ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 207

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
10 ta' Awwissu 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1444 tad-9 ta' Awwissu 2017 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1445 tat-8 ta' Awwissu 2017 dwar prodotti maħsuba għall-prevenzjoni u t-trattament taċ-ċistite, li l-modalità ta' azzjoni ewlenija tagħhom tiddependi fuq il-proantoċjanidini (PAC) preżenti fil-cranberry (Vaccinium Macrocarpon), (notifikata bid-dokument C(2012) 5341)

28

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Regolament Nru 103 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis f'vetturi motorizzati [2017/1446]

30

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

10.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1444

tad-9 ta' Awwissu 2017

li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fid-9 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) tat bidu għal investigazzjoni antidumping fir-rigward ta' importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni (“ARK”) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 (“ir-Regolament bażiku”). Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“in-Notifika ta' Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni tat bidu għall-investigazzjoni wara lment ippreżentat fil-25 ta' Ottubru 2016 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar, (“Eurofer” jew “l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 53 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-ARK. L-ilment kien fih evidenza ta' dumping u ta' dannu materjali li jirriżulta, li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Reġistrazzjoni

(3)

Wara t-talba tal-24 ta' Mejju 2017 mill-ilmentatur, sostnuta bl-evidenza meħtieġa, il-Kummissjoni ppubblikat fit-8 ta' Lulju 2017, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1238 (3) li jagħmel l-importazzjonijiet ta' ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-RPĊ soġġett għar-reġistrazzjoni mid-9 ta' Lulju 2017.

(4)

Il-Kummissjoni kellha biżżejjed evidenza prima facie li tiġġustifika l-ħtieġa ta' reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet billi l-importazzjonijiet u l-ishma mis-suq mill-pajjiż ikkonċernat kienu żdiedu f'daqqa wara li nbdiet l-investigazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku kienu ġew issodisfati.

1.3.   Partijiet interessati

(5)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-ilmentaturi, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi, fornituri u utenti, operaturi tas-suq u assoċjazzjonijiet li kien magħruf li kienu kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jipparteċipaw.

(6)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. Il-partijiet interessati kollha li talbu għal smigħ u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex jenħtieġ jinstemgħu, ingħataw dan is-smigħ.

1.4.   Produtturi f'pajjiż analogu

(7)

Bl-iskop li tagħżel pajjiż analogu, il-Kummissjoni kkuntattjat produtturi fil-Brażil, il-Kanada, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel, it-Tajwan, it-Turkija, l-Ukrajna u l-Istati Uniti tal-Amerika, infurmathom dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

(8)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li kienet għażlet lill-Kanada b'mod proviżorju bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”) fis-sens tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

1.5.   Kampjunar

(9)

Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li jaf tieħu kampjun tal-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.5.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(10)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b'mod proviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-akbar volumi rappreżentattivi ta' produzzjoni u ta' bejgħ filwaqt li żgurat firxa ġeografika. Dan il-kampjun proviżorju kien jikkonsisti f'erba' produtturi tal-Unjoni li kienu jinsabu f'erba' Stati Membri differenti u kien jammonta għal iktar minn 30 % tal-produzzjoni tal-Unjoni ta' azzar reżistenti għall-korrużjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju.

(11)

Żewġ kumpaniji spjegaw bil-miktub li ma setgħux jimlew il-kwestjonarju meħtieġ. Filwaqt li baqgħu jappoġġaw lill-ilmentatur, huma rtiraw mill-kampjun preliminari.

(12)

Il-Kummissjoni vvalutat l-impatt tal-esklużjoni ta' dawn iż-żewġ kumpaniji fil-kampjun u kkonkludiet li, bl-inklużjoni ta' żewġ kumpaniji oħra, il-kampjun xorta waħda kien rappreżentattiv tas-sitwazzjoni tal-industrija.

(13)

Fir-rikjesta tagħha, l-akbar kumpanija fost iż-żewġ kumpaniji li talbu biex ma jipparteċipawx fil-kampjunar, issottomettiet fit-talba tagħha li kienet taħt il-kontroll tal-gvern u għall-bejgħ permezz ta' offerta pubblika skont proċedura tal-offerti. Meta qieset dawn il-fatti, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-inklużjoni tal-kumpanija kienet tinfluwenza l-mikroindikaturi finanzjarji tal-kampjun b'mod pjuttost negattiv, partikolarment fid-dawl tal-kwantitajiet ta' produzzjoni u ta' bejgħ konsiderevoli involuti.

(14)

Il-kumpanija l-oħra spjegat li kienet qed tikkoopera b'mod attiv fi proċedimenti antidumping oħra u rreferiet għal nuqqas ta' riżorsi għall-ġestjoni ta' dan il-każ ukoll. Meta qieset il-fatt li l-kumpanija setgħet tkun sostitwita mingħajr preġudizzju għar-rappreżentattività tal-kampjun, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien raġonevoli u proporzjonali li taċċetta t-talba tal-kumpanija li ma tiffurmax parti mill-kampjun.

(15)

Għaldaqstant il-Kummissjoni nnotifikat lill-partijiet li ntgħażlu żewġ kumpaniji oħra għall-kampjun u għal darb'oħra talbet għall-kummenti mingħand il-partijiet interessati.

(16)

Eurofer ippreżentat kummenti u ssuġġeriet li tiżdied il-ħames kumpanija sabiex tittejjeb ir-rappreżentattività ġeografika tal-kampjun. Madankollu, wara li analizzat dawn il-kummenti, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kampjun irrivedut kien rappreżentattiv biżżejjed għaliex kien jirrappreżenta 29 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-azzar reżistenti għall-korrużjoni u kien jinsab f'erba' Stati Membri differenti. Barra minn hekk, il-kumpanija proposta ma kinitx iżżid id-diversità f'termini ta' kampjun ta' gruppi ta' kumpaniji. Apparti dan, il-ħames kumpanija proposta ma kinitx iżżid biżżejjed volumi ta' produzzjoni u ta' bejgħ sabiex tiġġustifika l-inklużjoni tagħha. Għaldaqstant il-Kummissjoni kkonfermat il-kampjun rivedut ta' erba' kumpaniji. Madankollu, saret żjara lill-kumpanija fl-interess li jinkiseb aktar tagħrif dwar is-sitwazzjoni ferm kompetittiva u li qed tinbidel tas-suq Taljan, f'termini ta' kompetizzjoni kemm minn produtturi oħra tal-Unjoni kif ukoll minn importazzjonijiet Ċiniżi.

1.5.2.   Kampjunar tal-importaturi

(17)

Il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu sabiex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn ta' kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel il-kampjun.

(18)

Żewġ importaturi biss taw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Għaldaqstant ġie deċiż li jitwarrab l-eżerċizzju tal-kampjunar u ntbagħat kwestjonarju għall-importaturi liż-żewġ kumpaniji. Waħda minnhom biss bagħtet tweġiba għall-kwestjonarju.

1.5.3.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi

(19)

Sabiex tiddeċiedi jekk kienx hemm il-ħtieġa ta' kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni staqsiet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħra, jekk hemm minnhom, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(20)

Sittax-il (grupp ta') produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba fiż-żmien stipulat u qablu li jiddaħħlu fil-kampjun. F'konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet gruppi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta' raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. F'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma ġie riċevut l-ebda kumment.

1.6.   Trattament individwali

(21)

Tliet gruppi ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ magħmula minn diversi impriżi individwali, talbu trattament individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

(22)

L-analiżi ta' dawn it-talbiet għal trattament individwali matul l-istadju proviżorju tal-investigazzjoni ma kinitx possibbli fid-dawl tal-għadd kbir ta' kumpaniji li kellhom jiġu eżaminati, l-għadd ta' bnadi differenti li trid issir żjara fihom, il-kronoloġija tal-investigazzjoni u r-riżorsi disponibbli min-naħa tal-Kummissjoni. Fil-fatt, kif indikat fit-Taqsima 1.9 aktar 'l isfel, il-Kummissjoni diġà vverifikat total ta' 17-il kumpanija individwali li jiffurmaw parti mit-tliet gruppi magħżula għall-kampjun. Minħabba l-ammont ta' xogħol li rriżulta, it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-importaturi importanti relatati ma' waħda mill-partijiet inklużi fil-kampjun ukoll ma setgħux jiġu vverifikati fl-istadju proviżorju u dawn il-verifiki se jkollhom isiru fi stadju ulterjuri. It-twettiq tal-valutazzjoni ta' tliet gruppi oħra ta' kumpaniji f'dan l-istadju kien ikun ta' skariġġ bla bżonn u kien iwassal biex l-investigazzjoni ma titlestiex fil-limiti ta' żmien riġidi imposti mir-Regolament bażiku.

(23)

Waħda mill-kumpaniji li tifforma parti minn grupp, li talbet għal trattament individwali, saħqet li l-firxa ta' prodotti tagħha ma kinitx riflessa fil-kampjun magħżul mill-Kummissjoni. Madankollu ta' min wieħed jinnota li l-firxa tal-prodotti koperta fil-kampjun hija rappreżentattiva tal-importazzjonijiet ikkonċernati.

(24)

Il-Kummissjoni se tiddeċiedi jekk tikkonċedix trattament individwali fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

1.7.   Formoli ta' talba għal trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”)

(25)

Għall-finijiet tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta' talba għal TES lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ magħżula biex ikunu inklużi fil-kampjun u lill-produtturi esportaturi kooperanti mhux inklużi fil-kampjun li xtaqu japplikaw għal marġni ta' dumping individwali. L-ebda wieħed mill-gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma bagħat lura l-formoli ta' talba għal TES. Minkejja li t-talbiet għal analiżi individwali ġew proviżorjament miċħuda, il-Kummissjoni se tivvaluta l-formoli ta' talba għal TES ippreżentati minn żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi kooperanti mhux inklużi fil-kampjun f'każ li tiddeċiedi li tista' titwettaq it-talba tagħhom għal analiżi individwali fi stadju definittiv.

1.8.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(26)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-ilmentatur, lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lill-importaturi/utenti li ppreżentaw ruħhom, lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u lill-produtturi esportaturi li talbu għal eżami individwali, kif ukoll lill-produtturi tal-pajjiż analogu potenzjali.

(27)

It-tweġibiet għall-kwestjonarji waslu mingħand Eurofer, erba' produtturi tal-Unjoni, u importatur/utent wieħed, tliet gruppi ta' produtturi esportaturi mir-RPĊ, tliet gruppi ta' produtturi esportaturi kooperanti mhux inklużi fil-kampjun li talbu għal eżami individwali u grupp ta' produtturi f'pajjiż analogu.

1.9.   Żjarat ta' verifika

(28)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li dehrilha neċessarja għad-determinazzjoni proviżorja ta' dumping, id-dannu li rriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fis-sedi tal-kumpaniji u tal-assoċjazzjoni li ġejjin:

 

Assoċjazzjoni:

Eurofer, Brussell, il-Belġju

 

Produtturi tal-Unjoni:

Tata Steel IJmuiden B.V., IJmuiden, in-Netherlands

ArcelorMittal Belgium N.V., Ghent, il-Belġju

ArcelorMittal Atlantique et Lorraine SAS, Dunkerque, Franza

ArcelorMittal Poland Group., Dabrowa Górnicza, il-Polonja

ArcelorMittal Piombino S.p.A., Piombino, l-Italja

 

Importatur/utent mhux relatat fl-Unjoni:

Joris Ide N.V., Zwevezele, il-Belġju (parti minn Kingspan Group, Kingscourt, l-Irlanda)

 

Produtturi esportaturi fir-RPĊ u operaturi tas-suq/importaturi relatati:

 

Il-Grupp Hebei Iron and Steel (“HBIS”):

Hesteel Co., Ltd Handan Branch, Handan, Hebei, ir-RPĊ.

Handan Iron & Steel Group Han-Bao Co., Ltd, Handan, Hebei, ir-RPĊ.

Handan Iron And Steel Group Import And Export Co., Ltd, Handan, Hebei, ir-RPĊ.

Hesteel Hong Kong Co., Limited; Handan, Hebei, ir-RPĊ.

Hebei Iron & Steel Group (Shanghai) International Trade Co., Ltd, Handan, Hebei, ir-RPĊ.

Hesteel (Singapore) Pte. Ltd, Handan, Hebei, ir-RPĊ.

Hesteel Co., Ltd Tangshan Branch, Tangshan, Hebei, ir-RPĊ.

Tangshan Iron & Steel Group High Strength Automotive Strip Co., Ltd, Tangshan, Hebei, ir-RPĊ.

Tangshan Iron & Steel Group Co., Ltd, Tangshan, Hebei, ir-RPĊ.

Sinobiz Holdings Limited, Tangshan, Hebei, ir-RPĊ.

 

Il-Grupp Shagang:

Zhangjiagang Shagang Dongshin Galvanized Steel Sheet Co., Ltd, Zhangjiagang, Jiangsu, ir-RPĊ.

Zhangjiagang Yangtze River Cold Rolled Sheet Co., Ltd, Zhangjiagang, Jiangsu, ir-RPĊ.

Jiangsu Shagang International Trade Co., Ltd, Zhangjiagang, Jiangsu, ir-RPĊ.

 

Il-Grupp Shougang:

Beijing Shougang Cold Rolling Co., Ltd, Beijing, ir-RPĊ.

Shougang Jingtang United Iron and Steel Co., Ltd, Beijing, ir-RPĊ.

China Shougang International Trade and Engineering Co., Ltd, Beijing, ir-RPĊ.

Shougang International (Austria) GmbH, Vienna, l-Awstrija.

 

Produtturi fil-pajjiż analogu:

ArcelorMittal Brazil S/A, São Francisco do Sul, Santa Catarina, il-Brażil.

ArcelorMittal Contagem S/A, São Francisco do Sul, Santa Catarina, il-Brażil.

(29)

Il-Kummissjoni ma żaritx is-sedi tat-tliet esportaturi relatati tal-kumpaniji Ċiniżi kooperanti b'sede f'Hong Kong u Singapore, jiġifieri Xinsha International PTE, Ltd u Shagang South-Asia (Hong Kong) Trading Co., Ltd (esportaturi relatati tal-Grupp Shagang) u Shougang Holding Trade (Hong Kong) Ltd (esportatur relatat tal-Grupp Shougang). Il-fajls u l-kontijiet tagħhom, sa fejn mitlub mill-Kummissjoni, kienu madankollu disponibbli għall-ispezzjonijiet matul iż-żjarat fuq il-post fis-sedi tal-produtturi relatati rispettivi tagħhom fir-RPĊ.

1.10.   Perjodu ta' investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(30)

L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u t-30 ta' Settembru 2016 (“il-perjodu ta' investigazzjoni”). L-analiżi tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu bejn l-2013 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(31)

Il-prodott ikkonċernat huwa ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni. Dawn huma prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar illigat jew mhux illigat; deossidati bl-aluminju; indurati jew miksija b'galvanizzazzjoni b'immersjoni taħraq biż-żingu u/jew bl-aluminju, u b'ebda metall ieħor; b'passivazzjoni kimika; li skont il-piż, fihom: 0,015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,170 % ta' karbonju, 0,015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,100 % ta' aluminju, mhux aktar minn 0,045 % ta' nijobju, mhux aktar minn 0,010 % ta' titanju u mhux aktar minn 0,010 % ta' vanadju; ippreżentati f'kojls, f'folji maqtugħa skont id-daqs u fi strixxi dojoq.

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:

tal-azzar inossidabbli, tal-azzar tas-siliċju manjetiku, u tal-azzar b'veloċità għolja,

mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana jew illaminati kesħin (cold-reduced).

Il-prodott ikkonċernat bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7210 41 00, ex 7210 49 00, ex 7210 61 00, ex 7210 69 00, ex 7212 30 00, ex 7212 50 61, ex 7212 50 69, ex 7225 92 00, ex 7225 99 00, ex 7226 99 30 u ex 7226 99 70 (il-kodiċijiet TARIC: 7210410020, 7210490020, 7210610020, 7210690020, 7212300020, 7212506120, 7212506920, 7225920020, 7225990022, 7225990035, 7225990092, 7226993010, 7226997094) u joriġina fir-RPĊ.

(32)

L-ARK jiġi prodott billi strixxi, folji u kojls tal-azzar irrumblati jinksew permezz ta' immersjoni f'vaska ta' metall imdewweb jew liga tal-metall taż-żingu. Il-metall tal-kisi jingħaqad mas-substrat tal-azzar f'reazzjoni metallurġika sabiex jifforma struttura b'diversi saffi ta' ligi, li jirriżulta f'kisi li jkun imwaħħad metallurġikament mal-azzar. Ikun hemm trattament ulterjuri tas-superfiċe tal-prodott permezz ta' passivazzjoni kimika sabiex tingħata protezzjoni kontra l-umdità lis-superfiċe u sabiex jitnaqqas ir-riskju li jiffurmaw prodotti ta' korrużjoni matul il-ħżin u t-trasport.

(33)

L-ARK jintuża prinċipalment fis-settur tal-kostruzzjoni għal diversi materjali tal-bini għall-kisi iżda wkoll għall-manifattura tal-apparat elettrodomestiku, proċessi ta' ffurmar ta' folji permezz ta' ġbid fil-fond u proċessi ta' stampar u għall-pajpijiet żgħar iwweldjati.

(34)

Ġew riċevuti għadd ta' mistoqsijiet għal kjarifika fir-rigward tal-karatteristika li l-prodott ikkonċernat għandu jkun għadda minn passivazzjoni kimika, bil-kwistjoni prinċipali tkun dik li l-ARK li jkun ingħata biss kisja żejt għall-protezzjoni tas-superfiċe ma jaqax taħt l-investigazzjoni u b'hekk ma jistax ikun soġġett għall-miżuri. Ċerti partijiet indikaw li dan jikkostitwixxi stedina biex dak li jkun “jiżgiċċa” l-miżuri.

(35)

Il-Kummissjoni tikkonferma li l-ARK li jingħata kisja żejt ma jaqax fl-ambitu tal-investigazzjoni, f'każ li dan ikun sempliċiment ingħata kisja żejt (u ma jkunx għadda minn passivazzjoni kimika u ngħata ż-żejt fl-istess waqt).

(36)

Fir-rigward tal-affermazzjoni li l-esklużjoni ta' ARK li jingħata kisja żejt tkun riskju potenzjali għall-iżgiċċar mill-miżuri, l-investigazzjoni ma waslitx għal konklużjoni dwar din l-affermazzjoni. Xi partijiet jiddikjaraw li l-utenti jridu jreġġgħu lura l-kojls tal-ARK għall-għamla li kellhom qabel u jneħħulhom il-kisja żejt qabel ma l-prodott ikun jista' jintuża, proċess li jirrikjedi installazzjonijiet speċifiċi, u li kieku l-esportaturi Ċiniżi kellhom jesternalizzaw din il-biċċa xogħol il-proċess isir ferm aktar ikkumplikat, billi l-kuntrattur terz ikollu jerġa' jagħti l-għamla ta' kojl lill-ARK imnaddaf sabiex jibagħtu lill-utenti. Partijiet oħra jsostnu li l-utenti jistgħu faċilment ineħħu ż-żejt waqt li jaqtgħu għat-tul il-kojls billi jużaw materjal assorbenti speċifiku.

(37)

F'dan l-istadju tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni vvalutat li, fid-dawl tal-loġistika u tal-kostijiet żejda involuti, ma kienx hemm l-ebda riskju li wieħed jevita li jħallas id-dazji antidumping billi ma jagħmilx passivazzjoni kimika tal-kojls tal-ARK u minflok jagħtihom kisja żejt. Għaldaqstant, għalissa din l-affermazzjoni nċaħdet.

2.2.   Il-prodott simili

(38)

L-investigazzjoni indikat li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

(a)

il-prodott ikkonċernat;

(b)

il-prodott bi produzzjoni u bejgħ fis-suq domestiku tal-Brażil; u

(c)

il-prodott bi produzzjoni u bejgħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(39)

F'dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawk il-prodotti huma għalhekk simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   Il-valur normali

(40)

Billi l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma applika għal trattament ta' ekonomija tas-suq, il-valur normali ġie ddeterminat abbażi tal-prezzijiet jew tal-valur normali maħdum f'pajjiż terz xieraq b'ekonomija tas-suq (il-“pajjiż analogu”) f'konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(41)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li hija kienet qed tippjana li tuża l-Kanada bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”) fis-sens tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Żewġ partijiet ikkontestaw l-għażla tal-Kanada minħabba d-differenza allegata fil-prezzijiet tal-prodott simili u minħabba r-relazzjoni bejn il-produttur kooperanti possibbli fil-Kanada u wieħed mill-ilmentaturi.

(42)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi magħrufa kollha fil-pajjiżi msemmija fin-Notifika ta' Bidu u lil pajjiżi oħra li fihom kien hemm indikazzjonijiet ta' produzzjoni u bejgħ tal-prodott simili. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-awtoritajiet rilevanti f'dawk il-pajjiżi. Minn fost il-25 produttur u l-erba' assoċjazzjonijiet mill-Kanada, mill-Awstralja, mill-Brażil, mill-Indja, mir-Repubblika tal-Korea, min-Norveġja, mit-Turkija u mit-Tajwan li ġew avviċinati, tliet produtturi minn tliet pajjiżi differenti (l-Awstralja, il-Brażil u l-Kanada) esprimew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw.

(43)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni kompetittiva u d-daqs tat-tlett iswieq inkwistjoni, kif ukoll il-kummenti riċevuti mingħand il-partijiet interessati, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħżel proviżorjament lill-Brażil bħala l-pajjiż analogu. Il-Brażil huwa suq miftuħ bi tliet produtturi, volumi sinifikanti ta' importazzjonijiet, dazji tal-importazzjoni li jvarjaw minn 12 % sa 14 % u matul il-perjodu ta' investigazzjoni (PI) fih ma kien hemm fis-seħħ l-ebda dazju antidumping jew kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet tal-ARK.

(44)

Fl-14 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li kienet għażlet proviżorjament lill-Brażil bħala pajjiż analogu. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar din l-għażla. L-ebda parti ma kkontestat li l-għażla tal-Brażil kien l-aktar waħda adattata fost it-tliet pajjiżi li magħhom setgħet tinkiseb kooperazzjoni, madankollu, kemm produttur esportatur wieħed kif ukoll l-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Ħadid u l-Azzar (China Iron & Steel Association – CISA) għamlu xi kummenti. It-tnejn li huma individwaw ir-relazzjoni bejn il-produttur kooperanti Brażiljan u wieħed mill-ilmentaturi u s-CISA rreferiet ukoll għal rappreżentanza datata t-23 ta' Ġunju 2008 li saret minn parti oħra fil-kuntest ta' investigazzjoni simili (4), li skontha l-produtturi Brażiljani ta' folji galvanizzati mgħaddsa fis-sħana kienu aġixxew b'mod antikompetittiv. Fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet, ma hemm l-ebda evidenza ta' aġir antikompetittiv mill-produtturi esportaturi Brażiljani tal-ARK matul il-perjodu ta' investigazzjoni (pereż. il-volumi ta' importazzjonijiet tal-ARK huma sinifikanti). Dwar ir-relazzjoni bejn il-produttur tal-pajjiż analogu u produttur tal-Unjoni, il-partijiet ma spjegawx kif ir-rabta inkwistjoni setgħet taffettwa l-affidabbiltà tad-data. Fil-fehma tal-Kummissjoni, ir-relazzjoni ma tinvalidax u lanqas ma taffettwa d-determinazzjoni tal-valur normali li huwa bbażat fuq data vverifikata kif suppost.

(45)

Il-produttur kooperanti Brażiljan bagħat tweġiba għall-kwestjonarju fl-għamla u fil-ħin dovuti.

(46)

F'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ tal-prodott simili fil-Brażil lill-klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv. Instab li l-bejgħ tal-prodott simili mill-produttur kooperanti kien qed jinbiegħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun.

(47)

Sussegwentement, il-Kummissjoni eżaminat jekk dak il-bejgħ setax jitqies bħala li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lill-klijenti indipendenti. It-tranżazzjonijiet ta' bejgħ tqiesu profittabbli fejn il-prezz unitarju kien ugwali jew ogħla mill-kost ta' produzzjoni tal-produttur Brażiljan matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(48)

Għal dawk it-tipi ta' prodott li kellhom aktar minn 80 % skont il-volum tal-bejgħ fis-suq domestiku tat-tip inkwistjoni li kienu ogħla mill-kost u l-prezz tal-bejgħ medju ponderat ta' dak it-tip kien ugwali jew ogħla mill-kost unitarju tal-produzzjoni, il-valur normali, skont it-tip ta' prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet domestiċi effettivi tal-bejgħ kollu tat-tip tal-prodott inkwistjoni, irrispettivament minn jekk il-bejgħ kienx profittabbli jew le.

(49)

Meta l-volum tal-bejgħ profittabbli ta' tip ta' prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum tal-bejgħ totali ta' dak it-tip, jew meta l-prezz medju ponderat ta' dak it-tip kien taħt il-kost unitarju tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkolat bħala l-prezz medju ponderat tal-bejgħ domestiku profittabbli biss ta' dak it-tip li sar matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(50)

Fir-rigward tat-tipi ta' prodott li ma kinux profittabbli jew ma kinux jinbiegħu fis-suq domestiku f'biżżejjed kwantitajiet, il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku billi ntuża l-kost tal-manifattura tal-produttur Brażiljan flimkien mal-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (10 % – 20 %) u l-profitt (10 % – 20 %) għat-tipi ta' prodott tal-produttur Brażiljan li huma profittabbli. Il-valur normali maħdum ġie applikat fil-kalkoli għal 77 % – 99,6 % tal-bejgħ lill-Unjoni f'termini ta' volum, skont il-produttur esportatur Ċiniż.

(51)

Xi tipi tal-prodott esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma setgħux ikunu abbinati mat-tipi tal-prodott mibjugħa fis-suq domestiku Brażiljan mill-produttur kooperanti tal-pajjiż analogu. Għalhekk, il-valur normali għat-tipi tal-prodott mhux abbinati kellu jinħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku abbażi tal-kostijiet tal-manifattura tal-produttur tal-pajjiż analogu. Il-Kummissjoni mbagħad żiedet ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (10 % – 20 %) abbażi ta' data effettiva li tirrigwarda l-produzzjoni u l-bejgħ, kif stipulat fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett żiedet ammont raġonevoli ta' profitt (10 % – 20 %) billi użat il-marġni ta' profitt medju ta' bejgħ tal-prodotti profittabbli.

3.2.   Il-prezz tal-esportazzjonijiet

(52)

Għat-tranżazzjonijiet li fihom il-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta' kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat inbiegħ mill-ġdid għall-ewwel darba lill-klijenti indipendenti fl-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F'dan il-każ, l-aġġustamenti għall-prezz saru għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż effettivi tal-importaturi relatati għat-trasport fl-UE, tariffi bankarji, kostijiet tat-trattament u kostijiet anċillari, kostijiet ta' kreditu, kummissjonijiet kif ukoll kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u l-profitt tal-importaturi relatati. Il-livell ta' aġġustamenti kien fil-faxxa ta' bejn 5 % u 10 %. Kull produttur esportatur Ċiniż inkluż fil-kampjun li jopera fis-suq permezz tal-importaturi relatati fl-UE rċieva kalkoli ddettaljati tal-aġġustamenti li saru f'divulgazzjoni speċifika.

(53)

Għat-tranżazzjonijiet l-oħra, il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet kienu bbażati fuq il-prezzijiet imħallsa effettivament jew li huma pagabbli għall-prodott ikkonċernat, f'konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.3.   Paragun

(54)

Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjonijiet ġew ipparagunati abbażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika. Il-marġnijiet tad-dumping ġew stabbiliti permezz ta' paragun tal-prezzijiet individwali mill-fabbrika tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun mal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-produttur tal-pajjiż analogu jew mal-valur normali maħdum skont kif xieraq.

(55)

Meta kien iġġustifikat minħabba l-ħtieġa ta' paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjonijiet għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f'konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, għall-assigurazzjoni, għat-tariffi bankarji, għall-kostijiet tat-trattament u kostijiet anċillari, għall-kostijiet ta' kreditu, kummissjonijiet u livell ta' kummerċ. Il-livell ta' aġġustamenti għall-prezzijiet domestiċi fil-pajjiż analogu kien f'faxxa ta' bejn 10 % u 15 %. Fil-każ tal-prezz tal-esportazzjonijiet, dan varja minn 8,5 % sa 20 % skont il-produttur esportatur inkwistjoni u l-kanal ta' distribuzzjoni. Kull produttur esportatur Ċiniż inkluż fil-kampjun irċieva kalkoli ddettaljati tal-aġġustamenti li saru f'divulgazzjoni speċifika.

(56)

Iċ-Ċina tapplika politika ta' rimborż tal-VAT parzjalment biss malli ssir l-esportazzjoni u f'dan il-każ 4 % tal-VAT ma tiġix rimborżata. Sabiex ikun żgurat li l-valur normali ġie espress fl-istess livell ta' tassazzjoni bħall-prezz tal-esportazzjonijiet, il-valur normali ġie aġġustat 'il fuq b'dik il-parti tal-VAT imposta fuq l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li ma kinitx ġiet rimborżata lill-produtturi esportaturi Ċiniżi (5).

3.4.   Il-marġnijiet tad-dumping

(57)

Għall-produtturi esportaturi kooperanti inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni pparagunat il-valur normali medju ponderat ta' kull tip tal-prodott simili fil-pajjiż analogu mal-prezz medju ponderat tal-esportazzjonijiet tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f'konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(58)

Għall-produtturi esportaturi kooperanti mhux inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkulat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f'konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Dan il-marġini ġie kkalkulat bħala medja ponderata abbażi tal-marġnijiet stabbiliti għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(59)

Fir-rigward tal-produtturi esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġnijiet tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Dan tkejjel billi saret valutazzjoni tal-proporzjon tal-volum ta' esportazzjonijiet tal-produtturi kooperanti lejn l-Unjoni fuq il-volum totali tal-esportazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni kif irrappurtat fl-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet.

(60)

Il-livell ta' kooperazzjoni huwa għoli għaliex l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi kooperanti kienu jikkostitwixxu madwar 76 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-marġni ta' dumping residwu fil-livell tal-ogħla marġni ta' dumping tal-produtturi esportaturi kooperanti inklużi fil-kampjun.

(61)

Il-marġnijiet proviżorji tad-dumping mogħtija bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Grupp u Kumpanija

Marġini proviżorju tad-dumping (%)

HBIS:

Hesteel Co., Ltd Handan Branch

Handan Iron & Steel Group Han-Bao Co., Ltd

Hesteel Co., Ltd Tangshan Branch

Tangshan Iron & Steel Group High Strength Automotive Strip Co., Ltd

62,9

Il-grupp Shougang:

Beijing Shougang Cold Rolling Co., Ltd

Shougang Jingtang United Iron and Steel Co., Ltd

46,2

Il-grupp Shagang:

Zhangjiagang Shagang Dongshin Galvanized Steel Sheet Co., Ltd

Zhangjiagang Yangtze River Cold Rolled Sheet Co., Ltd

56,7

Kumpaniji oħrajn kooperanti elenkati fl-Anness

58,5

Il-kumpaniji l-oħra kollha

62,9

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(62)

Fl-Unjoni, 16-il kumpanija pprovdew data dwar il-produzzjoni u l-bejgħ fl-eżami tar-rappreżentattività u indikaw li pproduċew il-prodott simili matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-ilment, fl-Unjoni hemm minn tal-anqas 5 produtturi tal-Unjoni oħra tal-prodott simili. Dawn il-21 produttur jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku u, minn hawn 'il quddiem, jissejħu “l-industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(63)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 9,9 miljun tunnellata. Din iċ-ċifra ġiet stabbilita mill-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni u mingħand l-ilmentatur.

(64)

Il-produtturi tal-Unjoni kooperanti jirrappreżentaw 64 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(65)

Kif issemma fil-premessa (29), il-prodotti tal-azzar reżistenti għall-korrużjoni jaqgħu taħt għadd ta' kodiċijiet tan-NM, inklużi ċerti kodiċijiet “ex”. Sabiex il-konsum tal-Unjoni ma jkunx sottovalutat, il-volumi tal-importazzjonijiet tal-kodiċi “ex” tan-NM tqiesu b'mod sħiħ għall-iskop tal-ikkalkular tal-konsum tal-Unjoni

(66)

Peress li, fil-biċċa l-kbira, l-industrija tal-Unjoni hija integrata vertikalment u l-prodotti tal-ARK jitqiesu bħala materja prima għall-produzzjoni ta' prodotti tal-azzar b'kisja organika, il-konsum tas-suq magħluq u l-konsum tas-suq ħieles ġew analizzati separatament.

(67)

Id-distinzjoni bejn suq magħluq u suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu għaliex il-prodotti destinati għall-użu magħluq ma jiġux esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet, u l-prezzijiet tat-trasferiment jiġu stabbiliti fil-gruppi skont politiki varji ta' prezzijiet. Kuntrarjament, il-produzzjoni destinata għas-suq ħieles hija f'kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, u l-prezzijiet huma prezzijiet tas-suq ħieles.

(68)

Il-Kummissjoni, sabiex kemm jista' jkun tagħti stampa kompleta tal-industrija tal-Unjoni, kisbet id-data tal-attività kollha tal-ARK u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għall-użu magħluq jew għas-suq ħieles. Irriżultalha li madwar 32 % tal-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni kienet destinata għas-suq magħluq fl-Unjoni.

4.2.1.   Il-konsum fis-suq magħluq

(69)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum fis-suq magħluq tal-Unjoni abbażi tal-użu magħluq u tal-bejgħ magħluq fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi magħrufa kollha fl-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-konsum fis-suq magħluq tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum fis-suq magħluq (tunnellati)

 

2013

2014

2015

PI

Il-konsum fis-suq magħluq

3 016 047

3 210 425

3 351 638

3 160 454

Indiċi (2013 = 100)

100

106

111

105

Sors: Tweġiba vverifikata ta' Eurofer għall-kwestjonarju.

(70)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum fis-suq magħluq tal-Unjoni żdied b'madwar 5 %. Din iż-żieda hija dovuta l-iktar għal tkabbir fid-domanda fis-swieq magħluqa, l-aktar għall-folji b'kisja organika.

4.2.2.   Konsum fis-suq ħieles

(71)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni abbażi ta' (a) il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi magħrufa kollha fl-Unjoni u (b) l-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif irrappurtat mill-Eurostat. Fuq din il-bażi, il-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-konsum fis-suq ħieles (tunnellati)

 

2013

2014

2015

PI

Konsum fis-suq ħieles

7 563 927

7 685 742

8 458 122

9 630 630

Indiċi (2013 = 100)

100

102

112

127

Sors: Tweġiba vverifikata ta' Eurofer għall-kwestjonarju.

(72)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni żdied b'madwar 27 %. Iż-żieda kienet prinċipalment dovuta għal żieda fid-domanda fl-industriji downstream il-kbar.

4.3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(73)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi ġew ipparagunati l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni, kif irrappurtat fit-Tabella 2 aktar 'il fuq.

(74)

Parti interessata waħda ddikjarat li ċ-ċifri tal-Eurostat kienu jinkludu importazzjonijiet mir-RPĊ ta' prodotti awtomobilistiċi li mhumiex il-prodott ikkonċernat. It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi Ċiniżi indikaw li proporzjon żgħir tal-prodotti awtomobilistiċi kienu tabilħaqq esportati lejn is-suq tal-Unjoni u minkejja li dawn il-volumi ta' importazzjonijiet kienu tabilħaqq inklużi fid-data dwar l-importazzjonijiet għar-RPĊ, kif iddikjarat fil-premessa (57), dan kellu impatt marġinali, u b'hekk, ma wassalx għal nuqqas ta' affidabbiltà taċ-ċifri tal-Eurostat.

(75)

L-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Il-volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u s-sehem mis-suq

 

2013

2014

2015

PI

Volum ta' importazzjonijiet mir-RPĊ

888 515

1 067 435

1 383 614

2 185 283

Indiċi (2013 = 100)

100

120

156

246

Is-sehem mis-suq tar-RPĊ (%)

11,7

13,9

16,4

22,7

Indiċi (2013 = 100)

100

118

139

193

Sors: Il-Eurostat.

(76)

It-tabella ta' hawn fuq turi li f'ċifri assoluti l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b'146 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess waqt, is-sehem mis-suq totali tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fl-Unjoni żdied b'madwar 11-il punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-twaqqigħ tal-prezz

(77)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Dawn il-prezzijiet kienu kkonfermati għall-preċiżjoni tagħhom permezz ta' kontroverifika mad-data riċevuta mill-produtturi esportaturi kooperanti. Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

 

2013

2014

2015

PI

Il-prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

595

574

548

465

Indiċi (2013 = 100)

100

96

92

78

Sors: Il-Eurostat.

(78)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping naqsu minn EUR 595/tunnellata fl-2013 għal EUR 465/tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, it-tnaqqis fil-prezz unitarju medju tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping kien ta' 22 %.

(79)

Il-Kummissjoni vvalutat it-twaqqigħ tal-prezzijiet matul il-perjodu ta' investigazzjoni billi pparagunat:

(a)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati, skont it-tip ta' prodott, tal-erba' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li ġew iddebitati lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika; u

(b)

l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti fil-livell CIF fil-fruntiera tal-Unjoni għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mit-tliet produtturi inklużi fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, bl-aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni.

(80)

Il-paragun tal-prezzijiet sar abbażi tat-tip għat-tranżazzjonijiet, b'aġġustament kif dovut meta meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tal-paragun ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(81)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, irriżulta li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'bejn 9 % sa 15 % skont il-produttur esportatur.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Rimarki ġenerali

(82)

F'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(83)

L-indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta' bejgħ, l-inventarji, it-tkabbir, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġnijiet tad-dumping) ġew ivvalutati fil-livell tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur, li ġiet kontroverifikata ma' data pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni u minn statistika uffiċjali disponibbli (Eurostat).

(84)

L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-kapital, il-pagi u l-kost tal-produzzjoni) twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom, ivverifikata kif dovut.

(85)

Għal uħud mill-indikaturi tad-dannu relatati mal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni analizzat b'mod separat id-data relatata mas-suq ħieles u mas-suq magħluq u għamlet analiżi komparattiva. Dawn il-fatturi huma: is-sehem mis-suq u l-bejgħ, il-prezzijiet unitarji, il-kost unitarju u l-profittabbiltà. Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħra jistgħu jiġu eżaminati b'mod sinifikattiv biss billi ssir referenza għall-attività kollha, inkluż l-użu magħluq tal-industrija tal-Unjoni għaliex dawn jiddependu fuq l-attività kollha kemm hi, kemm jekk il-produzzjoni tkun magħluqa kif ukoll jekk tinbiegħ fis-suq ħieles. Dawn il-fatturi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, l-impjiegi, il-produttività, il-ħażniet u l-kostijiet lavorattivi. Għal dawn il-fatturi, ikun ġustifikat li ssir analiżi tal-industrija kollha tal-Unjoni kollha kemm hi sabiex tkun stabbilita stampa sħiħa tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni, minħabba li d-data inkwistjoni ma tistax tkun isseparata bejn bejgħ fis-suq magħluq u bejgħ fis-suq ħieles.

(86)

Parti interessata waħda indikat li l-Kummissjoni għandha tibbaża s-sejbiet tagħha dwar id-dannu fuq data li tirrigwarda unikament il-prodott ikkonċernat. Skont il-parti interessata, dan il-punt kien rilevanti għaliex prodotti oħra reżistenti għall-korrużjoni wkoll kienu prodotti mill-industrija tal-Unjoni, bħall-prodotti awtomobilistiċi. Il-Kummissjoni tikkonferma li d-data provduta mill-industrija tal-Unjoni ma kinitx tinkludi prodotti awtomobilistiċi, iżda biss prodotti kkonċernati mill-investigazzjoni. Kif spjegat fil-premessa (57), għall-kalkolu tal-konsum, il-Kummissjoni kkunsidrat id-data kompluta tal-kodiċijiet NM għal ċerti kodiċi “ex” tan-NM koperti mill-investigazzjoni. Dan kellu impatt marġinali fuq iċ-ċifra tal-konsum stmata u ma affettwa l-ebda fattur ieħor ta' dannu.

4.4.2.   L-indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(87)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità totali tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2013

2014

2015

PI

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

9 493 827

9 835 336

9 958 374

9 907 672

Indiċi (2013 = 100)

100

104

105

104

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

12 775 103

12 777 027

12 540 479

12 592 017

Indiċi (2013 = 100)

100

100

98

99

Użu tal-kapaċità (%)

74

77

79

79

Sors: Tweġiba vverifikata ta' Eurofer għall-kwestjonarju.

(88)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b'4 %. Iċ-ċifri rrappurtati fir-rigward tal-kapaċità jirreferu għall-kapaċità teknika, li jimplika li tqiesu l-aġġustamenti għaż-żmien tal-installazzjoni, għall-manutenzjoni, eċċ. Iċ-ċifri fir-rigward tal-kapaċità indikati hawn fuq iqisu li l-fabbriki tal-azzar involuti jipproduċu wkoll prodotti oħra galvanizzati mgħaddsa fis-sħana fl-istess linji ta' produzzjoni u l-analiżi kienet limitata għall-prodott ikkonċernat. Fuq din il-bażi, il-kapaċità naqset b'1 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(89)

Iż-żieda fir-rata ta' użu tal-kapaċità rriżultat minn żieda fil-volum tal-produzzjoni, ikkawżata l-iktar miż-żieda fil-konsum, u tnaqqis ċkejken fil-kapaċità.

4.4.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(90)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles żviluppaw kif ġej:

Tabella 6

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq (suq ħieles)

 

2013

2014

2015

PI

Volum tal-bejgħ (tunnellati)

5 958 718

5 933 646

6 164 527

6 283 967

Indiċi (2013 = 100)

100

100

103

105

Sehem mis-suq (%)

78,8

77,2

72,9

65,2

Indiċi (2013 = 100)

100

98

93

83

Sors: Tweġiba vverifikata ta' Eurofer għall-kwestjonarju, u l-Eurostat

(91)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles żdied b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn madwar 6 miljun tunnellata fl-2013 għal 6,3 miljun tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(92)

Madankollu, iż-żieda tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx biżżejjed biex iżżomm is-sehem tagħha mis-suq ħieles. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 78,8 % għal 65,2 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jammonta għal tnaqqis ta' 17 %.

(93)

F'dak li jirrigwarda s-suq magħluq, il-volum tal-bejgħ fis-suq magħluq/trasferimenti u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Il-volum fis-suq magħluq u s-sehem mis-suq

 

2013

2014

2015

PI

Volum fis-suq magħluq

3 016 047

3 210 425

3 351 638

3 160 454

Indiċi (2013 = 100)

100

106

111

105

Sehem mis-suq (mit-total tas-swieq magħluqa u ħielsa) (%)

28,5

29,5

28,4

24,7

Indiċi (2013 = 100)

100

103

100

87

Sors: Tweġiba vverifikata ta' Eurofer għall-kwestjonarju, u l-Eurostat.

(94)

Il-volum fis-suq magħluq tal-industrija tal-Unjoni (magħmul minn użu u bejgħ fis-suq magħluq) fis-suq tal-Unjoni żdied b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn madwar 3,0 miljun tunnellata fl-2013 għal 3,2 miljun tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(95)

Madankollu, is-sehem mis-suq magħluq tal-industrija tal-Unjoni espressa bħala perċentwal tal-konsum totali (kemm tas-suq magħluq kif ukoll tas-suq ħieles) naqset bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.2.3.   Impjiegi u produttività

(96)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej:

Tabella 8

L-impjiegi u l-produttività

 

2013

2014

2015

PI

L-għadd ta' impjegati (ekwivalenti għall-full time (FTE))

8 569

7 949

8 027

8 358

Indiċi (2013 = 100)

100

93

94

98

Produttività (produzzjoni/impjegat)

1 108

1 237

1 241

1 185

Indiċi (2013 = 100)

100

112

112

107

Sors: Tweġiba vverifikata ta' Eurofer għall-kwestjonarju.

(97)

Il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqas kemm kemm bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-snin 2014 u 2015 indikaw forza tax-xogħol FTE ferm aktar baxxa, prinċipalment bħala konsegwenza ta' forza tax-xogħol mhux statutorja li ma kinitx qed titħaddem sabiex jitnaqqsu l-kostijiet tal-produzzjoni u jkun hemm gwadanji fl-effiċjenza fid-dawl tal-kompetizzjoni dejjem tiżdied minn importazzjonijiet oġġett ta' dumping fis-suq. Bħala konsegwenza u fid-dawl tal-volum tal-produzzjoni li qiegħed dejjem jiżdied (+ 4 %) matul il-perjodu kkunsidrat, il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala output għal kull persuna impjegata fis-sena, żdiedet b'7 %. Dan jindika li l-industrija tal-Unjoni kienet lesta tadatta għat-tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq sabiex tibqa' kompetittiva.

4.4.2.4.   Inventarji

(98)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

L-inventarji

 

2013

2014

2015

PI

Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

665 107

754 930

683 649

607 556

Indiċi (2013 = 100)

100

114

103

91

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

7,0

7,7

6,9

6,1

Indiċi (2013 = 100)

100

110

98

88

Sors: Tweġiba vverifikata ta' Eurofer għall-kwestjonarju.

(99)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-livell tal-istokkijiet tal-għeluq naqas b'9 %. Il-maġġoranza tat-tipi tal-prodott simili huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni skont ordnijiet speċifiċi tal-utenti. Għaldaqstant, l-istokkijiet ma tqisux bħala indikatur importanti ta' dannu għal din l-industrija. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-analiżi tal-evoluzzjoni tal-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni. Kif jidher mit-tabella ta' hawn fuq, dan l-indikatur baqa' relattivament stabbli għal madwar 6-8 % tal-volum tal-produzzjoni.

4.4.2.5.   Id-daqs tal-marġni tad-dumping

(100)

Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet għoljin effettivi tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ma kienx negliġibbli, meta wieħed iqis il-volum kbir u l-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, bi pressjoni 'l isfel kunsiderevoli fuq il-prezzijiet.

4.4.2.6.   It-tkabbir

(101)

Il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni kiber b'madwar 27 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied b'5 % biss. Għaldaqstant, l-industrija tal-Unjoni tilfet 17 % tas-sehem tagħha mis-suq, kuntrarjament għas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ li żdied b'93 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.3.   L-indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Introduzzjoni dwar il-Kunfidenzjalità

(102)

Il-kampjun tal-industrija tal-Unjoni jikkonsisti minn erba' kumpaniji f'żewġ Gruppi. Għaldaqstant, sabiex jitħarsu r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità, l-indikaturi mikroekonomiċi qed jiġu ppreżentati hawn taħt f'forma ta' indiċi. L-indiċijiet huma bbażati fuq l-2013 li hija ugwali għal 100. Madankollu, meta ċ-ċifra tal-2013 tkun negattiva, iċ-ċifra korrispondenti tal-2013 tkun ugwali għal – 100.

4.4.3.2.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(103)

Il-prezzijiet tal-bejgħ unitarji medji ponderati tal-produtturi tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2013

2014

2015

PI

Prezz tal-bejgħ (EUR/tunnellata)

Indiċi (2013 = 100)

100

95

88

82

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

Indiċi (2013 = 100)

100

93

86

80

Sors: Tweġiba vverifikata tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun għall-kwestjonarju.

(104)

It-tabella ta' hawn fuq tindika l-evoluzzjoni tal-prezz tal-bejgħ unitarju fis-suq ħieles tal-Unjoni meta mqabbel mal-kost korrispondenti tal-produzzjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu bi 18 %. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-bejgħ bħala medja kienu aktar baxxi mill-kost unitarju tal-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(105)

Sabiex ikun limitat it-telf fis-sehem mis-suq, il-produtturi tal-Unjoni kellhom bilfors jimxu max-xejra tat-tnaqqis fil-prezzijiet u jnaqqsu l-prezz tal-bejgħ tagħhom b'mod sinifikanti. Min-naħa l-oħra, it-tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni jista' jkun prinċipalment spjegat bit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima. Fin-nuqqas ta' pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet tal-bejgħ eżerċitata mill-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping, it-tnaqqis fil-kostijiet tal-materja prima kien jippermetti lill-industrija tal-Unjoni li treġġa' lura l-profittabbiltà.

(106)

Fost il-produtturi inklużi fil-kampjun, bosta mill-prodotti tal-ARK għall-konsum fis-suq magħluq ġew trasferiti fl-istess entità ekonomika u għaldaqstant ma nħarġet l-ebda fattura. L-oħrajn inbiegħu bil-prezzijiet tat-trasferiment b'politiki tal-ipprezzar differenti. Għaldaqstant, ma tista' tinsilet l-ebda konklużjoni sinifikanti mill-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-użu fis-suq magħluq.

(107)

Parti interessata waħda sostniet li l-prezzijiet tal-bejgħ għall-prodotti galvanizzati mgħaddsa fis-sħana virtwalment irduppjaw fil-prezz minn Frar 2016 sa Marzu 2017 u għaldaqstant taw xhieda ta' nuqqas ta' dannu. Dan iċ-ċaqliq 'il fuq fil-prezzijiet, allegatament kien jimplika żieda awtomatika tal-marġnijiet tal-profitt tal-industrija tal-Unjoni f'ċifri pożittivi.

(108)

L-investigazzjoni ma setgħetx issostni l-validità ta' din l-affermazzjoni għaliex kienet tkopri firxa wiesgħa ta' prodotti, li ħafna minnhom mhumiex parti mill-prodott ikkonċernat. Apparti minn hekk, l-evidenza li ngħatat insostenn ta' din l-affermazzjoni kienet tinkludi perjodu ta' żmien ta' sitt xhur li mhuwiex parti mill-perjodu tal-investigazzjoni u l-paragun tal-prezzijiet mogħti tqies mhux adattat għall-investigazzjoni, billi ma kellux biżżejjed dettalji, bħar-referenza għall-kostijiet tal-materja prima u l-impatt fuq il-profittabbiltà.

4.4.3.3.   Il-kostijiet lavorattivi

(109)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 11

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull FTE

 

2013

2014

2015

PIR

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat FTE (EUR)

Indiċi (2013 = 100)

100

107

116

102

Sors: Tweġiba vverifikata tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun għall-kwestjonarju.

(110)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet bi 2 %. Il-livelli tal-impjiegi naqsu kemm kemm kif indikat fit-Tabella 8. Dawn l-iżviluppi juru li l-industrija kienet qed iżżomm il-kostijiet tal-impjiegi taħt kontroll wara li fl-2014 u b'mod partikolari fl-2015 kienet esperjenzat xi diffikultajiet biex tagħmel dan.

4.4.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-kapital

(111)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 12

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2013

2014

2015

PI

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lill-klijenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

Indiċi (2013 = – 100)

– 100

– 78

– 60

– 21

Fluss tal-flus (EUR)

Indiċi (2013 = – 100)

– 100

– 101

– 4

– 15

Investimenti (EUR)

Indiċi (2013 = 100)

100

136

280

210

Redditu fuq l-investimenti (%)

Indiċi (2013 = – 100)

– 100

– 68

– 45

– 36

Sors: Tweġiba vverifikata tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun għall-kwestjonarju.

(112)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni billi esprimiet it-telf nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dan il-bejgħ.

(113)

Il-profittabbiltà kienet negattiva matul il-perjodu kkunsidrat, li kienet indikazzjoni li l-industrija tal-Unjoni kienet fi stat imrażżan. Kundizzjonijiet tas-suq kemm kemm aħjar fissru li t-telf kien qiegħed jonqos iżda ġie konkluż li s-sitwazzjoni ta' profittabbiltà li dehret matul il-perjodu kkunsidrat ma kinitx waħda sostenibbli.

(114)

Madankollu, il-kundizzjonijiet tas-suq kienu ideali sabiex il-profittabbiltà titreġġa' lura billi l-kostijiet tal-materja prima naqsu b'mod kunsiderevoli. Madankollu, il-pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi wasslet biex l-industrija tal-Unjoni kellha bilfors tnaqqas il-prezzijiet għal livell li kulma għamel kien li naqqas it-telf mingħajr ma eliminah.

(115)

It-telf fis-sena 2013 huwa parzjalment marbut mal-kriżi Ewropea tad-dejn u l-kriżi ekonomika sussegwenti. Madankollu, kien evidenti li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx terġa' lura għal sitwazzjoni profittabbli jew tibbenefika (b'mod sinifikanti) mill-irpiljar kajman tal-ekonomija Ewropea.

(116)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-ħila tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw huma stess l-attivitajiet tagħhom. Ix-xejra fil-fluss tal-fluss nett segwiet il-passi tal-iżvilupp tar-redditu fuq il-fatturat għaliex kienet negattiva matul il-perjodu iżda tjiebet kemm kemm. Ir-redditu fuq l-investiment segwa wkoll l-istess żvilupp.

(117)

Madankollu, l-industrija tal-Unjoni baqgħet tinvesti matul il-perjodu kkunsidrat. L-investimenti tfasslu b'tali mod li tinżamm l-effiċjenza u l-produttività minflok biex jiżdied l-output.

(118)

Minkejja li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu parti mill-gruppi internazzjonali l-kbar, huma sostnew li kienet naqset il-ħila tagħhom li jiġġeneraw il-kapital mir-riżorsi tal-grupp. Madankollu, matul il-perjodu kkunsidrat l-investimenti żdiedu.

4.4.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(119)

L-Industrija tal-Unjoni kienet fi stat imrażżan matul il-perjodu kkunsidrat. Din is-sitwazzjoni tidher biċ-ċar kemm fis-suq magħluq kif ukoll f'dak ħieles. Is-suq magħluq irrappreżenta madwar 25 % tal-volum totali tal-bejgħ fil-PI.

(120)

Is-sitwazzjoni għas-suq tal-Unjoni kienet agħar fis-suq ħieles matul il-PI meta mqabbla mal-2013. Minkejja li s-sitwazzjoni tjiebet kemm kemm f'termini ta' volum ta' bejgħ u produzzjoni, l-industrija tal-Unjoni tilfet 17 % tas-sehem mis-suq tagħha. L-indikaturi tal-prestazzjoni tar-redditu fuq il-fatturat, tar-redditu fuq l-investiment u tal-fluss tal-flus kienu negattivi matul il-perjodu kkunsidrat u minkejja li kellhom titjib, din l-evoluzzjoni ma kinitx qawwija biżżejjed minħabba l-pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi b'livelli ta' prezzijiet oġġett ta' dumping. Dawn l-iżviluppi seħħew minkejja li ttieħdu azzjonijiet sabiex tittejjeb l-effiċjenza billi titnaqqas il-forza tax-xogħol, tiżdied il-produttività, jiżdied l-użu tal-kapaċità u billi l-kostijiet tal-manifattura jinżammu taħt kontroll strett.

(121)

Parti interessata partikolari indikat li abbażi tad-data fl-ilment, ċerti fatturi ta' dannu donnhom kienu jevidenzjaw sitwazzjoni mhux dannuża. Tali fatturi jinkludu l-volum tal-bejgħ, l-użu tal-kapaċità, l-impjiegi u l-istokkijiet. Dawn l-iżviluppi ġew analizzati matul l-investigazzjoni abbażi ta' data vverifikata. Fil-fatt, diversi indikaturi, inklużi wħud minn dawk li ssemmew fl-affermazzjoni preċedenti, indikaw xejra pożittiva. Madankollu, peress li s-suq ħieles kellu tkabbir ta' 27 % kif spjegat fit-Tabella 2, jidher biċ-ċar li xi indikaturi donnhom juru li qed tiżviluppa sitwazzjoni pożittiva. Iżda, għar-raġunijiet identifikati fl-analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u f'din il-konklużjoni, dawn ix-xejriet pożittivi jridu jitqiesu fid-dawl tax-xejriet negattivi aktar sinifikanti, pereżempju, is-sehem mis-suq u l-prezz tal-bejgħ, u fi sfond ta' riżultati negattivi. Meta analizzati fil-kuntest korrett, jiġifieri flimkien mal-fatturi l-oħra kollha ta' dannu, deher biċ-ċar li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu.

(122)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, jista' jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni, analizzata fiż-żewġ segmenti tagħha u b'mod kumplessiv, ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu kkunsidrat.

5.   KAWŻALITÀ

(123)

F'konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F'konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fl-istess waqt, fatturi magħrufa oħra setgħux kienu ta' dannu għal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra apparti l-importazzjonijiet oġġett ta dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Dawn il-fatturi huma: importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u l-prestazzjoni tal-bejgħ mill-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni.

5.1.   effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping

(124)

Kif jissemma hawn fuq, l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b'146 % matul il-perjodu ta' analiżi. Il-prezzijiet tagħhom għal kull tunnellata naqsu bi 22 % li kien tnaqqis saħansitra akbar minn dak fil-prezzijiet tal-materja prima ta' 20 %. Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet waqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, b'bejn 17 % u 28 %. Meta jitqies li l-ARK huwa komodità b'sensittività għall-prezzijiet, dawn il-marġnijiet huma sostanzjali u kellhom effett tassew dannuż fuq l-industrija tal-Unjoni.

(125)

Minħabba f'hekk, iċ-Ċina biss irnexxielha tibbenefika mill-irpiljar tas-suq li żdied b'27 % matul il-perjodu analizzat: l-importazzjonijiet Ċiniżi żiedu s-sehem mis-suq tagħhom minn 11,7 % għal 22,7 % filwaqt li l-industrija tal-Unjoni żiedet il-volum tal-bejgħ tagħha b'5 % biss, bis-sehem mis-suq li naqas minn 78,8 % għal 65,2 %.

(126)

Minkejja kundizzjonijiet tas-suq favorevoli tul il-perjodu ta' analiżi bil-prezzijiet tal-materja prima li kienu qed jonqsu u l-konsum żdied, l-industrija tal-Unjoni kompliet tagħmel telf matul il-perjodu minħabba t-trażżin tal-prezzijiet u l-volum jikber ta' importazzjonijiet Ċiniżi.

(127)

Il-majnar progressiv tar-ritmu ekonomiku taċ-Ċina u, skont il-fajl, il-kapaċità żejda ferm sinifikanti tal-industrija tal-azzar taċ-Ċina, wasslu biex il-produtturi tal-azzar Ċiniżi kellhom bilfors jirriddirezzjonaw il-produzzjoni eċċessiva tagħhom lejn swieq tal-esportazzjoni u s-suq tal-Unjoni huwa destinazzjoni attraenti għall-esportazzjonijiet.

(128)

Fid-dawl ta' dak ta' hawn fuq, huwa konkluż li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping kienu responsabbli għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni.

5.2.   Effetti ta' fatturi oħra

5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(129)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra — volum f'tunnellati, il-prezz CIF għal kull tunnellata u s-sehem mis-suq

 

2013

2014

2015

PI

Volum totali tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

716 694

684 661

909 981

1 161 380

Indiċi (2013 = 100)

100

96

127

162

Prezz CIF f'EUR/tunnellata

698

701

641

572

Sehem mis-suq (%)

9,5

8,9

10,8

12,1

Volum tal-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea

344 542

406 685

530 377

579 712

Indiċi (2013 = 100)

100

118

154

168

Prezz CIF f'EUR/tunnellata

716

718

665

610

Sehem mis-suq (%)

4,6

5,3

6,3

6,0

Volum tal-importazzjonijiet mill-Indja

81 489

42 301

61 739

157 212

Indiċi (2013 = 100)

100

52

76

193

Prezz CIF f'EUR/tunnellata

627

696

550

471

Sehem mis-suq (%)

1,1

0,6

0,7

1,6

Volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

290 663

235 676

317 866

424 457

Indiċi (2013 = 100)

100

81

109

146

Prezz CIF f'EUR/tunnellata

698

673

618

556

Sehem mis-suq (%)

3,8

3,1

3,8

4,4

Sors: Il-Eurostat.

(130)

L-importazzjonijiet mir-RPĊ ikkonċernati kienu jikkostitwixxu 65 % tal-importazzjonijiet kollha fl-Unjoni. L-importazzjonijiet l-oħra (kif indikat fit-Tabella 13) żdiedu bi 33 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq ta' dawn l-importazzjonijiet żdied minn 9,5 % fl-2013 għal 12,1 % fil-perjodu ta' investigazzjoni.

(131)

L-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea żdiedu bi 68 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq ta' dawn l-importazzjonijiet żdied minn 4,6 % fl-2013 għal 6,0 % fil-perjodu ta' investigazzjoni.

(132)

L-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu bi 93 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq ta' dawn l-importazzjonijiet żdied minn 1,1 % fl-2013 għal 1,6 % fil-perjodu ta' investigazzjoni.

(133)

Filwaqt li żammet quddiem għajnejha ż-żidiet fil-volumi, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi kkontribwewx għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, id-data tal-Eurostat murija fit-Tabella 13 aktar 'il fuq indikat li minkejja li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Koreani żdied, il-prezzijiet CIF kienu ferm ogħla minn dawk tal-importazzjonijiet Ċiniżi jew inkella minn dawk tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Indjani wkoll kienu ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Indjani kien inqas minn 2 % f'kull sena. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi lanqas ma kienu dannużi għaliex il-prezz tal-importazzjonijiet kien ogħla minn dak tal-importazzjonijiet Ċiniżi jew tal-industrija tal-Unjoni.

(134)

Għaldaqstant ġie konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, kemm jekk meqjusa individwalment kif ukoll jew eżaminati separatament, ma kellhomx impatt kbir fuq l-industrija tal-Unjoni u, fi kwalunkwe każ, ma setax ikollhom biżżejjed impatt biex ineħħu r-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet mill-PRĊ u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.2.   Il-prestazzjoni tal-bejgħ mill-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni

(135)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 14

Il-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet

 

2013

2014

2015

PI

Volum tal-esportazzjonijiet

662 224

770 547

678 823

570 471

Indiċi (2013 = 100)

100

116

103

86

Prezz medju (EUR/t) għall-partijiet mhux relatati

545

547

508

477

Indiċi (2013 = 100)

100

100

93

88

Sors: Tweġiba vverifikata ta' Eurofer u tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. għall-kwestjonarju

(136)

Il-volum tal-esportazzjonijiet naqas b'14 % bejn l-2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Fir-rigward tal-prezzijiet, dawn naqsu bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima.

(137)

Madankollu, il-Kummissjoni, filwaqt li żammet quddiem għajnejha li l-volumi tal-esportazzjonijiet irrappreżentaw biss madwar 6 % tal-produzzjoni u qieset it-tnaqqis fil-prezzijiet, li huwa anqas notevoli milli fis-suq tal-Unjoni, ma kinitx tal-fehma li l-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kkontribwiet b'mod sinifikanti għad-dannu mġarrab.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(138)

Ġiet stabbilita proviżorjament rabta ta' kawżalità bejn id-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat.

(139)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti ta' dannu tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Il-fatturi l-oħra identifikati, bħall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u l-prestazzjoni tal-bejgħ mill-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni rriżultaw proviżorjament li ma jiksrux ir-rabta ta' kawżalità, anki meta wieħed iqis l-effett ikkombinat possibbli tagħhom. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jaf kellhom impatt ċkejken fuq id-dannu, iżda s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni bla dubju ma kinitx tintlaqat b'mod daqshekk sinifikanti. B'mod partikolari, il-prezzijiet tal-bejgħ ma kinux jonqsu għal livelli tant baxxi u kienet tinkiseb profittabbiltà aħjar.

(140)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li d-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat u li l-fatturi l-oħra, meqjusa individwalment jew kollettivament, ma neħħewx ir-rabta ta' kawżalità.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

(141)

F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi biċ-ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f'dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta' dumping dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq valutazzjoni tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-importaturi, tal-utenti u tal-industrija tal-Unjoni.

6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(142)

L-industrija tal-Unjoni tinsab f'minn tal-anqas 15-il Stat Membru, u timpjega 'l fuq minn 8 000 impjegat f'rabta mal-azzar reżistenti għall-korrużjoni.

(143)

Sittax-il produttur ikkooperaw matul l-investigazzjoni. Ma kien hemm l-ebda produttur magħruf li oppona li jingħata bidu għall-investigazzjoni. Kif indikat aktar 'il fuq fl-analiżi tal-indikaturi tad-dannu, l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi esperjenzat titjib tas-sitwazzjoni tagħha, iżda dan ma kienx wieħed notevoli daqs kemm seta' kien mistenni billi ntlaqtet b'mod negattiv mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(144)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni tad-dazji antidumping proviżorji se ġġib lura l-kundizzjonijiet tal-kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni, u twaqqaf it-trażżin tal-prezzijiet u tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tgħolli l-prezzijiet tagħha. Dan iwassal għal titjib fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni lejn livelli meqjusa bħala neċessarji għal din l-industrija b'kapital intensiv. L-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ.

(145)

Minkejja li bosta mill-indikaturi tal-volum jidhru pożittivi, bħall-volum ta' bejgħ u produzzjoni, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma tjibitx b'mod konformi mal-konsum. Dan il-fatt jissuġġerixxi li l-industrija tal-Unjoni ma kellhiex il-kapaċità li tibbenefika mill-irpiljar tas-suq tal-Unjoni bl-istess mod li kien ikollha fin-nuqqas ta' importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping. B'mod partikolari, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, bħall-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment, intlaqtu serjament. Għaldaqstant huwa importanti li l-prezzijiet jitreġġgħu lura għal livell mhux bħal dak ta' oġġett ta' dumping jew tal-anqas għal livell mhux dannuż sabiex il-produtturi varji kollha jkunu jistgħu joperaw fis-suq tal-Unjoni f'ċirkostanzi ta' kummerċ ġust. Fin-nuqqas ta' miżuri, il-probabbiltà li jkun hemm deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni hija waħda kbira. Prestazzjoni ħażina fis-segment tal-azzar reżistenti għall-korrużjoni tħalli impatt ukoll fuq is-segmenti downstream (il-kisi organiku) u upstream (il-kojls b'laminazzjoni termali) ta' ħafna produtturi tal-Unjoni peress li l-użu tal-kapaċità f'dawn is-segmenti huwa marbut mill-qrib mal-produzzjoni tal-prodott investigat. L-impatt jinħass ukoll fil-livell ta' prodotti oħra galvanizzati mgħaddsa fis-sħana bħal dawk għas-settur awtomobilistiku.

(146)

Inġenerali, il-prodotti galvanizzati mgħaddsa fis-sħana huma tipikament il-prodotti mibjugħa għal madwar 10 % ta' impjant tal-azzar integrat. Iċ-ċifra effettiva tvarja minn produttur għal ieħor. Madankollu dawn il-prodotti jinsabu kważi fl-aħħar tal-katina tal-valur miżjud. L-istrateġija tal-industrija tal-azzar tal-Unjoni hija li tbigħ kemm jista' jkun prodotti ta' valur miżjud għoli għaliex tradizzjonalment dawn irendu livelli ta' profitt ogħla mill-medja minħabba li l-għadd ta' kumpaniji madwar id-dinja li jistgħu jikkompetu f'dawn il-prodotti ta' valur għoli huwa iżgħar. Għaldaqstant, in-nuqqas ta' profitti tul il-perjodu ta' analiżi jindika problema serja għall-industrija tal-Unjoni f'termini ta' tqegħid f'sogru tal-istrateġija u l-prospettivi għall-futur tagħha.

(147)

Għaldaqstant, ġie proviżorjament konkluż li l-impożizzjoni ta' dazji antidumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. Kull impożizzjoni ta' miżuri antidumping tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra mill-effetti tad-dumping dannuż li rriżulta.

6.2.   L-interess tal-importaturi u l-utenti mhux relatati

(148)

Kif indikat fil-premessa (15), importatur wieħed biss ta tweġiba għall-kwestjonarju. Dan l-importatur kien parti minn grupp ta' kumpaniji li għamlu użu mill-prodott ikkonċernat sabiex jagħmlu prodotti li jintużaw fil-kostruzzjoni. Importaturi u utenti oħra ppreżentaw lilhom infushom bħala partijiet interessati. Barra dan, ingħataw kummenti dwar l-investigazzjoni mill-Assoċjazzjoni tal-importaturi.

(149)

L-importatur/utent kooperanti indika li l-prodott ikkonċernat kien parti importanti mill-kost tal-produzzjoni tiegħu u beża' li jkun hemm żieda fil-kostijiet frott l-impożizzjoni tad-dazji. Filwaqt li l-investigazzjoni kienet insostenn tal-affermazzjoni rigward l-importanza tal-prodott ikkonċernat fil-kostijiet tiegħu, ta' min wieħed jinnota li jeżistu sorsi oħra ta' provvista u fil-fatt diġà kienu jintużaw mill-importatur, li jfisser li ma għandux ikun hemm impatt serju fuq il-kostijiet u l-kompetittività tiegħu f'każ li jkunu imposti l-miżuri.

(150)

Fil-fatt, f'termini ta' importaturi inġenerali, ma hemm l-ebda evidenza li l-importaturi jew iċ-ċentri tas-servizzi tal-azzar jaf ma jkunux jistgħu jittrasferixxu ż-żieda fil-prezzijiet lill-klijenti tagħhom. Barra minn hekk, jistgħu jimportaw ukoll minn pajjiżi oħra li mhumiex soġġetti għal din l-investigazzjoni.

(151)

L-assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-importaturi sostniet li l-industrija tal-Unjoni mhux dejjem setgħet tforni lill-membri tagħha bil-prodott ikkonċernat minħabba nuqqas ta' kapaċità. Din id-dikjarazzjoni ma kinitx issostanzjata. Il-Kummissjoni, meta qieset il-fatt li l-assoċjazzjoni ma pprovdiet l-ebda evidenza insostenn ta' din l-affermazzjoni u li, kif tindika t-Tabella 5, l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni ma qabiżx it-80 % matul il-perjodu kkunsidrat, ma sabet l-ebda argument li jagħti x'jifhem li din l-affermazzjoni hija minnha.

(152)

Parti interessata oħra kkummentat li produttur tal-Unjoni wieħed iltaqa' ma' xi problemi fil-provvista lill-klijenti minħabba tnaqqis. Madankollu, din l-affermazzjoni kienet tirrigwarda problema partikolari ta' produttur wieħed tal-Unjoni u għaldaqstant ma kinitx rappreżentattiva tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-industrija kollha kemm hi. Anke kieku dak iż-żmien kien hemm sitwazzjoni bħal din, kienu jeżistu sorsi alternattivi ta' provvista u ma kien hemm xejn li jevidenzja li l-provvista kienet problema ġenerali għall-importaturi u għall-operaturi tas-suq. Apparti minn hekk, waħda mir-raġunijiet għaliex il-produtturi tal-Unjoni qegħdin ibatu minn problemi tirrigwarda d-dumping tal-prodotti tal-azzar minn, fost l-oħrajn, sorsi Ċiniżi kif enfasizzat minn din l-investigazzjoni.

(153)

L-industriji prinċipali utenti finali tal-prodotti tal-azzar reżistenti għall-korrużjoni huma s-settur tal-kostruzzjoni għal diversi materjal tal-bini għall-kisi iżda wkoll għall-manifattura tal-apparat elettrodomestiku, proċessi ta' ffurmar ta' folji permezz ta' ġbid fil-fond u proċessi ta' stampar u għall-pajpijiet żgħar iwweldjati. Kif ġie spjegat hawn fuq, kien biss utent wieħed li kkoopera fil-proċediment.

(154)

Anki jekk l-impożizzjoni tal-miżuri tolqot lil xi utenti b'mod negattiv f'termini ta' prezzijiet ogħla tax-xiri, ma kien hemm xejn fil-fajl li indika li l-utenti jintlaqtu b'mod sproporzjonat f'termini ta' profittabbiltà jew li tiskatta d-delokalizzazzjoni ta' gruppi industrijali kbar. Il-livell ta' dazji propost lanqas ma jista' jitqies li huwa projbittiv.

(155)

Għandu jiġi nnutat li d-dazji huma mistennija jikkontribwixxu għal sigurtà kontinwa tal-provvista għad-distributuri u għall-klijenti tagħhom. Mingħajr dazji, uħud mill-produtturi tal-azzar reżistenti għall-korrużjoni fl-Unjoni jaf ikollhom jagħlqu/inaqqsu l-attivitajiet tagħhom tal-produzzjoni tal-azzar reżistenti għall-korrużjoni u jħallu lil ħafna utenti fl-Unjoni b'sorsi aktar limitati ta' provvista. Barra minn hekk, il-livell tal-miżuri se jwassal għal kundizzjonijiet ekwi iżda xorta waħda se jippermetti li jsiru importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (bi prezzijiet ġusti) u minn sorsi oħra.

(156)

Fid-dawl ta' dak li ssemma hawn fuq, huwa proviżorjament konkluż li l-impożizzjoni ta' miżuri ma jkollhiex effetti negattivi sinifikanti fuq l-interess tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

6.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(157)

Fid-dawl ta' dak li ssemma hawn fuq, ġie proviżorjament konkluż li l-impożizzjoni ta' miżuri tikkontribwixxi għall-irkupru tal-industrija tal-Unjoni billi tippermetti ż-żieda fil-prezzijiet u b'hekk tippermetti lill-industrija kollha kemm hi li terġa' lura għal sitwazzjoni profittabbli. Dan is-segment ta' valur miżjud għoli huwa essenzjali għall-istrateġija kumplessiva tal-industrija tal-azzar fl-Unjoni u għall-prospettivi u l-prosperità tagħha fil-futur.

(158)

L-impatt tal-miżuri fuq il-ftit partijiet l-oħra tal-Unjoni li ppreżentaw lilhom infushom ma jistax jitqies li huwa sostantiv. L-investigazzjoni ma wriet xejn li jindika li l-impatt potenzjali fuq atturi oħra (li ma ppreżentawx lilhom infushom) jisboq l-effett pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni. Irriżulta li l-miżuri huma ta' benefiċċju għall-industriji upstream, bħall-fornituri ta' materja prima u produtturi tal-makkinarju, li ma fornewx (jew ifornu sa ċertu punt limitat) lil produtturi fil-pajjiż ikkonċernat.

(159)

L-impożizzjoni tal-miżuri fil-livell propost għandha biss impatt limitat fuq il-prezzijiet tal-katina tal-provvista u l-prestazzjoni tal-utenti. Il-livell tal-miżuri se jwassal għal kundizzjonijiet ekwi iżda xorta se jippermetti li jsiru importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, bi prezzijiet ġusti. Fir-rigward tal-importaturi, dawn se jkunu jistgħu jittrasferixxu ż-żieda fil-prezzijiet lill-klijenti jew jibdlu s-sorsi tal-provvista.

(160)

Kollox ma' kollox, f'dan l-istadju tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti biex tikkonkludi li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġinaw mir-RPĊ.

7.   MIŻURI ANTIDUMPING PROVIŻORJI

(161)

Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex ikun evitat dannu ulterjuri għall-industrija tal-Unjoni minn importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

7.1.   Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (Marġni ta' dannu)

(162)

Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta' dazju neċessarju biex ikun eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(163)

Id-dannu kien ikun eliminat kieku l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha u tagħmel profitt qabel it-taxxa fuq il-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni li jista' jinkiseb raġonevolment f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip fis-settur, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(164)

Sabiex tiddetermina l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni analizzat il-profitti li saru mill-bejgħ mhux relatat, użati sabiex ikun stabbilit il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu. Il-Kummissjoni sabet li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet negattiva matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Barra minn hekk, matul dan il-perjodu kien hemm preżenza sinifikanti, fis-suq tal-Unjoni, ta' importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-profitt fil-mira ma setax ikun stabbilit abbażi tal-perjodu kkunsidrat. Fl-ilment, l-ilmentatur talab lill-Kummissjoni biex tuża minn tal-anqas 10 % tal-fatturat bħala marġni ta' profitt mhux dannuż raġonevoli. Fil-valutazzjoni tagħha rigward din l-affermazzjoni, il-Kummissjoni għamlet analiżi ta' profittabbiltà fuq għaxar snin sabiex tistabbilixxi liema livell ta' profitt rappreżentattiv kien inkiseb fin-nuqqas ta' dumping. Irriżultalha li l-aktar sena profittabbli reċenti kienet l-2008, jiġifieri 7,4 %. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aktar profitt fil-mira adattat kien il-profitt li effettivament inkiseb fl-2008.

(165)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkalkulat prezz mhux dannuż tal-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni billi żiedet il-marġni ta' profitt imsemmi hawn fuq ta' 7,4 % mal-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(166)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu abbażi ta' paragun tal-prezz ta' importazzjoni medju ponderat tal-produtturi esportaturi kooperanti fil-pajjiż ikkonċernat, aġġustat kif dovut skont il-kostijiet tal-importazzjonijiet u d-dazji doganali, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Kull differenza li tirriżulta minn dan il-paragun ingħatat bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjonijiet.

7.2.   Il-miżuri proviżorji

(167)

Jenħtieġ li jkunu imposti miżuri antidumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat, f'konformità mar-regola tad-dazju inqas prevista fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni pparagunat il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping. L-ammont tad-dazji jenħtieġ li jkun stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu.

(168)

Abbażi ta' dak ta' hawn fuq, jenħtieġ li r-rati proviżorji tad-dazju antidumping, mogħtija skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:

Kumpanija

Marġni ta' dumping (%)

Marġni ta' dannu (%)

Dazju antidumping proviżorju (%)

HBIS:

Hesteel Co., Ltd Handan Branch

Handan Iron & Steel Group Han-Bao Co., Ltd

Hesteel Co., Ltd Tangshan Branch

Tangshan Iron & Steel Group High Strength Automotive Strip Co., Ltd

61,2

23,5

23,5

Il-grupp Shougang:

Beijing Shougang Cold Rolling Co., Ltd

Shougang Jingtang United Iron and Steel Co., Ltd

46,2

17,2

17,2

Il-grupp Shagang:

Zhangjiagang Shagang Dongshin Galvanized Steel Sheet Co., Ltd

Zhangjiagang Yangtze River Cold Rolled Sheet Co., Ltd

56,7

28,5

28,5

Kumpaniji kooperanti oħra elenkati fl-Anness

57,4

23,4

23,4

Il-kumpaniji l-oħra kollha

61,2

28,5

28,5

(169)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta' din l-investigazzjoni. Gћaldaqstant, dawn irriflettew is-sitwazzjoni misjuba matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u li jipproduċuh l-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat bi produzzjoni minn kull kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi rata tad-dazju antidumping individwali.

(170)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (6). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li t-tibdil ma jaffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk it-tibdil fl-isem tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, ikun ippubblikat avviż li jinforma dwar it-tibdil tal-isem f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(171)

Sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji ta' żgiċċar mill-miżuri, minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, jenħtieġu miżuri speċjali biex tkun żgurata l-applikazzjoni tad-dazji antidumping individwali. Il-kumpaniji b'dazji antidumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) hawnhekk. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn din il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju antidumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(172)

Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji antidumping, id-dazju antidumping għall-kumpaniji l-oħra kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi mhux kooperanti f'din l-investigazzjoni, iżda anki għall-produtturi li ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

8.   REĠISTRAZZJONI

(173)

Kif issemma aktar 'il fuq fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw u jintbagħtu mir-RPĊ soġġetti għal reġistrazzjoni permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1238. Dan sar fid-dawl tal-possibbiltà tal-applikazzjoni retroattiva tal-miżuri antidumping skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. F'dan l-istadju tal-proċediment ma tista' tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri antidumping.

9.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(174)

Fl-interess ta' amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati biex jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew biex jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali fi żmien skadenza stipulata.

(175)

Il-konklużjonijiet rigward l-impożizzjoni ta' dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa impost dazju proviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar illigat jew mhux illigat; deossidati bl-aluminju; indurati jew miksija b'galvanizzazzjoni b'immersjoni taħraq biż-żingu u/jew bl-aluminju, u b'ebda metall ieħor; b'passivazzjoni kimika; li skont il-piż, fihom: 0,015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,170 % ta' karbonju, 0,015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,100 % ta' aluminju, mhux aktar minn 0,045 % ta' nijobju, mhux aktar minn 0,010 % ta' titanju u mhux aktar minn 0,010 % ta' vanadju; ippreżentati f'kojls, f'folji maqtugħa skont id-daqs u fi strixxi dojoq.

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:

tal-azzar inossidabbli, tal-azzar tas-siliċju manjetiku, u tal-azzar b'veloċità għolja;

mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana jew illaminati kesħin (cold-reduced).

Il-prodott ikkonċernat bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7210 41 00, ex 7210 49 00, ex 7210 61 00, ex 7210 69 00, ex 7212 30 00, ex 7212 50 61, ex 7212 50 69, ex 7225 92 00, ex 7225 99 00, ex 7226 99 30 u ex 7226 99 70 (il-kodiċijiet TARIC: 7210410020, 7210490020, 7210610020, 7210690020, 7212300020, 7212506120, 7212506920, 7225920020, 7225990022, 7225990035, 7225990092, 7226993010, 7226997094) u joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju antidumping proviżorju applikabbli għall-prezz prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u bi produzzjoni mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Rata proviżorja tad-dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Hesteel Co., Ltd Handan Branch

23,5

C227

Handan Iron & Steel Group Han-Bao Co., Ltd

23,5

C158

Hesteel Co., Ltd Tangshan Branch

23,5

C159

Tangshan Iron & Steel Group High Strength Automotive Strip Co., Ltd

23,5

C228

Beijing Shougang Cold Rolling Co., Ltd

17,2

C229

Shougang Jingtang United Iron and Steel Co., Ltd

17,2

C164

Zhangjiagang Shagang Dongshin Galvanized Steel Sheet Co., Ltd

28,5

C230

Zhangjiagang Yangtze River Cold Rolled Sheet Co., Ltd

28,5

C112

Kumpaniji kooperanti oħra elenkati fl-Anness

23,4

C231

Il-kumpaniji l-oħra kollha

28,5

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b'ismu/isimha u l-kariga, imfassla kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie prodott minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tkunx ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.

4.   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta' garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Fi żmien 25 jum kalendarju mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgħu:

(a)

Jitolbu divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament;

(b)

Jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni; u

(c)

Jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċeduri kummerċjali.

2.   Fi żmien 25 jum kalendarju mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-partijiet imsemmija fl-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji.

Artikolu 3

1.   L-awtoritajiet doganali huma b'dan ordnati li ma jibqgħux jirreġistraw l-importazzjonijiet kif stabbilit f'konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1238.

2.   Id-data miġbura fir-rigward ta' prodotti li ddaħħlet mhux iktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandha tinżamm sakemm jiddaħħlu fis-seħħ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta' sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU C 459, 9.12.2016, p. 17.

(3)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1238 tas-7 ta' Lulju 2017 li jagħmel l-importazzjonijiet ta' ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġett għar-reġistrazzjoni (ĠU L 177, 8.7.2017, p. 39).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/106/KE tas-6 ta' Frar 2009 li twaqqaf il-proċedura ta' antidumping dwar importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħadid jew tal-azzar irrumblati fiċ-ċatt u mogħtija kisja metall stanjat imniżżel fil-jaħraq li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 38, 7.2.2009, p. 34).

(5)  Dak il-metodu ġie aċċettat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tas-16 ta' Diċembru 2011, il-Każ T-423/09, Dashiqiao vs il-Kunsill, ECLI:EU:T:2011:764, il-paragrafi minn 34 sa 50.

(6)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.


ANNESS

PRODUTTURI ESPORTATURI LI KKOOPERAW MHUX INKLUŻI FIL-KAMPJUN

KODIĊI ADDIZZJONALI TARIC C231

Maanshan Iron & Steel Co., Ltd

Maanshan, Anhui

Angang Steel Company Limited

Anshan, Liaoning

TKAS Auto Steel Company Ltd

Dalian, Liaoning

JiangYin ZongCheng Steel CO., Ltd

Jiangyin, Jiangsu

Bengang Steel Plates Co., Ltd

Benxi, Liaoning

BX STEEL POSCO Cold Rolled Sheet Co., Ltd

Benxi, Liaoning

Wuhan Iron & Steel Co., Ltd

Wuhan, Hubei

Shandong Kerui Steel Plate Co., Ltd

Binzhou, Shandong

Inner Mongolia Baotou Steel Union Co. Ltd

Baotou, Mongolja Interna

Hunan Valin Liangang Steel Sheet Co., Ltd

Loudi, Hunan

Shandong Huifu Color Steel Co., Ltd

Linyi, Shadong

Fujian Kaijing Greentech Material Co., Ltd

Longhai, Fujian

Baoshan Iron & Steel Co., Ltd

Shanghai

Baosteel Zhanjiang Iron & Steel Co., Ltd

Zhanjiang, Guandong

Yieh Phui (China) Technomaterial Co.

Changshu, Jiangsu

Rizhao Baohua New Materials Co., Ltd

Rizhao, Shandong

Jiangsu Gangzheng Steel Sheet Science u Technology Co., Ltd

Nantong, Jiangsu


DEĊIŻJONIJIET

10.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/28


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1445

tat-8 ta' Awwissu 2017

dwar prodotti maħsuba għall-prevenzjoni u t-trattament taċ-ċistite, li l-modalità ta' azzjoni ewlenija tagħhom tiddependi fuq il-proantoċjanidini (PAC) preżenti fil-cranberry (Vaccinium Macrocarpon),

(notifikata bid-dokument C(2012) 5341)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (1), b'mod partikolari l-Artikolu 13 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba mressqa minn Franza skont l-Artikolu 13 (1) (d) ta' din id-Direttiva,

Billi:

(1)

B'konformità mal-Artikolu 13 (1) (d) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, Franza talbet lill-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni li l-grupp ta' prodotti li l-azzjoni maħsuba ewlenija tagħhom, skont il-proantoċjanidini (PAC) preżenti fl-estratt tal-cranberry (Vaccinium Macrocarpon), hija li jipprevjenu jew jittrattaw iċ-ċistite, ma jidħlux fid-definizzjoni ta' mezzi mediċi stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE.

(2)

Id-definizzjoni ta' mezzi mediċi stabbilita fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE fost l-oħrajn tipprevedi li apparat ikun jaqa' taħt din id-definizzjoni jekk ma jiksibx l-azzjoni maħsuba ewlenija tiegħu b'mezzi farmakoloġiċi, immunoloġiċi jew metaboliċi.

(3)

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), fl-opinjoni tagħha tat-22 ta' Lulju 2016 (2), tikkonkludi li l-azzjoni maħsuba ewlenija tal-grupp ta' prodotti msemmi fil-premessa (1) aktarx tinkiseb b'mezzi farmakoloġiċi għax il-metaboliti tal-PAC u kostitwenti oħra tal-cranberry wisq probabbli jesebixxu attività farmakoloġika u għalhekk il-modalità ta' azzjoni mekkanika tal-PAC hi improbabbli ħafna.

(4)

Il-modalità ta' azzjoni mekkanika tindika li l-grupp ta' prodotti inkwistjoni jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' mezzi mediċi. Din it-tip ta' modalità hi improbabbli ħafna, u l-iżjed modalità probabbli hija l-modalità ta' azzjoni farmakoloġika, u b'hekk il-grupp ta' prodotti inkwistjoni ma għandux jidħol fid-definizzjoni ta' mezzi mediċi.

(5)

Ir-riżultati tal-kwestjonarju ċċirkolat fil-Grupp Espert tat-Tagħmir Mediku f'Novembru 2014 juru li l-maġġoranza tal-Istati Membri, abbażi tal-għarfien xjentifiku espert tagħhom, jidhrilhom li dan il-grupp ta' prodotti ma għandux jidħol fid-definizzjoni ta' mezzi mediċi.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp ta' prodotti li l-azzjoni maħsuba ewlenija tagħhom, skont il-proantoċjanidini preżenti fl-estratt tal-cranberry (Vaccinium Macrocarpon), hi li tipprevjeni u tittratta ċ-ċistite, ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' mezzi mediċi stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Elżbieta BIEŃKOWSKA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.

(2)  L-opinjoni xjentifika tas-CHMP (il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem) lid-DĠ għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, l-Unità GROW D.4. “It-Teknoloġija tas-Saħħa & l-Kożmetiċi” fuq il-modalità ta' azzjoni ewlenija tal-proantoċjanidini maħsuba biex jintużaw għall-prevenzjoni u għat-trattament ta' infezzjonijiet fil-pajp tal-awrina, EMA/427414/2016, http://ec.europa.eu/growth/tools-databases/newsroom/cf/itemdetail.cfm?item_id=8684&lang=en.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

10.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/30


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istat u d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istat NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament Nru 103 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis f'vetturi motorizzati [2017/1446]

Tinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-suppliment 4 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: 10 ta' Ġunju 2014

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Rekwiżiti

6.

Modifika tat-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis u estensjoni tal-approvazzjoni

7.

Konformità tal-produzzjoni

8.

Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni,

9.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox,

10.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

11.

Dokumentazzjoni

Appendiċi — Nru tad-dokument ta' informazzjoni: rigward l-approvazzjoni tat-tip ta' apparati ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis

ANNESSI

1.

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta' approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa definittivament ta'apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis skont ir-Regolament Nru 103

2.

Eżempji tal-arranġament tal-marki tal-approvazzjoni

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni tat-tip, bħala unitajiet tekniċi separati, ta' apparati ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis li għandhom jiġu armati fuq tip jew iktar ta' vetturi motorizzati koperti mill-kamp tal-applikazzjoni tal-verżjoni rispettiva tar-Regolament Nru 83 bħala parts tas-sostituzzjoni.

Il-konvertituri katalitiċi u l-filtri tal-partikulati għandhom jitqiesu bħala tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

2.1.

“Apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis”, tfisser apparat għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta' apparati bħal dawn, koperti mill-approvazzjoni tat-tip maħruġa għal vettura u li t-tipi tagħhom huma indikati fid-dokumenti relatati mal-Anness 2 tar-Regolament Nru 83 (1).

2.2.

“Apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser apparat għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta' apparati bħal dawn, li għalihom l-approvazzjoni tista' tingħata skont dan ir-Regolament, ħlief għal dawk definiti fil-paragrafu 2.1. hawn fuq.

2.3.

“Apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser apparat għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta' ta' apparati bħal dawn li t-tipi tagħhom huma indikati fid-dokumenti relatati mal-Anness 2 tar-Regolament Nru 83 (1), iżda li huma offruti fis-suq bħala unitajiet tekniċi separati mid-detentur tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.

2.4.

“Tip ta' apparat għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser kovertituri katalitiċi u filtri għall-partikulati li ma jvarjaw fl-ebda wieħed mill-aspetti essenzjali li ġejjin:

(a)

In-numru ta' sottostrati, l-istruttura u l-materjal;

(b)

It-tip ta' attività ta' kull sottostrat

(c)

il-volum, il-proporzjon tal-erja frontali u t-tul tas-sottostrat,

(d)

il-kontenut tal-materjal katalizzatur,

(e)

il-proporzjon tal-materjal katalizzatur,

(f)

id-densità taċ-ċelloli,

(g)

id-dimensjonijiet u l-forma;

(h)

protezzjoni termali.

2.5.

“It-tip tal-vettura”

Ara l-paragrafu 2.1 tar-Regolament Nru 83.

2.6.

“Approvazzjoni ta' apparat tas-sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser l-approvazzjoni ta' apparat għall-kontroll tat-tniġġis sabiex jitwaħħal bħala parti ta' sostituzzjoni fuq tip wieħed jew aktar speċifiċi ta' vetturi fir-rigward tal-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' sustanzi tat-tniġġis, livell tal-ħoss u effett fuq il-prestazzjoni ta' vettura u fejn huwa rilevanti, fuq id-dijanjostika abbord il-vettura (OBD).

2.7.

“Apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis deterjorat” tfisser apparat għall-kontroll tat-tniġġis qadim jew li ġie deterjorat b'mod artifiċjali sal-punt illi jissodisfa l-ħtiġijiet stipolati fil-paragrafu 1 tal-Appendiċi tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 83.

2.8.

“Sistema li tirriġenera perjodikament” tfisser konvertituri katalitiċi, filtri għall-partikulati jew tagħmir ieħor għall-kontroll tat-tniġġis li jeħtieġ proċess perjodiku ta' riġenerazzjoni f'inqas minn 4 000 km ta' ħidma normali tal-vettura;

3.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandha titressaq mill-manifattur tiegħu jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

3.2.   Għal kull tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis li għalih tkun intalbet approvazzjoni tat-tip, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin fi tliet kopji.

3.2.1.   Tpinġijiet tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis li jidentifikaw b'mod partikolari l-karatteristiċi li jissemmew fil-paragrafu 2.3 ta' dan ir-Regolament.

3.2.2.   Deskrizzjoni tat-tip jew tipi tal-vettura li għalih(om) huwa maħsub l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis: In-numru u/jew simboli li jikkaratterizzaw il-magna u t-tip tal-vettura(i) għandhom ikunu indikati.

3.2.3.   Deskrizzjoni u tpinġijiet li juru l-pożizzjoni tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis fil-kuntest tal-manifold(s) tal-exhaust tal-magna:

3.2.4.   Tpinġijiet li jindikaw il-post intenzjonat għall-marka ta' approvazzjoni.

3.2.5.   Indikazzjoni ta' jekk l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis huwa maħsub biex ikun kompatibbli mar-rekwiżiti OBD.

3.2.6.   Fl-Appendiċi hemm mudell tad-dokument ta' informazzjoni.

3.3.   L-applikant għall-approvazzjoni għandu jipprovdi s-servizz tekniku għat-testijiet ta' approvazzjoni:

3.3.1.

Vettura(i) ta' tip approvat skont ir-Regolament Nru 83 mgħammra b'apparat oriġinali ġdid għall-kontroll tat-tniġġis. Din (dawn) il-vettura(i) għandha tintgħażel (jintagħżlu) mill-applikant bil-qbil tas-servizz tekniku. Hi (huma) għandha (għandhom) tikkonforma (jikkonformaw) mar-rekwiżiti tal-paragrafu 3.1 tal-Anness 4 jew il-paragrafu 3.2 tal-Anness 4a tar-Regolament Nru 83, skont liema kien fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-vettura.

Il-vettura(i) ittestjata(i) m'għandu jkollha (ikollhom) l-ebda difett fis-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet; kull parti oriġinali marbuta mal-emissjonijiet li ddeterjorat wisq jew li tikkawża malfunzjonament, għandha tiġi msewwija jew sostitwita. Il-vettura(i) ittestjata(i) għandha tkun issettjata tajjeb skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur qabel isir it-test tal-emissjonijiet.

3.3.2.

kampjun wieħed tat-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis; Dan il-kampjun għandu jkun immarkat b'mod ċar u li ma jistax jitħassar bl-isem jew il-marka kummerċjali ta'l-applikant u d-deżinjazzjoni kummerċjali.

3.3.3.

Kampjun addizzjonali tat-tip tat-tagħmir ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis, fil-każ ta' tagħmir ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis maħsub sabiex jitwaħħal fuq vettura mgħammra b'sistema OBD. Dan il-kampjun għandu jkun immarkat b'mod ċar u li ma jistax jitħassar bl-isem jew il-marka kummerċjali ta'l-applikant u d-deżinjazzjoni kummerċjali. Għandu jkun iddeterjorat kif imfisser fil-paragrafu 2.7 hawn fuq.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk it-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis li tresssaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5 aktar 'l isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis.

4.2.   Apparati oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis, li huma indikati fl-Anness 2 tar-Regolament Nru 83 (2) u li huma maħsuba sabiex jitwaħħlu f'vettura li għaliha jirreferi d-dokument rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip, m'hemmx għalfejn ikunu approvati skont dan ir-Regolament jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-paragrafi 4.2.1 u 4.2.2.

4.2.1.   Immarkar

L-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandu jkollu fuqu mill-inqas l-identifikazzjonijiet li ġejjin:

4.2.1.1.   L-isem tal-fabbrikant tal-vettura jew it-trademark.

4.2.1.2.   Il-marka u n-numru ta' identifikazzjoni tal-parti tal-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis kif ġew irreġistrati fl-informazzjoni li tissemma fil-paragrafu 4.2.3.

4.2.2.   Dokumentazzjoni

L-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandu jkun akkumpanjat mill-informazzjoni li ġejja:

4.2.2.1.   l-isem jew it-trademark tal-manifattur tal-vettura;

4.2.2.2.   Il-marka u n-numru tal-identifikazzjoni tal-parti tal-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis kif ġew irreġistrati fl-informazzjoni li tissemma fil-paragrafu 4.2.3.

4.2.2.3.   Il-vetturi li għalihom l-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis huwa ta' tip indikat fl-Anness 2 tar-Regolament Nru 83 (3), inkluż, fejn ikun applikabbli, immarkar biex jiġi identifikat jekk l-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis huwiex adattat sabiex jitwaħħal fuq vettura li hija mgħammra b'sistema dijanjostika abbord (OBD);

4.2.2.4.   Istruzzjonijiet ta' istallazzjoni, fejn meħtieġa.

4.2.2.5.   Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta:

(a)

Bħala fuljett li jakkompanja l-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis, jew

(b)

Fuq l-ipakkjar li fiħ jinbiegħ l-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis, jew

(c)

Permezz ta' kwalunkwe mezz ieħor applikabbli.

Fi kwalunkwe' każ, l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-katalogu tal-prodott distribwit sal-postijiet ta' fejn isir il-bejgħ permezz tal-fabbrikant tal-vettura.

4.2.3.   Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi lis-servizz tekniku u/jew l-awtorità ta' approvazzjoni, l-informazzjoni neċessarja f'format elettroniku li jagħmel konnessjoni bejn in-numri tal-partijiet relevanti u d-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip.

Din l-informazzjoni għandu jkollha:

(a)

il-marka(i) u t-tip(i) ta' vettura,

(b)

il-marka(i) u t-tip(i) tal-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis,

(c)

in-numru tal-parti/jiet tal-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis,

(d)

in-numru tal-approvazzjoni tat-tip(i) tal-vettura rilevanti.

4.3.   Għandu jingħata numru ta' approvazzjoni għal kull tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis approvat. L-ewwel żewġ figuri (00 għar-Regolament fil-forma preżenti tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jkunu jinkorporaw l-emendi tekniċi l-aktar reċenti u importanti magħmula għar-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis. L-istess numru tal-approvazzjoni jista' jkopri l-użu ta' dak it-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis fuq numru ta' tipi differenti ta' vetturi.

4.4.   Meta l-applikant tal-approvazzjoni tat-tip jista' juri lill-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip jew tas-servizz tekniku li l- apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis huwa ta' tip indikat fl-Anness 2 tas-serje 05 (jew ogħla) ta' emendi tar-Regolament Nru 83, l-għoti ta' ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip m'għandux jiddependi mir-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 5. li għandhom jiġu vverifikati.

4.5.   L-avviż tal-approvazzjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoi tat-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis skont dan ir-regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

4.6.   Fuq l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis li jikkonforma mat-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis approvat skont dan ir-Regolament, għandu jkun hemm imnwaħħal, fil-post speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka ta' approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti f':

4.6.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (4);

4.6.2.

In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni, ħdejn iċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 4.6.1.

4.7.   Jekk l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis huwa konformi ma' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis approvat skont Regolamenti wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, m'għandux għalfejn jiġi ripetut is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.6.1. f'każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.6.1.

4.8.   Il-marka ta' approvazzjoni għandha tkun indellibbli u li tista tinqara sew meta l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis jiġi armat taħt il-vettura.

4.9.   L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji ta' arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni.

5.   REKWIŻITI

5.1.   Rekwiżiti ġenerali

5.1.1.   L-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandu jkun iddisinjat, mibni u li jkun jista' jintrama sabiex jippermetti li l-vettura tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regolament li oriġinarjament kien konformi magħhom i u li l-emissjonijiet li jniġġsu jiġu limitati b'mod effettiv matul il-ħajja normali tal-vettura taħt kondizzjonijiet normali ta' użu.

5.1.2.   L-installazzjoni tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandha ssir fil-pożizzjoni eżatta tal-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis, u l-pożizzjoni fuq il-linja tal-exhaust tas-sonda tal-ossiġnu u sensors oħra, jekk applikabbli, m'għandhomx ikunu modifikati.

5.1.3.   Jekk l-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis jinkludi protezzjonijiet termali, l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandu jinkludi protezzjonijiet ekwivalenti.

5.1.4.   L-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandu jkun durabbli, jiġifieri ddisinjat, mibni u ta' tip li jista' jiġi mmuntat sabiex tinkiseb reżistenza raġjonevoli kontra l-fenomeni ta' korrużjoni u ta' ossidazzjoni li għalihom jiġi espost, wara li jkunu ġew ikkunsidrati l-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura.

5.2.   Rekwiżiti rigward l-emissjonijiet

Il-vettura(i) indikata(i) fil-paragrafu 3.3.1 ta' dan ir-Regolament, mgħammra b'apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis tat-tip li għaliha ntalbet l-approvazzjoni, għandha (għandhom) tkun (ikunu) soġġetta(i) għal-test tat-tip I taħt il-kundizzjonijiet deskritti fl-annessi korrispondenti għar-Regolament Nru 83 sabiex tiġi mqabbla l-prestazzjoni tagħha mal-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis skont il-proċedura deskritta hawn taħt.

5.2.1.   Id-determinazzjoni tal-bażi għall-paragun

Il-vettura(i) għandha (għandhom) tkun (ikunu) mgħammra b'apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis ġdid (ara paragrafu 3.3.1) li għandu jkollu running in permezz ta' 12-il ċiklu extra-urban (test tat-tip I parti 2). Wara dan il-prekondizjonament, il-vettura(i) għanda/hom tinżamm/jinżammu f'kamra li fiha t-temperatura tibqa' relativament kostanti bejn 293 u 303 K (20 u 30 °C). Dan il-kundizzjonament għandu jitwettaq għal mill-inqas sitt sigħat u jkompli sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u l-likwidu ta' tkessiħ, jekk ikun hemm, ikunu fi ħdan ± 2 K tat-temperatura tal-kamra. Sussegwentement għandhom isiru tliet testijiet tat-tip I.

5.2.2.   Test tal-gass tal-egżost permezz tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis

L-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis tal-vettura(i) tat-test għandu jkun sostitwit bl-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis (ara paragrafu 3.3.2) li għandu jkollu runnning in permezz ta' 12-il ċiklu extra-urban (test tat-tip I parti 2). Wara dan il-prekondizjonament, il-vettura(i) għanda/hom tinżamm/jinżammu f'kamra li fiha t-temperatura tibqa' relativament kostanti bejn 293 u 303 K (20 u 30 °C). Dan il-kundizzjonament għandu jitwettaq għal mill-inqas sitt sigħat u jkompli sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u l-likwidu ta' tkessiħ, jekk ikun hemm, ikunu fi ħdan ± 2 K tat-temperatura tal-kamra. Sussegwentement għandhom isiru tliet testijiet tat-tip I.

5.2.3.   L-evalwazzjoni tal-emissjoni ta' inkwinanti ta' magni mgħammra b'apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis.

Il-vettura(i) tat-test bl-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis għandha (għandhom) tikkonfroma (jikkonforma) mal-valuri tal-limitu skont l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura(i), inklużi — jekk applikabbli — il-fatturi ta' deterjorazzjoni applikati waqt l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura(i).

Ir-rekwiżiti li jirrigwardaw l-emissjonijiet tal-vettura(i) mgħammra b'apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandhom jitqiesu bħala ssodisfati jekk ir-riżultati, għal kull sustanza ta' tniġġis regolata (CO, HC, NOx u partikulati) jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

M ≤ 0,85S + 0,4G

(2)

M ≤ G

fejn:

M

:

huwa l-valur medju tal-emissjonijiet ta' sustanza waħda tat-tniġġis (partikulati u partikuli CO, HC, NOx) jew it-total ta' żewġ sustanzi tat-tniġġis (HC + NOx) miksub mit-tliet testijiet tat-tip I bl-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis.

S

:

huwa l-valur medju tal-emissjonijiet ta' sustanza waħda tat-tniġġis (partikulati u partikuli CO, HC, NOx) jew it-total ta' żewġ sustanzi tat-tniġġis (HC + NOx) miksub mit-tliet testijiet tat-tip I bl-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis.

G

:

huwa l-valur ta' limitu tal-emissjonijiet ta' sustanza waħda tat-tniġġis (partikulati u partikuli CO, HC, NOx) jew it-total ta' żewġ sustanzi tat-tniġġis (HC + NOx) skont l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura(i):

(i)

diviż, jekk applikabbli, bil-fatturi ta' deterjorazzjoni determinati skont il-paragrafu 5.4 hawn taħt jew

(ii)

li minnu jitnaqqsu, jekk applikabbli, il-fatturi ta' deterjorazzjoni miżjuda determinati skont il-paragrafu 5.4 hawn taħt,

Fejn titressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni għal tipi differenti ta' vetturi mill-istess fabbrikant ta' karrozzi, u bil-kondizzjoni illi dawn it-tipi differenti ta' vettura huma mgħammra bl-istess tip ta' apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis, it-testjar tat-tip I jista' jkun limitat għal mill-inqas żewġ vetturi magħżula wara ftehim mas-servizz tekniku responsabbli għall-approvazzjoni.

5.2.4.   Għal apparati għall-kontroll tat-tniġġis maħsuba biex jiġu armati fuq vetturi approvati għat-tip skont is-serje ta' emendi 07 tar-Regolament Nru 83, is-sustanzi li jniġġsu regolati msemmi fil-paragrafu 5.2.3 ta' dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala s-sustanzi li jniġġsu kollha speċifikati fil-paragrafu 5.3.1.4 tas-serje ta' emendi 07 tar-Regolament Nru 83.

5.3.   Kondizzjonijiet fir-rigward ta' ħoss u prestazzjoni tal-vettura

L-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet tekniċi tar-Regolament Nru 59. Bħala alternattiva għall-kejl tal-back-pressure kif speċifikat mir-Regolament Nru 59, il-verifika tal-prestazzjoni tal-vettura jista' jsir billi titkejjel il-potenza massima assorbita permezz ta' xażi dinamometriku f'veloċità li tikkorrispondi għall-potenza massima tal-magna. Il-valur imkejjel taħt kondizzjonijiet ambjentali ta' referenza kif speċifikat fir-Regolament Nru 85 bl-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis u m'għandux ikun iktar baxx minn 5 fil-mija minn dak li jiġi osservat bl-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis.

5.4.   Rekwiżiti fir-rigward tad-durabilità

L-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.6 tar-Regolament Nru 83.

5.4.1.   Għal apparati ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis maħsuba biex jiġu armati fuq vetturi approvati għat-tip skont is-serje ta' emendi 07 tar-Regolament Nru 83.,għandhom jintużaw ir-rekwiżiti ta' durabilità u l-fatturi ta' deterjorazzjoni assoċjati speċifikati fil-paragrafu 5.3.6 tas-serje ta' emendi 07 tar-Regolament Nru 83.

5.5.   Rekwiżiti rigward il-kompatibilità tal-OBD (applikabbli biss għal apparati ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi mgħammra b'sistema OBD)

Dimostrazzjoni tal-kompatibilità tal-OBD hija meħtieġa biss meta l-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis ikun ġie mmonitorjat fil-konfigurazzjoni oriġinali.

5.5.1.   Għandha tintwera l-kompatibbiltà tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis mas-sistema OBD permezz tal-proċeduri deskritti fis-serje 05, 06 jew 07 (5) ta' emendi tar-Regolament Nru 83, l-Anness 11, l-Appendiċi 1.

5.5.2.   Id-dispożizzjonijiet tas-serje ta' emendi 05, 06 jew 07 (5) tar-Regolament Nru 83, l-Anness 11, l-Appendiċi 1 applikabbli għall-komponenti minbarra l-apparat għall-kontroll tat-tniġġis m'għandhomx japplikaw.

5.5.3.   Il-manifattur tal-apparat ta' wara l-bejgħ jista' juża l-istess prekondizzjonament u proċedura ta' test użati fl-approvazzjoni tat-tip oriġinali. Għal dan il-każ, l-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip għandhom jipprovdu, fuq rikjesta u fuq bażi mhux diskriminatorja, l-Appendiċi għat-tip ta' approvazzjoji ta' komunikazzjoni li fih numru u tip ta' ċikli ta' prekondizzjonament u t-tip ta' ċiklu tat-test użat mill-manifattur oriġinali tal-apparat għall-ittestjar OBD tal-apparat għall-kontroll tat-tniġġis.

5.5.4.   Sabiex jiġu verifikati l-installazzjoni u l-funzjonament korretti tal-komponenti kollha l-oħra mmonitorjati mis-sistema OBD, is-sistema OBD għandha tindika li m'hemm l-ebda malfunzjonament u ma għandu jkollha l-ebda kodiċijiet ta' malfunzjonament maħżuna qabel ma ssir l-installazzjoni ta' kwalunkwe apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis. Valutazzjoni tal-istat tas-sistema tal-OBD fl-aħħar tat-testijiet deskritti fil-paragrafu 5.2.1 tista' tintuża għal dan il-għan.

5.5.5.   L-indikatur tal-malfunzjonament (MI: ara l-paragrafu ta' referenza 2.5 tal-Anness 11 tas-serje 05 tal-emendi (jew warajhom) tar-Regolament Nru 83) m'għandux jiġi attivat matul l-operat tal-vettura kif meħtieġ skont il-paragrafu 5.2.2.

5.5.6.   Għall-vetturi b'magni positive-ignition, jekk l-emissjonijiet tat-THC u tal-NMHC imkejla waqt it-test ta' turija ta' konvertitur katalitiku ta' tagħmir oriġinali ġdid, skont il-paragrafu 5.2.1 ta' dan ir-Regolament ikunu ogħla mill-valuri mkejla waqt l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, id-differenza għandha tiġi miżjuda mal-livelli ta' limitu tal-OBD. Il-livelli ta' limitu tal-OBD huma speċifikati fil-paragrafu 3.3.2. tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 83.

5.5.7.   Waqt it-testijiet tal-kompatibbiltà tal-OBD stabbiliti fil-paragrafi 5.5 sa 5.5.5 ta' dan ir-Regolament, japplikaw il-livelli ta' limitu riveduti tal-OBD. B'mod partikolari, meta tiġi applikata l-eċċedenza permessa fil-paragrafu 1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 83.

5.6.   Ir-rekwiżiti għas-sistemi ta' sostituzzjoni li jirriġeneraw perjodikament

5.6.1.   Rekwiżiti rigward l-emissjonijiet

5.6.1.1.   Il-vettura/i indikata/i fil-paragrafu 3.3.1 ta' dan ir-Regolament, mgħammra b'sistema sostituta li tirriġenera perjodikament tat-tip li għalih intalbet l-approvazzjoni, għandha/għandhom tkun/ikunu soġġetta/i għat-testijiet deskritti fil-paragrafu 3 tal-Anness 13 tar-Regolament Nru 83, sabiex il-prestazzjoni tagħha titqabbel mal-istess vettura mgħammra bis-sistema oriġinali li tirriġenera perjodikament.

5.6.2.   Id-determinazzjoni tal-bażi għall-paragun

5.6.2.1.   Il-vettura għandha tkun mgħammra b'sistema oriġinali ġdida li tirriġenera perjodikament. Il-prestazzjoni tal-emissjonijiet ta' din is-sistema għandu jiġi ddeterminat skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 3 tal-Anness 13 tar-Regolament Nru 83.

5.6.2.2.   Fuq talba tal-applikant għall-approvazzjoni tal-komponent sostitut, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħmel disponibbli, fuq bażi mhux diskriminatorja, l-informazzjoni msemmija fil-punti 3.2.12.2.1.11.1 u 3.2.12.2.6.4.1 tad-dokument ta' informazzjoni li jinsab fl-Anness 1 tar-Regolament Nru 83 għal kull vettura ttestjata.

5.6.3.   It-test tal-gassijiet tal-egżost b'sistema ta' sostituzzjoni li tirriġenera perjodikament.

5.6.3.1.   Is-sistema tat-tagħmir oriġinali li tirriġenera perjodikament tal-vettura/i tat-test għandha tkun sostitwita mis-sistema ta' sostituzzjoni li tirriġenera perjodikament. Il-prestazzjoni tal-emissjonijiet ta' din is-sistema għandu jiġi ddeterminat skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 3 tal-Anness 13 tar-Regolament Nru 83.

5.6.3.2.   Sabiex jiġi ddeterminat il-fattur D tas-sistema ta' sostituzzjoni li tirriġenera perjodikament, jista' jintuża kwalunkwe wieħed mill-metodi tal-bank tat-test tal-magna msemmija fil-paragrafu 3 tal-Anness 13 tar-Regolament Nru 83.

5.6.4.   Rekwiżiti oħrajn

Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.2.3, 5.3, 5.4 u 5.5 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għas-sistemi ta' sostituzzjoni li jirriġeneraw perjodikament. F'dawn il-paragrafi, il-kliem “konvertitur katalitiku” għandhom jinftiehmu li jfissru “sistema li tirriġenera perjodikament”.

6.   MODIFIKA TAT-TIP TA' APPARAT TA' SOSTITUZZJONI GĦALL-KONTROLL TAT-TNIĠĠIS U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

Kull modifika tat-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat dan it-tip ta'apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis.

L-Awtorità mbagħad tista':

(a)

Tikkunsidra li l-modifiki li saru x'aktarx ma jkollhom l-ebda effett negattiv notevoli u li fi kwalunkwe każ l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għadu konformi mar-rekwiżiti, jew

(b)

Teħtieġ rapport ta' test ieħor għal uħud jew għat-testijiet kollha deskritti fil-paragrafu 5 ta' dan ir-Regolament mis-servizz tekniku risponsabbli għat-tmexxija tat-testijiet.

Il-konferma jew ir-rifjut ta' approvazzjoni, bl-ispeċifikazzjoni tal-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal kull komunikazzjoni ppreparata għal tali estensjoni.

7.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandha tkun konformi ma' dawk stabbiliti fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

7.1.   L-apparati ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu mmanifatturati biex jikkonformaw mat-tip approvat fil-karatteristiċi kif inhu definit skont il-paragrafu 2.3 ta' dan ir-Regolament. Dawn għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 5 u, fejn ikun applikabbli, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tat-testijiet speċifikati f'dan ir-Regolament.

7.2.   L-awtorità kompetenti tista' twettaq kull kontroll jew test preskritt f'dan ir-Regolament. Partikolarment, jistgħu isiru t-testijiet deskritti fil-paragrafu 5.2 ta' dan ir-Regolament (rekwiżiti dwar l-emissjonijiet). F'dan il-każ, id-detentur tal-approvazzjoni jista' jitlob, bħala alternattiva, sabiex juża, bħala bażi għat-tqabbil, mhux l-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis, iżda l-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis li ntuża waqt it-testijiet ta' approvazzjoni tat-tip (jew kampjun ieħor li jkun ġie kkonfermat bħala li jikkonforma mat-tip approvat). Il-valuri ta' emissjonijiet imkejla bil-kampjun li jkun qed jiġi verifikat ma għandhomx, bħala medja, jaqbżu l-valuri medji mkejla bil-kampjun użat bħala referenza b'aktar minn 15 fil-mija.

8.   PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.   L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 7 ta' hawn fuq ma jkunux tħarsu.

8.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li kienet tat qabel, għandha minnufih tavża b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li qed japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

9.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għal kollox il-fabbrikazzjoni ta' tip apparat għall-kontroll tat-tniġġis approvat skont dan ir-Regolament, għandu jgħarraf b'dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

10.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u lil min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.

11.   DOKUMENTAZZJONI

11.1.   Kull apparat ta' sostituzzjoni ġdid għall-kontroll tat-tniġġis għandu jkun immarkat b'mod li ma jistax jitħassar bl-isem jew bit-trademark tal-manifattur u jkun akkumpanjat mill-informazzjoni li ġejja:

11.1.1.

Il-vetturi (inkluża s-sena tal-manifattura) li għalihom qed jiġi approvat l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis, inkluż, fejn ikun applikabbli, immarkar li jidentifika l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis bħala addattat biex jitwaħħal fuq vettura li tkun mgħammra b'sistema dijanjostika abbord (OBD);

11.1.2.

Istruzzjonijiet ta' istallazzjoni, fejn meħtieġa.

11.2.   Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta:

(a)

Bħala fuljett li jakkompanja l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis; jew

(b)

Fuq l-ipakkjar li fiħ jinbiegħ l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis; jew

(c)

Permezz ta' kwalunkwe mezz ieħor applikabbli.

Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-katalogu tal-prodott distribwit lill-punti ta' bejgħ mill-manifattur tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis.


(1)  L-Anness 2 tar-Regolament Nru 83, is-serje ta' emendi 06, għandu jiġi kkoreġut, flimkien mal-paragrafu 3.2.12.2.1 tal-Anness 1 tar-Regolament Nru 83, is-serje ta' emendi 07.

(2)  L-Anness 2 tar-Regolament Nru 83, is-serje ta' emendi 06, għandu jiġi kkoreġut, flimkien mal-paragrafu 3.2.12.2.1 tal-Anness 1 tar-Regolament Nru 83, is-serje ta' emendi 07.

(3)  L-Anness 2 tar-Regolament Nru 83, is-serje ta' emendi 06, għandu jiġi kkoreġut, flimkien mal-paragrafu 3.2.12.2.1 tal-Anness 1 tar-Regolament Nru 83, is-serje ta' emendi 07.

(4)  In-numri ta' distinzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), document TRANS/WP.29/78/Rev.2.

(5)  Skont liema kien fis-seħħ fil-mument tal-approvazzjoni tal-vettura.


APPENDIĊI

Nru tad-dokument ta' informazzjoni … rigward l-approvazzjoni tat-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis

Id-disinji kollha għandhom jiġu ppreżentati fi skala xierqa u b'dettall biżżejjed f'daqs A4 jew f'folder ta' daqs A4. F'każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed.

Jekk is-sistema, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

1.   ĠENERALI

1.1.   Marka (isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.   Tip:

1.2.1.   Isem/ismijiet kummerċjali jekk disponibbli:

1.5.   Isem u l-indirizz tal-manifattur

1.7.   Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' approvazzjoni tal-KEE:

1.8.   Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …

2.   DESKRIZZJONI TAT-TAGĦMIR

2.1.   Marka u tip tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis:

2.2.   Tpinġijiet tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis, li jidentifikaw b'mod partikolari l-karatteristiċi li jissemmew fil-punti 2.3 sa 2.3.2 ta' dan l-appendiċi:

2.3.   Deskrizzjoni tat-tip jew tat-tipi tal-vettura li għalih(om) huwa maħsub l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis:

2.3.1.

Numru/i u/jew simbolu/i li jikkaratterizza(w) il-magna u t-tip(i) ta' vettura:

2.3.2.

L-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis huwa maħsub biex ikun kompatibbli mar-rekwiżiti OBD? Iva/Le (Aqta' barra dak li ma japplikax).

(Iva/Le) Deskrizzjoni u tpinġijiet li juru l-pożizzjoni tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis ħdejn il-manifold(s) tal-egżost tal-magna:


ANNESS 1

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS 2

EŻEMPJI TAL-ARRANĠAMENT TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(Ara l-paragrafu 4.6 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta' approvazzjoni hawn fuq mwaħħla ma' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fl-Olanda (E 4), skont ir-Regolament Nru 103 skont l-approvazzjoni Nru 001234. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont il-kondizzjonijiet tar-Regolament Nru 103 kien fil-forma oriġinali tiegħu.

MUDELL B

(Ara l-paragrafu 4.7 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta' approvazzjoni hawn fuq mwaħħla ma' komponent ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fl-Olanda (E 4), skont ir-Regolamenti Nru 103 u 59 (1).

L-ewwel żewġ ċifri tan-numri ta' approvazzjoni jindikaw li, fid-data li fiha ngħataw dawn l-approvazzjonijiet, ir-Regolamenti Nri 103 u 59 kienu fil-forma oriġinali tagħhom.


(1)  It-tieni numru jingħata biss bħala eżempju.