ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 163

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
24 ta' Ġunju 2017


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/1123 tal-20 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1124 tat-23 ta' Ġunju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1125 tat-22 ta' Ġunju 2017 li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/taż-żift taż-żejt tat-tall, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

10

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1126 tat-23 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 903/2009 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 373/2011, (UE) Nru 374/2013 u (UE) Nru 1108/2014 rigward l-isem tar-rappreżentant tal-UE tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Clostridium butyricum (FERM-BP 2789) ( 1 )

13

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1127 tat-23 ta' Ġunju 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

16

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2017/1123

tal-20 ta' Ġunju 2017

li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 312 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Fl-ewwel snin tal-implimentazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014–2020 (QFP) stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (1) l-istrumenti speċjali ntużaw b'mod estensiv biex jindirizzaw sfidi ġodda li tfaċċaw fil-viċinat Ewropew u li kienu jeħtieġu azzjoni rapida u komprensiva tal-Unjoni sabiex jiġu ttrattati l-implikazzjonijiet umanitarji u ta' sigurtà estensivi tagħhom.

(2)

Iċ-ċirkostanzi li wasslu għal dawk il-miżuri straordinarji u għall-ħtieġa li tittieħed aktar azzjoni jippersistu, kif muri mill-użu li sar, għal darba oħra, fil-baġit għas-sena 2017, ta' marġini u strumenti speċjali, li jnaqqas id-disponibbiltajiet baġitarji biex jiġu ffaċċjati sitwazzjonijiet ta' dan it-tip fil-perijodu li jifdal tal-QFP.

(3)

Sabiex tiġi implimentata flessibbiltà speċifika u massima, u sabiex jiġi żgurat li l-approprjazzjonijiet tal-pagamenti jkunu suffiċjenti biex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-ammonti massimi stabbiliti għall-aġġustament tal-limiti ta' pagament għas-snin 2019-2020 fil-marġini globali għall-pagamenti jeħtieġ li jiżdiedu.

(4)

Sabiex tinżamm biżżejjed kapaċità biex l-Unjoni twieġeb għal ċirkostanzi mhux mistennija b'attenzjoni partikolari fuq l-isfidi l-ġodda, ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u l-Istrument ta' Flessibbiltà għandhom jissaħħu, ir-restrizzjonijiet temporali fir-rigward tal-kostituzzjonii tal-marġini globali għall-impenji għandhom jitneħħew u l-kamp ta' applikazzjoni tal-marġini globali għall-impenji għandu jikber.

(5)

Għandha tiġi żgurata wkoll flessibbiltà speċifika u massima billi jiġi previst li ammonti mhux użati mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jsiru disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   L-istrumenti speċjali previsti fl-Artikoli 9 sa 15 għandhom jiżguraw il-flessibbiltà tal-QFP u għandhom ikunu stabbiliti sabiex jippermettu li l-proċedura baġitarja taħdem bla xkiel. L-approprjazzjonijiet għall-impenji jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mil-limiti massimi tal-intestaturi rilevanti stabbiliti fil-QFP fejn ikun neċessarju li jintużaw ir-riżorsi mir-Riżerva tal-Għajnuna ta' Emerġenza, mill-Fond tas-Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, mill-Istrument tal-Flessibbiltà, mill-Fond Ewropew tal-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, mill-Marġini ta' Kontinġenza, mill-flessibbiltà speċifika biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ u biex tissaħħaħ ir-riċerka u l-marġini globali għall-impenji għat-tkabbir u l-impjiegi, b'mod partikolari l-impjiegi taż-żgħażagħ, u għall-migrazzjoni u miżuri ta' sigurtà, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 (*1), ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), u l-Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba (*3).

(*1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3)."

(*2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855)."

(*3)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).”."

(2)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   L-aġġustamenti annwali ma għandhomx jaqbżu l-ammonti massimi li ġejjin (prezzijiet tal-2011) għas-snin 2018-2020 meta mqabbla mal-limitu massimu tal-pagament oriġinali tas-snin rilevanti:

 

2018 - EUR 7 biljuni

 

2019 - EUR 11-il biljun

 

2020 - EUR 13-il biljun.”.

(3)

Fl-Artikolu 6(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(f)

kalkolu tal-ammonti li għandhom ikunu disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1).”.

(4)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   L-ammont annwali tar-Riżerva huwa stabbilit għal EUR 300 miljun (prezzijiet tal-2011) u jista' jintuża sas-sena n + 1 f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. Ir-Riżerva għandha tiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dispożizzjoni. Għandu jintuża l-ewwel il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-sena preċedenti. Dak il-porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n + 1 jiskadi.”.

(5)

L-Artikolu 11 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Strument ta' Flessibbiltà

1.   L-Istrument ta' Flessibbiltà hu maħsub biex jippermetti l-finanzjament, għal sena finanzjarja partikolari, ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tkun iffinanzjata fil-limiti massimi disponibbli ta' intestatura waħda jew aktar. Soġġett għat-tieni subparagrafu, għandu jkun hemm limitu massimu ta' EUR 600 miljun (prezzijiet tal-2011) għall-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà.

Kull sena, mill-2017 'il quddiem, l-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà għandu jiżdied:

(a)

b'ammont ekwivalenti għall-porzjon tal-ammont annwali għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea li jkun skada fis-sena ta' qabel skont l-Artikolu 10(1);

(b)

b'ammont ekwivalenti għall-porzjon tal-ammont annwali għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni li jkun skada fis-sena ta' qabel.

L-ammonti li jsiru disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà skont it-tieni subparagrafu għandhom jintużaw skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Il-porzjon li ma jintużax tal-ammont annwali tal-Istrument ta' Flessibbiltà jista' jintuża sas-sena n + 3. Il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-snin ta' qabel għandu jintuża l-ewwel, skont iż-żmien. Dak il-porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n + 3 jiskadi.”.

(6)

L-Artikolu 14 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 14

Marġini globali għal impenji għat-tkabbir u l-impjiegi, b'mod partikolari l-impjiegi taż-żgħażagħ, u għall-migrazzjoni u miżuri ta' sigurtà

1.   Il-marġini li għadhom disponibbli taħt il-limitu massimu tal-QFP għal approprjazzjonijiet ta' impenn għandhom jikkostitwixxu Marġini Globali tal-QFP għall-impenji, li għandhom isiru disponibbli barra mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP għas-snin 2016 sa 2020 għal għanijiet ta' politika marbuta mat-tkabbir u l-impjiegi, b'mod partikolari l-impjieg taż-żgħażagħ, u mal-migrazzjoni u s-sigurtà.

2.   Kull sena, bħala parti mill-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont disponibbli. Il-Marġini Globali tal-QFP jew parti minnu jista' jiġi mmobilizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja skont l-Artikolu 314 tat-TFUE.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

H. DALLI


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1124

tat-23 ta' Ġunju 2017

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 46(6) tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, meta n-Nazzjonijiet Uniti tiddeċiedi li temenda d-data ta' identifikazzjoni ta' persuna jew entità elenkata, il-Kunsill għandu jemenda l-Anness VIII għal dak ir-Regolament skont il-ħtieġa.

(3)

In-Nazzjonijiet Uniti ddeċidiet li temenda l-informazzjoni ta' identifikazzjoni ta' 23 persuna u 14-il entità elenkati fl-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

H. DALLI


(1)   ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.


ANNESS

L-informazzjoni ta' identifikazzjoni u informazzjoni oħra relatata mal-persuni u l-entitajiet imsemmija hawn taħt u tal-lista mniżżla fl-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huma sostitwiti kif ġej:

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 23(1)

A.   Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew relatati ma' missili ballistiċi

Persuni fiżiċi

(1)

Fereidoun Abbasi-Davani. Funzjoni: Xjentist anzjan fil-Ministeru għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL). Data tat-twelid: a) 1958 b) 1959. Post tat-twelid: Abadan, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Informazzjoni oħra: għandu “rabtiet mal-Istitut tal-Fiżika Applikata. Jaħdem mill-qrib ma' Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi.”

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(3)

Ali Akbar Ahmadian. Titolu: Viċi Ammiral. Funzjoni: Kap tal-Korpi tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iranjani (IRGC) Persunal Konġunt. Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Kerman, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Magħruf ukoll bħala: Ali Akbar Ahmedian. Informazzjoni oħra: il-pożizzjoni nbidlet.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(8)

Bahmanyar Morteza Bahmanyar. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Finanzi u l-Baġit tal-Organizzazzjoni ta' Industriji Ajruspazjali (AIO). Data tat-twelid: 31 ta' Diċembru 1952. Nazzjonalità: l-Iran. Nru tal-passaport: a) I0005159, maħruġ fl-Iran b) 10005159, maħruġ fl-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(11)

Ahmad Vahid Dastjerdi. Funzjoni: Kap tal-Organizzazzjoni ta' Industriji Ajruspazjali (AIO). Data tat-twelid: 15 ta' Jannar 1954. Nru tal-passaport: A0002987, maħruġ fl-Iran. Informazzjoni oħra: serva bħala Viċi Ministru għad-Difiża.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(12)

Ahmad Derakhshandeh. Funzjoni: President u Direttur Maniġerjali tal-Bank Sepah, li jipprovdi appoġġ lill-AIO u lis-subordinati tagħha, inkluż l-SHIG u l-SBIG, li t-tnejn li huma ġew deżinjati taħt ir-riżoluzzjoni 1737 (2006). Data tat-twelid: 11 ta' Awwissu 1956. Indirizz: 33 Hormozan Building, Pirozan St., Sharaj Ghods, Tehran, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta').

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(13)

Mohammad Eslami. Titolu: Dr. Informazzjoni oħra: Kap tal-Istitut tat-Taħriġ u r-Riċerka tal-Industriji tad-Difiża. Magħruf ukoll bħala: Mohammad Islami; Mohamed Islami; Mohammed Islami. Informazzjoni oħra: serva bħala Viċi Ministru għad-Difiża mill-2012 sal-2013.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(14)

Reza-Gholi Esmaeli. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Affarijiet Internazzjonali, Organizzazzjoni ta' Industriji Ajruspazjali (AIO). Data tat-twelid: 3 ta' April 1961. Magħruf ukoll bħala: Reza-Gholi Esmaeli. Nru tal-passaport: A0002302, maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta').

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(15)

Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi. Xjentist anzjan tal-MODAFL u eks kap taċ-Ċentru tar-Riċerka Fiżika (PHRC). Nru tal-passaport: a) A0009228 (Mhux ikkonfermat (x'aktarx maħruġ fl-Iran)) b) 4229533 (Mhux ikkonfermat (x'aktarx maħruġ fl-Iran)). Informazzjoni oħra: l-IAEA (Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika) talbet biex tintervistah dwar l-attivitajiet tal-PHRC waqt il-perijodu meta hu kien kap iżda l-Iran irrifjuta.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(16)

Mohammad Hejazi. Titolu: Brigadier Ġeneral. Funzjoni: Kmandant tal-forza ta' reżistenza ta' Bassij. Data tat-twelid: 1959. Post tat-twelid: Isfahan, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Magħruf ukoll bħala: Mohammed Hijazi.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(17)

Mohsen Hojati. Funzjoni: Kap tal-Grupp Industrijali Fajr, li huwa ddeżinjat taħt ir-riżoluzzjoni 1737(2006) għar-rwol tiegħu fil-programm ta' missili ballistiċi. Data tat-twelid: 28 ta' Settembru 1955. Nru tal-passaport: G4506013, maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta').

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(20)

Mehrdada Akhlaghi Ketabachi. Funzjoni: Kap tal-Grupp Industrijali Shahid Bagheri (SBIG), li huwa ddeżinjat taħt ir-riżoluzzjoni 1737(2006) għar-rwol tiegħu fil-programm ta' missili ballistiċi. Data tat-twelid: 10 ta' Settembru 1958. Nru tal-passaport: A0030940, maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta').

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(22)

Naser Maleki. Funzjoni: Kap tal-Grupp Industrijali Shahid Hemmat (SHIG), li huwa ddeżinjat taħt ir-riżoluzzjoni 1737(2006) għar-rwol tiegħu fil-programm ta' missili ballistiċi tal-Iran. Data tat-twelid: 1960. Nru tal-passaport: A0003039 maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: l-Iran (Repubblika Islamika ta') 0035-11785, maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Informazzjoni oħra: Naser Maleki huwa wkoll uffiċjal tal-MODAFL li jissorvelja x-xogħol fuq il-programm ta' missili ballistiċi Shahab-3. Shahab-3 hija l-missila ballistika ta' medda twila tal-Iran li qiegħda attwalment fis-servizz.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(26)

Mohammad Reza Naqdi. Titolu: Brigadier Ġeneral. Data tat-twelid: a) 11 ta' Frar 1949 b) 11 ta' Frar 1952 c) 11 ta' Frar 1953 d) 11 ta' Frar 1961. Post tat-twelid: a) Najaf, l-Iraq b) Tehran, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Informazzjoni oħra: eks Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati għal-Loġistika u r-Riċerka Industrijali. Kap tal-Kwartieri Ġenerali tal-Istat Kontra l-Kuntrabandu, impenjat fi sforzi biex jiġu evitati s-sanzjonijiet imposti bir-riżoluzzjonijiet 1737 (2006) u 1747 (2007) tal-UNSCR.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(28)

Mohammad Mehdi Nejad Nouri. Titolu: Logutenent Ġeneral. Funzjoni: Rettur tal-Università Malek Ashtar għat-Teknoloġija tad-Difiża. Informazzjoni oħra: id-dipartiment tal-kimika tal-Università ta' Ashtar għat-Teknoloġija tad-Difiża huwa affiljat mal-MODALF u wettaq esperimenti bil-berillju. Viċi Ministru għax-Xjenza, ir-Riċerka u t-Teknoloġija.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(33)

Morteza Rezaie. Titolu: Brigadier Ġeneral. Funzjoni: Viċi Kmandant tal-IRGC. Data tat-twelid: 1956. Magħruf ukoll bħala: Mortaza Rezaie; Mortaza Rezai; Morteza Rezai.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(34)

Morteza Safari. Titolu: Viċi Ammiral. Funzjoni: Kmandant tal-qawwa Navali tal-IRGC. Magħruf ukoll bħala: Mortaza Safari; Morteza Saferi; Murtaza Saferi; Murtaza Safari.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(35)

Yahya Rahim Safavi. Titolu: Maġġur Ġeneral. Funzjoni: Kmandant, IRGC (Pasdaran). Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Isfahan, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Magħruf ukoll bħala: Yahya Rahim Safavi.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(37)

Hosein Salimi. Titolu: Ġeneral. Funzjoni: Kmandant tal-Forza tal-Ajru, IRGC (Pasdaran). Magħruf ukoll bħala: Husain Salimi; Hosain Salimi; Hussain Salimi; Hosein Saleemi; Husain Saleemi; Hosain Saleemi; Hussain Saleemi; Hossein Salimi; Hossein Saleemi. Nru tal-passaport: D08531177, maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta').

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(38)

Qasem Soleimani. Titolu: Brigadier Ġeneral. Funzjoni: Kmandant tal-forza Qods. Data tat-twelid: 11 ta' Marzu 1957. Post tat-twelid: Qom, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Magħruf ukoll bħala: Qasim Soleimani; Qasem Sulaimani; Qasim Sulaimani; Qasim Sulaymani; Qasem Sulaymani; Kasim Soleimani; Kasim Sulaimani; Kasim Sulaymani; Haj Qasem; Haji Qassem; Sarder Soleimani. Nru tal-passaport: 008827, maħruġ fl-Iran. Informazzjoni oħra: ġie promoss għal Maġġur Ġeneral, filwaqt li żamm il-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Forza Qods.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(40)

Mohammad Reza Zahedi. Titolu: Brigadier Ġeneral. Funzjoni: Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-IRGC. Data tat-twelid: 1944. Post tat-twelid: Isfahan, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Magħruf ukoll bħala: Mohammad Reza Zahidi; Mohammad Raza Zahedi.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(41)

Mohammad Baqer Zolqadr. Funzjoni: Ġeneral, uffiċjal tal-IRGC, Viċi Ministru għall-Intern għall-Affarijiet tas-Sigurtà. Magħruf ukoll bħala: Mohammad Bakr Zolqadr; Mohammad Bakr Zolkadr; Mohammad Baqer Zolqadir; Mohammad Baqer Zolqader.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(42)

Azim Aghajani. Funzjoni: Membru tal-Forza Qods tal-IRGC li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Forza Qods, il-Maġġur Ġeneral Qasem Soleimani, li kien iddeżinjat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007). Magħruf ukoll bħala: Azim Adhajani; Azim Agha-Jani. Nazzjonalità: l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Nru tal-passaport: a) 6620505 maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta') b) 9003213 maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Informazzjoni oħra: iffaċilita l-ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007) li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat mill-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 18.4.2012.

(43)

Ali Akbar Tabatabaei. Funzjoni: Membru tal-Forza Qods tal-IRGC li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Forza Qods, il-Maġġur Ġeneral Qasem Soleimani, li kien iddeżinjat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007). Data tat-twelid: 1967. Magħruf ukoll bħala: a) Sayed Akbar Tahmaesebi; Syed Akber Tahmaesebi b) Ali Akber Tabatabaei; Ali Akber Tahmaesebi; Ali Akbar Tahmaesebi. Nazzjonalità: l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Nru tal-passaport: a) 9003213 maħruġ fl-Iran / mhux magħruf b) 6620505 maħruġ fl-Iran / mhux magħruf. Informazzjoni oħra: iffaċilita ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007) li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat mill-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 18.4.2012.

Entitajiet

(3)

Ammunition and Metallurgy Industries Group (AMIG) magħruf ukoll bħala Mechanic Industries Group. Informazzjoni oħra: (a) l-AMIG jikkontrolla s-7th of Tir, li huwa ddeżinjat taħt ir-riżoluzzjoni 1737 (2006) għar-rwol tiegħu fil-programm taċ-ċentrifugi tal-Iran. L-AMIG minn naħa tiegħu huwa proprjetà u kkontrollat mill-Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża (DIO), li hija ddeżinjata taħt ir-riżoluzzjoni 1737 (2006).

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(8)

Cruise Missile Industry Group. Magħruf ukoll bħala: Naval Defense Missile Industry Group. Informazzjoni oħra: produzzjoni u żvilupp ta' missili tal-kruċiera. Responsabbli mill-missili navali inkluż missili tal-kruċiera.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(9)

Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża (DIO). Informazzjoni oħra: entità globali kkontrollata mill-MODAFL, li xi wħud mis-subordinati tagħha kienu involuti fil-programm taċ-ċentrifugi li jipproduċi komponenti, u fil-programm tal-missili.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(15)

Grupp Industrijali Fajr. Informazzjoni oħra: (a) Instrumentation Factory Plant, (b) Entità subordinata tal-AIO.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(22)

Kala-Electric. Magħruf ukoll bħala: Kalaye Electric. Informazzjoni oħra: fornitur għall-PFEP — Natanz.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(36)

Industriji Kimiċi Parchin. Informazzjoni oħra: Fergħa tad-DIO, li tipproduċi munizzjon, splussivi, kif ukoll propellanti solidi għal rokits u missili.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(37)

Pars Aviation Services Company. Informazzjoni oħra: għandha diversi inġenji tal-ajru, inkluż MI-171, użati mill-Forza tal-Ajru tal-IRGC.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(41)

Industriji Ajrunawtiċi Qods. Informazzjoni oħra: tipproduċi vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAVs), paraxuts, paragliders, para-muturi, eċċ. L-IRGC ftaħret li tagħmel użu minn dawn il-prodotti bħala parti mid-duttrina ta' gwerra assimetrika tagħha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(43)

Grupp Industrijali Sanam. Informazzjoni oħra: entità subordinata tal-AIO, li xtrat tagħmir f'isem l-AIO għall-programm tal-missili.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(45)

7th of Tir. Informazzjoni oħra: entità subordinata tad-DIO, li hija rikonoxxuta b'mod ġenerali bħala li hija involuta direttament fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(47)

Grupp Industrijali Shahid Bagheri (SBIG). Informazzjoni oħra: entità subordinata tal-AIO.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(48)

Il-Grupp Industrijali Shahid Hemmat (SHIG). Informazzjoni oħra: entità subordinata tal-AIO.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(52)

Sho'a' Aviation. Informazzjoni oħra: tipproduċi dwal mikto li l-IRGC stqarret li qed tuża bħala parti mid-duttrina ta' gwerra assimetrika tagħha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(56)

Grupp Industrijali Ya Mahdi. Informazzjoni oħra: entità subordinata tal-AIO, li hija involuta fix-xiri internazzjonali ta' tagħmir għall-missili.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.”


24.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1125

tat-22 ta' Ġunju 2017

li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/taż-żift taż-żejt tat-tall, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni alternattiva tal-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (2) inkludiet ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/taż-żift taż-żejt tat-tall bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3). Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 637/2012 (4) l-Istati Membri kkonċernati kellhom jiżguraw li n-notifikatur, li fuq talba tiegħu ġiet inkluża s-sustanza ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall, jipprovdi aktar tagħrif ta' konferma dwar l-ekwivalenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, u dawk tal-materjal tat-test użat fid-dossiers dwar it-tossiċità u dwar il-profil tossikoloġiku tas-sustanza sal-1 ta' Mejju 2013 u sal-31 ta' Mejju 2014 rispettivament.

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5).

(3)

Fid-29 ta' April 2013 u fis-6 ta' Mejju 2014, in-notifikatur ippreżenta tagħrif bl-għan li jikkonforma mal-obbligu li jippreżenta aktar tagħrif kif imsemmi fil-premessa 1, lill-Istat Membru relatur, il-Greċja.

(4)

Il-Greċja vvalutat it-tagħrif ippreżentat min-notifikatur, inkluż xi tagħrif ulterjuri relatat mal-preżentazzjoni inizjali li tressqet matul il-proċess ta' evalwazzjoni. Ippreżentat il-valutazzjoni tagħha, fil-forma ta' addenda tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem magħrufa bħala “l-Awtorità” f'Ottubru 2013 u f'Novembru 2015.

(5)

L-Istati Membri, l-applikant u l-Awtorità ġew ikkonsultati u mitluba jipprovdu l-kummenti tagħhom fuq il-valutazzjoni tal-Istat Membru relatur.

(6)

Fid-dawl tat-tagħrif ipprovdut min-notifikatur, l-evalwazzjoni ta' dan it-tagħrif mill-Istat Membru relatur u l-kummenti ppreżentati dwar l-evalwazzjoni mill-Istati Membri u mill-EFSA, il-Kummissjoni tqis li t-tagħrif ta' konferma ma ġiex ipprovdut billi t-tagħrif ippreżentat min-notifikatur mhuwiex biżżejjed biex tintlaħaq konklużjoni dwar l-ekwivalenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, u dawk tal-materjal tat-test użat fid-dossiers dwar it-tossiċità, jew dwar il-profil tossikoloġiku tas-sustanza.

(7)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikatur biex jippreżenta l-kummenti tiegħu fuq il-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni.

(8)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa min-notifikatur, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li t-tagħrif ippreżentat mhuwiex komplut u ma jippermettix li tintlaħaq konklużjoni dwar l-ekwivalenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, u dawk tal-materjal tat-test użat fid-dossiers dwar it-tossiċità, jew dwar il-profil tossikoloġiku tas-sustanza li trid issir.

(9)

Konsegwentement, huwa xieraq li tiġi rtirata l-approvazzjoni ta' dik is-sustanza attiva.

(10)

Għalhekk, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(11)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza attiva.

(12)

Fir-rigward tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' grazzja b'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-perjodu jenħtieġ li jiskadi sa mhux aktar tard mill-14 ta' Ottubru 2018.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Irtirar tal-approvazzjoni

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall qed tiġi rtirata.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, ir-ringiela 251, Ripellenti (permezz ta' riħa) ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall, għandha titħassar.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall bħala sustanza attiva mhux aktar tard mill-14 ta' Ottubru 2017.

Artikolu 4

Perjodu ta' grazzja

Kull perjodu ta' grazzja li jagħtu l-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mill-14 ta' Ottubru 2018.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta' bosta sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 637/2012 tat-13 ta' Lulju 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-ħadid, ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat u ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall (ĠU L 186, 14.7.2012, p. 20).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


24.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1126

tat-23 ta' Ġunju 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 903/2009 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 373/2011, (UE) Nru 374/2013 u (UE) Nru 1108/2014 rigward l-isem tar-rappreżentant tal-UE tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Clostridium butyricum (FERM-BP 2789)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd ippreżentat applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla fl-isem tar-rappreżerntattiv tal-UE tagħha tad-detentur tal-awtorizzazzjoni msemmija fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 903/2009 (2) u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 373/2011 (3), (UE) Nru 374/2013 (4) u (UE) Nru 1108/2014 (5).

(2)

L-applikant isostni li Huvepharma NV Belgium issa sar ir-rappreżentant il-ġdid għal Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd għall-addittiv tal-għalf 4b1830 preparazzjoni tal- Clostridium butyricum FERM-BP 2789 b'effett mit-12 ta' Jannar 2017. L-applikant ippreżenta d-dejta rilevanti li ssostni t-talba tiegħu.

(3)

Il-bidla proposta tar-rappreżentant tad-dententur tal-awtorizzazzjonijiet hija purament amministrattiva fin-natura tagħha u ma tirrikjedix valutazzjoni mill-ġdid tal-addittivi kkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni.

(4)

Sabiex Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd rappreżentata minn Huvepharma NV Belgiumtkun tkun tista' tisfrutta d-drittijiet tagħha tal-kummerċjalizzazzjoni, hemm bżonn li jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet rispettivi. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 903/2009 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 373/2011, (UE) Nru 374/2013 u (UE) Nru 1108/2014 għandhom jiġu emendati skont dan.

(5)

Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni minnufih tal-emendi li dan ir-Regolament għamel lir-Regolamenti (KE) Nru 903/2009, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 373/2011, (UE) Nru 374/2013 u (UE) Nru 1108/2014, huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu tranżizzjonali li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 903/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 903/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Titolu, il-frażi “id-detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.” tinbidel bil-kliem “id-detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentat minn Huvepharma NV Belgium”.

(2)

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 903/2009, fit-tieni kolonna “Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni”, il-kliem “Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentata minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.” jinbidel bil-kliem “Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentata minn Huvepharma NV Belgium”.

Artikolu 2

Emenda fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 373/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 373/2011 jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-Titolu, il-frażi “id-detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.” tinbidel bil-kliem “id-detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentat minn Huvepharma NV Belgium”.

(2)

Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 373/2009, fit-tieni kolonna il-kliem “Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentata minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.” jinbidel bil-kliem “Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentata minn Huvepharma NV Belgium”.

Artikolu 3

Emenda fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 374/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 374/2013 jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-Titolu, il-frażi “id-detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.” tinbidel bil-kliem “id-detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentat minn Huvepharma NV Belgium”.

(2)

Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 374/2013, fit-tieni kolonna il-kliem “Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentata minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.” jinbidel bil-kliem “Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentata minn Huvepharma NV Belgium”.

Artikolu 4

Emenda fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1108/2014

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1108/2014 jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-Titolu, il-frażi “id-detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.” tinbidel bil-kliem “id-detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentat minn Huvepharma NV Belgium”.

(2)

Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1108/2014, fit-tieni kolonna il-kliem “Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentata minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.” jinbidel bil-kliem “Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentata minn Huvepharma NV Belgium”.

Artikolu 5

Miżuri tranżizzjonali

Il-ħażniet eżistenti tal-addittiv, tat-taħlitiet minn qabel u tal-għalf kompost li jkun fihom l-addittiv, li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 903/2009 tat-28 ta' Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Clostridium butyricum (FERM-BP 2789) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd, irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U) (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 26).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 373/2011 tal-15 ta' April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tħejjija ta' Clostridium butyricum (FERM-BP 2789) bħala addittiv għall-għalf għal speċi tat-tjur minuri ħlief għasafar li jbidu, ħnienes miftuma u speċi tal-porċini (miftuma) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 903/2009 (detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd., irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.) (ĠU L 102, 16.4.2011, p. 10).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 374/2013 tat-23 ta' April 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Clostridium butyricum (FERM BP-2789) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd, irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.) (ĠU L 112, 24.4.2013, p. 13).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1108/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Clostridium butyricum (FERM BP-2789) bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna u għad-dundjani mkabbra għat-tgħammir (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.) (ĠU L 301, 21.10.2014, p. 16).


DEĊIŻJONIJIET

24.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/16


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1127

tat-23 ta' Ġunju 2017

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 23(1) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-Kunsill għandu jimplimenta modifiki għall-Annessi I u III abbażi tad-determinazzjonijiet li jkunu saru mill-Kunsill tas-Sigurtà.

(3)

Il-Kunsill tas-Sigurtà ddeċieda li jemenda l-informazzjoni ta' identifikazzjoni ta' 23 persuna u 14-il entità elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(4)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/413/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

H. DALLI


(1)   ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.


ANNESS

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, l-entrati dwar il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bis-segwenti:

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 19(1)(a) u ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 20(1)(a)

A.   Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew relatati ma' missili ballistiċi

Persuni fiżiċi

(1)

Fereidoun Abbasi-Davani. Funzjoni: Xjentist anzjan fil-Ministeru għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL). Data tat-twelid: a) 1958 b) 1959. Post tat-twelid: Abadan, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Informazzjoni oħra: għandu “rabtiet mal-Istitut tal-Fiżika Applikata. Jaħdem mill-qrib ma' Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi.”

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(3)

Ali Akbar Ahmadian. Titolu: Viċi Ammiral. Funzjoni: Kap tal-Korpi tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iranjani (IRGC) Persunal Konġunt. Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Kerman, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Magħruf ukoll bħala: Ali Akbar Ahmedian. Informazzjoni oħra: il-pożizzjoni nbidlet.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(8)

Bahmanyar Morteza Bahmanyar. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Finanzi u l-Baġit tal-Organizzazzjoni ta' Industriji Ajruspazjali (AIO). Data tat-twelid: 31 ta' Diċembru 1952. Nazzjonalità: Iran. Nru tal-passaport: a) I0005159, maħruġ fl-Iran b) 10005159, maħruġ fl-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(11)

Ahmad Vahid Dastjerdi. Funzjoni: Kap tal-Organizzazzjoni ta' Industriji Ajruspazjali (AIO). Data tat-twelid: 15ta' Jannar 1954. Nru tal-passaport: A0002987, maħruġ fl-Iran. Informazzjoni oħra: serva bħala Viċi Ministru għad-Difiża.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(12)

Ahmad Derakhshandeh. Funzjoni: President u Direttur Maniġerjali tal-Bank Sepah, li jipprovdi appoġġ lill-AIO u lis-subordinati tagħha, inkluż l-SHIG u l-SBIG, li t-tnejn li huma ġew deżinjati taħt ir-riżoluzzjoni 1737 (2006). Data tat-twelid: 11 ta' Awwissu 1956. Indirizz: 33 Hormozan Building, Pirozan St., Sharaj Ghods, Tehran, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta').

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(13)

Mohammad Eslami. Titolu: Dr. Informazzjoni oħra: Kap tal-Istitut tat-Taħriġ u r-Riċerka tal-Industriji tad-Difiża. Magħruf ukoll bħala: Mohammad Islami; Mohamed Islami; Mohammed Islami. Informazzjoni oħra: serva bħala Viċi Ministru għad-Difiża mill-2012 sal-2013.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(14)

Reza-Gholi Esmaeli. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Affarijiet Internazzjonali, Organizzazzjoni ta' Industriji Ajruspazjali (AIO). Data tat-twelid: 3 ta' April 1961. Magħruf ukoll bħala: Reza-Gholi Esmaeli. Nru tal-passaport: A0002302, maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta').

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(15)

Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi. Xjentist anzjan tal-MODAFL u eks kap taċ-Ċentru tar-Riċerka Fiżika (PHRC). Nru tal-passaport: a) A0009228 (Mhux ikkonfermat (x'aktarx maħruġ fl-Iran)) b) 4229533 (Mhux ikkonfermat (x'aktarx maħruġ fl-Iran)). Informazzjoni oħra: l-IAEA (Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika) talbet biex tintervistah dwar l-attivitajiet tal-PHRC waqt il-perijodu meta hu kien kap iżda l-Iran irrifjuta.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(16)

Mohammad Hejazi. Titolu: Brigadier Ġeneral. Funzjoni: Kmandant tal-forza ta' reżistenza ta' Bassij. Data tat-twelid: 1959. Post tat-twelid: Isfahan, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Magħruf ukoll bħala: Mohammed Hijazi.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(17)

Mohsen Hojati. Funzjoni: Kap tal-Grupp Industrijali Fajr, li huwa ddeżinjat taħt ir-riżoluzzjoni 1737(2006) għar-rwol tiegħu fil-programm ta' missili ballistiċi. Data tat-twelid: 28 ta' Settembru 1955. Nru tal-passaport: G4506013, maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta').

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(20)

Mehrdada Akhlaghi Ketabachi. Funzjoni: Kap tal-Grupp Industrijali Shahid Bagheri (SBIG), li huwa ddeżinjat taħt ir-riżoluzzjoni 1737(2006) għar-rwol tiegħu fil-programm ta' missili ballistiċi. Data tat-twelid: 10 ta' Settembru 1958. Nru tal-passaport: A0030940, maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta').

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(22)

Naser Maleki. Funzjoni: Kap tal-Grupp Industrijali Shahid Hemmat (SHIG), li huwa ddeżinjat taħt ir-riżoluzzjoni 1737(2006) għar-rwol tiegħu fil-programm ta' missili ballistiċi tal-Iran. Data tat-twelid: 1960. Nru tal-passaport: A0003039 maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: l-Iran (Repubblika Islamika ta') 0035-11785, maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Informazzjoni oħra: Naser Maleki huwa wkoll uffiċjal tal-MODAFL li jissorvelja x-xogħol fuq il-programm ta' missili ballistiċi Shahab-3. Shahab-3 hija l-missila ballistika ta' medda twila tal-Iran li qiegħda attwalment fis-servizz.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(26)

Mohammad Reza Naqdi. Titolu: Brigadier Ġeneral. Data tat-twelid: a) 11 ta' Frar 1949 b) 11 ta' Frar 1952 c) 11 ta' Frar 1953 d) 11 ta' Frar 1961. Post tat-twelid: a) Najaf, l-Iraq b) Tehran, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Informazzjoni oħra: eks Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati għal-Loġistika u r-Riċerka Industrijali. Kap tal-Kwartieri Ġenerali tal-Istat Kontra l-Kuntrabandu, impenjat fi sforzi biex jiġu evitati s-sanzjonijiet imposti bir-riżoluzzjonijiet 1737 (2006) u 1747 (2007) tal-UNSCR.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(28)

Mohammad Mehdi Nejad Nouri. Titolu: Logutenent Ġeneral. Funzjoni: Rettur tal-Università Malek Ashtar għat-Teknoloġija tad-Difiża. Informazzjoni oħra: id-dipartiment tal-kimika tal-Università ta' Ashtar għat-Teknoloġija tad-Difiża huwa affiljat mal-MODALF u wettaq esperimenti bil-berillju. Viċi Ministru għax-Xjenza, ir-Riċerka u t-Teknoloġija.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(33)

Morteza Rezaie. Titolu: Brigadier Ġeneral. Funzjoni: Viċi Kmandant tal-IRGC. Data tat-twelid: 1956. Magħruf ukoll bħala: Mortaza Rezaie; Mortaza Rezai; Morteza Rezai.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(34)

Morteza Safari. Titolu: Viċi Ammiral. Funzjoni: Kmandant tal-qawwa Navali tal-IRGC. Magħruf ukoll bħala: Mortaza Safari; Morteza Saferi; Murtaza Saferi; Murtaza Safari.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(35)

Yahya Rahim Safavi. Titolu: Maġġur Ġeneral. Funzjoni: Kmandant, IRGC (Pasdaran). Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Isfahan, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Magħruf ukoll bħala: Yahya Rahim Safavi.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(37)

Hosein Salimi. Titolu: Ġeneral. Funzjoni: Kmandant tal-Forza tal-Ajru, IRGC (Pasdaran). Magħruf ukoll bħala: Husain Salimi; Hosain Salimi; Hussain Salimi; Hosein Saleemi; Husain Saleemi; Hosain Saleemi; Hussain Saleemi; Hossein Salimi; Hossein Saleemi. Nru tal-passaport: D08531177, maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta').

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(38)

Qasem Soleimani. Titolu: Brigadier Ġeneral. Funzjoni: Kmandant tal-forza Qods. Data tat-twelid: 11 ta' Marzu 1957. Post tat-twelid: Qom, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Magħruf ukoll bħala: Qasim Soleimani; Qasem Sulaimani; Qasim Sulaimani; Qasim Sulaymani; Qasem Sulaymani; Kasim Soleimani; Kasim Sulaimani; Kasim Sulaymani; Haj Qasem; Haji Qassem; Sarder Soleimani. Nru tal-passaport: 008827, maħruġ fl-Iran. Informazzjoni oħra: ġie promoss għal Maġġur Ġeneral, filwaqt li żamm il-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Forza Qods.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(40)

Mohammad Reza Zahedi. Titolu: Brigadier Ġeneral. Funzjoni: Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-IRGC. Data tat-twelid: 1944. Post tat-twelid: Isfahan, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Magħruf ukoll bħala: Mohammad Reza Zahidi; Mohammad Raza Zahedi.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(41)

Mohammad Baqer Zolqadr. Funzjoni: Ġeneral, uffiċjal tal-IRGC, Viċi Ministru għall-Intern għall-Affarijiet tas-Sigurtà. Magħruf ukoll bħala: Mohammad Bakr Zolqadr; Mohammad Bakr Zolkadr; Mohammad Baqer Zolqadir; Mohammad Baqer Zolqader.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(42)

Azim Aghajani. Funzjoni: Membru tal-Forza Qods tal-IRGC li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Forza Qods, il-Maġġur Ġeneral Qasem Soleimani, li kien iddeżinjat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007). Magħruf ukoll bħala: Azim Adhajani; Azim Agha-Jani. Nazzjonalità: l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Nru tal-passaport: a) 6620505 maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta') b) 9003213 maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Informazzjoni oħra: iffaċilita l-ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007) li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat mill-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 18.4.2012.

(43)

Ali Akbar Tabatabaei. Funzjoni: Membru tal-Forza Qods tal-IRGC li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Forza Qods, il-Maġġur Ġeneral Qasem Soleimani, li kien iddeżinjat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007). Data tat-twelid: 1967. Magħruf ukoll bħala: a) Sayed Akbar Tahmaesebi; Syed Akber Tahmaesebi b) Ali Akber Tabatabaei; Ali Akber Tahmaesebi; Ali Akbar Tahmaesebi. Nazzjonalità: l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'). Nru tal-passaport:a) 9003213 maħruġ fl-Iran / mhux magħruf b) 6620505 maħruġ fl-Iran / mhux magħruf. Informazzjoni oħra: iffaċilita ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007) li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat mill-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 18.4.2012.

Entitajiet

(3)

Ammunition and Metallurgy Industries Group (AMIG) magħruf ukoll bħala Mechanic Industries Group. Informazzjoni oħra: (a) l-AMIG jikkontrolla s-7th of Tir, li huwa ddeżinjat taħt ir-riżoluzzjoni 1737 (2006) għar-rwol tiegħu fil-programm taċ-ċentrifugi tal-Iran. L-AMIG minn naħa tiegħu huwa proprjetà u kkontrollat mill-Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża (DIO), li hija ddeżinjata taħt ir-riżoluzzjoni 1737 (2006).

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(8)

Cruise Missile Industry Group. Magħruf ukoll bħala: Naval Defense Missile Industry Group. Informazzjoni oħra: produzzjoni u żvilupp ta' missili tal-kruċiera. Responsabbli mill-missili navali inkluż missili tal-kruċiera.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(9)

Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża (DIO). Informazzjoni oħra: entità globali kkontrollata mill-MODAFL, li xi wħud mis-subordinati tagħha kienu involuti fil-programm taċ-ċentrifugi li jipproduċi komponenti, u fil-programm tal-missili.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(15)

Grupp Industrijali Fajr. Informazzjoni oħra: (a) Instrumentation Factory Plant, (b) Entità subordinata tal-AIO.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(22)

Kala-Electric. Magħruf ukoll bħala: Kalaye Electric. Informazzjoni oħra: fornitur għall-PFEP — Natanz.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(36)

Parchin Chemical Industries. Informazzjoni oħra: Fergħa tad-DIO, li tipproduċi munizzjon, splussivi, kif ukoll propellanti solidi għal rokits u missili.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(37)

Pars Aviation Services Company. Informazzjoni oħra: għandha diversi inġenji tal-ajru, inkluż MI-171, użati mill-Forza tal-Ajru tal-IRGC.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(41)

Industriji Ajrunawtiċi Qods. Informazzjoni oħra: tipproduċi vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAVs), paraxuts, paragliders, para-muturi, eċċ. L-IRGC ftaħret li tagħmel użu minn dawn il-prodotti bħala parti mid-duttrina ta' gwerra assimetrika tagħha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(43)

Sanam Industrial Group. Informazzjoni oħra: entità subordinata tal-AIO, li xtrat tagħmir f'isem l-AIO għall-programm tal-missili.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(45)

7th of Tir. Informazzjoni oħra: entità subordinata tad-DIO, li hija rikonoxxuta b'mod ġenerali bħala li hija involuta direttament fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(47)

Shahid Bagheri Industrial Group (SBIG). Informazzjoni oħra: entità subordinata tal-AIO.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(48)

Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG). Informazzjoni oħra: entità subordinata tal-AIO.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(52)

Sho'a' Aviation. Informazzjoni oħra: tipproduċi dwal mikto li l-IRGC stqarret li qed tuża bħala parti mid-duttrina ta' gwerra assimetrika tagħha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(56)

Ya Mahdi Industries Group. Informazzjoni oħra: entità subordinata tal-AIO, li hija involuta fix-xiri internazzjonali ta' tagħmir għall-missili.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.”