumpens ta' servizz pubbliku lill-operaturi tat-trasport detenturi ta' kuntratt ta' servizz pubbliku. |
(163) |
Minħabba din in-newtralità, il-kriterji għall-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat mhumiex sodisfatti. |
5.6.1.1.
(164) |
Transdev tqis li, peress li l-ammonti mħallsa mir-Reġjun kienu dovuti in fine lill-awtoritajiet lokali, il-fondi qatt ma ħallew l-isfera pubblika. |
5.6.1.2.
(165) |
Billi d-disponibbiltà tal-fondi ma kinitx soġġetta għal kundizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk disponibbli fis-suq bankarju, l-operaturi ma ħadu l-ebda vantaġġ. Il-vantaġġ ingħata mir-Reġjun lill-awtoritajiet, mingħajr l-ebda effett fuq il-kompetizzjoni. |
(166) |
Barra minn hekk, Transdev tiċħad li t-tagħmir ikkofinanzjat mir-Reġjun seta' jikkompeti ma' dak tal-intrapriżi mhux eliġibbli għas-sussidji. |
5.6.1.3.
(167) |
L-intrapriżi kollha attivi fis-suq tat-trasport kollettiv regolari bit-triq fl-Île-de-France kienu involuti bl-istess mod, u b'hekk il-miżura ma kinitx waħda selettiva f'dan ir-rigward. |
5.6.1.4.
(168) |
Fin-nuqqas ta' vantaġġ ekonomiku u ta' selettività, Transdev hija tal-fehma li ma teżisti l-ebda possibbiltà ta' żvantaġġ kompetittiv u għalhekk, wisq anqas ta' effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
5.6.2. Kompatibbiltà
(169) |
Fil-każ li l-Kummissjoni kellha tikkonkludi li teżisti għajnuna mill-Istat, Transdev hija tal-fehma li l-iskema inkwistjoni tkun kompatibbli mas-suq intern permezz tal-konformità tagħha mar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. |
5.7. L-Unjoni Internazzjonali tat-Trasport Pubbliku
(170) |
L-Unjoni Internazzjonali tat-Trasport Pubbliku (UITP) hija l-organizzazzjoni internazzjonali tat-trasport pubbliku li tkopri l-mezzi kollha tat-trasport pubbliku u tiġbor fiha 'l fuq minn 3 100 membru (operaturi, awtoritajiet u fornituri) fid-dinja. |
(171) |
L-UITP ma tidħol fil-kif tal-mekkaniżmi eżaminati fid-deċiżjoni tal-ftuħ. L-Unjoni taħtaf l-okkażjoni biex tfakkar ċerti prinċipji essenzjali fir-rigward tas-settur ikkonċernat. |
(172) |
L-ewwel nett, l-Istati Membri għandhom marġni ta' manuvra u ta' interpretazzjoni sostanzjali fir-rigward tad-definizzjoni tal-OSP, ikkundizzjonati b'mod partikolari mill-ħtiġijiet tal-utenti, f'konformità mal-prinċipju stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
(173) |
It-tieni, it-trasport pubbliku fl-Ewropa huwa kkaratterizzat mill-fatt li bħala medja, madwar 50 % tal-kostijiet tal-operat huma koperti mid-dħul mill-prezzijiet tal-biljetti (30 % f'Pariġi). Għalhekk huwa kruċjali li l-OSP ikunu kkumpensati b'mod korrett mill-awtoritajiet pubbliċi. |
(174) |
Fl-aħħar nett, kuntrarjament għal dak li qiegħed jiġi ssuġġerit fil-premessa 43 tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni, l-OSP mhumiex limitati biss għall-kostijiet tal-operat tas-servizzi tat-trasport: fil-mira tagħhom jista' jkun hemm it-titjib tal-kwalità tas-servizz, tal-infrastruttura u tal-materjal fuq ir-roti. Il-miżuri jistgħu jkunu kompatibbli mas-suq intern jekk dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-regolamenti applikabbli, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jew ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69. |
5.8. Osservazzjonijiet addizzjonali ta' RATP Dev, Transdev, l-OPTILE u Kéolis mibgħuta fil-21 ta' Ġunju 2016
(175) |
L-ewwel nett, l-erba' partijiet terzi interessati li xtaqu jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom ġibdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta' deċiżjoni meħuda minnha fil-qafas tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta' skema ta' għajnuna mill-Istat stabbilita mir-Repubblika Ċeka (id-“Deċiżjoni Autobus Porizeni”) (22). Il-fatti li fuqhom kienet ibbażata din id-deċiżjoni kienu, skont il-partijiet terzi, simili ħafna għal dawk tal-mekkaniżmu tar-Reġjun (inkluż fis-CT1). Għaldaqstant, il-Kummissjoni eżaminat is-sistema tas-sussidji għall-investiment tar-Repubblika Ċeka, filwaqt li kkunsidrat ir-riperkussjonijiet fuq il-kumpens għall-operat mogħti fil-qafas tas-sussidji għall-operat, u ddikjaratha kompatibbli abbażi tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. |
(176) |
Sussegwentement il-partijiet terzi interessati huma tal-fehma li s-sentenza Jorgen Andersen iddeċidiet il-kwistjoni dwar ir-regolament li jirrigwarda s-servizz pubbliku tat-trasport tal-passiġġieri applikabbli f'dan il-każ: dan huwa r-Regolament (KEE) Nru 1191/69 fil-verżjoni emendata tiegħu tal-1991, u mhux ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
(177) |
Prinċipalment, il-partijiet terzi interessati jirreferu għall-fatt li s-sussidji reġjonali mħallsa fl-ambitu tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Reġjun ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat. Dawn jaslu għal din il-konklużjoni għaliex fil-qafas ta' dan il-mekkaniżmu titqies rata tal-imgħax annwali applikata fuq is-sussidju għax-xiri tal-materjal fuq ir-roti. |
(178) |
Fir-rigward tal-kwistjoni tar-regolament applikabbli, il-partijiet terzi interessati jsostnu li s-sentenza Jorgen Andersen stabbiliet maż-żmien ir-regoli ta' applikazzjoni (KEE) Nru 1191/69 u (KE) Nru 1370/2007. Permezz ta' din is-sentenza, il-Qorti ddeċidiet li r-Regolament (KEE) Nru 1191/69 japplika għall-valutazzjoni:
|
(179) |
Il-Kummissjoni, f'konformità mas-sentenza Jorgen Andersen imposta fuqha f'dan il-każ, trid tivvaluta l-għajnuna mogħtija qabel it-3 ta' Diċembru 2009 skont ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69, u dan japplika wkoll għall-kumpens mogħti f'għamla ta' premjijiet fil-kuntest tal-iskema ta' kuntratt tas-servizz pubbliku. Barra minn hekk, il-modalitajiet tal-kalkolu tal-kumpens mogħti f'għamla ta' prezzijiet ġew stabbiliti mill-ġurisprudenza Danske Bus (23) li titlob li dan il-kumpens għandu jkun “direttament u esklużivament neċessarju għat-twettiq tas-servizz tat-trasport pubbliku minnu nnifsu” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (24). |
(180) |
Jekk, f'każ ta' eċċezzjoni, il-Kummissjoni tirrifjuta li tikkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 1191/69 bħala regolament ta' eżenzjoni trid, f'konformità mal-prassi tagħha ta' teħid tad-deċiżjonijiet, tikkonkludi dwar il-kompatibbiltà tas-sussidji reġjonali maħruġa mill-mekkaniżmu tar-Reġjun. |
(181) |
Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta li tapplika l-prinċipji stipulati fis-sentenza Jorgen Andersen meta tapplika r-Regolament (KE) Nru 1370/2007, trid tistabbilixxi li l-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni rigward il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-kumpens mogħti f'għamla ta' prezzijiet huma identiċi għal dawk tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. |
(182) |
Fl-aħħar nett, il-partijiet terzi interessati jissupplimentaw ukoll it-trattazzjonijiet tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-iskema ta' għajnuna fis-seħħ wara d-Deċiżjoni Dublin Bus/Irish Bus tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ottubru 2014 (25). Fil-fatt, permezz ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li sistema ta' sussidji għall-investimenti, stabbilita fl-1985 u simili ferm għall-mekkaniżmu stabbilit mir-Reġjun, tikkostitwixxi skema ta' għajnuna fis-seħħ. |
6. IL-VALUTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI TAL-MIŻURI INKWISTJONI
(183) |
L-analiżi tal-Kummissjoni tkopri t-tliet mekkaniżmi ta' appoġġ għall-investiment li jissemmew fid-deċiżjoni tal-ftuħ, jiġifieri: (i) il-mekkaniżmu ta' sussidji għall-investiment tar-Reġjun definit fid-deliberazzjonijiet suċċessivi CR 34–94, CR 44-98 u CR 47-01, (ii) il-mekkaniżmu sussegwenti bl-introduzzjoni tal-Addendum Nru 3 tas-CT 1, u fl-aħħar nett, (iii) il-kontribuzzjoni C2 tas-CT2. Fir-rigward tas-CT2, il-Kummissjoni tippreċiża li l-valutazzjoni tagħha hija limitata għall-kontribuzzjoni C2 f'rabta mal-problemi tal-investiment. Fil-fatt, fil-mira tad-deċiżjoni tal-ftuħ hemm biss il-miżuri li jistgħu jikkostitwixxu xi għamla ta' appoġġ għall-investiment, u b'hekk il-kontribuzzjoni C1 tas-CT2 hija eskluża. |
6.1. Skemi ta' għajnuna jew għajnuna individwali
(184) |
Aktar minn mitt intrapriża jew intrapriża pubblika bbenefikaw, matul is-snin, mis-sussidji mogħtija suċċessivament mir-Reġjun u mbagħad mill-STIF. Qabel ma ssir valutazzjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuniet u l-kompatibbiltà eventwali tagħhom mas-suq intern, jeħtieġ li jkun stabbilit jekk dawn is-sussidji ngħatawx b'mod individwali, f'liema każ, iridu jiġu sottoposti għal valutazzjoni individwali mill-Kummissjoni, jew fil-qafas tal-iskemi, f'liema każ il-Kummissjoni tista' tillimita ruħha għal studju tal-parametri ewlenin tal-iskemi kkonċernati. |
(185) |
Ir-Regolament (UE) 2015/1589 tal-Kunsill (26) (“ir-Regola ta' Proċedura”) jiddefinixxi skema ta' għajnuna bħala: “kull att li fuq il-bażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri ta' implimentazzjoni oħra, jistgħu jingħataw għajnuniet individwali lill-impriżi li jkunu definiti fl-att b'mod ġenerali u astratt u kull att li fuq il-bażi tiegħu għajnuna li ma tkunx konnessa ma' proġett speċifiku tista' tingħata lil waħda jew ħafna impriżi għal perjodu ta' żmien indefinit u/jew għal ammont indefinit”. Minn din id-definizzjoni jirriżulta li, il-Kummissjoni, biex tiddistingwi skema ta' għajnuna minn ġabra ta' għajnuniet individwali, tara li tivvaluta b'mod partikolari l-marġni ta' diskrezzjoni li l-awtorità li tkun qiegħda tagħti l-għajnuna jkollha, skont il-każ, għad-dispożizzjoni tagħha. |
(186) |
Fir-rigward il-mekkaniżmu stabbilit mir-Reġjun, il-Kummissjoni tinnota li d-deliberazzjoni tal-Kunsill Reġjonali tal-1994 tagħti definizzjoni b'mod ġenerali u astratt tal-intrapriżi eliġibbli għas-sussidji, li f'dan il-każ huma l-intrapriżi li kkonkludew kuntratt ma' awtorità pubblika tal-Île-de-France għall-operat tar-rotot regolari tat-trasport bix-xarabank. Min-naħa l-oħra, din l-istess deliberazzjoni tagħti definizzjoni ċara u preċiża tat-tip ta' oġġetti li jistgħu jkunu sussidjati, il-prezzijiet massimi ta' dawn l-oġġetti, kif ukoll ir-rata ta' sussidju għal kull tip ta' oġġett. Il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna wkoll kienu speċifikati, b'mod partikolari l-obbligu għall-grupp li jaġixxi bħala kuntrattur u għall-intrapriżi li jipproponu titjib kwantitattiv jew kwalitattiv tal-offerta ta' trasport. Għaldaqstant, l-eżerċizzju diskrezzjonali tar-Reġjun għall-għoti ta' sussidji kien strettament limitat mid-dispożizzjonijiet tad-deliberazzjoni tal-1994, imbagħad mid-deliberazzjonijiet li ssostitwewha fl-1998 u fl-2001. Minħabba f'hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawn id-deliberazzjonijiet jikkostitwixxu l-bażi legali ta' skema. |
(187) |
Fir-rigward tas-sussidji mogħtija fil-qafas tas-CT1, il-Kummissjoni tinnota li dawn kienu inklużi fil-mudell kuntrattwali stabbilit u approvat mill-STIF fl-2006. L-adattamenti individwali ta' dan il-kuntratt ma jistgħux jitbiegħdu mill-prinċipji u mill-parametri bażiċi inklużi fil-mudell, u dawn jitfakkru fil-preambolu ta' kull CT1: “dan il-kuntratt qiegħed japplika wkoll, b'konformità mal-linji gwida u mal-prinċipji stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet reġjonali adottati mill-Kunsill governattiv tal-STIF, fil-laqgħa tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2006 u huwa konformi mal-mudell tat-tip 1 li wkoll ġie adottat mill-Kunsill” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Din l-osservazzjoni tapplika b'mod partikolari għall-modifiki li ddaħħlu permezz tal-Addendum Nru 3, wara d-deliberazzjoni tal-Kunsill governattiv tal-STIF tat-2 ta' Ottubru 2008. Abbażi ta' din id-deliberazzjoni, l-intrapriżi kollha tat-trasport b'kuntratt tat-tip 1 mal-STIF kienu eliġibbli għas-sussidji għall-investiment skont l-Addendum Nru 3. Il-mudell tal-Addendum Nru 3 (b'mod partikolari l-Anness I tiegħu) jagħti definizzjoni ċara u preċiża tat-tip ta' oġġetti li jistgħu jkunu sussidjati, il-prezzijiet massimi ta' dawn l-oġġetti, kif ukoll ir-rata ta' sussidju għal kull tip ta' oġġett. Għaldaqstant, l-eżerċizzju diskrezzjonali tal-STIF għall-għoti ta' sussidji introdotti permezz tal-Addendum Nru 3 kien strettament limitat mill-mudell li rriżulta mid-deliberazzjoni tal-2008. Minħabba f'hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li din id-deliberazzjoni tikkostitwixxi l-bażi legali ta' skema. |
(188) |
Raġunament simili japplika għall-kontribuzzjoni C2 tas-CT2. Din hija kkalkulata skont l-arranġamenti li huma strettament limitati mill-mudell ta' CT2 approvat mill-Kunsill governattiv tal-STIF. Kull intrapriża b'CT2 hija eliġibbli għal kumpens C2 għall-infiq ta' investiment tagħha, mingħajr ma titħalla l-ebda setgħa ta' diskrezzjoni għall-STIF fil-kalkolu ta' dan il-kumpens. |
(189) |
Fid-dawl ta' dak li jissemma hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li mhijiex meħtieġa valutazzjoni individwali ta' kull sussidju biex tkun ivvalutata l-eżistenza ta' għajnuniet u l-kompatibbiltà eventwali tagħhom. Sussegwentement għad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tfassal ir-raġunament tagħha skont il-parametri ġenerali stipulati fil-bażi legali ta' kull waħda mit-tliet skemi inkwistjoni. |
6.2. Valutazzjoni tal-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat
(190) |
Skont l-Artikolu 107(1) TFUE, “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. |
(191) |
Skont din id-dispożizzjoni biex ikunu rikonoxxuti bħala għajnuna mill-Istat, il-miżuri inkwistjoni jridu (i) ikunu ġejjin mill-Istat, jiġifieri jinvolvu riżorsi tal-Istat u jkunu attribwibbli lill-Istat, (ii) jagħtu vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju tagħhom, (iii) ikunu selettivi, kuntrarjament għal miżura b'ambitu ġenerali u (iv) jheddu li joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni u li jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
6.2.1. Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà
6.2.1.1.
(192) |
Is-sussidji tar-Reġjun ingħataw abbażi tad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill Reġjonali u skont il-baġit tar-Reġjun tal-Île-de-France. |
(193) |
Minħabba f'hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri implimentati mir-Reġjun jimplikaw riżorsi tal-Istat u huma attribwibbli għall-Istat Franċiż |
6.2.1.2.
(194) |
Billi l-STIF hija stabbiliment pubbliku ta' natura amministrattiva, id-deċiżjonijiet tiegħu huma attribwibbli għal awtorità pubblika u r-riżorsi tiegħu huma pubbliċi. |
(195) |
Minħabba f'hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri implimentati mill-STIF jimplikaw riżorsi tal-Istat u huma attribwibbli għall-Istat Franċiż |
6.2.2. Vantaġġ ekonomiku
(196) |
Bħala punt preliminari, il-Kummissjoni tippreċiża li l-awtoritajiet pubbliċi li jibbenefikaw mill-miżuri implimentati mir-Reġjun u mill-STIF iridu jitqiesu bħala intrapriżi għaliex, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom, f'dan il-każ, dawn jeżerċitaw attività ekonomika, jiġifieri l-offerta ta' servizzi ta' trasport bit-triq. B'hekk, il-benefiċjarji kollha ta' dawn il-miżuri, jiġifieri l-intrapriżi privati jew l-awtoritajiet pubbliċi, huma involuti f'attività ekonomika u jridu jitqiesu bħala intrapriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
(197) |
Il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha tistaqsi dwar in-natura tal-miżuri ta' appoġġ għall-investiment implimentati l-ewwel mir-Reġjun u mbagħad mill-STIF u dwar il-kwistjoni li jkun stabbilit jekk dawn kinux sussidji għall-investiment jew kumpens għas-servizz pubbliku. |
(198) |
B'reazzjoni għal din il-kwistjoni, l-awtoritajiet Franċiżi u l-partijiet terzi interessatijqisu li l-miżuri implimentati mir-Reġjun u mill-STIF kienu kumpensi mogħtija lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-intrapriżi privati tat-trasport bix-xarabank bħala remunerazzjoni għat-twettiq ta'obbligi ta' servizz pubbliku u billi huma, barra minn hekk, konformi mal-kriterji tal-ġurisprudenza Altmark, dawn ma kinux taw vantaġġ ekonomiku lid-destinatarji tagħhom. |
(199) |
Fil-fatt, il-kumpens tal-kostijiet imġarrba biex ikun provdut servizz ta' interess ekonomiku ġenerali ma jikkostitwixxix vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE jekk ikunu ssodisfati erba' kundizzjonijiet kumulattivi (27). L-ewwel nett, l-impriża benefiċarja trid tkun effettivament inkarigata sabiex twettaq obbligi ta' servizz pubbliku, u tali obbligi jridu jkunu ddefiniti b'mod ċar. It-tieni nett, il-parametri li fuqhom huwa kkalkolat l-kumpens iridu jkunu stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti. It-tielet nett, il-kumpens ma jistax ikun aktar minn dak li hu neċessarju sabiex ikunu koperti l-ispejjeż kollha jew parti minnhom, li jirriżultaw mit-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll profitt raġonevoli. Ir-raba' nett, meta […] l-impriża li għandha twettaq l-obbligi ta' servizz pubbliku mhijiex magħżula permezz ta' proċedura ta' appalt pubbliku li tippermetti li jintgħażel il-kandidat kapaċi li jipprovdi tali servizzi bl-inqas spiża għall-komunità, il-livell tal-kumpens neċessarju għandu jkun stabbilit abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż, li impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija b'mezzi ta' trasport sabiex tkun tista' tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta' servizz pubbliku, kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġonevoli għat-twettiq ta' dawn l-obbligi. Il-Kummissjoni ċċarat l-interpretazzjoni tagħha ta' dawn il-kundizzjonijiet fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (28). |
(200) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tanalizza l-miżuri inkwistjoni mill-perspettiva tal-ġurisprudenza Altmark. |
6.2.2.1.
(201) |
L-applikazzjoni tal-ewwel kriterju ta' Altmark għandha l-għan li tistabbilixxi li l-iżborżi jikkostitwixxu kumpensi mogħtija bħala korrispettiv għat-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku definit b'mod ċar. |
(202) |
F'dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li dawk eliġibbli għas-sussidji tar-Reġjun kienu biss l-awtoritajiet pubbliċi u l-intrapriżi tat-trasport inkarigati mill-OSP. L-OSP kienu ġew definiti fil-ftehimiet ta' operat konklużi bejn kull operatur tat-trasport, u l-grupp jew il-gruppi tiegħu li jaġixxu bħala kuntratturi. Dawn il-ftehimiet ta' operat kienu jipprevedu kumpens għat-telf li jirriżulta mit-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku, nett minn dħul u sussidji eventwali. |
(203) |
Is-sussidji tar-Reġjun ġew miżjuda ma' dan il-mekkaniżmu kuntrattwali sabiex jistimulaw l-investiment u b'hekk jixprunaw titjib kwantitattiv jew kwalitattiv tal-offerta tat-trasport. L-ammont tas-sussidji kien stabbilit b'rata fissa bl-applikazzjoni ta' perċentwal determinat għal kategorija ta' spejjeż b'limitu massimu (pereżempju l-prezz ta' xarabank mingħajr taxxa). |
(204) |
Biex ikunu eliġibbli għas-sussidju, il-gruppi li jaġixxu bħala kuntratturi kellhom jimpenjaw ruħhom li jsaħħu l-kontenut tal-OSP, responsabbiltà li fi kwalunkwe każ tefgħuha fuq l-operaturi tat-trasport. Skont l-istess titolu tad-deliberazzjoni tal-1994, l-objettiv tal-iskema kien fil-fatt “it-titjib tas-servizzi ta' trasport pubbliku tat-triq”. Madankollu, dan ma jfissirx li s-sussidji tar-Reġjun ingħataw bħala kumpens għall-OSP. Bħala sussidju tipiku, dawn kellhom biss l-għan li jixprunaw l-investiment tal-intrapriżi u tal-awtoritajiet pubbliċi li joperaw is-servizzi tat-trasport. Min-naħa l-oħra, il-gruppi li jaġixxu bħala kuntratturi baqgħu responsabbli għall-għoti ta' kumpens lill-operatur tat-trasport għad-defiċit kollu kemm hu li jirriżulta mill-obbligi kollha li kienu għaldaqstant imposti fuqhom minnhom (inklużi dawk miżjuda biex ikunu eliġibbli għas-sussidji tar-Reġjun). |
(205) |
Dan id-defiċit żgur li kien ikun ferm akbar mingħajr is-sussidji tar-Reġjun, għaliex ġie kkalkulat billi mill-ispejjeż tnaqqsu d-dħul u s-sussidji eventwali. Iżda teżisti separazzjoni kunċettwali bejn, min-naħa, is-sistema tal-OSP u ta' kumpensi li kienu r-responsabbiltà tal-gruppi li jaġixxu bħala kuntratturi (u mhumiex is-suġġett ta' din il-proċedura) u, min-naħa l-oħra, skema ta' sussidji li, f'termini ġenerali, kienet intiża għall-investiment biex jitjiebu s-servizzi tat-trasport. |
(206) |
Għaldaqstant, minkejja r-relazzjoni ekonomika li kienet ġustament tgħaqqad is-sussidji tar-Reġjun u l-kalkolu tal-kumpens għas-servizz pubbliku, il-Kummissjoni tqis li s-sussidji tar-Reġjun ma ngħatawx bħala kumpens tal-obbligi ta' servizz pubbliku definiti b'mod ċar. Għaldaqstant, l-ewwel kriterju ta' Altmark mhuwiex issodisfat. Billi l-erba' kriterji ta' Altmark kienu kumulattivi, it-test mhuwiex issodisfat ladarba kriterju minnhom ma kienx issodisfat. Minħabba f'hekk, il-mekkaniżmu tar-Reġjun irid jiġi analizzat, b'mod aktar tipiku, bħala skema li tippermetti l-għoti ta' sussidji għall-investiment. |
(207) |
Għaldaqstant, meta r-Reġjun ħa r-responsabbiltà ta' parti mill-ispejjeż tal-investiment li s-soltu jieħduha l-intrapriżi tat-trasport, dan illibera xi marġni ta' manuvra finanzjarja għall-benefiċjarji ta' dawn is-sussidji, li setgħu jużaw ir-riżorsi proprji tagħhom għal skopijiet oħra. B'dan il-mod, il-benefiċjarji tas-sussidji rċevew vantaġġ ekonomiku. |
(208) |
Ċerti partijiet terzi interessati sostnew li dan il-vantaġġ kien annullat minħabba l-fatt li s-sussidji miżjuda għall-ispiża ta' finanzjament evitata mill-operatur kienu ammortizzati mill-kumpens għas-servizz pubbliku li ngħata mill-grupp li jaġixxi bħala kuntrattur. |
(209) |
Bħala tweġiba għal dan l-argument, il-Kummissjoni tikkonstata li d-deliberazzjonijiet suċċessivi li jistabbilixxu l-iskema inkwistjoni ma kinux jiddefinixxu l-parametri ewlenin ta' dan l-ammortizzament: id-durata, ir-rata tal-imgħax. Għaldaqstant, fil-bażi legali tal-iskema ma hemm xejn li jiggarantixxi b'ċertezza li s-sussidji kienu ammortizzati kif suppost, skont durata konformi mal-użu tal-materjal u billi titqies spiża ta' finanzjament evitata li kienet f'konformità mal-ispiża ta' finanzjament osservata fis-suq. Mill-analiżi tal-kunsiderazzjoni xierqa tas-sussidji fil-kumpens għas-servizz pubbliku mogħtija mill-gruppi li jaġixxu bħala kuntratturi jirriżulta bħala konsegwenza tal-analiżi, skont il-każ, tat-tali kumpensi, u mhux tal-analiżi tas-sussidji. Għaldaqstant, din il-proċedura tirrigwarda biss is-sussidji, u mhux il-kumpensi għas-servizz pubbliku minn sorsi oħra. |
(210) |
Fid-dawl ta' dak indikat hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonferma li s-sussidji tar-Reġjun, meta meqjusa b'mod iżolat, taw vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarji tagħhom. |
6.2.2.2.
(211) |
Is-CT1 kien kuntratt ta' servizz pubbliku li jinkariga speċifikament lill-operatur bl-OSP definiti b'mod ċar. L-Artikolu 4(2) tas-CT1 jipprevedi għalhekk li “l-operatur iħaddem servizz pubbliku tat-trasport tal-passiġġieri” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Għaldaqstant, l-intrapriża kienet soġġetta għall-obbligu ta' tħaddim u manutenzjoni tar-rotot li kienet ġiet fdata bl-operat tagħhom, u għall-obbligu ta' trasport ta' passiġġieri skont kundizzjonijiet tat-trasport u ta' prezzijiet stabbiliti mill-STIF. L-Artikolu 12(1) tas-CT1 jippreċiża b'mod inekwivoku: “l-ipprezzar hija kompetenza esklużiva u indelegabbli tal-STIF” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Bħala korrispettiv, l-operatur kien jirċievi kumpens għat-telf li jirriżulta mit-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku, nett minn dħul u sussidji eventwali |
(212) |
Is-sussidji li ddaħħlu permezz tal-Addendum Nru 3 tas-CT1 intrabtu ma' dawn il-kumpensi bl-istess mod bħalma ntrabtet is-sistema ta' sussidji tar-Reġjun mal-kumpensi previsti mill-ftehim ta' operat, matul il-perjodu preċedenti. Id-differenza prinċipali kienet tirrigwarda l-fatt li l-istess entità (l-STIF) kienet tħallas kemm (i) il-kumpens għas-servizz pubbliku nnifsu, li l-metodu ta' kalkolu tiegħu kellu l-għan li jkopri d-defiċit marbut mat-twettiq tal-OSP, kif ukoll (ii) is-sussidju għall-investiment, stabbilit skont ir-rata ta' prezz massimu/rata massima ta' sussidju. Barra minn hekk, bħal fil-każ tal-perjodu preċedenti, il-bażi legali li tippermetti l-għoti ta' sussidji, jiġifieri f'dan il-każ il-mudell tal-Addendum Nru 3 tas-CT1, ukoll ma kinitx tiddefinixxi l-parametri ewlenin tal-ammortizzament tas-sussidji fil-kumpens għas-servizz pubbliku mogħtija minn sorsi oħra. |
(213) |
Fir-rigward ta' dan ix-xebh, li saħansitra ġie enfasizzat mill-biċċa l-kbira tal-partijiet terzi interessati, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-istess raġunament għandu japplika biss għall-perjodu preċedenti. Is-sussidji mogħtija taħt l-Addendum Nru 3 tas-CT1 huma b'hekk min-natura tagħhom sussidji għall-investiment “tipiċi”, u dawn taw vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarji tagħhom. |
6.2.2.3.
(214) |
Is-CT2 huwa kuntratt tas-servizz pubbliku li jinkariga speċifikament lill-operatur tat-trasport bl-OSP definiti b'mod ċar, kemm fir-rigward tal-operat kif ukoll tal-investiment. |
(215) |
L-Artikolu 5(2) tas-CT2 jistabbilixxi għalhekk l-obbligi ġenerali li jaqgħu fuq l-operatur:
|
(216) |
L-Artikolu 41 tas-CT2 jiddefinixxi fost l-oħrajn l-obbligi tal-operatur fir-rigward tal-oġġetti, li jitfissru prinċipalment bħala l-obbligu li juża l-oġġetti kollha, l-obbligu li jagħmel xogħlijiet ta' manutenzjoni u ta' żamma tal-beni assenjati għat-twettiq tas-servizz pubbliku tat-trasport, kif ukoll l-obbligu li l-operatur jistabbilixxi pjan ta' investiment tal-flotta ta' vetturi għall-perjodu kollu tal-kuntratt li jippermetti li tkun iggarantita, b'mod partikolari għal raġunijiet ta' sigurtà, affidabilità, disponibbiltà tal-vetturi u ottimizzazzjoni tal-ispejjeż taż-żamma u tal-manutenzjoni, medja ta' żmien tal-flotta tal-vetturi li ma tkunx taqbeż is-seba' snin. |
(217) |
Bis-saħħa tas-CT2, l-STIF tbiegħdet mill-paradigma tal-perjodi preċedenti billi daħħlet kuntratt tas-servizz pubbliku li mill-bidu nett u b'mod integrat jittratta l-obbligi rilevanti għat-tħaddim u għall-investiment, l-aktar permezz ta' “kont finanzjarju tas-servizz” standardizzat. Il-kontribuzzjoni C2 hija espliċitament imfassla biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-obbligi marbuta mal-investiment. Minn dan, il-Kummissjoni tiddeduċi li l-kontribuzzjoni C2 tintuża bħala korrispettiv tal-OSP definiti b'mod ċar fir-rigward tal-investiment, u li l-ewwel kriterju ta' Altmark huwa għalhekk issodisfat. |
(218) |
Filwaqt li l-konformità tal-kontribuzzjoni C2 mal-ewwel kriterju ta' Altmark ġiet stabbilita, il-konformità tagħha mat-tieni, it-tielet u r-raba' kriterju ta' Altmark għad trid tiġi vvalutata. Billi l-kriterji huma kumulattivi, il-Kummissjoni se tillimita ruħha li turi r-raba' kriterju mhuwiex issodisfat biex tikkonkludi li din il-kontribuzzjoni twassal għal vantaġġ ekonomiku. |
(219) |
Ir-raba' kriterju ta' Altmark għandu l-għan li jivverifika li, meta l-impriża li għandha twettaq l-obbligi ta' servizz pubbliku mhijiex magħżula permezz ta' proċedura ta' appalt pubbliku li tippermetti li jintgħażel il-kandidat kapaċi li jipprovdi tali servizzi bl-inqas spiża għall-komunità, il-livell tal-kumpens neċessarju għandu jkun stabbilit abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż, li impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija b'mezzi ta' trasport sabiex tkun tista' tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta' servizz pubbliku, kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġonevoli għat-twettiq ta' dawn l-obbligi. |
(220) |
F'dan ir-rigward, wieħed irid jirrikonoxxi li l-STIF wettqet analiżi komparattiva tal-ispejjeż qabel il-konklużjoni tal-kuntratti mal-operaturi. Din l-analiżi komparattiva tibbaża fuq (i) data numerika speċifikata għal kull kuntratt, (ii) strumenti ġuridiċi li jiggarantixxu l-kompatibbiltà tal-ispejjeż u tat-tagħmir, (iii) għarfien komprensiv tas-suq tat-trasport tal-passiġġieri fl-Île-de-France u (iv) paragun kemm mad-data“operatorja” aċċettata b'mod komuni fis-settur kif ukoll ma' kuntratti li jingħataw wara akkwist pubbliku kompetittiv. Madankollu, din l-analiżi fil-fond tirrigwarda l-aktar il-varjabbli tal-operat, kif ukoll il-veloċità kummerċjali tax-xarabanks jew in-numru ta' sigħat ta' sewqan għal kull vettura. L-istudju ta' dawn il-varjabbli, ta' siwi kbir għan-negozjati tal-kostijiet tal-operat u għad-definizzjoni tal-kontribuzzjoni C1, ma jippermettix li jkun żgurat li l-ispejjeż tal-investiment, koperti mill-kontribuzzjoni C2, ikunu jikkorrispondu għal dawk ta' intrapriża medja mmexxija kif suppost. Apparti dan, ma hemm xejn li jindika li l-kampjun magħżul mill-STIF huwa rappreżentattiv ta' intrapriżi mmexxija kif suppost. Għalhekk, filwaqt li ma hemmx dubju li l-analiżi mwettqa mill-STIF tikkostitwixxi progress indiskutibbli lejn ġestjoni bil-qies tal-kumpensi mogħtija lill-operaturi tas-servizzi pubbliċi, din l-analiżi mhijiex biżżejjed biex tissodisfa r-raba' kriterju ta' Altmark fir-rigward tal-kontribuzzjoni C2. |
(221) |
Ġaladarba r-raba' kriterju ta' Altmark mhuwiex issodisfat, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kontribuzzjoni C2 mogħtija fil-qafas tas-CT2 tagħti vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarji tagħha. |
6.2.3. Selettività
(222) |
Skont ġurisprudenza stabbilita (29), miżura hija ġudikata bħala selettiva jekk is-setturi ekonomiċi kollha li tirreferi għalihom ma jkunux jistgħu jieħdu vantaġġ minnha. Kemm jekk ikunu miżuri implimentati mir-Reġjun kif ukoll jekk mill-STIF, dawn jikkonċernaw biss l-intrapriżi pubbliċi tal-awtoritajiet pubbliċi u l-intrapriżi privati li magħhom dawn l-awtoritajiet jew l-STIF ikkonkludew ftehim ta' operat ta' rotta jew ta' netwerk tat-trasport fl-Île-de-France. Għaldaqstant, mill-miżuri inkwistjoni huwa kkonċernat biss is-settur tat-trasport kollettiv regolari bit-triq fl-Île-de-France. |
(223) |
Apparti minn hekk, il-Kummissjoni tirrimarka li fil-mument tas-selezzjoni tal-intrapriżi għat-twettiq tal-OSP, issir selezzjoni fost l-intrapriżi ta' dan is-settur qabel ma jingħataw is-sussidji. |
(224) |
Ladarba ġiet osservata selettività kemm fil-livell ta' settur kif ukoll fi ħdanu, ma hemmx għalfejn tintwera wkoll in-natura ġeografika ta' din is-selettività, kuntrarjament għal dak li jidher li qed tissuġġerixxi l-RATP Dev meta tirreferi għall-ġurisprudenza Azores (30). B'hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri implimentati mir-Reġjun, u mill-STIF fil-qafas ta' CT1 u CT2, huma selettivi. |
6.2.4. L-effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri
(225) |
Huwa meħtieġ li jiġi vverifikat li l-miżuri huma suxxettibbli li jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni sa fejn dawn jistgħu jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(226) |
Fir-rigward tal-mekkaniżmu tar-Reġjun, il-Kummissjoni tikkonstata, f'konformità mat-Tribunal amministrattiv ta' Pariġi (31), li “l-intrapriżi involuti fis-settur tat-trasport regolari tal-passiġġieri huma involuti wkoll fis-settur tat-trasport okkażjonali tal-passiġġieri […] għaldaqstant, l-intrapriżi tat-trasport regolari tal-passiġġieri li rċevew is-sussidji msemmija aktar 'il fuq jistgħu jsibu ruħhom f'kompetizzjoni mal-intrapriżi tat-trasport okkażjonali tal-passiġġieri li ma setgħux jibbenefikaw minn dawn is-sussidji allokati, skont dak li ntqal, għall-intrapriżi involuti fir-rotot regolari” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. B'hekk, matul l-ewwel ħames snin, dan it-tagħmir seta' jintuża, barra l-ħinijiet normali ta' użu, għal skopijiet oħra, inkluż fis-suq tat-trasport okkażjonali. Wara l-ħames sena, ma kienx hemm aktar l-obbligu, impost mir-Reġjun, fuq l-użu tal-oġġetti sussidjati. Barra minn hekk, l-ebda dispożizzjoni jew klawżola ma kienet timpedixxi lill-intrapriżi sussidjati li joperaw ir-rotot regolari tat-trasport kollettiv bit-triq fl-Île-de-France, milli japplikaw għall-għoti ta' kuntratti ta' swieq oħra tat-trasport regolari jew okkażjonali tal-passiġġieri miftuħa għall-kompetizzjoni fi Franza jew fl-Ewropa. Il-Qorti nazzjonali, li kienet iddeċidiet fir-rigward tat-tilwima amministrattiva deskritta fil-premessi minn 27 sa 32, kienet għamlet l-istess konstatazzjoni li l-intrapriżi sussidjati kienu “suxxettibbli li jibbenefikaw, minħabba li ffrankaw il-flus meta akkwistaw vetturi u tagħmir sussidjati, minn vantaġġ kompetittiv meta mqabbla mal-intrapriżi li ma rċevewx għajnuna” [traduzzjoni mhux uffiċjali] u li minħabba f'hekk, il-mekkaniżmu inkwistjoni kien “x'aktarx jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri u jikkawża jew ta' theddida li jikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni” (32) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-Kummissjoni taqbel ma' din il-konklużjoni u tikkonferma li, wara li nħoloq il-mekkaniżmu reġjonali u wisq aktar matul il-perjodu eżaminat kollu kemm hu, is-sussidji għall-investiment tar-Reġjun kienu suxxettibbli li jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni u li jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(227) |
Matul il-perjodu segwenti, l-oġġetti li qabel kienu ssussidjati mill-STIF taħt l-Addendum Nru 3 tas-CT1 kellhom jintużaw esklużivament biex jitwettqu l-attivitajiet ta' servizz pubbliku stipulati fil-pjan tat-trasport tal-STIF, għal perjodu minimu ta' tmien snin (33). Madanakollu, il-Kummissjoni tinnota li r-raġunament żviluppat fil-premessa 226 jibqa' validu wara t-tmien sena ta' servizz. |
(228) |
Barra minn hekk, anke jekk wieħed jassumi li x-xarabanks u l-kowċis sussidjati mill-STIF servew biss għat-twettiq ta' missjonijiet ta' servizz pubbliku fis-suq tat-trasport kollettiv regolari bit-triq fl-Île-de-France, dan mhuwiex biżżejjed biex tkun eskluża kull possibbiltà li seta' kien hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni u li l-kummerċ bejn l-Istati Membri seta' ntlaqat mill-miżuri inkwistjoni. Fil-fatt, li awtorità pubblika tkun inkarigata minn kostijiet li s-soltu jkunu responsabbiltà ta' intrapriża, jagħti vantaġġ lill-intrapriża fil-konfront tal-kompetituri diretti tagħha fid-diversi swieq li fihom l-intrapriża tkun suxxettibbli li topera, u għaldaqstant dan jikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni. Bħalma ġie osservat fis-sentenza Altmark, wara s-sena 1995, bosta Stati Membri bdew jiftħu ċerti swieq tat-trasport għall-kompetizzjoni minn intrapriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra. Fil-każ ta' Franza, dan il-ftuħ jippreċedi s-sena 1995, u jmur lura għas-sena 1993 (34). Kull sussidju pubbliku mogħti minn Franza lil-intrapriżi tat-trasport bit-triq wara s-sena 1993 kien għaldaqstant suxxettibbli li jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(229) |
Fid-dawl ta' dak li jissemma hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-mekkaniżmu ta' sussidji introdott mill-Addendum Nru 3 tas-CT1 kien suxxettibbli li jikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni u li jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(230) |
L-argument li ssir referenza għalih fil-premessa 228 japplika wkoll għall-perjodu tas-CT2, b'tali mod li l-għajnuna mogħtija permezz tal-kontribuzzjoni C2 tas-CT2 hija wkoll suxxettibbli li tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni u li tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
6.2.5. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat
(231) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sussidji għall-investiment u l-kumpensi għas-servizz pubbliku li ngħataw suċċessivament mir-Reġjun, l-ewwel skont l-Addendum Nru 3 tas-CT1, u mbagħad permezz tal-kontribuzzjoni C2 tas-CT2, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
6.2.6. Legalità tal-għajnuna
(232) |
Bħala punt preliminari, il-Kummissjoni tixtieq twieġeb għall-argumenti ppreżentati mir-Reġjun u xi partijiet terzi oħra fir-rigward tal-ikklassifikar eventwali, bħala skema ta' għajnuna eżistenti, tal-mekkaniżmu kkontestat tar-Reġjun. Il-Kummissjoni tippreċiża li l-kwistjoni tal-għajnuna eżistenti tirrigwarda biss l-iskema tar-Reġjun, billi d-data tal-ħolqien ta' din l-iskema mhijiex daqshekk ċara daqs dik tal-iskemi li ġew warajha implimentati mill-STIF. Fir-rigward ta' dawn tal-aħħar, jidher b'mod partikolari biċ-ċar li l-iskema ta' sussidji introdotta mill-Addendum Nru 3 tas-CT1 ġiet stabbilita fl-2008 u ma tistax titqies bħala sempliċi kontinwazzjoni tal-iskema tar-Reġjun, minkejja x-xebh fl-ispirtu ta' dawn iż-żewġ skemi, wisq anqas għaliex, f'dawn iż-żewġ skemi, l-awtorità li tagħti s-sussidji mhijiex l-istess waħda. |
(233) |
Fir-rigward tal-iskema tar-Reġjun, prinċipalment, il-partijiet fil-proċediment li enfasizzaw in-natura allegata tagħha ta' skema ta' għajnuna eżistenti, saħqu li l-bażi legali li stabbiliet il-mekkaniżmu ta' sussidji tar-Reġjun kienet id-Digriet Nru 49–1473 tal-14 ta' Novembru 1949 dwar il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tat-trasport bil-ferrovija u bit-triq. Dan id-Digriet, li tħassar f'Settembru 2012, kien fil-fatt jipprevedi li “kollettività territorjali tista' tissussidja servizz stradali billi flimkien ma' intrapriża tistabbilixxi kuntratt li jistipula l-obbligi imposti fuqha apparti dawk li jirriżultaw mir-regoli tal-operat tagħha” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19). F'din l-ipoteżi, għandu jkun ikkonstatat li l-bażi legali tal-iskema kienet tippreċedi t-Trattat ta' Ruma, u dan jirrikjedi li l-mekkaniżmu stabbilit mir-Reġjun ikun ikkunsidrat bħala skema ta' għajnuna eżistenti. |
(234) |
Sussidjarjament, dawn l-istess partijiet argumentaw li, fil-każ li l-Kummissjoni kellha tikkunsidra li mhuwiex biżżejjed li l-mekkaniżmu stabbilit mir-Reġjun jinsab stipulat fil-qafas ġenerali previst mid-Digriet tal-1949 biex ikun ikkwalifikat bħala skema ta' għajnuna eżistenti, allura jkollha titqies id-data li fiha dan il-mekkaniżmu ġie stabbilit formalment mill-Kunsill reġjonali. Id-data ta' rilevanza tkun id-data tal-pubblikazzjoni tad-deliberazzjoni CR 84–07 tal-14 ta' Frar 1984 li, dejjem skont il-partijiet fil-proċedura, stabbiliet għall-ewwel darba l-mekkaniżmu kif opera mbagħad sal-2008. F'dan it-tieni xenarju, jenħtieġ li jkun ikkonstatat li l-kriterju tal-effett fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri ma kienx issodisfat fid-data tat-twaqqif tal-iskema, għaliex is-suq Franċiż tat-trasport kollettiv regolari bit-triq ma kienx miftuħ għall-kompetizzjoni. Minħabba f'hekk, l-iskema ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna meta nħolqot. |
(235) |
Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dawn iż-żewġ argumenti. |
(236) |
Fir-rigward tal-argument prinċipali, il-Kummissjoni tirrimarka li d-Digriet tal-1949 ma ddefinixxa bir-reqqa l-ebda wieħed mill-parametri ewlenin tal-iskema: id-durata, il-baġit, id-definizzjoni ta' benefiċjarji, in-natura tal-oġġetti eliġibbli għas-sussidju, ir-rata tas-sussidju. Dan it-test biss ma kien joħloq l-ebda dritt għall-issussidjar. Għaldaqstant, id-Digriet tal-1949 ma jistax jitqies bħala l-bażi legali tal-mekkaniżmu tal-għajnuna stabbilit mir-Reġjun, kif jirriżulta mid-deskrizzjoni li tinsab f'din id-Deċiżjoni. |
(237) |
Fir-rigward tal-argument sussidjarju, jidher li r-raġunament tal-partijiet interessati huwa żbaljat. Fil-fatt, anke jekk id-deliberazzjoni tal-1984 kellha titqies bħala l-bażi legali li stabbiliet il-mekkaniżmu tar-Reġjun, il-Kummissjoni tfakkar li l-kriterju tal-effett fuq il-kompetizzjoni u fuq l-kummerċ bejn l-Istati Membri diġà kien ġie ssodisfat f'dik id-data, skont ir-raġunament spjegat fil-premessa 226. Għaldaqstant ma hemmx lok għall-kunsiderazzjoni li l-iskema tar-Reġjun ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna meta nħolqot, u dan, tkun xi tkun id-data li titqies għall-ħolqien tal-iskema bejn l-1979 u l-2008. |
(238) |
Jekk wieħed kellu jqis li l-ħolqien tal-iskema tar-Reġjun imur lura għal waħda mid-deliberazzjonijiet ta' qabel l-1994, il-kwistjoni tista' min-naħa l-oħra tkun tirrigwarda l-preskrizzjoni tal-miżuri kkontestati billi l-bażi legali tagħhom tispiċċa tkun waħda li tippreċedi b'aktar minn 10 snin l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni li bdiet tiddekorri f'Mejju 2004. |
(239) |
Ir-rispons tal-Kummissjoni għal din il-kwistjoni hija li anki fl-ipoteżi li l-iskema kienet ġiet stabbilita qabel l-1994 (pereżempju permezz tad-deliberazzjoni tal-1984), ir-regoli ta' preskrizzjoni applikabbli fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat ma jikkonfutawx il-konklużjoni li skontha l-għajnuna mogħtija mir-Reġjun wara l-1994 tikkostitwixxi għajnuna ġdida. Fil-fatt, il-preskrizzjoni tirrigwarda biss l-iżborżi li saru qabel id-data tal-preskrizzjoni, u mhux l-iskema kollha kemm hi. Għaldaqstant, il-preskrizzjoni ġiet interrotta mill-appell ippreżentat f'Mejju 2004 quddiem il-Qorti nazzjonali. Din l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni quddiem il-Qorti nazzjonali tapplika wkoll għall-Kummissjoni, billi s-setgħa aħħarija tal-Qorti nazzjonali kienet li tħares il-prerogattivi mogħtija lill-Kummissjoni permezz tal-Artikolu 108(3) TFUE. L-għajnuna kollha mogħtija lir-Reġjun wara Mejju 1994, anki jekk il-bażi legali li tawtorizza l-għoti ta' din l-għajnuna kellha tiġi ġġudikata preċedentement għal din id-data, trid għalhekk titqies bħala għajnuna ġdida skont din il-proċedura. |
(240) |
Filwaqt li l-kwistjoni tal-għajnuna eżistenti u ta' preskrizzjoni eventwali tal-miżuri kkontestati ġiet iċċarata, tfeġġ il-kwistjoni tal-legalità tal-għajnuna inkwistjoni. |
(241) |
Is-sussidji għall-investiment mogħtija l-ewwel mir-Reġjun, imbagħad mill-STIF skont l-Addendum Nru 3 tas-CT1, ma ġewx innotifikati lill-Kummissjoni. Għaldaqstant, dawn jikkostitwixxu għajnuna illegali. |
(242) |
Fir-rigward tal-kontribuzzjoni C2 tas-CT2, fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 hemm stipulat li l-kumpens mogħti f'konformità mal-prinċipji tiegħu għandu jkun eżenti mill-ħtieġa ta' notifika mniżżla fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Fil-ġurisprudenza Dilly's Wellnesshotel (35), il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li l-kundizzjonijiet kollha ta' regolament ta' eżenzjoni, inklużi dawk ta' natura formali, kellhom ikunu ssodisfati sabiex l-eżenzjoni mill-ħtieġa ta' notifika tkun tapplika. F'dan il-każ, fit-Taqsima 6.3.2 ta' din id-Deċiżjoni se jintwera kif il-kontribuzzjoni C2 tas-CT2 tissodisfa l-kriterji sostanzjali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tikkonstata li l-obbligi ta' pubblikazzjoni stipulati fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ma ġewx rispettati mill-STIF. L-awtoritajiet Franċiżi fil-fatt irrikonoxxew li, f'dak li jirrigwarda l-intrapriżi tal-OPTILE, l-avviżi ta' għoti ta' kuntratti ma ġewx ippubblikati minkejja l-obbligu stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. F'dak li jirrigwarda l-kuntratti konklużi mal-RATP u ma' SNCF Mobilités, il-Kummissjoni tosserva li l-avviżi ta' għoti ta' kuntratti ġew ippubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tal-avviżi tal-akkwist pubbliku u f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara li ngħataw il-kuntratti u mhux, kif meħtieġ, minn tal-anqas sena qabel id-data tal-għoti dirett ta' kuntratti. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ma ġewx irrispettati u l-għajnuna mogħtija mil-STIF fil-qafas tas-CT2 mhijiex koperta mill-eżenzjoni ta' ħtieġa ta' notifika prevista fl-Artikolu 9 tar-Regolament. Billi l-għajnuna ma ġietx innotifikata, il-Kummissjoni tikkonkludi li din tikkostitwixxi għajnuna illegali. |
(243) |
Il-Kummissjoni tfakkar li sta għall-awtoritajiet nazzjonali li jisiltu l-konklużjonijiet kollha li jirriżultaw mill-illegalità tal-għajnuna, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-irkupru tal-interessi tal-imgħax tal-illegalità, kif definiti fis-sentenza CELF (36). |
6.3. Il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri mar-regoli applikabbli għall-għajnuna mill-Istat
6.3.1. Is-sussidji għall-investiment mogħtija l-ewwel mir-Reġjun, imbagħad mill-STIF skont l-Addendum Nru 3 tas-CT1
(244) |
Filwaqt li jitqies ix-xebh kbir bejn is-sussidji mogħtija mill-STIF skont l-Addendum Nru 3 tas-CT1, u dawk mogħtija fil-perjodu preċedenti mir-Reġjun, japplika l-istess raġunament għaż-żewġ mekkaniżmi fir-rigward tal-kompatibbiltà mas-suq intern. |
(245) |
Dawn is-sussidji għall-investiment la jwieġbu għall-ħtiġijiet ta' koordinazzjoni tat-trasport u lanqas għar-rimborż ta' ċerti obbligi inerenti għall-kunċett ta' servizz pubbliku, bħalma ġie konkluż fil-premessi 206 u 213. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża fuq l-Artikolu 93 TFUE (jew fuq il-leġiżlazzjoni sekondarja li tirriżulta minnu) biex tivvaluta l-kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern. |
(246) |
Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 107(3) TFUE, għajnuna tista' tkun ikkunsidrata kompatibbli mas-suq intern jekk tkun maħsuba li tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni. Dan jista' jkun b'mod partikolari l-każ fir-rigward tal-għajnuniet għall-investiment li jtejbu l-mod ta' kif tiġi eżerċitata l-attività ekonomika inkwistjoni. L-awtoritajiet Franċiżi jinvokaw l-applikabbiltà ta' din id-dispożizzjoni fil-konfront tal-mekkaniżmu ta' għajnuna għall-investiment stabbilit mir-Reġjun tal-Île-de-France. |
(247) |
L-implimentazzjoni ta' mekkaniżmu ta' għajnuna għall-investiment għat-tagħmir li jippermetti titjib kwantitattiv jew kwalitattiv tal-offerta tat-trasport kollettiv regolari bit-triq, li jmur lil hinn mil-livell ta' obbligi li bihom il-benefiċjarji kienu marbuta li jipprovdu s-servizzi tagħhom qabel l-għoti tas-sussidji, kienet maħsuba biex itejjeb l-attrattività tal-offerta meta mqabbla ma' alternattivi oħra ta' vjaġġar b'vettura individwali. F'dan ir-rigward u filwaqt li jitqies il-kuntest partikolari tal-Île-de-France msemmi fil-premessi 16 u 17, il-mekkaniżmi inkwistjoni kienu jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettiv ta' interess komuni, bħalma huwa definit fil-White Paper dwar iż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport tal-2011 (37), li tikkostitwixxi ċ-ċaqliqa modali mill-vettura individwali lejn il-mezzi ta' trasport kollettiv. Fin-nuqqas tas-sussidji, it-trasportaturi ma setgħux jimplimentaw dan it-titjib. Ir-rotot benefiċjarji kienu fil-fatt qegħdin jagħmlu telf u l-bilanċ ekonomiku tagħhom kien jiddependi diġà fuq il-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti minn sorsi oħra. Il-mekkaniżmi inkwistjoni kellhom għalhekk effett ta' inċentiv. |
(248) |
Il-Kummissjoni tikkonstata li l-bażi u r-rata tas-sussidji kienu limitati, b'tali mod li parti biss mill-kostijiet tal-investiment kienu jitħallsu direttament l-ewwel mir-Reġjun imbagħad mill-STIF. Ir-rati ta' sussidji massimi kienu jilħqu l-50 % għal xarabanks standard u 60 % għal xarabanks ekoloġiċi, jiġifieri intensità moderata ta' għajnuna. Għandu jingħad ukoll li l-materjal sussidjat, fil-biċċa l-kbira xarabanks, ma setax jintuża għal skopijiet sekondarji ta' użi jew rotot oħra għajr għal dawk li għalihom ingħata s-sussidju l-ewwel u qabel kollox. Minn naħa, l-użu għal skopijiet oħra għajr is-servizz pubbliku tal-passiġġieri kien irregolat, u saħansitra projbit: fil-qafas tas-CT1, u fl-addenda reġjonali sa mill-1999, kull użu mill-ġdid għal skopijiet oħra kien projbit matul il-perjodu tal-ammortizzament tas-sussidju; qabel l-1999, din il-prassi kienet irregolata matul l-ewwel ħames snin. Min-naħa l-oħra, il-vetturi maħsuba għat-trasport urban tal-passiġġieri l-aktar bilwieqfa mhumiex adattati għat-trasport okkażjonali li jirrikjedi l-użu ta' kowċis tat-turisti kkonfigurati għat-trasport tal-passiġġieri bilqiegħda bl-użu taċ-ċinturin tas-sigurtà. Fl-aħħar nett, fil-każ li l-possibbiltà ta' effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri ma setgħetx tkun eskluża għar-raġunijiet spjegati fil-premessi 226 u 228, dan l-effett x'aktarx kien limitat meta titqies id-dimensjoni lokali tas-swieq inkwistjoni, u d-diffikultà jekk mhux l-impossibbiltà kuntrattwali jew materjali li t-tagħmir sussidjat jintuża mill-ġdid għal skopijiet oħra f'żoni ġeografiċi oħra (fi Franza jew fl-Ewropa). |
(249) |
Fid-dawl ta' dak li jissemma hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet tal-kummerċ ma ntlaqtux b'mod li jmur kontra l-interess komuni, u li ż-żewġ mekkaniżmi inkwistjoni huma kompatibbli mas-suq intern b'konformità mal-Artikolu 107(3) TFUE. |
6.3.2. Kontribuzzjoni C2 tas-CT2
(250) |
Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet fil-premessa 217 li, kuntrarjament għas-sussidji mogħtija mir-Reġjun sal-2008 jew mill-STIF skont l-Addendum Nru 3 tas-CT1, il-kontribuzzjoni C2 tas-CT2 kellha titqies bħala kumpens għas-servizz pubbliku. |
(251) |
L-analiżi tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna mogħtija bħala tpattija għal ċerti obbligi inerenti għall-kunċett ta' servizz pubbliku titwettaq fid-dawl tal-Artikolu 93 TFUE. Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 93 TFUE, il-Kummissjoni tieħu spunt mill-prinċipji ewlenin ddefiniti fil-leġislazzjoni sekondarja tal-Artikolu 93 TFUE, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fis-seħħ mit-3 ta' Diċembru 2009. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tivverifika li qegħdin jitħarsu l-prinċipji stipulati fl-Artikoli 3, 4 u 6 tar-Regolament. |
(252) |
Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 hemm stipulat li: “Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti lill-operatur magħżul minnha dritt esklussiv u/jew kumpens, ta' kwalunkwe tip, bi tpattija għat-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku, għandha tagħmel dan fi ħdan il-qafas ta' kuntratt għal servizz pubbliku.” |
(253) |
L-STIF hija, skont id-Digriet Nru 2005-664 tal-10 ta' Ġunju 2005, l-entità organizzatriċi tat-trasport regolari tal-passiġġieri fl-Île-de-France, li jagħmilha l-awtorità kompetenti għall-għoti ta' kumpensi ta' servizz pubbliku. Dawn il-kumpensi, sew jekk kostitwiti mis-C1 u sew jekk mis-C2, jingħataw fil-qafas tas-CT2, li huwa kuntratt ta' servizz pubbliku. Hija għalhekk osservata konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
(254) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jelenka l-kontenut obbligatorju tal-kuntratti ta' servizz pubbliku.
|
(255) |
Fir-rigward tas-CT2, il-Kummissjoni tikkonstata dan li ġej:
|
(256) |
Fl-aħħar nett, l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u l-Anness tiegħu jiddeskrivu l-prinċipji ewlenin li jirregolaw l-iddeterminar tal-kumpens għas-servizz pubbliku:
|
(257) |
Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tillimita ruħha, f'dan il-punt, għall-kontribuzzjoni C2 tas-CT2, filwaqt li l-kontribuzzjoni C1 ma tidħolx fil-limiti tal-valutazzjoni definita permezz tad-deċiżjoni ta' ftuħ. Madanakollu, huwa neċessarju li tiġi spjegata r-relazzjoni li tgħaqqad is-C1 mas-C2 sabiex tkun tista' tittieħed deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni C2. |
(258) |
Il-kontribuzzjoni C1 hija maħsuba biex tagħmel tajjeb għad-defiċit fl-operat, ikkalkulat bħala s-somma tal-kostijiet tal-operat (għajr l-elementi relatati mal-investiment, bħall-kwoti għall-ammortizzamenti), miżjuda b'marġni kuntrattwali nnegozjata, u minnha jitnaqqsu d-dħul u s-sussidji kollha tal-operat. Kuntrarjament għal dan, il-kontribuzzjoni C2 tinħadem bħala s-somma tal-kwoti għall-ammortizzamenti u għalhekk ma tipprevedix għajr il-kopertura tal-kostijiet li jirriżultaw mill-obbligi ta' investiment definiti fil-kuntratt. Il-metodu tal-kalkolu ta' dawn iż-żewġ kontribuzzjonijiet jintwera biċ-ċar fis-CT2 u l-annessi tiegħu, f'konformità mal-punt (a) tal-premessa 256. |
(259) |
Skont l-informazzjoni mgħoddija mill-STIF, ir-rotot li kienu soġġetti għal CT2 għandhom kollha kemm huma defiċit fl-operat (anki qabel ma jitqiesu l-kostijiet relatati mal-investiment), b'tali mod li l-kontribuzzjoni C1 tibqa' dejjem pożittiva (38). Billi d-dħul u s-sussidji relatati mal-operat lanqas kienu biżżejjed biex ikopru mqar parti mill-kostijiet tal-investimenti annwalizzati, il-kontribuzzjoni C2 hija fil-verità ugwali għas-somma tal-kwoti għall-ammortizzamenti (biż-żieda tal-kostijiet tal-finanzjament) stabbiliti fil-kont finanzjarju standardizzat. |
(260) |
Minn din id-distinzjoni jirriżulta li d-definizzjoni ta' “qligħ raġonevoli”, skont it-termini tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 taqa' kompletament taħt il-kontribuzzjoni C1 u mhux taħt il-kontribuzzjoni C2. Għalhekk, il-punt (c) tal-premessa 256 ma tistax tapplika għall-kontribuzzjoni C2 ikkunsidrata għaliha waħedha. Min-naħa l-oħra, jista' jiġi stabbilit li l-kontribuzzjoni C2 ma tista' bl-ebda mod tikkumpensa żżejjed lill-operatur tat-trasport, għaliex din tkopri biss l-ispejjeż tal-investiment li jkunu osservati effettivament u adattati f'għamla ta' kwoti għall-ammortizzamenti fil-kont finanzjarju ta' kull rotta. |
(261) |
Fir-rigward tal-punt (b) tal-premessa 256, il-Kummissjoni tosserva li l-eżistenza ta' dan il-kont finanzjarju tas-servizz, li huwa speċifiku għal kull rotta soġġetta għal kuntratt ta' servizz pubbliku, tippermetti, minn naħa, li tkun żgurata s-separazzjoni tal-kontijiet minn attivitajiet eventwali oħra tal-operaturi u, min-naħa l-oħra, li jkunu elenkati l-kostijiet u d-dħul kollha marbuta mat-twettiq tas-servizz pubbliku, skont il-prinċipji stipulati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
(262) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-punt (d) tal-premessa 256, is-CT2 jipprevedi fl-Artikolu 49 tiegħu li “apparti r-remunerazzjoni tagħha, l-intrapriża hija soġġetta għal kumpensi għall-prestazzjoni, għal bonuses jew għal penali marbuta mal-prestazzjoni [operazzjonali] fit-twettiq tas-servizz ta' referenza” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Għalhekk, il-kumpens għal servizz pubbliku, li l-kontribuzzjoni C2 tifforma parti minnu, huwa marbut ma' sistema ta' inċentivi żviluppata tant li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jitqies bħala rrispettat. |
(263) |
Fid-dawl ta' dak li jissemma hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kontribuzzjoni C2 tas-CT2 hija konformi mal-prinċipji ewlenin stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għall-kalkolu tal-kumpens għas-servizz pubbliku, u għaldaqstant, li din tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 93 TFUE. Din il-konklużjoni, limitata għall-kontribuzzjoni C2, hija mingħajr preġudizzju għall-kompatibbiltà tal-kumpensi tas-CT2 fit-totalità tagħhom (il-kontribuzzjoni C1 ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni). |
7. KONKLUŻJONI
(264) |
Is-sussidji għall-investiment mogħtija mir-Reġjun tal-Île-de-France fil-qafas tad-deliberazzjonijiet suċċessivi tal-1994, l-1998 u l-2001, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat implimentata illegalment, fi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE. Madankollu, fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 107(3) TFUE, il-Kummissjoni tiddikjara din l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern. |
(265) |
Is-sussidji għall-investiment mogħtija mill-STIF skont l-Addendum Nru 3 tas-CT1, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat implimentata illegalment, fi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE. Madankollu, fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 107(3) TFUE, il-Kummissjoni tiddikjara din l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern. |
(266) |
Il-kumpensi għas-servizz pubbliku mogħtija mill-STIF f'għamla ta' kontribuzzjoni C2 tas-CT2 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li, billi ma jissodisfawx ċerti kriterji formali tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, mhumiex koperti mill-eżenzjoni ta' ħtieġa ta' notifika prevista f'dan ir-Regolament. Madankollu, fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 93 TFUE, il-Kummissjoni tiddikjara din l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iskema ta' għajnuna implimentata illegalment minn Franza bejn is-sena 1994 u s-sena 2008, f'għamla ta' sussidji għall-investiment mogħtija mir-Reġjun tal-Île-de-France fil-qafas tad-deliberazzjonijiet CR 34-94, CR 44-98 u CR 47-01, hija kompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 2
L-iskema ta' għajnuna implimentata illegalment minn Franza mis-sena 2008 'il quddiem, f'għamla ta' sussidji għall-investiment mogħtija mill-STIF fil-qafas tal-Addendum Nru 3 tas-CT1, hija kompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 3
L-iskema ta' għajnuna implimentata illegalment minn Franza, f'għamla ta' kontribuzzjonijiet C2 mogħtija mill-STIF fil-qafas tas-CT2, hija kompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 141 tad-9.5.2014, p. 38.
(2) Tfakkira tan-nota Nru 1.
(3) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Ottubru 2015, Il-Kummissjoni Ewropea kontra Jørgen Andersen, C-303/13P, ECLI:EU:C:2015:647.
(4) Ir-Rapport mill-Istitut tal-Iżvilupp Urban tal-Île-de-France ppubblikat f'Marzu 2013 u aċċessibbli onlajn: www.omnil.fr/IMG/pdf/la_circulation_routiere_en_idf_en_2010.pdf
(5) Id-deliberazzjoni CR 34-94 tal-20 ta' Ottubru 1994 dwar l-għajnuna għat-titjib tas-servizzi ta' trasport pubbliku tat-triq mħaddma mill-intrapriżi privati jew b'għoti ta' kuntratt.
(6) Id-deliberazzjoni CR 79-21 tal-10 ta' Lulju 1979.
(7) Sentenza Nru 0417015/7-1
(8) Sentenza Nru 08PA04753
(9) Sentenza Nru 343440
(10) Sentenza Nru 0817138/2-1.
(11) Sentenza Nru 13PA03174.
(12) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans GmbH et Regierungspräsidium Magdeburg contre Nahverkersgesellschaft Altmark GmbH, C-280/00, Ġabra:EU:C:2003:415.
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70, (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).
(14) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ġunju 2000, Alzetta Maura vs. il-Kummissjoni, T-298/297, ECLI:EU:T:2000:151.
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 156, 28.6.1969, p. 1).
(16) Id-digriet Nru 49-1473 tal-14 ta' Novembru 1949 dwar il-koordinament u l-armonizzazzjoni tat-trasport bil-ferrovija u bit-triq.
(17) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1) (“ir-Regolament Proċedurali tal-1999”).
(18) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/693/KE tal-1 ta' Lulju 1998 dwar l-iskema Spanjola ta' għajnuna għax-xiri ta' vetturi industrijali Plan Renove Industrial (Awwissu 1994 — Diċembru 1996) (ĠU L 329, 5.12.1998, p. 23); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/182/KE tat-30 ta' Lulju 1997 dwar l-għajnuna mogħtija mir-reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia (l-Italja) lill-intrapriżi tat-trasport bit-triq ta' merkanzija tar-reġjun (ĠU L 66, 6.3.1998, p. 18).
(19) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2006, Il-Portugall vs. il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:EU:C:2006:511, punti 56-58.
(20) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2012, British Aggregates vs. il-Kummissjoni, T-210/02, ECLI:EU:T:2012:110.
(21) ĠU C 184, 22.7.2008, p. 13.
(22) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' April 2008 rigward l-għajnuna mill-Istat Nru 350/2007 implimentata mir-Repubblika Ċeka favur Autobus Porizeni.
(23) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Marzu 2004, Danske Busvognmænd vs il-Kummissjoni, T-157/01, ECLI:EU:T:2004:76.
(24) Ibidem, il-punt 86.
(25) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/635 tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.20580 (C 31/07) (ex NN 17/07) implimentata mill-Irlanda lil Kumpaniji tax-Xarabanks ta' Córas Iompair Éireann (Dublin Bus u Irish Bus) (ĠU L 104, 23.4.2015, p. 17).
(26) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(27) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans, C-280/00, ECLI:EU:C:2003:415, il-paragrafi 87–95.
(29) Ara pereżempju s-sentenza tal-Qorti tas-17 ta' Ġunju 1999, il-Belġju vs il-Kummissjoni, C-75/97, ECLI:EU:C:1999:311, il-punt 32, jew is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tt-8 ta' Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline GmbH et Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke GmbH vs Finanzlandesdirektion für Kärnten, C-143/99, ECLI:EU:C:2001:598, il-punt 48.
(30) Ara l-premessa 135 u n-nota f'qiegħ il-paġna 21 ta' din id-Deċiżjoni.
(31) Is-Sentenza Nru 0417015 tat-Tribunal Amministrattiv ta' Pariġi.
(32) Is-Sentenza Nru 08PA04753 tal-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta' Pariġi.
(33) L-osservazzjonijiet tal-STIF, il-punt 40.
(34) Il-Liġi Nru 93–122 tad-29 ta' Jannar 1993 dwar il-prevenzjoni tal-korruzzjoni u dwar it-trasparenza tal-ħajja ekonomika u tal-proċeduri pubbliċi, imsejħa l- “Liġi Sapin”.
(35) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Lulju 2016, Dilly's Wellnesshotel GmbH vs Finanzamt Linz, C-493/14, ECLI:EU:C:2016:577, il-punt 47.
(36) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Frar 2008, Centre d'exportation du livre français (CELF) et Ministre de la Culture et de la Communication vs Société internationale de diffusion et d'édition (SIDE), C-199/06, ECLI:EU:C:2008:79, il-punt 55.
(37) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/mt/TXT/PDF/?uri=CELEX:52011DC0144
(38) Il-kontribuzzjoni C1 tirrappreżenta medja ta' 61 % tal-ispejjeż operattivi u tal-qligħ kuntrattwali. Id-dħul operattiv jirrappreżenta medja ta' 31 % tal-ispejjeż operattivi u tal-qligħ kuntrattwali.
12.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1471
tal-10 ta' Awwissu 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2013/162/UE biex tirrevedi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2017 sal-2020
(notifikata bid-dokument C(2017) 5556)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE (2) tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet (AEAs) tal-Istati Membri għall-perjodu 2013-2020 bl-użu tad-dejta tal-inventarji tal-gassijiet serra (GHG) tal-Istati Membri stabbiliti skont il-Linji Gwida tal-1996 tal-Grupp ta' Esperti Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tagħha. |
(2) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2013/162/UE, l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2014 (3) eżiġa li l-Istati Membri jippreżentaw rapporti tal-inventarji tal-gassijiet serra kif stabbilit f'konformità mal-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra IPCC tal-2006, u l-linji gwida tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) dwar ir-rapportaġġ tal-inventarji annwali kif stabbilit fid-Deċiżjoni 24/CP.19 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC. |
(3) |
L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jobbliga lill-Kummissjoni teżamina l-impatt tal-użu tal-linji gwida tal-IPCC 2006, jew tal-bidliet fil-metodoloġiji użati tal-UNFCCC, fuq l-emissjonijiet totali ta' gassijiet serra tal-Istati Membri rilevanti għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 406/2009/KE sa Diċembru tal-2016, bil-ħsieb li tiġi żgurata konsistenza bejn il-metodoloġiji użati għad-determinazzjoni tal-AEAs u r-rappurtar annwali mill-Istati Membri wara d-data ta' dak l-eżami. |
(4) |
Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u abbażi tad-dejta tal-inventarji tal-gassijiet serra kif riveduta skont l-Artikolu 19 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni eżaminat l-impatt tal-użu tal-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 u tal-bidliet fil-metodoloġiji użati tal-UNFCCC fuq l-inventarji tal-gassijiet serra tal-Istati Membri. Id-differenza fl-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra rilevanti għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE taqbeż il-1 % għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Fid-dawl ta' dan l-eżami, l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għas-snin 2017-2020 li jinsabu fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/162/UE għandhom jiġu riveduti sabiex titqies id-dejta aġġornata rrappurtata fl-inventarji u riveduta skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 fl-2016. Din ir-reviżjoni għandha ssir bl-użu tal-istess metodoloġija bħal dik użata biex jiġu determinati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet bid-Deċiżjoni 2013/162/UE. |
(5) |
Ir-reviżjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għandha tkun limitata sa dawk li kienu allokati għas-snin 2017-2020, peress li l-Istati Membri ma jistgħux aktar jibdlu l-politiki u l-miżuri tagħhom għall-emissjonijiet ta' gassijiet sera għas-snin 2013-2016. Madankollu, f'ġieħ iċ-ċarezza l-Anness II kollu tad-Deċiżjoni 2013/162/UE għandu jinbidel, filwaqt li ma jinbidlux l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin 2013-2016. |
(6) |
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2013/162/UE jirreferi għall-valuri tal-potenzjal ta' tisħin globali mir-raba' Rapport ta' Valutazzjoni tal-IPCC kif adottat bid-Deċiżjoni 15/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC. Sadanittant il-Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC addottat id-Deċiżjoni l-ġdida 24/CP.19 li tfakkar fid-Deċiżjoni 15/CP.17 u tikkonferma l-valuri mir-raba' Rapport ta' Valutazzjoni tal-IPCC. L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 666/2014 jeżiġi li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jagħmlu użu mill-potenzjali għat-tisħin globali elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 24/CP.19 għall-fini tad-determinazzjoni u r-rappurtar tal-inventarji tal-gassijiet serra skont il-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013. F'ġieħ iċ-ċarezza r-referenza għad-Deċiżjoni 15/CP.17 fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2013/162/UE għandha għalhekk tinbidel b'referenza għad-Deċiżjoni 24/CP.19. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/162/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, id-“Deċiżjoni 15/CP.17” hija sostitwita mid-“Deċiżjoni 24/CP.19”; |
(2) |
L-Anness II huwa sostitwit mit-test tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Miguel ARIAS CAÑETE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE tas-26 ta' Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 106).
(3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti sostantivi għal sistema ta' inventarju tal-Unjoni filwaqt li jitqiesu l-bidliet fil-potenzjali ta' riskaldament globali u ta' gwida ta' inventarji li sar ftehim dwarhom f'livell internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 26).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013 p. 13).
ANNESS
ANNESS II
L-Allokazzjoni Annwali tal-Emissjonijiet tal-Istati Membri mis-sena 2013 sas-sena 2020 ikkalkulata bl-applikazzjoni tal-valuri talpotenzjal ta' tisħin globali mir-raba' rapport ta' valutazzjoni tal-IPCC
Stat Membru |
Allokazzjoni Annwali tal-Emissjonijiet (f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' diossidu tal-karbonju) |
|||||||
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
|
Il-Belġju |
82 376 327 |
80 774 027 |
79 171 726 |
77 569 425 |
76 190 376 |
74 703 759 |
73 217 143 |
71 730 526 |
Il-Bulgarija |
28 661 817 |
28 897 235 |
29 132 652 |
29 368 070 |
27 481 112 |
27 670 637 |
27 860 163 |
28 049 688 |
Ir-Repubblika Ċeka |
65 452 506 |
66 137 845 |
66 823 185 |
67 508 524 |
67 971 770 |
68 581 207 |
69 190 644 |
69 800 080 |
Id-Danimarka |
36 829 163 |
35 925 171 |
35 021 179 |
34 117 187 |
34 775 642 |
33 871 444 |
32 967 246 |
32 063 048 |
Il-Ġermanja |
495 725 112 |
488 602 056 |
481 479 000 |
474 355 944 |
453 842 854 |
446 270 289 |
438 697 724 |
431 125 160 |
L-Estonja |
6 296 988 |
6 321 312 |
6 345 636 |
6 369 960 |
5 928 965 |
5 960 550 |
5 992 135 |
6 023 720 |
L-Irlanda |
47 226 256 |
46 089 109 |
44 951 963 |
43 814 816 |
41 194 830 |
40 110 780 |
39 026 731 |
37 942 682 |
Il-Ġreċja |
61 003 810 |
61 293 018 |
61 582 226 |
61 871 434 |
61 029 668 |
61 298 009 |
61 566 349 |
61 834 690 |
Spanja |
235 551 490 |
233 489 390 |
231 427 291 |
229 365 191 |
225 664 376 |
223 560 157 |
221 455 939 |
219 351 720 |
Franza |
408 762 813 |
403 877 606 |
398 580 044 |
393 282 481 |
371 789 603 |
366 284 473 |
360 779 342 |
355 274 211 |
Il-Kroazja |
21 196 005 |
21 358 410 |
21 520 815 |
21 683 221 |
20 147 020 |
20 330 287 |
20 513 553 |
20 696 819 |
L-Italja |
317 768 849 |
315 628 134 |
313 487 419 |
311 346 703 |
307 153 729 |
304 562 057 |
301 970 385 |
299 378 714 |
Ċipru |
5 919 071 |
5 922 555 |
5 926 039 |
5 929 524 |
4 196 633 |
4 122 837 |
4 049 042 |
3 975 247 |
Il-Latvja |
9 279 248 |
9 370 072 |
9 460 897 |
9 551 721 |
9 747 135 |
9 834 273 |
9 921 411 |
10 008 549 |
Il-Litwanja |
17 153 997 |
17 437 556 |
17 721 116 |
18 004 675 |
18 033 267 |
18 327 321 |
18 621 376 |
18 915 430 |
Il-Lussemburgu |
9 814 716 |
9 610 393 |
9 406 070 |
9 201 747 |
8 992 800 |
8 780 781 |
8 568 762 |
8 356 742 |
L-Ungerija |
50 796 264 |
51 906 630 |
53 016 996 |
54 127 362 |
50 432 363 |
51 347 175 |
52 261 987 |
53 176 800 |
Malta |
1 168 514 |
1 166 788 |
1 165 061 |
1 163 334 |
1 174 524 |
1 173 666 |
1 172 808 |
1 171 950 |
In-Netherlands |
125 086 859 |
122 775 394 |
120 463 928 |
118 152 462 |
116 032 216 |
113 763 728 |
111 495 240 |
109 226 752 |
L-Awstrija |
54 643 228 |
54 060 177 |
53 477 125 |
52 894 074 |
51 372 672 |
50 751 430 |
50 130 188 |
49 508 946 |
Il-Polonja |
204 579 390 |
205 621 337 |
206 663 283 |
207 705 229 |
210 107 929 |
211 642 729 |
213 177 529 |
214 712 329 |
Il-Portugall |
49 874 317 |
50 139 847 |
50 405 377 |
50 670 907 |
48 431 756 |
48 811 632 |
49 191 508 |
49 571 384 |
Ir-Rumanija |
83 080 513 |
84 765 858 |
86 451 202 |
88 136 547 |
90 958 677 |
92 739 954 |
94 521 231 |
96 302 508 |
Is-Slovenja |
12 278 677 |
12 309 309 |
12 339 941 |
12 370 573 |
12 161 170 |
12 196 719 |
12 232 267 |
12 267 816 |
Is-Slovakkja |
25 877 815 |
26 203 808 |
26 529 801 |
26 855 793 |
26 759 746 |
27 028 129 |
27 296 513 |
27 564 896 |
Il-Finlandja |
33 497 046 |
32 977 333 |
32 457 619 |
31 937 905 |
31 771 327 |
31 185 203 |
30 599 079 |
30 012 956 |
L-Iżvezja |
43 386 459 |
42 715 001 |
42 043 544 |
41 372 087 |
39 377 620 |
38 772 710 |
38 167 800 |
37 562 890 |
Ir-Renju Unit |
358 980 526 |
354 455 751 |
349 930 975 |
345 406 200 |
360 630 247 |
357 464 952 |
354 299 657 |
351 134 362 |