|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
28.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1393
tal-24 ta' Mejju 2017
li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina progressivament l-iskartar tal-ħut fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 (2) stabbilixxa pjan għall-iskartar tal-ħut biex jimplimenta l-obbligu tal-ħatt l-art f'ċertu sajd pelaġiku żgħir u sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, flimkien mal-Artikolu 15(5)(a) tiegħu, il-pjanijiet tal-iskartar jistgħu jinkludu miżuri tekniċi li l-għan tagħhom ikun li jnaqqsu, jew kemm jista' jkun jeliminaw il-qabdiet mhux mixtieqa. |
|
(4) |
Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit għandhom interess dirett fil-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana. Fis-7 ta' Frar 2017, wara li kkonsultaw mal-Kunsill Konsultattiv għall-Baħar tat-Tramuntana u mal-Kunsill Konsultattiv għall-ispeċijiet Pelaġiċi, dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta favur miżura teknika. |
|
(5) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta b'mod partikolari tipproponi li r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014 jiġi emendat biex jinkludi deroga mill-paragrafu 3 tal-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 (3), li jipprojbixxi l-użu ta' ċertu rkaptu tas-sajd f'żona mal-kosta Daniża tal-Baħar tat-Tramuntana. |
|
(6) |
Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 850/98 kienet iddaħħlet biex tipproteġi l-aringi li jinqabdu bħala qabda aċċessorja fis-sajd tal-laċċ ikħal. |
|
(7) |
Skont il-konsultazzjonijiet li twettqu mill-Istati Membri kkonċernati, il-proporzjon tal-aringi fil-kampjuni tal-qabdiet li ttieħdu fiż-żona rilevanti fil-preżent huwa inqas mill-proporzjon tal-aringi fil-kampjuni tal-qabdiet li ttieħdu barra dik iż-żona. Dawk il-konsultazzjonijiet indikaw li l-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 850/98 fil-preżent tipprevjeni l-flessibbiltà meħtieġa biex il-bastimenti jkunu jistgħu jistadu f'żoni fejn jistgħu jnaqsu kemm jista' jkun il-qbid aċċessorju mhux mixtieq. |
|
(8) |
Inkisbu kontribuzzjonijiet xjentifiċi mingħand korpi xjentifiċi rilevanti li ġew studjati mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES). Fit-28 ta' Frar 2017 ltaqa' Grupp Espert dwar is-Sajd u l-Akkwakultura li ddiskuta l-miżuri kkonċernati. |
|
(9) |
L-ICES huwa tal-parir (4) li l-proporzjon bil-piż ta' aringi li nqabdu f'sajd sperimentali għal-laċċ ikħal kien ogħla barra l-kaxxa tal-laċċ ikħal milli ġo fiha, iżda meta dawn tkejlu skont l-għadd, ma kienx hemm differenza. Abbażi ta' dan, wieħed jistenna li s-sajd fil-kaxxa tal-laċċ ikħal inaqqas il-qabdiet mhux mixtieqa tal-aringi (skont il-piż) meta mqabbel mas-sajd barra mill-kaxxa; l-ICES huwa tal-parir li x'aktarx ma jkun hemm ebda effett fuq l-istokkijiet tal-aringi u tal-laċċ ikħal jekk il-projbizzjoni fuq il-kaxxa tal-laċċ ikħal titneħħa. L-ICES huwa tal-fehma li ma hemmx iżjed bżonn li tiġi evalwata l-kaxxa tal-laċċ ikħal, peress li miżuri ta' ġestjoni oħrajn huma biżżejjed biex jikkontrollaw il-qbid aċċessorju tal-aringi. |
|
(10) |
Il-miżuri proposti fir-rakkomandazzjoni konġunta jikkonformaw mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u jistgħu jiddaħħlu fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014. |
|
(11) |
Għaldaqstant ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014 għandu jiġi emendat skont dan, |
|
(12) |
Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-ippjanar ta' dan l-istaġun tas-sajd, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014, jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:
“Artikolu 4a
Miżuri tekniċi għas-sajd tal-laċċ ikħal f'żona tul il-kosta Daniża tal-Baħar tat-Tramuntana
B'deroga mill-paragrafu 3 tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 850/98, is-sajd tal-laċċ ikħal bl-irkaptu tas-sajd li ġej għandu jkun awtorizzat fiż-żona tul il-kosta Daniża tal-Baħar tat-Tramuntana ddefinita fil-paragrafu (1)(c) ta' dak l-Artikolu:
|
(a) |
irkaptu rmunkat b'daqs tal-malji ta' inqas minn 32 mm; |
|
(b) |
purse seines; jew |
|
(c) |
għeżula, xbieki tat-tħabbil, pariti u xbieki tal-mitlaq b'daqs tal-malji ta' inqas minn 30 mm.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 35).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).
(4) http://www.ices.dk/sites/pub/Publication%20Reports/Forms/DispForm.aspx?ID=32869
|
28.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1394
tas-26 ta' Lulju 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd. |
|
(2) |
Minn kontroll regolari tad-dejta li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li jenħtieġ li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti jinbidlu biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u biex iħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).
ANNESS
“ANNESS I
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3 (f'EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
|
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 70 %, iffriżati |
112,5 |
0 |
AR |
|
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 65 %, iffriżati |
125,5 |
0 |
AR |
|
145,2 |
0 |
BR |
||
|
0207 14 10 |
Qatgħat tas-sriedaq jew tat-tiġieġ, mingħajr għadam, iffriżati |
249,8 |
15 |
AR |
|
202,6 |
29 |
BR |
||
|
295,5 |
1 |
CL |
||
|
214,6 |
26 |
TH |
||
|
0207 27 10 |
Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati |
306,1 |
0 |
BR |
|
346,8 |
0 |
CL |
||
|
0408 91 80 |
Bajd, imnixxef, mingħajr qoxra |
354,1 |
0 |
AR |
|
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin tas-sriedaq u tat-tiġieġ |
203,9 |
25 |
BR |
(1) In-Nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” ifisser “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
28.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2017/1395
tas-26 ta' Lulju 2017
li taħtar żewġ membri fil-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti stabbilit permezz tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jipprevedi li ż-żewġ tipi ta' entità, bħala kundizzjoni tar-reġistrazzjoni tagħhom, iridu josservaw, kemm fil-programmi kif ukoll fl-attivitajiet tagħhom, il-valuri li fuqhom hija ffondata l-Unjoni, kif espressi fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiġifieri r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; |
|
(2) |
Meta jqumu dubji dwar jekk partit jew fondazzjoni humiex qed josservaw dan ir-rekwiżit fil-prattika, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni jistgħu jippreżentaw talba lill-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej biex tivverifika s-sitwazzjoni; |
|
(3) |
Qabel jaslu għal deċiżjoni dwar jekk il-partit jew il-fondazzjoni jinqatgħux mir-reġistru, l-Awtorità għandha tikkonsulta l-Kumitat ta' persuni eminenti indipendenti, li għandu jagħti opinjoni fi żmien xahrejn; |
|
(4) |
Il-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti ġie stabbilit permezz tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 1141/2014; |
|
(5) |
L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 1141/2014 jipprevedi li dan il-Kumitat għandu jkun magħmul minn sitt membri, fejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaħtru żewġ membri kull wieħed. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Is-segwenti huma b'dan maħturin membri tal-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti għat-tul tal-mandat tal-kumitat:
|
— |
Meglena KUNEVA |
|
— |
António VITORINO. |
2. Il-ħatra hija soġġetta għall-iffirmar, minn kull membru nnominat, tad-dikjarazzjoni ta' indipendenza u n-nuqqas ta' konflitt ta' interessi li hija annessa ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
DIKJARAZZJONI TA' INDIPENDENZA U NUQQAS TA' KONFLITT TA' INTERESSI
Jiena, is-sottoskritt, …, niddikjara li ħadt nota tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u se neżerċita dmirijieti bħala membru tal-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti b'mod kompletament indipendenti u f'konformità totali mar-regoli ta' dak ir-Regolament. La se nitlob u lanqas se nieħu struzzjonijiet minn xi istituzzjoni jew gvern, jew minn xi entità, uffiċċju jew aġenzija oħra. Jien se nastjeni minn kwalunkwe att li huwa inkompatibbli man-natura ta' dmirijieti. Niddikjara li, sa fejn naf jien, ma ninsabx f'sitwazzjoni ta' konflitt ta' interessi. Jeżisti konflitt ta' interessi fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv ta' dmirijieti bħala membru tal-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti jkun kompromess minħabba raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja personali, l-affinità politika, nazzjonali, filosofika jew reliġjuża, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż ma' riċevitur potenzjali. B'mod partikolari, niddikjara li m'iniex membru tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. Ma għandi l-ebda mandat elettorali. M'iniex uffiċjal jew impjegat ieħor tal-Unjoni Ewropea. M'iniex, u qatt ma kont, impjegat ta' xi partit politiku Ewropew jew ta' xi fondazzjoni politika Ewropea.
Magħmul fi …,
[DATA + FIRMA tal-membru nominat għall-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti]
|
28.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/9 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1396
tas-26 ta' Lulju 2017
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tal-Polonja u ta' ċerti reġjuni tar-Renju Unit
(notifikata bid-dokument C(2017) 5140)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom (“il-pajjiżi jew ir-reġjuni”) għandhom jiġu kklassifikati skont l-istatus tagħhom tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) f'waħda minn tliet kategoriji: riskju negliġibbli tal-BSE, riskju kkontrollat tal-BSE, u riskju indeterminat tal-BSE. |
|
(2) |
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprovdi li jekk l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) tqiegħed il-pajjiż applikant f'waħda mit-tliet kategoriji tal-BSE, jista' jiġi deċiż li ssir valutazzjoni mill-ġdid tal-kategorizzazzjoni tal-Unjoni. |
|
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (2) jelenka l-istatus tal-BSE ta' pajjiżi jew ta' reġjuni skont ir-riskju tal-BSE tagħhom. Bħalissa l-Polonja u r-Renju Unit huma elenkati fil-punt B tal-lista taħt il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju kkontrollat tal-BSE. |
|
(4) |
L-OIE għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni ta' Pajjiżi Membri u żoni tal-OIE skont ir-riskju tal-BSE tagħhom, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (il-Kodiċi Terrestri (3)). |
|
(5) |
Fit-23 ta' Mejju 2017, l-Assemblea Dinjija tal-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 26 dwar ir-Rikonoxximent tal-Istatus ta' Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Pajjiżi Membri (4), fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tas-26 ta' Mejju 2017. Dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet lill-Polonja, kif ukoll żewġ żoni tar-Renju Unit, jiġifieri, l-Irlanda ta' Fuq u l-Iskozja, bħala li għandhom riskju negliġibbli tal-BSE. |
|
(6) |
Għaldaqstant il-lista tal-pajjiżi jew ir-reġjuni fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha tiġi emendata b'tali mod li l-Polonja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Iskozja jiġu elenkati fil-punt A taħt il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju negliġibbli tal-BSE. |
|
(7) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172 30.6.2007, p. 84).
(3) http://www.oie.int/international-standard-setting/terrestrial-code/access-online/
(4) http://www.oie.int/fileadmin/Home/eng/Animal_Health_in_the_World/docs/pdf/Resolutions/2017/A26_RESO_2017_BSE.pdf
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE jinbidel b'dan li ġej:
“ANNESS
LISTA TA' PAJJIŻI JEW REĠJUNI
A. Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju negliġibbli tal-BSE
L-Istati Membri
|
— |
Il-Belġju |
|
— |
Il-Bulgarija |
|
— |
Ir-Repubblika Ċeka |
|
— |
Id-Danimarka |
|
— |
Il-Ġermanja |
|
— |
L-Estonja |
|
— |
Il-Kroazja |
|
— |
L-Italja |
|
— |
Ċipru |
|
— |
Il-Latvja |
|
— |
Il-Litwanja |
|
— |
Il-Lussemburgu |
|
— |
L-Ungerija |
|
— |
Malta |
|
— |
In-Netherlands |
|
— |
L-Awstrija |
|
— |
Il-Polonja |
|
— |
Il-Portugall |
|
— |
Ir-Rumanija |
|
— |
Is-Slovenja |
|
— |
Is-Slovakkja |
|
— |
Spanja |
|
— |
Il-Finlandja |
|
— |
L-Iżvezja |
Ir-reġjuni ta' Stati Membri
|
— |
L-Irlanda ta' Fuq |
|
— |
L-Iskozja |
Il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles
|
— |
L-Iżlanda |
|
— |
Il-Liechtenstein |
|
— |
In-Norveġja |
|
— |
l-Iżvizzera |
Il-pajjiżi terzi
|
— |
L-Arġentina |
|
— |
L-Awstralja |
|
— |
Il-Brażil |
|
— |
Iċ-Ċilì |
|
— |
Il-Kolombja |
|
— |
Il-Costa Rica |
|
— |
L-Indja |
|
— |
L-Iżrael |
|
— |
Il-Ġappun |
|
— |
In-Namibja |
|
— |
In-New Zealand |
|
— |
Il-Panama |
|
— |
Il-Paragwaj |
|
— |
Il-Perù |
|
— |
Singapor |
|
— |
L-Istati Uniti |
|
— |
L-Urugwaj |
B. Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju kkontrollat tal-BSE
L-Istati Membri
|
— |
L-Irlanda |
|
— |
Il-Ġreċja |
|
— |
Franza |
|
— |
Ir-Renju Unit bl-eċċezzjoni tar-reġjuni tal-Irlanda ta' Fuq u l-Iskozja |
Pajjiżi terzi
|
— |
Il-Kanada |
|
— |
Il-Messiku |
|
— |
In-Nikaragwa |
|
— |
Il-Korea t'Isfel |
|
— |
It-Tajwan |
C. Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju indeterminat tal-BSE
|
— |
Il-pajjiżi jew ir-reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B. |
|
28.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/13 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1397
tas-27 ta' Lulju 2017
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2017) 5369)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”), u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE iridu jinkludu tal-inqas iż-żoni mniżżlin bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu tal-inqas sad-dati stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għal dawk iż-żoni. |
|
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat sussegwentement bid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 (5), (UE) 2017/554 (6), (UE) 2017/696 (7), (UE) 2017/780 (8), (UE) 2017/819 (9), (UE) 2017/977 (10), (UE) 2017/1139 (11) u (UE) 2017/1240 (12), sabiex jitqiesu l-bidliet fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara li seħħew aktar tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fl-Unjoni. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/696 sabiex jiġu stipulati r-regoli dwar id-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni mniżżlin fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247, wara ċertu titjib fis-sitwazzjoni epidemjoloġika b'rabta ma' dak il-vajrus fl-Unjoni. |
|
(4) |
B'mod ġenerali, is-sitwazzjoni tal-marda fl-Unjoni qed tkompli tmur għall-aħjar. Mid-data tal-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1240, l-Italja biss identifikat tifqigħat ġodda tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-azjendi tat-tjur, sewwasew fir-reġjun Taljan tal-Lombardia. L-Italja għarrfet lill-Kummissjoni wkoll li hija ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, fosthom l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi tat-tjur infettati. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri li l-Italja ħadet skont id-Direttiva 2005/94/KE wara t-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja tas-sottotip H5N8 f'dak l-Istat Membru, u ħarġet sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti Taljani jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjendi li fihom ġew ikkonfermati t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8. |
|
(6) |
Biex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u biex jiġi evitat li xi pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li, b'kollaborazzjoni mal-Italja, jiġu deskritti malajr, fil-livell tal-Unjoni, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fl-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE wara t-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'dak l-Istat Membru. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati għall-Italja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġu aġġornati sabiex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali f'dak l-Istat Membru b'rabta ma' din il-marda. |
|
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex din tkun tinkludi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fl-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE u t-tul ta' żmien tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom. |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 tas-7 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 63, 9.3.2017, p. 177).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/554 tat-23 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 79, 24.3.2017, p. 15).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).
(8) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/780 tat-3 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 30).
(9) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/819 tat-12 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 122, 13.5.2017, p. 76).
(10) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/977 tat-8 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 155).
(11) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1139 tat-23 ta' Ġunju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 164, 27.6.2017, p. 59).
(12) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1240 tas-7 ta' Lulju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 177, 8.7.2017, p. 45).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 qed jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Parti A, l-entrata għall-Italja qed tinbidel b'dan li ġej: “Stat Membru: L-Italja
|
|
(2) |
fil-Parti B, l-entrata għall-Italja qed tinbidel b'dan li ġej: “Stat Membru: L-Italja
|
Rettifika
|
28.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/20 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu ddeterminati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 175 tas-7 ta' Lulju 2017 )
Fil-paġna 649, it-tieni paragrafu tal-Artiklu 8,
minflok:
“Il-Punti 4 u 5 tal-Artikolu 8 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018.”,
Aqra:
“Il-Punti 4 u 5 tal-Artikolu 7 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018.”.
|
28.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/20 |
Rettifika tar-Regolament (UE) 2016/2134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 tat-13 ta' Diċembru 2016 )
Fil-paġna 31, fl-Anness IV, fl-Anness ġdid VII, il-formola intitolata “Awtorizzazzjoni ta' Assistenza Teknika (Regolament 1236/2005)” għandha tiġi sostitwita bil-formola segwenti:
“