ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 189

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
20 ta' Lulju 2017


Werrej

 

III   Atti oħrajn

Paġna

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1284]

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 2/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1285]

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 3/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1286]

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1287]

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1288]

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1289]

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1290]

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1291]

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1292]

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1293]

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1294]

16

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 12/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1295]

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1296]

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 14/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1297]

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1298]

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 16/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1299]

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1300]

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1301]

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 19/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1302]

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 20/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1303]

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1304]

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 22/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1305]

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 23/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1306]

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2017/1307]

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2017/1308]

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 26/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2017/1309]

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness VI (Sigurtà soċjali) għall-Ftehim ŻEE [2017/1310]

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/1311]

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XVI (Akkwist pubbliku) tal-Ftehim ŻEE [2017/1312]

46

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/1313]

48

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/1314]

50

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 32/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/1315]

51

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/1316]

53

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 34/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/1317]

54

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/1318]

55

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li jemenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim ŻEE [2017/1319]

56

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 37/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1320]

57

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1321]

58

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1322]

59

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 40/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) tal-Ftehim ŻEE [2017/1323]

60

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 1/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1284]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1358 tal-4 ta' Awwissu 2015 li temenda l-Annessi XI, XII u XV tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista ta' laboratorji li huma awtorizzati li jkollhom f'idejhom il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u l-istandards minimi ta' bijosigurtà applikabbli għalihom (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda leġiżlazzjoni li għandha x'taqsam ma' annimali ħajjin li ma humiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B'hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE) fil-Parti 3.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

32015 D 1358: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1358 tal-4 ta' Awwissu 2015 (ĠU L 209, 6.8.2015, p. 11).”

2.

It-test tal-adattament (b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“(b)

Fl-Anness XI, Parti A, il-kelma “Norveġja” għandha tiġi miżjuda mal-lista tal-Istati Membri li jużaw is-servizzi tal-Pirbright Institute fir-Renju Unit.”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1358 bl-ilsien Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 209, 6.8.2015, p. 11.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 2/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1285]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1765 tat-30 ta' Settembru 2015 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE rigward l-istat ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Istat Federali ta' Baden-Württemberg fil-Ġermanja u tar-reġjun ta' Valle d'Aosta fl-Italja (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1784 tat-2 ta' Ottubru 2015 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tar-reġjun tal-Irlanda ta' Fuq tar-Renju Unit bħala reġjun uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda leġiżlazzjoni li għandha x'taqsam ma' annimali ħajjin li ma humiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B'hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 70 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32015 D 1784: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1784 tat-2 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 259, 6.10.2015, p. 38).”

2.

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 80 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32015 D 1765: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1765 tat-30 ta' Settembru 2015 (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 44).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1765 u (UE) 2015/1784 bil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 257, 2.10.2015, p. 44.

(2)   ĠU L 259, 6.10.2015, p. 38.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 3/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1286]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/261 tas-6 ta' Frar 2015 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/470/UE u 2010/471/UE fir-rigward tar-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ekwina (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin apparti ħut u annimali tal-akkwakultura u prodotti tal-annimali bħall-ova, l-embrijuni u s-semen. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Punt 93 (id- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE) fil-Parti 4.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Jiġi miżjud is-segwenti:

“hekk kif emendat minn:

32015 D 0261: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/261 tas-6 ta' Frar 2015 (ĠU L 52, 24.2.2015, p. 1).”

2.

It-test ta' adattament huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Id-data “it-30 ta' Settembru 2014 ” fl-Artikolu 2(a) u (d)(i) għandha għall-Istati tal-EFTA tinqara “il-25 ta' Frar 2015 ”. Id-data “l-1 ta' Ottubru 2014 ” fl-Artikolu 2(b) u (d)(ii) għandha għall-Istati tal-EFTA tinqara “is-26 ta' Frar 2015 ”. Id-data “il-31 ta' Awwissu 2010 ” fl-Artikolu 2(b), (c) u (d)(ii) għandha għall-Istati tal-EFTA tinqara “l-1 ta' Lulju 2011 ”. Id-data “l-1 ta' Settembru 2010 ” fl-Artikoli 2 (c) u (d)(ii) għandha għall-Istati tal-EFTA tinqara “it-2 ta' Lulju 2011 ”

Id-data “il-31 ta' Awwissu 2010 ” fl-Artikolu 4(a) u (b) għandha għall-Istati tal-EFTA tinqara “l-1 ta' Lulju 2011 ”. Id-data “l-1 ta' Settembru 2010 ” fl-Artikolu 4(b) għandha għall-Istati tal-EFTA tinqara “it-2 ta' Lulju 2011 ”.”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/261 bl-ilsien Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 52, 24.2.2015, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 4/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1287]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/225 tal-11 ta' Frar 2015 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta' ħalib nej mhux konformi f'ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 tal-10 ta' Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1474 tas-27 ta' Awwissu 2015 dwar l-użu ta' misħun riċiklat biex titneħħa l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-wiċċ mill-karkassi (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2015/1375 jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 (4), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jiġi revokat skont il-Ftehim ŻEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(6)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Is-sub inċiż li ġej huwa miżjud taħt arranġament tranżitorju f'inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/861/KE) fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1:

“—

32015 D 0225: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/225 tal-11 ta' Frar 2015 (ĠU L 37, 13.2.2015, p. 15).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied wara l-punt 20 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2013) fil-Parti 6.1:

“21.

32015 R 1474: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1474 tas-27 ta' Awwissu 2015 dwar l-użu ta' misħun riċiklat biex titneħħa l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-wiċċ mill-karkassi (ĠU L 225, 28.8.2015, p. 7).”

3.

It-test tal-punt 54 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005) fil-parti 6.2. jiġi sostitwit b'dan li ġej:

32015 R 1375: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 tal-10 ta' Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 212, 11.8.2015, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/225, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1375 u r-Regolament (UE) 2015/1474 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 37, 13.2.2015, p. 15.

(2)   ĠU L 212, 11.8.2015, p. 7.

(3)   ĠU L 225, 28.8.2015, p. 7.

(4)   ĠU L 338, 22.12.2005, p. 60.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 5/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1288]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1761 tal-1 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 378/2005 rigward ir-rapporti tal-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji, it-tariffi u l-laboratorji elenkati fl-Anness II tiegħu (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punti 1zzh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1761: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1761 tal-1 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 30).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1761 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 257, 2.10.2015, p. 30.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 6/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1289]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1747 tat-30 ta' Settembru 2015 li jikkoreġi l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 26/2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 2zk (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 26/2011) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32015 R 1747: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1747 tat-30 ta' Settembru 2015 (ĠU L 256, 1.10.2015, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1747 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 256, 1.10.2015, p. 7.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 7/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1290]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1905 tat-22 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ittestjar ta' żjut, xaħmijiet u prodotti derivati minnhom għad-diossini (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 31 m (ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1905: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1905 tat-22 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 278, 23.10.2015, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/1905 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 278, 23.10.2015, p. 5.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 8/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1291]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1486 tat-2 ta' Settembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin bħala addittiv tal-għalf għal ċerti kategoriji ta' tjur, ħut ornamentali u għasafar ornamentali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1489 tat-3 ta' Settembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 30238 u ta' Pediococcus pentosaceus NCIMB 30237 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1490 tat-3 ta' Settembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' karvakrol, ċinnamaldeid u oleoreżina tal-kapsiku bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Pancosma France S.A.S.) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 149 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1426) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“150.

32015 R 1486: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1486 tat-2 ta' Settembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin bħala addittiv tal-għalf għal ċerti kategoriji ta' tjur, ħut ornamentali u għasafar ornamentali (ĠU L 229, 3.9.2015, p. 5).

151.

32015 R 1489: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1489 tat-3 ta' Settembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 30238 u ta' Pediococcus pentosaceus NCIMB 30237 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 231, 4.9.2015, p. 1).

152.

32015 R 1490: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1490 tat-3 ta' Settembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' karvakrol, ċinnamaldeid u oleoreżina tal-kapsiku bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Pancosma France S.A.S.). (ĠU L 231, 4.9.2015, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1486, (UE) 2015/1489 u (UE) 2015/1490 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 229, 3.9.2015, p. 5.

(2)   ĠU L 231, 4.9.2015, p. 1.

(3)   ĠU L 231, 4.9.2015, p. 4.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 9/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1292]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1955 tad-29 ta' Ottubru 2015 li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet fitosanitarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE) fil-Parti 1 tal-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 L 1955: Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1955 tad-29 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 284, 30.10.2015, p. 142).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1955 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 284, 30.10.2015, p. 142.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 10/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1293]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 45zx (id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32015 R 0758: Ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77).”

2.

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 46c (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 901/2014):

“47.

32015 R 0758: Ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/758 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 11/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1294]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 627/2014 tat-12 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 biex jiġi adattat għall-progress tekniku fir-rigward ta' monitoraġġ ta' materja partikolata tas-sistema dijanjostika abbord il-vettura (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 45zzl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 R 0627: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 627/2014 tat-12 ta' Ġunju 2014 (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 28).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 627/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 174, 13.6.2014, p. 28.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 12/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1295]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1040/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman li tadatta l-Anness I tagħha għall-progress tekniku (1) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zq (id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 R 1040: Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1040/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 (ĠU L 288, 2.10.2014, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1040/2014 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 288, 2.10.2014, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 13/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1296]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1832 tat-12 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'rabta mal-użu tal-Eritritol (E 968) bħala sustanza li ttejjeb it-togħma f'xarbiet bit-togħma b'enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1832: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1832 tat-12 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 27).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/1832 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 266, 13.10.2015, p. 27.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 14/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1297]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1906 tat-22 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 282/2008 dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba sabiex jiġu f'kuntatt ma' oġġetti tal-ikel (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Li ġej jiżdied mal-punt 56 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2008) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32015 R 1906: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1906 tat-22 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 278, 23.10.2015, p. 11).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/1906 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 278, 23.10.2015, p. 11.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 15/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1298]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1886 tal-20 ta' Ottubru 2015 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' ċerti indikazzjonijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa u li jkunu jirreferu għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1898 tal-21 ta' Ottubru 2015 li ma jagħtix kunsens li tiġi awtorizzata stqarrija għas-saħħa li tirrigwarda l-ikel, għajr dak li jirreferi għal tnaqqis ta' riskju ta' mard u ta' riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 105 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 210/2013) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“106.

32015 R 1886: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1886 tal-20 ta' Ottubru 2015 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' ċerti indikazzjonijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa u li jkunu jirreferu għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 276, 21.10.2015. p. 52).

107.

32015 R 1898: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1898 tal-21 ta' Ottubru 2015 li ma jagħtix kunsens li tiġi awtorizzata stqarrija għas-saħħa li tirrigwarda l-ikel, għajr dak li jirreferi għal tnaqqis ta' riskju ta' mard u ta' riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 277, 22.10.2015, p. 13).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2015/1886 u (UE) 2015/1898 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 276, 21.10.2015, p. 52.

(2)   ĠU L 277, 22.10.2015, p. 13.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 16/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1299]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1491 tat-3 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza “virginiamycin” (1) għandu jiddaħħal fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1492 tat-3 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza “virginiamycin” (2) għandu jiddaħħal fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1491: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1491 tat-3 ta' Settembru 2015 (ĠU L 231, 4.9.2015, p. 7),

32015 R 1492: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1492 tas-Il-Ħamis, 3 ta' Settembru 2015 (ĠU L 231, 4.9.2015, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1491 u (UE) 2015/1492 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 231, 4.9.2015, p. 7.

(2)   ĠU L 231, 4.9.2015, p. 10.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 17/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1300]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1757 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-folpet bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodott tat-tip 6 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1758 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-folpet bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 7 u 9 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1759 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-glutaraldeid bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 2, 3, 4, 6, 11 u 12 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12nnp (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1751) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“12nnq.

32015 R 1757: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1757 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-folpet bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 6 (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 12).

12nnr.

32015 R 1758: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1758 tas-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-folpet bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 7 u 9 (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 15).

12nns.

32015 R 1759: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1759 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-glutaraldeid bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 2, 3, 4, 6, 11 u 12 (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 19).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1757, (UE) 2015/1758 u (UE) 2015/1759 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 257, 2.10.2015, p. 12.

(2)   ĠU L 257, 2.10.2015, p. 15.

(3)   ĠU L 257, 2.10.2015, p. 19.

(*1)  Ebda rekwiżit kostituzzjonali m'huwa indikat.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 18/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1301]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1981 tal-4 ta' Novembru 2015 li japprova l-formaldeid irrilaxxat mill-N,N-Metilenebismorfolina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 6 u 13 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1982 tal-4 ta' Novembru 2015 li japprova l-eżaflumuron bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1985 tal-4 ta' Novembru 2015 skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar maktur antivirali tal-karti mxappap bl-aċidu ċitriku (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12nns (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1759) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“12nnt.

32015 R 1981: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1981 tal-4 ta' Novembru 2015 li japprova l-formaldeid irrilaxxat mill-N,N-Metilenebismorfolina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 6 u 13 (ĠU L 289, 5.11.2015, p. 9).

12nnu.

32015 R 1982: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1982 tal-4 ta' Novembru 2015 lli japprova l-eżaflumuron bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (ĠU L 289, 5.11.2015, p. 13).

12nnv.

32015 D 1985: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1985 tal-4 ta' Novembru 2015 skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar maktur antivirali tal-karti mxappap bl-aċidu ċitriku (ĠU L 289, 5.11.2015, p. 26).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1981 u (UE) 2015/1982 u tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1985 bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li ser ikunu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 289, 5.11.2015, p. 9.

(2)   ĠU L 289, 5.11.2015, p. 13.

(3)   ĠU L 289, 5.11.2015, p. 26.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 19/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1302]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2030 tat-13 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Anness I (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12w (ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II mal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 2030: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2030 tat-13 ta' Novembru 2015 (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/2030 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 298, 14.11.2015, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 20/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1303]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1936 tat-8 ta' Lulju 2015 dwar sistemi applikabbli għall-evalwazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' tubi u pajpijiet għall-ventilazzjoni tal-ajra skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/1958 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar is-sistemi applikabbli tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti ġeosintetiċi u tal-prodotti relatati skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/1959 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar is-sistemi applikabbli għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' prodotti tal-inġinerija għall-ilma mormi, skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni delegata (UE) 2015/1958 tirrevoka id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/581/KE (4), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata taħt il-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjoni delegata (UE) 2015/1959 tirrevoka id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/464/KE (5), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata taħt il-Ftehim ŻEE.

(6)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XXI tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punti li ġejjin ikunu inseriti wara l-punt 1zzf (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/656/KE):

“1zzg.

32015 D 1936: Id-Deċiżjoni ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1936 tat-8 ta' Lulju 2015 dwar sistemi applikabbli għall-evalwazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' tubi u pajpijiet għall-ventilazzjoni tal-ajra skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 282, 28.10.2015, p. 34).

1zzh.

32015 D 1958: Id-Deċiżjoni delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/1958 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar is-sistemi applikabbli tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti ġeosintetiċi u tal-prodotti relatati skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 30.10.2015, p. 181).

1zzi.

32015 D 1959: Id-Deċiżjoni delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/1959 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar is-sistemi applikabbli għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' prodotti tal-inġinerija għall-ilma mormi, skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 30.10.2015, p. 184).”

2.

It-test tal-punti 1f (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/581/KE) u 1n (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/464/KE) jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta' Delega (UE) 2015/1936, (UE) 2015/1958 u (UE) 2015/1959 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 282, 28.10.2015, p. 34.

(2)   ĠU L 284, 30.10.2015, p. 181.

(3)   ĠU L 284, 30.10.2015, p. 184.

(4)   ĠU L 254, 8.10.1996, p. 59.

(5)   ĠU L 198, 25.7.1997, p. 33.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 21/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1304]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2115 tat-23 ta' Novembru 2015 li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri limitu speċifiċi għas-sustanzi kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-formammid (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2116 tat-23 ta' Novembru 2015 li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri limitu speċifiċi għall-kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-benżisotijażolinon (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2117 tat-23 ta' Novembru 2015 li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri ta' limitu speċifiċi għall-kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-klorometilisotijażolinon u tal-metilisotijażolinon, kemm b'mod individwali kif ukoll fi proporzjon ta' 3:1 (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1a (id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 L 2115: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2115 tat-23 ta' Novembru 2015 (ĠU L 306, 24.11.2015, p. 17),

32015 L 2116: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2116 tat-23 ta' Novembru 2015 (ĠU L 306, 24.11.2015, p. 20),

32015 L 2117: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2117 tat-23 ta' Novembru 2015 (ĠU L 306, 24.11.2015, p. 23).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2115, (UE) 2015/2116 u (UE) 2015/2117 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 306, 24.11.2015, p. 17.

(2)   ĠU L 306, 24.11.2015, p. 20.

(3)   ĠU L 306, 24.11.2015, p. 23.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 22/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1305]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/210 tal-10 ta' Frar 2015 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna x-xorb spirituż ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli hija estiża għal-Liechtenstein, kif inhu speċifikat fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 9 (ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 0210: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/210 tal-10 ta' Frar 2015 (ĠU L 35, 11.2.2015, p. 16).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/210 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 35, 11.2.2015, p. 16.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 23/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1306]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva 2013/29/UE tirrevoka d-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi rrevokata skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 4 (id-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Kapitolu XXIX tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi mibdul b'li ġej:

“32013 L 0029: Id-Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 27).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2013/29/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 178, 28.6.2013, p. 27.

(2)   ĠU L 154, 14.6.2007, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 24/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2017/1307]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 518/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, (UE) Nru 1062/2010, (UE) Nru 626/2011, (UE) Nru 392/2012, (UE) Nru 874/2012, (UE) Nru 665/2013, (UE) Nru 811/2013 u (UE) Nru 812/2013 dwar it-tikkettar ta' prodotti b'rabta mal-enerġija fuq l-Internet (1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 244, 19.9.2015, p. 60, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-punti 4c (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012), 4e (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012), 4i (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010), 4j (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010), 4k (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010), 4l (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010), 4m (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011), 4n (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013), 4s (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013) u 4t (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013) tal-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32014 R 0518: Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 518/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 (ĠU L 147, 17.5.2014, p. 1), kif koreġut permezz tal-ĠU L 244, 19.9.2015, p. 60.”

Artikolu 2

Dan li ġej jiżdied fil-punti 11c (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012), 11e (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012), 11i (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010), 11j (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010), 11k (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010), 11l (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010), 11m (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011), 11n (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013), 11s (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013) u 11t (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013) tal-Anness IV tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32014 R 0518: Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 518/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 (ĠU L 147, 17.5.2014, p. 1), kif koreġut permezz tal-ĠU L 244, 19.9.2015, p. 60.”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 518/2014, hekk kif koreġuti mill-ĠU L 244, 19.9.2015, p. 60, bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 147, 17.5.2014, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 25/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2017/1308]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 tal-24 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(3)

L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 6l (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2014) tal-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“6m.

32015 R 1185: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 tal-24 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 1)

6n.

32015 R 1189: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 100).”

Artikolu 2

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 26m (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2014) tal-Anness IV tal-Ftehim ŻEE:

“26n.

32015 R 1185: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 tal-24 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 1)

26o.

32015 R 1189: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 100).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2015/1185 u (UE) 2015/1189 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 193, 21.7.2015, p. 1.

(2)   ĠU L 193, 21.7.2015, p. 100.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 26/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2017/1309]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/435/UE tad-19 ta' Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tad-Direttiva tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar il-bijofjuwils sostenibbli msejħa “Roundtable of Sustainable Biofuels EU RED” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kif rettifikata bil-ĠU L 253, 20.9.2012, p. 32, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/436/UE tad-19 ta' Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tal-kumpanija “Abengoa Bioenergy” għall-assigurazzjoni tas-sostenibbiltà b'rabta mad-Direttiva tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli msejħa “Abengoa RED Bioenergy Sustainability Assurance” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/437/UE tad-19 ta' Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema volontarja għas-sostenibbiltà tal-bijofjuwils mill-bijomassa msejħa “Biomass Biofuels Sustainability voluntary scheme” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttiva 2009/28/KE u fid-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/438/UE tad-19 ta' Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema internazzjonali taċ-ċertifikazzjoni tal-karbonju u tas-sostenibbiltà msejħa “International Sustainability and Carbon Certification” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttiva 2009/28/KE u fid-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/439/UE tad-19 ta' Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tal-UE marbuta mal-inizjattiva “Bonsucro” msejħa “Bonsucro EU” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttiva 2009/28/KE u fid-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/440/UE tad-19 ta' Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tad-Direttiva tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar is-soja prodott b'mod responsabbli msejħa “Round Table on Responsible Soy EU RED” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/441/UE tad-19 ta' Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tal-programm tal-kumpanija “Greenergy” għall-verifika tal-bijoetanol Brażiljan imsejħa “Greenergy Brazilian Bioethanol verification programme” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/210/UE tat-23 ta' April 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema volontarja tal-kumpanija “Ensus” għall-produzzjoni tal-bijoetanol minn din il-kumpanija skont id-Direttiva tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli msejħa “Ensus voluntary scheme under RED for Ensus bioethanol production” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttiva 2009/28/KE u fid-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/395/UE tas-16 ta' Lulju 2012 dwar ir-rikonoxximent tar-“Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet Scheme” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/432/UE tal-24 ta' Lulju 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema msejħa “REDcert” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/452/UE tal-31 ta' Lulju 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema msejħa “NTA 8080” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(12)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/722/UE tat-23 ta' Novembru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tad-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar iż-żejt tal-palm sostenibbli msejħa “Roundtable on Sustainable Palm Oil RED” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(13)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/256/UE tat-30 ta' Mejju 2013 dwar ir-rikonoxximent tal-għodda għall-kalkolu msejħa “Biograce GHG” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(14)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/6/UE tad-9 ta' Jannar 2014 dwar ir-rikonoxximent tal- “Iskema għad-Diżil Rinnovabbli HVO għall-Verifikazzjoni tal-Konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli għall-bijokarburanti” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(15)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/324/UE tat-3 ta' Ġunju 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema msejħa “Gafta Trade Assurance Scheme” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(16)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/325/UE tat-3 ta' Ġunju 2014 dwar ir-rikonoxximent tas-“Sistema KZR INiG” li turi konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(17)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/666/UE tas-17 ta' Settembru 2014 dwar ir-rikonoxximent tat-“Trade Assurance Scheme for Combinable Crops” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(18)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/667/UE tas-17 ta' Settembru 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-“Universal Feed Assurance Scheme” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(19)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/887 tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema “Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/427/UE (19) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(20)

L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 6a (id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“6aa.

32011 D 0435: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/435/UE tad-19 ta' Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tad-Direttiva tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar il-bijofjuwils sostenibbli msejħa ‘Roundtable of Sustainable Biofuels EU RED’ biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 190, 21.7.2011, p. 73), kif koreġuta mill-ĠU L 253, 20.9.2012, p. 32.

6ab.

32011 D 0436: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/436/UE tad-19 ta' Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tal-kumpanija ‘Abengoa Bioenergy’ għall-assigurazzjoni tas-sostenibbiltà b'rabta mad-Direttiva tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli msejħa ‘Abengoa RED Bioenergy Sustainability Assurance’ biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 190, 21.7.2011, p. 75).

6ac.

32011 D 0437: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/437/UE tad-19 ta' Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema volontarja għas-sostenibbiltà tal-bijofjuwils mill-bijomassa msejħa ‘Biomass Biofuels Sustainability voluntary scheme’ biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttiva 2009/28/KE u fid-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 190, 21.7.2011, p. 77).

6ad.

32011 D 0438: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/438/UE tad-19 ta' Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema internazzjonali taċ-ċertifikazzjoni tal-karbonju u tas-sostenibbiltà msejħa ‘International Sustainability and Carbon Certification’ biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttiva 2009/28/KE u fid-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 190, 21.7.2011, p. 79).

6ae.

32011 D 0439: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/439/UE tad-19 ta' Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tal-UE marbuta mal-inizjattiva ‘Bonsucro’ msejħa ‘Bonsucro EU’ biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttiva 2009/28/KE u fid-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 190, 21.7.2011, p. 81).

6af.

32011 D 0440: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/440/UE tad-19 ta' Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tad-Direttiva tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar is-soja prodott b'mod responsabbli msejħa ‘Round Table on Responsible Soy EU RED’ biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 190, 21.7.2011, p. 83).

6ag.

32011 D 0441: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/441/UE tad-19 ta' Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tal-programm tal-kumpanija ‘Greenergy’ għall-verifika tal-bijoetanol Brażiljan imsejħa ‘Greenergy Brazilian Bioethanol verification programme’ biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 190, 21.7.2011, p. 85).

6ah.

32012 D 0210: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/210/UE tat-23 ta' April 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema volontarja tal-kumpanija ‘Ensus’ għall-produzzjoni tal-bijoetanol minn din il-kumpanija skont id-Direttiva tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli msejħa ‘Ensus voluntary scheme under RED for Ensus bioethanol production’ biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttiva 2009/28/KE u fid-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 110, 24.4.2012, p. 42).

6ai.

32012 D 0395: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/395/UE tas-16 ta' Lulju 2012 dwar ir-rikonoxximent tar-‘Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet Scheme’ biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 62).

6aj.

32012 D 0432: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/432/UE tal-24 ta' Lulju 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema msejħa ‘REDcert’ biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 26.7.2012, p. 24).

6ak.

32012 D 0452: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/452/UE tal-31 ta' Lulju 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema msejħa ‘NTA 8080’ biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 205, 1.8.2012, p. 17).

6al.

32012 D 0722: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/722/UE tat-23 ta' Novembru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tad-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar iż-żejt tal-palm sostenibbli msejħa Roundtable on Sustainable Palm Oil RED biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 53).

6am.

32013 D 0256: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/256/UE tat-30 ta' Mejju 2013 dwar ir-rikonoxximent tal-għodda għall-kalkolu msejħa Biograce GHG biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 46).

6an.

32014 D 0006: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/6/UE tad-9 ta' Jannar 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-‘Iskema għad-Diżil Rinnovabbli HVO għall-Verifikazzjoni tal-Konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli għall-bijokarburanti’ biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 5, 10.1.2014, p. 3).

6ao.

32014 D 0324: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/324/UE tat-3 ta' Ġunju 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema msejħa ‘Gafta Trade Assurance Scheme’ biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 4.6.2014, p. 53).

6ap.

32014 D 0325: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/325/UE tat-3 ta' Ġunju 2014 dwar ir-rikonoxximent tas-‘Sistema KZR INiG’ li turi konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 4.6.2014, p. 56).

6aq.

32014 D 0666: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/666/UE tas-17 ta' Settembru 2014 dwar ir-rikonoxximent tat-‘Trade Assurance Scheme for Combinable Crops’ biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 276, 18.9.2014, p. 49).

6ar.

32014 D 0667: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/667/UE tas-17 ta' Settembru 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-‘Universal Feed Assurance Scheme’ biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 276, 18.9.2014, p. 51).

6as.

32015 D 0887: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/887 tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema ‘Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited’ biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/427/UE (ĠU L 144, 10.6.2015, p. 17).”

Artikolu 2

Dan li ġej jiżdied mal-punt 41 (id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IV tal-Ftehim ŻEE:

“Id-deċiżjonijiet dwar ir-rikonoxximent ta' skemi volontarji għat-turija tal-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li huma msemmija fil-Kapitolu XVII tal-Anness II.”

Artikolu 3

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2011/435/UE, kif rettifikati bil-ĠU L 253, 20.9.2012, p. 32, 2011/436/UE, 2011/437/UE, 2011/438/UE, 2011/439/UE, 2011/440/UE, 2011/441/UE, 2012/210/UE, 2012/395/UE, 2012/432/UE, 2012/452/UE, 2012/722/UE, 2013/256/UE, 2014/6/UE, 2014/324/UE, 2014/325/UE, 2014/666/UE, 2014/667/UE u (UE) 2015/887 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 190, 21.7.2011, p. 73.

(2)   ĠU L 190, 21.7.2011, p. 75.

(3)   ĠU L 190, 21.7.2011, p. 77.

(4)   ĠU L 190, 21.7.2011, p. 79.

(5)   ĠU L 190, 21.7.2011, p. 81.

(6)   ĠU L 190, 21.7.2011, p. 83.

(7)   ĠU L 190, 21.7.2011, p. 85.

(8)   ĠU L 110, 24.4.2012, p. 42.

(9)   ĠU L 187, 17.7.2012, p. 62.

(10)   ĠU L 199, 26.7.2012, p. 24.

(11)   ĠU L 205, 1.8.2012, p. 17.

(12)   ĠU L 326, 24.11.2012, p. 53.

(13)   ĠU L 147, 1.6.2013, p. 46.

(14)   ĠU L 5, 10.1.2014, p. 3.

(15)   ĠU L 165, 4.6.2014, p. 53.

(16)   ĠU L 165, 4.6.2014, p. 56.

(17)   ĠU L 276, 18.9.2014, p. 49.

(18)   ĠU L 276, 18.9.2014, p. 51.

(19)   ĠU L 144, 10.6.2015, p. 17.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 27/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness VI (Sigurtà soċjali) għall-Ftehim ŻEE [2017/1310]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Għal raġunijiet prattiċi, il-punti taħt l-intestaturi “ATTI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM IQISU BIR-REQQA”, “ATTI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA” u “II. IS-SALVAGWARDJA TAD-DRITTIJIET TAL-PENSJONI SUPPLIMENTARI” fl-Anness VI tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru S7 tat-22 ta' Diċembru 2009 (1) kienet mibdula mid-Deċiżjoni Nru S10 (2), li huma t-tnejn inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentament ir-referenza għad-Deċiżjoni Nru S7 għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness VI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness VI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Punti taħt l-intestatura “ATTI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM IQISU BIR-REQQA” għandhom jiġu emendati kif ġej:

(i)

Il-punti 3.1 (id-Deċiżjoni Nru A1), 3.2 (id-Deċiżjoni Nru A2) u 3.3 (id-Deċiżjoni Nru A3) huma nnumerati mill-ġdid bħala punti 3.A1, 3.A2 u 3.A3.

(ii)

Il-punti 4.1 (id-Deċiżjoni Nru E1), 4.2 (id-Deċiżjoni Nru E2) u 4.3 (id-Deċiżjoni Nru E4) huma nnumerati mill-ġdid bħala punti 3.E1, 3.E2 u 3.E4.

(iii)

Il-punt 5.1 (id-Deċiżjoni Nru F1) huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 3.F1.

(iv)

Il-punti 6.1 (id-Deċiżjoni Nru H1), 6.2 (id-Deċiżjoni Nru H2), 6.3 (id-Deċiżjoni Nru H3), 6.4 (id-Deċiżjoni Nru H4), 6.5 (id-Deċiżjoni Nru H5) u 6.6 (id-Deċiżjoni Nru H6) huma nnumerati mill-ġdid bħala punti 3.H1, 3.H2, 3.H3, 3.H4, 3.H5 u 3.H6.

(v)

Il-punt 7.1 (id-Deċiżjoni Nru P1) huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 3.P1.

(vi)

Il-punt 7.2 (id-Deċiżjoni Nru R1) huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 3.R1.

(vii)

Il-punti 8.1 (id-Deċiżjoni Nru S1), 8.2 (id-Deċiżjoni Nru S2), 8.3 (id-Deċiżjoni Nru S3), 8.5 (id-Deċiżjoni Nru S5), 8.6 (id-Deċiżjoni Nru S6), 8.8 (id-Deċiżjoni Nru S8) u 8.9 (id-Deċiżjoni Nru S10) huma nnumerati mill-ġdid bħala punti 3.S1, 3.S2, 3.S3, 3.S5, 3.S6, 3.S8 u 3.S10.

(viii)

It-test tal-punt 8.7 (id-Deċiżjoni Nru S7) huwa mħassar.

(ix)

Il-punt 8.4 (id-Deċiżjoni Nru S9) huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 3.S9.

(x)

Il-punti 9.1 (id-Deċiżjoni Nru U1), 9.2 (id-Deċiżjoni Nru U2), 9.3 (id-Deċiżjoni Nru U3) u 9.4 (id-Deċiżjoni Nru U4) huma nnumerati mill-ġdid bħala punti 3.U1, 3.U2, 3.U3 u 3.U4.

2.

Punti taħt l-intestatura “ATTI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA” għandhom jiġu emendati kif ġej:

(i)

Il-punt 10.1 (ir-Rakkomandazzjoni Nru P1) huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 4.P1.

(ii)

Il-punti 11.1 (ir-Rakkomandazzjoni Nru U1) u 11.2 (ir-Rakkomandazzjoni Nru U2) huma nnumerati mill-ġdid bħala punti 4.U1 u 4.U2.

(iii)

Il-punt 11.3 (ir-Rakkomandazzjoni Nru S1) huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 4.S1.

3.

Taħt l-intestatura “II. IS-SALVAGWARDJA TAD-DRITTIJIET TAL-PENSJONI SUPPLIMENTARI”, il-punti 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE) u 13 (id-Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huma nnumerati mill-ġdid bħala l-punti 5 u 6.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU C 107, 27.4.2010, p. 8.

(2)   ĠU C 152, 20.5.2014, p. 16.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 28/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/1311]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1136 tat-13 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013 dwar il-metodu komuni ta' sikurezza għall-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 42ej (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2013) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32015 R 1136: Ir-Regolament ta' Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1136 tat-13 ta' Lulju 2015 (ĠU L 185, 14.7.2015, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1136 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 185, 14.7.2015, p. 6

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 29/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness XVI (Akkwist pubbliku) tal-Ftehim ŻEE [2017/1312]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2340 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti minimi ta' applikazzjoni għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2341 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti minimi ta' applikazzjoni għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2342 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti minimi ta' applikazzjoni għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 2 (id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32015 R 2342: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2342 tal-15 ta' Diċembru 2015 (ĠU L 330, 16.12.2015, p. 18).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 4 (id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32015 R 2341: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2341 tal-15 ta' Diċembru 2015 (ĠU L 330, 16.12.2015, p. 16).”

3.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 5c (id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32015 R 2340: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2340 tal-15 ta' Diċembru 2015 (ĠU L 330, 16.12.2015, p. 14).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2340, (UE) 2015/2341 u (UE) 2015/2342 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 330, 16.12.2015, p. 14

(2)   ĠU L 330, 16.12.2015, p. 16

(3)   ĠU L 330, 16.12.2015, p. 18

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 30/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/1313]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1311/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/2009 fir-rigward tad-definizzjoni ta' element ta' metadejta INSPIRE (1) se jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1312/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-servizzi ta' dejta ġeografika (2) se jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:

1.

Dan l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1jc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009) b'effett mill-31 ta' Diċembru 2017:

“—

32014 R 1311: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1311/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 (ĠU L 354, 11.12.2014, p. 6).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 1je (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010):

“—

32014 R 1312: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1312/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 (ĠU L 354, 11.12.2014, p. 8).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, id-data msemmija fl-Artikolu 14a għandha tinftiehem bħala li tinkludi perjodu addizzjonali ta' tliet snin.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1311/2014 u (UE) Nru 1312/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 354, 11.12.2014, p. 6.

(2)   ĠU L 354, 11.12.2014, p. 8.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 31/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/1314]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1480 tat-28 ta' Awwissu 2015 li temenda diversi annessi tad-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu r-regoli li jikkonċernaw il-metodi ta' referenza, il-validazzjoni tad-dejta u s-siti tal-punti ta' ġbir ta' kampjuni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fl-ambjent (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XX mal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Li ġej jiżdied fil-punti 14c (id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 21ak (id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32015 L 1480: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1480 tat-28 ta' Awwissu 2015 (ĠU L 226, 29.8.2015, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva (UE) 2015/1480 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 226, 29.8.2015, p. 4.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 32/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/1315]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/895/UE tal-10 ta' Diċembru 2014 li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/896/UE tal-10 ta' Diċembru 2014 li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XX mal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 23aa (imħassar) huwa sostitwit b'dan li ġej:

32014 D 0896: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/896/UE tal-10 ta' Diċembru 2014 li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi (ĠU L 355, 12.12.2014, p. 55).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 23c (imħassar):

“23d.

32014 D 0895: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/895/UE tal-10 ta' Diċembru 2014 li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi (ĠU L 355, 12.12.2014, p. 51).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2014/895/UE u 2014/896/UE bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 193/2015 tal-10 ta' Lulju 2015 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 355, 12.12.2014, p. 51.

(2)   ĠU L 355, 12.12.2014, p. 55.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(3)   ĠU L 8, 12.1.2017, p. 29.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 33/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/1316]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2112 tat-23 ta' Novembru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 251/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika strutturali kummerċjali fir-rigward tal-adattament tas-serje ta' dejta wara r-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skont l-attività (KPA) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1l (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 2112: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2112 tat-23 ta' Novembru 2015 (ĠU L 306, 24.11.2015, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/2112 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 306, 24.11.2015, p. 4

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/54


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 34/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/1317]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1711 tas-17 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi għall-2015 il-“Lista ta' Prodcom” ta' prodotti industrijali stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 4am (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 842/2014) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“4an.

32015 R 1711: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1711 tas-17 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi għall-2015 il-‘Lista ta' Prodcom’ ta' prodotti industrijali stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (ĠU L 254, 30.9.2015, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/1711 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 254, 30.9.2015, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 35/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/1318]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1175/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, f'dak li għandu x'jaqsam mal-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2010 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1175/2014 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 823/2010 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-Punt 18wa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2010) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE qed jiġi mibdul b'li ġej:

32014 R 1175: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1175/2014 tat- 30 ta' Ottubru 2014 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, f'dak li għandu x'jaqsam mal-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2010 (ĠU L 316, 4.11.2014, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1175/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 316, 4.11.2014, p. 4.

(2)   ĠU L 246, 18.9.2010, p. 33.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 36/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li jemenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim ŻEE [2017/1319]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1557 tat-13 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 543/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-għelejjel (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Li ġej jiġi miżjud fil-punt 24 (ir-Regolament (KE) Nru 543/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI mal-Ftehim ŻEE:

“, hekk kif emendat minn:

32015 R 1557: Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1557 tat-13 ta' Lulju 2015 (ĠU L 244, 19.9.2015, p. 11).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1557 bl-ilsien Iżlandiż u Norveġiż, li għandu jiġi ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 244, 19.9.2015, p. 11.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 37/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1320]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2173 tal-24 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 11 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 2173: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2173 tal-24 ta' Novembru 2015 (ĠU L 307, 25.11.2015, p. 11).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/2173 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 307, 25.11.2015, p. 11.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/58


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 38/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1321]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2231 tat-2 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà 16 u 38 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 2231: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2231 tat-2 ta' Diċembru 2015 (ĠU L 317, 3.12.2015, p. 19).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 2015/2231 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 317, 3.12.2015, p. 19.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 39/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1322]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 10i (id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 L 0095: Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2014/95/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 293/2015 tat-30 ta' Ottubru 2015 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.

(2)   ĠU L 161, 22.6.2017, p. 87.


20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 40/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) tal-Ftehim ŻEE [2017/1323]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jirrevoka ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jiġi revokat skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni dwar l-inbid ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba' paragrafu tal-introduzzjoni tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk il-Protokoll 47 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 8 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007) tal-Appendiċi 1 għall-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE jinbidel b'dan li ġej:

32013 R 1308: Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Japplikaw biss id-dispożizzjonijiet tar-Regolament li ġejjin:

 

L-Artikolu 1(2)(l), u l-Anness I, il-Parti XII,

 

Artikolu 3(1), ara l-Anness II, il-Parti IV,

 

L-Artikolu 75(3)(f), (g), (h), (k) u (m) u (4) u (5)(d),

 

L-Artikolu 78(1)(b) u (2) ara l-Anness VII il-Parti II, ara l-Appendiċi I tal-Anness VII,

 

L-Artikolu 80, ara l-Anness VIII,

 

L-Artikoli 81 u 82,

 

L-Artikolu 83(2) u (3),

 

L-Artikoli 92–108,

 

L-Artikoli 112 u 113,

 

L-Artikoli 117–121,

 

L-Artikolu 146, u

 

L-Artikolu 147(1) u (2).

Id-dispożizzjonijiet japplikaw bl-adattamenti li jistgħu jiġu derivati mid-dispożizzjonijiet tat-test ewlieni tal-Ftehim, l-adattamenti orizzontali fl-introduzzjoni tal-Protokoll 47 tal-Ftehim u l-adattamenti speċifiċi fl-Appendiċi 1 tal-Protokoll 47 tal-Ftehim.

(b)

Ir-rappreżentanti tal-Istati EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fix-xogħol tal-Kumitati msemmija fl-Artikolu 229 tar-Regolament, li jittrattaw kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-atti msemmija fil-Ftehim, iżda ma għandhomx ikollhom id-dritt li jivvutaw.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.