ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 201

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
2 ta' Awwissu 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1407 tal-1 ta' Awwissu 2017 li jagħmel il-korrezzjonijiet għall-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bil-Portugiż u bl-Ispanjol, tar-Regolament (UE) Nru 432/2012, li jistabbilixxi lista ta' indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1408 tal-1 ta' Awwissu 2017 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1409 tal-1 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 75/2013 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dazji addizzjonali tal-importazzjoni fis-settur taz-zokkor u mal-kalkolu tal-kontenut tas-sukrożju fl-isoglukożju u f'ċerti ġuleppijiet

21

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1407

tal-1 ta' Awwissu 2017

li jagħmel il-korrezzjonijiet għall-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bil-Portugiż u bl-Ispanjol, tar-Regolament (UE) Nru 432/2012, li jistabbilixxi lista ta' indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Ġermaniż u bl-Ispanjol tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 (2) fihom żball fl-indikazzjoni dwar l-ewwel okkorrenza tan-nutrijent, tas-sustanza, tal-ikel jew tal-kategorija tal-ikel “Sostitut ta' ikla għall-kontroll tal-piż” fl-Anness.

(2)

Il-verżjoni lingwistika bil-Finlandiż tar-Regolament (UE) Nru 432/2012 fiha żball fil-kundizzjonijiet u/jew restrizzjonijiet tal-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali fit-tieni okkorrenza tan-nutrijent, tas-sustanza, tal-ikel jew tal-kategorija tal-ikel “Sostitut ta' ikla għall-kontroll tal-piż” fl-Anness.

(3)

Il-verżjoni lingwistika bil-Portugiż tar-Regolament (UE) Nru 432/2012 fiha żball fil-kundizzjonijiet u/jew restrizzjonijiet tal-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali fiż-żewġ okkorrenzi tan-nutrijent, tas-sustanza, tal-ikel jew tal-kategorija tal-ikel “Sostitut ta' ikla għall-kontroll tal-piż” fl-Anness.

(4)

Għaldaqstant, il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol u bil-Portugiż tar-Regolament (UE) Nru 432/2012 għandhom isirulhom il-korrezzjonijiet rilevanti. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma ntlaqtux.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta' Mejju 2012 li jistabbilixxi lista ta' indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, 25.5.2012, p. 1).


2.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1408

tal-1 ta' Awwissu 2017

li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, (3) u b'mod partikulari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, (4) u b'mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu,

Infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

A.   IMPENN U MIŻURI EŻISTENTI OĦRAJN

(1)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (5), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin (“moduli”) u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”).

(2)

Grupp ta' produtturi esportaturi ta mandat lill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta' Makkinarju u ta' Prodotti Elettroniċi (“CCCME” — China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products) sabiex tippreżenta impenn fuq il-prezz f'isimhom lill-Kummissjoni, kif fil-fatt għamlu. Huwa ċar mit-termini ta' dan l-impenn fuq il-prezz li huwa jikkostitwixxi ġabra ta' impenji individwali fuq il-prezz għal kull produttur esportatur, li hija, għal raġunijiet ta' prattiċità tal-amministrazzjoni, ikkoordinata mis-CCCME.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (6), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013 (7), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 sabiex tintroduċi l-bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju.

(4)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli u ta' ċelloli fl-Unjoni li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ (“il-prodotti kkonċernati”). Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, il-Kunsill impona wkoll dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti kkonċernati.

(5)

Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi (“il-produtturi esportaturi”) flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (8), li aċċettat l-impenn fuq il-prezz kif emendat (“l-impenn”) għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi. L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jelenka b'mod partikolari l-produtturi esportaturi li għalihom ġie aċċettat l-impenn, fost l-oħrajn il-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Shenzhen Topray Solar Co. Ltd, flimkien mal-kumpaniji relatati tagħha fir-RPĊ u fl-Unjoni, b'mod konġunt koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B880 (“Topray Solar”);

(b)

Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd, flimkien mal-kumpanija relatata tagħha fir-RPĊ, koperti b'mod konġunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B899 (“BLD Solar”).

(6)

Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE (9), il-Kummissjoni aċċettat proposta mill-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn għall-prodotti kkonċernati koperti mill-impenn, jiġifieri l-moduli u ċ-ċelloli li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8541 40 90 (il-kodiċijiet TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) magħmula mill-produtturi esportaturi (“il-prodott kopert”). Id-dazji antidumping u kumpensatorji msemmija fil-premessa 4 hawn fuq, flimkien mal-impenn, huma flimkien imsejħa, minn hemm 'il quddiem, “miżuri”.

(7)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/866 (10) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi.

(8)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1403 (11) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(9)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2018 (12) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi.

(10)

Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (13) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(11)

Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri kompensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (14) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(12)

Il-Kummissjoni bdiet ukoll rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping u l-miżuri kompensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (15) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(13)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/115 (16) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(14)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185 (17), il-Kummissjoni estendiet id-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikkunsinjati mill-Malasja u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le.

(15)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 (18), il-Kummissjoni estendiet id-dazju kumpensatorju definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jew ikkunsinjati minnha għal importazzjonijiet tal-prodott ikkunsinjati mill-Malasja u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le.

(16)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1045 (19) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(17)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1382 (20) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra.

(18)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1402 (21) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi oħra.

(19)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1998 (22) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra.

(20)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2146 (23) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi oħra.

(21)

Wara l-iskadenza u r-rieżami interim imsemmija fil-premessi 10-12, il-Kummissjoni żammet il-miżuri fis-seħħ bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 (24) u (UE) 2017/367 (25).

(22)

Il-Kummissjoni bdiet ukoll rieżami interim parzjali dwar il-forma tal-miżuri permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (26) fit-3 ta' Marzu 2017.

(23)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/454 (27) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal erba' produtturi esportaturi.

(24)

Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/615 (28), il-Kummissjoni aċċettat proposta mingħand grupp ta' produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME rigward l-implimentazzjoni tal-impenn.

(25)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/941 (29) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi.

B.   TERMINI TAL-IMPENN

(26)

Il-produtturi esportaturi qablu, fost l-oħrajn, li ma jbigħux il-prodott kopert lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni inqas minn ċertu prezz minimu tal-importazzjoni (minimum import price, “l-MIP”), sal-limitu tal-livell annwali assoċjat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni (“il-livell annwali”) stipulat fl-impenn. L-MIP huwa stabbilit fuq bażi ekwivalenti ta' flus. Jekk it-terminu ta' pagament huwa differenti mill-bażi ekwivalenti ta' flus, jiġi applikat ċertu tnaqqis għall-valur tal-fattura meta titqabbel il-konformità mal-MIP.

(27)

L-impenn jikkjarifika wkoll, f'lista mhux eżawrjenti, dak li jikkostitwixxi ksur tal-impenn. Il-lista tinkludi, b'mod partikolari, li jsiru arranġamenti ta' kumpens mal-klijenti, li jsiru dikjarazzjonijiet qarrieqa rigward l-oriġini tal-prodott ikkonċernat jew l-identità tal-esportatur. Il-parteċipazzjoni f'sistema ta' kummerċ li tista' twassal għal riskju ta' evażjoni wkoll tikkostitwixxi ksur. Il-lista tinkludi wkoll li l-ħruġ ta' fattura kummerċjali, kif definit fl-impenn, li t-tranżazzjoni finanzjarja li tkun ibbażata fuqha ma tkunx skont il-valur nominali tagħha, huwa ksur.

(28)

Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi impenjaw ruħhom li ma jbigħu l-ebda prodott ħlief il-prodott kopert, immanifatturat jew ikkummerċjalizzat minnhom aktar minn limitu perċentwali żgħir tal-valur totali tal-bejgħ tal-prodott kopert lill-istess klijenti li lilhom ibigħu l-prodott kopert (“il-limitu parallel tal-bejgħ”).

(29)

L-impenn jobbliga wkoll lill-produtturi esportaturi sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dettaljata dwar il-bejgħ kollu tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni fuq bażi trimestrali (“ir-rapporti trimestrali”). Ir-rappurtar jinkludi wkoll rappurtar ta' bejgħ mill-ġdid lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni permezz ta' importatur relatat elenkat fl-impenn. Dawn ir-rapporti tal-aħħar jippermettu li l-Kummissjoni tissorvelja jekk il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-importatur relatat lill-ewwel klijent indipendenti huwiex skont l-MIP. Il-bejgħ ta' prodotti oħra minbarra l-prodott kopert lill-istess klijenti wkoll għandu jiġi rrappurtat. Din id-dejta ppreżentata f'dawn ir-rapporti trimestrali trid tkun kompluta u korretta u t-tranżazzjonijiet irrappurtati għandhom ikunu totalment konformi mat-termini tal-impenn.

(30)

Il-produttur esportatur huwa responsabbli għall-ksur ta' kwalunkwe parti relatata, sew jekk tkun elenkata fl-impenn kif ukoll jekk le.

(31)

Il-produtturi esportaturi impenjaw ruħhom ukoll li jikkonsultaw mal-Kummissjoni rigward kwalunkwe diffikultà jew kwistjoni, teknika jew ta' xort'oħra, li tista' tinqala' matul l-implimentazzjoni tal-impenn.

(32)

L-impenn jistipula wkoll li l-Kummissjoni tista' tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta' żmien ta' applikazzjoni tagħha jekk il-monitoraġġ u l-infurzar ikunu imprattikabbli.

(33)

L-impenn jobbliga wkoll lill-produtturi esportaturi li jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq f'każ li jkun beħsiebhom jistabbilixxu parti fl-Unjoni li jkunu relatati magħha.

(34)

Bil-għan li jiżguraw konformità mal-impenn, il-produtturi esportaturi impenjaw ruħhom ukoll li jippermettu żjarat ta' verifika fil-post fil-proprjetà tagħhom biex tiġi vverifikata l-eżattezza u l-kompletezza tad-dejta ppreżentata lill-Kummissjoni fir-rapporti trimestrali msemmija u li jipprovdu l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa mill-Kummissjoni.

(35)

L-impenn jistipula wkoll li l-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni hija bbażata fuq il-fiduċja u jenħtieġ li kwalunkwe azzjoni li tista' tagħmel ħsara lir-relazzjoni ta' fiduċja stabbilita mal-Kummissjoni tiġġustifika l-irtirar tal-impenn.

C.   MONITORAĠĠ TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI

(36)

Filwaqt li għamlet monitoraġġ tal-konformità mal-impenn, il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni ppreżentata miż-żewġ produtturi esportaturi BLD Solar u Topray Solar li kienet rilevanti għall-impenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet ukoll żjarat ta' verifika fil-bini ta' dawn il-produtturi esportaturi. Is-sejbiet elenkati fil-premessi minn 37 sa 48 jindirizzaw il-problemi identifikati għal BLD Solar u Topray Solar li jobbligaw lill-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal dawn iż-żewġ produtturi esportaturi.

D.   RAĠUNIJIET GĦALL-IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN

(a)   BLD Solar

(37)

Waqt iż-żjara ta' verifika f'Diċembru 2016, il-kontijiet ta' BLD Solar urew li l-akbar erba' klijenti allegatament mhux relatati kellhom ammonti sostanzjali li għadhom iridu jitħallsu għal moduli mixtrija minn BLD Solar. Pereżempju, klijent wieħed ma kienx ħallas għal aktar minn sena mill-aħħar xirja. Il-bilanċ li kien għadu jrid jitħallas kien jammonta għal aktar minn 8 % tal-bejgħ kollu ta' BLD Solar lil dan il-klijent. Dawn il-pagamenti pendenti jikkostitwixxu “krediti illimitati” li huma benefiċċji għall-klijenti. Mhumiex permessi billi l-konformità mal-MIP ma tistax tiġi verifikata għal dawn it-tranżazzjonijiet kif stabbilit fil-premessa 26. BLD Solar ħarġet għadd kbir ta' noti ta' debitu jumejn qabel iż-żjara ta' verifika, u allegatament talbet għall-pagamenti pendenti. L-ebda nota ta' debitu ma kienet iddaħħlet fil-kontijiet. Barra minn hekk, BLD Solar naqset milli tikkonsulta lill-Kummissjoni fuq din il-kwistjoni għall-kuntrarju tal-obbligi stabbiliti fil-premessa 31.

(38)

BLD Solar ħallset ammont sostanzjali lil wieħed mill-erba' klijenti msemmija fil-premessa 37. Dan il-benefiċċju jikkostitwixxi arranġament kumpensatorju. Barra minn hekk, il-pagament ma ġiex rappurtat. Il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjonijiet ta' dan il-benefiċċju u kkonkludiet li BLD Solar kisret l-obbligu tagħha li ma tidħolx f'arranġamenti kumpensatorji, kif imsemmi fil-premessa 27. Barra minn hekk, billi ma rrappurtatx dan il-benefiċċju, BLD kisret l-obbligi ta' rappurtar imsemmija fil-premessa 29.

(39)

Skont l-informazzjoni disponibbli pubblikament, BLD Solar kellha uffiċċju fl-Unjoni bl-istess indirizz bħal wieħed mill-klijenti tagħha msemmi fil-premessa 37. BLD Solar iddikjarat li din hija kooperazzjoni kummerċjali li ma seħħitx. Klijent ieħor mill-erba' msemmija fil-premessa 37 ippubblika sit web li huwa kważi identiku għas-sit ta' BLD Solar, inkluż l-istess żbalji lingwistiċi.

(40)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li BLD tat kont tal-bejgħ lil żewġ importaturi taħt kont tal-klijenti konġunt. Madankollu, fir-rapporti trimestrali tagħha tal-Kummissjoni, BLD iddikjarat dawn il-klijenti bħala entitajiet differenti, u għaldaqstant qajmet dubju fuq il-korrettezza tar-rapporti, kif imsemmi fil-premessa 29. Barra minn hekk, BLD tat spjegazzjonijiet kontradittorji rigward ir-relazzjonijiet kummerċjali ma' wieħed mill-klijenti li huwa relatat ma' produttur esportatur Ċiniż li mhuwiex soġġett għall-impenn.

(41)

Il-Kummissjoni analizzat is-sejbiet stabbiliti fil-premessi minn 39 sa 40 u kkonkludiet li dawn għamlu ħsara lir-relazzjoni ta' fiduċja stabbilita mal-Kummissjoni.

(42)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sejbiet stabbiliti fil-premessi 37 u (38), BLD Solar kisret it-termini tal-impenn, kif deskritt fil-premessi 26, 27, 29 u 31.

(b)   Topray Solar

(43)

Apparti l-moduli, Topray Solar biegħet kwantitajiet kbar ta' hekk imsejħa prodotti għall-konsumatur bħal funtani solari u ċarġers solari forma ta' valiġġetta (briefcase chargers). Dawn il-prodotti mhumiex koperti mill-impenn. Ma jenħtieġ li toħroġ l-ebda fattura għal dawn il-prodotti. Madankollu, Topray Solar unilateralment iddefiniet dawn il-prodotti bħala prodott kopert mill-impenn u ħarġet fatturi tal-impenn għall-istess klijenti li kienu jinkludu: Kemm prodotti koperti kif ukoll prodotti mhux koperti mill-impenn. Barra minn hekk, il-valur tal-prodott mhux kopert mill-impenn kien jaqbeż il-limitu parallel tal-bejgħ għall-istess klijenti. Barra minn hekk, Topray Solar ma kkonsultatx lill-Kummissjoni għall-kuntrarju tal-obbligi stabbiliti fil-premessa 31.

(44)

Apparti l-bejgħ imsemmi fil-premessa 43, Topray Solar biegħet prodotti addizzjonali mhux koperti mill-impenn (pereżempju kontrolluri taċ-ċarġ solari) lill-istess klijenti mingħajr ma rrappurtat dan il-bejgħ lill-Kummissjoni. Dan il-bejgħ kompla jżid l-eċċess tal-limitu parallel tal-bejgħ imsemmi fil-premessa 43 u jikkostitwixxi ksur tal-obbligi ta' rappurtar imsemmija fil-premessa 29.

(45)

Il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjonijiet ta' din ix-xejra ta' kummerċ u kkonkludiet li hemm riskju għoli ta' kumpens trażversali tal-MIP, jiġifieri jekk il-prodotti koperti u l-prodotti mhux koperti jinbiegħu lill-istess klijenti f'eċċess għal-limitu parallel tal-bejgħ. Il-Kummissjoni kkonkludiet li x-xejra tal-kummerċ identifikata tagħmel il-monitoraġġ tal-impenn ta' Topray Solar imprattikabbli.

(46)

Topray Solar biegħet ukoll kwantitajiet sinifikanti ta' prodotti mhux koperti mill-impenn (pereżempju kontrolluri taċ-ċarġ solari) lill-importatur relatat tagħha fl-Unjoni. Topray Solar ma setgħetx turi li dawn il-prodotti kienu ultimament mhux mibjugħa lil klijent li xtara moduli b'mod parallel. Il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjoni ta' din ix-xejra ta' kummerċ u kkonkludiet li jeżisti riskju għoli ta' kumpens trażversali sa fejn l-importatur relatat ta' Topray Solar jista' jbigħ prodotti mhux koperti mill-impenn lill-istess klijenti li jixtru moduli b'mod parallel mingħand Topray Solar. Din ix-xejra kummerċjali tagħmel il-monitoraġġ tal-impenn ta' Topray Solar imprattikabbli. Topray Solar naqset ukoll milli tirrapporta dawn it-tranżazzjonijiet lill-Kummissjoni, u b'hekk kisret l-obbligi kif deskritti fil-premessa 29.

(47)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li Topray Solar tat kont tal-bejgħ lil żewġ importaturi taħt kont tal-klijenti konġunt. Madankollu, fir-rapporti trimestrali tagħha tal-Kummissjoni, Topray Solar iddikjarat dawn il-klijenti bħala entitajiet differenti, u għaldaqstant qajmet dubju dwar il-korrettezza tar-rapporti, kif imsemmi fil-premessa 29.

(48)

Topray Solar naqset ukoll milli tinnotifika lil-Kummissjoni dwar l-akkwist ta' żewġ kumpaniji relatati fl-Unjoni, bi ksur tar-rekwiżit stabbilit fil-premessa 33 hawn fuq. Barra minn hekk, tranżazzjoni tal-bejgħ minuri lil waħda minn dawn il-kumpaniji kienet irrappurtata bħala bejgħ lil importatur mhux relatat, bi ksur tal-obbligi msemmija fil-premessa 29.

E.   VALUTAZZJONI TAL-PRATTIKABBILTÀ TAL-IMPENN ĠENERALI

(49)

L-impenn jistipula li ksur minn produttur esportatur individwali ma jwassalx awtomatikament għal irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha. F'dan il-każ, il-Kummissjoni hija mitluba li tivvaluta l-impatt ta' dak il-ksur partikolari fuq il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME.

(50)

Għalhekk il-Kummissjoni vvalutat l-impatt tal-ksur minn BLD Solar u Topray Solar dwar il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME.

(51)

Ir-responsabbiltà għall-ksur hija biss tal-produtturi esportaturi inkwistjoni; il-monitoraġġ ma żvela l-ebda ksur sistematiku minn għadd kbir ta' produtturi esportaturi jew mis-CCCME.

(52)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-funzjonament ġenerali tal-impenn mhuwiex affettwat u li ma hemm l-ebda raġuni għall-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME.

F.   SOTTOMISSJONIJIET BIL-MIKTUB U SEDUTI TA' SMIGĦ

(53)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu u li jippreżentaw kummenti skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-produtturi tal-Unjoni ta' moduli u ċelloli solari

(54)

L-assoċjazzjoni talbet lill-Kummissjoni sabiex tirtira l-aċċettazzjoni tal-impriża għaż-żewġ produtturi esportaturi b'effett retroattiv billi qieset li dan il-ksur għamel ħsara serja u ripetuta lill-industria tal-Unjoni u ħoloq distorsjoni fis-suq tal-Unjoni.

(55)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk hemmx raġunijiet biex jiġu invalidati fatturi tal-impenn individwali maħruġa miż-żewġ produtturi esportaturi skont l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013.

(56)

Rigward BLD Solar, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi li kien hemm rabta diretta bejn il-prattiki kummerċjali deskritti fil-premessi 36 sa 41 u fatturi tal-impenn individwali. Għaldaqstant, hija tqis li mhuwiex xieraq li jiġu invalidati l-ebda fatturi tal-impenn.

(57)

Rigward Topray Solar, il-Kummissjoni tqis il-każijiet fejn il-prodotti koperti mill-impriża inbiegħu flimkien mal-prodotti mhux koperti mill-impriża lill-istess klijent u fejn il-fatturi tal-impenn nħarġu għall-bejgħ ta' prodotti mhux koperti mill-impriża. Il-Kummissjonin tqis li Topray Solar, billi ħarġet fatturi tal-impenn f'dawn il-każijiet, kienet f'pożizzjoni li taħbi l-eċċess tal-limitu tal-bejgħ parallel. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm rabta diretta bejn il-prattika kummerċjali li tikkostitwixxi ksur tal-impriża u l-kwistjoni ta' dawn il-fatturi tal-impenn individwali.

G.   INVALIDAZZJONI TAL-FATTURI TAL-IMPENN

(58)

It-tranżazzjonijiet ta' bejgħ imsemmija fil-premessa 57 minn Topray Solar huma marbuta mal-fatturi tal-impenn segwenti:

Numru tal-fattura kummerċjali li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn

Data

XD2013092301

23.9.2013

XD2015042401

24.4.2015

XD2016041802

18.4.2016

XD2014060401

4.6.2014

XD2014061102

11.6.2014

XD2014061104

11.6.2014

XD2014071001

10.7.2014

XD2014071801

18.7.2014

XD2014072301

23.7.2014

XD2014080201

2.8.2014

XD2014091201

12.9.2014

XD2014120501

5.12.2014

XD2014121902

19.12.2014

XD2014122602

26.12.2014

XD2015021001

10.2.2015

XD2015021501

15.2.2015

XD2015032601

26.3.2015

XD2015041201

12.4.2015

XD2015052001

20.5.2015

XD2015052002

20.5.2015

XD2015060401

4.6.2015

XD2015060402

4.6.2015

XD2015062701

27.6.2015

XD2015062701-R

5.7.2016

XD2015071001

10.7.2015

XD2015071001-R

5.7.2016

XD2015072803

28.7.2015

XD2015072804

28.7.2015

XD2015081401

14.8.2015

XD2015081401-R

5.7.2016

XD2015092401

24.9.2015

XD2015093003

30.9.2015

XD2015120801

8.12.2015

XD2015122101

21.12.2015

XD2015122401

24.12.2015

XD2016010701

7.1.2016

XD2016011101

11.1.2016

XD2016032001

20.3.2016

XD2016032801

28.3.2016

XD2016041501

15.4.2016

XD2016041801

18.4.2016

XD2016052701

27.5.2016

XD2016061702

17.6.2016

XD2016062401

24.6.2016

XD2016071201

12.7.2016

XD2014021901

19.2.2014

XD2016011001

10.1.2016

XD2016011002

10.1.2016

XD2016051502

15.5.2016

XD2015091801

18.9.2015

XD2014111401

14.11.2014

XD2014032801

28.3.2014

XD2014050901

09.5.2014

XD2014080601

06.8.2014

XD2014082801

28.8.2014

XD2014091901

19.9.2014

XD2014121901

19.12.2014

XD2015020602

6.2.2015

XD2015032001

20.3.2015

XD2015052201

22.5.2015

XD2015062702

27.6.2015

XD2015091803

18.9.2015

XD2015101601

16.10.2015

XD2015112602

26.11.2015

XD2015123102

31.12.2015

XD2016042002

20.4.2016

XD2016052002

20.5.2016

XD2016071801

18.7.2016

XD2016072702

27.7.2016

XD2016092601

26.9.2016

XD2015021002

10.2.2015

XD2015021502

15.2.2015

XD2015032602

26.3.2015

XD2015112601

26.11.2015

XD2016020301

3.2.2016

XD2016042701

27.4.2016

XD2016061701

17.6.2016

XD2016062801

28.6.2016

XD2016070101

1.7.2016

XD2015051302

13.5.2015

XD2016090501

5.9.2016

XD2016072701

27.7.2016

(59)

Il-Kummissjoni ddivulgat ir-raġunijiet għall-invalidazzjoni u l-lista ta' fatturi lil Topray Solar u lill-importaturi kkonċernati kif irrappurtat minn Topray Solar fir-rapporti perjodiċi tagħha. Il-Kummissjoni ggarantiet ċerti estensjonijiet kemm lil Topray Solar kif ukoll lil diversi importaturi biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom b'ġustifikazzjoni rraġunata.

(60)

Topray Solar għamlet dikjarazzjonijiet ġenerali li bi żball irrappurtat il-prodotti solari mhux koperti mill-impenn u li dan l-iżball mhuwiex biżżejjed biex jiskatta l-invalidazzjoni tal-fatturi tal-impenn. Iddikjarat ukoll li ma għandha l-ebda intenzjoni li tikser l-impenn. Topray Solar iddikjarat ukoll li kien hemm ftehim ħażin dwar il-prodotti solari mhux koperti mill-impenn.

(61)

Kif imsemmi fil-premessi 29 u 31, l-esportatur huwa obbligat li joħroġ fatturi tal-impenn skont id-dispożizzjonijiet tal-impenn. Kull diffikultà jew dubju rigward l-implimentazzjoni jridu jiġu kkonsultati mal-Kummissjoni. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għall-gwida komprensiva li nħarġet fir-rigward tat-terminu “prodott kopert”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għamlet diversi seminars, fost affarijiet oħra, rigward din il-kwistjoni. Fl-aħħar nett, il-valutazzjoni dwar jekk għandhiex tiġi invalidata fattura tal-impenn hija bbażata biss fuq evidenza fattwali.

(62)

Għaldaqstant, l-argumenti msemmija fil-premessa 60 huma rrifjutati.

(63)

Topray Solar ikkontestat ukoll l-invalidazzjoni tal-fatturi. Hia ddikjarat li l-Artikolu 8 u 10(5) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13 u 16(5) tar-Regolament antisussidji bażiku ma jagħtux is-setgħa li jinvalidaw il-fatturi tal-impenn. Hija ddikjarat li l-Kummissjoni ma tistax timponi dazji/tordna lid-dwana biex timponi dazji fuq importazzjonijiet rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera qabel id-data tal-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn jekk l-importazzjonijiet ma jkunux ġew irreġistrati. Id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq ftehim li l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li timponi dazji provviżorji qabel l-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn. Skont l-Artikolu 8(10) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(10) tar-Regolament antisussidji bażiku, jista' jiġi impost dazju provviżorju f'każ li l-investigazzjoni li tkun wasslet għall-impenn ma tkunx ġiet kompluta. Dan mhuwiex il-każ fil-każ inkwistjoni fejn l-investigazzjonijiet ġew kompluti bl-impożizzjoni ta' dazji antidumping u kumpensatorji definittivi. Barra minn hekk, is-setgħa li jiġu invalidati fatturi tal-impenn ġejja direttament mill-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013. Konsegwentement, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, f'każ ta' ksur jew irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, id-dazji definittivi għandhom japplikaw awtomatikament. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni hija rrifjutata.

(64)

Barra minn hekk, sitt importaturi ppreżentaw kummenti rigward l-invalidazzjoni tal-fatturi tal-impenn.

(65)

Żewġ importaturi ddikjaraw li nnegozjaw bona fide ma' Topray Solar u ma setgħux ikunu f'pożizzjoni li jkunu jafu li Topray Solar ma rrispettatx l-impenn. L-ewwel importatur iddikjara wkoll li l-prodotti mhux koperti ammontaw għal parti żgħira meta mqabbel mal-moduli solari li xtara minn Topray Solar. Barra minn hekk, l-ewwel importatur iddikjara li l-invalidazzjoni tal-fatturi tkun devastanti u li tkun responsabbli għal ċirkustanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu. It-tieni importatur iddikjara li kellu operazzjoni kummerċjali waħda biss ma' Topray Solar f'Awwissu 2013 u li ma kienx jaf bl-aċċettazzjoni tal-impenn dak iż-żmien.

(66)

Il-Kummissjoni tfakkar li jenħtieġ li l-importaturi jkunu konxji li jista' jiġġarrab dejn doganali bħala riskju normali tan-negozju, fil-ħin tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera kif deskritt fil-premessi 11 u 12 anke jekk il-Kummissjoni taċċetta impenn offrut mill-manifattur li jkunu qed jixtru, direttament jew indirettament, mingħandu kif stipulat fid-Deċiżjoni 2013/423/UE li taċċetta l-impenn u kkonfermat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-prodott mhux kopert mixtri mill-ewwel importatur ma rrappreżentax parti żgħira: kienet taqbeż sew il-limitu parallel tal-bejgħ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tenfasizza li d-Deċiżjoni 2013/423/UE ġiet ippubblikata qabel il-konklużjoni tat-tranżazzjoni tal-bejgħ iddikjarata mit-tieni importatur. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li ħadd mill-importaturi ma kkontesta li l-fatturi tal-impenn inħarġu minn prodotti mhux koperti mill-impenn. Għaldaqstant, l-argumenti taż-żewġ importaturi ġew rifjutati.

(67)

It-tielet importatur ippreżenta biss id-dokumentazzjoni rispettiva relatata mal-fattura tal-impenn li l-Kummissjoni tipproponi biex tinvalida. L-istess bħaż-żewġ importaturi msemmija fil-premessi 65 u 66, dan l-importatur ma kkontestax li l-fattura tal-impenn inħarġet għal prodott mhux kopert mill-impenn. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonferma s-sejba inizjali tagħha li l-fattura tal-impenn trid tiġi invalidata.

(68)

It-raba' importatur iddikjara li ma jistax jinżamm responsabbli għall-ksur ta' Topray Solar u l-fattura tal-impenn inħarġet għall-pannelli solari, li huma prodott kopert mill-impenn. Barra minn hekk, dan l-importatur ippreżenta kummenti ġenerali li jikkonċernaw in-nuqqas ta' limitu ta' żmien raġonevoli għall-preżentazzjoni. Il-ħames importatur iddikjara li l-prezz tal-moduli solari mixtrija minn Topray Solar kienu ogħla sew mill-MIP allegat u li importaw inqas jew l-istess kwantità ta' prodotti oħrajn (kontrolluri) għajr il-pannelli solari.

(69)

Il-Kummisjoni l-ewwel tfakkar li l-“prodott kopert” mill-impenn huwa biss il-pannelli solari li huma espliċitament imsemmija fil-premessa 6. L-MIP mhuwiex applikabbli għal prodotti mhux koperti mill-impenn, b'mod partikulari għal panelli solari li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni definit fil-premessa 6. Ma jagħmilx sens li jitqabbel il-prezz tal-bejgħ tal-prodott mhux kopert mill-impenn mal-MIP allegat. Dawn il-prodotti ma kinux soġġetti għall-investigazzjoni; għaldaqstant il-prezz tagħhom ma jistax jiġi verifikat u mqabbel mal-MIP allegat. Topray Solar ma kellha toħroġ l-ebda fattura tal-impenn għal prodotti mhux koperti mill-impenn. Bil-ħruġ ta' dawn il-fatturi tal-impenn li kisru l-impenn, Topray Solar kienet f'pożizzjoni li tgħatti l-eċċess tal-limitu parallel tal-bejgħ. Il-bejgħ tal-kontrolluri msemmija mill-ħames importatur jikkostitwixxi livell addizzjonali għall-ksur diġà eżistenti tal-limitu parallel tal-bejgħ kif imsemmi fil-premessa 44. Fir-rigward tal-limitu ta' żmien raġonevoli biex jibagħtu l-kummenti, il-Kummissjoni tfakkar li, minkejja l-estensjoni mogħtija lir-raba' importatur, hija naqset milli tippreżenta aktar kummenti dwar is-sustanza tad-divulgazzjoni. Għaldaqstant il-Kummissjoni tirrifjuta dawn l-argumenti.

(70)

Is-sitt importatur iddikjara li l-prodotti l-oħra li ħarġu fatturi tal-impenn għalihom kienu pannelli solari mixtrija għal skopijiet dimostrattivi.

(71)

Il-Kummissjoni tinnota li fil-fatt parti mill-fattura tal-impenn setgħet titqies bħala kampjun u l-importatur seta' segwa l-proċedura doganali rispettiva għall-kampjuni biex jirrilaxxahom f'ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni. Madankollu, dan ma kienx il-każ u l-importatur ma kkontestax li Topray Solar ħarġet fatturi tal-impenn għal prodott mhux kopert mill-impenn. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

(72)

Għaldaqtstant, f'konformità mal-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, dawn il-fatturi huma ddikjarati invalidi. Id-dejn doganali mġarrab fiż-żmien tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera għandu jiġi rkuprat mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont l-Artikolu 105(3)-(6) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) meta jidħol fis-seħħ l-irtirar tal-impenn fir-rigward tal-produttur esportatur. L-awtoritajiet doganali nazzjonali responsabbli għall-ġbir tad-dazji se jiġu infurmati kif xieraq.

(73)

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li skont l-Artikolu 3(1)(b) moqri flimkien mal-Anness III, Nru 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u skont l-Artikolu 2(1)(b) moqri flimkien mal-Anness 2, Nru 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, l-importazzjonijiet huma eżenti mid-dazji biss jekk il-fattura tindika l-prezz u tnaqqis possibbli għall-prodott kopert. Meta ma jinżammux dawn il-kundizzjonijiet, id-dazji huma dovuti, anki meta l-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodotti ma tkunx ġiet invalidata mill-Kummissjoni.

H.   IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN U IMPOŻIZZJONIJIET TA' DAZJI DEFINITTIVI

(74)

Għalhekk, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, kif ukoll skont it-termini tal-impenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li jenħtieġ li l-aċċettazzjoni tal-impenn għal BLD Solar u Topray Solar tiġi rtirata.

(75)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, id-dazju antidumping definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u d-dazju kumpensatorju definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 japplikaw awtomatikament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw jew jiġu kkunsinjati mir-RPĊ u li huma magħmula minn Topray Solar u BLD Solar mill-ġurnata tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(76)

Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li meta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat f'fattura tal-impenn ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz li fil-fatt tħallas, jenħtieġ li huma jinvestigaw jekk kienx hemm ksur tar-rekwiżit li jiġi inkluż kwalunkwe tnaqqis fl-irċevuti tal-impenn jew jekk il-prezz minimu tal-importazzjoni (MIP) ma jkunx ġie rispettat. Jekk l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jikkonkludu li kien hemm ksur bħal dan jew jekk l-MIP ma ġiex rispettat, jenħtieġ li jiġbru d-dazji bħala konsegwenza ta' dan. Fuq il-bażi tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat, sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, jenħtieġ li f'sitwazzjonijiet bħal dawn il-Kummissjoni taqsam it-test kunfidenzjali u informazzjoni oħra dwar l-impenn għall-iskop uniku ta' proċedimenti nazzjonali.

(77)

Għal skopijiet ta' informazzjoni, it-tabella fl-Anness II ta' dan ir-Regolament telenka lill-produtturi esportaturi li għalihom l-aċċettazzjoni tal-impenn mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE mhijiex affettwata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tal-kumpaniji li ġejjin hija b'dan irtirata:

Isem il-kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Shenzhen Topray Solar Co. Ltd, Shanxi Topray Solar Co. Ltd, Leshan Topray Cell Co. Ltd, flimkien mal-kumpanija relatata tagħhom fl-Unjoni

B880

Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd, Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd

B899

Artikolu 2

1.   Il-fatturi tal-impenn elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament jiġu ddikjarati invalidi.

2.   Id-dazji antidumping u kumpensatorji dovuti fil-ħin tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013.

Artikolu 3

1.   Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat fuq fattura tal-impenn skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, maħruġa minn waħda mill-kumpaniji li l-impenn ġie inizjalment aċċettat minnha permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE, ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz imħallas u li għalhekk il-kumpaniji setgħu kisru l-impenn, l-awtoritajiet doganali jistgħu, jekk ikun meħtieġ għall-fini tat-twettiq ta' proċedimenti nazzjonali, jitolbu lill-Kummissjoni tiżvelalhom kopja tal-impenn u informazzjoni oħra sabiex jivverifikaw il-prezz ta' importazzjoni minimu (“MIP”) applikabbli fil-jum meta nħarġet il-fattura tal-impenn.

2.   Meta din il-verifika tiżvela li l-prezz imħallas huwa anqas mill-MIP, id-dazji dovuti bħala konsegwenza skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036 u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament (UE) 2016/1037, għandhom jinġabru.

Meta din il-verifika tiżvela li skontijiet u tnaqqis ma ġewx inklużi fil-fattura kummerċjali, id-dazji dovuti bħala konsegwenza skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 għandhom jinġabru.

3.   L-informazzjoni skont il-paragrafu 1 tista' tintuża biss għall-fini ta' infurzar ta' dazji dovuti skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jipprovdu lid-debitur ta' dawn id-dazji b'din l-informazzjoni għall-iskop uniku tas-salvagwardja tad-drittijiet ta' difiża tagħhom. Din l-informazzjoni taħt l-ebda ċirkostanza ma għandha tiġi żvelata lil partijiet terzi.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(3)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.

(4)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.

(5)   ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5.

(6)   ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.

(7)   ĠU L 209, 3.8.2013, p. 1.

(8)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.

(9)   ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6.

(10)   ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30.

(11)   ĠU L 218, 19.8.2015, p. 1.

(12)   ĠU L 295, 12.11.2015, p. 23.

(13)   ĠU C 405, 5.12.2015, p. 8.

(14)   ĠU C 405, 5.12.2015, p. 20.

(15)   ĠU C 405, 5.12.2015, p. 33.

(16)   ĠU L 23, 29.1.2016, p. 47.

(17)   ĠU L 37, 12.2.2016, p. 76.

(18)   ĠU L 37, 12.2.2016, p. 56.

(19)   ĠU L 170, 29.6.2016, p. 5.

(20)   ĠU L 222, 17.8.2016, p. 10.

(21)   ĠU L 228, 23.8.2016, p. 16.

(22)   ĠU L 308, 16.11. 2016, p. 8.

(23)   ĠU L 333, 8.12.2016, p. 4.

(24)   ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1.

(25)   ĠU L 56, 3.3. 2017, p. 131.

(26)   ĠU C 67, 3.3.2017, p. 16.

(27)   ĠU L 71, 16.3.2017, p. 5.

(28)   ĠU L 86, 31.3.2017, p. 14.

(29)   ĠU L 142, 2.6. 2017, p.43.

(30)   ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.


ANNESS I

Lista ta' fatturi tal-impenn maħruġa minn Shenzhen Topray Solar Co. Ltd, Shanxi Topray Solar Co. Ltd or Leshan Topray Cell Co. Ltd, li huma ddikjarati invalidi:

Numru ta' fatturi kummerċjali li jakkumpanjaw oġġetti soġġetti għal impriża

Data

XD2013092301

23.9.2013

XD2015042401

24.4.2015

XD2016041802

18.4.2016

XD2014060401

4.6.2014

XD2014061102

11.6.2014

XD2014061104

11.6.2014

XD2014071001

10.7.2014

XD2014071801

18.7.2014

XD2014072301

23.7.2014

XD2014080201

2.8.2014

XD2014091201

12.9.2014

XD2014120501

5.12.2014

XD2014121902

19.12.2014

XD2014122602

26.12.2014

XD2015021001

10.2.2015

XD2015021501

15.2.2015

XD2015032601

26.3.2015

XD2015041201

12.4.2015

XD2015052001

20.5.2015

XD2015052002

20.5.2015

XD2015060401

4.6.2015

XD2015060402

4.6.2015

XD2015062701

27.6.2015

XD2015062701-R

5.7.2016

XD2015071001

10.7.2015

XD2015071001-R

5.7.2016

XD2015072803

28.7.2015

XD2015072804

28.7.2015

XD2015081401

14.8.2015

XD2015081401-R

5.7.2016

XD2015092401

24.9.2015

XD2015093003

30.9.2015

XD2015120801

8.12.2015

XD2015122101

21.12.2015

XD2015122401

24.12.2015

XD2016010701

7.1.2016

XD2016011101

11.1.2016

XD2016032001

20.3.2016

XD2016032801

28.3.2016

XD2016041501

15.4.2016

XD2016041801

18.4.2016

XD2016052701

27.5.2016

XD2016061702

17.6.2016

XD2016062401

24.6.2016

XD2016071201

12.7.2016

XD2014021901

19.2.2014

XD2016011001

10.1.2016

XD2016011002

10.1.2016

XD2016051502

15.5.2016

XD2015091801

18.9.2015

XD2014111401

14.11.2014

XD2014032801

28.3.2014

XD2014050901

9.5.2014

XD2014080601

6.8.2014

XD2014082801

28.8.2014

XD2014091901

19.9.2014

XD2014121901

19.12.2014

XD2015020602

6.2.2015

XD2015032001

20.3.2015

XD2015052201

22.5.2015

XD2015062702

27.6.2015

XD2015091803

18.9.2015

XD2015101601

16.10.2015

XD2015112602

26.11.2015

XD2015123102

31.12.2015

XD2016042002

20.4.2016

XD2016052002

20.5.2016

XD2016071801

18.7.2016

XD2016072702

27.7.2016

XD2016092601

26.9.2016

XD2015021002

10.2.2015

XD2015021502

15.2.2015

XD2015032602

26.3.2015

XD2015112601

26.11.2015

XD2016020301

03.2.2016

XD2016042701

27.4.2016

XD2016061701

17.6.2016

XD2016062801

28.6.2016

XD2016070101

01.7.2016

XD2015051302

13.5.2015

XD2016090501

5.9.2016

XD2016072701

27.7.2016


ANNESS II

Lista ta' kumpaniji:

Isem il-kumpanija

Kodiċi Adizjonali TARIC

Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd

B798

Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd

B799

Anhui Chaoqun Power Co. Ltd

B800

Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B802

Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd

Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd

B801

Anhui Titan PV Co. Ltd

B803

Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited

TBEA SOLAR CO. LTD

XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT

B804

Changzhou NESL Solartech Co. Ltd

B806

Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd

B807

CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD

B808

ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd

B811

CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD

ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD

HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD

B812

CSG PVtech Co. Ltd

B814

China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd

CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd

CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd

China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd

China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd

B809

Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd

B816

EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd

SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD

B817

Zheijiang Era Solar Co. Ltd

B818

GD Solar Co. Ltd

B820

Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd

Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd

B821

Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd

B822

Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd

B824

Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd

B826

Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd

B827

HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD

B828

Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd

B829

Jiangsu Green Power PV Co. Ltd

B831

Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd

B832

Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B833

Jiangsu Runda PV Co. Ltd

B834

Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd

Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd

B835

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd

B837

Jiangsu Sinski PV Co. Ltd

B838

Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd

B839

Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd

B840

Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd

B841

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd

B793

Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd

B843

Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

B795

Juli New Energy Co. Ltd

B846

Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd

B847

King-PV Technology Co. Ltd

B848

Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan)

B849

Lightway Green New Energy Co. Ltd

Lightway Green New Energy(Zhuozhou) Co. Ltd

B851

Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd

B853

NICE SUN PV CO. LTD

LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD

B854

Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd

B857

Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd

B858

Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd

B861

Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd

B862

Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd

B863

Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd

B864

Perlight Solar Co. Ltd

B865

SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD

SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD

B870

Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B872

Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd

Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd

B873

SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

B874

SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD

Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd

Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd

B875

Shanghai ST Solar Co. Ltd

Jiangsu ST Solar Co. Ltd

B876

Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd

B878

Sopray Energy Co. Ltd

Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd

B881

SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd

B882

SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD

B883

TDG Holding Co. Ltd

B884

Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd

Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd

Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd

B885

Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

B886

Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd

B877

Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd

B879

Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd

B889

Wuxi Saijing Solar Co. Ltd

B890

Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd

B891

Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd

B892

Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd

China Machinery Engineering Wuxi Co.Ltd

Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd

B893

Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd

State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation

Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd

B896

Yuhuan Sinosola Science & Technology Co. Ltd

B900

Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd

B902

Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd

B903

Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd

B904

Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd

B905

Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd

Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd

B906

Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd

B907

Zhejiang Koly Energy Co. Ltd

B908

Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd

Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd

B910

Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B911

Zhejiang Shinew Photoelectronic Technology Co. Ltd

B912

Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company

Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd

B914

Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd

B915

Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd

B916

Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd

Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd

B917

Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd

WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD

B918

ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD

B920


2.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1409

tal-1 ta' Awwissu 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 75/2013 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dazji addizzjonali tal-importazzjoni fis-settur taz-zokkor u mal-kalkolu tal-kontenut tas-sukrożju fl-isoglukożju u f'ċerti ġuleppijiet

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 182(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (2) jipprevedi dazji addizzjonali tal-importazzjoni għal ċerti prodotti fis-settur taz-zokkor.

(2)

Minħabba l-kundizzjonijiet u t-tbassir tas-suq li kien hemm dak iż-żmien, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 75/2013 (3) kien jipprevedi li d-dazji addizzjonali tal-importazzjoni ma kellhomx japplikaw għal għadd ta' prodotti taz-zokkor sa ma jintemm ir-reġim tal-kwota fit-30 ta' Settembru 2017.

(3)

Skont l-Artikolu 182(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ma għandhomx jiġu imposti dazji addizzjonali tal-importazzjoni meta l-importazzjonijiet ma jkunux mistennija jfixklu s-suq tal-Unjoni, jew meta l-effetti jkunu sproporzjonati għall-objettiv maħsub. Wara li jitneħħew il-kwoti taz-zokkor, l-importazzjonijiet tal-prodotti taz-zokkor li fuqhom għandu jitħallas id-dazju tal-importazzjoni previst fit-Tariffa Doganali Komuni aktarx li se jibqgħu ma jfixklux is-suq tal-Unjoni. B'hekk ma għandhomx jiġu imposti dazji addizzjonali fuq dawn l-importazzjonijiet sakemm ma tinbidilx b'mod sinifikanti s-sitwazzjoni tas-suq b'rabta ma' dan.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li jkomplu ma jiġux applikati d-dazji addizzjonali tal-importazzjoni għal għadd ta' prodotti taz-zokkor kif previst fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 75/2013.

(5)

Il-metodi biex jiġi kkalkulat il-kontenut tas-sukrożju fl-isoglukożju u f'ċerti ġuleppijiet previsti fl-Artikolu 42(2), (3) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 se jiddaħħlu b'mod iktar ċar u aġġornat fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (4) permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1344 (5) mill-1 ta' Ottubru 2017. Għalhekk jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jitħassru bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 75/2013 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 jiġu emendati kif xieraq.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 75/2013, id-data “30 ta' Settembru 2017” għandha tinbidel bid-data “30 ta' Settembru 2022”.

Artikolu 2

Fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006, għandu jitħassar l-Artikolu 42(2), (3) u (4).

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Ottubru 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 75/2013 tal-25 ta' Jannar 2013 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 951/2006 fir-rigward tal-applikazzjoni ta' prezzijiet rappreżentattivi u dazji addizzjonali tal-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2012/2013 (ĠU L 26, 26.1.2013, p. 19).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1344 tat-18 ta' Lulju 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 186, 19.7.2017, p. 3).