ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 166

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
29 ta' Ġunju 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1145 tas-8 ta' Ġunju 2017 dwar l-irtirar mis-suq ta' ċerti addittivi tal-għalf awtorizzati skont id-Direttivi tal-Kunsill 70/524/KEE u 82/471/KEE u t-tħassir ta' dispożizzjonijiet skaduti li jawtorizzaw dawk l-addittivi tal-għalf ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1146 tat-28 ta' Ġunju 2017 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, manifatturati minn Jinan Meide Castings Co., Ltd

23

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1147 tat-28 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1368 li jistabbilixxi lista ta' parametri referenzjarji ta' importanza kritika użati fis-swieq finanzjarji skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

32

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1148 tat-28 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1149 tas-27 ta' Settembru 2016 dwar għajnuna mill-Istat SA.30931 (11/C) (ex N 185/10) implimentata mir-Rumanija għal ajruporti reġjonali tar-Rumanija (notifikata bid-dokument C(2016) 6031)  ( 1 )

36

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 469/15/COL tal-4 ta' Novembru 2015 biex tagħlaq l-investigazzjoni formali fl-allegata għajnuna mill-Istat lil Innovation Norway għall-attivitajiet tagħha fi ħdan is-suq tal-infrastruttura tal-web u servizzi relatati, kif ukoll għajnuna possibbli favur il-Bordijiet Reġjonali għat-Turisti u l-Organizzazzjonijiet ta' Ġestjoni tad-Destinazzjoni (In-Norveġja) [2017/1150]

58

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/971 tat-8 ta' Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK missjonijiet u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta' taħriġ militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) ( ĠU L 146, 9.6.2017 )

82

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1145

tas-8 ta' Ġunju 2017

dwar l-irtirar mis-suq ta' ċerti addittivi tal-għalf awtorizzati skont id-Direttivi tal-Kunsill 70/524/KEE u 82/471/KEE u t-tħassir ta' dispożizzjonijiet skaduti li jawtorizzaw dawk l-addittivi tal-għalf

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. B'mod partikolari, l-Artikolu 10(2), flimkien mal-Artikolu 10(7) ta' dak ir-Regolament jipprevedi proċeduri speċifiċi għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2) u d-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE (3).

(2)

L-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jimponi l-obbligu fuq il-Kummissjoni li tadotta Regolament li l-irtirar mis-suq tal-addittivi tal-għalf li kienu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Komunità tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodotti eżistenti, u li għalihom ma jkun hemm ebda applikazzjoni skont l-Artikolu 10(2) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma ġiet sottomessa qabel l-iskadenza prevista f'dawn id-dispożizzjonijiet, jew li għalihom tkun ġiet sottomessa applikazzjoni li iżda ġiet sussegwentement irtirata. Għaldaqstant, dawk l-addittivi tal-għalf għandhom jiġu rtirati mis-suq. Hekk kif l-Artikolu 10(5) ma jagħmilx distinzjoni bejn awtorizzazzjonijiet maħruġa b'limitu ta' żmien u awtorizzazzjonijiet mingħajr limitu ta' żmien, għal raġunijiet ta' ċarezza, huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni dwar l-irtirar mis-suq tal-addittivi tal-għalf li l-perjodi limitati ta' awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 70/524/KEE diġà skadew.

(3)

Bħala konsegwenza tal-irtirar mis-suq tal-addittivi tal-għalf huwa xieraq li jitħassru d-dispożizzjonijiet li jawtorizzawhom. Konsegwentement, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/98 (4), (KE) Nru 1353/2000 (5), (KE) Nru 2188/2002 (6), (KE) Nru 261/2003 (7), (KE) Nru 1334/2003 (8), (KE) Nru 1259/2004 (9), (KE) Nru 1288/2004 (10), (KE) Nru 1453/2004 (11), (KE) Nru 2148/2004 (12), (KE) Nru 255/2005 (13), (KE) Nru 358/2005 (14), (KE) Nru 521/2005 (15), (KE) Nru 600/2005 (16), (KE) Nru 833/2005 (17), (KE) Nru 943/2005 (18), (KE) Nru 1206/2005 (19), (KE) Nru 1458/2005 (20), (KE) Nru 1810/2005 (21), (KE) Nru 1811/2005 (22), (KE) Nru 2036/2005 (23), (KE) Nru 252/2006 (24), (KE) Nru 773/2006 (25), (KE) Nru 1284/2006 (26) u (UE) Nru 1270/2009 (27) għandhom jiġu emendati f'dan is-sens u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 937/2001 (28), (KE) Nru 871/2003 (29), (KE) Nru 277/2004 (30), (KE) Nru 278/2004 (31), (KE) Nru 1332/2004 (32), (KE) Nru 1463/2004 (33), (KE) Nru 1465/2004 (34), (KE) Nru 833/2005, (KE) Nru 492/2006 (35), (KE) Nru 1443/2006 (36), (KE) Nru 1743/2006 (37), (KE) Nru 757/2007 (38) u (KE) Nru 828/2007 (39) għandhom jitħassru.

(4)

Fil-każ ta' addittivi tal-għalf li għalihom ġew sottomessi applikazzjonijiet biss għal ċerti speċijiet ta' annimali jew kategoriji ta' annimali, jew ikunu ġew irtirati l-applikazzjonijiet biss għal ċerti speċijiet ta' annimali jew kategoriji ta' annimali, l-irtirar mis-suq għandu jikkonċerna biss l-ispeċijiet ta' annimali u kategoriji ta' annimali li għalihom ma tkun ġiet sottomessal-ebda applikazzjoni jew l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata.

(5)

Fir-rigward tal-addittivi tal-għalf li l-awtorizzazzjoni tagħhom ma skadietx sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati li matulu l-ħażniet eżistenti tal-addittivi kkonċernati, it-taħlitiet lesti minn qabel, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li ġew prodotti b'dawk l-addittivi jistgħu jintużaw kollha, filwaqt li jittieħed f'kunsiderazzjoni kemm idum tajjeb ċertu għalf li fih l-addittivi inkwistjoni.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Irtirar

1.   L-addittivi tal-għalf speċifikati fl-Anness I għandhom jiġu rtirati mis-suq fir-rigward tal-ispeċijiet ta' annimali jew kategoriji ta' annimali kif speċifikat f'dak l-Anness.

2.   L-addittivi tal-għalf speċifikati fl-Anness II għandhom jiġu rtirati mis-suq fir-rigward tal-ispeċijiet ta' annimali jew kategoriji ta' annimali kif speċifikat f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Il-ħażniet eżistenti tal-addittivi elenkati fl-Anness I jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sad-19 ta' Lulju 2018.

2.   It-taħlitiet lesti minn qabel prodotti bl-addittivi msemmija fil-paragrafu 1 ta' Mejju jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sad-19 ta' Ottubru 2018.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf prodotti b'addittivi tal-għalf imsemmija fil-paragrafu 1 jew bit-taħlitiet lesti mnn qabel msemmija fil-paragrafu 2 ta' Mejju jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sad-19 ta' Lulju 2019.

Artikolu 3

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 937/2001, (KE) Nru 871/2003, (KE) Nru 277/2004, (KE) Nru 278/2004, (KE) Nru 1332/2004, (KE) Nru 1463/2004, (KE) Nru 1465/2004, (KE) Nru 833/2005, (KE) Nru 492/2006, (KE) Nru 1443/2006, (KE) Nru 1743/2006, (KE) Nru 757/2007 u (KE) Nru 828/2007 huma mħassra.

Artikolu 4

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 2316/98

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2316/98 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-entrata E 4 dwar ir-ram — Cu, il-kliem “Metjonat kupriku” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-Metjonat kupriku jitħassar;

(2)

fl-entrata E 5 dwar il-manganiż — Mn, il-kliem “Ossidu tal-manganiż” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss l-Ossidu tal-manganiż jitħassar;

(3)

fl-entrata E 5 dwar il-Manganiż — Mn, il-kliem “Karbonat tal-manganiż” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-Karbonat manganuż jitħassar;

(4)

fl-entrata E 5 dwar il-Manganiż — Mn, il-kliem “fosfat tal-idroġenu bil-manganiż, triidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-fosfat tal-idroġenu manganuż, triidrat jitħassar;

(5)

fl-entrata E 5 dwar il-Manganiż — Mn, il-kliem “sulfat tal-manganiż, tetraidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss is-sulfat manganuż, tetraidrat jitħassar;

(6)

fl-entrata E 6 dwar iż-Żingu — Zn, il-kliem “karbonat taż-żingu” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-karbonat taż-żingu jitħassar;

(7)

fl-entrata E 6 dwar iż-Żingu — Zn, il-kliem “laktat taż-żingu, triidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-laktat taż-Żingu, triidrat jitħassar;

(8)

titħassar l-entrata E 6 dwar iż-żingu — Zn, il-kliem “klorur taż-żingu, monoidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-klorur taż-żingu, monoidrat jitħassar.

Artikolu 5

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1353/2000

Ir-Regolament (KE) Nru 1353/2000 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jitħassar.

(2)

L-Anness I jitħassar.

Artikolu 6

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 2188/2002

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2188/2002, fl-entrata 11, dwar l-“Endo-1,4-beta-glukanas KE 3.2.1.4 Endo-1,3(4)-beta-glukanas KE 3.2.1.6 Endo-1,4-beta-xylanase KE 3.2.1.8” jiddaħħlu l-kliem “tiġieġ li jbidu” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss it-tiġieġ li jbidu jitħassar.

Artikolu 7

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 261/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Il-preparazzjoni li tappartjeni għall-grupp “Enzimi” kif speċifikata fl-Anness I hija awtorizzata biex tintuża bħala addittiv għan-nutrizzjoni tal-annimali, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness”;

(2)

L-Anness II jitħassar.

Artikolu 8

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1334/2003

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1334/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-entrata E 4 dwar ir-Ram — Cu, il-kliem “Metjonat kupriku” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-Metjonat kupriku jitħassar;

(2)

fl-entrata E 5 dwar il-Manganiż — Mn, il-kliem “Ossidu tal-manganiż” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss l-Ossidu tal-manganiż jitħassar;

(3)

fl-entrata E 5 dwar il-Manganiż — Mn, il-kliem “ossidu manganomanganiku” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss l-ossidu manganomanganiku jitħassar;

(4)

fl-entrata E 5 dwar il-Manganiż — Mn, il-kliem “Karbonat tal-manganiż” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-Karbonat manganuż jitħassar;

(5)

fl-entrata E 5 dwar il-Manganiż — Mn, il-kliem “fosfat tal-idroġenu bil-manganiż, triidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-fosfat tal-idroġenu manganuż, triidrat jitħassar;

(6)

fl-entrata E 5 dwar il-Manganiż — Mn, il-kliem “sulfat tal-manganiż, tetraidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss is-sulfat manganuż, tetraidrat jitħassar;

(7)

fl-entrata E 6 dwar iż-Żingu — Zn, il-kliem “karbonat taż-żingu” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-karbonat taż-żingu jitħassar;

(8)

fl-entrata E 6 dwar iż-Żingu — Zn, il-kliem “laktat taż-żingu, triidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-laktat taż-Żingu, triidrat jitħassar;

(9)

fl-entrata E 6 dwar iż-Żingu — Zn, il-kliem “klorur taż-żingu, monoidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-klorur taż-żingu, monoidrat jitħassar.

Artikolu 9

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1259/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 1259/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Il-preparazzjonijiet li jifformaw parti mill-grupp “enżimi”, kif stabbilit fl-Anness III u IV huma awtorizzati bħala addittiv għall-użu mingħajr limitu ta' żmien fin-nutrizzjoni tal-annimali skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness”.

(2)

L-Anness V għandu jitħassar.

Artikolu 10

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1288/2004

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1288/2004, huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata E 161 (z), dwar “Astaxantin-rich Phaffia Rhodozyma (ATCC 74219)” titħassar;

(2)

l-entrata E 1704, dwar “Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94” titħassar.

Artikolu 11

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1453/2004

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1453/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata E 1609 dwar “Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4” titħassar;

(2)

L-entrata E 1610 dwar “Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4 Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8” titħassar;

(3)

l-entrata E 1611 dwar “Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8; Polygalacturonase EC 3.2.1.15” titħassar.

Artikolu 12

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 2148/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 2148/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

għandhom jitħassru l-Artikoli 3, 4 u 5;

(2)

Fl-Anness I, l-entrata E 567, dwar il- “Klinoptilolite ta' oriġini vulkanika” bil-kelma “fniek” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-fniek jitħassru.

(3)

Fl-Anness II, l-entrata E 1706 dwar “Enterococcus faecium DSM 7134, Lactobacillus rhamnosus DSM 7133” titħassar.

(4)

L-Annessi III, IV u V jitħassru.

Artikolu 13

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 255/2005

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 255/2005, titħassar l-entrata E 1618 “Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8”.

Artikolu 14

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 358/2005

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 358/2005, huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata E 1619 dwar “Alpha-amylase EC 3.2.1.1 Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6” titħassar;

(2)

L-entrata E 1622 dwar “Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 u endo-1,4-beta-xylanase E.C 3.2.1.8” titħassar.

Artikolu 15

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 521/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 521/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jitħassar.

(2)

L-Anness I jitħassar.

Artikolu 16

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 600/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 600/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jitħassru l-Artikoli 1 u 2;

(2)

Jitħassru l-Annessi I u II.

(3)

Fl-Anness III, l-entrata E 1709 dwar “Enterococcus faecium ATCC 53519 u Enterococcus faecium ATCC 55593 (Proporzjoni ta' 1/1)” titħassar.

Artikolu 17

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 943/2005

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 943/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata E 1630 dwar “Endo-1,4-betaxylanase EC 3.2.1.8 u Subtilisin EC 3.4.21.62” titħassar;

(2)

L-entrata E 1631 dwar “Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 u u endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8” titħassar.

(3)

L-entrata E 1632 “3-Phytase EC 3.1.3.8” titħassar.

Artikolu 18

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1206/2005

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1206/2005, titħassar l-entrata E1633 dwar l-“Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6, Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 u Subtilisin u EC 3.4.21.62”.

Artikolu 19

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1458/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 1458/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jitħassar.

(2)

L-Anness I jitħassar.

(3)

Fl-Anness II tar-Regolament, titħassar l-entrata 60 dwar l-“Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8, Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6”

Artikolu 20

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1810/2005

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1810/2005, titħassar l-entrata 15 dwar “Enterococcus faecium NCIMB 11181”.

Artikolu 21

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1811/2005

(1)

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1811/2005, titħassar l-entrata E1635 dwar l-“Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6”.

(2)

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1811/2005, titħassar l-entrata 63 dwar l-“Endo-1,4-betaxylanase EC 3.2.1.8 u Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6”.

Artikolu 22

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 2036/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 2036/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jitħassar.

(2)

L-Anness II jitħassar.

Artikolu 23

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 252/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 252/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jitħassar.

(2)

L-Anness II jitħassar.

(3)

Fl-Anness III, l-entrata 28 dwar “3-Phytase EC 3.1.3.8” titħassar.

Artikolu 24

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 773/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 773/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 jitħassar.

(2)

L-Anness III jitħassar.

Artikolu 25

Emenda fir-Regolament (UE) Nru 1284/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1284/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jitħassru l-Artikoli 1 u 3.

(2)

Jitħassru l-Annessi I u III.

Artikolu 26

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1270/2009

Ir-Regolament (UE) Nru 1270/2009 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jitħassar.

(2)

L-Anness I jitħassar.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta' Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/98 tas-26 ta' Ottubru 1998 dwar l-awtorizzazzjoni ta' addittivi ġodda u li jemenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' numru ta' addittivi diġà awtorizzati fl-għalf (ĠU L 289, 28.10.1998, p. 4).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1353/2000 tas-26 ta' Ġunju 2000 dwar l-awtorizzazjoni permanenti ta' addittiv u l-awtorizazzjoni provviżorja ta' addittivi ġodda, użi ġodda ta' addittivi u preparazzjonijiet ġodda fl-għalf (ĠU L 155, 28.6.2000, p. 15).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2188/2002 tad-9 ta' Diċembru ta' l-2002 li jikkonċerna l-awtoriżazzjoni proviżorja ta' l-użu l-ġodda ta' addittivi fl-alimenti ta' l-għalf (ĠU L 333, 10.12.2002, p. 5).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 261/2003 tat-12 ta' Frar 2003 dwar l-awtorizzazzjoni provviżorja ta' użi ġodda ta' addittivi fl-għalf ta' l-annimali (ĠU L 37, 13.2.2003, p. 12).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 tal-25 ta' Lulju 2003 li jemenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' numru ta' addittivi fi ħwejjeġ ta' l-ikel li jappartjenu għall-grupp ta' oligoelementi (ĠU L 187, 26.7.2003, p. 11).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1259/2004 tat-8 ta' Lulju 2004 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi diġà awtorizzati fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 239, 9.7.2004, p. 8).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 ta' l-14 ta' Lulju 2004 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' użu ġdid ta' addittiv diġà awtorizzat fl-ikel ta' l-annimali (ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 tas-16 ta' Awissu 2004 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 269, 17.8.2004, p. 3).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 tas-16 ta' Diċembru 2004 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta' ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta' użi ġodda ta' addittiv diġà awtorizzat fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 255/2005 tal-15 ta' Frar 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf (ĠU L 45, 16.2.2005, p. 3).

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2005 tat-2 ta' Marzu 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet mingħajr limitu ta' żmien ta' ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta' użi ġodda għal addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf (ĠU L 57, 3.3.2005, p. 3).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 521/2005 ta' l-1 ta' April 2005 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni permanenti ta' addittiv u l-awtorizzazzjoni proviżjorja ta' użi ġodda ta' ċerti addittivi diġà awtorizzati fl-għalf (ĠU L 84, 2.4.2005, p. 3).

(16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005 tat-18 ta' April 2005 li jikkonċerna awtorizzazzjoni ġdida għal għaxar snin ta' coccidiostat bħala addittiv fl-oġġetti ta' l-għalf, l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' addittiv u l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-oġġetti ta' l-għalf (ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5).

(17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2005 tal-31 ta' Mejju 2005 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' l-addittivi fl-għalf (ĠU L 138, 1.6.2005, p. 5).

(18)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 943/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar l-awtorizzazzjoni pemananeti ta' ċerti addittivi fl-oġġetti ta' l-għalf (ĠU L 159, 22.6.2005, p. 6).

(19)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1206/2005 tas-27 ta' Lulju 2005 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti adittivi fl-għalf (ĠU L 197, 28.7.2005, p. 12).

(20)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1458/2005 tat-8 ta' Settembru 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżorji ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użi ġodda ta' ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati għall-għalf (ĠU L 233, 9.9.2005, p. 3).

(21)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2005 ta' l- 4 ta' Novembru 2005 dwar awtorizzazzjoni ġdida għal għaxar snin ta' addittiv fl-għalf, l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użi ġodda ta' ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 5).

(22)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 ta' l-4 ta' novembru 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet proviżorji u permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' addittiv li diġà huwa awtorizzat fl-għalf (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 12).

(23)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 ta' l-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf (ĠU L 328, 15.12.2005, p. 13).

(24)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 252/2006 ta' l-14 ta' Frar 2006 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjonijiet proviżorji għal użi ġodda ta' ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati għall-għalf (ĠU L 44, 15.2.2006, p. 3).

(25)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2006 tat-22 ta' Mejju 2006 dwar l-awtorizzazzjoni proviżorja u permanenti ta' ċerti adittivi fl-għalf tal-bhejjem u l-awtoriozzazzjoni proviżorja ta' użu ġdid ta' addittiv li huwa diġà awtorizzat fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 135, 23.5.2006, p. 3).

(26)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1284/2006 tad-29 ta' Awissu 2006 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta' ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 235, 30.8.2006, p. 3).

(27)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1270/2009 tal-21 ta' Diċembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżjorji ta' ċerti addittivi fl-għalf (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 28).

(28)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 937/2001 tal-11 ta' Mejju ta' l-2001 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' l-użu ta' addittivi ġodda, preparazzjoni ta' addittiva ġdida, id-dewmien ta' awtorizzazzjonijiet proviżorji u l-awtorizzazzjoni ta' 10 snin ta' addittiva fl-alimenti ta' l-għalf (ĠU L 130, 12.5.2001, p. 25).

(29)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 871/2003 tal-20 ta' Mejju 2003 li jawtorizza b'mod permanenti ossidu manganomanganiku addittiv fl-għalf (ĠU L 125, 21.5.2003, p. 3).

(30)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 277/2004 tas-17 ta' Frar 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' addittiv fl-għalf ta' l-annimali (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 20).

(31)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2004 tas-17 ta' Frar 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' użu ġdid ta' adittiv ġa awtorizzat fl-għalf ta' l-annimali (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 22).

(32)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1332/2004 tal-20 ta' Lulju 2004 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 247, 21.7.2004, p. 8).

(33)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1463/2004 tas-17 ta' Awissu 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta' l-addittiv Sacox 120 microGranulate fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta' koċċidjostati u ta' sustanzi mediċinali oħra (ĠU L 270, 18.8.2004, p. 5).

(34)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1465/2004 tas-17 ta' Awissu 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni permanenti ta' addittivi fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 270, 18.8.2004, p. 11).

(35)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2006 tas-27 ta' Marzu 2006 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżorji ta' ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 89, 28.3.2006, p. 6).

(36)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1443/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 li tikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta' ċertu addittivi fl-oġġetti ta' l-għalf u awtorizzazzjoni ta' għaxar snin għal coccidiostat (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 12).

(37)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1743/2006 ta' l-24 ta' Novembru 2006 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' addittiv fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 329, 25.11.2006, p. 16).

(38)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 757/2007 tad-29 ta' Ġunju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 43).

(39)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2007 tat- 13 ta' Lulju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti u proviżorja ta' ċerti addittivi fl-għalf (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 12).


ANNESS I

Addittivi imsemmija fl-Artikolu 1(1).

PARTI A

L-addittivi tal-għalf li għandhom jiġu rtirati għall-ispeċijiet u l-kategoriji kollha ta' annimali

Numru ta' Identifikazzjoni

Addittiv

Speċijiet jew kategorija ta' annimali

Preservattivi

E 201

Sorbat tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

E 203

Sorbat tal-kalċju

L-ispeċijiet kollha

E 261

Aċetat tal-potassju

L-ispeċijiet kollha

E 283

Propjonat tal-potassju

L-ispeċijiet kollha

E 333

Ċitrati tal-kalċju

L-ispeċijiet kollha

E 334

Aċidu L-Tartariku

L-ispeċijiet kollha

E 335

L-Tartrati tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

E 336

L-Tartrati tal-potassju

L-ispeċijiet kollha

E 337

L-Tartrat tas-sodju tal-potassju.

L-ispeċijiet kollha

E 507

Aċidu idrokloriku

L-ispeċijiet kollha

E 513

Aċidu sulfuriku

L-ispeċijiet kollha

Antiossidanti

E 308

Gammatokoferol sintetiku

L-ispeċijiet kollha

E 309

Delta tokoferol sintentika

L-ispeċijiet kollha

E 311

Gallat tal-oktil

L-ispeċijiet kollha

E 312

Gallat tad-dodeċil

L-ispeċijiet kollha

Legaturi, materjal li jippreveni t-tagħqid u sustanzi li jgħaqqdu.

E 330

Aċidu ċitriku

L-ispeċijiet kollha

Sustanzi li jagħtu l-kulur, inklużi l-pigmenti

Sustanzi oħrajn li jagħtu l-kulur

Numru E rilevanti

Aġenti koloranti awtorizzati bħala kulur fil-prodotti tal-għalf mir-regoli Komunitarji, minbarra l- E 129 Aħmar Allura; Iswed Brillanti PN E 151; Blu Brillanti FCF (E133) Kuluri tal-Karamella E150b, E150c u E150d; Klorofillina tal-Kumpless tar-Ram E 141; Eritrosina E 127; Indigotina E 132; Ossidu tal-Ħadid Aħmar, Iswed u Isfar E 172; Ponceau 4 R E 124; Diossidu tat-Titanju (il-forma anatase & ir-rutili) E 171; Karbonju Veġetali E153; tartrażina E 102; Isfar inżul ix-xemx FCF E 110;

L-ispeċijiet kollha

E 142

Aħdar aċidu brillanti BS/(Lissamin aħdar)

L-ispeċijiet kollha

Aġenti emulsifikanti u stabbilizzanti, aġenti li jħaxxnu u ġellifikanti:

E322

Leċitina (biss bħala aġenti emulsifikanti u stabbilizzanti, aġenti li jħaxxnu u ġellifikanti)

L-ispeċijiet kollha

E 400

Aċidu alġiniku

L-ispeċijiet kollha

E 402

Alġinat tal-potassju

L-ispeċijiet kollha

E 404

Alġinat tal-kalċju

L-ispeċijiet kollha

E 405

L-alġinat tal-propan-1,2-diol (Alginat tal-glikol tal-propilen)

L-ispeċijiet kollha

E 432

Monolawrat tal-poliossietilene (20) sorbitan

L-ispeċijiet kollha

E 434

Monopalmitat tal-poliossietilene (20) sorbitan

L-ispeċijiet kollha

E 435

Monostereat tal-poliossetilene (20) sorbitan

L-ispeċijiet kollha

E 436

Tristearat tal-poliossietilene (20) sorbitan

L-ispeċijiet kollha

E 465

Etilmetilċellulożi

L-ispeċijiet kollha

E 473

Esteri tas-sukrożju tal-aċidi xaħmin (esteri tas-sakkaroża u aċidi xaħmin li jittieklu)

L-ispeċijiet kollha

E 474

Sukrogliċeridi (taħlita ta' esteri tas-sakkarosju u mono u digliċeridi tal-aċidi xaħmin li jittieklu)

L-ispeċijiet kollha

E 475

Esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin li jittieklu mhux polimerizzati

L-ispeċijiet kollha

E 477

Mono-esteri tal-propan-1,2-diol (propilenglikol) u aċidi xaħmin li jittieklu, waħdehom jew f'taħlitiet ma' diesteri

L-ispeċijiet kollha

E 480

Aċidu 2-stearojllattat

L-ispeċijiet kollha

E 481

stearojl-2-lattilat tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

E 482

stearojl-2-lattilat tal-kalċju

L-ispeċijiet kollha

E 483

Tartrat tal-Istearil

L-ispeċijiet kollha

E 486

Destrans

L-ispeċijiet kollha

E 491

Monostearat tas-sorbitan

L-ispeċijiet kollha

E 492

Tristearat tas-sorbitan

L-ispeċijiet kollha

E 494

Monooleat tas-sorbitan

L-ispeċijiet kollha

E 495

Monopalmitat tas-sorbitan

L-ispeċijiet kollha

E 496

Glikol tal-politilen 6000

L-ispeċijiet kollha

E 497

Polimeri polioksipropilen-polioksietilen (M.W. 6 800 -9 000 )

L-ispeċijiet kollha

Mikroelementi

E 1

ĦadidFe, Klorur ferruż, tetraidrat

L-ispeċijiet kollha

E 1

ĦadidFe, Ċitrat ferruż, eżaidrat

L-ispeċijiet kollha

E 1

ĦadidFe, Lattat ferruż, triidrat

L-ispeċijiet kollha

E 2

JodjuI, Kalċju jodat, eżaidrat

L-ispeċijiet kollha

E 2

JodjuI, Jodur tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

E 4

RamCu, Metjonat kupriku

L-ispeċijiet kollha

E 5

ManganeżjuMn, Ossidu tal-manganiż

L-ispeċijiet kollha

E 5

ManganeżjuMn, Ossidu manganomanganiku

L-ispeċijiet kollha

E 5

ManganeżjuMn, Karbonat manganuż

L-ispeċijiet kollha

E 5

ManganeżjuMn, Sulfat tal-idroġenu tad-dipotassju, triidrat

L-ispeċijiet kollha

E 5

Manganeżju-Mn, Karbonat tal-potassju, tetraidrat

L-ispeċijiet kollha

E 6

ŻinguZn, Karbonat taż-żingu

L-ispeċijiet kollha

E 6

ŻinguZn, Klorur taż-żingu monoidrat

L-ispeċijiet kollha

E 6

ŻinguZn, Lattat taż-żingu, triidrat

L-ispeċijiet kollha

E 7

MolibdenuMo, Molibdat tal-ammonju

L-ispeċijiet kollha

E 8

SelenjuSe, Selenat tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

Vitamini, provitamini u sustanzi definiti sew kimikament li għandhom effett simili

 

Betaina. Il-forom kollha minbarra l-betaina anidra u l-betaina kloridrat

L-ispeċijiet kollha

 

Bijotina. Il-forom kollha minbarra D-(+)-bijotina

L-ispeċijiet kollha

 

Karnitina. Il-forom kollha minbarra l-L-karnitina u L-karnitina L-tartrat.

L-ispeċijiet kollha

 

Kolin. Il-forom kollha minbarra l-klorur tal-kolin

L-ispeċijiet kollha

 

Folat. Il-forom kollha ta' folat minbarra l-aċidu foliku

L-ispeċijiet kollha

 

Niaċina. Il-forom kollha ta' niaċina minbarra n-niaċina 99 % u n-niaċinammid

L-ispeċijiet kollha

 

Aċidi Xaħmin Mhux Saturati tax-Xaħam Omega-3 Essenzjali

L-ispeċijiet kollha

 

Aċidi Xaħmin Mhux Saturati Omega-6 Essenzjali (kollha minbarra l-aċidu oktadekadienojku)

L-ispeċijiet kollha

 

Aċidu pantoteniku. L-ispeċijiet kollha minbarra l-Kalċju-D-pantotenat u D-pantenol

L-ispeċijiet kollha

 

Aċidu benżojku para amminiku (PABA)

L-ispeċijiet kollha

 

Tijamina. Il-forom kollha minbarra l-kloridrat tat-tijamina u l-mononitrat tat-tijamina

L-ispeċijiet kollha

 

Vitamina A. Il-forom kollha minbarra l-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil

L-ispeċijiet kollha

 

Vitamina B6. Il-forom kollha minbarra l-kloridrat tal-piridossina

L-ispeċijiet kollha

 

Vitamina C. Il-forom kollha minbarra l-aċidu askorbiku, il-fosfat tas-sodju askorbili, il-fosfat tas-sodju askorbili tal-kalċju

L-ispeċijiet kollha

 

Vitamina E. Il-forom kollha minbarra l-all-rac-alpha-tocopheryl acetate, RRR-alpha-tocopheryl acetate u RRR alpha tocopherol

L-ispeċijiet kollha

 

Il-vitamina K. Kull forma ta' Vitamina K minbarra l-Vitamina K3 bħala bisulfit tal-menadjon nikotinammid u bħala bisulfit tas-sodju L-menadjon

L-ispeċi kollha tal-annimali

Aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom

3.1.3.

Metijonina/żingu tal-metijonina, teknikament pur

L-ispeċijiet kollha

3.2.1.

Liżina/L-liżina, teknikament pur

L-ispeċijiet kollha

3.4.2.

DL-Triptofan, teknikament pur

L-ispeċijiet kollha

Addittivi tal-foraġġ insilat

Enżimi

 

Ksilanażi KE 3.2.1.8 Trichoderma longibrachiatum rifar IMI SD 185

L-ispeċijiet kollha

Mikroorganiżmi

 

Enterococcus faecium BIO 34

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus salivarius CNCM I-3238/ATCC 11741

L-ispeċijiet kollha

 

Pediococcus pentosaceus NCIMB 30089

L-ispeċijiet kollha

Is-sustanzi

 

Formaldeid

L-ispeċijiet kollha

 

Bisulfat tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

 

 

 

Sustanzi aromatizzanti u palatabbli

Prodotti naturali — definiti b'mod botaniku

 

Tintura tal-betula CoE 88

L-ispeċijiet kollha

Il-prodotti naturali u l-prodotti sintetiċi korrispondenti

 

Nru tas-CAS 16630-52-7/3-(Metiltijo)butanal/Nru tal-Flavis 12.056

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 2179-60-4/Metil propil disulfur/Nru tal-Flavis 12.019

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 36431-72-8/Teaspiran/Nru tal-Flavis 13.098

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 3738-00-9/1,5,5,9-Tetrametil-13-oksatriċiklo [8.3.0.0.(4.9)]tridekan/Nru tal-Flavis 13.072

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 40789-98-8/3-Merkaptopentan-2-on/Nru tal-Flavis 12.047

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 43040-01-3/3-Metil-1,2,4-tritijan/Nru tal-Flavis 15.036

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 495-62-5/1,4(8),12-Bisabolatriene/Nru tal-Flavis 01.016

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 516-06-3/D,L-Valine/Nru tal-Flavis 17.023

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 5756-24-1/Dimetil tetrasulfid/Nru tal-Flavis 12.116

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 6028-61-1/Trisulfid tad-dipropil/Nru tal-Flavis 12.023

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 689-67-8/6,10-Dimetil-5,9-undekadien-2-on/Nru tal-Flavis 07.216

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 78-98-8/2-Oksopropanal/Nru tal-Flavis 7.001

L-ispeċijiet kollha

PARTI B

L-addittivi tal-għalf li għandhom jiġu rtirati għal ċerti speċijiet jew il-kategoriji kollha ta' annimali

Numru ta' Identifikazzjoni

Addittiv

Speċijiet jew kategorija ta' annimali

Preservattivi

E 214

Etil 4-idrossibenżoat

Annimali domestiċi

E 215

benżil 4-idrossibenżoat tas-sodju

Annimali domestiċi

E 216

Propil-4-idrossibenżoat

Annimali domestiċi

E 217

propil 4-idrossibenżoat tas-sodju

Annimali domestiċi

E 218

4-idrossibenżoat tal-metil

Annimali domestiċi

E 219

4-idrossibenżoat tal-metil tas-sodju

Annimali domestiċi

E 222

Bisulfit tas-sodju

Klieb; Qtates

E 223

Metabisulfit tas-sodju

Klieb; Qtates

E 285

Aċidu metilpropjoniku

mill-bidu tar-ruminazzjon

Regolaturi tal-aċidità

E 210

Aċidu benżojku

Ħnieżer għas-simna

E 340(iii)

Ortofosfat tat-tripotassju

Qtates; Klieb

E 350(i)

Malat tas-sodju (Melħ ta' DL- jew Aċidu L-Maliku)

Qtates; Klieb

E 507

Aċidu idrokloriku

Qtates; Klieb

E 513

Aċidu sulfuriku

Qtates; Klieb

Legaturi, materjal li jippreveni t-tagħqid u sustanzi li jgħaqqdu

E 567

Klinoptilolite ta' oriġini vulkanika

Fniek

E 598

Aluminati sintetiċi tal-kalċju

Baqar tal-ħalib; Bhejjem tal-ifrat għas-simna; Għoġġiela; Ħrief; Gidjien; Tajr; Fniek; Ħnieżer

Sustanzi li jagħtu l-kulur, inklużi l-pigmenti

Karotenojde u ksantofilli

E 161b

Lutejna

Qtates u klieb

E 160c

Kapsantin

Dundjani

E 161c

Kriptoksantin

Tjur

E 160e

Beta-apo-8′-karotenal

Tjur

E 161 g

Kantaksantina

Speċi u l-użi kollha minbarra:

Tiġieġ għas-simna u speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għas-simna għal użi li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali 2 (a) (ii)

Tjur għas-simna u tjur imrobbija għas-simna għal użi li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali 2 (a) (ii)

Għasafar u ħut ornamentali għal użi li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali 2 (a) (iii)

E 161j

Astaksantin

L-ispeċijiet kollha minbarra:

Salamun u trota għall-użi li jappartjenu għall-gruppi funzjonali 2(a) (i) u 2(a) (iii)

Ħut ornamentali għall-użi li jappartjenu għall-gruppi funzjonali 2(a) (i)

E 161z

Phaffia Rhodozyma rikk fl-astaksantin (ATCC 74219)

Salamun; Trota

Sustanzi oħrajn li jagħtu l-kulur

E 155

Kannella HT

Qtates; Klieb

E 104

Isfar tal-kinolina

Annimali li jipproduċu l-ikel

E 122

Ażorubina (karmojżina)

L-ispeċijiet kollha minbarra l-qtates u l-klieb

E 160b

Biksin

L-ispeċijiet kollha minbarra tal-klieb u l-qtates

Aġenti emulsifikanti u stabbilizzanti, aġenti li jħaxxnu u ġellifikanti

E 401

Alġinat tas-sodju

L-ispeċijiet kollha minbarra l-ħut; Annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel (annimali tal-pil mhux għall-ikel)

E 403

Alġinat tal-ammonju

L-ispeċijiet jew il-kategoriji kollha ta' annimali minbarra l-ħut tal-akwarju

E 406

Agar

L-ispeċijiet kollha minbarra annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel (annimali tal-pil mhux għall-ikel)

E 407

Karraġenina

L-ispeċijiet kollha minbarra annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel (annimali tal-pil mhux għall-ikel)

E 418

Gomma tal-ġellan

Klieb; qtates

E 488

Gliċerid polioksietilat tal-aċidi xaħmija tad-dam

Għoġġiela

E 489

Etere tal-poligliċerol u tal-alkoħol miksub permezz tar-riduzzjoni ta' aċidi oleiċi u palmitiċi

Għoġġiela

E 498

L-esteri parzjali tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmija taż-żejt polikondensat tar-riġnu

Klieb

 

 

 

Enżimi

E 1600

3-fitażi (KE 3.1.3.8) prodott mill-Aspergillus niger (CBS 114.94)

Ħnienes; Ħnieżer għas-simna; Ħnieżer nisa Tiġieġ għas-simna; Tiġieġ tal-bajd

E 1600

3-fitażi (KE 3.1.3.8) prodott mill-Aspergillus niger (CBS 114.94)

Dundjani għas-simna

E 1605

Endo-1,4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodott mill-Aspergillus niger (CBS 520.94)

Tiġieġ għas-simna

E 1608

Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8/Endo-1, 4-beta-glukanażi/KE 3.2.1.4 prodotti minn Humicola insolens (DSM 10442)

Tiġieġ għas-simna

E 1609

Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8/Endo-1, 4-beta-glukanażi/KE 3.2.1.4 prodotti minn Aspergillus niger (CBS 600.94) (miksija, il-forma solida u likwida)

Tiġieġ għas-simna; Dundjani għas-simna; Ħnienes (miftuma)

E 1609

Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8/Endo-1, 4-beta-glukanażi/KE 3.2.1.4 prodotti minn Aspergillus niger (CBS 600.94) (il-forma granulari)

Tiġieġ għas-simna; Dundjani għas-simna; Ħnienes (miftuma)

E 1610

Endo-1,4-beta-glukanażi/KE 3.2.1.4/Endo-1,4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotti minn Aspergillus niger (CBS 600.94)

Tiġieġ għas-simna

E 1611

Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-by Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106)/Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135)/Poligalakturonażi/KE 3.2.1.15 prodotta minn Aspergillus aculeatus (CBS 589.94)

Ħnieżer għas-simna

E 1614

6-Fitażi/KE 3.1.3.26 prodott minn Aspergillus oryzae (DSM 11857)

Tiġieġ għas-simna; Tiġieġ tal-bajd; Dundjani għas-simna; Ħnienes; Ħnieżer għas-simna; Ħnieżer nisa

E 1615

Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10 W)

Tiġieġ għas-simna

E 1618

Endo-1,4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodott mill-Aspergillus niger (CBS 270.95)

Tiġieġ għas-simna; Dundjani għas-simna

E 1619

Alfa-amilażi/KE 3.2.1.1/Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mill- Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553)

Tiġieġ għas-simna

E 1622

Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6/Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 357.94)

Tiġieġ għas-simna

E 1623

Endo-1, 3(4)-betaglukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), u endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u subtilisin/KE 3.4.21.62 prodotta mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107)

Tiġieġ għas-simna

E 1624

Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), u endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135) u alfa-amilażi/KE 3.2.1.1 prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553)

Ħnienes (miftuma)

E 1625

Endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), endo-1,4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135) u alfa-amilażi/KE 3.2.1.1 prodotta mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553) u l-poligalakturonażi/KE 3.2.1.15 prodotta mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94)

Ħnienes (miftuma)

E 1626

Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u subtilisin/KE 3.4.21.62 prodott mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107)

Ħnienes (miftuma)

E 1627

Endo-1, 3(4)-betaglukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), u endo-1, 4-betaksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105)

Ħnieżer għas-simna

E 1628

Endo-1,4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105)

Ħnienes (miftuma); Ħnieżer għas-simna; Tiġieġ għas-simna

E 1629

Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105), u endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106)

Tiġieġ għas-simna

E 1630

Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u subtilisin/KE 3.4.21.62 prodott mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107)

Tiġieġ għas-simna

E 1631

Endo-1, 3(4)-betaglukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), u endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135)

Tiġieġ għas-simna

E 1632

3-fitażi (KE 3.1.3.8) prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 528.94)

Tiġieġ għas-simna; Ħnienes (miftuma); Ħnieżer għas-simna

E 1633

Endo-1, 3(4)-betaglukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), u endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u subtilisin/KE 3.4.21.62 prodotta mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107)

Tiġieġ għas-simna

E 1634

Endo-1,3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodott minn Aspergillus niger (MUCL 39199)

Tiġieġ għas-simna

E 1635

Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106)

Tiġieġ għas-simna

E 1636

Endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 526.94/KE 3.2.1.6)

Ħnienes (miftuma); Tiġieġ għas-simna

E 1637

Endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105)/KE 3.2.1.8 u Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 u tal-afa-amilażi prodotta mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553)/KE 3.2.1.1; subtilisin prodotta mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107)/KE 3.4.21.62 u poligalatturonażi prodott minn Aspergillus aculeatus (CBS 589.94)/KE 3.2.1.15

Tiġieġ għas-simna

E 1638

Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), u endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u alfa-amilażi/KE 3.2.1.1 prodotta mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553)

Ħnienes (miftuma)

E 1639

3-fitażi prodotta mill-Hansenula polymorpha (DSM 15087)

Tiġieġ għas-simna; Dundjani għas-simna; Tiġieġ tal-bajd; Ħnienes; Ħnieżer għas-simna; Ħnieżer nisa

E 1640

6-fitażi prodotta minn Schizosaccharomyces pombe (ATCC 3.1.3.26)/KE 5233

Tiġieġ għas-simna

E 1641

Endo-1,4-beta-ksilanażi prodott minn Trichoderma longibrachiatum (MUCL 39203)/KE 3.2.1.8

Tiġieġ għas-simna

Mikroorganiżmi

E 1704

Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94

Għoġġiela

E 1706

Enterococcus faecium DSM 7134, Lactobacillus rhamnosus DSM 7133

Ħnienes (miftuma)

E 1709

Enterococcus faecium ATCC 53519, Enterococcus faecium ATCC 55593 (proporzjon 1/1)

Tiġieġ għas-simna

E 1714

Lactobacillus farciminis CNCM MA 67/AR

Ħnienes (miftuma)

Sustanzi ddefiniti sew kimikament li għandhom l-istess effett bijoloġiku għal vitamini

3a900

Inositolju

L-ispeċijiet kollha minbarra l-ħut u l-krustaċeji

Aċidi Xaħmin Mhux Saturati Omega-6 Essenzjali (bħala aċidu oktadekadienojku)

L-ispeċijiet kollha minbarra l-Ħnieżer għas-simna; Ħnieżer nisa għar-riproduzzjoni; Ħnieżer nisa, sabiex ikun hemm benefiċċju fi ħnienes; Baqar għar-riproduzzjoni; Baqar tal-ħalib għall-produzzjoni tal-ħalib

3a370

Tawrina

L-ispeċijiet kollha minbarra l-canidae, l-felidae mustelidae u l-ħut karnivoru

E 670

Vitamina D2

Ħnieżer Ħnienes; Bovini: Ovini; Għoġġiela; Ekwini: Speċijiet jew kategoriji oħra ta' annimali minbarra t-tjur u l-ħut

L-urea u d-derivattivi tagħha.

2.1.2.

Biuret, teknikament pur

Ruminanti mill- bidu tar-ruminazzjon

2.1.3.

Fosfat tal-urea, teknikament pur

Ruminanti mill- bidu tar-ruminazzjon

2.1.4.

Diureidoisobutan, teknikament pur

Ruminanti mill-bidu tar-ruminazzjon

Sustanzi aromatizzanti u palatabbli

Il-prodotti naturali u l-prodotti sintetiċi korrispondenti

 

Nru tas-CAS 134-20-3/Metil antranilat/Nru tal-Flavis 09.715

L-ispeċijiet avjarji

 

Nru tas-CAS 85-91-6/Metil N-metilantranilat/Nru tal-Flavis 09.781

L-ispeċijiet avjarji

 

Nru tas-CAS 93-28-7/Ewġenil aċetat/Nru tal-Flavis 09.020

Tjur u ħut

 

Nru tas-CAS 97-53-0/Ewġenol/Nru tal-Flavis 04.003

Ħut

 

Nru tas-CAS 107-85-7/3-Metilbutilamina/Nru tal-Flavis 11.001

Tiġieġ tal-bajd

 

Nru tas-CAS 75-50-3/Trietilamina/Nru tal-Flavis 11.009

Tiġieġ tal-bajd

 

Nru tas-CAS 6627-88-9/4-Allil-2,6-dimetossifenol/Nru tal-Flavis 04.051

Ħut u tjur

 

Nru tas-CAS 593-81-7/Kloridrat tat-Trimetilamina/Nru tal-Flavis 11.024

Tiġieġ tal-bajd


ANNESS II

L-addittivi msemmija fl-Artikolu 1(2);

Numru ta' Identifikazzjoni

Addittiv

Speċijiet jew kategorija ta' annimali

Enżimi

11

Endo-1, 4-beta-glukanażi/KE 3.2.1.4/Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 u endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 74 252)

Tiġieġ tal-bajd

28

3-fitażi (KE 3.1.3.8) prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 528.94)

Tiġieġ tal-bajd

30

Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6/Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta minn Penicillium funiculosum (IMI SD 101)

Ħnienes (miftuma); Papri għas-simna

37

Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) subtilisin/u/KE 3.4.21.62 prodotta mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107)

Tiġieġ tal-bajd

51

Endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodott minn Bacillus subtilis LMG-S 15136

Ħnieżer għas-simna

60

Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105), u endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106)

Dundjani għas-simna

63

Endo-1, 4-betaksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 529.94), u endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 526.94)

Dundjani għas-simna; Tiġieġ għas-simna

64

Endo-1, 3(4)-betaglukanażi/KE 3.2.1.6 prodott mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), u endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 10287)

Tiġieġ għas-simna; Ħnienes (miftuma)

Mikroorganiżmi

15

Enterococcus faecium NCIMB 11181

Tiġieġ għas-simna

24

Kluyveromyces marxianus var. lactis K1 BCCM/MUCL 39434

Baqar tal-ħalib

25

Lactobacillus acidophilus DSM 13241

Qtates, Klieb

Koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħrajn

E 764

Idrobromur tal-alofuginon Stenorol)

Tiġieġ imrobbija għall-bajd

E 766

Sodju tas-salinomiċina 120 g/kg (“Sacox 120”) (detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV)

Fniek għas-simna

E 766

Sodju tas-salinomiċina 120 g/kg (Salinomax 120G) (detentur tal-awtorizzazzjoni Zoetis Belgium SA)

Tiġieġ għas-simna


29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1146

tat-28 ta' Ġunju 2017

li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, manifatturati minn Jinan Meide Castings Co., Ltd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 430/2013 (2) (“ir-Regolament ikkontestat”), il-Kunsill impona dazju definittiv antidumping b'rati li jvarjaw minn 14,9 % sa 57,8 % fuq importazzjonijiet ta' fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7307 19 10 (kodiċi TARIC 7307191010) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja. Komponenti ta' fittings b'kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu mhumiex koperti mid-dazju.

Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea

(2)

Fit-12 ta' Ġunju 2013, produttur esportatur Ċiniż li kkoopera, Jinan Meide Castings Co., Ltd. (“Jinan Meide jew l-applikant”), ippreżentaw applikazzjoni fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti Ġenerali”) fejn talbu l-annullament tar-Regolament ikkontestat sa fejn dan japplika għall-applikant (3).

(3)

Fis-sentenza tagħha fit-30 ta' Ġunju 2016, il-Qorti Ġenerali sabet li d-drittijiet ta' difiża Jinan Meide kienu miksura bit-tiċħid tat-talba tiegħu għall-iżvelar tal-kalkoli ta' valur normali bl-użu ta' dejta kunfidenzjali minn produttur ta' pajjiż analogu. Jinan Meide kienet kisbet awtorizzazzjoni esklużiva mill-produttur ta' pajjiż analogu u rrinunzjat il-kunfidenzjalità tad-dejta tagħha. B'mod partikolari, il-Qorti Ġenerali sabet li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta ddependiet fuq il-ħtieġa ta' konformità mal-prinċipju ta' trattament indaqs sabiex tiċħad din it-talba għall-iżvelar. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma jistax jiġi eskluż li jekk it-talba kienet aċċettata, l-eżitu tal-investigazzjoni seta' kien differenti. Għalhekk, il-Qorti annullat ir-Regolament ikkontestat sa fejn kien impona dazju ta' antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli manifatturati minn Jinan Meide.

2.   L-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI

(4)

Skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom l-obbligu li jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Ġunju 2016.

(5)

Fis-sentenza tagħha fil-kawża T-2/95 (4) (“il-kawża IPS”), il-Qorti ta' Prim'Istanza għarfet li, fil-kawżi fejn proċediment jikkonsisti f'bosta stadji amministrattivi, l-annullament ta' wieħed minn dawn l-istadji ma jannullax il-proċediment kollu. Il-proċediment antidumping huwa eżempju ta' proċediment b'bosta stadji bħal dan. Konsegwentement, l-annullament tar-Regolament ikkontestat fil-konfront ta' parti waħda ma jimplikax l-annullament tal-proċedura sħiħa qabel l-adozzjoni ta' dak ir-Regolament. L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom il-possibbiltà li jirrimedjaw l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li wasslu għall-annullament tiegħu, filwaqt li jitħallew kif inhuma dawk il-partijiet mhux ikkontestati u li mhumiex affettwati mis-sentenza tal-Qorti — kif ġie deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-458/98 P (5).

(6)

Jenħtieġ li jiġi nnutat li apparti l-konklużjoni li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta ddependiet fuq il-ħtieġa li tikkonforma mal-prinċipju ta' trattament ugwali sabiex tiċħad it-talba ta' Jinan Meide għall-iżvelar, il-konklużjonijiet l-oħrajn kollha magħmula fir-Regolament ikkontestat li ma kinux ikkontestati fil-limiti taż-żmien għal kontestazzjoni jew li kienu kkontestati iżda ġew miċħuda mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali jew ma ġewx eżaminati mill-Qorti Ġenerali u għalhekk ma wasslux għall-annulament tar-Regolamet ikkontestat, jibqgħu validi.

(7)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni ppubblikat avviż (6) dwar il-ftuħ mill-ġdid parzjali tal-investigazzjoni dwar l-antidumping dwar importazzjonijiet ta' fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-ftuħ mill-ġdid kien limitat fil-kamp tal-applikazzjoni tiegħu għall-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fir-rigward ta' Jinan Meide.

(8)

Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lil Jinan Meide, lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u lill-industrija tal-Unjoni dwar il-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu li jinstemgħu fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż.

(9)

Wara l-kummenti inizjali rċevuti, il-partijiet interessati kollha magħrufa li huma kkonċernati mill-investigazzjoni oriġinali ġew ikkuntattjati u ngħataw l-opportunità li jagħmlu l-fehmiet tagħhom magħrufa bil-miktub u li jitolbu smigħ.

(10)

Il-partijiet interessati kollha li talbu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu mill-Kummissjoni u/jew mill-Uffiċjal tas-seduta.

2.1.   Il-kummenti tal-partijiet interessati

(11)

Il-Kummissjoni rċeviet sottomissjonijiet dwar diversi aspetti tal-investigazzjoni minn Jinan Meide, minn produtturi esportaturi Ċiniżi oħrajn, minn produttur esportatur Tajlandiż, minn ħames produtturi u minn tmien importaturi mhux relatati.

2.1.1.   Kummenti dwar il-ftuħ mill-ġdid

(12)

Jinan Meide argumentat li l-illegalità mwettqa mill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni li wasslet għall-annullament tar-Regolament ikkontestat ma tistax tiġi rregolarizzata u l-proċediment jenħtieġ li jiġi tterminat mingħajr l-impożizzjoni mill-ġdid ta' kwalunkwe dazju antidumping fuq Jinan Meide.

(13)

Kif imsemmi fuq fil-premessa (4), il-Qorti ta' Prim'Istanza fil-Kawża IPS irrikonixxiet li, f'każijiet fejn proċediment jikkonsisti f'għadd ta' stadji amministrattivi, bħal fi proċediment antidumping, l-annullament ta' wieħed minn dawk l-istadji ma jannullax il-proċediment sħiħ. Peress li l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni huma obbligati li jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti, dan jimplika l-possibbiltà li tirrimedja l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li wasslu għall-annullament tiegħu, filwaqt li ma jbiddlux il-partijiet mhux ikkontestati. It-talba għalhekk ma ntlaqgħetx.

(14)

Importatur wieħed mhux relatat qal li ma huwiex proċeduralment possibbli li terġa' tinfetaħ investigazzjoni li ġiet konkluża qabel peress li konsegwentament, kienu jseħħu nuqqasijiet sostanzjali, bħal li tiġi aċċettata informazzjoni ġdida wara l-għeluq ta' każ, id-diskriminazzjoni kontra l-partijiet l-oħrajn kollha tal-investigazzjoni li l-marġnijiet tagħhom tad-dumping kienu jkunu differenti li kieku l-marġni tad-dumping ta' Jinan Meide kien emendat, u ksur tal-liġi tal-UE u tad-WTO fis-sens li miżuri antidumping ma jistgħux jiġu applikati b'mod retroattiv.

(15)

Dan l-importatur sostna wkoll li l-ftuħ mill-ġdid ma jidhirx li huwa permess taħt it-termini tar-Regolament bażiku.

(16)

L-istess parti stqarret ukoll li l-Kummissjoni mhijiex awtorizzata li tieħu azzjoni biex timplimenta sentenza tal-Qorti fir-rigward ta' Regolament tal-Kunsill, minħabba li l-Kummissjoni ma kinitx il-konvenuta fil-Kawża T-424/13. Hija sostniet li l-Kummissjoni teħtieġ li tirċievi struzzjonijiet formali mill-Kunsill biex tniedi ftuħ mill-ġdid.

(17)

Huwa ċar mis-sentenza ta' kawżi magħquda C-283/14 u C-284/14 (7) li l-Istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jerġgħu jiftħu investigazzjoni antidumping biex jemendaw irregularitajiet misjuba mill-Qrati Ewropej minkejja li din mhijiex stipulata mod ieħor espressament fir-Regolament bażiku. L-Istituzzjonijiet tal-UE fil-fatt, huma meħtieġa li jieħdu l-miżuri neċessarji biex jirrimedjaw l-illegalitajiet. F'dan il-każ, il-Kummissjoni, bħala l-awtorità ta' investigazzjoni, reġgħet fetħet l-investigazzjoni sabiex timplimenta s-sentenza tal-Qorti. Il-ftuħ mill-ġdid ta' din l-investigazzjoni jsegwi l-proċeduri legali meħtieġa mir-Regolament bażiku, li jipprevedu l-adozzjoni mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta l-Istati Membri skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, it-talbiet ġew miċħuda.

(18)

Importatur wieħed qal li ma kienx ċar sa fejn ftuħ mill-ġdid seta' jitwettaq skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku attwali peress li huwa ċar li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tkompli l-investigazzjoni daqslikieku kellha terġa' lura għaż-żmien meta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (8) kien għadu fis-seħħ.

(19)

Il-liġi applikabbli għal din l-investigazzjoni mill-ġdid hija r-Regolament (KE) Nru 1225/2009 li kienet il-liġi sostantiva fil-mument tal-adozzjoni tar-regolament annullat mill-Qorti. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (UE) 2016/1036 huwa kodifikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-emendi tiegħu. Għalhekk l-argument ma ntlaqax.

(20)

Produttur esportatur mit-Tajlandja argumenta li l-Kummissjoni għandha terġa' timponi d-dazju ta' 40,8 % fuq Jinan Meide mingħajr modifika peress li l-Qorti Ġenerali ma sabet l-ebda nuqqas ma' ebda waħda mill-konklużjonijiet, imma irregolarità proċedurali biss. Sostna wkoll li kwalunkwe rikonsiderazzjoni sostantiva tista' tindirizza biss il-kalkolu tal-valur normali għal Jinan Meide u l-konklużjonijiet l-oħrajn kollha fir-Regolament ikkontestat jenħtieġ li jibqgħu validi peress li ma kienx hemm indikazzjoni fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali li r-rimedju tal-irregolarità proċedurali jenħtieġ li jirriżulta fi kwalunkwe bidliet sostantivi għall-kalkolu tal-valur normali għal Jinan Meide.

(21)

Fis-sentenza li twassal għall-ftuħ mill-ġdid attwali, il-Qorti Ġenerali qieset li ma setax jiġi eskluż li jekk it-talba għall-iżvelar ta' dejta kunfidenzjali tal-produttur ta' pajjiż analogu kienet ġiet aċċettata, ir-riżultat tal-investigazzjoni seta' kien differenti. Għalhekk, il-ftuħ mill-ġdid għandu jeżamina l-impatt possibbli fuq is-sustanza ta' din l-investigazzjoni. Għalhekk l-argument ma ntlaqax.

(22)

Importatur mhux relatat argumenta li minħabba li l-industrija tal-Unjoni ma kkummentax dwar il-ftuħ mill-ġdid, dan allegatament kien ifisser li m'hemmx interess mill-Unjoni biex titwettaw din l-investigazzjoni li nfetħet mill-ġdid.

(23)

In-nuqqas ta' sottomissjoni minn ċertu tip ta' operatur ma jistax per se jwassal għal konklużjoni dwar is-sustanza f'investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, ħames produtturi tal-Unjoni talbu lill-Kummissjoni biex terġa' timponi d-dazju antidumping b'mod urġenti fuq Jinan Meide u anke biex terġa' tirreġistra importazzjonijiet għall-imponiment retroattiv potenzjali ta' dazji sabiex jiġi limitat id-dannu li s-sitwazzjoni kurrenti qed tikkawża għall-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk l-argument ma ntlaqax.

2.1.2.   Kummenti dwar il-kalkoli tal-valur normali

(24)

Jinan Meide sostniet li hija jenħtieġ li tikseb aċċess komprensiv għall-informazzjoni kollha sottomessa mill-produttur ta' pajjiż analogu u żmien abbundanti biex tressaq kummenti. It-tali informazzjoni kollha kienet disponibbli għal Jinan Meide, u Jinan Meide kellha biżżejjed żmien biex tippreżenta l-kummenti wara l-qafas ta' żmien previsti fir-Regolament bażiku, inkluż bosta seduti ta' smigħ mat-tim tal-każ u mal-Uffiċjal tas-Seduta. Wara l-iżvelar tal-informazzjoni kunfidenzjali u l-kalkoli tad-dumping, Jinan Meide ppreżentat ukoll sottomissjonijiet barra l-iskadenzi stipulati għal dak il-għan, li minkejja dan, xorta ġew ikkunsidrati.

(25)

Jinan Meide ddikjarat li jenħtieġ li ma titwettaqx sitwazzjoni normali ta' test ta' kummerċ peress li l-produttur ta' pajjiż analogu ma setgħax jipprovdi spiża affidabbli ta' produzzjoni skont it-tip ta' prodott simili. Importatur wieħed appoġġa dan l-argument peress li allokazzjoni tal-ispiża bbażata fuq il-fatturat tassumi li l-istess marġni ta' profitt huwa ġġenerat għat-tipi kollha ta' prodotti, li allegatament, mhuwiex affidabbli.

(26)

Madankollu, il-Kummissjoni konsistentement twettaq is-sitwazzjoni normali ta' test ta' kummerċ fl-investigazzjonijiet tagħha. B'mod partikolari, l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku jitratta speċifikament sitwazzjonijiet bħal dawn kif imsemmi minn Jinan Meide, u jistipula li fl-assenza ta' metodu iktar xieraq, tingħata preferenza lill-allokazzjoni tal-ispejjeż abbażi tal-fatturat. F'dan ir-rigward, huwa nnutat li l-ispejjeż kienu allokati fuq il-bażi tal-fatturat u li l-ebda metodu xieraq ieħor ma ġie propost minn xi parti interessata. Din id-deċiżjoni biex jiġu allokati l-ispejjeż abbażi tal-fatturat u biex titwettaq sitwazzjoni normali ta' test ta' kummerċ, għalhekk inżammet.

(27)

Jinan Meide talbet li t-tipi ta' prodotti li huma mibjugħa mill-produttur tal-pajjiż analogu fi kwantitajiet ta' inqas minn 200 kg jenħtieġ li ma jitqisux fil-kalkolu tal-valur normali peress li l-prezzijiet ta' dawn it-tipi ta' prodotti allegatament m'humiex ta' min jorbot fuqhom. Ta' min jinnota li matul l-investigazzjoni oriġinali, Jinan Meide sostniet li t-test ta' rappreżentattività ta' 5 % jenħtieġ li ma jitwettaqx meta l-valur normali huwa stabbilit f'pajjiż analogu, u f'dak iż-żmien, din it-talba ntlaqgħet mill-Kummissjoni. It-talba biex ma jitqiesx il-bejgħ ta' tipi ta' prodotti li jinbiegħu fi kwantitajiet ta' inqas minn 200 kg ma ntlaqgħetx peress li l-prezzijiet tal-bejgħ għal tipi ta' prodott simili mibjugħa fi kwantitajiet ta' inqas minn 200 kg ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala inaffidabbli peress li kienu vverifikati u nstabu li kienu affidabbli bħal kwalunkwe prezz tal-bejgħ ieħor.

(28)

Importatur wieħed qabel mal-argument ta' Jinan Meide peress li l-volatilità tal-prezzijiet għal tipi ta' prodotti li ma jinbiegħux malajr allegatament tkun għolja. Dan ifisser li t-tipi ta' prodott jistgħu jkollhom kwalità u struttura tal-kosti simili ħafna imma jistgħu jinbiegħu bi prezzijiet differenti ħafna. Madankollu, il-Kummissjoni stabbiliet li, fir-rigward tal-produttur tal-pajjiż analogu, il-volatilità tal-prezzijiet hija għolja għat-tipi kollha tal-prodotti, anke għall-oġġetti li jinbiegħu l-iżjed. Għalhekk, il-volatilità għolja allegata tal-prezzijiet ma tistax tintuża bħala argument biex jiġu esklużi t-tipi ta' prodotti li ma jinbiegħux malajr mill-kalkolu tad-dumping. It-talba għalhekk ma ntlaqgħetx.

(29)

Jinan Meide ddikjarat ukoll li minħabba li l-Kummissjoni kienet allokat l-ispejjeż tal-produttur tal-pajjiż analogu abbażi tal-fatturat, il-valur normali jenħtieġ li ma jinħadimx jekk it-tipi komparabbli tal-prodott simili fil-pajjiż analogu nbiegħu fi kwantitajiet ta' anqas minn 200 kg, imma l-valur normali jenħtieġ li jiġi stabbilit f'tali każijiet abbażi tal-prezzijiet ta' tipi simili oħrajn li jinbiegħu fi kwantitajiet ikbar. Din it-talba wkoll ma ntlaqgħetx peress li l-allokazzjoni tal-ispejjeż kollha abbażi tal-fatturat hija konformi mal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku u l-argumenti ta' Jinan Meide ma kienux biżżejjed biex jiġġustifikaw metodoloġija differenti f'dan il-każ partikolari.

2.1.3.   Kummenti dwar il-paragun tal-valur normali u l-prezz ta' esportazzjoni

(30)

Jinan Meide ressqet talbiet dwar l-aġġustamenti fid-dejta tal-produttur tal-pajjiż analogu dwar il-kreditu, l-ispejjeż tal-ippakkjar, il-livell ta' kummerċ, it-tariffi bankarji, it-trasport domestiku, in-noti ta' kreditu, l-użu ta' materja prima differenti u l-produttività tax-xogħol differenti.

(31)

Il-Kummissjoni aċċettat it-talba rigward it-trasport domestiku u l-ispejjeż ta' kreditu bħala waħda relatata ma' klijent uniku wieħed ta' produttur tal-pajjiż analogu u l-aġġustamenti korrispondenti saru fil-kalkolu ta' dumping ta' Jinan Meide.

(32)

Fir-rigward tat-talbiet rigward id-differenza fil-produttività tax-xogħol u l-użu ta' materja prima differenti, Jinan Meide allegat li l-produttività iktar baxxa għal kull ħaddiem u l-użu ta' materja prima differenti wasslu għal żieda moderata fl-ispiża tal-produttur tal-pajjiż analogu meta mqabbla ma' Jinan Meide. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi nnutat li filwaqt li xi differenzi fl-effiċjenza jew fil-produttività jistgħu jeżistu bejn il-kumpaniji, il-prinċipju ewlieni ta' kalkoli antidumping huwa li jiżgura l-komparabbiltà bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-valur normali, li ma teħtieġx li ċ-ċirkostanzi ta' produttur ta' pajjiż analogu u esportatur f'pajjiż b'ekonomija li mhijiex tas-suq jkunu kompletament allinjati. Fil-fatt, huma biss id-differenzi għal fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet bejn pajjiż produttur analogu u esportatur f'pajjiż b'ekonomija li mhijiex tas-suq li jiġġustifikaw aġġustament.

(33)

It-talbiet l-oħra nstabu li ma kinux sostnuti mill-evidenza miġbura mill-post u preżenti fil-fajl u għalhekk ġew miċħuda.

2.2.   Kwistjonijiet rilevanti oħra

(34)

Waqt il-preparazzjoni tal-iżvelar finali għal Jinan Meide, il-Kummissjoni identifikat żball klerikali fir-rigward tal-aġġustament għat-taxxi indiretti fil-kalkolu tad-dumping għal Jinan Meide. Għall-kuntrarju għal dak li l-Kummissjoni ddikjarat fit-test tar-Regolamenti proviżorji (9) u definittivi (10), minħabba żball klerikali, l-aġġustament għal taxxi indiretti ma sarx fiż-żmien tal-iżvelar finali ta' Jinan Meide, minkejja li sar fi stadju proviżjonali. Dan l-iżball ġie kkoreġut għal raġunijiet ta' amministrazzjoni tajba.

2.3.   L-Iżvelar

(35)

Fit-12 ta' April 2017, il-Kummissjoni nfurmat lill-partijiet interessati kollha dwar il-konklużjonijiet imsemmija fuq, li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi propost li jkun impost mill-ġdid dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta' fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li jeskludi komponenti ta' fittings b'kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom bżonn għatu, minn Jinan Meide abbażi tal-fatti miġbura u ppreżentati marbuta mal-investigazzjoni oriġinali.

(36)

Jinan Meide u tliet importaturi mhux relatati sostnew li l-Kummissjoni ma setgħetx tipproċedi bil-korrezzjoni tal-iżball kleriku (fir-rigward tal-aġġustament għat-taxxi indiretti fil-kalkolu tagħha tal-marġni tad-dumping) fil-qafas tal-ftuħ mill-ġdid preżenti peress li l-iżball klerikali ma kienx relatat mal-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali. Jinan Meide talbet u ngħatat ukoll seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta. Żewġ importaturi mhux relatati sostnew li l-Kummissjoni hija prekluża milli tqiegħed il-produttur esportatur f'pożizzjoni agħar milli kien fiha oriġinarjament.

(37)

Jinan Meide tenniet l-affermazzjoni tagħha li l-Kummissjoni jenħtieġ li titratta t-tipi ta' prodotti li għalihom il-volum tal-bejgħ tal-pajjiż analogu kien inqas minn 200 kg bħat-tipi ta' prodotti li kważi jaqblu jew li ma jaqblux u li ma tistax tiddependi fuq spejjeż mhux affidabbli biex teskludi bejgħ minn determinazzjoni tal-valur normali.

(38)

Jinan Meide kkontestat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talbiet ta' aġġustamenti tagħha fir-rigward tal-livell ta' kummerċ, l-ispejjeż tal-ippakkjar, l-ispejjeż tal-krediti, l-ispejjeż tal-assigurazzjoni domestika u d-differenzi fil-materja prima u l-produttività.

(39)

Jinan Meide sostniet li jenħtieġ li l-ebda dazju ma jkun impost fuqha b'riżultat ta' vjolazzjonijiet proċedurali allegati u irregolaritajiet oħrajn f'dawn il-proċedimenti. F'dan il-kuntest, il-kumpanija sostniet li żball fl-iżvelar tat-23 ta' Diċembru 2016 tefa' fid-dubju jekk il-Kummissjoni żvelatx il-verżjoni kunfidenzjali tal-kalkoli magħmula fi stadju definittiv tal-investigazzjoni oriġinali, u li l-iżvelar ma spjegax id-differenzi allegati mal-kalkoli magħmula fl-investigazzjoni oriġinali. Sostniet ukoll li l-Kummissjoni rrifjutat li tiżvela ċerti elementi minkejja t-talbiet ripetuti ta' Jinan Meide. Sostniet ukoll li l-allegazzjonijiet magħmula fil-Każ T-424/13, imma li ma ġewx indirizzati mill-Qorti Ġenerali baqgħu validi u se jkomplu jivvizzjaw il-miżuri fil-każ li jerġgħu jiġu imposti.

(40)

Il-Kummissjoni tfakkar li waqt il-preparazzjoni tal-iżvelar finali għal Jinan Meide, hija identifikat żball klerikali fir-rigward tal-aġġustament għat-taxxi indiretti fil-kalkolu tad-dumping għal Jinan Meide. Għal raġunijiet ta' amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni pproponiet li tikkoreġi dan l-iżball f'dak l-istadju u żvelat din il-proposta lill-partijiet interessati kollha b'mod xieraq.

(41)

Wara li kkunsidrat l-argumenti kollha mressqa, il-Kummissjoni ddeċidiet li taċċetta t-talba ta' Jinan Meide u li ma tikkoreġix l-iżball klerikali. Wara l-opinjoni tal-Uffiċjal tas-Seduta, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma hemm l-ebda prinċipju ġenerali ta' projbizzjoni ta' reformatio in peius fil-ftuħ mill-ġdid ta' każijiet ta' difiża tal-kummerċ—jiġifieri li parti interessata soġġetta għall-ftuħ mill-ġdid ta' każijiet ta' difiża tal-kummerċ tista' titqiegħed f'pożizzjoni inqas favorevoli minn dik li kienet fiha qabel ma sar dak il-ftuħ mill-ġdid. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f'dan il-każ speċifiku, l-iskop tal-ftuħ mill-ġdid jenħtieġ li jkun limitat għall-iżvelar tad-dejta mill-pajjiż analogu, jirċievi kummenti minn partijiet interessati u jekk meħtieġ, jirrevedi d-dazju kif xieraq. Peress li l-iżball fil-kalkoli fir-rigward tar-rimborż tal-VAT għal bejgħ f'esportazzjonijiet, u b'mod partikolari, ir-rata ta' rimborż tal-VAT mhuwiex relatat mad-dejta miksuba mingħand il-produttur fil-pajjiż analogu, tali korrezzjoni hija kkunsidrata li tkun barra mill-iskop tal-investigazzjoni miftuħa mill-ġdid.

(42)

Fid-29 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni bagħtet id-Dokument ta' Informazzjoni Supplimentari fejn infurmat lill-partijiet interessati tad-deċiżjoni tagħha li ma tikkoreġix l-iżball kleriku li għalih hemm referenza fil-premessa (34). Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn importatur wieħed biss, li tenniet li minħabba l-iżvelar limitat lill-importaturi, mhijiex f'pożizzjoni li tikkumenta fuq l-aġġustamenti. Għaldaqstant, fl-assenza ta' argumenti għall-kuntrarju, il-konklużjonijiet dwar l-aġġustamenti huma kkonfermati.

(43)

Fir-rigward tat-tipi ta' prodotti mibjugħa f'kwantitajiet ta' anqas minn 200 kg, Jinan Meide rreferiet għall-opinjoni tal-Avukat Ġenerali fil-każ Goldstar (11) li “sabiex il-prezzijiet domestiċi jkunu komparabbli, irid ikun hemm volum suffiċjenti ta' bejgħ f'termini assoluti fuq is-suq domestiku li jirriżulta mill-fatt li l-prezzijiet domestiċi jistgħu jvarjaw minn post tal-bejgħ għall-ieħor. Barra minn hekk, il-prezzijiet jistgħu jvarjaw matul perjodu ta' referenza wieħed”, u “sabiex ikun rappreżentattiv, dik il-medja ponderata trid tkun ibbażata fuq numru minimu ta' bejgħ”.

(44)

Fid-dawl ta' dan, ta' min jinnota li l-Avukat Ġenerali kompla l-opinjoni tiegħu fis-subparagrafu li ġej li dan “iżda, ma jfissirx li l-istituzzjonijiet tal-Komunità, għandhom ikunu meħtieġa wkoll japplikaw limitu assolut, apparti l-limitu relattiv imsemmi qabel fejn il-bejgħ inqas minn dan il-limitu ma għandux jitqies, għandu jkun stabbilit għal 5 % u kkalkulat għal kull mudell. Ma jagħmilx ħafna sens li wieħed jistabbilixxi limitu minimu assolut b'mod ġenerali peress li l-valur ta' ċifra assoluta tiddependi wisq mill-qrib fuq in-natura tal-prodott.” Għalhekk, l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali fil-fatt tikkonferma li tabilħaqq, m'huwiex neċessarju li wieħed japplika limitu minimu assolut, bħal-limitu assolut tal-200 kg sostnut minn Jinan Meide.

(45)

Fir-rigward tal-kwistjoni tal-varjazzjonijiet fil-prezzijiet, kif indikat fil-premessa (28) above, din affettwat it-tipi kollha ta' prodotti u mhux biss it-tipi ta' prodotti mibjugħa fi kwantitajiet ta' anqas minn 200 kg.

(46)

Importatur wieħed mhux relatat appoġġa lit-talba ta' Jinan Meide fir-rigward tar-rappreżentattività ta' prodotti b'fatturat baxx u tenna l-kummenti tiegħu f'dan ir-rigward. Huwa ta stqarrija ġenerali li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni tikkontradixxi l-esperjenza ġenerali tas-suq. L-istqarrija tal-Kummissjoni hija bbażata fuq dejta miksuba mill-produttur tal-pajjiż analogu. Meta wieħed iqis li d-dikjarazzjoni ma ġietx sostitwuta iktar u fid-dawl tal-premessi (28)u (42) et seq. hawn fuq, it-talba għalhekk ma tintlaqgħax.

(47)

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż mhux affidabbli, Jinan Meide ddikjara li l-Kummissjoni eventwalment rrikorriet għas-sett inizjali tad-dejta tal-ispejjeż li ġie sottomess, minkejja li allegatament, inizjalment kienet ikkunsidrat li dan ma kienx jilħaq l-istandards. Dan l-argument ma kienx appoġġjat mill-fatti tal-investigazzjoni. Fil-fatt, il-Kummissjoni qatt ma kkunsidrat li l-ewwel sett ta' dejta tal-ispejjeż ma kienx jilħaq l-istandards. F'tali ċirkostanzi, bħalma sostna Jinan Meide, mhuwiex xieraq għalhekk li l-ispejjeż irrapurtati mill-produttur tal-pajjiż analogu ma jitqisux kompletament.

(48)

Importatur wieħed mhux relatat tenna l-kumment tiegħu li l-allokazzjoni tal-ispiża bbażata fuq il-fatturat tassumi li l-istess marġni ta' profitt huwa ġġenerat għat-tipi kollha ta' prodotti, li allegatament, jikkontradixxi l-loġika osservata fis-suq. Id-dikjarazzjoni ma ġietx sostanzjata ulterjorment. Kif iddikjarat fil-premessa (26) hawn fuq, f'konformità mar-Regolament bażiku, fl-assenza ta' metodu iktar xieraq, se tingħata preferenza lill-allokazzjoni tal-ispejjeż abbażi tal-fatturat. L-ispejjeż kienu allokati fuq il-bażi tal-fatturat u ebda metodu ieħor iktar xieraq ma ġie propost minn xi parti interessata. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(49)

Fir-rigward tal-livell ta' aġġustament tal-kummerċ, Jinan Meide tenniet l-affermazzjoni tagħha li meta jiġi determinat jekk livell ta' aġġustament tal-kummerċ huwiex garantit jew le, huwa suffiċjenti li tiġi stabbilita differenza fil-prezzijiet medji għal kategoriji differenti ta' klijenti. Madankollu, l-Artikolu 2(10)(d)(i) tar-Regolament jirrikjedi li jkun hemm “differenza kostanti u distinta fil-prezzijiet tal-bejjiegħ għal-livelli differenti ta' kummerċ.” Għalhekk, paragun sempliċi tal-prezzijiet medji mhuwiex meqjus bħala biżżejjed biex tiġi stabbilita differenza tant kostanti u distinta fil-prezzijiet. Għall-kuntrarju, analiżi tal-informazzjoni fil-fajl turi li t-tipi kollha tal-klijenti huma fis-segmenti kollha tal-firxa ta' prezzijiet.

(50)

Importatur wieħed mhux relatat sostna li l-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq livell ta' aġġustament tal-kummerċ, iżda minħabba nuqqas ta' aċċess għad-dejta, dan ma setax jikkummenta iktar. Huwa sostna wkoll li minħabba n-nuqqas ta' aċċess għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping, ma setax jikkummenta iktar. F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tipproteġi informazzjoni kunfidenzjali li rċeviet minn partijiet interessati. Madankollu, is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali kollha huma disponibbli għall-partijiet interessati, li huma mistiedna jikkummentaw. Il-Kummissjoni iżda tinnota li, kif indikat fil-premessa (49) above, l-informazzjoni fil-fajl uriet li f'dan il-każ, ma kienx hemm differenzi kostanti u distinti fil-prezzijiet imposti lit-tipi differenti tal-klijenti. Livell ta' aġġustament fil-kummerċ għalhekk mhuwiex xieraq.

(51)

Fir-rigward tal-provvediment għall-ispejjeż tal-kreditu, tnaqqas il-provvediment skont l-informazzjoni dwar id-dokumentazzjoni tal-bejgħ, kemm min-naħa tal-prezz ta' esportazzjoni kif ukoll min-naħa tal-parti tal-valur normali. Jinan Meide argumentat li l-provvediment għall-ispejjeż tal-kreditu fuq il-parti tal-valur normali jenħtieġ li jsir abbażi tan-numru reali ta' jiem bejn l-irċevuta u l-pagament peress li l-Kummissjoni allegatament naqqas prevvediment għall-ispejjeż tal-kreditu fuq il-bejgħ mill-esportazzjoni minkejja li ma kien hemm l-ebda terminu ta' pagament fuq id-dokumentazzjoni tal-bejgħ. Din id-dikjarazzjoni nstabet li ma kinitx appoġġata mill-evidenza fil-fajl tal-investigazzjoni. Jinan Meide lanqas ma kienet kapaċi tipprovdi evidenza biex issostni d-dikjarazzjoni tagħha. Barra minn hekk, ġie stabbilit li kemm min-naħa tal-parti tal-valur normali kif ukoll min-naħa tal-prezz tal-esportazzjoni, il-pagament attwali ta' sikwit sar wara t-terminu ta' pagament fuq id-dokumentazzjoni tal-bejgħ. Il-kalkolu tal-provvediment fuq l-ispiża tal-kreditu abbażi tad-data attwali tal-pagament fuq il-valur normali u abbażi tal-informazzjoni li tinsab fid-dokumentazzjoni ta' bejgħ tal-prezz tal-esportazzjoni għalhekk ma jwassalx għal kumpariżi ġusta. Il-Kummissjoni għalhekk sostniet l-approċċ tagħha li tistabbilixxi provvediment għal spejjeż tal-kreditu fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar id-dokumentazzjoni ta' bejgħ kemm għall-valur normali kif ukoll fuq il-prezz tal-esportazzjoni.

(52)

Fir-rigward tal-provvediment għall-ispejjeż tal-imballaġġ, Jinan Meine tennet id-dikjarazzjonijiet tagħha li l-provvediment tal-ispejjeż tal-imballaġġ kien żbaljat u l-provvediment li kien għad fadal għall-ispejjeż tal-imballaġġ kien baxx ħafna u mhux raġonevoli. Madankollu, ma ssostantjatx l-argument tagħha iktar, b'mod partikolari dwar ir-raġuni għala l-provvediment li kien għad fadal kienet anormalment daqshekk baxx. Il-Kummissjoni għalhekk żammet il-metodoloġija tagħha fir-rigward tal-provvediment għall-ispejjeż ta' imbalaġġ.

(53)

Fl-aħħar mill-aħħar, il-Kummissjoni tiċħad l-allegazzjonijiet ta' Jinan Meide dwar il-ksur proċedurali u irregolaritajiet oħra f'dawn il-proċedimenti. Il-Kummissjoni osservat il-prinċipji kollha u rrispettat il-passi proċedurali kollha. Il-Kummissjoni reġgħet fetħet l-investigazzjoni, żvelat id-dejta mill-pajjiż analogu, kif kien meħtieġ sabiex timplimenta s-sentenza tal-Qorti, u rrevediet ir-rata ta' dazju ta' Jinan Meide skont dan. Fil-passi kollha tal-investigazzjoni, il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkummentaw, kif ukoll li jinstemgħu waqt seduta. Fil-fatt, tul il-proċedimenti kollha, il-Kummissjoni kienet trasparenti u involuta u organizzat laqgħat fuq it-talba ta' Jinan Meide għal kjarifiki u seduti. Il-Kummissjoni kkjarifikat il-problema teknika relatata ma' fajl ħażin tal-Excel li kellu kalkoli li rriżultaw fl-inkonsistenzi msemmija minn Jinan Meide. Fi kwalunkwe każ, dan l-iżball ma kellu l-ebda impatt fuq il-marġni ta' dumping u ġie kkoreġut minnufih. Il-Kummissjoni żvelat l-informazzjoni kunfidenzjali kollha lil Jinan Meide, inkluż il-fajl kunfidenzjali biċ-ċifri wżati għall-marġni ta' dumping fl-2013. Fir-rigward tat-talbiet li saru quddiem il-Qorti Ġenerali iżda li ma kienux indirizzati minn din is-sentenza, il-Kummissjoni tikkontesta l-illegalitajiet allegati kollha indikat minn Jinan Meide. Il-Kummissjoni wettqet id-dover tagħha li timplimenta s-sentenza tal-qorti billi tindirizza l-illegalitajiet iddikjarati mill-Qorti Ġenerali. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni ma tistax tara ksur proċedurali msemmi minn Jinan Meide u terġa' tiddikjara li hija kkonformat mal-prinċipji u r-rekwiżiti proċedurali kollha, u b'hekk ippermettiet lil Jinan Meide (u partijiet interessati oħra) biex teżerċita d-drittijiet proċedurali tagħha tul l-investigazzjoni.

(54)

Jinan Meide tenniet ukoll l-argumenti tagħha dwar id-differenza fil-produttività tax-xogħol u dwar l-użi tal-materjali prima differenti mingħajr ma pprovdiet iktar argumenti jew evidenza f'dan ir-rigward. Din il-pożizzjoni kienet appoġġjata minn importatur wieħed mhux relatat. Dawn l-argumenti ġew indirizzati fil-premessa (32) above.

(55)

Importatur wieħed mhux relatat tenna d-dikjarazzjoni tiegħu li l-ftuħ mill-ġdid bħala tali ma kienx kumpatibbli mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. Kif indikat fil-premessa (17), huwa ċar mis-sentenza ta' kawżi magħquda C-283/14 u C-284/14 (12) li l-Istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jerġgħu jiftħu investigazzjoni antidumping biex jemendaw irregularitajiet misjuba mill-Qrati Ewropej minkejja li din mhijiex stipulata mod ieħor espressament fir-Regolament bażiku. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-fatt, huma meħtieġa li jieħdu l-miżuri neċessarji biex jirrimedjaw l-illegalitajiet. It-talba għalhekk ma ntlaqgħetx.

(56)

Importatur ieħor mhux relatat indika l-effetti negattivi tad-dazji antidumping (minħabba l-impatt fuq il-profitabbiltà u l-fatturat, kif ukoll il-kundizzjonijiet il-ġodda tas-swieq, jiġifieri, il-prezzijiet ġodda, sorsi ġodda). Kif stipulat fil-premessa (41) hawn fuq, l-għan tal-ftuħ mill-ġdid preżenti kien limitat għall-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fir-rigward ta' Jinan Meide, speċjalment biex jiżvela d-dejta kunfidenzjali tal-produttur tal-pajjiż analogu lil Jinan Meide. It-talba għalhekk ma ntlaqgħetx.

(57)

Importatur wieħed mhux relatat sostna li l-bidla (żieda allegata) fir-rata tad-dazju kienet tinħtieġ valutazzjoni mill-ġdid tal-impatt tad-dazju fuq importaturi u utenti. Madankollu, kif iddikjarat fil-premessa (41), il-Kummissjoni ma ħaditx passi biex tikkoreġi l-iżball klerikali relatat mar-rimborż tal-VAT għaliex kien ikkunsidrat bħala barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni li nfetħet mill-ġdid. It-talba għalhekk ma ntlaqgħetx.

(58)

L-istess parti sostniet wkoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq reviżjoni interim peress li l-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali kien aktar minn ħames snin fil-passat. L-għan tal-ftuħ mill-ġdid ġie definit b'mod ċar fl-avviż ta' ftuħ mill-ġdid (13). Ftuħ mill-ġdid u rieżami ta' interim huma strumenti b'għanijiet differenti. Fi kliem ieħor, l-għan ta' dan il-ftuħ mill-ġdid kien li tiġi implimentata s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fir-rigward ta' Jinan Meide. Min-naħa l-oħra, rieżamijiet ta' interim huma strument b'kundizzjonijiet legali definiti b'mod ċar, speċjalment sabiex jiġu rieżaminati l-miżuri fis-seħħ minħabba ċirkostanzi mibdula ta' natura dejjiema. It-talba għalhekk ma ntlaqgħetx.

(59)

Finalment, parti waħda sostniet li l-Kummissjoni messha analizzat id-dikjarazzjonijiet li tqajmu fil-proċedimenti tal-qorti anki jekk dawn ma kinux indirizzati mill-qorti sabiex tiġi evitata aktar litigazzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li l-għan tal-ftuħ mill-ġdid preżenti kien limitat għall-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fir-rigward ta' Jinan Meide, speċjalment biex jiżvela d-dejta kunfidenzjali tal-produttur tal-pajjiż analogu lil Jinan Meide. It-talba għalhekk ma ntlaqgħetx.

2.4.   Konklużjoni

(60)

Il-paragun tal-prezz ta' esportazzjoni medju ponderat mal-valur normali medju ponderat ikkalkulat mill-ġdid skont it-tip tal-prodott fuq bażi ta' ex fabbrika wera l-eżistenza tad-dumping. Il-marġni stabbilit tad-dumping, espress bħala perċentwal tal-prezz tal-importazzjoni tas-CIF mal-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta' 39,2 %.

(61)

Il-Kummissjoni ħadet kont tal-kummenti li saru mill-partijiet u kkonkludiet li l-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali jenħtieġ li tieħu l-għamla tal-iżvelar mill-ġdid lil Jinan Meide tal-iżvelar finali tal-15 ta' Marzu 2013 bl-informazzjoni addizzjonali dwar il-kalkoli ta' valur normali bl-użu ta' dejta kunfidenzjali tal-produttur tal-pajjiż analogu. Wara l-iżvelar mill-ġdid, il-Kummissjoni rċeviet u kkunsidrat kummenti minn Jinan Meide u partijiet interessati oħra. Abbażi ta' din il-valutazzjoni u tal-konsiderazzjonijiet fil-premessi (40) sa (58) ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat li huwa xieraq li terġa' timponi d-dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta' fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li jeskludi komponenti ta' fittings b'kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom bżonn għatu, immanifatturat minn Jinan Meide.

3.   TALBA GĦAR-REĠISTRAZZJONI

(62)

L-industrija tal-Unjoni rrappreżentata mill-ħames produtturi tal-Unjoni li għadhom attivi, argumentat li s-sitwazzjoni wara l-annullament tad-dazju antidumping għal Jinan Meide tiġġustifika reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet. It-talba ġiet imtennija wara d-divulgazzjoni finali.

(63)

Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, l-uniku għan ta' tali reġistrazzjoni madankollu hija l-ġbir retroattiv possibbli ta' dazji. Il-kundizzjonijiet għal ġbir retroattiv ta' dazji madankollu ma ntlaqgħux fil-każ preżenti. Għalhekk, mhijiex iġġustifikata reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet.

4.   KONKLUŻJONI

(64)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat li kien xieraq li terġa' timponi d-dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li jeskludi komponenti ta' fittings b'kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu, li attwalment jaqgħu fil-kodiċi NM ex 7307 19 10 (kodiċi TARIC 7307191010) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mmanifatturati minn Jinan Meide bir-rata ta' 39,2 %.

Durata tal-miżuri

(65)

Din il-proċedura ma taffettwax id-data li fiha se jiskadu l-miżuri imposti mir-Regolament ikkontestat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(66)

Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax opinjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv antidumping huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li jeskludi komponenti ta' fittings b'kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu, li attwalment jaqgħu fil-kodiċi NM ex 7307 19 10 (kodiċi TARIC 7307191010) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mmanifatturati minn Jinan Meide (kodiċi addizzjonali TARIC B336).

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv li tapplika għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għandha tkun 39,2 %.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja (ĠU L 129, 13.5.2013, p. 1).

(3)  Il-Każ T-424/13 Jinan Meide Castings Co Ltd. vs il-Kunsill.

(4)  Il-Kawża T-2/95 Industrie des poudres sphériques (IPS) vs il-Kunsill [1998] ECR II-3939.

(5)  Il-Kawża C-458/98 P Industrie des poudres sphériques (IPS) vs il-Kunsill [2000] ECR I-08147.

(6)   ĠU C 398, 28.10.2016, p. 57.

(7)  Is-sentenza tat-28 ta' Jannar 2016, il-każijiet magħquda C-283/14 u C-284/14, Grünwald Logistik Service GmbH, paragrafu 52.

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1071/2012 tal-14 ta' Novembru 2012 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja (ĠU L 318, 15.11.2012, p. 10), premessa 67.

(10)  Ara l-premessa 19 li tikkonferma l-premessa 67 tar-Regolament proviżorju.

(11)  L-opinjoni tal-Avukat Ġenerali fil-Każ C-105/90 Goldstar Co. Ltd vs il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, I-704, il-paragrafu 11.

(12)  Is-sentenza tat-28 ta' Jannar 2016, il-każijiet magħquda C-283/14 u C-284/14, Grünwald Logistik Service GmbH, ECLI:EU:C:2016:57, il-paragrafu 52.

(13)   ĠU C 398, 28.10.2016, p. 57.


29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1147

tat-28 ta' Ġunju 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1368 li jistabbilixxi lista ta' parametri referenzjarji ta' importanza kritika użati fis-swieq finanzjarji skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-parametri referenzjarji għandhom rwol importanti fid-determinazzjoni tal-prezz ta' bosta strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew tal-kejl tal-prestazzjoni ta' bosta fondi ta' investiment. Il-kontribuzzjoni għall-parametri referenzjarji u l-amministrazzjoni tagħhom f'ħafna każijiet huma vulnerabbli għall-manipulazzjoni u l-persuni involuti ta' spiss iħabbtu wiċċhom ma' kunflitti ta' interess.

(2)

Sabiex jissodisfaw ir-rwol ekonomiku tagħhom, huwa meħtieġ li l-parametri referenzjarji jkunu rappreżentattivi tar-realtà ekonomika jew tas-suq sottostanti li jirriflettu. Jekk parametru referenzjarju ma jibqax rappreżentattiv tas-suq sottostanti, bħar-rati interbankarji offruti, hemm riskju ta' effetti negattivi fuq, fost l-oħrajn, l-integrità tas-swieq, il-finanzjament tal-unitajiet domestiċi (self u ipoteki) u n-negozji fl-Unjoni.

(3)

Ir-riskji għall-utenti, għas-swieq u għall-ekonomija tal-Unjoni ġeneralment jiżdiedu meta l-valur totali tal-istrumenti finanzjarji, tal-kuntratti finanzjarji u tal-fondi ta' investiment li jirreferenzjaw parametru referenzjarju speċifiku jkun għoli. Ir-Regolament (UE) 2016/1011 għalhekk jistabbilixxi kategoriji differenti ta' parametri referenzjarji u jipprevedi rekwiżiti addizzjonali li jiżguraw l-integrità u r-robustezza ta' ċerti parametri referenzjarji meqjusa bħala kritiċi, inkluż is-setgħa tal-awtoritajiet kompetenti li jinfurzaw, taħt ċerti kundizzjonijiet, kontribuzzjonijiet lil parametru referenzjarju ta' importanza kritika jew l-amministrazzjoni tiegħu.

(4)

L-obbligi u s-setgħat addizzjonali tal-awtoritajiet kompetenti tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji ta' importanza kritika jeħtieġu proċess formali għad-determinazzjoni tal-parametri referenzjarji ta' importanza kritika. F'konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011, parametru referenzjarju jitqies li huwa parametru referenzjarju ta' importanza kritika meta jintuża direttament jew indirettament f'taħlita ta' parametri referenzjarji bħala referenza għal strumenti finanzjarji jew kuntratti finanzjarji jew għall-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment, b'valur totali ta' mill-inqas EUR 500 biljun, fuq il-bażi tal-firxa kollha tal-maturitajiet jew tat-termini tal-parametru referenzjarju, meta applikabbli.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1368 (2) li jistabbilixxi lista ta' parametri referenzjarji ta' importanza kritika użati fis-swieq finanzjarji skont ir-Regolament (UE) 2016/1011. Analiżi ta' data u kontributi mill-Bank Ċentrali Ewropew urew li l-valur ta' strumenti finanzjarji u ta' kuntratti finanzjarji li jirreferenzjaw l-EONIA (Euro OverNight Index Average) fl-Unjoni jeċċedi l-livell ta' EUR 500 biljun stabbilit fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011.

(6)

L-EONIA hija medja ta' tranżazzjonijiet ta' self ta' perjodu qasir u mhux garantit ta' grupp ta' banek fis-suq interbankarju fl-Unjoni u fl-EFTA. Hija r-rata ta' imgħax ta' referenza għal swaps tar-rati tal-imgħax fl-Euro. Hija għalhekk kruċjali għall-funzjonament tas-suq ta' swaps fl-Euro u għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni.

(7)

Abbażi ta' kalkoli mill-Bank Ċentrali Ewropew li joħorġu mir-rapporti ta' kuljum tal-akbar 52 bank Ewropew li jaqgħu taħt ir-rappurtar statistiku tas-suq tal-flus, l-ammonti pendenti tal-istrumenti katturati tas-suq tal-flus fis-suq mhux garantit u dak garantit li jirreferenzjaw lill-EONIA jista' jiġi stmat għal madwar EUR 450 biljun u EUR 400 biljun għal dan il-kampjun waħdu ta' banek. Barra minn dan, huwa stmat li l-maġġoranza vasta ta' tranżazzjonijiet fis-suq tal-Euro ta' swaps tal-Indiċi mil-Lum għall-Għada (OIS), b'ammont nozzjonali ta' madwar EUR 5,2 triljun, huma marbuta mal-EONIA. L-EONIA tintuża għalhekk b'mod dirett jew indirett fi ħdan taħlita ta' parametri referenzjarji bħala referenza għal strumenti finanzjarji jew kuntratti finanzjarji jew għall-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment, b'valur totali ta' mill-inqas EUR 500 biljun, fuq il-bażi tal-firxa kollha tal-maturitajiet.

(8)

L-EONIA hija pprovduta mill-istess amministratur tal-parametri referenzjarji bħall-EURIBOR u l-grupp ta' banek li jikkontribwixxu data tal-input għall-EURIBOR huwa effettivament parti mill-grupp ta' banek li jikkontribwixxu data tal-input għall-EONIA. Filwaqt li l-EURIBOR tirrifletti self fit-tul, l-EONIA tkopri self fuq perjodu qasir. Huwa għal ta' importanza vitali għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji li l-EONIA tkun stabbilita bħala parametru referenzjarju ta' importanza kritika ukoll.

(9)

Jenħtieġ għalhekk li l-lista ta' parametri referenzjarji ta' importanza kritika stabbilita bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1368 tiġi emendata billi tiddaħħal l-EONIA.

(10)

Fid-dawl tal-importanza kruċjali tal-EONIA għas-suq interbankarju u l-għadd kbir ta' derivattivi fl-Unjoni li jirreferenzjawha, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'mod urġenti.

(11)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1368 jiġi sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1368 tal-11 ta' Awwissu 2016 li jistabbilixxi lista ta' parametri referenzjarji ta' importanza kritika użati fis-swieq finanzjarji skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 217, 12.8.2016, p. 1).


ANNESS

“ANNESS

Lista ta' parametri referenzjarji ta' importanza kritika skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011

Nru

Parametru referenzjarju

Amministratur

Post

1

Euro Interbank Offered Rate (EURIBOR®)

European Money Markets Institute (EMMI)

Brussell, il-Belġju

2

Euro OverNight Index Average (EONIA®)

European Money Markets Institute (EMMI)

Brussell, il-Belġju


DEĊIŻJONIJIET

29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1148

tat-28 ta' Ġunju 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

(2)

Fid-19 ta' Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew qabel li kellhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun hemm rabta ċara bejn id-durata tal-miżuri restrittivi u l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk, meta wieħed iqis li l-implimentazzjoni sħiħa kienet prevista għall-31 ta' Diċembru 2015.

(3)

Fid-19 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill ġedded id-Deċiżjoni 2014/512/PESK sal-31 ta' Lulju 2017 sabiex ikun jista' jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk.

(4)

Wara li saret valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġġedded għal sitt xhur oħra sabiex il-Kunsill ikun jista' jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tagħhom.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Jannar 2018.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

H. DALLI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).


29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1149

tas-27 ta' Settembru 2016

dwar għajnuna mill-Istat SA.30931 (11/C) (ex N 185/10) implimentata mir-Rumanija għal ajruporti reġjonali tar-Rumanija

(notifikata bid-dokument C(2016) 6031)

(It-test Rumen biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) imsemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' notifika elettronika bid-data tas-17 ta' Mejju 2010, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, skema ta' għajnuna li tipprovdi sostenn pubbliku favur ajruporti reġjonali (2) żgħar. In-notifika ġiet irreġistrata taħt il-każ Nru N 185/2010.

(2)

Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali dwar il-miżura notifikata fit-23 ta' Ġunju 2010, is-7 ta' Ottubru 2010, it-3 ta' Diċembru 2010 u s-17 ta' Marzu 2011. L-awtoritajiet Rumeni pprovdew l-informazzjoni mitluba fit-22 ta' Lulju 2010, is-27 ta' Ottubru 2010, l-20 ta' Jannar 2011 u l-5 ta' April 2011.

(3)

Fil-15 ta' Settembru 2010 l-awtoritajiet Rumeni infurmaw lill-Kummissjoni dwar ċertu tibdil għall-iskema notifikata, b'mod partikolari fir-rigward tan-numru ta' benefiċjarji.

(4)

Permezz ta' ittra bid-data tal-24 ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni infurmat lir-Rumanija li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-għajnuna notifikata u ta' miżuri oħra favur ajruporti li ma kinux parti min-notifika iżda tressqu quddiem il-Kummissjoni mir-Rumanija fil-fażi ta' valutazzjoni preliminari (minn hawn 'il quddiem, “id-deċiżjoni tal-ftuħ”). (3) B'mod partikolari, fil-fażi tal-valutazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ġiet infurmata mill-awtoritajiet Rumeni li l-ajruporti reġjonali kienu ngħataw finanzjament pubbliku fil-perjodu 2007 — 2009 biex jiġi kopert telf operattiv.

(5)

Il-Kummissjoni adottat Rettifika għad-deċiżjoni tal-ftuħ fit-23 ta' Ġunju 2011.

(6)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea(4) Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati jippreżentaw il-kummenti tagħhom.

(7)

B'ittri bid-dati tas-27 ta' Ġunju 2011, il-5 ta' Lulju 2011 u d-19 ta' Awwissu 2011, ir-Rumanija ppreżentat il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ.

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn tliet partijiet interessati, jiġifieri t-trasportatur tal-ajru Carpatair, l-ajruport ta' Cluj — Napoca u l-assoċjazzjoni Rumena tal-Ajruporti (minn hawn 'il quddiem “RAA”).

(9)

Permezz ta' ittra bid-data tas-16 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti tal-partijiet interessati lir-Rumanija.

(10)

Permezz ta' ittra bid-data tal-25 ta' Lulju 2011, ir-Rumanija rtirat in-notifika tagħha tal-iskema ta' finanzjament ippjanata tal-investimenti fl-infrastruttura fl-ajruporti reġjonali żgħar tar-Rumanija. Ir-Rumanija impenjat ruħha sabiex tiffinanzja dawn l-ajruporti f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE (5) dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE [issal-Artikolu 106(2) TFEU] (minn hawn 'il quddiem “id-Deċiżjoni SGEI tal-2005”). Konsegwentement, fil-31 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni għalqet l-investigazzjoni tagħha rigward dik il-miżura. Il-proċedura ta' investigazzjoni formali baqgħet miftuħa fir-rigward tal-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruporti reġjonali tar-Rumanija fil-perjodu 2007 — 2009.

(11)

Il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni”) ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-4 ta' April 2014. (6) Dawn issostitwixxew il-linji gwida tal-2005 dwar il-finanzjament ta' ajruporti u għajnuna tal-bidu lil linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (minn hawn 'il quddiem, “il-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni”).

(12)

Fil-15 ta' April 2014 ġie ppubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li stieden lill-Istati Membri u l-partijiet interessati jippreżentaw kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, f'dan il-każ fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għal dik l-istedina.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA/GĦAJNUNA

2.1.   IL-MIŻURI KKONTESTATI

(13)

Kif diġà msemmi hawn fuq, fil-qafas tan-notifika tal-investimenti fl-infrastruttura f'ajruporti reġjonali żgħar, ir-Rumanija infurmat lill-Kummissjoni li l-parti l-kbira tal-ajruporti reġjonali fir-Rumanija kienu qed jagħmlu t-telf, u li t-telf operattiv tagħhom kien kopert mill-finanzjament pubbliku fuq bażi annwali.

(14)

Tabella 1 turi l-lista tal-finanzjament pubbliku magħmul disponibbli lill-ajruporti tal-kategorija D (7) fil-perjodu 2007 — 2009, kif ippreżentata mir-Rumanija.

Tabella 1

Finanzjament pubbliku mogħti lil 13-il ajruport reġjonali (eluf ta' RON)

Ajruporti

2007

2008

2009

Total

Arad

2 900

3 400

4 041

10 341

Bacău

3 730,99

1 765,52

394,14

5 890,65

Baia Mare

2 620

6 977

6 135

15 732

Cluj — Napoca

34 927

43 500

44 500

122 927

Craiova

6 505,33

8 377,08

25 099

39 981,38

Iaşi

19 843,12

12 314,89

7 812,15

39 970,16

Oradea

3 160

6 021

5 450

14 631

Satu Mare

3 890

3 460

2 676

10 026

Sibiu

13 889

66 818

13 545

94 252

Suceava

5 812,43

5 464,52

4 614,07

15 918,02

Targu Mureş

4 083,30

18 175,60

15 573,65

37 832,55

Tulcea

11 651

16 921

2 069

30 641

Constanţa

25 054,85

17 042,27

10 161,42

52 258,54

TOTAL

138 067,02

210 236,88

142 070,43

490 401,3

(15)

Matul il-fażi ta' investigazzjoni preliminari r-Rumanija sostniet li dan il-finanzjament jammonta l-aktar għal għajnuna eżentata mir-rekwiżit ta' notifika abbażi tad-Deċiżjoni SGEI tal-2005. L-unika eċċezzjoni tkun il-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruport ta' Timișoara. Dan il-finanzjament qed jiġi investigat mill-Kummissjoni taħt il-każ Nru SA.31662. (8)

(16)

B'mod partikolari, ir-Rumanija ddikjarat li l-finanzjament pubbliku mogħti kull sena lill-ajruporti reġjonali rrappreżenta kumpens għall-għoti ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali (minn hawn 'il quddiem “SGEI”). F'dan is-sens, il-miżura tkun osservat b'mod kumulattiv il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005, jiġifieri:

(a)

L-operazzjoni tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali ġiet fdata lil dawk li jmexxu l-ajruporti permezz tad-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997 li tistabbilixxi fost l-oħrajn l-obbligi tas-servizz pubbliku (minn hawn 'il quddiem: “PSOs”), il-parametri għall-kalkolu tal-kumpens u l-arranġamenti biex jiġi evitat kwalunkwe kumpens żejjed;

(b)

It-traffiku annwali fl-ajruporti ma qabiżx il-1 000 000 passiġġier.

(17)

Id-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997 tirreferi għat-trasferiment tas-sjieda tal-ajruporti reġjonali mill-Ministeru tat-Trasport lill-kunsilli tal-kontei lokali u għaldaqstant il-bidla tal-istatut tagħhom minn “regii autonome” b'karatteristiċi speċjali ta' interess nazzjonali għal “regii autonome” b'karatteristiċi speċjali ta' interess lokali. Id-Deċiżjoni tinkludi fost l-oħrajn dispożizzjonijiet rigward l-assi, il-baġits u l-persunal tagħhom. Id-Deċiżjoni tistabbilixxi fl-Annessi tagħha dispożizzjonijiet rigward l-istruttura organizzattiva u l-finanzjament tal-ajruporti. L-Annessi jelenkaw ukoll l-attivitajiet ta' dawk li jmexxu l-ajruport (eż. il-ġestjoni tal-infrastruttura tal-ajruport, l-organizzazzjoni u l-provvista ta' servizzi tal-immaniġġjar, l-iżgurar tas-sigurtà ta', fost affarijiet oħra, l-inġenji tal-ajru, il-passiġġieri, l-attivitajiet tal-ajruport, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-modernizzazzjoni tar-runways, l-erji tar-rampa tat-taxiways, it-tagħmir, eċċ.) iżda ma jippreżentawx dawn l-attivitajiet bħala PSOs imposti fuq dawk li jmexxu l-ajruport. Il-lista ta' attivitajiet tapplika għall-ajruporti kkonċernati kollha b'mod ġenerali jiġifieri ma hemmx lista separata għal kull ajruport. Ir-Rumanija ddikjarat li dawn l-attivitajiet, jiġifieri l-ġestjoni ġenerali tal-ajruporti inkwistjoni, jenħtieġ li jitqiesu bħala SGEI u l-kompatibilità tal-miżura jenħtieġ li tiġi vvalutata skont l-Artikolu 106 tat-Trattat.

(18)

Fir-rigward tal-finanzjament tal-ajruporti, id-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997 tistabbilixxi li l-ispejjeż operattivi u kapitali tal-ajruporti inkwistjoni jiġu koperti minn riżorsi proprji supplimentati minn finanzjament pubbliku. L-awtoritajiet Rumeni jsostnu li dan il-mekkaniżmu jipprevjeni l-kumpens żejjed sa fejn l-ajruporti jistgħu jirċievu biss l-ammont meħtieġ biex ikopru l-ispejjeż kollha, biex għaldaqstant jiġi evitat il-kumpens żejjed.

(19)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Rumeni indikaw li attivitajiet mhux direttament marbuta mal-attivitajiet ewlenin tal-ajruporti mhumiex qed jiġu sussidjati, f'konformità mal-punti (34) u 53(iv) tal-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni.

(20)

Wieħed mill-ajruporti elenkati fit-Tabella 1, l-ajruport ta' Constanța, mhuwiex soġġett għad-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997. L-awtoritajiet Rumeni ċċaraw li l-finanzjament pubbliku għal dan l-ajruport jirrappreżenta kumpens għat-twettiq tal-PSOs skont id-Deċiżjoni tal-Gvern 523/1998. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi li Societatea Națională “Aeroportul Internațional Constanța” hija kumpanija li għandha l-ishma li hija l-proprjetà tal-Istat u li l-entità ġuridika antika (Regia Autonoma Aeroportul International Constanța — Mihail Kogalniceanu) hija abolita. Id-Deċiżjoni u l-annessi tagħha jinkludu dispożizzjonijiet rigward l-assi, l-istruttura organizzattiva, il-finanzjament u jelenkaw l-attivitajiet li jridu jitwettqu minn dawk li jmexxu l-ajruport (eż. l-operat tal-infrastruttura tal-ajruport, l-organizzazzjoni u l-provvista ta' servizzi tal-immaniġġjar, l-iżgurar tas-sigurtà tal-passiġġieri, l-inġenji tal-ajru, eċċ., il-manutenzjoni tar-runways, it-taxiways, l-erji tar-rampa, eċċ.). Dawn l-attivitajiet mhumiex ippreżentati bħala PSOs imposti fuq dawk li jmexxu l-ajruport. Fir-rigward tal-finanzjament, id-Deċiżjoni tal-Gvern 523/1998 tistabbilixxi li skont it-tip ta' assi u spejjeż li jridu jiġu ffinanzjati, l-ispejjeż jiġu ffinanzjati minn riżorsi proprji u krediti jew minn riżorsi proprji supplimentati minn finanzjament pubbliku jew minn finanzjament pubbliku biss (9). L-awtoritajiet Rumeni speċifikaw ukoll li dan l-ajruport huwa bażi militari tar-Rumanija u l-Istati Uniti, għalhekk il-kontinwità operazzjonali tiegħu hija kkunsidrata bħala objettiv strateġiku ta' sigurtà nazzjonali.

2.2.   L-AWTORITAJIET LI JAGĦMLU L-GĦOTJA

(21)

Għall-ajruport fil-pussess tal-Istat (Constanța) il-finanzjament inkwistjoni jingħata mill-baġit tal-Istat. Għall-bqija tal-ajruporti, li s-sjieda tagħhom ġiet trasferita lill-awtoritajiet lokali mid-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997, il-finanzjament pubbliku jingħata mill-awtoritajiet lokali pemezz ta' riżorsi lokali.

2.3.   IL-BENEFIĊJARJI

(22)

Il-benefiċjarji huma l-operaturi tal-ajruporti tar-Rumanija f'Arad, Bacău, Baia Mare, Cluj — Napoca, Craiova, Iași, Oradea, Satu — Mare, Sibiu, Suceava, Târgu — Mureș, Tulcea u Constanța.

(23)

Tabella 2 turi t-traffiku fl-ajruporti kkonċernati fil-perjodu li qed jiġi valutat 2007 — 2009 kif ukoll fis-snin riċenti (2013 — 2015).

Tabella 2

Traffiku fit-tlettax-il ajruport

Ajruport

2007

2008

2009

2013

2014

2015

Arad

67 183

128 835

88 147

40 855

28 405

8 623

Bacău

114 323

119 657

195 952

307 488

313 376

364 727

Baia Mare

15 334

22 468

24 983

16 568

21 560

19 228

Cluj Napoca

390 434

752 181

834 400

1 035 438

1 179 161

1 485 937

Craiova

5 113

13 021

13 977

40 291

138 886

116 947

Iaşi

126 334

145 933

148 538

231 933

273 047

381 603

Oradea

35 805

38 913

39 108

38 805

36 501

8 118

Satu Mare

5 883

7 298

11 101

16 195

12 644

17 375

Sibiu

105 654

141 032

154 160

189 152

215 951

278 403

Suceava

20 909

23 591

32 590

20 054

219 (10)

2 359

Targu Mureş

157 531

70 349

84 120

356 699

343 521

335 993

Tulcea

1 029

4 032

854

1 894

1 311

394

Constanţa

48 705

67 227

73 664

70 090

154 320

71 165

(24)

Mit-13-il ajruport, ħames ajruporti biss (Arad, Baia Mare, Satu Mare, Constanța u Oradea) kellhom ajruport tal-UE ieħor f'distanza ta' 100 km jew 60 minuta ta' vvjaġġar. L-ajruport Arad huwa 50 km u 40 minuta f'ħin tal-ivvjaġġar mill-Ajruport ta' Timișoara. L-ajruporti ta' Baia Mare u Satu Mare jinsabu 76 km u siegħa (1) u għaxar (10) minuti f'ħin tal-ivvjaġġar minn xulxin. L-ajruport ta' Constanța jinsab 45 km u 30 minuta f'ħin tal-ivvjaġġar mill-Ajruport ta' Tuzla. L-ajruport ta' Oradea jinsab 80 km u madwar siegħa (1) u 30 minuta f'ħin tal-ivvjaġġar mill-ajruport ta' Debrecen, li jinsab fl-Ungerija.

Tabella 3

Distanza u ħin ta' vvjaġġar lejn l-eqreb ajruporti

Ajruport

L-eqreb ajruport tal-viċinat

Distanza

(km)

Ħin ta' vvjaġġar

Arad

Timişoara

50

0h40

Bacău

Iaşi

138

2h

Baia Mare

Satu Mare

76

1h10

Cluj Napoca

Târgu Mureş

104

1h27

Craiova

Sibiu

223

3h28

Iaşi

Bacău

128

2h

Satu Mare

Baia Mare

76

1h10

Sibiu

Târgu Mureş

124

1h46

Suceava

Iaşi

170

2h45

Targu Mureş

Cluj-Napoca

107

1h45

Tulcea

Constanţa

111

1h30

Constanţa

Tuzla

45

0h30

Oradea

Debrecen (Ungerija)

80

1h30

(25)

Fir-rigward tal-ajruporti li għalihom jinstab ajruport ieħor f'anqas minn 100 kilometru jew 60 minuta ta' ħin tal-ivvjaġġar, l-awtoritajiet Rumeni ntalbu jiddeskrivu l-ispeċifiċitajiet tal-ajruporti kkonċernati, jekk hemm, li jistgħu jiġġustifikaw il-preżunzjoni li dawk l-ajruporti jinsabu f'żoni ta' lħuq differenti, kif definiti mil-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni. (11)

(26)

Bħala tweġiba għal din it-talba mill-Kummissjoni, ir-Rumanija ċċarat dan li ġej (12):

ARAD — TIMIȘOARA

(27)

L-ajruport ta' Arad huwa miftuħ għal traffiku tal-passiġġieri u l-merkanzija domestiku u internazzjonali u jopera runway ta' 1 800 × 45 m. Il-kapaċità tal-ajruport tammonta għal 200 passiġġier/siegħa. L-ajruport għandu tagħmir tekniku ta' kwalità għolja. Skont ir-Rumanija, fil-ħin tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni, l-awtoritajiet lokali approvaw finanzjament għall-estensjoni u l-modernizzazzjoni tal-ajruport ta' Arad minħabba, fost l-oħrajn, l-objettiv strateġiku tal-awtoritajiet lokali li jikkonvertu l-ajruport f'ċentru intermodulari tal-passiġġieri u l-merkanzija għall-iżvilupp tar-reġjun.

(28)

Matul il-perjodu 2007 — 2009, l-ajruport kien iffukat fuq it-traffiku low-cost. Blueair operat diversi destinazzjonijiet Ewropej (Verona, Valencia, Stuttgart, Barcelona, Treviso) u Ryanair serviet destinazzjoni waħda (Milano) għall-perjodu April — Ġunju 2008.

(29)

L-awtoritajiet Rumeni ppreżentaw lill-Kummissjoni analiżi — imħejjija mill-ajruport fl-2008 — tal-attività ta' dak iż-żmien u t-traffiku tal-passiġġieri għall-perjodu 2009 — 2020.

(30)

L-analiżi uriet:

Tkabbir fid-dħul mhux mill-ajrunawtika minn RON 0,7 miljun fl-2007 għal RON 1,3 miljun fl-2008;

Tkabbir fid-dħul ajrunawtiku minn RON 1,7 miljun fl-2007 għal RON 2,3 miljun fl-2008;

Tkabbir fid-dħul mill-immaniġġjar minn RON 0,2 miljun fl-2007 għal RON 1 miljun fl-2008;

Żieda fil-finanzjament pubbliku lill-ajruport minn RON 2,4 miljun fl-2007 għal RON 3,4 miljun fl-2008.

(31)

Skont l-analiżi, l-ajruport iddependa fil-parti l-kbira tiegħu fuq traffiku low cost bħala fattur ewlieni li jwassal għat-tkabbir: fl-2008 88 % tat-traffiku globali tal-passiġġieri kien irrappreżentat minn titjiriet skedati operati minn Blue Air u 11 % mit-traffiku tar-Ryanair. L-analiżi assumiet diversifikazzjoni ta' konnessjonijiet tal-linja tal-ajru bl-attirazzjoni ta' linja tal-ajru low-cost ġdida, EasyJet.

(32)

Il-previżjonijiet ippreżentati fl-analiżi bassru li l-ajruport ta' Arad se jżid it-traffiku tiegħu minn 128 834 passiġġier fl-2008 għal1 064 116-il passiġġer fl-2020 f'xenarju ottimistiku.

(33)

Fir-rigward tal-ajruport ta' Timișoara, it-traffiku tal-passiġġieri tiegħu żdied minn 859 329 passiġġier fl-2007, 886 083 passiġġier fl-2008 u 991 758 passiġġier fl-2009. Mill-2007 sal-2009, l-ajruport kien ċentru reġjonali għal Carpatair, trasportatur reġjonali ta' servizzi sħaħ li opera madwar 32 destinazzjoni domestika u Ewropea. Linji tal-ajru oħra bħal Tarom, Lufthansa, Austrian Airlines, Malev, Alitalia, Moldavian Airlines, Alpi Eagles, Skyeurope Airlines, Wizzair servew lil dan l-ajruport.

BAIA MARE — SATU MARE

(34)

Il-karatteristiċi tar-runway fl-ajruport ta' Baia Mare ppermettew l-operazzjoni fuq bażi regolari ta' inġenji tal-ajru b'kapaċità massima ta' 75 passiġġier għal titjiriet fuq distanza qasira.

(35)

Il-karatteristiċi tar-runway fl-ajruport ta' Satu Mare jippermettu l-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru b'post bilqiegħda sa180 passiġġier għal titjiriet fuq distanza medja. Il-kapaċità tal-ajruport tammonta għal 100 passiġġier/siegħa.

CONSTANȚA — TUZLA

(36)

L-ajruport ta' Tuzla jopera firxa tal-ħaxix użata minn inġenji tal-ajru żgħar (jiġifieri ma jaqbżux il-piż massimu għat-tluq (MTOW) ta' 5 700 kg (13)) u m'għandu l-ebda sistema ta' navigazzjoni bir-radju. Fil-perjodu 2007 — 2009, in-numru ta' movimenti tal-inġenji tal-ajru ta' MTOW massimu ta' 5 700 kg mill-ajruport ta' Constanța kien aktar baxx b'mod sinifikanti (5 sa 16-il darba aktar baxx fil-perjodu li qed jiġi valutat) milli fl-ajruport ta' Tuzla. L-ajruport ta' Tuzla jservi prinċipalment titjiriet speċjalizzati filwaqt li l-ajruport ta' Constanța jservi inġenji tal-ajru medji u kbar għal traffiku kummerċjali.

ORADEA — DEBRECEN

(37)

L-ajruport ta' Debrecen (Ungerija) jinsab 80 km mill-ajruport ta' Oradea, iżda l-ħin ta¦ vvjaġġar huwa ta' mill-inqas siegħa (1) u 30 minuta minħabba li l-vjaġġ jinkludi kontroll tal-passaporti fil-fruntiera mir-Rumanija li mhijiex fiż-żona Schengen għall-Ungerija li hija fiż-żona Schengen. L-ajruport ta' Debrecen kellu 42 900 passiġġier fl-2007, 42 650 passiġġier fl-2008 u 25 060 passiġġier fl-2009. Iż-żewġ ajruporti kellhom mudelli ta' negozju differenti fl-2007-2009 peress li l-ajruport ta' Debrecen kien iffukat fuq titjiriet charter (bi traffiku low cost li żviluppa biss f'dawn l-aħħar snin), filwaqt li l-ajruport ta' Oradea kien iffukat fuq titjiriet domestiċi minn trasportaturi nazzjonali u reġjonali ta' servizzi sħaħ.

2.4.   IL-BAĠIT

(38)

Il-baġit totali tal-miżura li qed tiġi valutata huwa 490 401,3 elef RON, kif deskritt fit-Tabella 1.

2.5.   PROĊEDURI TA' INVESTIGAZZJONI PENDENTI OĦRA

(39)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni fetħet żewġ proċeduri ta' investigazzjoni formali dwar fost l-oħrajn miżuri ta' finanzjament pubbliku favur l-Ajruport ta' Cluj-Napoca mogħtija matul il-perjodu mill-2010 sal-2014 (14) u l-ajruport ta' Târgu Mureș mogħtija mill-2011 sal-2014 (15), għajr dawk koperti mill-investigazzjoni soġġetta għal din id-Deċiżjoni.

3.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(40)

Kif spjegat fil-premessa 4 hawn fuq, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummisjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali fir-rigward tal-għajnuna notifikata u l-finanzjament pubbliku fil-perjodu 2007 — 2009 biex jiġi kopert telf operattiv. Sussegwentement, wara l-irtirar mir-Rumanija tan-notifika tagħha tal-iskema ta' finanzjament ippjanat ta' investimenti fl-infrastruttura, il-proċedura ta' investigazzjoni formali baqgħet miftuħa fir-rigward tal-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruporti reġjonali tar-Rumanija fil-perjodu 2007 — 2009 (ara l-premessa 10 hawn fuq).

(41)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-kundizzjonijiet biex il-kumpens għall-SGEIs ma jikkostitwixxix vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107 tat-Trattat ma ġewx sodisfatti b'mod kumulattiv f'dan il-każ.

(42)

Fil-fatt, skont ir-raba' kundizzjoni tas-sentenza Altmark (16), il-kumpens irid ikun limitat għall-minimu meħtieġ għal impriża effiċjenti sabiex tevadi l-kwalifika tal-għajnuna mill-Istat. Dan il-kriterju jitqies bħala sodisfatt jekk il-benefiċjarji tal-kumpens ikunu ntgħażlu wara proċedura tal-offerti. Fin-nuqqas ta' dan, il-livell ta' kumpens irid jiġi determinat abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż li impriża tipika, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija b'mezzi sabiex tkun tista' tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta' servizz pubbliku, kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta' dawn l-obbligi.

(43)

Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li din il-kundizzjoni ma ġietx sodisfatta peress li l-operaturi tal-ajruporti benefiċjarji ma kinux intgħażlu wara proċedura pubblika tal-offerti. Ir-Rumanija lanqas ma ddikjarat li l-kumpens kien ġie stabbilit abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż ta' operatur tipiku tal-ajruport, immexxi sew u provdut b'mod adegwat b'mezzi biex jiġi provdut is-servizz pubbliku.

(44)

Għalhekk il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżura provdiet lill-benefiċjarji b'vantaġġ ekonomiku u wasslet għall-konklużjoni preliminari li s-sussidji operattivi annwali kkostitwixxew għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 tat-Trattat.

(45)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li r-Rumanija ma kkontestatx il-kwalifika tal-għajnuna tal-miżura.

(46)

Fir-rigward tal-kompatibilità tal-miżura, il-Kummissjoni kellha dubji jekk il-kriterji stabbiliti mid-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 kinux ġew imħarsa u għalhekk li s-sussidji operattivi mħallsa kull sena lill-ajruporti ġew eżentati mir-rekwiżit tan-notifika, kif iddikjarat inizjalment mir-Rumanija.

(47)

F'dan is-sens, il-Kummissjoni l-ewwel innotat li sabiex id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 tkun applikabbli f'każijiet speċifiċi, is-servizzi inkwistjoni jridu jikkwalifikaw bħala SGEIs ġenwini u jkunu definiti b'mod ċar bħala tali mill-Istat Membru.

(48)

Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li f'dan il-każ ma ġietx ipprovduta biżżejjed informazzjoni mir-Rumanija biex jiġi ġustifikat li l-operat tat-tlettax-il ajruport reġjonali jenħtieġ li jiġi kkunsidrat bħala SGEI fis-sens li ż-żoni servuti minn dawk l-ajruporti ma jkunux konnessi b'mod suffiċjenti mal-bqija tal-pajjiż jekk dawn jitħallew f'idejn il-forzi tas-suq biss.

(49)

Il-Kummissjoni kompliet tikkunsidra li s-servizzi tal-ajruport ma kinux ġew definiti b'mod ċar bħala SGEIs mill-Istat Membru. Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li d-duplikazzjoni apparenti ta' ajruporti reġjonali fir-Rumanija fl-istess żona ta' lħuq tista' tkun raġuni għaliex dawk l-ajruporti kienu qed jagħmlu t-telf. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni nnotat li diversi minn dawn l-ajruporti kellhom inqas minn 50 000 passiġġier fis-sena u kienu lokalizzati f'distanza lineari ta' anqas minn 100 km minn xulxin.

(50)

Għalhekk il-Kummissjoni kienet tal-fehma li d-definizzjoni tas-servizz pubbliku ma kinitx ċara biżżejjed u tista' tinkludi żball ċar sa fejn l-operat tal-ajruporti seta' ġie definit bħala SGEI mingħajr ħtieġa effettiva li tiġi żgurata konnessjoni xierqa taż-żona ta' lħuq ta' kull ajruport mal-bqija tad-dinja.

(51)

Il-Kummissjoni kellha dubji wkoll jekk ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 relatati mal-kontenut tal-att ta' inkarigu kinux ġew sodisfatti għalkollox.

(52)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat li għalkemm l-awtoritajiet Rumeni kkonfermaw li l-attivitajiet ewlenin biss tal-ajruporti kienu qed jiġu ssussidjati, ma kienx ċar biżżejjed jekk fil-fatt kinux ġew issussidjati biss l-ispejjeż tal-attivitajiet eliġibbli. L-ebda dispożizzjoni speċifika biex jiġu llimitati l-ispejjeż eliġibbli għall-attivitajiet ewlenin tal-ajruporti ma kienet inkluża fl-atti ta' inkarigu.

4.   KUMMENTI MIR-RUMANIJA

(53)

Il-kummenti tar-Rumanija dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ irreferew prinċipalment għad-dubji mqajma mill-Kummissjoni dwar l-iskema tal-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura għall-ajruporti bi traffiku annwali ta' anqas minn 1 miljun passiġġier, li n-notifika tagħha ġiet irtirata.

(54)

Fir-rigward tal-finanzjament pubbliku għall-ajruporti reġjonali tar-Rumanija, bħala tweġiba għall-opinjoni tal-Kummissjoni skont liema l-abbundanza żejda apparenti tal-ajruporti f'ċerti reġjuni tista' tfixkel l-iżvilupp tal-ajruporti inkwistjoni, ir-Rumanija sostniet li s-sitwazzjoni tal-ajruporti reġjonali (bi traffiku baxx li ma jippermettilhomx li jilħqu livell ta' profitabbiltà) kienet primarjament minħabba l-istat tal-iżvilupp tar-reġjuni fejn jinsabu dawk l-ajruporti, aktar milli minħabba d-distanza lejn ajruporti tal-viċinat.

(55)

Fir-rigward tal-finanzjament pubbliku abbażi tad-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997, ir-Rumanija ċċarat li l-ammonti ma jitħallsux fil-bidu tas-sena abbażi ta' previżjonijiet ta' spejjeż u li kwalunkwe eċċess ma jiġix ritornat lill-Istat fl-aħħar tas-sena finanzjarja kif iddikjarat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, iżda li dan il-finanzjament jingħata fil-mument meta jitwettqu l-attivitajiet abbażi ta' ġustifikazzjonijiet u fil-limiti tal-baġit approvat.

5.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

5.1.   KUMMENTI MINN CARPATAIR

(56)

Il-kummenti ta' Carpatair jirreferu parzjalment għall-finanzjament pubbliku lill-ajruport ta' Timișoara u Wizz Air. Kif spjegat fil-premessa 15, il-finanzjament pubbliku tal-ajruport ta' Timișoara u Wizz Air huwa soġġett għal proċedura ta' investigazzjoni formali oħra (17). F'dan li ġej, il-Kummissjoni għalhekk se tqassar biss il-kummenti ta' Carpatair b'rilevanza għall-każ preżenti.

(57)

Carpatair issostni li l-għajnuna operatorja hija ġeneralment ikkunsidrata bħala illegali u kontra l-interess tal-UE, u jenħtieġ li tingħata biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali. L-għoti ta' għajnuna operatorja lill-ajruporti fl-opinjoni ta' Carpatair jkun ta' tfixkil għall-industrija, għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

joħloq kompetizzjoni inġusta bejn l-ajruporti tal-UE u jippermetti li ajruport li jibbenefika minn għajnuna mill-Istat jattira trasportaturi tal-ajru billi joffri skontijiet fuq l-imposti tal-ajruport. L-ajruporti li ma jibbenefikawx mill-għajnuna ma jkunux jistgħu jikkompetu għal trasportaturi b'mod effettiv;

(b)

il-miżura tħeġġeġ lill-ajruporti li jirċievu għajnuna operatorja biex jagħtu skontijiet għoljin fuq l-imposti tal-ajruporti, u dawn l-iskontijiet ma jingħatawx li kieku l-ajruporti aġixxew fuq termini tas-suq.

(58)

Carpatair jindika li l-għajnuna operatorja għandha effett negattiv fuq is-swieq tat-trasport bl-ajru u tas-servizzi tal-ajruport minħabba li twassal għal kompetizzjoni inġusta bejn ajruporti u fl-aħħar mill-aħħar għal kompetizzjoni inġusta bejn linji tal-ajru li joperaw minn dawk l-ajruporti. Bħala tali, l-għajnuna operatorja tikkawża kompetizzjoni inġusta bejn l-ajruporti fir-Rumanija u taffettwa wkoll b'mod negattiv lill-ajruporti f'pajjiżi tal-viċinat bħall-Ungerija.

5.2.   KUMMENTI MINN RAA

(59)

RAA hija entità ġuridika tal-liġi privata mingħajr skop ta' qligħ li tirrappreżenta l-ajruporti ċivili tar-Rumanija.

(60)

RAA tikkummenta dwar l-enfasi tad-deċiżjoni tal-ftuħ fuq l-aspetti relatati mal-iskema tal-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura. RAA essenzjalment issostni li l-infrastruttura tal-parti l-kbira tal-ajruporti reġjonali fir-Rumanija tirrikjedi aġġornament u hija ta' livell ferm anqas minn dik tal-ajruporti ta' Stati Membri oħra tal-UE. Skont l-RAA il-finanzjament pubbliku għat-titjib tal-infrastruttura tal-ajruport ikun iġġustifikat min-nuqqas ta' alternattiva ta' trasport fattibbli u affidabbli fir-Rumanija (l-ebda awtostradi jew ferroviji ta' veloċità għolja).

5.3.   KUMMENTI MILL-AJRUPORT TA' CLUJ — NAPOCA

(61)

Skont l-ajruport ta' Cluj — Napoca, il-finanzjament pubbliku mogħti lilu mill-kunsill lokali serva biex issussidja biss l-attivitajiet mhux ekonomiċi u għaldaqstant kien barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(62)

B'mod partikolari, l-ammonti inkwistjoni kellhom preżumibbilment l-għan li jkopru spejjeż ta' ċerti attivitajiet mhux ekonomiċi li jseħħu ġol-ajruport (bħall-Għassa tal-Fruntiera, il-Brigata tal-Forzi Speċjali, id-Dwana, il-Pulizija, l-Unità tal-Avjazzjoni Speċjali) kif ukoll l-ispejjeż tal-infrastruttura ta' sostenn u t-tagħmir inklużi l-manutenzjoni, it-titjib, il-ġestjoni tal-infrastruttura, spejjeż bis-servizzi awżiljarji provduti mill-ajruport, il-prevenzjoni tan-nar, l-assistenza f'emerġenza, il-miżuri ta' sigurtà. Skont l-ajruport ta' Cluj — Napoca, dawk l-ispejjeż jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali tiegħu u għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(63)

L-ajruport kompla jsostni li fil-perjodu 2007 — 2009, l-ajruport ma rreġistra l-ebda telf operattiv.

6.   KUMMENTI TAR-RUMANIJA DWAR IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(64)

Permezz ta' ittra bid-data tas-17 ta' Ottubru 2011, ir-Rumanija ppreżentat lill-Kummissjoni l-kummenti tagħha dwar l-osservazzjonijiet ippreżentati mill-partijiet interessati fl-investigazzjoni.

(65)

Għalkemm dawn il-kummenti rreferew esklussivament għall-iskema notfikata ta' għajnuna mill-Istat għal investimenti fl-infrastruttura, xi wħud minn dawk il-kummenti huma ta' rilevanza għall-valutazzjoni tas-sussidji operatorji li qed jiġu vvalutati f'din id-Deċiżjoni. Dawk il-kummenti jinġabru fil-qosor fil-paragrafi li ġejjin.

(66)

Ir-Rumanija ssostni li l-parti l-kbira tal-ajruporti reġjonali tar-Rumanija għandhom traffiku annwali ta' anqas minn 50 000 passiġġier u l-ebda wieħed minn dawn l-ajruporti ma jaqbeż it-300 000 passiġġier sal-2015. Abbażi ta' dan, ir-Rumanija tikkunsidra li mhuwiex probabbli li s-sostenn pubbliku għal dawk l-ajruporti jaffettwa l-kompetizzjoni u jfixkel il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(67)

Lanqas id-distanza bejn dawk l-ajruporti ma taffettwa l-iżvilupp tagħhom bi kwalunkwe mod, skont ir-Rumanija. Dan għaliex anke f'dawk il-każijiet fejn id-distanza lineari bejn l-ajruporti hija ta' anqas minn 100 km, il-ħin ta' vvjaġġar huwa ġeneralment ta' aktar minn sagħtejn (2) b'tali mod li l-ajruporti inkwistjoni ma jeżerċitaw l-ebda pressjoni kompetittiva fuq xulxin.

7.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

(68)

Kif spjegat fil-premessa 10 hawn fuq, wara l-irtirar mir-Rumanija tan-notifika tagħha tal-iskema ta' finanzjament ippjanat tal-investimenti fl-infrastruttura, il-proċedura ta' investigazzjoni formali baqgħet miftuħa fir-rigward tal-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruporti reġjonali tar-Rumanija fil-perjodu 2007 — 2009. Għalhekk, il-valutazzjoni stabbilita hawn taħt tikkonċerna dik il-miżura.

(69)

Fid-dawl tad-deċiżjonijiet biex tinfetaħ investigazzjoni formali għall-Ajruport ta' Cluj-Napoca u l-ajruport ta' Târgu Mureș adottati fil-31 ta' Lulju 2015 (ara l-punt 39 hawn fuq), il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa xieraq li tingħalaq l-investigazzjoni preżenti għall-ajruporti kollha soġġetti għaliha, ħlief għall-ajruport ta' Cluj-Napoca u l-ajruport ta' Târgu Mureș. Il-Kummissjoni biħsiebha tagħlaq l-investigazzjoni SA.30931 fir-rigward ta' dawk iż-żewġ ajruporti flimkien mal-investigazzjonijiet miftuħa fil-31 ta' Lulju 2015. Konsegwentement, il-valutazzjoni stabbilta hawn taħt tapplika biss għall-miżuri mogħtija lill-11-il ajruport l-ieħor.

7.1.   EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA

(70)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-provvista ta' ċerti oġġetti għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor mil-liġi.

(71)

Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi determinat jekk il-miżuri taħt skrutinju jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-kundizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq jeħtieġ li jiġu sodisfatti. Jiġifieri, is-sostenn finanzjarju:

(a)

jingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi mill-Istat,

(b)

jiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti,

(c)

iwassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni.

(d)

jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.1.1.    L-attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża

(72)

Skont il-ġurisprudenza stabbilita, il-Kummissjoni trid l-ewwel tistabbilixxi jekk dawk li jmexxu l-ajruport humiex impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-kunċett ta' impriża jkopri kull entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħha u l-mod kif tiġi ffinanzjata. (18) Kull attività li tikkonsisti fl-offerta ta' oġġetti jew servizzi f'suq partikolari hija attività ekonomika.

(73)

Fl- Ajruport ta' Leipzig-Halle, il-Qorti Ġenerali sostniet li mid-data tas-sentenza f' Aéroports de Paris (12 ta' Diċembru 2000), l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport ma setgħetx tibqa' tiġi eskluża.

(74)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li tal-anqas mit-12 ta' Diċembru 2000, min imexxi l-ajruport kien involut f'attività ekonomika u li jikkostitwixxi impriża fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (ara wkoll il-punt 29 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni).

7.1.2.    Mandat tal-politika pubblika

(75)

Filwaqt li dawk li jmexxu l-ajruport iridu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat tal-anqas mit-12 ta' Diċembru 2000, irid jiġi mfakkar li mhux l-attivitajiet kollha ta' min imexxi ajruport huma neċessarjament ta' natura ekonomika (ara wkoll il-punt 34 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni). (19)

(76)

Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika mhumiex ta' natura ekonomika u ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(77)

Għalhekk, il-finanzjament tal-attivitajiet li jaqgħu fil-mandat tal-politika pubblika jew tal-infrastruttura relatata direttament ma' dawk l-attivitajiet inġenerali ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. (20) F'ajruport, attivitajiet bħall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, it-tifi tan-nar, attivitajiet meħtieġa biex tiġi salvagwardjata l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali u l-investimenti relatati mal-infrastruttura u t-tagħmir meħtieġa biex jitwettqu dawn l-attivitajiet huma ġeneralment ikkunsidrati bħala ta' natura mhux ekonomika (ara wkoll il-punt 35 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni). (21)

(78)

Madankollu, il-finanzjament pubbliku ta' attivitajiet mhux ekonomiċi ma jridx iwassal għal diskriminazzjoni mhux dovuta bejn il-linji tal-ajru u dawk li jmexxu ajruport. Fil-fatt, hija ġurisprudenza stabbilita li jkun hemm vantaġġ fejn l-awtoritajiet pubbliċi jeħilsu lill-impriżi mill-ispejjeż inerenti għall-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. (22) Għalhekk, jekk f'sistema ġuridika partikolari jkun normali li l-linji tal-ajru jew dawk li jmexxu l-ajruport iġarrbu l-ispejjeż ta' ċerti servizzi, filwaqt li ċerti linji tal-ajru jew xi wħud minn dawk li jmexxu l-ajruport li jipprovdu l-istess servizzi f'isem l-istess awtoritajiet pubbliċi ma jridux iġarrbu dawk l-ispejjeż, dawn tal-aħħar jistgħu jgawdu minn vantaġġ, anke jekk dawk is-servizzi huma kkunsidrati fihom infushom bħala mhux ekonomiċi (ara wkoll il-punt 37 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni).

(79)

Ir-Rumanija fl-ebda ħin ma ddikjarat li l-finanzjament mogħti lil kwalunkwe ajruport reġjonali soġġett għal din id-Deċiżjoni kien ikopri spejjeż li jikkwalifikaw bħala spejjeż ta' mandat tal-politika pubblika. Lanqas xi wieħed mill-operaturi tal-ajruport, minbarra l-Ajruport ta' Cluj — Napoca, ma ddikjara matul l-investigazzjoni li dan huwa l-każ. Fil-fatt, il-mekkaniżmu ta' kumpens huwa mfassal biex ikopri d-differenza bejn id-dħul u t-telf tal-ajruporti, mingħajr ma ssir distinzjoni bejn l-ispejjeż ta' mandat tal-politika pubblika u tipi oħra ta' spejjeż. Din il-kwistjoni tista' titħalla miftuħa fir-rigward tal-Ajruport ta' Cluj — Napoca u l-Ajruport ta' Târgu Mureș, peress li din id-Deċiżjoni ma tagħlaqx l-investigazzjoni pendenti fir-rigward ta' dawk l-ajruporti. Fil-każ tal-ajruporti l-oħra, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ma jikkostitwixxux kumpens għall-ispejjeż tal-mandat tal-politika pubblika.

7.1.3.    Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat

(80)

Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat japplika għal kull vantaġġ mogħti direttament jew indirettament, iffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat, mogħti mill-Istat innifsu jew minn kwalunkwe korp intermedjarju li jaġixxi permezz ta' setgħat mogħtija lilu. Għaldaqstant, japplika wkoll għall-vantaġġi kollha mogħtija minn awtoritajiet reġjonali jew lokali tal-Istati Membri, ikun xi jkun l-istatus u d-deskrizzjoni tagħhom. (23)

(81)

F'dan il-każ, il-finanzjament jingħata direttament mill-Istat jew l-awtoritajiet lokali permezz tar-riżorsi tagħhom stess. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonferma li l-miżuri kollha li qed jiġu valutati jingħataw permezz tar-riżorsi mill-Istati u huma imputabbli lill-Istat.

7.1.4.    Vantaġġ ekonomiku selettiv

(82)

Il-finanzjament pubbliku mogħti lil dawk li jmexxu l-ajruport, immirat lejn il-kumpens għat-telf imġarrab fit-twettiq tal-attività ordinarja tagħhom. Xejn fl-evidenza fattwali disponibbli lill-Kummissjoni jew fil-kummenti rċevuti mir-Rumanija jew mill-partijiet terzi ma jissuġġerixxi li l-awtoritajiet li jagħmlu l-għotja jistgħu jistennew xi redditu finanzjarju bħala riżultat ta' dawk il-miżuri ta' finanzjament meta jiddeċiedu li jagħtuhom. Għalhekk, il-miżuri inkwistjoni ma jikkonformawx mal-prinċipju tal-operatur tal-ekonomija tas-suq.

(83)

Matul l-investigazzjoni r-Rumanija ddikjarat li l-finanzjament pubbliku kkontestat jirrappreżenta kumpens għall-provvista ta' SGEIs.

(84)

Fil-każ ta' intrapriżi inkarigati bil-provvista ta' SGEI, sabiex tikkonkludi jekk il-miżuri li qed jiġu vvalutati jikkostitwixxux vantaġġ ekonomiku jew le fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni trid teżamina l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti fis-sentenza tagħha fil-kawża Altmark. (24) Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

(a)

l-impriża benefiċjarja trid tkun effettivament inkarigata sabiex twettaq obbligi ta' servizz pubbliku u tali obbliġi jridu jkunu ddefiniti b'mod ċar (minn hawn 'il quddiem “Altmark 1”);

(b)

il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkolat il-kumpens iridu jkunu stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti (minn hawn 'il quddiem “Altmark 2”);

(c)

il-kumpens ma jistax ikun iktar minn dak li hu neċessarju sabiex ikunu koperti l-ispejjeż kollha jew parti minnhom, li jirriżultaw mit-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta' tali obbligi (minn hawn 'il quddiem “Altmark 3”);

(d)

meta, f'każ speċifiku, l-impriza li għandha twettaq l-obbligi ta' servizz pubbliku ma tintgħażilx permezz ta' proċedura ta' akkwist pubbliku li tippermetti li jintgħażel l-offerent kapaċi li jipprovdi tali servizzi bl-inqas spiża għall-komunità, il-livell tal-kumpens neċessarju għandu jkun stabbilit abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż, li impriża tipika, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija b'mezzi ta' trasport sabiex tkun tista' tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta' servizz pubbliku, kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta' dawn l-obbligi (minn hawn 'il quddiem “Altmark 4”).

(85)

Dawk l-erba' kundizzjonijiet iridu jiġu sodisfatti b'mod kumulattiv. Għalhekk, jekk waħda minnhom ma tiġix sodisfatta, ma jistax jiġi ddikjarat li l-miżuri inkwistjoni ma jinvolvux vantaġġ ekonomiku abbażi tas-sentenza Altmark.

7.1.4.1.   Altmark 1

(86)

Ir-rekwiżit tal-ewwel kundizzjoni Altmark jikkoinċidi mar-rekwiżit ta' inkarigu ċar u definizzjoni tal-SGEI provdut mill-Artikolu 106(2) tat-Trattat. (25)

(87)

Artikolu 106(2) tat-Trattat japplika biss għal “kull impriża responsabbli sabiex topera” SGEI. Il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement enfasizzat il-ħtieġa għal att ta' inkarigu. (26) Għalhekk, il-ħtieġa għal definizzjoni ċara tal-SGEI hija inerenti għal u inseparabbli mill-idea ta' inkarigu u tirriżulta direttament mill-Artikolu 106(2) tat-Trattat.

(88)

Fil-Komunikazzjoni tal-2001 dwar servizzi ta' interess ġenerali, il-Kummissjoni kienet diġà enfasizzat ir-rabta bejn definizzjoni ċara, inkarigu u neċessità u proporzjonalità tal-kumpens għall-SGEI skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat. (27) Paragrafu 22 ta' dik il-Komunikazzjoni spjega li “f'kull wiehed mill-każijiet, sabiex tapplika l-eċċezzjoni provvduta bl-Artikolu 106(2) tat-Trattat, il-missjoni tas-servizz pubbliku teħtieġ li tiġi ddefinita biċ-ċar u trid tiġi fdata b'mod espliċitu permezz ta' att ta' awtorità pubblika […]. Dan l-obbligu huwa meħtieġ sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza legali kif ukoll it-trasparenza rigward iċ-ċittadini u huwa indispensabbli għall-Kummissjoni li twettaq l-istima tagħha tal-proporzjonalità”. L-inkarigu u d-definizzjoni huma għaldaqstant prerekwiżit loġiku ta' kwalunkwe valutazzjoni sinifikanti tal-livell proporzjonat ta' kull kumpens. Il-Qrati tal-Unjoni enfasizzaw b'mod konsistenti l-ħtieġa għal definizzjoni ċara tal-PSOs għall-applikazzjoni kemm tal-eżenzjoni Altmark kif ukoll tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat. (28)

(89)

Anke l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-2011 dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, (29) tiċċara li l-SGEI u l-PSOs iridu jkunu definiti b'mod ċar minn qabel. Skont il-paragrafu 51 tagħha, biex l-Artikolu 106(2) tat-Trattat japplika, l-operazzjoni ta' SGEI trid tiġi inkarigata lil impriża waħda jew aktar. L-impriżi inkwistjoni jridu għalhekk ikunu ġew inkarigati b'kompitu speċjali mill-Istat. L-ewwel kriterju Altmark jirrikjedi li l-impriża tkun inkarigata sabiex twettaq PSOs. Għaldaqstant, sabiex tikkonforma mal-ġurisprudenza Altmark, jenħtieġ inkarigu ta' servizz pubbliku, li jiddefinixxi l-obbligi tal-fornitur tal-SGEI inkwistjoni u dawk tal-awtorità pubblika li qed tinkariga l-SGEI inkwistjoni. Skont il-paragrafu 52 'il quddiem, il-kompitu ta' servizz pubbliku jrid jiġi assenjat permezz ta' att wieħed jew aktar li jridu tal-anqas jispeċifikaw il-PSOs; l-impriża u, fejn applikabbli, it-territorju kkonċernat; in-natura ta' kull dritt esklussiv jew speċjali assenjat lill-impriża mill-awtorità inkwistjoni.

(90)

F'dan il-każ, ir-Rumanija ddikjarat li l-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruporti inkwistjoni fil-perjodu 2007 — 2009 irrappreżenta kumpens għall-għoti ta' SGEIs. Ir-Rumanija ddikjarat li d-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997 stabbiliet b'mod ċar u trasparenti l-PSOs, il-parametri għall-kalkolu tal-kumpens u l-arranġamenti sabiex jiġi evitat kull kumpens żejjed.

(91)

Madankollu, filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997 stabbiliet li l-ispejjeż operatorji u kapitali tal-ajruporti elenkati fiha jkunu koperti minn riżorsi proprji supplimentati mill-finanzjament pubbliku u elenkat l-attivitajiet li jridu jitwettqu minn dawk li jmexxu l-ajruport madwar l-ajruporti kollha kkonċernati (jiġifieri mhux għal kull ajruport b'mod individwali), din ma imponietx PSOs ċari fuq dawk li jmexxu l-ajruporti.

(92)

Fir-rigward tal-ajruport ta' Constanța, filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Gvern 523/1998 stabbiliet liema spejjeż iridu jew jiġu supplimentati minn finanzjament pubbliku jew jiġu koperti b'mod sħiħ minn finanzjament pubbliku u elenkat l-attivitajiet li jridu jitwettqu minn dawk li jmexxu l-ajruport, ma imponietx PSOs ċari fuq dawk li jmexxu l-ajruport.

(93)

Id-dikjarazzjoni tar-Rumanija li s-servizzi tal-ajruport ikunu essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni rispettivi jew għandhom l-għan li jwettqu objettiv ta' sigurtà strateġika mhijiex biżżejjed biex jitqies li l-benefiċjarji ġew inkarigati b'mod korrett bl-SGEI sal-punt tal-PSOs.

(94)

Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-ajruporti inkwistjoni jikkwalifikawx bħala servizzi ġenwini ta' interess ekonomiku ġenerali, il-Kummissjoni tħalli din il-mistoqsija miftuħa minħabba li mhijiex meħtieġa valutazzjoni f'dan ir-rigward peress li, kif spjegat hawn fuq, il-PSOs mhumiex definiti b'mod ċar f'att ta' inkarigu. Mhuwiex meħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni tieħu pożizzjoni dwar dan l-aspett.

(95)

Għalhekk, il-miżuri inkwistjoni ma jikkonformawx ma' Altmark 1.

7.1.4.2.   Altmark 4

(96)

Ir-raba' kriterju Altmark jipprevedi li l-kumpens irid ikun il-minimu meħtieġ sabiex ma jikkwalifikax bħala għajnuna. Dan il-kriterju jkun sodisfatt jekk il-benefiċjarju tal-kumpens ikun intgħażel wara proċedura tal-offerti li tippermetti l-għażla tal-offerent kapaċi li jipprovdi l-SGEI meħtieġa bl-inqas spiża għall-komunità jew, f'nuqqas ta' dan, jekk il-kumpens ikun ġie kalkolat b'referenza għall-ispejjeż ta' impriża effiċjenti.

(97)

F'dan il-każ, il-benefiċjarji ma ntgħażlux wara proċedura tal-offerti. Ukoll ma hemmx evidenza li turi li l-livell ta' kumpens ġie determinat abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż li impriża tipika, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija b'mezzi sabiex tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti neċessarji ta' servizz pubbliku, kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta' dawn l-obbligi (mhux definiti b'mod korrett — ara l-premessi 86-95). Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li ma jistax jiġi konkluż li l-finanzjament pubbliku inkwistjoni ġie determinat abbażi tal-ispejjeż ta' impriża effiċjenti.

(98)

Konsegwentament, il-miżuri li qed jiġu investigati ma jikkonformawx ma' Altmark 4.

7.1.4.3.   Konklużjoni — eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku selettiv

(99)

Minħabba li l-kundizzjonijiet Altmark 1 u 4 ma ġewx imħarsa, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-erba' kundizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Altmark ma ġewx sodisfatti b'mod kumulattiv fil-każ preżenti. Ladarba lanqas il-prinċipju tal-operatur tal-ekonomija tas-suq ma ġie mħares kif imsemmi fil-premessa 82 hawn fuq, il-miżuri li qed jiġu valutati taw vantaġġ ekonomiku lil min imexxi l-ajruporti.

(100)

Barra minn hekk, dak il-vantaġġ ekonomiku huwa selettiv minħabba li huwa indirizzat lejn ċerti impriżi li jappartjenu għal settur ekonomiku partikolari, jiġifieri l-ajruporti.

7.1.5.    Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri

(101)

Il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti tista' tiġi valutata fid-dawl tal-kriterji tal-linji tal-ajru magħżula, u b'mod partikolari billi jiġu mqabbla fatturi bħat-tip ta' servizzi tal-ajruport provduti u l-klijenti kkonċernati, il-popolazzjoni jew l-attività ekonomika, il-konġestjoni, l-eżistenza ta' aċċess mill-art, u l-livell ta' imposti u kundizzjonijiet kummerċjali globali għall-użu tal-infrastruttura u s-servizzi tal-ajruport (ara l-punt 43 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni).

(102)

Barra minn hekk, l-operaturi tal-ajruport huma f'kompetizzjoni għall-ġestjoni tal-infrastruttura tal-ajruport, inklużi f'ajruporti lokali u reġjonali. Il-finanzjament pubbliku ta' ajruport jista' għalhekk iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-swieq għall-operat tal-infrastruttura tal-ajruporti. Barra minn hekk, il-finanzjament pubbliku lill-ajruporti jista' jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkollu effett fuq il-kummerċ fi swieq tat-trasport bl-ajru madwar l-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-kompetizzjoni intermodali tista' tiġi affettwata wkoll minn finanzjament pubbliku lill-ajruporti (ara l-punt 44 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni).

(103)

Għalhekk, il-miżuri li qed jiġu valutati wasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew tal-anqas heddew li jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u affettwaw il-kummerċ bejn Stati Membri.

7.1.6.    Konklużjoni dwar l-eżistenza tal-għajnuna

(104)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri li qed jiġu valutati jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat għall-dawk l-ajruporti fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

7.2.   TIP TA' GĦAJNUNA: GĦAJNUNA EŻISTENTI JEW ĠDIDA?

(105)

Il-valutazzjoni magħmula skont it-Taqsima 3.2.2 “Tip ta' għajnuna: għajnuna eżistenti jew ġdida” (paragrafi 93 sa 95) tad-deċiżjoni tal-ftuħ dwar jekk l-għajnuna jenħtieġx li tiġi kkunsidrata bħala għajnuna eżistenti jew ġdida skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness V tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija tibqa' valida. Għalhekk, il-miżuri ma jikkwalifikawx bħala għajnuna eżistenti.

7.3.   LEGALITÀ TAL-GĦAJNUNA

(106)

Il-miżuri li qed jiġu investigati ddaħħlu fis-seħħ qabel approvazzjoni formali mill-Kummissjoni. Għalhekk, jikkonstitwixxu għajnuna illegali sakemm ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet rilevanti ta' att tal-Unjoni li jipprevedi eżenzjoni ta' kategorija mill-obbligu tan-notifika stabbilit fl-Artikolu 108 tat-TFUE għal ċerti kategoriji ta' għajnuna. F'dan il-każ, l-uniku att possibbli li seta' potenzjalment jipprovdi eżenzjoni bħal din huwa d-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005.

(107)

Matul l-investigazzjoni, ir-Rumanija sostniet li l-għajnuna lit-tlettax-il ajruport inkwistjoni tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005, li kienet fis-seħħ meta ngħataw il-miżuri inkwistjoni.

(108)

Id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 applikat għal ajruporti:

(a)

li għalihom it-traffiku annwali ma jaqbiżx il-1 000 000 passiġġier;

(b)

b'fatturat annwali qabel it-taxxa ta' anqas minn 100 miljun matul l-ewwel sentejn finanzjarji ta' qabel dik li fiha ġie assenjat is-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, li jirċievu kumpens annwali ta' anqas minn EUR 30 miljun. (30)

(109)

Id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 applikat biss għal għajnuna fil-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi għal servizzi SGEI ġenwini. Sabiex jibbenefika minn din l-eżenzjoni, kumpens għal servizzi pubbliċi għall-operat ta' SGEI jrid jikkonforma wkoll mal-kundizzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 6 tagħha. (31)

(110)

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 jirrikjedi li l-SGEI jiġi inkarigat lill-impriża kkonċernata permezz ta' att uffiċjali wieħed jew aktar, li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, in-natura u l-perjodu ta' validità tal-PSOs, il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens, u l-arranġamenti meħtieġa biex jiġi evitat jew biex jitħallas lura kwalunkwe kumpens żejjed. L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 stabbilixxa li l-ammont ta' kumpens irid jiġi limitat għal dak li hu meħtieġ biex jiġu koperti l-ispejjeż imġarrba fit-twettiq tal-PSOs, filwaqt illi jitqiesu d-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġjonevoli. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 jirrikjedi lill-Istati Membri jwettqu kontrolli regolari biex jiżguraw li l-impriżi ma jkunux qed jirċeivu kumpens li jaqbeż l-ammont determinat skont l-Artikolu 5.

(111)

Kif indikat fit-taqsima 7.1.4.1, ir-Rumanija naqset milli turi li dawk li jmexxu l-ajruporti kienu inkarigati b'PSOs definiti b'mod ċar permezz tal-allegati atti ta' inkarigu li fuqhom kienet tiddependi, jiġifieri d-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997 u d-Deċiżjoni tal-Gvern 523/1998. Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ma ġewx sodisfatti.

(112)

Konsegwentement, l-għajnuna lill-ħdax-il entità li tmexxi l-ajruporti ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta' notifika abbażi tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005.

(113)

Skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE (minn hawn 'il quddiem “id-Deċiżjoni SGEI tal-2011”) (32), kull għajnuna li ngħatat effett qabel id-dħul fis-seħħ tagħha li ma kinitx kompatibbli mas-suq intern u lanqas ma kienet eżentata mir-rekwiżit ta' notifika skont id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 tista' tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżi ta' notifika minn qabel jekk l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fiha. Għal raġunijiet simili għal dawk stabbiliti fit-taqsima 7.1.4.1, l-għajnuna ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011, li huma fil-parti l-kbira tagħhom simili għall-Artikoli 4, 5 u 6 fid-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005. Għalhekk, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta' notifika abbażi tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011.

(114)

Il-miżuri inkwistjoni għaldaqstant jikkonstitwixxu għajnuna mill-Istat illegali.

7.4.   KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA

(115)

Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, l-għajnuna ma tistax tiġi dikjarata kompatibbli mas-suq intern f'konformità mad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 u d-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011. Konsegwentement, il-Kummissjoni se tivvaluta l-kompatibilità tal-miżuri inkwistjoni abbażi tal-kriterji stabbiliti rispettivament fil-Qafas dwar l-SGEI tal-2011 u l-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, li jidhru li huma l-uniċi bażijiet legali possibbli skont liema jista' potenzjalment jiġi konkluż li dawk il-miżuri huma kompatibbli mas-suq intern.

7.4.1.    Kompatibilità skont il-Qafas dwar l-SGEI tal-2011

(116)

L-Artikolu 106(2) tat-Trattat jistabbilixxi li “kull impriża responsabbli sabiex topera servizzi ta' importanza ekonomika ġenerali jew li jkollha l-karattru ta' monopolju fiskali għandha tkun suġġetta għar-regoli tat-Trattati, b'mod partikolari dawk li jirriferu għall-kompetizzjoni, sa fejn l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ma jostakolawx it-twettiq de jure jew de facto tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiżviluppa b'mod kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni.”

(117)

L-Artikolu jipprevedi deroga mill-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat li tinsab fl-Artikolu 107 tat-Trattat sal-punt li l-għajnuna hija neċessarja u proporzjonali biex tiġi żgurata l-prestazzjoni tal-SGEI taħt kundizzjonijiet ekonomiċi aċċettabbli. Skont l-Artikolu 106(3) tat-Trattat hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tassigura l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inkluż, fost l-oħrajn, billi tispeċifika skont liema kundizzjonijiet tikkunsidra li huma sodisfatti l-kriterji tan-neċessità u l-proporzjonalità.

(118)

Qabel il-31 ta' Jannar 2012, il-qafas Komunitarju għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi (minn hawn 'il quddiem “il-Qafas dwar l-SGEI tal-2005”) (33) u d-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 irrappreżentaw il-politika tal-Kummissjoni tal-applikazzjoni tad-deroga tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat.

(119)

Fil-31 ta' Jannar 2012 il-pakkett SGEI l-ġdid, inkluż il-qafas għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi tal-Unjoni Ewropea (2011) (minn hawn 'il quddiem “il-qafas dwar l-SGEI tal-2011”) (34) u “id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011” daħal fis-seħħ.

(120)

Skont il-paragrafu 69 tal-Qafas dwar l-SGEI tal-2011, “il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f'din il-Komunikazzjoni għal għajnuna li ma tkunx skont il-liġi li dwarha tieħu deċiżjoni wara l-31 ta' Jannar 2012 anke jekk l-għajnuna tkun ingħatat qabel din id-data”.

(121)

Paragrafu 16 tal-Qafas dwar l-SGEI tal-2011 jistabbilixxi r-rekwiżiti biex SGEI jiġi kkunsidrat bħala inkarigat b'mod validu. B'mod partikolari l-paragrafu 16(a) u wara jistabbilixxi li l-att ta' inkarigu jrid jiddeskrivi l-kontenut u t-terminu ta' żmien ta' PSOs. Għalhekk, għall-istess raġunijiet diġà msemmija fit-taqsimiet 7.1.4.1 u 7.3 hawn fuq, f'dan il-każ l-għajnuna ma tistax tiġi kkunsidrata kompatibbli taħt il-Qafas dwar l-SGEI tal-2011.

(122)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-miżura tal-għajnuna inkwistjoni ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat.

7.4.2.    Kompatibilità skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni

(123)

Il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni japplikaw għal għajnuna operatorja mogħtija lil ajruporti qabel l-4 ta' April 2014. (35) Il-kundizzjonijiet ta' kompatibilità stabbiliti fil-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni għall-għajnuna operatorja lill-ajruporti jvarjaw skont jekk l-għajnuna ngħatatx qabel jew wara l-4 ta' April 2014, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-linji gwida. (36)

(124)

L-għajnuna operatorja mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, jiġifieri qabel l-4 ta' April 2014, tista' tiġi ddikjarata kompatibbli sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-kontribut għal objettiv definit sew ta' interess komuni: din il-kundizzjoni tiġi sodisfatta jekk fost l-oħrajn l-għajnuna żżid il-mobilità taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni jew tiffaċilta l-iżvilupp reġjonali (37);

(b)

Adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta' politika: l-Istati Membri jridu juru li l-għajnuna hija adegwata biex jinkiseb l-objettiv maħsub jew biex jiġu solvuti l-problemi maħsuba li jiġu indirizzati mill-għajnuna (38);

(c)

Ħtieġa għal intervent mill-Istat: l-għajnuna jenħtieġ li tiġi mmirata lejn sitwazzjonijiet fejn tali għajnuna tista' twassal għal titjib materjali li s-suq innifsu ma jistax iwassal (39);

(d)

Eżistenza ta' efffett ta' inċentiv: din il-kundizzjoni tiġi sodisfatta jekk ikun probabbli li, fin-nuqqas ta' għajnuna operatorja, u filwaqt illi titqies il-preżenza possibbli tal-għajnuna għall-investiment u l-livell tat-traffiku, il-livell ta' attività ekonomika tal-ajruport ikkonċernat jitnaqqas b'mod sinifikanti (40);

(e)

Proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ): sabiex tkun proporzjonata, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti trid tkun limitata għall-minimu meħtieġ biex isseħħ l-attività megħjuna (41);

(f)

Evitar ta' effetti negattivi mhux dovuti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ(42)

7.4.2.1.   Kontribuzzjoni għal objettiv definit sew ta' interess komuni

(125)

Il-miżuri ta' sostenn operatorji mogħtija lill-ajruporti reġjonali tar-Rumanija kellhom l-għan li jippermettu li l-ajruporti jkollhom biżżejjed kapital biex ikomplu joperaw b'mod vijabbli. Skont ir-Rumanija, l-ajruporti reġjonali għandhom rwol strumentali fil-promozzjoni ta' aċċessibilità għal żoni ta' lħuq u l-finanzjament inkwistjoni jtejjeb is-sigurtà, is-sikurezza u l-effiċjenza tal-ajruport, filwaqt li jikkontribbwixxi lejn l-ilħuq ta' objettivi ta' żvilupp reġjonali usa'. Barra minn hekk, l-aktar mod ta' trasport konvenjenti lejn/minn dawk ir-reġjoni huwa l-ivvjaġġar bl-ajru, minbarra servizzi tat-triq/ferrovjarji, li madankollu fir-Rumanija, minħabba l-kundizzjoni fqira tal-infrastruttura, jinvolvu ħinijiet tal-ivvjaġġjar konsiderevolment itwal.

(126)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li fid-dawl tal-prossimità mill-qrib bejn xi wħud mill-ajruporti fl-investigazzjoni, duplikazzjoni possibbli tal-infrastruttura tal-ajruporti tista' timmilita kontra li t-tisjib ta' finanzjament għal dawk l-ajruporti jissodisfa objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni. Għalhekk il-Kummissjoni trid tivvaluta li l-finanzjament ta' dawk l-ajruporti ma jwassalx għad-duplikazzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport fl-istess żona ta' lħuq.

(127)

Il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni jiddefinixxu iż-“żona ta' lħuq ta' ajruport” bħala l-konfini ta' suq ġeografiku, li normalment ikun stabbilit għal madwar 100 kilometru jew madwar 60 minuta ta' vvjaġġar bil-karozza, bix-xarabank, bil-ferrovija jew bil-ferrovija ta' velocità għolja. Id-definizzjoni taż-żona ta' lħuq ta' ajruport partikolari jeħtieġ li tqis l-ispeċifiċitajiet ta' kull ajruport partikolari. Id-daqs u l-forma taż-żona ta' lħuq jiddependu fuq diversi karatteristiċi tal-ajruport, inkluż il-mudell tan-negozju tiegħu, il-lokazzjoni tieġħu u d-destinazzjoni li jservi.

(128)

Kif stabbilit fil-premessa 24 hawn fuq, l-uniċi ajruporti soġġetti għall-valutazzjoni preżenti li għalihom ajruport ieħor huwa preżenti fiż-żona ta' lħuq ta' 100 km jew 60 minuta ta' ħin ta' vvjaġġar bit-triq, bil-ferrovija jew bil-ferrovija ta' veloċità għolja, kif stabbilit fil-punt 25 (12) tal-linji gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni huma Arad, Baia Mare, Satu Mare, Constanța u Oradea. Għall-ajruporti l-oħra kollha, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna kkontribwiet biex tinżamm fi stat ta' operat l-infrastruttura meħtieġa għall-mobilità taċ-ċittadini u l-aċċessibilità tar-reġjuni fejn jinsabu dawk l-ajruporti, minħabba b'mod partikolari l-kwalità ħażina tal-infrastruttura tat-triq u dik ferrovjarja. Għalhekk, għal dawk l-ajruporti, l-għajnuna kkontribwiet għat-twettiq ta' objettiv ta' interess komuni għall-Unjoni. Fir-rigward tal-bqija tal-ajruporti, il-Kummissjoni tinnota dan li ġej.

L-ajruport ta' Arad

(129)

L-ajruport ta' Arad jinsab 50 km biss minnTimișoara, li jammonta għal ħin ta' vvjaġġar bit-triq ta' 40 minuta.

(130)

L-ajrporti ta' Timișoara u Arad kellhom mudelli ta' negozju differenti matul il-perjodu 2007-2009. Timișoara kien ajruport stabbilit sew li jsegwi mudell ta' negozju li huwa differenti b'mod sinifikanti minn dak tal-ajruport ta' Arad. L-ajruport ta' Timișoara offra prinċipalment titjiriet skedati ta' trasportaturi reġjonali u internazzjonali ta' servizzi sħaħ li jgħaqqdu Timișoara ma' għadd ta' bliet Rumeni u Ewropej (43) filwaqt li, kif imsemmi fil-premessi 28 u 31 hawn fuq, il-mudell ta' negozju ta' Arad kien ibbażat fuq traffiku low-cost. Iż-żewġ ajruporti baqgħu joperaw taħt mudelli differenti mill-2009 'il quddiem bi traffiku low-cost imnaqqas drastikament u sussegwentement intemm fl-ajruport ta' Arad (l-ajruport serva biss 8 632 passiġġier fl-2015 u skont informazzjoni pubblikament disponibbli, ma kellu l-ebda traffiku tal-passiġġieri kummerċjali fl-2016) u l-ajruport ta' Timișoara li kien immirat lejn it-traffiku low cost. Il-fatt li l-mudelli ta' negozju tal-ajruporti f'Timișoara u Arad kienu differenti matul il-perjodu li qed jiġi valutat u wara dan il-perjodu huwa indikzzjoni li ż-żewġ ajruporti huma sostituti imperfetti għal xulxin.

(131)

Skont il-punt 85 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, id-duplikazzjoni ta' ajruporti li ma jagħmlux qligħ jew il-ħolqien ta' kapaċità addizzjonali mhux użata ma jikkontribwixxux għal objettiv ta' interess komuni. F'dan ir-rigward, il-Kummmissjoni tinnota li Timișoara kien profitabbli matul il-perjodu li qed jiġi valutat. Barra minn hekk, l-ajruport ta' Timișoara għamel investimenti f'diversi terminali matul 2007 — 2010 biex jespandi l-kapaċità tiegħu u jakkomoda aktar traffiku tal-ajru (eż. estensjoni u modernizzazzjoni tat-terminal tat-titjiriet internazzjonali fl-2007, estensjoni tat-terminal tat-tluq domestiku fil-perjodu 2008 — 2010). L-ajruport ta' Timișoara għalhekk, għalkemm ħafna akbar, kellu jinvesti biex jikber, għalhekk mhuwiex probabbli li mingħajr l-għajnuna għal Arad, Timișoara seta' assorba t-traffiku ta' Arad mingħajr aktar investimenti. Din hija indikazzjoni oħra tal-grad imperfett ta' sostitwibbiltà bejn iż-żewġ ajruporti.

(132)

Fid-dawl tal-argumenti mressqa fil-premessi 130 u 131 hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li filwaqt li l-ajruport ta' Arad jinsab fl-istess żona ta' lħuq bħall-ajruport ta' Timișoara, ma hemmx duplikazzjoni bejn iż-żewġ ajruporti.

(133)

Abbażi ta' dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-għajnuna lill-ajruport ta' Arad ikkontribwiet għall-mobilità taċ-ċittadini u l-aċċessibilità tar-reġjun fejn jinsab u għalhekk serviet objettiv definit tajjeb ta' interess komuni.

L-ajruporti ta' Baia Mare u Satu Mare

(134)

Fir-rigward tal-ajruporti ta' Baia Mare u Satu Mare, dawn jinsabu 76 km minn xulxin u ż-żewġ ajruporti servew l-aktar titjiriet skedati lejn Bukarest operati mit-trasportatur nazzjonali tar-Rumanija, TAROM. Abbażi ta' informazzjoni pubblikament disponibbli, fl-ajruport ta' Baia Mare, matul il-perjodu 2007-2009, TAROM opera diversi titjiriet kull ġimgħa lejn Bukarest, filwaqt li l-Austrian Airlines operaw destinazzjoni waħda (Vjenna) matul il-perjodu April 2008 — Frar 2009 u Blueair serviet tliet destinazzjonijiet Ewropej għal ftit xhur biss (Ottubru sa Diċembru 2009). TAROM opera wkoll diversi titjiriet fil-ġimgħa mill-ajruport ta' Satu Mare għal Bukarest. Madankollu, minħabba l-kundizzjoni ħażina tal-infrastruttura tat-toroq f'dik iż-żona, il-ħin ta' vvjaġġar bejn iż-żewġ ajruporti huwa ta' siegħa (1) u għaxar (10) minuti bit-triq, li jaqbeż il-kriterju tal-ħin ta' vvjaġġar ta' 60 minuta użat biex tiġi delineata ż-żona ta' lħuq ta' ajruport skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.

(135)

Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessi 34 u 35 hawn fuq, kien hemm differenza fid-daqs tal-inġenji tal-ajru li setgħu jiġu operati b'mod regolari fiż-żewġ ajruporti minħabba fid-differenza fl-infrastruttura.

(136)

Għalhekk, fid-dawl tal-argumenti stabbiliti fil-premessi 134 u 135 hawn fuq, filwaqt li ż-żewġ ajruporti jinsabu fi ħdan il-kriterju tad-distanza ta' 100 kilometru użat biex tiġi delineata ż-żona ta' lħuq ta' ajruport skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemmx duplikazzjoni bejniethom.

(137)

Abbażi ta' dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna rċevuta minn kull wieħed miż-żewġ ajruporti kkontribwixxiet għal objettiv definit sew ta' interess komuni permezz taż-żieda fil-mobilità u l-aċċessibilità fiż-żoni fejn jinsabu dawn l-ajruporti.

L-ajruport ta' Constanța

(138)

L-ajruport ta' Constanța jinsab 45 km u ħin ta' vvjaġġar ta' 0h30 mill-ajruport ta' Tuzla. Fl-2007-2009, Constanța offra titjiriet skedati lejn diversi destinazzjonijiet Ewropej u għalhekk kellu mudell ta' negozju differenti meta mqabbel ma' Tuzla li ma offra l-ebda servizzi tal-ajruport għal avjazzjoni kummerċjali u ffoka fuq titjiriet speċjalizzati (eż. għal skopijiet agrikoli, għal skopijiet tar-reklamar, kif ukoll titjiriet ta' divertiment, taħriġ u emerġenza). Konsegwentement, għalkemm l-ajruport ta' Tuzla jinsab fl-istess żona ta' lħuq bħall-ajruport ta' Constanța, ma jistax jitqies bħala “ajruport” fis-sens tal-punt 25(6) tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni u għalhekk ma jistax jitqies bħala d-duplikazzjoni tal-infrastruttura fl-ajruport ta' Constanța.

(139)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna lill-ajruport ta' Constanța kkontribwixxiet għal objettiv definit sew ta' interess komuni billi żiedet il-mobilità u l-aċċessibilità fiż-żona fejn jinsab l-ajruport.

L-arjruport ta' Oradea

(140)

Oradea jinsab 80 km 'il bogħod minn Debrecen (l-Ungerija), iżda l-ħin ta' vvjaġġar huwa ta' mill-anqas siegħa (1) u 30 minuta (minħabba l-ħtieġa li tgħaddi minn fruntiera mhux tax-Schengen).

(141)

Barra minn hekk, matul l-2007-2009 l-ajruporti kellhom mudell ta' negozju differenti bl-ajruport ta' Oradea li opera titjiriet domestiċi minn trasportaturi reġjonali u nazzjonali ta' servizzi sħaħ u l-ajruport ta' Debrecen li ffoka f'dak iż-żmien fuq titjiriet charter (bi traffiku low cost li żviluppa biss fis-snin riċenti). Din hija indikazzjoni li ż-żewġ ajruporti fil-perjodu li qed jiġi valutat kienu sostituti imperfetti għal xulxin. Għalhekk, filwaqt li ż-żewġ ajruporti jinsabu fi ħdan il-kriterju tad-distanza ta' 100 kilometru użat biex tiġi delineata ż-żona ta' lħuq ta' ajruport skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemmx duplikazzjoni bejniethom.

(142)

Abbażi ta' dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna lill-ajruport ta' Oradea kkontribwiet għal objettiv definit sew ta' interess komuni permezz ta' żieda fil-mobilità u l-aċċessibilità fiż-żona fejn jinsab l-ajruport.

7.4.2.2.   Il-ħtieġa għal intervent mill-Istat, l-adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta' politika, l-eżistenza ta' effett ta' inċentiv, il-proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna

(143)

Fir-rigward tan-neċessità tal-għajnuna, il-punt 116 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni jirrikjedi li l-għajnuna operatorja ġġib magħha titjib materjali li s-suq innifsu ma jistax iġib. Skont il-punt 120 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, l-Istati Membri jridu juru li l-għajnuna hija adegwata biex jinkiseb l-objettiv maħsub jew biex jiġu solvuti l-problemi maħsuba biex jiġu indirizzati mill-għajnuna. Dan huwa l-każ jekk, mingħajr l-għajnuna inkwistjoni, probabbilment l-ajruporti tar-Rumanija inkistjoni kien ikollhom joħorġu mis-suq, u dan kien iċaħħad lir-reġjuni tar-Rumanija minn infrastruttura tat-trasport li għandha rwol sinifikanti fl-aċċessibilità u l-iżvilupp tagħhom, jew inaqqas l-attività tagħhom sa grad sinifikanti. Skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, ajruporti iżgħar jista' jkollhom diffikultajiet fl-iżgurar tal-finanzjament tal-operazzjoni tagħhom mingħajr finanzjament pubbliku. Skont il-punt 118 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, ajruporti bi traffiku tal-passiġġieri annwali taħt il-200 000 passiġġier fis-sena jistgħu ma jkunux jistgħ jkopru l-ispejjeż operatorji tagħhom fil-parti l-kbira tagħhom. F'dan is-sens, il-Kummissjoni tinnota li t-traffiku fil-ħdax-il ajruport soġġetti għal din il-valutazzjoni kien taħt il-200 000 passiġġier fil-perjodu 2007-2009.

(144)

Skont il-punt 124 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, l-għajnuna operatorja għandha effett ta' inċentiv jekk ikun probabbli li, fl-assenza tal-għajnuna operatorja, u filwaqt li tiġi kkunsidrata l-preżenza possibbli tal-għajnuna għall-investimenti u l-livell tat-traffiku, il-livell tal-attività ekonomika tal-ajruport ikkonċernat jitnaqqas b'mod sinifikanti. Fil-każ preżenti, mingħajr l-għajnuna, l-attività tal-benefiċjarji kienet tonqos b'mod sinifikanti jekk mhux tispiċċa għalkollox minħabba telf mhux kopert. Skont il-punt 125 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, sabiex tkun proporzjonata, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti trid tkun limitata għall-minimu meħtieġ sabiex l-attività megħjuna sseħħ. Il-miżuri li qed jiġu investigati kienu limitati għall-minimu meħtieġ biex jiġi kkumpensat it-telf u biex l-ajruporti jkunu jistgħu joperaw b'mod vijabbli.

(145)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna operatorja kollha kienet meħtieġa u limitata għall-minimu meħtieġ biex isseħħ l-attività megħjuna.

7.4.2.3.   Evitar ta' effetti negattivi mhux dovuti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

(146)

Kif stabbilit fil-premessa 24 hawn fuq, l-uniċi ajruporti soġġetti għall-valutazzjoni preżenti li għalihom ajruport ieħor huwa preżenti fi ħdan 100 km jew ħin ta' vvjaġġar ta' 60 minuta bit-triq, bil-ferrovija jew bil-ferrovija ta' veloċità għolja huma Arad, Baia Mare, Satu Mare, Constanța u Oradea. Kif spjegat fil-premessa 128 hawn fuq, għall-ajruporti l-oħra kollha, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna kkontribwiet biex tinżamm fi stat ta' operat l-infrastruttura meħtieġa għall-mobilità taċ-ċittadini u l-aċċessibilità tar-reġjuni fejn jinsabu dawk l-ajruporti, minħabba b'mod partikolari l-kwalità ħażina tal-infrastruttura tat-triq u dik ferrovjarja. Għalhekk, għal dawk l-ajruporti, l-għajnuna kkontribwiet għat-twettiq ta' objettiv ta' interess komuni għall-Unjoni u ma rriżultatx f'distorsjonijiet mhux dovuti tal-kompetizzjoni. Fir-rigward tal-bqija tal-ajruporti, il-Kummissjoni tinnota dan li ġej.

L-ajruport ta' Arad

(147)

Il-Kummissjoni tinnota li fil-perjodu li qed jiġi vvalutat, l-ajruport ta' Arad kellu traffiku limitat ħafna, kemm f'termini assoluti kif ukoll meta mqabbel mal-ajruport ta' Timișoara (li jinsab f'distanza ta' 50 km u ħin ta' vvjaġġar ta' 40 minuta). In-numru ta' passiġġieri kull sena fl-ajruport ta' Arad varja bejn 67 183 u 128 835 fil-perjodu li qed jiġi valutat, filwaqt li fl-ajruport ta' Timișoara t-traffiku varja bejn 859 329 sa 991 758 passiġġier kull sena. It-traffiku fl-ajruport ta' Arad irrappreżenta biss 7,8 % tat-traffiku fl-ajruport ta' Timișoara fl-2007, 14,5 % fl-2008 u 8,8 % fl-2009. L-impatt kompetittiv tal-għajnuna rċevuta mill-ajruport ta' Arad fuq l-ajruport ta' Timișoara kien limitat ħafna fid-dawl tad-differenza fil-livell tat-traffiku bejn iż-żewġ ajruporti (44). B'mod aktar ġenerali, l-effetti kompetittivi globali tal-għajnuna kienu neċessarjament modesti fid-dawl tal-ammont żgħir ta' traffiku fl-ajruport. Barra minn hekk, l-evoluzzjoni tat-traffiku fiż-żewġ ajruporti ma tidhirx li hija korrelatata. It-traffiku fl-ajruport ta' Arad żdied minn 67 183 passiġġier fl-2007 għal 128 835 fl-2008 u naqas għal xi 88 147 passiġġier fl-2009 filwaqt li l-ajruport ta' Timișoara żied it-traffiku tiegħu b'mod stabbli (minn 859 329 passiġġier fl-2007 għal 886 083 passiġġier fl-2008 u 991 758 passiġġier fl-2009) (45). Dan in-nuqqas ta' korrelazzjoni jissuġġerixxi li ż-żewġ ajruporti servew ħtiġijiet u segmenti tas-suq differenti u ma kinux sempliċement qed jiddupplikaw lil xulxin.

(148)

Barra minn hekk, minħabba li l-ajruport ta' Timișoara kien profitabbli bejn l-2007 u l-2009 u għamel investiment biex tiżdied il-kapaċità tiegħu, mhuwiex probabbli l-effett tal-għajnuna għall-ajruport ta' Arad kellu impatt materjali fuq l-operazzjonijiet tal-ajruport ta' Timișoara

(149)

Fid-dawl ta' dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni b'riżultat tal-għajnuna kienu limitati u m'għamlux tajjeb għall-kontribuzzjoni tal-għajnuna għall-mobilità u l-aċċessibilità.

L-ajruporti ta' Baia Mare u Satu Mare

(150)

Minħabba l-livell tat-traffiku estremament baxx taż-żewġ ajruporti fil-perjodu li qed jiġi valutat (minn 15 334 passiġġier fl-2007 għal 24 983 passiġġier fl-2009 għal Baia Mare u minn 5 883 passiġġier għal 11 101 passiġġier fl-2009 għal Satu Mara) u d-differenza fid-daqs tat-tip ta' inġenji tal-ajru operati kif indikat fil-premessi 34 u 35 hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjonijiet ikkawżati mill-għajnuna kienu limitati ħafna u m'għamlux tajjeb għall-kontribuzzjoni pożittiva tal-għajnuna għall-mobilità u l-aċċessibilità.

L-ajruport ta' Constanța

(151)

Kif spjegat fil-premessa 138 hawn fuq, Constanța li opera traffiku kummerċjali kellu mudell ta' negozju differenti mill-ajruport ta' Tuzla fil-viċin, li ma offra l-ebda servizz tal-ajruport għal avjazzjoni kummerċjali. L-ajruport ta' Tuzla lanqas ma huwa “ajruport” fis-sens tal-punt 25(6) tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni. Barra minn hekk, Constanța kellu traffiku baxx ħafna fil-perjodu li qed jiġi valutat, li jillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li rriżultaw mill-għajnuna li rċieva. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kontribuzzjoni tal-għajnuna rċevuta mill-ajruport ta' Constanța fl-2007 — 2009 għall-mobilita u l-aċċessibilità għamlet tajjeb għal kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni b'riżultat ta' dik l-għajnuna.

L-arjruport ta' Oradea

(152)

Kif spjegat fil-premessi 37 u 140 hawn fuq, Oradea jinsab 80 km 'il bogħod minn Debrecen (l-Ungerija), iżda l-ħin ta' vvjaġġar huwa tal-inqas siegħa (1) u 30 minuta (minħabba li ħtieġa li tgħaddi minn fruntiera li mhijiex tax-Schengen). Barra minn hekk, matul 2007-2009 Oraea kellu traffiku baxx ħafna (anqas minn 40 000 passiġġier) u kellu mudell ta' negozju differenti meta mqabbel mal-ajruport ta' Debrecen (ara l-premessa 141).

(153)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kontribuzzjoni tal-għajnuna rċevuta mill-ajruport ta' Oradea għall-mobilità u l-aċċessibbiltà għamlet tajjeb għal kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni b'riżultat ta' dik l-għajnuna.

7.4.3.    Konklużjoni dwar il-kompatibilità tal-għajnuna

(154)

Abbażi tal-valutazzjoni t'hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mogħtija fl-2007 — 2009 lill-ajruporti tar-Rumanija f'Arad, Bacău, Baia Mare, Craiova, Iași, Oradea, Satu — Mare, Sibiu, Suceava, Tulcea u Constanța fil-perjodu 2007 — 2009 hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat.

(155)

Din il-valutazzjoni hija għalkollox mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni potenzjali fil-futur mill-Kummissjoni ta' kwalunkwe għajnuna potenzjali mogħtija li dawk l-ajruporti wara l-4 ta' April 2014, peress li kwalunkwe għajnuna bħal din tkun trid tiġi valutata bi kriterji li jvarjaw minn dawk applikabbli għall-miżuri inkwistjoni (46).

8.   KONKLUŻJONI

(156)

Il-finanzjament mogħti mill-awtoritajiet pubbliċi Rumeni bejn l-2007 — 2009 lill-ajruporti li jinsabu f'Arad, Bacău, Baia Mare, Craiova, Iași, Oradea, Satu — Mare, Sibiu, Suceava, Tulcea u Constanța jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali li hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE.

(157)

Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa 69, l-investigazzjoni għall-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruport ta' Cluj-Napoca u l-ajruport ta' Târgu Mureș bejn l-2007 — 2009 tibqa' miftuħa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-finanzjament pubbliku li r-Rumanija pprovdiet fil-perjodu 2007 — 2009 għall-ajruporti tar-Rumanija f'Arad, Bacău, Baia Mare, Craiova, Iași, Oradea, Satu Mare, Sibiu, Suceava, Tulcea u Constanța, li tammonta għal 490 401,3 elef RON, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-għanjuna mill-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU C 207, 13.7.2011, p. 3.

(2)  Ajruporti tal-“kategorija D”, jiġifieri ajruporti bi traffiku ta' anqas minn miljun (1) passiġġier, kif definit mil-linji gwida tal-2005 dwar il-finanzjament ta' ajruporti u għajnuna tal-bidu lil linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1).

(3)  Il-proċedura ta' investigazzjoni formali tikkonċerna kemm l-iskema notifikata għal finanzjament pubbliku biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-infrastruttura f'ajruporti reġjonali żgħar, kif ukoll il-finanzjament pubbliku biex jiġi kopert telf operattiv mogħti lil ċerti ajruporti.

(4)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(5)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).

(6)   ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3.

(7)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 2

(8)  Għajnuna mill-Istat — ir-Rumanija — Għajnuna mill-Istat SA.31662 (11/C) (ex CP 237/10) — Ajruport Internazzjonali ta' Timișoara — Wizz Air — Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE (ĠU C 270, 13.9.2011, p. 11).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Gvern 523/1998 tipprevedi li (i) l-ispejjeż kapitali relatati ma' assi proprji jiġu ffinanzjati minn riżorsi proprji, krediti u sorsi oħra; (ii) l-ispejjeż relatati mal-ħolqien ta' assi pubbliċi ġodda kif ukoll l-estensjoni u l-modernizzazzjoni ta' assi pubbliċi eżistenti jiġu koperti mill-baġit tal-Istat; (iii) il-finanzjament tal-investimenti tal-ajruport approvati mill-Gvern sad-data tal-ħolqien tal-entità ġuridika l-ġdida jkunu żgurati mir-riżorsi proprji supplimentati mill-finanzjament pubbliku; (iv) obbligi ta' pagamenti għal investimenti relatati ma' assi privati mhux dovuti sal-istabbiliment tal-entità ġuridika l-ġdida jkunu koperti mir-riżorsi proprji supplimentati mill-finanzjament pubbliku; (v) obbligi ta' pagamenti relatati mal-ħolqien ta' assi pubbliċi ġodda jew il-modernizzazzjoni ta' dawk eżistenti sal-istabbiliment tal-entità ġuridika l-ġdida jkunu koperti mill-baġit tal-Istat.

(10)  L-ajruport infetaħ biss f'Jannar.

(11)  Ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2015.

(12)  L-ittri tar-Rumanija tad-19 ta' Marzu 2015 u tal-24 ta' Ġunju 2016.

(13)  B'paragun Embraer ERJ 135 ER għandu 37 post bilqiegħda u MTOW ta' 19 000 kg.

(14)  Kawża SA. 32963 (2012/NN) (ex 2011/CP) ir-RumanijaGħajnuna mill-Istat lil Wizz Air u lill-Ajruport ta' ClujNapoca (ĠU C 104, 18.3.2016, p. 77).

(15)  Kawża SA. 33769 (2015/NN) (ex-2011/CP) — ir-RumanijaAllegata għajnuna lill-Ajruport Târgu-Mureș tat-Transilvania, Wizz Air, Ryanair u linji tal-ajru oħrajn (ĠU C 104, 18.3.2016, p. 45).

(16)  Sentenza tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg C-280/00EU:C:2003:415, paragrafu 93. Ara wkoll l-analiżi fil-premessa 84-85 tad-deċiżjoni preżenti.

(17)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 8.

(18)  Sentenza tat-23 ta' April 1991, Höfner u Elser/Macrotron C-41/90 ĠU:C:1991:161, paragrafu 21; Sentenza tas-17 ta' Frar 1993, Poucet u Pistre/AGF u Cancava C-160/91ĠU:C:1993:63, paragrafu 17; Sentenza tat-18 ta' Ġunju 1998, il-Kummissjoni/l-Italja C-35/96, ĠU:C:1998:303, paragrafu 36.

(19)  Sentenza tad-19 ta' Jannar 1994, SAT Fluggesellschaft/Eurocontrol C-364/92, ĠU:C:1994:7

(20)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 309/2002 tad-19 ta' Marzu 2003, Sigurtà fl-avjazzjoni — kumpens għall-ispejjeż imġarrba wara l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 (ĠU C 148, 25.6.2003, p. 7).

(21)  Ara, b'mod partikolari, is-Sentenza tad-19 ta' Jannar 1994, SAT Fluggesellschaft/Eurocontrol C-364/92, ĠU:C:1994:7, paragrafu 30 u s-Sentenza tas-26 ta' Marzu 2009, Selex Sistemi Integrati/il-Kummissjoni C-113/07 P, ĠU:C:2009:191, paragrafu 71.

(22)  Ara s-Sentenza tat-3 ta' Marzu 2005, Heiser C-172/03, ĠU:C:2005:130, paragrafu 36, u l-ġurisprudenza msemmija.

(23)  Sentenza tal-Qorti tal-14 ta' Ottubru 1987, Repubblika Federali tal-Ġermanja v il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, C-248/84, ĠU:C:1987:437u s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Mejju 2011, kawżi konġunti Région Nord-Pas-de-Calais, T-267/08) ĠU:T:2011:209 u Communauté d'agglomération du Douaisis v il-Kummissjoni Ewropea T-279/08, ĠU:T:2011:209, paragrafu 108.

(24)  Sentenza ta' 24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, ĠU:C:2003:415.

(25)  Paragrafu 47 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4).

(26)  Sentenza tal-Qorti tas-27 ta' Marzu 1974, Belgische Radio en Televisie v SV SABAM u NV Fonior, C-127/73, ĠU:C:1974:6 f'paragrafi 19-20; Sentenza tal-11 ta' April 1989, Ahmed Saeed Flugreisen u Silver Line Reisebüro GmbH v Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V,C-66/86, ĠU:C:1989:140 at paragrafi 55-57; Sentenza tat-2 ta' Marzu 1983, Gesellschaft zur Verwertung von Leistungsschutzrechten mbH (GVL) v il-Kummissjoni, C-7/82, ĠU:C:1983:52; Sentenza tal-Qorti tal-14 ta' Lulju 1981 Gerhard Züchner v Bayerische Vereinsbank AG, C-172/80, ĠU:C:1981:178.

(27)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Servizzi ta' Interess Ġenerali fl-Ewropa (il-Komunikazzjoni dwar l-SGEI tal-2001) (ĠU C 17, 19.1.2001, p. 4).

(28)  Sentenza tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, ĠU:C:2003:415, paragrafu 87; Sentenza tas-7 ta' Novembru 2012, CBI v il-Kummissjoni, T-137/10, għadha ma ġietx rapportata, paragrafi 97 u 98.

(29)   ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4.

(30)  l-Artikolu 2(1)(a) tagħha.

(31)  Ara l-Artikolu 10 tagħha għad-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 u b'mod partikolari d-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4 (c), (d) u (e) u l-Artikolu 6, tagħha.

(32)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).

(33)   ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4.

(34)   ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15.

(35)  Punt 172 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.

(36)  Punt 137 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.

(37)  Punti 137 u 113 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.

(38)  Punti 137 u 120 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.

(39)  Punti 137 u 116 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.

(40)  Punti 137 u 124 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.

(41)  Punti 137 u 125 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.

(42)  Punti 137 u 131 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.

(43)  It-trasportatur low cost Wizz Air ma bediex l-operazzjonijiet tiegħu mill-ajruport ta' Timisoara qabel tmiem l-2008.

(44)  Fil-kawża SA 33961 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur Nîmes-Uzès-Le Vigan il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija, Veolia Transport Aéroport de Nîmes, Ryanair Limited u Airport Marketing Services Limited (ĠU L 113, 27.4.2016, p. 32), il-Kummissjoni sabet li l-impatt kompetittiv tal-għajnuna lill-ajruport ta' Nîmes fuq l-ajruport ta' Montpellier fil-viċin instab ukoll, fost l-oħrajn, li huwa limitat minħabba d-differenza fit-traffiku bejn iż-żewġ ajruporti minħabba li t-traffiku f'Nîmes kien sitt darbiet aktar baxx minn dak ta' Montpellier.

(45)  In-nuqqas ta' korrelazzjoni tal-evoluzzjoni tat-traffiku tal-ajruporti tal-viċinat kien ukoll kriterju użat fil-kawża SA.22614 (C 53/07) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta' Pau-Béarn, Ryanair, Airport Marketing Services u Transavia (ĠU L 201, 30.7.2015, p. 109), biex tiġi argumentata l-kompatibilità tal-għajnuna għall-ajruport ta' Pau.

(46)  B'mod partikolari għal għajnuna mogħtija wara April 2014, il-punt 115 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni jipprevedi li hemm ħtieġa li tiġi pprovata l-kapaċità ta' ajruport li ma jagħmilx qligħ biex tinkiseb il-kopertura sħiħa tal-ispiża operatorja fl-aħħar tal-perjodu tranżitorju (ara l-paragrafi 128 sa 130 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni) u l-punt 132 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jistabbilixxi l-ħtieġa li l-Istati Membri jipprovaw li l-ajruporti kollha fiż-żona ta' lħuq se jkunu jistgħu jiksbu kopertura sħiħa tal-ispiża operatorja fl-aħħar tal-perjodu tranżitorju.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/58


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 469/15/COL

tal-4 ta' Novembru 2015

biex tagħlaq l-investigazzjoni formali fl-allegata għajnuna mill-Istat lil Innovation Norway għall-attivitajiet tagħha fi ħdan is-suq tal-infrastruttura tal-web u servizzi relatati, kif ukoll għajnuna possibbli favur il-Bordijiet Reġjonali għat-Turisti u l-Organizzazzjonijiet ta' Ġestjoni tad-Destinazzjoni (In-Norveġja) [2017/1150]

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), b'mod partikolari l-Artikolu 61(1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b'mod partikolari l-Artikolu 24,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“il-Protokoll 3”), b'mod partikolari l-Artikoli 7(2) u 13(1) tal-Parti II,

WARA LI talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet, u wara li qieset il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   FATTI

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ittra datata l-5 ta' Lulju 2013, (1) tellUs IT AS (iktar tard ingħaqdet ma' “New Mind”, (2) u għalhekk imsejħa bħala “New Mind | tellUs” jew “l-Ilmentatur”), għamlet ilment dwar għajnuna mill-Istat lill-Awtorità dwar l-attivitajiet ekonomiċi ta' Innovasjon Norge (“Innovation Norway” jew “IN”) fis-suq tal-infrastruttura tal-web u servizzi relatati, fi ħdan is-settur tat-turiżmu. L-Awtorità rċeviet u rreġistrat l-ilment fit-8 ta' Lulju 2013.

(2)

Wara eżaminazzjoni preliminari tal-ilment, fis-16 ta' Lulju 2014, l-Awtorità ddeċidiet li tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 billi adottat id-Deċiżjoni Nru 300/14/COL (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”). (3) Permezz ta' din id-deċiżjoni, l-Awtorità stiednet lill-awtoritajiet Norveġiżi u lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(3)

Permezz ta' ittra datata l-1 ta' Settembru 2014, (4) l-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew kummenti għad-deċiżjoni tal-ftuħ. Fit-30 ta' Settembru 2014, l-Awtorità ltaqgħet mal-awtoritajiet Norveġiżi u mal-IN. F'din l-okkażjoni, l-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew informazzjoni u kjarifiki ġodda dwar is-sottomissjoni tagħhom datata l-1 ta' Settembru 2014. L-Awtorità staqsiet ukoll lill-IN mistoqsijiet oħra li twieġbu permezz ta' ittra elettronika datata s-17 ta' Ottubru 2014. (5)

(4)

Permezz ta' ittra elettronika tad-9 ta' Ottubru 2014, (6) l-Awtorità rċeviet kummenti minn parti interessata waħda, l-Ilmentatur. Permezz ta' ittra tal-10 ta' Ottubru 2014, (7) l-Awtorità ressqithom lill-awtoritajiet Norveġiżi. L-Awtorità kellha konferenza telefonika mal-IN fis-27 ta' Ottubru 2014 u fil-5 ta' Novembru 2014.

(5)

Permezz ta' ittra datata l-24 ta' Novembru 2014, (8) l-awtoritajiet Norveġiżi ressqu l-kummenti tagħhom dwar l-osservazzjonijiet tal-Ilmentatur u iktar informazzjoni dwar il-każ.

(6)

Wara dan, l-Awtorità rċeviet informazzjoni addizzjonali dwar il-każ mill-Ilmentatur u mill-IN. (9) L-informazzjoni rċevuta mill-Ilmentatur intbagħtet lill-awtoritajiet Norveġiżi.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

(7)

Din id-deċiżjoni tikkonċerna l-attivitajiet tal-IN fi ħdan is-settur tat-turiżmu.

(8)

L-IN hija kumpanija pubblika, li għandha l-mandat li tappoġġja l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-intrapriżi u l-industrija tan-Norveġja. L-IN tappoġġja l-industrija nazzjonali tat-turiżmu. L-IN stabbiliet u timmaniġġja s-sit web visitnorway.com, l-iktar sit web Norveġiż tat-turiżmu li jżuruh nies. (10)

(9)

Permezz ta' visitnorway.com, l-IN tipprovdi servizzi lill-Bordijiet Reġjonali għat-Turisti (“RTBs”) (11) u lill-Organizzazzjonijiet ta' Ġestjoni tad-Destinazzjoni (“DMOs”). (12) L-RTBs u d-DMOs huma entitajiet lokali/reġjonali li jippromwovu t-turiżmu fiż-żoni ġeografiċi rispettivi tagħhom.

(10)

Dawn is-servizzi jinkludu (i) infrastruttura tal-web u servizzi relatati u (ii) l-kummerċjalizzazzjoni u l-promozzjoni tas-servizzi fis-settur tat-turiżmu. (13)

(11)

L-Ilmentatur u d-deċiżjoni tal-ftuħ jirreferu għall-possibbiltà ta' miżuri ta' għajnuna mill-Istat rigward l-infrastruttura tal-web u servizzi relatati. B'mod speċifiku, l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni tal-ftuħ jirreferi għal tliet miżuri possibbli ta' għajnuna mill-Istat.

(12)

L-ewwel allegata miżura ta' għajnuna mill-Istat tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat favur l-IN permezz tal-profitti msemmija meta jipprovdu infrastruttura tal-web u servizzi relatati mal-RTBs u d-DMOs.

(13)

It-tieni miżura hija l-allegat nuqqas tas-separazzjoni kontabilistika u metodoloġija trasparenti tal-allokazzjoni tal-kostijiet li tissepara l-attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi tal-IN. B'mod partikolari, kwistjoni rilevanti hija jekk il-provvista ta' infrastruttura tal-web u servizzi relatati mill-IN hijiex kontrosussidjata bil-fondi pubbliċi rċevuti biex jitwettaq servizz mhux ekonomiku, jiġifieri l-promozzjoni ġenerali tan-Norveġja bħala destinazzjoni turistika.

(14)

It-tielet allegata miżura ta' għajnuna mill-Istat tikkonċerna għajnuna mill-Istat favur l-RTBs u d-DMOs, fil-forma li l-prezzijiet mitluba għall-infrastruttura tal-web u servizzi relatati mhumiex suffiċjenti biex joħolqu redditu raġonevoli għall-IN fuq l-investimenti tagħha.

2.1.   BENEFIĊJARJI TAL-ALLEGATA GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(15)

L-IN twaqqfet fl-2003 mill-Gvern Norveġiż permezz tal-Att dwar Innovation Norway (14) (“l-Att dwar l-IN”). L-Istat għandu 51 % tal-kumpanija, u l-kontej għandhom d-49 % l-oħra. (15)

(16)

Il-kumpanija twaqqfet bl-iskop li tkun l-istrument tal-Gvern Norveġiż biex jippromwovi l-iżvilupp tan-negozju li jiġġenera valur fil-pajjiż kollu. (16) L-IN tamministra u timplimenta diversi skemi ta' għajnuna min-Norveġja. L-IN tappoġġja s-settur nazzjonali tat-turiżmu. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi: “L-IN hija fost l-oħrajn fdata bil-kompitu li toffri servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni tal-web biex tilħaq il-popolazzjoni internazzjonali u nazzjonali fuq is-sit web uffiċjali visitnorway.com”. (17)

(17)

Il-promozzjoni lokali u reġjonali tat-turiżmu hija żgurata mill-RTBs u d-DMOs. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi, (18) fin-Norveġja hemm madwar 300 organizzazzjoni reġjonali u lokali għat-turiżmu, jiġifieri RTBs u DMOs. L-għan ewlieni tagħhom huwa li jirranġaw l-attivitajiet tat-turiżmu u joffru informazzjoni dwar it-turiżmu. Il-fokus tal-RTBs huwa fuq il-kummerċjalizzazzjoni tar-reġjun internazzjonalment, filwaqt li d-DMOs jaħdmu kemm fuq livell internazzjonali kif ukoll nazzjonali biex jikkummerċjalizzaw destinazzjonijiet speċifiċi. (19) B'mod ġenerali, l-azzjonisti tagħhom huma kemm kumpaniji pubbliċi, kif ukoll privati. (20) L-RTBs huma b'mod ġenerali organizzati bħala kumpaniji b'responsabbiltà limitata, li l-ishma tagħhom huma propjetà tal-awtoritajiet tal-kontej u tar-rappreżentanti tal-industrija tat-turiżmu. Id-DMOs huma lokali u l-istruttura azzjonista tagħhom tvarja. Madankollu, b'mod ġenerali huma propjetà tal-awtoritajiet lokali u tan-negozji lokali tat-turiżmu.

(18)

L-RTBs u d-DMOs ma jfittxux li jkabbru l-profitt għas-sidien tagħhom. L-objettiv tagħhom huwa pjuttost li jistimulaw l-attività ekonomika tas-settur tat-turiżmu fiż-żoni ġeografiċi rispettivi tagħhom. (21)

2.2.   L-INFRASTRUTTURA TAL-WEB U SERVIZZI RELATATI

(19)

L-infrastruttura tal-web u servizzi relatati fis-settur tat-turiżmu huma pprovduti permezz ta' “Sistema ta' Ġestjoni tad-Destinazzjoni” (“DMS”). (22)

(20)

Permezz ta' DMS, kumpanija tal-IT toffri servizz fejn il-klijenti tagħha (kumpaniji ta' ġestjoni tad-destinazzjoni (23)) jistgħu jissottomettu u jaġġornaw l-informazzjoni dwar siti turistiċi, lukandi, ristoranti, avvenimenti u informazzjoni simili fl-istess ħin fuq il-paġna web tagħhom stess, u fuq kanali esterni bħal visitnorway.com, Google Maps, kjoskijiet tal-informazzjoni għat-turisti, portali mobbli u gazzetti stampati. L-informazzjoni tintuża mill-pubbliku għall-ibbukkjar jew għal skopijiet oħra.

(21)

DMS tista' tipprovdi funzjonijiet differenti: (i) funzjoni ta' destinatur (jiġifieri l-ħolqien ta' bażi ta' dejta ta' punti ta' interess jew informazzjoni istantanja li tikkonċerna avvenimenti, lukandi, ristoranti, wirjiet tal-arti, eċċ.); (ii) funzjoni ta' distribuzzjoni (jiġifieri l-informazzjoni maħżuna fil-bażi ta' dejta titqassam lill-kanali u lill-pjattaformi differenti); u (iii) funzjoni ta' tfittxija (jiġifieri tintuża fuq is-siti web biex jiġu mfittxija u ppreżentati prodotti tat-turiżmu).

(22)

Illustrazzjoni grafika ta' dawn is-servizzi hija inkluża fil-premessa 43 ta' hawn taħt.

2.3.   IL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI U L-PROMOZZJONI TAS-SERVIZZI FIS-SETTUR TAT-TURIŻMU

(23)

Il-kummerċjalizzazzjoni u l-promozzjoni tas-servizzi jistgħu jirreferu għall-promozzjoni ġenerali ta' żona ġeografika jew għall-promozzjoni ta' negozji speċifiċi.

(24)

Promozzjoni ġenerali timplika li l-viżitaturi jiġu offruti informazzjoni ġenerali tat-turiżmu dwar il-pajsaġġi, it-tradizzjonijiet kulinarji, it-temp eċċ. Promozzjoni tan-negozju speċifiku tirreferi għal kummerċjalizzazzjoni ta' kontenuti speċifiċi (jiġifieri informazzjoni dwar il-lukanda, ir-ristoranti, l-avvenimenti kulturali, eċċ.)

(25)

Barra minn hekk, bil-promozzjoni ta' kontenuti speċifiċi fuq visitnorway.com, jistgħu jiġu identifikati żewġ possibilitajiet differenti, jew l-informazzjoni hija ppubblikata direttament fuq is-sit web (jiġifieri l-informazzjoni hija ospitata fi ħdan is-sit web), jew inkella ħolqa għal sit web estern li jippubblika l-informazzjoni speċifika.

2.4.   L-ATTIVITAJIET TAL-IN FIS-SETTUR TAT-TURIŻMU

(26)

Huwa fl-ambitu tal-mandat tal-IN li tippromwovi l-industrija tat-turiżmu fuq livell nazzjonali. Il-Gvern Norveġiż kien parti kkonċernata attiva fis-settur tat-turiżmu sa mill-1903. (24) Hekk kif indikat fil-premessa 17 ta' hawn fuq, fuq livelli reġjonali u lokali, il-promozzjoni tat-turiżmu titwettaq mill-RTBs u d-DMOs. L-ittri tal-baġit annwali tal-Istat, fil-kapitolu ddedikat għall-IN, jipprovdu struzzjonijiet għall-attivitajiet tal-IN fis-settur tat-turiżmu. (25)

(27)

Fl-2007, l-awtoritajiet Norveġiżi adottaw strateġija nazzjonali għall-industrija tat-turiżmu, li stabbiliet l-objettivi ewlenin tal-Gvern għal dan is-settur. (26) Wieħed minn dawn l-objettivi kien li jissaħħaħ ir-rikonoxximent tan-Norveġja bħala destinazzjoni turistika. F'dan ir-rigward, fl-2007, l-IN żviluppat u ħolqot is-sit web visitnorway.com. Skont l-istrateġija tal-industrija tat-turiżmu “[i]s-sit web iħeġġeġ lill-viżitaturi biex isiefru lejn in-Norveġja u jipprovdi informazzjoni tajba u komprensiva dwar in-Norveġja u dwar dak li l-industrija tat-turiżmu għandha x'toffri” (27)

(28)

Sa mit-twaqqif tas-sit web visitnorway.com, l-IN, minbarra li pprovdiet kontenut ġenerali dwar in-Norveġja (attività mhux ekonomika), offriet ukoll lill-RTBs u d-DMOs, l-abbiltà li jippromwovu l-kontenut tat-turiżmu speċifiku tagħhom (jiġifieri informazzjoni dwar avvenimenti, lukandi, trasport, eċċ.) fuq is-sit web visitnorway.com. L-IN iffirmat ftehimiet standard mal-RTBs u d-DMOs, li permezz tagħhom, il-kontenut speċifiku tat-turiżmu tal-RTBs u d-DMOs huwa ppubblikat fuq visitnorway.com (direttament jew permezz ta' hyperlinks) bil-ħlas ta' miżata annwali għal abbonament ikkalkulata abbażi tal-fatturat annwali tal-RTBs u d-DMOs rispettivi. L-RTBs u d-DMOs storikament kellhom ukoll is-siti web tagħhom stess li fihom jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar iż-żoni ġeografiċi rispettivi tagħhom, kif ukoll jippromwovu prodotti speċifiċi tat-turiżmu, jiġifieri servizzi ekonomiċi f'isem il-partijiet ikkonċernati u s-sidien tagħhom.

(29)

Fl-2012, il-Gvern Norveġiż adotta strateġija ġdida għat-turiżmu bil-għan li jtejjeb l-istruttura nazzjonali tat-turiżmu. (28) L-objettivi tal-istrateġija l-ġdida kienu li trendi l-appoġġ pubbliku għas-settur iktar effiċjenti, tnaqqas in-numru ta' atturi involuti u tiżgura iktar koordinazzjoni bejniethom. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw l-għan tagħhom li jevitaw diversifikazzjoni ta' siti web, li jittrattaw it-turiżmu fin-Norveġja, bi strutturi u preżentazzjonijiet differenti, magni tal-ibbukkjar, lingwi u l-bqija, li huma kollha parzjalment iffinanzjati minn diversi korpi tal-Gvern, kontej u muniċipalitajiet.

(30)

Wara dan, fl-2013, il-Ministeru tal-Kummerċ, tal-Industrija u s-Sajd adotta “struttura ġdida tat-turiżmu” bil-għan li jkun iktar faċli għat-turisti biex jagħżlu n-Norveġja bħala destinazzjoni turistika. (29)

(31)

L-ittra tal-baġit tal-IN tal-2013 (l-“Ittra tal-baġit 2013” (30)) tgħid li: “Innovation Norway għandha tiżgura distribuzzjoni tajba tal-esperjenza tal-ivvjaġġar tan-Norveġja permezz ta' visitnorway.com, u tgħin sabiex tagħmel l-atturi fl-industrija tat-turiżmu […]”. Visitnorway.com ġiet għalhekk identifikata bħala element ewlieni fl-istrateġija tal-promozzjoni tat-turiżmu fin-Norveġja. (31) L-IN intalbet biex tespandi s-sit web u żżid l-appoġġ tagħha fl-industrija tat-turiżmu. L-objettiv kien li toffri servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni fuq l-Internet biex tilħaq kemm l-udjenza nazzjonali kif ukoll internazzjonali fuq is-sit web uffiċjali visitnorway.com. (32).

(32)

Filwaqt li qieset dan l-objettiv, l-IN bdiet proġett imsejjaħ “l-istruttura l-ġdida ta' visitnorway” (l-“istruttura l-ġdida”). (33) L-istruttura l-ġdida offriet lill-RTBs u d-DMOs mhux biss il-kummerċjalizzazzjoni u l-promozzjoni tas-servizzi (kif sar permezz tal-ftehimiet standard, ara l-premessa 28, iżda anki servizzi oħra.

(33)

L-IN għamlet numru ta' bidliet meħtieġa fil-karatteristiċi u l-funzjonijiet fuq il-pjattaforma visitnorway.com, sabiex tibqa' aġġornata mat-teknoloġija u tkun tista' topera l-pjattaforma b'mod effiċjenti matul iż-żmien. Fl-2013, l-IN bdiet toffri xi wħud mill-funzjonijiet tad-DMS (hawnhekk kollettivament definiti bħala “infrastruttura tal-web u servizzi relatati”) lill-RTBs u d-DMOs Norveġiżi, li xtaqu jaqilbu l-kontenut mis-siti web tagħhom stess għal fuq visitnorway.com. Din l-integrazzjoni tal-kontenut fuq il-pjattaforma visitnorway.com hija konformi mal-objettivi stipulati mill-awtoritajiet Norveġiżi fl-istrateġija l-ġdida tagħhom, fost l-oħrajn biex tiġi evitata diversifikazzjoni tas-siti web li jittrattaw it-turiżmu fin-Norveġja (ara l-premessa 29 ta' hawn fuq).

(34)

Konsegwentement, fl-2014, l-RTBs u d-DMOs kollha kienu offruti ftehimiet ta' sħubija primjum bil-possibbiltà li jużaw visitnorway.com bħala l-paġna ewlenija tagħhom minflok li jiżviluppaw jew iżommu l-paġna ewlenija tagħhom. Il-qlib għal visitnorway.com implika t-tmiem tas-siti web tagħhom. Dawn is-servizzi kienu offruti biss lill-RTBs u d-DMOs u mhux lis-suq ġenerali; jiġifieri mhux lill-utenti potenzjali kollha inklużi l-azzjonisti jew l-konsumaturi esterni tal-RTBs u d-DMOs. (34)

(35)

Ladarba jinqalbu, uħud mis-servizzi li l-RTBs u d-DMOs xtraw qabel minn kumpaniji bħall-Ilmentatur, spiċċaw mingħajr skop. B'mod partikolari, il-funzjoni tat-tfittxija kienet tiġi bla skop għall-RTBs u d-DMOs, u l-kuntratti tal-liċenzja ma' kumpaniji bħal New Mind | tellUs kienu normalment jintemmu. Kuntrarjament, funzjonijiet oħrajn bħall-funzjoni ta' destinatur — xorta waħda kienu meħtieġa biex jinħolqu u jinżammu l-punti ta' interess jew informazzjoni istantanja biex jiġu ppubblikati fuq visitnorway.com.

(36)

Minkejja li ġew offruti ftehimiet ta' sħubija primjum lill-RTBs u d-DMOs kollha, mhux kollha kemm huma kienu/huma interessati fis-servizzi l-ġodda, peress li l-qlib għal visitnorway.com implika, fost l-oħrajn, l-aċċettazzjoni tal-kundizzjonijiet editorjali u tar-restrizzjonijiet imposti mill-IN. (35) Għalhekk, xi wħud mill-RTBs u d-DMOs iżommu ftehimiet standard li permezz tagħhom l-IN tipprovdilhom servizzi ta' promozzjoni u kummerċjalizzazzjoni (ara l-premessa 28 ta' hawn fuq).

(37)

Il-proġett tal-“istruttura l-ġdida” tat-turiżmu fi ħdan visitnorway.com (ara l-premessa 32 ta' hawn fuq) inkluda wkoll żewġ proġetti pilota- Alfa u Beta — fl-2013, qabel l-iffirmar tal-ftehimiet ta' sħubija primjum fl-2014 kif deskritt fil-premessa 34 ta' hawn fuq. Dan se jiġi deskritt iktar f'dan li ġej.

Proġett “Pilot Alfa”

(38)

F'Marzu 2013, l-IN nediet proġett bl-isem “Pilot Alfa” flimkien ma' żewġ klijenti pilota — VisitSørlandet u VisitTrondheim. Pilot Alfa jirreferi għall-qlib tas-siti web ta' Visit Sørlandet AS (36) (RTB) u Visit Trondheim AS (37) (DMO) għall-pjattaforma visitnorway.com.

(39)

Iż-żewġ impriżi kienu magħżula bħala parteċipanti tal-proġett pilota u ffirmaw ftehim ta' sħubija primjum mal-IN sabiex jużaw visitnorway.com. Bħala konsegwenza ta' dawk il-ftehimiet, iż-żewġ kumpaniji biddlu l-URL tagħhom (38) għal visitnorway.com u ma baqgħux jużaw il-paġni ewlenin tagħhom. L-informazzjoni disponibbli fuq dawk il-paġni (jiġifieri informazzjoni ġenerali dwar it-turiżmu u kontenut speċifiku dwar it-turiżmu) ġiet ittrasferita għal visitnorway.com.

(40)

Meta ż-żewġ kumpaniji kienu joperaw is-siti web tagħhom, huma kienu klijenti tal-Ilmentatur. Għaldaqstant, huma użaw il-funzjonijiet destinatur ta' tellUs u tfittxija ta' tellUs u ħallsu miżata għal liċenzja lill-Ilmentatur għal dan l-użu. Madankollu, malli biddlu l-URL tagħhom għal visitnorway.com u għalqu s-siti web tagħhom, dawn il-kumpaniji temmew il-kuntratti tagħhom għall-funzjoni tat-tfittxija, peress li, għal raġunijiet tekniċi, il-funzjoni tat-tfittxija tal-IN biss tista' tintuża fuq visitnorway.com (l-unika magna tat-tiftix fuq is-sit web hija dik żviluppata mill-IN u installata fuq il-pjattaforma).

(41)

Iż-żewġ kumpaniji xorta waħda kellhom jagħmlu kuntratt mal-Ilmentatur jew ditta simili għall-funzjoni ta' destinatur. L-IN mhijiex tipprovdi din il-funzjoni. L-Ilmentatur kien ikun il-fornitur uniku tas-servizzi tad-DMS fis-suq Norveġiż. Madankollu, fl-2012-2013, kompetitur internazzjonali, Citybreak, daħal fis-suq joffri l-funzjoni ta' destinatur, jiġifieri jippermetti l-fornituri tat-turiżmu joħolqu bażi ta' dejta tal-punti ta' interess. (39)

(42)

L-RTBs u d-DMOs li qalbu għal visitnorway.com setgħu għalhekk jagħżlu fost il-kumpaniji differenti li joffru l-funzjoni ta' destinatur (New Mind | tellUs jew CityBreak jew kwalunkwe operatur ieħor li jista' jidħol fis-suq), filwaqt li l-konsumaturi li jużaw s-servizzi ta' tfittxija ta' tellUs jistgħu jużaw biss il-funzjonijiet ta' destinatur ta' tellUs. Meta New Mind | tellUs kien l-uniku fornitur tas-servizzi tal-web u tal-infrastruttura, l-RTBs u d-DMOs kollha kellhom jagħmlu kuntratt ma' New Mind | tellUs, kemm għall-funzjoni ta'tfittxija kif ukoll ta' destinatur.

(43)

L-użi tal-funzjonijiet differenti, qabel u wara Pilot Alfa, huma ppreżentati fil-grafika li ġejja:

Image 1
Test ta 'immaġni

Sors: l-Awtorità, abbażi ta' informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi (Dokument Nru 688213).

(44)

Is-servizzi li l-IN kienet qiegħda tipprovdi lill-RTBs u d-DMOs qabel l-implimentazzjoni tal-proġett bl-istruttura l-ġdida (jiġifieri servizzi ta' kummerċ u promozzjoni online fuq is-sit web visitnorway.com), kienu offruti għal miżata kkalkulata abbażi tal-fatturat annwali tagħhom minflok fuq il-prezz tas-suq tas-servizzi miksuba (ara l-premessa 28 ta' hawn fuq). Din is-sistema tal-prezzijiet kienet applikata wkoll taħt Pilot Alfa, mingħajr spejjeż addizzjonali magħmula għas-servizzi addizzjonali pprovduti mill-IN (l-infrastruttura tal-web u servizzi relatati).

(45)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw (40) li r-raġuni għaliex ma żammewx iktar flus għas-servizzi addizzjonali kienet minħabba li s-servizzi l-ġodda kienu qegħdin jiżviluppaw, u li ż-żewġ kumpaniji involuti fil-proġett pilota investew ħafna ħin u sforzi biex jgħinu fl-iżvilupp tal-funzjonijiet il-ġodda tal-IN, u b'hekk jikkumpensaw l-IN billi jipprovdu kummenti siewja u kontribut fuq is-servizzi l-ġodda.

Proġett “Pilot Beta”

(46)

Minn Lulju 2013 sa Novembru 2013, l-IN ħadet l-impenn tal-“Pilot Beta”. Waqt dan il-proġett pilota, l-IN studjat il-mudelli ġodda tan-negozju inkluż il-possibbiltà li tippromwovi l-ftehimiet ġodda ta' sħubija primjum lill-RTBs u d-DMOs kollha.

(47)

Mill-1 ta' Jannar 2014, l-IN offriet ftehimiet ta' sħubija primjum lid-DMOs u l-RTBs interessati kollha fuq bażi mhux diskriminatorja. L-IN introduċiet mudell tal-ipprezzar ġdid għal dawn is-servizzi, li fih, skont l-awtoritajiet Norveġiżi, il-prezz mitlub kellu l-ħsieb li jirrifletti l-kostijiet tas-servizzi pprovduti mill-IN, flimkien ma' profitt raġonevoli. Il-mudell tal-ipprezzar il-ġdid applika wkoll għaż-żewġ proġetti pilota, jiġifieri VisitSørlandet u VisitTrondheim mill-1 ta' Jannar 2014.

(48)

Konsegwentement, kif indikat fil-figura 2 ta' hawn taħt, l-IN offriet żewġ possibilitajiet differenti lill-RTBs u d-DMOs (41): (i) servizzi taħt il-ftehimiet ta' sħubija primjum (42), u (ii) promozzjoni taħt ftehimiet mhux primjum. (43) Irrispettivament mir-relazzjoni tagħha mal-RTBs u d-DMOs, visitnorway.com tippromwovi n-Norveġja bħala destinazzjoni tat-turiżmu, billi tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar il-pajjiż. (44)

(49)

Ftehimiet ta' sħubija primjum kienu ffirmati mill-RTBs u d-DMOs li riedu jaqilbu għal visitnorway.com. Fir-rigward ta' dawk l-RTBs u d-DMOs li ma ridux jaqilbu s-siti web tagħhom għal visitnorway.com (imsieħba mhux primjum), l-IN offriet l-istess servizzi ta' promozzjoni u kummerċjalizzazzjoni bħal qabel, permezz tal-ftehimiet standard.

Figura 2

L-istruttura attwali ta' visitnorway.com

Image 2

CBIS Product database

Tellus Product database

VisitNorway product database

Full Ownership and full rights

Full Ownership and full rights

Standard Presentation OSLO

Standard Presentation Fjord Norge

RTB Fjord Norge

DMO Oslo

Right to edit

Right to edit

New Structure DMO Trondheim

New Structure RTB Sørlandet

NORWAY

POWERED BY NATURE

Generic Marketing

DMO Specific

Generic marketing about Norway, Sørlandet, Trondheim, Oslo and Fjord Norge

Sors: IN

3.   L-ILMENT

(50)

New Mind | tellUs fl-ilment tagħha targumenta li l-attivitajiet ta' promozzjoni tal-IN u l-kompiti tagħha fir-rigward ta' visitnorway.com, bħala portal tat-turiżmu nazzjonali, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali (“SGEI”) f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat taż-ŻEE.

(51)

Madankollu, fl-2013, l-IN daħlet f'suq ġdid, (45) billi toffri servizzi ekonomiċi ġodda għall-RTBs u d-DMOs li tippermettilhom jaqilbu s-siti web tagħhom għal fuq visitnorway.com (jiġifieri l-infrastruttura tal-web u servizzi relatati). New Mind | tellUs tikkunsidra li, dawn is-servizzi mhumiex parti mill-mandat mogħti mill-IN u mhumiex ipprovduti mill-IN f'konformità mal-każistika ta' Altmark (46).

(52)

L-Ilmentatur jenfasizza li filwaqt li tipprovdi servizzi ekonomiċi, l-IN ma għandhiex tirċievi għajnuna mill-Istat. (47)

(53)

B'mod partikolari, l-ilment jirreferi għal erba' forom differenti ta' allegata għajnuna mill-Istat:

a.

in-nuqqas ta' implimentazzjoni ta' separazzjoni tal-kontijiet għall-attivitajiet kummerċjali fi ħdan l-IN,

b.

il-profitti mitlufa minħabba l-orjentazzjoni mingħajr profitt tal-attivitajiet ekonomiċi tal-IN,

c.

l-allegata għajnuna lill-RTBs u d-DMOs, mogħtija mill-IN fil-forma ta' infrastruttura tal-web u servizzi relatati bi prezzijiet iktar baxxi mill-prezz tas-suq, u

d.

l-eżenzjoni ġenerali mit-taxxa fuq l-introjtu mogħtija lill-IN, applikabbli wkoll għall-attivitajiet ekonomiċi tal-IN.

(54)

Finalment, New Mind | tellUs tallega wkoll li l-IN tinkoraġġixxi lill-klijenti tagħha sabiex iwaqqfu l-kuntratti preċedenti tagħhom ma' New Mind | tellUs, billi toffri servizzi tat-traduzzjoni b'xejn lill-RTBs u d-DMOs li jaqilbu għal visitnorway.com(48)

4.   IR-RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(55)

Fis-16 ta' Lulju 2014, l-Awtorità ddeċidiet li tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3.

(56)

Madankollu, l-Awtorità illimitat il-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni formali għal tliet miżuri identifikati mill-Ilmentatur: (i) in-nuqqas ta' implimentazzjoni ta' separazzjoni ta' kontijiet għall-attivitajiet kummerċjali fi ħdan l-IN u n-nuqqas ta' mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kostijiet, (ii) il-profitti mitlufa minħabba l-orjentazzjoni mingħajr profitt tal-attività ekonomika, u (iii) l-allegata għajnuna mogħtija mill-IN lill-RTBs u d-DMOs fil-forma ta' prezzijiet mhux suffiċjenti biex jinkiseb dħul raġonevoli fuq l-investiment, filwaqt li jiġu pprovduti bl-infrastruttura tal-web u servizzi relatati.

(57)

L-eżenzjoni ġenerali mit-taxxa fuq l-introjtu mogħtija lill-IN kienet eskluża mid-deċiżjoni tal-ftuħ. (49) Proċedura eżistenti ta' għajnuna nbdiet b'rabta ma' din il-kwistjoni.

(58)

Rigward il-miżuri li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità kkunsidrat, fuq bażi preliminari, li l-provvista tal-infrastruttura tal-web u servizzi relatati kienet tikkostitwixxi attività ekonomika, li tista' tiġi separata mis-sempliċi promozzjoni tan-Norveġja bħala destinazzjoni tat-turiżmu. Dawn is-servizzi ġodda ġew offruti mill-RTBs u d-DMOs biss mill-1 ta' Jannar 2014. Għaldaqstant, l-Awtorità kkonkludiet li jekk il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, kienu jitqiesu bħala għajnuna ġdida. (50)

(59)

Barra minn hekk, l-Awtorità kienet ukoll tal-fehma li jekk jiġi stabbilit li l-IN ma kinitx qiegħda toffri prezz tas-suq kompetittiv għas-servizzi pprovduti lill-RTBs u d-DMOs, l-eżistenza ta' għajnuna ġdida mill-Istat favur dawn l-entitajiet ma setgħetx tiġi eskluża.

(60)

Finalment, l-Awtorità kellha dubju kemm l-allegati miżuri ta' għajnuna mill-Istat setgħu jitqiesu kompatibbli mal-ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) bħala għajnuna biex jiġu promossi l-attivitajiet tat-turiżmu. (51)

(61)

Filwaqt li jitqiesu dawn il-konklużjonijiet preliminari, l-Awtorità kkunsidrat li ma kellhiex informazzjoni suffiċjenti biex teskludi l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat jew l-inkompatibbiltà tagħha mal-Ftehim taż-ŻEE. Għalhekk inbdiet il-proċedura ta' investigazzjoni formali.

5.   KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI GĦAD-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

(62)

Hija biss New Mind | tellUs, l-Ilmentatur, li ssottomettiet osservazzjonijiet dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ.

(63)

Fuq il-mertu, l-Ilmentatur jenfasizza li l-IN daħlet f'suq li diġà jaħdem sew għall-infrastruttura tal-web u servizzi relatati, li huma servizzi ekonomiċi. Id-dħul f'dan is-suq ma jistax jitqies bħala struzzjoni mill-Istat u jkun ta' kunflitt mal-għan ewlieni tal-IN, li tippromwovi l-intraprenditorija privata.

(64)

New Mind | tellUs qablet mal-konklużjonijiet preliminari tal-Awtorità dwar il-preżenza tar-riżorsi tal-Istat, l-imputabbiltà, is-selettività u d-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni.

(65)

Fuq l-eżistenza ta' vantaġġ, l-Ilmentatur iqis li l-IN kontrosussidjat l-infrastruttura tal-web tagħhom u servizzi relatati. Dan huwa minħabba li fi ħdan l-IN ma hemmx separazzjoni xierqa tal-kontijiet, u peress li l-IN ma tagħmilx profitti meta tipprovdi dawn is-servizzi ekonomiċi lill-RTBs u d-DMOs. L-Ilmentatur insista wkoll li l-IN toffri servizzi ta' traduzzjoni mingħajr ħlas (ara l-premessa 54 ta' hawn fuq).

(66)

Rigward l-allegata għajnuna favur l-RTBs u d-DMOs, l-Ilmentatur jargumenta li l-awtoritajiet Norveġiżi ma infurmawhomx dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ.

(67)

Barra minn hekk, huwa argumenta li waqt il-proġetti pilota, il-klijenti pilota magħżula ma bdewx iħallsu għas-servizzi li ngħataw. Il-mudell tal-ipprezzar introdott iktar tard mill-IN ma jkoprix il-kostijiet rilevanti kollha u lanqas ma jwassal għal profitt raġonevoli. B'mod partikolari, l-IN ma inkludietx fil-kalkulazzjonijiet tagħha l-kostijiet kollha tal-iżvilupp relatati mal-infrastruttura maħluqa għall-istruttura l-ġdida (NOK 18-il miljun), u l-IN mhijiex tikkalkula l-ROI (“redditu fuq l-investiment”). Għalhekk, l-RTBs u d-DMOs jiksbu vantaġġ.

(68)

Rigward il-kompatibbiltà, l-Ilmentatur argumenta li ma hemmx falliment tas-suq fis-suq inkwistjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-IN toffri servizzi ta' traduzzjoni b'xejn jew issussidjati lill-RTBs u d-DMOs, li jaqilbu l-kontenut tagħhom fuq il-pjattaforma visitnorway.com, jikkostitwixxi kundizzjoni ta' rbit bi ksur tar-regoli antitrust, u għalhekk l-allegata għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli.

(69)

Fit-13 ta' Jannar 2015, l-Ilmentatur bagħat kopja tal-ittra tal-Baġit tal-2015 tal-Istat lill-Awtorità. (52) Fl-opinjoni tiegħu, din l-ittra tikkonferma li l-attivitajiet tal-IN fl-infrastruttura tal-web u servizzi relatati ma jaqgħux taħt il-mandat tal-IN, li huwa limitat għall-promozzjoni ġenerali tan-Norveġja bħala destinazzjoni tat-turiżmu.

6.   KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET NORVEĠIŻI GĦAD-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ U GĦALL-KUMMENTI TAL-PARTI TERZA

(70)

L-awtoritajiet Norveġiżi wieġbu għad-deċiżjoni tal-ftuħ (53) billi sostnew li l-miżuri disponibbli ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat, u jekk xi waħda mill-miżuri tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, din it-tip ta' għajnuna trid tiġi kklassifikata bħala għajnuna li diġà teżisti peress li l-promozzjoni tat-turiżmu fin-Norveġja kienet wieħed mill-kompiti tal-predeċessuri tal-IN minn qabel l-iffirmar tal-Ftehim ŻEE.

(71)

Minn naħa oħra, jekk tinstab għajnuna ġdida, din għandha tiġi kkunsidrata kompatibbli mal-Ftehim ŻEE bħala kumpens għal SGEI jew skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE, bħala għajnuna biex tippromwovi s-settur tat-turiżmu.

(72)

L-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li “jekk attività ekonomika tista' tiġi separata mill-kompitu tal-korp tal-pubbliku, il-korp jista' jitqies bħala impriża f'din il-funzjoni. L-attivitajiet kollha, madankollu, għandhom jitqiesu bħala mhux ekonomiċi jekk l-attivitajiet mhumiex possibbli li jiġu separati minn ma' xulxin”. (54) Fuq din il-premessa, l-awtoritajiet Norveġiżi jikkunsidraw li l-Awtorità fehmet il-fatti ħażin, peress li s-servizzi involuti, jiġifieri l-infrastruttura tal-web u servizzi relatati, mhumiex ipprovduti fuq bażi awtonoma, iżda biss bħala parti integrali mis-servizzi offruti permezz ta' visitnorway.com, li f'daqqa għandhom jitqiesu bħala attività mhux ekonomika. L-għoti ta' dawn is-servizzi lill-RTBs u d-DMOs hija parti mill-kompitu tal-IN li tippromwovi n-Norveġja bħala destinazzjoni turistika, li hija parti mill-istrateġija nazzjonali għat-turiżmu biex tippromwovi n-negozju. Konsegwentement, l-infrastruttura tal-web u servizzi relatati ma jistgħux jiġu vvalutati waħedhom iżda biss bħala parti mill-attivitajiet promozzjonali tal-IN.

(73)

Fi kwalunkwe każ, meta l-IN tidħol fi ftehimiet biex tipprovdi servizzi mħallsa, tuża mudell tal-kostijiet bażiċi biex tiżgura li l-kostijiet rilevanti kollha tas-servizzi għall-IN jittieħdu inkunsiderazzjoni. Din il-metodoloġija ġiet ikkodifikata fil-“Linji Gwida għall-ħlasijiet tal-utenti” estratti mill-ittra tal-Baġit tal-2011 tal-IN, (55) u l-IN ilha tapplikaha mill-2011. L-IN użat ukoll din il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet fil-ftehimiet primjum li tippermetti l-IN tkopri l-kostijiet kollha relatati mal-ftehimiet primjum. L-IN inkludiet ukoll fil-baġit u l-prezzijiet tagħha, profitt mhux mistenni ta' [… % sa … %]. L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw ukoll li s-settur tat-turiżmu u, b'mod partikolari, is-suq tas-servizzi tal-infrastruttura tal-web, huwa settur dinamiku ħafna. Konsegwentement, l-IN u visitnorway.com għandhom jadattaw is-servizzi li qegħdin jiġu pprovduti skont l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq.

(74)

Fir-rigward tal-kompatibbiltà, l-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-SGEI. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, jekk is-servizzi vvalutati f'dan il-każ kienu kkunsidrati bħala attivitajiet ekonomiċi u kellha tinstab l-għajnuna, tali għajnuna kellha tiġi vvalutata skont ir-regoli tal-kompatibbiltà tal-SGEI. (56) Hija l-opinjoni tal-awtoritajiet Norveġiżi li l-għoti ta' dawn is-servizzi jissodisfa l-ispirtu tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE. (57)

(75)

L-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw ukoll li l-miżuri involuti għandhom jiġu ddikjarati kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE, bħala għajnuna mill-Istat biex jiġi promoss is-settur tat-turiżmu.

(76)

L-awtoritajiet Norveġiżi jenfasizzaw li l-għoti ta' aċċess lill-RTBs u d-DMOs għall-pjattaforma żied il-kompetizzjoni fis-suq tas-servizzi ta' destinatur downstream. Din għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi bbilanċjat kwalunkwe effett possibbilment negattiv tal-allegata għajnuna. L-awtoritajiet Norveġiżi jispjegaw li, minħabba li visitnorway.com tiġbor l-informazzjoni dwar prodotti tal-ivvjaġġar minn kull kompetitur possibbli, jiġifieri New Mind | tellUs jew Citybreak jew kwalunkwe kumpanija oħra li tista' tidħol fis-suq, il-pressjoni kompetittiva f'dan is-suq żdiedet. Fil-passat, New Mind | tellUs kienet l-unika fornitur fis-suq. Barra minn hekk, l-IN toffri l-pjattaforma lill-RTBs u d-DMOs, li ma jikkompetux mal-impriżi barra mill-fruntieri Norveġiżi.

(77)

L-awtoritajiet Norveġiżi jilmentaw li l-IN toffri servizzi ta' traduzzjoni b'xejn lill-RTBs u d-DMOs li ffirmaw ftehimiet primjum u spjegaw kif l-IN tieħu f'idejha l-ispejjeż tat-traduzzjoni f'xenarji differenti. B'mod ġenerali, l-IN tkopri parti mill-ispejjeż tat-traduzzjoni tal-RTBs u d-DMOs rigward l-informazzjoni ta' interess ġenerali bħala parti mill-kompitu tagħha li tippromwovi n-Norveġja bħala destinazzjoni tat-turiżmu. Madankollu, tkopri biss 50 % tal-ispejjeż tat-traduzzjoni tal-punti speċifiċi ta' interess tal-RTBs u d-DMOs. (58) Din hija r-regola ġenerali għal kull RTB u DMO. Madankollu, rigward l-RTBs u d-DMOs li qalbu għal visitnorway.com (jiġifieri l-imsieħba primjum), l-IN ma tkopri l-ebda spiża tat-traduzzjoni. Fi kliem ieħor, l-imsieħba primjum jitilfu l-faċilitajiet tat-traduzzjoni. Għaldaqstant, kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tal-Ilmentatur, ma hemm l-ebda inċentiv biex jiġi ffirmat ftehim ta' sħubija primjum sabiex jingħata kumpens għall-ispejjeż tat-traduzzjoni.

(78)

Bi tweġiba għall-kummenti tal-Ilmentatur, l-awtoritajiet Norveġiżi jenfasizzaw li l-IN mhijiex f'kompetizzjoni ma' New Mind | tellUs. Huwa minnu li l-għoti tal-aċċess għal visitnorway.com lill-RTBs u d-DMOs wassal biex servizzi offruti qabel minn kumpaniji esterni tal-IT parzjalment spiċċaw, iżda l-IN mhijiex tikkompeti direttament mal-Ilmentatur. Fi kliem ieħor, l-IN mhijiex tieħu post New Mind | tellUs bħala fornitur tal-IT, iżda xi wħud mill-funzjonijiet (bħat-tfittxija ta' TellUs) mhumiex meħtieġa iktar jew mhumiex teknikament fattibbli.

(79)

L-awtoritajiet Norveġiżi ssottomettew ukoll lill-Awtorità evidenza biex juru li l-IN infurmat lill-RTBs u d-DMOs dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ. L-IN bagħtet ittri elettroniċi lill-imsieħba primjum kollha (allegati benefiċjarji ta' għajnuna mill-Istat) u s-sit web tal-IN irrefera wkoll għad-deċiżjoni tal-ftuħ. (59)

(80)

Finalment, bi tweġiba għall-aħħar ittra rċevuta mill-Ilmentatur (60) (ikkwotata fil-premessa 69 ta' hawn fuq), l-awtoritajiet Norveġiżi kkunsidraw li l-kwistjoni indikata minn New Mind | tellUs kienet diġà twieġbet b'mod xieraq. Għaldaqstant, ma kienet meħtieġa l-ebda kjarifika oħra. (61)

II.   VALUTAZZJONI

1.   IL-PREŻENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(81)

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jaqra kif ġej:

“Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-Ftehim, kull għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li twassal biex ixxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mal-funzjonament ta' dan il-Ftehim.”

(82)

Miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jekk tissodisfa erba' kundizzjonijiet. L-ewwel nett, il-miżura trid tkun iffinanzjata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat u trid tkun attribwibbli lill-Istat. It-tieni, il-miżura trid tagħti vantaġġ. It-tielet, il-miżura trid tiffavorixxi impriżi jew attivitajiet ekonomiċi magħżulin. Ir-raba', il-miżura trid tkun responsabbli li taffettwa n-negozju bejn il-Partijiet Kontraenti u responsabbli li xxekkel il-kompetizzjoni fiż-ŻEE.

(83)

Biex tkun preżenti għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet kumulattivi tal-Artikolu 61(1) għandhom jiġu ssodisfati. (62)

1.1.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TA' DIN ID-DEĊIŻJONI

(84)

Id- deċiżjoni tal-ftuħ tirreferi għall-allegata għajnuna mill-Istat favur l-IN kif ukoll favur l-RTBs u d-DMOs. It-tħassib tal-Awtorità, flimkien mal-informazzjoni rċevuta mill-Ilmentatur u l-awtoritajiet Norveġiżi, kien iffukat fuq l-infrastruttura tal-web u servizzi relatati pprovduti mill-IN lill-RTBs u d-DMOs permezz tal-ftehimiet ta' sħubija primjum.

(85)

Madankollu, waqt il-proċedura formali, l-Awtorità kkonkludiet li sabiex tivvaluta l-imġiba tal-IN fl-infrastruttura tal-web u servizzi relatati tas-suq, huwa meħtieġ ukoll li jiġu vvalutati s-servizzi kummerċjali l-oħrajn ipprovduti mill-IN lill-RTBs u d-DMOs, jiġifieri l-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' servizzi b'kontenut speċifiku. Dan huwa minħabba li l-pjan tan-negozju tal-IN rigward l-istruttura l-ġdida jirreferi għaż-żewġ tipi ta' servizzi.

(86)

Konsegwentement, anke jekk servizzi speċifiċi ta' promozzjoni u kummerċjalizzazzjoni ma kinux koperti mid-deċiżjoni tal-ftuħ u mhumiex koperti minn din id-deċiżjoni, l-Awtorità se tirreferi għalihom sal-punt meħtieġ biex tiddeċiedi dwar l-allegati miżuri ta' għajnuna mill-Istat permezz tal-infrastruttura tal-web u servizzi relatati.

1.2.   MIŻURI POSSIBBLI TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT FAVUR L-IN

1.2.1.    Jekk l-IN tistax tiġi kkunsidrata bħala “impriża”

(87)

Skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, sabiex jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat il-miżuri għandhom jiffavorixxu ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti. L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE japplika biss meta l-benefiċjarju tal-għajnuna hija impriża. Konsegwentement, huwa neċessarju li jiġi eżaminat jekk l-IN tikkwalifikax bħala impriża fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

(88)

Impriżi huma entitajiet involuti f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom u l-mod li bih huma ffinanzjati. (63) Attivitajiet ekonomiċi huma dawk li joffru prodotti jew servizzi f'suq. (64) L-entitajiet kollha li huma legalment distinti mill-Istat u li jwettqu attivitajiet ekonomiċi huma kkunsidrati bħala “impriżi”. L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jkopri l-impriżi pubbliċi u privati kollha. (65)

(89)

Jekk entità twettaq attivitajiet ekonomiċi, għandha tiġi kkunsidrata bħala impriża b'rabta ma' dawk is-servizzi speċifiċi waħedhom, mingħajr referenza għall-mod li bih l-attivitajiet l-oħrajn tagħha għandhom jiġu klassifikati. (66)

(90)

L-awtoritajiet Norveġiżi sostnew li l-provvista tal-infrastruttura tal-web u servizzi relatati ma tistax tiġi definita bħala attività ekonomika. Fl-opinjoni tagħhom, dawk is-servizzi mhumiex separabbli mis-servizzi offruti lill-RTBs u d-DMOs biex jippromwovu n-Norveġja bħala destinazzjoni turistika permezz ta' visitnorway.com. Peress li l-iżvilupp u l-ġestjoni ta' din il-pjattaforma jirrispondu għall-objettiv li n-Norveġja tiġi promossa bħala destinazzjoni turistika u dan il-kompitu ġenerali ma jistax jiġi definit bħala attività ekonomika, lanqas is-servizzi tal-IT taħt skrutinju f'dan il-każ ma jistgħu jiġu definiti b'dan il-mod.

(91)

L-Awtorità ssostni l-konklużjoni opposta, billi tikkonferma l-opinjoni preliminari tagħha espressa fid-deċiżjoni tal-ftuħ.

(92)

L-Awtorità tinnota, l-ewwel nett, li l-ittra tal-baġit tal-2013 (67) tippermetti lill-IN tipprovdi attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi, peress li nstabet differenza rigward il-finanzjament ta' dawk l-attivitajiet: l-attivitajiet ekonomiċi għandhom ikunu pprovduti fuq it-termini tas-suq u għalhekk iffinanzjati mill-klijenti. Konsegwentement, teżisti l-possibbiltà legali għall-IN biex tipprovdi servizzi ekonomiċi u mhux ekonomiċi fl-istess ħin.

(93)

It-tieni nett, l-Awtorità tikkunsidra li l-fatt li l-IN, f'ċerti okkażjonijiet, taġixxi bħala strument tal-Istat biex tiżgura promozzjoni ġenerali tan-Norveġja u f'dan ir-rigward ma tipprovdix servizzi jew prodotti fis-suq, mhijiex raġuni suffiċjenti biex jiġi konkluż li l-IN mhijiex toffri servizzi ekonomiċi oħrajn fis-settur tat-turiżmu.

(94)

It-tielet nett, l-Awtorità targumenta li l-promozzjoni tan-Norveġja bħala destinazzjoni turistika mhijiex attività ekonomika. Madankollu, fuq il-pjattaforma, l-IN toffri tipi differenti ta' servizzi. L-IN toffri kontenut ġenerali ta' kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni rigward in-Norveġja, jiġifieri informazzjoni ġenerali dwar l-iljieli mdawla, it-temp, il-karatteristiċi ġeografiċi tal-pajjiż, eċċ., iżda anke kontenut speċifiku tat-turiżmu, jiġifieri l-promozzjoni tal-lukandi, ristoranti, jew negozji oħrajn. Il-kummerċjalizzazzjoni tal-informazzjoni ġenerali dwar in-Norveġja mhijiex attività ekonomika, iżda l-promozzjoni ta' negozji speċifiċi tat-turiżmu tikkostitwixxi attività ekonomika.

(95)

L-Awtorità ma tistax taċċetta l-argument li l-provvista tal-infrastruttura tal-web u servizzi relatati lill-RTBs u d-DMOs ma tikkostitwixxix attività ekonomika għaliex l-għan aħħari huwa li tipprovdi attività mhux ekonomika, jiġifieri promozzjoni ġenerali tan-Norveġja bħala destinazzjoni turistika. Hija l-fehma tal-Awtorità li l-għan tal-awtoritajiet Norveġiżi mhuwiex rilevanti meta jiġi stabbilit jekk l-IN tipprovdix attività ekonomika. L-Awtorità tikkunsidra li l-promozzjoni tan-negozju privat tat-turiżmu jinvolvi attività ekonomika.

(96)

Il-każistika aċċettat f'ċerti każijiet li “ma hemmx bżonn li tifred l-attività tax-xiri tal-oġġetti mill-użu sussegwenti li jsir minnhom biex tiġi determinata n-natura tal-attività tax-xiri, u li n-natura tal-attività tax-xiri għandha tkun determinata skont jekk l-użu sussegwenti tal-oġġetti mixtrija huwiex ikkunsidrat bħala attività ekonomika”. (68) Madankollu, l-Awtorità tfakkar li l-benefiċjarji tas-servizzi tal-IT tal-IN, l-RTBs u d-DMOs, qegħdin jużaw ukoll dawn is-servizzi biex iwettqu kemm is-servizzi ekonomiċi, kif ukoll mhux ekonomiċi. L-RTBs u d-DMOs jipprovdu promozzjoni ġenerali tat-turiżmu taż-żoni ġeografiċi tagħhom rispettivament, iżda anki attivitajiet speċifiċi tat-turiżmu f'isem l-azzjonisti u l-klijenti tagħhom. Għalhekk l-Awtorità tikkonkludi li l-IN tipprovdi servizzi ekonomiċi.

(97)

Ir-raba' nett, l-Awtorità tikkunsidra li, b'mod kuntrarju għall-argument imressaq mill-awtoritajiet Norveġiżi, ara l-premessa 90 ta' hawn fuq, sabiex tippromwovi n-Norveġja bħala destinazzjoni turistika, mhuwiex neċessarju li jiġu pprovduti wkoll infrastruttura tal-web u servizzi relatati. Fil-fatt, sal-2013, l-IN kienet tippromwovi t-turiżmu fin-Norveġja b'suċċess, minkejja l-fatt li ilha toffri servizzi tal-web permezz ta' ftehimiet ta' sħubija primjum minn din id-data biss. L-Awtorità tenfasizza li l-awtoritajiet Norveġiżi ma pprovdewx evidenza biex jikkonkludu li sakemm is-servizzi tal-web imsemmija huma offruti permezz ta' visitnorway.com, l-isforzi tal-IN biex jippromwovu t-turiżmu fil-pajjiż se jkunu ineffiċjenti. Għaldaqstant, l-Awtorità ma taċċettax li sabiex tiġi promossa n-Norveġja bħala destinazzjoni turistika huwa neċessarju li jkunu pprovduti wkoll l-infrastruttura tal-web u servizzi relatati. Għalhekk, l-Awtorità tonqos milli tara li s-servizzi huma inseparabbli.

(98)

Il-ħames nett, l-Awtorità tfakkar li fid-definizzjoni ta' servizz bħala wieħed ekonomiku, fattur sinifikanti huwa jekk teżistix kompetizzjoni fis-suq inkwistjoni, jiġifieri jekk hemmx entitajiet oħrajn li joffru prodotti u servizzi sostitwibbli jew identiċi. (69) L-infrastruttura tal-web u servizzi relatati huma pprovduti wkoll minn operaturi privati, bħall-Ilmentatur, u għalhekk l-Awtorità tikkonkludi li din il-kundizzjoni hija ssodisfata f'dan il-każ.

(99)

Fil-każistika tagħha, il-QtĠ enfasizzat li l-attivitajiet ekonomiċi huma normalment offruti bi ħlas. (70) Kemm l-Ilmentatur kif ukoll l-IN jipprovdu servizzi tal-infrastruttura tal-web u servizzi relatati bi ħlas, għalhekk l-Awtorità tikkunsidra din bħala raġuni oħra għaliex dawn is-servizzi għandhom jiġu definiti bħala ekonomiċi.

(100)

Skont il-fehma tal-Awtorità l-konklużjoni tgħodd anke jekk l-IN ma tipprovdix l-infrastruttura tal-web u servizzi relatati bħala servizz għalih waħdu; meta s-siti web tal-RTBs u d-DMOs ikunu integrati f'visitnorway.com, l-RTBs u d-DMOs jirċievu servizzi mill-pjattaforma, li huma kienu jużaw qabel biex jixtru minn operaturi privati bi ħlas. Konsegwentement, mhuwiex rilevanti jekk l-għoti ta' dawn is-servizzi huwiex offrut biss lill-RTBs u d-DMOs u mhux lill-kumpaniji ta' ġestjoni tad-destinazzjoni oħrajn.

(101)

Konsegwentement, l-Awtorità tikkonkludi li l-IN hija impriża fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE meta tipprovdi infrastruttura tal-web u servizzi relatati.

1.2.2.    Vantaġġ ekonomiku

(102)

Kif intqal diġà, l-awtoritajiet Norveġiżi argumentaw li l-provvista tal-infrastruttura tal-web u servizzi relatati għandhom jinftehmu fil-kuntest tal-attivitajiet tal-IN biex jippromwovu t-turiżmu, bħala parti mill-objettiv tan-Norveġja biex inaqqsu n-numru tal-RTBs u d-DMOs u tagħmel l-industrija tat-turiżmu iktar effiċjenti. L-Awtorità tfakkar li l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE ma jagħmilx distinzjoni bejn interventi mill-Istat b'referenza għall-kawżi jew l-għanijiet tagħhom iżda jiddefinihom b'referenza għall-effetti tagħhom. (71) Il-QtĠ iddikjarat li “jirriżulta li l-kunċett tal-għajnuna mill-Istat huwa oġġettiv; it-test ikun jekk il-miżura tal-Istat tagħtix vantaġġ lill-impriża partikolari waħda jew iktar”. (72) Għalhekk, l-iskopijiet tal-istruttura l-ġdida tat-turiżmu Norveġiż mhumiex rilevanti biex jiddeterminaw jekk l-allegati miżuri jinvolvux vantaġġ u għajnuna mill-Istat.

(103)

F'din il-kawża, l-eżistenza ta' vantaġġ jiddependi fuq (i) jekk l-IN kontrosussidjatx l-attivitajiet ekonomiċi tagħha b'fondi pubbliċi rċevuti biex tikkumpensa għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tagħha, u (ii) jekk l-IN irrikjedietx redditu adegwat fuq il-kapital (profitt raġonevoli) għas-servizzi ekonomiċi pprovduti lill-RTBs u d-DMOs.

(104)

Dawn iż-żewġ kwistjonijiet se jiġu vvalutati fiż-żewġ subtaqsimiet li jmiss. Għall-iskop tal-valutazzjoni, l-Awtorità se tiddetermina jekk l-RTBs u d-DMOs ġewx mitluba jħallsu għas-servizzi mixtrija mill-IN bi prezz taħt il-livell li jkun jipprevali fl-istabbiliment ta' suq kompetittiv (jiġifieri nuqqas ta' saħħa fis-suq). L-Awtorità tikkunsidra li indikatur raġonevoli għal-livell kompetittiv bħal dan huwa prezz suffiċjenti biex ikopri l-kostijiet inkrimentali, jiġifieri l-kostijiet varjabbli attribwibbli direttament u kondiviżjoni xierqa tal-kostijiet (fissi) komuni, flimkien ma' qligħ adegwat fuq il-kapital. (73)

1.2.2.1.   Kontrosussidjar tal-infrastruttura tal-web u servizzi relatati

(105)

Meta entità twettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi, għandha tiġi stabbilita sistema kontabilistika tal-kostijiet biex tiżgura li l-attivitajiet ekonomiċi ma jiġux issussidjati permezz ta' riżorsi tal-Istat allokati lill-attivitajiet mhux ekonomiċi ta' dik l-entità. (74)

(106)

Mekkaniżmi tal-allokazzjoni tal-kostijiet oġġettivi u trasparenti għandhom ikunu implimentati biex jiżguraw li r-riżorsi tal-Istat allokati lill-attivitajiet mhux ekonomiċi ta' dik l-entità ma jkoprux kostijiet inkrimentali relatati mal-attivitajiet ekonomiċi. Mingħajr dawn it-tip ta' mekkaniżmi fis-seħħ, l-attivitajiet ekonomiċi jistgħu jiksbu vantaġġi mill-fondi pubbliċi mogħtija lill-attivitajiet mhux ekonomiċi. Barra minn hekk, il-kontijiet interni għandhom jippermettu l-identifikazzjoni tal-kostijiet u d-dħul korrispondenti għas-servizzi differenti. (75)

(107)

Konsegwentement, l-Awtorità se tivverifika jekk l-IN kellhiex fis-seħħ metodoloġija li tippermettilha tissepara l-kostijiet u d-dħul tal-attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi tagħha, bħala mezz biex teskludi r-riskju ta' sussidjar reċiproku bejn l-attivitajiet differenti tal-IN. L-Awtorità se tivvaluta wkoll il-kontijiet tal-IN fir-rigward tas-servizzi ekonomiċi pprovduti lill-RTBs u d-DMOs.

Mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kostijiet

(108)

Kif diġà ntqal, impriża pubblika li twettaq attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi trid timplimenta sistemi u proċeduri kontabilistiċi li jippermettulha talloka l-kostijiet inkrimentali involuti fil-provvista tas-servizzi ekonomiċi lill-kontijiet li fihom attivitajiet ekonomiċi. (76)

(109)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-IN, l-Awtorità kkonkludiet li l-kostijiet komuni huma dawn li ġejjin (i) kostijiet tal-iżvilupp tal-istruttura tal-proġett il-ġdid, (ii) kostijiet operatorji ġenerali, jiġifieri ta' segwitu u ta' amministrazzjoni, appoġġ tal-webmaster, eċċ., u (iii) kostijiet operatorji tekniċi tal-pjattaforma, jiġifieri l-konsulenti tal-IT, miżati annwali tal-liċenzja tas-softwer, manutenzjoni tal-ħardwer u softwer, eċċ. (77)

(110)

L-Awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-kostijiet tal-iżvilupp jirrappreżentaw kostijiet għall-immaniġġjar tal-proġett, l-iżvilupp tal-kunċett, l-iżvilupp u t-titjib tekniku, l-ittestjar u x-xogħol magħmul minn konsulenti biex jippreparaw visitnorway.com għall-proġett strutturali l-ġdid. Fl-2013, l-ispejjeż tal-iżvilupp kienu madwar NOK 18-il miljun. (78)

(111)

Skont it-tweġiba mill-awtoritajiet Norveġiżi għad-deċiżjoni tal-ftuħ, (79) NOK 4 miljun ġew allokati lis-servizzi ekonomiċi pprovduti permezz tal-pjattaforma. Skont l-informazzjoni pprovduta, meta titqies il-kondiviżjoni tal-kostijiet ibbażata fuq it-trasparenza sħiħa bejn il-kummerċjalizzazzjoni ġenerika u l-kummerċjalizzazzjoni speċifika, (80) il-maġġoranza l-kbira tal-ispejjeż tekniċi u operatorji tal-istruttura l-ġdida (madwar 89 %) hija marbuta mal-kummerċjalizzazzjoni ġenerika tan-Norveġja (attività mhux ekonomika). Għalhekk, il-mudell tan-negozju tal-IN inkluda NOK 4 miljun tal-kostijiet tal-iżvilupp bħala kostijiet tal-investiment. L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew informazzjoni li kkonfermat li din hija allokazzjoni raġonevoli tal-kostijiet tal-iżvilupp. B'mod partikolari, l-IN infurmat lill-Awtorità li permezz tal-iskrinjar ta' 15 766 paġna editorjali u 19 000 elenkazzjoni, ġie kkalkulat li 84,3 % taż-żjarat kollha tal-paġni huma ddefiniti bħala kummerċjalizzazzjoni ġenerika u 15,7 % taż-żjarat kollha tal-paġni huma elenkazzjonijiet kummerċjali fil-perjodu mit-23 ta' Marzu 2014 sat-23 ta' Marzu 2015. (81) Għalhekk, l-akbar parti tal-kostijiet tal-iżvilupp għandha tiġi allokata lis-servizzi mhux ekonomiċi tal-pjattaforma.

(112)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta u li ssir referenza għaliha hawn fuq, l-Awtorità tinnota li l-perċentwal tal-kostijiet tal-iżvilupp allokati lis-servizzi ekonomiċi tal-IN huwa iktar minn 20 %, li huwa ikbar mis-sehem attwali tal-kostijiet relatati mal-promozzjoni ta' kontenut speċifiku kif imsemmi hawn fuq. L-Awtorità tikkonkludi għalhekk, li l-allokazzjoni ta' NOK 4 miljun għall-mudell kummerċjali tal-ftehimiet ta' sħubija primjum hija raġonevoli u ġustifikata.

(113)

L-Ilmentatur jargumenta, madankollu, li l-kostijiet tal-iżvilupp għandhom jinkludu wkoll partijiet mill-kostijiet relatati mat-twaqqif tal-pjattaforma nnifisha fl-2007.

(114)

L-IN tikkonferma li dawn il-kostijiet ma ġewx inklużi fil-kalkolu tal-ispejjeż. L-IN targumenta li l-pjattaforma kienet diġà teżisti qabel l-iffirmar tal-ftehimiet primjum, u l-RTBs u d-DMOs kellhom diġà ftehim ta' kooperazzjoni, bil-ħlas ta' miżata tal-imsieħba annwali, li kkontribwiet għat-twaqqif tal-pjattaforma. (82) Barra minn hekk, il-kostijiet tal-bidu ma ġewx inklużi għaliex ma kinux kapitalizzati, (83) kif permess mill-istandards kontabilistiċi Norveġiżi (NRS 19). (84) NRS 19 għandu x'jaqsam mal-ispiża diretta rilevanti u l-kapitalizzazzjoni tal-kostijiet. Skont dan l-istandard, assi intanġibbli, jiġifieri assi mhux monetarji mingħajr sustanza fiżika, li l-kumpanija tuża fil-manifattura jew fil-bejgħ ta' prodotti u servizzi, ma għandhomx bżonn li jiġu kapitalizzati. Skont dawn ir-regoli, fil-każ ta' visitnorway.com, l-ebda kost fost il-kostijiet tal-iżvilupp ma ġie għalhekk kapitalizzat.

(115)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li fl-2015 pjattaforma DMS ġdida bbażata fuq cloud għal visitnorway.com se tkun implimentata. Il-pjattaforma attwali bil-kontenut kollu, rutini, liċenzji tas-softwer eċċ., se tibqa' fis-seħħ sal-aħħar tal-2015 u wara dan se titwaqqaf. It-testi u r-ritratti biss se jitpoġġew fuq il-pjattaforma l-ġdida u l-pjattaforma teknika l-antika mhuwa se jibqgħalha l-ebda valur minħabba l-evoluzzjoni teknika fis-suq. Għalhekk, skont l-IN, ma hemm l-ebda raġuni ekonomika għal kapitalizzazzjoni tal-proġetti tal-IT bħal visitnorway.com.

(116)

L-Awtorità taċċetta dan l-argument peress li l-istandards kontabilistiċi Norveġiżi jippermettu n-nonkapitalizzazzjoni ta' dawn it-tipi ta' kostijiet. L-Awtorità tikkunsidra li sal-punt sa fejn il-kumpaniji kollha fin-Norveġja huma intitolati biex ma jikkapitalizzawx dawn it-tipi ta' kostijiet, anke jekk dan il-fatt jista' jiġi kkunsidrat bħala vantaġġ, mhuwiex selettiv. Il-miżura (il-possibbiltà li l-kostijiet ma jiġux kapitalizzati) hija miftuħa għas-setturi kollha tal-ekonomija, għall-forom kollha tal-kumpaniji u għall-forom kollha tal-produzzjoni. Għaldaqstant, meta jiġġarrbu kostijiet koperti mir-regola tal-NRS 19, il-miżura la tkun tikkostitwixxi vantaġġ selettiv u lanqas għajnuna mill-Istat. (85)

(117)

Rigward il-kostijiet operatorji ġenerali għall-perjodu 2013-2018, metodoloġija tal-kost sħiħ fis-siegħa hija applikata mill-IN biex talloka l-kostijiet differenti. (86) Din il-metodoloġija hija bbażata fuq il-linji gwida kkwotati fil-paragrafu 73 ta' hawn fuq, adottata fl-2011 u applikata minn dakinhar. Skont din il-metodoloġija, il-prezz għas-servizzi huwa bbażat fuq in-numru ta' sigħat iddedikati mill-impjegati sabiex jipprovdu dawn is-servizzi. (87) Il-kostijiet fis-siegħa tal-IN jikkonsistu minn kostijiet diretti tal-persunal għall-persuna li qiegħda twettaq ix-xogħol, u kostijiet ġenerali li huma neċessarji sabiex jiżguraw li l-persuna hija kapaċi tagħmel xogħolha. (88) Kostijiet ġenerali jinkludu l-kera, l-uffiċċju, it-telefonija, l-immaniġġjar u s-servizzi konġunti bħall-finanzi, IT, HR, eċċ. L-IN iżżid il-kost tagħha fis-siegħa bi 3 % kull sena mill-2014 'il quddiem sabiex tiżgura li l-kostijiet kollha jibqgħu jiġu koperti. (89)

(118)

Bl-applikazzjoni ta' din il-metodoloġija, l-IN tiżgura li l-proġetti differenti huma ffinanzjati mir-remunerazzjoni tal-klijenti individwali, li tkopri l-kostijiet li ntefqu mill-IN billi tipprovdihom bis-servizz.

(119)

Għaldaqstant, skont il-fehma tal-Awtorità, tal-inqas f'dan il-każ, din hija metodoloġija suffiċjenti għall-allokazzjoni tal-ispejjeż komuni.

(120)

L-Awtorità tosserva li waqt l-istudju pilota (2012-2013), il-kost fis-siegħa assenjat lill-kontijiet taż-żewġ studji pilota kien inqas mir-rata fis-siegħa tal-kost standard sħiħ stabbilit mill-IN. (90) Madankollu, din il-miżata mnaqqsa kull siegħa kienet ikkumpensata billi tqis il-ħin iddedikat mill-RTBs u d-DMOs biex jipprovdu kontenut, rispons u assistenza biex jiżviluppaw l-istruttura l-ġdida. (91)

(121)

Rigward l-allokazzjoni tal-kostijiet tekniċi, l-IN tuża metodoloġija bbażata fuq il-“kost għal kull żjara ta' paġna”. (92) Skont din il-metodoloġija, l-IN tikkalkula l-kost għal kull żjara ta' paġna fuq il-pjattaforma u wara tikkalkula s-sehem tal-kostijiet tekniċi li għandhom jitħallsu mill-RTBs/DMOs abbażi tas-sehem attwali tagħhom ta' żjarat ta' paġni. Hija l-fehma tal-Awtorità li din il-metodoloġija tippermetti lill-IN talloka b'mod adegwat l-ispejjeż bejn il-kummerċjalizzazzjoni ġenerika u s-servizzi kummerċjali. Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-IN jipprevedi li jinżamm ħlas għas-servizzi ekonomiċi pprovduti lill-RTBs u d-DMOs skont din il-metodoloġija sal-2018.

(122)

Għaldaqstant, l-Awtorità hija tal-fehma li hemm fis-seħħ mekkaniżmu oġġettiv u trasparenti għall-allokazzjoni tal-ispejjeż li jippermetti li l-IN tissalvagwardja li d-dħul mill-attivitajiet ekonomiċi biss jintuża biex jiġu koperti l-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet tagħhom (inklużi kostijiet inkrimentali u sehem adegwat tal-kostijiet komuni).

Separazzjoni tal-kontijiet

(123)

Waqt il-proċedura formali tal-investigazzjoni, l-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew l-Awtorità b'iktar informazzjoni dwar is-sistema kontabilistika fi ħdan l-IN.

(124)

Il-kontijiet annwali tal-IN fihom kontijiet konsolidati għall-kumpanija, inkluż rapport tal-introjtu, karta bilanċjali u noti skont l-Att Norveġiż dwar il-Kontabilità. Dawn il-kontijiet jiġu vverifikati minn awditur estern, approvati mill-assemblea ġenerali tal-IN u ppreżentati fir-reġistru tan-negozju nazzjonali tan-Norveġja. Dawn il-kontijiet konsolidati jistgħu jiġu diżaggregati fi tmien subkontijiet differenti, wieħed għal kull attività/programm imwettqa mill-IN (self, fondi, proġetti eċċ.). Dawn is-subkontijiet għandhom ir-rapport tal-introjtu tagħhom stess kif ukoll kontijiet tal-karta bilanċjali.

(125)

Visitnorway.com hija inkluża fil-kont tal-attivitajiet tal-proġett. Barra minn hekk, l-IN spjegat li kull proġett individwali — bħal visitnorway.com — għandu subkont speċifiku. B'mod partikolari, il-proġetti għandhom numri separati tal-proġetti għall-attivitajiet esterni kummerċjali. (93) B'dan il-mod, huwa żgurat li d-dħul u l-kostijiet tal-attivitajiet kollha tal-IN jistgħu jiġu kklassifikati u allokati kif suppost.

(126)

Visitnorway.com għandha erba' kontijiet li bejniethom l-IN taqsam il-kostijiet u d-dħul kollu relatat mat-tħaddim tal-pjattaforma. (94) L-erba' subkontijiet huma: (i) konsulenti esterni tas-servizzi operattivi esterni (ii) aġġornament u manutenzjoni tal-konsulenti tas-servizzi esterni, (iii) servizzi esterni tal-operazzjoni teknika, u (iv) servizzi esterni tal-istruttura l-ġdida. (95) Il-kostijiet u d-dħul tal-ftehimiet primjum huma kodifikati fil-kont tal-proġett tal-istruttura l-ġdida tas-servizzi esterni. (96)

(127)

Dawn l-erba' subkontijiet tal-proġett fihom l-ispejjeż u d-dħul għall-pjattaforma visitnorway.com kollha kemm hija. Il-kostijiet u d-dħul tas-servizzi ekonomiċi u mhux ekonomiċi huma identifikati b'mod ċar, iżda kodifikati flimkien. L-Awtorità ma sabet l-ebda indikazzjoni li l-ispejjeż u d-dħul ma ġewx identifikati b'mod ċar bħala ekonomiċi jew mhux ekonomiċi. Jista' jiġi għalhekk konkluż, li ma hemm l-ebda separazzjoni formali tal-kontijiet, iżda l-kostijiet u d-dħul tat-tip differenti ta' servizzi xorta waħda jista' jiġi identifikat b'mod ċar.

(128)

Waqt il-proċedura tal-investigazzjoni formali, (97) l-IN impenjat ruħha li żżid it-trasparenza tas-sistema kontabilistika tagħha rigward l-attivitajiet ekonomiċi relatati mas-settur tat-turiżmu u impenjat ruħha li żżomm kontijiet iktar dettaljati mill-1 ta' Jannar 2014.

(129)

Sabiex tiżgura trasparenza addizzjonali fis-sistema kontabilistika attwali tagħha, l-IN sejra tirrevedi l-erba' kontijiet diġà eżistenti fi ħdan il-kont tal-proġett visitnorway.com. Il-kostijiet u d-dħul f'kull wieħed mill-erba' kontijiet se jkomplu jiġu separati bejn attività ekonomika u mhux ekonomika. Konsegwentement, minn Jannar 2014 se tibda ssir separazzjoni formali tal-kontijiet.

(130)

L-Awtorità tikkunsidra li separazzjoni formali u preċiża tal-kont mill-1 ta' Jannar 2014 se tkun suffiċjenti biex tipprevjeni kontrosussidjar ta' servizzi ekonomiċi pprovduti permezz tal-ftehimiet tas-sħubija primjum. L-Awtorità tinnota li qabel l-2014, l-IN ipprovdiet biss servizzi ekonomiċi għall-klijenti tal-proġett pilota, u mill-1 ta' Jannar 2014, l-IN offriet lill-klijenti tal-proġett pilota l-istess prezzijiet bħal dawk applikabbli fil-bqija tal-ftehimiet primjum.

(131)

L-Awtorità tenfasizza l-fatt li l-ħolqien ta' tmien kontijiet huwa effettivament possibbli, jindika li l-kontijiet kurrenti huma diġà trasparenti biżżejjed. L-Awtorità għalhekk tikkunsidra li s-sistema kontabilistika implimentata mill-IN sad-data attwali tippermetti s-separazzjoni tal-kostijiet tas-servizzi ekonomiċi u mhux ekonomiċi bi grad suffiċjenti ta' preċiżjoni, għalkemm ma hemmx separazzjoni formali tal-kontijiet bejn is-servizzi ekonomiċi u mhux ekonomiċi.

(132)

Biex tikkonkludi, l-Awtorità tieħu nota tal-proposta offruta mill-awtoritajiet Norveġiżi u tikkonkludi li s-sistema kontabilistika attwali diġà tippermetti li tidentifika l-kostijiet u d-dħul differenti tas-servizzi ekonomiċi u mhux ekonomiċi pprovduti permezz ta' visitnorway.com u li ma hemm l-ebda evidenza ta' kontrosussidjar mill-attivitajiet mhux ekonomiċi għal dawk ekonomiċi.

1.2.2.2.   L-allegati profitti mitlufa

(133)

Il-kumpaniji pubbliċi għandhom iġibu ruħhom bħala operaturi ekonomiċi ordinarji fis-suq. (98) L-ebda vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE mhuwa jingħata mill-Istat jekk investitur privat huwa mistenni li jaġixxi bl-istess mod, jiġifieri meta kumpanija pubblika taġixxi f'konformità mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq (MEIP). (99)

(134)

Kwalunkwe sid ta' negozju jew investitur normalment jeħtieġ redditu fuq l-investiment tiegħu sabiex jinvesti f'impriża kummerċjali. (100) Aspettattiva ta' profittabilità bħal din, tirrappreżenta kost ta' negozju normali u mistenni għall-impriża. Konsegwentement, l-ebda vantaġġ iffinanzjat minn riżorsi tal-Istat mhuwa involut meta kumpanija pubblika tkopri l-kostijiet (varjabbli u kontribuzzjoni xierqa għall-kostijiet komuni) kif ukoll redditu xieraq fuq l-investiment kapitali. (101)

(135)

L-Awtorità diġà sostniet fil-Linji Gwida tagħha tal-Manifattura li: “[j]ekk intrapriża għandha rata ta' redditu xieraq, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tikkunsidra li din is-sitwazzjoni għandha elementi ta' għajnuna, li għandhom jiġu analizzati fir-rigward tal-Artikolu 61. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-intrapriża pubblika tkun qiegħda effettivament tirċievi l-kapital tagħha b'rata irħas minn dik tas-suq, jiġifieri ekwivalenti għal sussidju”. (102)

(136)

Madankollu, l-Awtorità tfakkar ukoll li skont l-istess Linji Gwida, l-investitur għandu marġni wiesa' ta' diskrezzjoni u “fi ħdan dak il-marġni wiesa' l-eżerċitar tal-ġudizzju mill-investitur ma jistax jitqies bħala wieħed li jinvolvi għajnuna mill-Istat”. Dan ikompli jgħid li “[h]uwa biss fejn ma hemmx raġunijiet oġġettivi li wieħed jistenna li investiment jagħti rata xierqa ta' redditu li tkun aċċettabbli għall-investitur privat f'intrapriża privata paragunabbli li topera taħt kundizzjonijiet tas-suq normali, li hija involuta għajnuna mill-Istat anke meta din tkun iffinanzjata kompletament jew parzjalment mill-fondi pubbliċi” (103)

(137)

Għaldaqstant, l-Awtorità vvalutat il-politika tal-ipprezzar tal-IN rigward is-servizzi ekonomiċi pprovduti taħt il-proġetti pilota kif ukoll taħt il-ftehimiet tas-sħubija primjum permezz tal-pjattaforma visitnorway.com. L-objettiv huwa li tivvaluta jekk il-mudelli tan-negozju tal-IN għas-servizzi pprovduti tal-IT fi ħdan il-qafas tal-istruttura l-ġdida ta' visitnorway.com (jiġifieri ftehimiet tas-sħubija primjum) jinkludux aspettattiva raġonevoli ta' profitt.

(138)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw (104) li l-politika tal-ipprezzar tal-IN tiżgura li l-kostijiet rilevanti kollha huma koperti u profitt raġonevoli miksub mid-dħul tal-attivitajiet ekonomiċi. (105) Anke jekk jikkunsidraw li l-attivitajiet tal-IN f'dan is-settur mhumiex ekonomiċi fin-natura tagħhom, il-ftehimiet kummerċjali huma ddisinjati biex ikopru l-kostijiet kollha kif ukoll biex jiġġeneraw profitt għall-IN.

(139)

Abbażi tal-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet deskritta hawn fuq, ara l-premessi minn 108 sa 122 hawn fuq, l-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw il-mudell tal-ipprezzar li ntuża waqt il-proġetti pilota u l-ftehimiet tas-sħubija primjum, sabiex juru li l-prezzijiet għall-provvista tal-infrastruttura tal-web u servizzi relatati lill-RTBs u d-DMOs huma suffiċjenti biex jiġġeneraw redditu raġonevoli.

(140)

Din il-profittabilità mhijiex imkejla fuq il-pjattaforma visitnorway.com kollha kemm hija, (106) iżda fuq il-profittabilità tal-attivitajiet ekonomiċi (servizzi ekonomiċi pprovduti lill-RTBs u d-DMOs permezz tal-ftehimiet primjum u standard). Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju inizjali tal-IN għall-istruttura l-ġdida inkluda dħul mis-servizzi pprovduti lill-RTBs u d-DMOs taħt iż-żewġ tipi ta' ftehimiet: (i) ftehimiet primjum u (ii) ftehimiet standard.

(141)

Wara valutazzjoni dettaljata tal-informazzjoni pprovduta, ma hemm l-ebda evidenza li l-IN ma tippruvax tikseb profitt raġonevoli mill-ftehimiet kummerċjali, inkluż il-ftehimiet primjum. Għall-kuntrarju, hemm evidenza li, fil-prattika, l-IN mistennija tikseb profitt fuq dawn l-attivitajiet ekonomiċi matul il-perjodu mill-2013 sal-2018. L-IN ipprovdiet każ ta' negozju lill-Awtorità abbażi tal-kostijiet stmati u dħul assoċjat mal-ftehimiet kummerċjali, li juru valur nett preżenti pożittiv, (107) permezz ta' rata ta' skont ta' 7 %. B'mod partikolari, il-mudell tan-negozju tal-IN stima profitt nett ta' bejn [… % u … %]. (108)

(142)

Waqt il-proċedura formali, l-IN spjegat ukoll (109) li qiegħda taqleb għal Sistema ġdida ta' Ġestjoni tad-Destinazzjoni (DMS) ibbażata fuq cloud, fejn għandha […].

(143)

L-Awtorità tinnota li l-paragun bejn l-aġir ta' operatur pubbliku u operatur privat irid isir b'referenza għall-attitudni ta' operatur privat fil-mument tal-investiment jew tal-iżvilupp tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju, “skont l-informazzjoni disponibbli u l-iżviluppi prevedibbli f'dak il-ħin” (110) It-tibdil f'visitnorway.com li seħħ wara li ġie abbozzat il-mudell tan-negozju tal-istruttura l-ġdida għalhekk mhuwiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat. Il-kwistjoni rilevanti hija jekk il-mudell oriġinali tan-negozju kellux l-għan li jikseb profitti mill-għoti tas-servizzi lill-RTBs u d-DMOs.

(144)

Fl-analiżi taż-żewġ proġetti pilota — waqt il-fażi tal-Pilot Alfa — l-awtoritajiet Norveġiżi enfasizzaw li VisitSørlandet u VisitTrondheim ikkontribwew b'mod intensiv biex jiżviluppaw il-mudell u investew ħin sinifikanti fil-proġetti. L-Anness 6 għat-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (111) jipprovdi lista konkreta tat-tipi ta' xogħol żejjed imwettaq fil-proġetti pilota matul l-2013, waqt li kienet qiegħda tiġi ppjanata struttura ġdida għal visitnorway.com. Fost dawn ix-xogħlijiet żejda mwettqa mill-klijenti pilota, l-IN tirreferi għal: (i) l-evalwazzjoni ta' liema kontenut għandu jkompli jkun parti mill-pjattaforma, (ii) l-ippjanar tat-tranżizzjoni tal-ħolqiet minn soluzzjonijiet eżistenti sabiex tiġi ppreservata l-klassifikazzjoni tal-magna tat-tiftix mill-kontenut eżistenti, (iii) il-konfigurazzjoni/evalwazzjoni tal-istruttura bażika, il-paġna ewlenija, is-subpaġni u l-istruttura tal-fowlder għal kontenut li mhuwiex il-paġni tagħhom, eċċ.

(145)

Konsegwentement, il-profittabilità tal-proġetti pilota ma tistax tiġi vvalutata waħedha iżda biss bħala parti minn proġett fit-tul. Il-kwistjoni mhijiex jekk l-IN tiksibx profitti fi żmien qasir mill-proġetti pilota, iżda pjuttost jekk l-istruttura l-ġdida u l-ftehimiet tas-sħubija primjum jiżgurawx profittabilità għal żmien twil. (112) Fil-fatt, proġetti pilota, min-natura tagħhom stess, ma jitwettqux minn kumpaniji pubbliċi jew privati b'aspettattiva ta' profittabilità immedjata, iżda pjuttost biex jiġu vvalutati r-raġunijiet ekonomiċi u tan-negozju tagħhom. (113) Il-każistika taċċetta li ma hemm ebda għajnuna awtomatika mill-Istat kull darba li l-Istat jirrinunzja għad-dħul. Fil-fatt, skont il-prattika tal-QtĠ (114) u tal-Kummissjoni, (115) l-Awtorità tikkunsidra li prezzijiet imnaqqsa ma jimplikawx għajnuna mill-Istat, jekk huma oġġettivament ġustifikati permezz ta' raġunijiet ekonomiċi.

(146)

Barra minn hekk, l-Awtorità tinnota li mill-2014, iż-żewġ klijenti tal-proġett pilota ġew offruti l-istess struttura tal-prezzijiet fil-ftehim tas-sħubija primjum bħall-RTBs u d-DMOs l-oħrajn. (116) Fil-fatt, dan jispjega r-referenza li għamel l-Ilmentatur meta rrefera għal “prezzijiet ogħla” bejn il-ftehimiet primjum antiki u l-ftehimiet primjum ġodda. Tabilħaqq, il-ftehimiet tas-sħubija ffirmati fl-2014 jipprovdu miżati ogħla mill-miżati mitluba waqt il-fażijiet pilota (ara l-premessa 44 ta' hawn fuq). (117)

(147)

Id-dejta mibgħuta lill-Awtorità (118) turi li l-profitt medju previst fil-bidu mill-ftehimiet tas-sħubija primjum għall-perjodu mill-2013 sal-2018 (bejn [… % sa … %].) huwa f'konformità mal-marġni miksub mill-operaturi privati li joffru servizzi tal-web lill-RTBs u d-DMOs. (119)

(148)

Fit-tweġiba tagħha għad-deċiżjoni tal-ftuħ (120), l-IN spjegat li anke jekk ma tafx il-mudell tal-prezzijiet tal-kompetitur tagħha, hija xorta waħda ġabret il-kontijiet annwali disponibbli għall-pubbliku għall-aqwa kumpaniji tal-iżvilupp tal-web li jipprovdu servizzi lill-RTBs u d-DMOs. Skont l-IN, operaturi privati li joffru servizzi tal-web lill-RTBs u d-DMOs għandhom marġni ta' profitt medju ta' […]. (121) Għalhekk, l-IN tibqa' tal-fehma li l-marġni tal-profitt stmat tagħha ta' bejn [… % sa … %] huwa skont il-marġni miksub fis-suq. (122)

(149)

L-Awtorità tfakkar li skont il-każistika, ir-redditu medju tas-settur jista' jintuża bħala indikatur għan-nuqqas ta' għajnuna. (123) Għaldaqstant, l-Awtorità tqis li peress marġni ta' profitt ta' […] % meta tiġi pprovduta infrastruttura tal-web u servizzi relatati jkun aċċettat għal investitur tas-suq, il-mudell tan-negozju tal-IN kien f'konformità mal-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq.

(150)

Finalment, l-IN ipprovdiet ċerta informazzjoni (124) dwar l-argument imressaq mill-Ilmentatur skont liema visitnorway.com għandha valur fiha nnifisha, minħabba l-marka u d-dominju (peress li huwa wieħed mill-iktar pjattaformi li jinżaru fin-Norveġja), li ma ġietx ikkunsidrata. L-Awtorità tifhem li l-argument tal-Ilmentatur huwa li l-marka visitnorway.com għandha valur ekonomiku, l-RTBs u d-DMOs għandhom ukoll iħallsu għall-profitt indirett tal-użu ta' din il-marka.

(151)

L-IN tikkunsidra li dan il-valur huwa negliġibbli. Biex tappoġġja l-konklużjoni tagħha, l-IN impjegat konsulent estern, NetNames, li stima l-valur tad-dominju għal USD 20 000. (125) Il-valur tad-dominju kien ibbażat fuq paragun ma' dominji differenti, iżda paragunabbli. Meta jitqiesu l-kostijiet ta' visitnorway.com, l-espert estern ikkonferma l-konklużjonijiet tal-IN li l-valur tad-dominju huwa negliġibbli. L-Awtorità ma tista' tara l-ebda bażi biex tpoġġi f'dubju din il-konklużjoni.

(152)

Konsegwentement, l-Awtorità tikkunsidra li l-IN aġixxiet b'mod korrett meta ma inkludietx l-użu tal-marka visitnorway.com bħala kost żejjed għall-RTBs u d-DMOs.

(153)

Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-ftehimiet kummerċjali tal-IN, inklużi l-ftehimiet primjum, huma meħuda bl-aspettattiva ta' profittabilità fit-tul u f'konformità mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq (MEIP).

1.2.3.    Konklużjoni

(154)

L-Awtorità tikkonkludi li meta tipprovdi infrastruttura tal-web u servizzi relatati lill-RTBs u d-DMOs, l-IN għandha fis-seħħ mekkaniżmu xieraq ta' allokazzjoni tal-kost u sistema kontabilistika li tippermetti li jiġu identifikati b'mod preċiż il-kostijiet u d-dħul assoċjati ma' dawn is-servizzi.

(155)

Huwa stabbilit ukoll li l-IN ma tilfitx profitti billi offriet dawn is-servizzi. L-IN imxiet f'konformità mal-MEIP.

(156)

L-Awtorità tikkonkludi għaldaqstant li l-IN ma kisbitx għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, meta pprovdiet infrastruttura tal-web u servizzi relatati lill-RTBs u d-DMOs, permezz tal-ftehimiet tas-sħubija primjum.

1.2.4.    L-allegata għajnuna favur l-RTBs u d-DMOs

1.2.5.    Jekk l-RTBs u d-DMO jistgħux jiġu kkunsidrati bħala “impriżi”

(157)

Kif diġà ġie spjegat hawn fuq, ara l-premessa 87, l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE japplika biss meta l-benefiċjarji tal-għajnuna jkunu impriżi.

(158)

Kif diġà ntqal fil-premessa 18 ta' hawn fuq, l-Awtorità tinnota li l-RTBs u d-DMOs mhumiex stabbiliti sabiex iżidu l-profitt għall-entità nnifisha jew għall-azzjonisti tagħha, iżda iktar biex iżidu u jippromwovu l-attivitajiet tan-negozju tal-azzjonisti u tal-klijenti tagħhom.

(159)

L-Awtorità tfakkar madankollu li l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat ma tiddependix fuq jekk l-entità hijiex imwaqqfa biex tiġġenera profitti jew le. Skont il-każistika, entitajiet mhux profittabbli, jistgħu joffru prodotti u servizzi fis-suq ukoll. (126) Fejn dan huwa l-każ, il-fornituri mhux profittabbli jibqgħu jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli ta' għajnuna mill-Istat.

(160)

L-Awtorità tikkunsidra li b'mod simili għall-IN, l-RTBs u d-DMOs jipprovdu servizzi ekonomiċi u mhux ekonomiċi. Il-promozzjoni tas-servizzi speċifiċi tat-turiżmu tikkostitwixxi attività ekonomika, ara l-premessa 28 ta' hawn fuq. Għalhekk, dawn l-entitajiet huma kkunsidrati impriża fir-rigward ta' dawk is-servizzi.

1.2.6.    L-eżistenza ta' vantaġġ favur l-RTBs u d-DMOs

(161)

L-IN uriet li anke jekk hija organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ, il-ftehimiet ta' sħubija primjum jiġu ffirmati b'aspettattivi raġonevoli ta' profittabilità fit-tul. Il-mudell tal-prezzijiet tal-IN jipprevedi redditu ta' [… % sa … %] (ara t-Taqsima 1.2.2.2 ta' hawn fuq). Id-dejta pprovduta mill-IN turi li fil-prattika din il-profittabilità mistennija ntlaħqet ukoll. Id-dejta tindika li l-investiment tal-IN fl-istruttura l-ġdida ta' visitnorway.com iġġenera qligħ fl-2013. Fl-2014 u fl-2015 huwa mistenni qligħ negattiv, iżda qligħ raġonevoli u stabbli huwa previst għall-perjodu 2016-2018. Il-qligħ medju huwa f'konformità ma' dak ta' operatur privat li joffri servizzi tal-web lill-RTBs u d-DMOs. (127)

(162)

Konsegwentement, l-Awtorità tikkonkludi li ma hemmx vantaġġ favur l-RTBs u/jew d-DMOs permezz tal-kisba tal-infrastruttura tal-web u servizzi relatati taħt il-prezz tas-suq.

(163)

Barra minn hekk, għall-kuntrarju tad-dikjarazzjonijiet tal-Ilmentatur, ara l-premessi 54 u 65 ta' hawn fuq, l-Awtorità ġiet riassigurata li l-ebda servizzi ta' traduzzjoni mingħajr ħlas mhuma pprovduti lill-RTBs u DMOs li jaqilbu għall-IN.

(164)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-imsieħba primjum ma jiksbux servizzi ta' traduzzjoni mingħajr ħlas, iżda għall-kuntrarju, l-appoġġ għat-traduzzjoni tagħhom huwa inqas minn dak offrut lill-imsieħba mhux primjum, jiġifieri l-RTBs u DMOs li ma jaqilbux għal visitnorway.com, ara l-premessa 77 ta' hawn fuq.

(165)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-allegata kundizzjoni ta' rbit biex issir sottoskrizzjoni għal ftehimiet primjum ma teżistix.

1.2.7.    Konklużjoni

(166)

Fuq dawn il-premessi, l-Awtorità tqis li l-RTBs u d-DMOs ma rċevewx għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, meta jirċievu infrastruttura tal-web u servizzi relatati mill-IN.

2.   KONKLUŻJONI

(167)

Peress li l-Awtorità issa kkonkludiet li ma hemmx vantaġġ favur l-IN, jew l-RTBs u d-DMOs, mhuwiex meħtieġ li jiġi vvalutat jekk il-bqija tal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE humiex issodisfati.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Innovation Norway ma rċevietx għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE permezz ta' sussidjar reċiproku tal-infrastruttura tal-web u servizzi relatati tagħha fis-settur tat-turiżmu bil-fondi pubbliċi rċevuti biex jikkumpensaw għas-servizzi mhux ekonomiċi tagħha fl-istess settur, jiġifieri l-promozzjoni ġenerali tan-Norveġja bħala destinazzjoni turistika. Innovation Norway kellha mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kostijiet u metodoloġija kontabilistika li jippermettulha tidentifika b'mod xieraq il-kostijiet u d-dħul marbuta mal-infrastruttura tal-web u servizzi relatati tagħha.

2.   Innovation Norway ma kisbitx għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, billi ma għamlitx qligħ meta pprovdiet infrastruttura tal-web u servizzi relatati lill-Bordijiet Reġjonali għat-Turisti u lill-Organizzazzjonijiet ta' Ġestjoni tad-Destinazzjoni.

Artikolu 2

Il-Bordijiet Reġjonali għat-Turisti u l-Organizzazzjonijiet ta' Ġestjoni tad-Destinazzjoni, ma rċevewx għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE billi kisbu infrastruttura tal-web u servizzi relatati bi prezzijiet taħt il-prezz kompetittiv tas-suq.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 4

Il-verżjoni Ingliża biss ta' din id-Deċiżjoni hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Novembru 2015.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Sven Erik SVEDMAN

Il-President

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Dokument Nru 678002 u l-Annessi fid-Dokumenti Nru 678003 sa 678007, 678010 sa 678013 u 678017.

(2)  F'Ottubru 2013, l-ilmentatur oriġinali, tellUs IT AS, ingħaqad mal-kumpanija New Mind li tifforma New Mind | tellUs. Ara www.newmind.co.uk.

(3)  Ippubblikata fil-ĠU C 334, 25.9.2014, p. 8 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 53, 25.9.2014, p. 1.

(4)  Dokument Nru 720775, flimkien ma' 12-il anness (Dokumenti Nru 720776 sa 720788).

(5)  Dokument Nru 726058.

(6)  Dokument Nru 725167.

(7)  Dokument Nru 725174.

(8)  Dokumenti Nru 730559, 730560 u 730561.

(9)  L-Awtorità rċeviet numru ta' ittri elettroniċi mill-Ilmentatur u mill-IN li pprovdew iktar informazzjoni. TellUs bagħtet ittra elettronika datata l-1 ta' Jannar 2015 (id-Dokument Nru 734800). L-IN bagħtet diversi ittri elettroniċi Dokumenti Nru 742759 (ittra datata s-16 ta' Jannar 2015), 744264 (ittra datata l-5 ta' Frar 2015), 753927 (ittra datata l-14 ta' April 2015), 754218 (ittra datata s-17 ta' April 2015), 757843 (ittra datata l-20 ta' Mejju 2015) u 758656 (ittra datata d-29 ta' Mejju 2015) u kellha konferenza telefonika mal-IN fis-16 ta' April 2015.

(10)  B'mod partikolari, visitnorway.com kellu 22,5 miljun viżitatur u 50 miljun żjara lill-paġna fl-2013 u 21,3 miljun viżitatur u 50,3 miljun żjara lill-paġna fl-2014. Ara l-informazzjoni disponibbli fi: http://www.slideshare.net/hanspetteraalmo/new-structure-for-destinations-on-visitnorwayvom u d-Dokument Nru 758656.

(11)  Bin-Norveġiż “ Regionalt selskap ”.

(12)  Bin-Norveġiż “ Destinasjonsselskap ”.

(13)  L-Awtorità se tipprovdi deskrizzjoni ta' dawn is-servizzi fit-Taqsimiet 2.2 u 2.3 ta' hawn taħt.

(14)  LOV-2003-12-19-130 (bin-Norveġiż “Lov om Innovasjon Norge”), disponibbli fuq: http://lovdata.no/dokument/NL/lov/2003-12-19-130?q=lov+om+innovasjon+norge.

(15)  Taqsima 2 tal-Att dwar l-IN.

(16)  Il-kompiti li qiegħda twettaq bħalissal-IN, kienu, b'mod ġenerali, imwettqa mill-erba' organizzazzjonijiet predeċessuri tagħha: il-Fond Norveġiż għall-Industrija u l-Iżvilupp Reġjonali (“SND”), l-Uffiċċju Konsultattiv tal-Gvern għall-Inventuri (“SVO”), il-Kunsill Norveġiż tat-Turisti (“NTC”) u l-Kunsill Norveġiż għall-Esportazzjoni (“NEC”). Bin-Norveġiż: “ Statens nærings- og distriktsutviklingsfond ”, “ Statens Veiledningskontor for Oppfinnere ”, “ Norges Turistråd ” u “ Norges Eksportråd ”. Fl-2004, dawn l-erba' entitajiet ma tkomplewx u ngħaqdu mal-IN.

(17)  L-ittra tal-IN datata t-28 ta' Ottubru 2013 (Dokument Nru 688213).

(18)  L-ittra tal-IN datata t-28 ta' Ottubru 2013 (Dokument Nru 688213).

(19)  Ara “ L-istrateġija tal-Gvern għat-turiżmu. Destinazzjoni Norveġja. Strateġija Nazzjonali għall-industrija tat-turiżmu ”. Il-Ministeru Norveġiż għall-Kummerċ u l-Industrija. L-10 ta' April 2012, paġna 44. Dan id-dokument intbagħat lill-Awtorità bħala Anness 4 (Dokument Nru 688216) tal-ittra tal-IN datata t-28 ta' Ottubru 2013 (Dokument Nru 688213).

(20)   Ibid.

(21)  Pereżempju, il-profil tan-negozju Visit Trondheim AS (RTB) jindika li l-kumpanija ma għandhiex il-ħsieb li tipprovdi benefiċċju ekonomiku dirett lill-azzjonisti (traduzzjoni b'xejn). Bin-Norveġiż: “ Selskapet har ikke som formål å skaffe eierne direkte økonomisk utbytte ” (enfasi miżjuda). Ara l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq ir-Reġistru ta' Koordinazzjoni Ċentrali għall-Entitajiet Legali, li huwa parti mir-Reġistri Brønnøysund. Il-ħolqa hija disponibbli fi: http://w2.brreg.no/enhet/sok/detalj.jsp?orgnr=955715209

Rigward Visit Sørlandet AS (DMO), intqal li l-attivitajiet tal-kumpanija ma għandhomx il-ħsieb li jipprovdu profitti lill-azzjonisti tagħha. Bin-Norveġiż: “ Områdemarkedsføring, profilering og merkevarebygging via tilrettelegging for salg og markedsføring for reiselivet på Sørlandet. Selskapets virksomhet tar ikke sikte på å skaffe aksjeeierne økonomisk utbytte. Eventuelt overskudd skal benyttes til å fremme selskapets formål. Selskapet kan eie aksjer/andeler i andre selskap ” (enfasi miżjuda). Ara l-profil tan-negozju tal-kumpanija, disponibbli fuq ir-Reġistru ta' Koordinazzjoni Ċentrali għall-Entitajiet Legali, li huwa parti mir-Reġistri Brønnøysund, fi: http://w2.brreg.no/enhet/sok/detalj.jsp?orgnr=993995282

(22)  Definiti bħala “[s]istemi li jikkonsolidaw u jqassmu firxa komprensiva ta' prodotti tat-turiżmu permezz ta' mezzi u pjattaformi varji, li b'mod ġenerali jieħdu ħsieb reġjun speċifiku, u jappoġġjaw l-attivitajiet ta' organizzazzjoni ta' ġestjoni tad-destinazzjoni fi ħdan dak ir-reġjun. Id-DMS jippruvaw jutilizzaw approċċ immirat lejn il-klijenti sabiex jimmaniġġjaw u jikkummerċjalizzaw id-destinazzjoni bħala entità olistika, normalment billi jipprovdu informazzjoni qawwija relatata ma' destinazzjoni, prenotazzjonijiet f'ħin reali, għodda ta' ġestjoni tad-destinazzjoni u jagħtu attenzjoni partikolari biex jappoġġjaw il-fornituri tat-turiżmu żgħar u indipendenti” . Definizzjoni ta' “DMS” disponibbli fi http://www.newmind.co.uk/technology-platform/destination-management-system.

(23)  Il-kunċett ta' kumpaniji ta' ġestjoni tad-destinazzjoni (DMC) huwa t-terminu użat fis-settur tat-turiżmu għal kumpaniji b'servizzi professjonali li joffru għarfien lokali, għarfien espert u riżorsi, li jispeċjalizzaw fid-disinn u fl-implimentazzjoni ta' avvenimenti, attivitajiet, ġiti, trasport, eċċ. B'mod ġenerali, dan it-terminu jirreferi għall-kumpaniji li joffru servizzi professjonali tal-ivvjaġġar għall-kummerċ.

(24)  L-ittra tal-IN datata l-20 ta' Diċembru 2013 (Dokument Nru 694258). L-Assoċjazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu, li kienet il-korp konġunt għall-Istat, il-partijiet ikkonċernati muniċipali u privati fl-industrija tat-turiżmu, ġiet stabbilita fl-1903 u baqgħet għaddejja sal-1984. Minn dak il-punt, l-isforzi fil-kummerċjalizzazzjoni tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu tkomplew mill-fondazzjoni NORTRA, li fl-1999 biddlet isimha għall-NTC. Sa mill-2004, il-kompiti tal-NTC twettqu mill-IN, wara l-fużjoni ta' dawn iż-żewġ entitajiet. Iktar informazzjoni dwar l-entitajiet li tradizzjonalment ġew fdati bil-mandat biex jippromwovu n-Norveġja bħala destinazzjoni għall-vaganzi ġiet ipprovduta wkoll fl-ittra tal-IN datata l-20 ta' Diċembru 2013 (Dokument Nru 694258).

(25)  Statsbudsjettet 2013 — oppdragsbrev Innovasjon Norge Paġna 14. Disponibbli fi: https://www.regjeringen.no/globalassets/upload/nhd/vedlegg/brev/2013_oppdragsbrev_innovasjonnorge.pdf

Statsbudsjettet 2014 — oppdragsbrev Innovasjon Norge. Disponibbli fi: https://www.regjeringen.no/contentassets/ab7b70cc80924f038a26a89417d0eb66/in_oppdragsbrev_2014.pdf

Statsbudsjettet 2015 — oppdragsbrev Innovasjon Norge. Disponibbli fi: http://www.innovasjonnorge.no/PageFiles/2814818/Oppdragsbrev%20KLD%20(2).pdf

(26)  Ara “ L-istrateġija tal-Gvern għat-turiżmu. Esperjenzi siewja. Strateġija Nazzjonali għall-Industrija tat-Turiżmu ”. Il-Ministeru Norveġiż għall-Industrija tat-Turiżmu. It-18 ta' Diċembru 2007. L-Anness 1 (Dokument Nru 688214) tal-ittra tal-IN datata t-28 ta' Ottubru 2013 (Dokument Nru 688213).

(27)   Ibid., subtitolu 7.5. “ Visitnorway.com ”, paġna 68.

(28)  Ara “ L-istrateġija tal-Gvern għat-turiżmu. Destinazzjoni Norveġja. Strateġija Nazzjonali għall-industrija tat-turiżmu ”. Il-Ministeru Norveġiż għall-Kummerċ u l-Industrija. L-10 ta' April 2012. L-Anness 4 (Dokument Nru 688216) għall-ittra tal-IN datata t-28 ta' Ottubru 2013 (Dokument Nru 688213). Disponibbli fi: https://www.regjeringen.no/contentassets/1ce1d6cdcbac47739b3320a66817a2dd/lenke_til_strategien-engelsk.pdf

(29)  Għal iktar informazzjoni, ara l-pjan tal-proġett għal struttura ġdida tat-turiżmu nazzjonali mill-Ministeru tal-Kummerċ, tal-Industrija u tas-Sajd (Verżjoni 1.2 datata l-20 ta' Ġunju 2013): http://www.regjeringen.no/upload/NHD/Temasider/Reiseliv/Riktigprosjektplan.pdf

(30)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 25 ta' hawn fuq.

(31)  L-ittra tal-Baġit tal-2014 tgħid li: “Innovation Norway għandha tkompli tiżviluppa l-portal tat-turiżmu nazzjonali fuq l-Internet visitnorway.com. […]”.

(32)  L-ittra tal-IN datata t-28 ta' Ottubru 2013 (Dokument Nru 688213).

(33)  L-ittra tal-IN datata t-28 ta' Ottubru 2013 (Dokument Nru 688213).

(34)  B'kuntrast mal-bażi ta' dejta tas-servizzi tal-IN, is-soluzzjoni New Mind | tellUs' hija offruta lill-kumpaniji kollha fis-settur tat-turiżmu (mhux biss l-RTBs u d-DMOs) u tiddistribwixxi l-informazzjoni mdaħħla fil-bażi ta' dejta għal numru ta' mezzi tal-midja differenti fl-istess ħin.

(35)  Fit-tweġiba tagħha għad-deċiżjoni tal-ftuħ (Dokument Nru 720775) l-IN spjegat li hija toffri lill-RTBs u d-DMOs kollha l-istess ftehim (hemm mudell tal-ftehim, il-kopja tiegħu ntbagħtet lill-Awtorità). Madankollu, diversi RTBs u DMOs mhumiex interessati li jiffirmaw il-ftehimiet primjum minħabba r-restrizzjonijiet imposti mill-IN. Pereżempju: (i) ħafna DMOs isibu t-tfassil ta' profili tar-reġjun tagħhom fi ħdan il-Qafas komuni u nazzjonali ta' visitnorway.com bħala ta' aljenazzjoni, (ii) l-editur tal-IN jista' jwaqqaf jew jibdel il-kontenut li sieħeb primjum ippubblika fuq il-paġna tiegħu jekk hemm kunflitt ta' interess jew jekk il-kontenut ma jmurx mal-profil ta' visitnorway.com, (iii) jekk DMO tagħlaq is-siti web tagħha stess, titlef l-isem tad-dominju tagħha, eċċ.

(36)  L-RTB ġiet stabbilita bħala intrapriża reġjonali għal Aust-Agder u Vest-Agder fl-2010. Il-kumpanija hija proprjetà tal-awtoritajiet tal-kontea u lokali u ta' xi kumpaniji privati bħal Color Line, Fjord Line, Amusement Park, eċċ. Ara “ l-istrateġija tal-Gvern għat-turiżmu. Destinazzjoni Norveġja. Strateġija nazzjonali għall-industrija tat-turiżmu ”. Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 19. Iktar informazzjoni dwar il-Kumpanija hija pprovduta mir-Reġistru Ċentrali tal-Koordinazzjoni għall-Entitajiet Legali, li huwa parti mir-Reġistri Brønnøysund, fi: http://w2.brreg.no/enhet/sok/detalj.jsp?orgnr=993995282

(37)  Visit Trondheim AS twaqqfet fl-1989 bil-għan li tiżviluppa l-industrija tat-turiżmu ta' Trondheim. L-azzjonisti tagħha huma: Rezidor Hotels Norway AS (12,77 %), Bo-hotell AS (7,34 %), Realinvest AS (6,78 %) u oħrajn (73,11 %).

Skont il-profil tan-negozju tagħha: “ Visit Trondheim hija l-kumpanija tad-destinazzjonijiet tal-ivvjaġġar għall-organizzazzjonijiet, istituzzjonijiet, kumpaniji jew dipartimenti tal-gvern li għandhom interessi marbutin mal-industrija tat-turiżmu f'Trondheim u fir-reġjun ta' Trondheim. L-iżvilupp tad-destinazzjoni tal-ivvjaġġar għandu jsir b'koordinazzjoni mal-komunità, in-negozji u l-iżvilupp tat-turiżmu. Visit Trondheim għandha tiddefinixxi u tipprovdi servizzi ta' ospitar u kummerċjalizzazzjoni tal-profili, kif ukoll il-bejgħ, il-kummerċjalizzazzjoni u l-kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta' Trondheim u r-reġjun ta' Trondheim bħala destinazzjoni għat-turisti, għall-konferenzi, għall-kultura u għall-avvenimenti. Visit Trondheim għandha tiżgura li l-partijiet involuti kollha jkunu qegħdin jimxu fl-istess direzzjoni biex jiżguraw li Trondheim tilħaq il-pożizzjoni mixtieqa bħala destinazzjoni tal-ivvjaġġar kif ukoll l-ambizzjonijiet tagħha fir-rigward tal-attrazzjoni u r-reputazzjoni tagħha. Mhuwiex l-għan tal-kumpanija li tipprovdi lis-sidien tagħha bi qligħ ekonomiku dirett. Wara l-likwidazzjoni tal-kumpanija, kwalunkwe profitt se jmur għall-għan tal-kumpanija ” (traduzzjoni b'xejn). Iktar informazzjoni dwar il-Kumpanija hija pprovduta mir-Reġistru Ċentrali tal-Koordinazzjoni għall-Entitajiet Legali, li huwa parti mir-Reġistri ta' Brønnøysund, fi: http://w2.brreg.no/enhet/sok/detalj.jsp?orgnr=955715209

(38)  URL tfisser Uniform Resource Locator. URL huwa sekwenza ta' test ifformattjat użat mill-brawżers tal-web, klijenti ta' ittri elettroniċi u softwer ieħor biex jidentifika riżorsa tan-netwerk fuq l-Internet.

(39)  L-ittra tal-IN datata t-28 ta' Ottubru 2013 (Dokument Nru 688213).

(40)  It-tieni ittra tal-IN datata t-28 ta' Ottubru 2013 (Dokument Nru 688215). Ara wkoll ir-risposta tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (Dokument Nru 720775).

(41)  Definita bħala “speċifika għad-DMO” fil-figura 2.

(42)  Definita bħala “struttura ġdida” fil-figura 2.

(43)  Definita bħala “preżentazzjoni standard” fil-figura 2.

(44)  Definita bħala “kummerċjalizzazzjoni ġenerika” fil-figura 2.

(45)  Skont l-Ilmentatur: “sal-lum, l-offerta ta' servizzi tal-infrastruttura tal-pjattaforma tal-IT lill-industrija tat-turiżmu ma kinitx parti mill-attivitajiet tal-IN”. Ilment (Dokument Nru 678002), p. 8.

(46)  Skont il-Qorti fis-sentenza tagħha Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, EU:C:2003:415, il-kumpens tas-servizzi li jissodisfa l-erba' kriterji stabbiliti fil-paragrafi 89-93 tas-sentenza ma jinvolvix għajnuna mill-Istat.

(47)  Għal iktar dettalji dwar l-ilment, jekk jogħġbok ara d-deċiżjoni tal-ftuħ imsemmija fil-premessa 2 ta' hawn fuq.

(48)  Ittra elettronika datata l-15 ta' Novembru 2013 (Dokument Nru 690346).

(49)  Għal iktar dettalji, ara l-premessi 61 u 62 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(50)  Għal iktar dettalji, ara l-premessi minn 115 sa 126 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(51)  Għal iktar informazzjoni dwar ir-raġunament tal-Awtorità fuq il-kompatibbiltà, ara l-premessi minn 129 sa 137 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(52)  Informazzjoni addizzjonali mill-Ilmentatur (ittra elettronika mill-Ilmentatur datata t-13 ta' Jannar 2015 (Dokument Nru 734800)).

(53)  It-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (Dokument Nru 720775).

(54)   Ibid.

(55)  L-awtoritajiet Norveġiżi bagħtu lill-Awtorità bħala l-Anness 2 għat-tweġiba tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ (Dokument Nru 720777) traduzzjoni bl-Ingliż tad-dokument “ Review of the allocation for business development and administration in IN ” (“ Rieżami tal-allokazzjoni għall-iżvilupp tan-negozju u amministrazzjoni tal-IN ”) (Kapitolu 2421, punt 70). Il-mudell tal-kostijiet huwa bbażat fuq in-numru ta' sigħat meħuda mill-IN biex tipprovdi servizzi bi ħlas.

(56)  L-awtoritajiet Norveġiżi ma jsostnux in-nuqqas tal-għajnuna mill-Istat minħabba l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' Altmark, iżda pjuttost l-applikazzjoni tal-ispirtu tad-Deċiżjoni SGEI, biex jikkonkludi l-kompatibbiltà tal-allegati miżuri ta' għajnuna mill-Istat.

(57)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE, fil-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati mill-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).

(58)  L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li visitnorway.com toffri informazzjoni ġenerali u informazzjoni dwar il-prodotti. Informazzjoni ġenerali tirreferi għall-informazzjoni ta' interess pubbliku bħal aħbarijiet dwar id-dwal ta' billejl eċċ. Informazzjoni dwar il-prodott tirreferi għall-attivitajiet kummerċjali speċifiċi, jiġifieri lukandi, attivitajiet tat-turiżmu, eċċ. Ara l-premessa 48 ta' hawn fuq.

(59)  Anness I għall-ittra tal-IN datata l-24 ta' Novembru 2014. Kummenti għall-osservazzjonijiet ta' New Mind | tellUs(Dokument Nru 730560).

(60)  Informazzjoni addizzjonali mill-Ilmentatur. Ittra elettronika datata t-13 ta' Jannar 2015 (Dokument Nru 734800).

(61)  It-tweġiba tal-awtoritajiet Norveġiżi mibgħuta mill-Ilmentatur datata t-13 ta' Jannar 2015, ara n-nota f'qiegħ il-paġna ta' hawn fuq (Dokument Nru 742759).

(62)  Is-sentenzi Belġju vs il-Kummissjoni (Tubemeuse), C-142/87, EU:C:1990:125, punt 25, u fi France Télécom (Bouygues), T-425/04 RENV u T-444/04 RENV, EU:T:2015:450, punt 186.

(63)  Is-sentenzi Höfner u Elser vs Macroton, C-41/90, EU:C:2011:732, punti 21–23; Pavlov u Oħrajn, C-180/98 sa C-184/98, EU:C:2000:428 u l-Kawża E-5/07 Private Barnehagers Landsforbund [2008] EFTA Ct. Rep. p. 62, punt 78.

(64)  Is-sentenza Ministero dell'Economia e delle Finanze vs Cassa di Risparmio di Firenze SpA, C-222/04, EU:C:2006:8, punt 108.

(65)  Is-sentenza Banco Exterior de España, C-37/92, EU:C:1993:836, punt 11.

(66)  Attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi jistgħu jeżistu fi ħdan l-istess settur u xi drabi jiġu pprovduti mill-istess organizzazzjoni. F'dan ix-xenarju, l-entità għandha titqies bħala impriża biss fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha. Ara, is-sentenza il-Kummissjoni vs l-Italja, C–118/85, EU:C:1987:283, punt 7. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/225/KE tat-2 ta' Marzu 2005 dwar l-iskema ta' għajnuna implimentata mill-Italja mir-riforma tal-istituzzjonijiet tat-taħriġ [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 81, 18.3.2006, p. 25), premessa 43.

(67)  Disponibbli fi: https://www.regjeringen.no/globalassets/upload/NHD/Vedlegg/Brev/2013_oppdragsbrev_innovasjonnorge.pdf#search=OPPDRAGSBREV&regj_oss=1

(68)  Ara s-sentenza Federación Española de Empresas de Tecnología Sanitaria (FENIN) vs il-Kummissjoni, C-205/03, EU:C:2006:453, punt 26.

(69)  L-opinjoni tal-AG dwar Federación Española de Empresas de Tecnología Sanitaria (FENIN) vs il-Kummissjoni, C-205/03, EU:C:2005:666, punt 31.

(70)  Ara s-sentenzi Pavel Pavlov u Oħrajn, C-180/98 sa C-184/98, EU:C:2000:428, punt 76 u Ambulanz Glöckner, C-475/99, EU:C:2001:577, punt 20.

(71)  Il-Kawża E-6/98, in-Norveġja vs ASE, Rep. 1998 p. 242, punt 34. Ara wkoll is-sentenzi il-Kummissjoni u Spanja vs Government of Gibraltar u Ir-Renju Unit, C-106/09 u C-107/09, EU:C:2011:732 u Franza vs il-Kummissjoni, C-241/94, EU:C:1996:353, punti 19 u 20.

(72)  Is-sentenza Ladbroke Racing vs il-Kummissjoni, T-67/94, EU:T:1998:7, punt 52, u SIC vs il-Kummissjoni, T-46/97, EU:T:2000:123, punt 83.

(73)  Is-sentenza Chronopost SA vs il-Kummissjoni, C-83/01 P, C-93/01 P u C-94/01P, EU:C:2003:388, punt 40.

(74)  Ara pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità Nru 84/15/COL fir-rigward tal-allegat kontrosussidjar ta' korsijiet marittimi pprovduti minn Redningsselskapet u l-Università ta' TromsØ (ĠU C 193, 11.6.2015, p. 9) disponibbli fi: http://www.eftasurv.int/media/esa-docs/physical/84-15-COL.pdf); Nru 142/03/COL Rigward l-Organizzazzjoni mill-ġdid u t-Trasferiment tal-Fondi Pubbliċi lill-Istitut tar-Riċerka tax-Xogħol (ĠU C 248, 16.10.2003, p. 6); Nru 343/09/COL dwar it-tranżazzjonijiet ta' proprjetà li għamlet il-muniċipalità ta' Time fir-rigward tal-proprjetajiet bin-numri 1/152, 1/301, 1/630, 4/165, 2/70 u 2/32 (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 72); Nru 496/13/COL rigward il-finanzjament tas-Sala tal-Kunċerti u Ċentru tal-Konferenzi ta' Harpa (ĠU L 172, 12.6.2014, p. 36), premessa 56 u d-deċiżjonijiet imniżżlin fihom; u Nru 174/13/COL rigward il-finanzjament tal-kolletturi tal-iskart muniċipali (ĠU C 263, 12.9.2013, p. 5). Bl-istess mod, il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għar-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni (RŻI) jgħidu li: Meta l-istess entità twettaq attivitajiet ta' natura kemm ekonomika kif ukoll mhux ekonomika, il-finanzjament pubbliku tal-attivitajiet mhux ekonomiċi mhux se jaqa' taħt l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, jekk iż-żewġ tipi ta' attivitajiet u l-kostijiet, il-finanzjament u d-dħul tagħhom jista' jiġi sseparat b'tali mod li jiġi evitat b'mod effettiv il-kontrosussidjar tal-attività ekonomika. Evidenza tal-allokazzjoni dovuta tal-kostijiet, il-finanzjament u d-dħul tista' tikkonsisti f'rapporti finanzjarji annwali tal-entità rilevanti (paragrafu 18, enfasi miżjuda).

(75)  Dawn il-kundizzjonijiet huma stabbiliti fid-Direttiva dwar it-Trasparenza (Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17), inkorporata fil-Ftehim ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 266, 11.10.2007, p. 15 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 48, 11.10.2007, p. 12).

(76)  Is-sentenza Chronopost SA vs il-Kummissjoni, C-83/01 P, C-93/01 P u C-94/01 P, EU:C:2003:388, punt 40.

(77)  Issir referenza għall-grafika inkluża fl-ittra tal-IN datata t-28 ta' Ottubru 2013 (Dokument Nru 688215).

(78)  L-Awtorità tinnota li l-ispejjeż tal-iżvilupp kienu ttieħdu inkunsiderazzjoni fil-baġit tal-IN għall-2013, is-sena li fiha ġġarrbu l-ispejjeż. Ara iktar dettalji fil-premessi minn 113 sa 115.

(79)  It-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (Dokument Nru 720775).

(80)  Anness mal-ittra tal-IN lill-Awtorità datata l-14 ta' April 2015 (Dokument Nru 753927).

(81)  Anness 2 mal-ittra tal-IN datata l-14 ta' April 2015 (Dokument Nru 753927).

(82)  Anness 3 għat-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (Dokument Nru 720778).

(83)  Kost kapitalizzat huwa rikonoxxut bħala parti mill-ass fiss fuq il-karta bilanċjali ta' kumpanija, minflok jiġu imposti fuq l-ispiża fil-perjodu li saret. Konsegwentement, kostijiet mhux kapitalizzati hija biss spiża għal dik is-sena li sseħħ fiha.

(84)  Kopja tal-NRS 19 intbagħtet lill-Awtorità bħala Anness II għall-ittra datata l-24 ta' Novembru 2014 (Dokument Nru 730560).

(85)  Skont il-każistika, miżura li hija potenzjalment aċċessibbli għall-impriżi kollha mhijiex selettiva. Ara fost l-oħrajn is-sentenza Ġermanja vs il-Kummissjoni, C-156/98, EU:C:2000:467, punt 22.

(86)  L-Awtorità tinnota li din il-metodoloġija ġiet applikata b'mod konsistenti fil-ftehimiet primjum kollha mill-2013, inkluż il-ftehimiet li jikkonċernaw l-ewwel żewġ proġetti pilota jiġifieri VisitSØrlandet u VisitTrondheim. Fl-Anness 4 għat-tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ (id-Dokument Nru 720779), l-IN ipprovdiet lill-Awtorità b'kopja tal-ftehimiet tas-sħubija primjum iffirmati.

(87)  Il-mudell tal-kost sħiħ fis-siegħa huwa differenti mill-mudell tal-kost bażiku, li fih ċerti kostijiet jistgħu jitnaqqsu mill-kostijiet totali. Dan il-mudell ma ġiex applikat mill-IN fil-qafas tal-ftehimiet tas-sħubija. L-IN spjegat li minħabba l-Linji Gwida għall-ħlasijiet tal-Utent mill-2011, dan il-mudell kien twarrab. Il-metodoloġija tal-kost sħiħ tintuża għas-servizzi kollha tal-IN, jekk l-istess servizz jista' jiġi pprovdut minn atturi privati (id-Dokument Nru 720775, tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ).

(88)  Il-perċentwal tal-ħin tal-impjegati li tqatta' fuq dan il-proġett huwa stabbilit minn qabel ukoll (Dok. Nru 720778, l-Anness 3 għat-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ).

(89)  L-Awtorità tinnota li fl-2013, il-proġetti pilota biss ġew iffirmati.

(90)  Ittra tal-IN datata l-24 ta' Novembru 2014 (id-Dokument Nru 730560).

(91)  Fit-tweġiba tad-deċiżjoni tal-ftuħ (id-Dokument Nru 720775), l-IN tispjega f'iktar dettall li l-RTBs u d-DMOs kienu involuti fl-istruttura l-ġdida tal-proġett sa mill-2013. L-RTBs u d-DMOs investew ukoll ħin u riżorsi. L-involviment dirett u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġett jiġġustifikaw rata fis-siegħa taħt ir-rata ġenerali fis-siegħa kkalkulata mill-IN. Lista kompluta tal-kostijiet żejda tal-proġetti pilota kienet sottomessa lill-Awtorità bħala Anness 6 tat-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (id-Dokument Nru 720781).

(92)  Din il-metodoloġija tal-ipprezzar intużat minn kumpaniji privati oħrajn attivi fis-suq. Informazzjoni rigward dan il-metodu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż tinsab fi: https://www.adspeed.com/Knowledges/1104/Blog/How_much_charge_advertising_website.html jew http://www.quora.com/What-is-an-industry-accepted-cost-per-page-view-of-dynamic-content-not-cache-able. Pereżempju, din hija l-metodoloġija użata minn Google għal xi servizzi minn tagħha (informazzjoni disponibbli fi https://support.google.com/adwords/answer/2472735?hl=en)

(93)  It-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (id-Dokument Nru 720775).

(94)  L-ittra elettronika tal-IN lill-Awtorità datata l-14 ta' April 2015 (id-Dokument Nru 753927).

(95)  L-ittra elettronika tal-IN lill-Awtorità datata l-20 ta' Mejju 2015 (id-Dokument Nru 757843). Kopja tal-kont ġiet sottomessa lill-Awtorità u annessa mal-ittra tal-IN datata 28 ta' Ottubru 2013 (id-Dokumenti Nru 688215 u mal-Anness 3 għat-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (id-Dokument Nru 720778).

(96)  L-ittra elettronika tal-IN lill-Awtorità datata l-20 ta' Mejju 2015 (id-Dokument Nru 757843).

(97)  It-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (id-Dokument Nru 720775). Ara wkoll l-ittra elettronika tal-IN datata l-14 ta' April 2015 (id-Dokument Nru 753927).

(98)  Is-sentenza EPAC vs il-Kummissjoni, T-204/97 u T-270/97, EU:T:2000:148, punt 122.

(99)  Is-sentenza Westdeutsche Landesbank Girozentrale u Land Nordrhein-Westfalen vs il-Kummissjoni, (West-LB) T-228/99 u T-233/99, EU:T:2006:405, punt 207.

(100)  Is-sentenza West-LB, ara hawn fuq, punt 314 u l-Italja vs il-Kummissjoni (Eni-Lanerossi), C-303/88, EU:C:1991:136, punt 22.

(101)  Is-sentenza Chronopost SA vs il-Kummissjoni, C-83/01 P, C-93/01 P u C-94/01 P, EU:C:2003:388, punt 40.

(102)  Taqsima 1(2) tal-Linji Gwida tal-Manifattura, li tipprovdi li “[d]an il-Kapitolu l-ewwel nett jiffoka fuq, min-naħa, fuq l-att imsemmi fil-punt 1 tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, hawnhekk imsemmi bħala d-Direttiva dwar it-Trasparenza u, min-naħa l-oħra, jiżviluppa l-prinċipju li fejn l-Istat jipprovdi finanzjamenti lill-kumpanija f'ċirkostanzi li ma jkunux applikabbli għall-investitur li jopera taħt kundizzjonijiet normali tal-ekonomija tas-suq, jagħmel dan b'kontradizzjoni mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq, u hija involuta għajnuna mill-Istat” . Il-Linji Gwida tal-Manifattura huma disponibbli fi: http://www.eftasurv.int/?1=1&showLinkID=16995&1=1 (ĠU L 274, 26.10.2000. Suppliment taż-ŻEE Nru 48 tal-istess data).

(103)   Ibid, punt 1 taħt it-titolu “il-prattiċità tal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq”.

(104)  It-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (id-Dokument Nru 720775).

(105)  Dan huwa f'konformità mal-mandati stabbiliti rigward is-servizzi pubbliċi. Pereżempju, fil-linji gwida tax-xandir, l-Awtorità tikkunsidra li mhuwiex raġonevoli li timmira li tagħmel profitt fil-provvista tas-servizz pubbliku. Għall-kuntrarju, fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi, element ta' profitt, li jirrappreżenta r-remunerazzjoni ġusta tal-kapital meta jitqies ir-riskju, huwa raġonevoli. Ara l-paragrafu (72) tal-Linji Gwida.

(106)  L-IN tipprovdi permezz tal-pjattaforma visitnorway.com servizzi mhux ekonomiċi u ekonomiċi. It-tħaddim ġenerali tal-pjattaforma ma jagħtix neċessarjament profitt. Madankollu, il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni huwa limitat għall-aċċess jekk l-IN tiksibx profitt raġonevoli mis-servizzi ekonomiċi. Il-figuri rigward il-provvista tas-servizzi mhux ekonomiċi ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli ta' għajnuna mill-Istat.

(107)  Anness 3 għat-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (id-Dokument Nru 720778). Paġni dettaljati tal-Excel intbagħtu lill-Awtorità rigward il-kostijiet tal-ftehimiet tas-sħubija primjum u l-mudell ekonomiku għall-allokazzjoni tal-kostijiet (id-Dokument Nru 727330).

(108)  It-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (id-Dokument Nru 720775).

(109)  Ittra tal-IN datata l-24 ta' Novembru 2014 (id-Dokument Nru 730560).

(110)  Is-sentenza ir-Repubblika Franċiża vs il-Kummissjoni (Stardust Marine), C-482/99, EU:C:2002:294, punt 70. Skont il-Qorti, “[h]uwa neċessarju li wieħed ipoġġi lilu nnifsu fil-kuntest tal-perjodu li fih ittieħdu l-miżuri ta' appoġġ finanzjarju sabiex tiġi vvalutata r-razzjonalità ekonomika tal-aġir tal-Istat, u b'hekk ma ssir l-ebda valutazzjoni fuq il-bażi ta' sitwazzjoni sussegwenti ” (paragrafu 71).

(111)  Id-Dokument Nru 720781.

(112)  Il-każistika taċċetta li kumpaniji pubbliċi jistgħu jimmiraw għal massimizzazzjoni tal-profitt fit-tul. Ara s-sentenzi l-Italja vs il-Kummissjoni (Lanerossi), C-303/88, EU:C:1991:136, punt 22; l-Italja vs il-Kummissjoni (Alfa-FIAT), C-305/89, EU:C:1991:142, punt 20; u Ciudad de la Luz vs il-Kummissjoni, T-319/12 u T-321/12, EU:T:2014:604, punt 41.

(113)  Il-Qorti Ġenerali enfasizzat il-bżonn għall-impriżi pubbliċi biex juru r-raġunijiet ekonomiċi tal-proġetti tagħhom. Ara s-sentenza Corsica Ferries, T-565/08, EU:T:2012:415, punt 84.

(114)  Is-sentenza van der Kooy BV, 67/85, 68/85 u 70/85, EU:C:1988:38, punti 29 u 30 u il-Belġju vs il-Kummissjoni, C-56/93, EU:C:1996:64, punt 10.

(115)  Fid-deċiżjoni SFMI-Chronopost, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx anormali li fil-perjodu tal-bidu, il-ħlasijiet li għamlet impriża ġdida għal assistenza loġistika u kummerċjali pprovduta mill-kumpanija prinċipali koprew biss il-kostijiet varjabbli. (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/365/KE tal-1 ta' Ottubru 1997 li tikkonċerna l-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza lil SFMI-Chronopost [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 164, 9.6.1998, p. 37).

(116)  L-ittra tal-IN datata l-24 ta' Novembru 2014 (id-Dokument Nru 730560).

(117)  Ara t-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (id-Dokument Nru 720775).

(118)  L-ittra tal-IN datata t-28 ta' Ottubru 2013 (id-Dokument Nru 688215) u t-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (id-Dokument Nru 720775)).

(119)  Anness 7 għat-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (id-Dokument Nru 720782).

(120)  It-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (id-Dokument Nru 720775).

(121)  Anness 7 għat-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (id-Dokument Nru 720782).

(122)  L-ittra tal-IN datata t-28 ta' Ottubru 2013 (id-Dokument Nru 688215).

(123)  Is-sentenzi WestLB vs il-Kummissjoni, punt 254 u Ciudad de la Luz vs il-Kummissjoni, punt 44.

(124)  Ittra tal-IN datata l-24 ta' Novembru 2014 (id-Dokument Nru 730559).

(125)  Kopja tat-tweġiba minn NetNames intbagħtet lill-Awtorità (l-Anness III) għall-ittra tal-IN datata l-24 ta' Novembru 2014 (id-Dokument Nru 730560).

(126)  Is-sentenzi Van Landewyck, 209/78 sa 215/78 u 218/78, EU:C:1980:248, punt 88; FFSA u Oħrajn, C-244/94, EU:C:1995:392, punt 21; u MOTOE, C-49/07, EU:C:2008:376, punti 27 u 28.

(127)  Issir referenza għall-ittra tal-IN datata s-17 ta' April 2015 (id-Dokument Nru 754218) u t-tweġiba tal-IN għad-deċiżjoni tal-ftuħ (id-Dokument Nru 720775), Kapitolu 4.3.3.2.


Rettifika

29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/82


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/971 tat-8 ta' Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK missjonijiet u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta' taħriġ militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 146 tad-9 ta' Ġunju 2017 )

It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna133,

minflok:

“Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/971 tat-8 ta' Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK missjonijiet u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta' taħriġ militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)”,

aqra:

“Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/971 tat-8 ta' Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta' taħriġ militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)”.