|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1105
tat-12 ta' Ġunju 2017
li jistabbilixxi l-formoli msemmija fir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedimenti ta' insolvenza
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 88 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) 2015/848,
Billi:
|
(1) |
Sabiex ikun żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/848, jinħtieġ li jiġu stabbiliti għadd ta' formoli. |
|
(2) |
B'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda u r-Renju Unit ħadu sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/848. Għaldaqstant, l-Irlanda u r-Renju Unit qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/848. Għaldaqstant, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-formola ta' avviż standard li għandha tintuża biex tinforma l-kredituri magħrufa barranin dwar il-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza, kif imsemmija fl-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2015/848, għandha tkun kif stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
2. Il-formola li għandha tintuża għat-tressiq tal-pretensjonijiet, kif imsemmija fl-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) 2015/848, tkun kif stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
3. Il-formola standard li tista' tintuża mill-prattikanti fl-insolvenza maħtura fir-rigward ta' membri ta' grupp għat-tressiq ta' oġġezzjonijiet fi proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp, kif imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) 2015/848, għandha tkun kif stabbilit fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.
4. Il-formola standard li għandha tintuża għas-sottomissjoni elettronika ta' talbiet individwali għall-informazzjoni permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) 2015/848, għandha tkun kif hemm stipulat fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta' Ġunju 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS I
BG
Съобщение за производство по несъстоятелностES
Anuncio de procedimiento de insolvenciaCS
Oznámení o insolvenčním řízeníDA
Meddelelse om indledning af insolvensbehandlingDE
Mitteilung über ein InsolvenzverfahrenEN
Notice of insolvency proceedingsET
Maksejõuetusmenetluse teatisEL
Ανακοίνωση διαδικασίας αφερεγγυότηταςFR
Note concernant la procédure d'insolvabilitéGA
Fógra faoi imeachtaí dócmhainneachtaHR
Obavijest o postupku u slučaju nesolventnostiIT
Avviso di procedura d'insolvenzaLV
Paziņojums par maksātnespējas procedūruLT
Pranešimas apie nemokumo byląHU
Értesítés fizetésképtelenségi eljárásrólMT
Avviż ta' proċedimenti ta' insolvenzaNL
Kennisgeving van insolventieprocedurePL
Powiadomienie o postępowaniu upadłościowymPT
Aviso sobre processo de insolvênciaRO
Notificare privind procedura de insolvențăSK
Oznam o insolvenčnom konaníSL
Obvestilo o postopku v primeru insolventnostiFI
Ilmoitus maksukyvyttömyysmenettelystäSV
Underrättelse om insolvensförfaranden(L-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19))
ANNESS II
BG
Предявяване на вземанияES
Presentación de créditosCS
Přihláška pohledávkyDA
Anmeldelse af fordringerDE
ForderungsanmeldungET
Nõuete esitamineEL
Αναγγελία απαιτήσεωνEN
Lodgement of claimsFR
Production de créancesGA
Taisceadh éileamhHR
Prijava tražbinaIT
Insinuazione di creditiLV
Prasījumu iesniegšanaLT
Reikalavimų pateikimasHU
Követelések előterjesztéseMT
Tressiq ta' pretensjonijietNL
Indiening van schuldvorderingenPL
Zgłoszenie wierzytelnościPT
Reclamação de créditosRO
Depunerea cererilor de admitere a creanțelorSK
Prihláška pohľadávokSL
Prijava terjatevFI
Saatavien ilmoittaminenSV
Anmälan av fordringar(Il-paragrafi minn 1 sa 3 tal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19))
B'dan nirreferi għall-proċedimenti ta' insolvenza indikati hawn taħt u nressaq il-pretensjonijiet tiegħi fil-konfront tal-proprjetà tal-insolvenza, kif ġej:
ANNESS III
Oġġezzjoni fir-rigward ta' proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp
L-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza — ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19.
Jien, is-sottoskritt, fil-kapaċità tiegħi ta' prattikant fl-insolvenza maħtur b'rabta ma' membru ta' grupp ta' kumpanija, liema kumpanija membru hija notifikata b'talba biex jinfetħu “proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp” f'konformità mal-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza, b'dan
noġġezzjona għal
|
☐ |
|
|
☐ |
|
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/27 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1106
tal-21 ta' Ġunju 2017
li jdaħħal isem fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Пастърма говежда (Pastarma govezhda) (TSG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(3)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B'konformità mal-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Bulgarija għar-reġistrazzjoni tal-isem “Пастърма говежда” (Pastarma govezhda) bħala Speċjalità Tradizzjonali Garantita (STG) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). “Пастърма говежда” (Pastarma Govezhda) huwa prodott speċifiku tal-laħam nej imnixxef b'togħma u aroma ta' ċanga matura mingħajr ħwawar. |
|
(2) |
Fil-5 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' oppożizzjoni mill-Kamra tal-Kummerċ ta' Kayseri (it-Turkija). |
|
(3) |
Fl-24 u fit-30 ta' Novembru u fl-1 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet id-dokumenti li jiffurmaw id-dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni mill-Kamra tal-Kummerċ ta' Kayseri. |
|
(4) |
Peress li din l-oppożizzjoni setgħet tintlaqa', bl-ittra tat-18 ta' Jannar 2016 il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jidħlu f'konsultazzjonijiet xierqa għal perjodu ta' tliet xhur biex jilħqu qbil bejniethom, skont il-proċeduri interni tagħhom. |
|
(5) |
B'talba tal-applikant, l-iskadenza għal dawn il-konsultazzjonijiet ġiet estiża bi tliet xhur oħra. |
|
(6) |
Ma ntlaħaq l-ebda qbil fiż-żmien stipulat. L-informazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet xierqa li seħħew bejn il-Bulgarija u l-Kamra tal-Kummerċ ta' Kayseri ngħatat kif xieraq lill-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, filwaqt li jitqiesu r-riżultati ta' dawn il-konsultazzjonijiet. |
|
(7) |
Id-dikjarazzjoni motivata mibgħuta mill-parti opponenti għandha titqies skont l-Artikolu 21(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 li jipprovdi li oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni ta' STG hija ammissibbli jekk tkun “turi li l-użu tal-isem huwa legali, magħruf u ekonomikament sinifikattiv għal prodotti agrikoli jew oġġetti tal-ikel simili.” Il-parti opponenti ssostni li r-reġistrazzjoni ta' “Пастърма говежда” (Pastarma govezhda) bħala STG toħloq kompetizzjoni inġusta billi tagħmel profitt mhux leġittimu mill-użu tal-isem “Kayseri Pastırması'”, prodott tal-laħam nej imnixxef simili għal “Пастърма говежда” (Pastarma govezhda), li huwa protett bħala Indikazzjoni Ġeografika fit-Turkija. Il-partijiet opponenti jallegaw li “Kayseri Pastırması'” kiseb reputazzjoni ċara u jiġi kkunsmat f'diversi pajjiżi tal-UE. Barra minn hekk, ix-xebh tal-kliem “pastirma — pastarma” joħloq konfużjoni f'għajnejn il-konsumatur. Dan ir-riskju ta' konfużjoni huwa saħansitra akbar għax il-kelma “Pastarma” għandha għeruq Torok. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni evalwat l-argumenti mogħtija f'dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni u fl-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni rigward in-negozjati bejn il-partijiet ikkonċernati u kkonkludiet li l-isem “Пастърма говежда” (Pastarma govezhda) għandu jiġi rreġistrat bħala STG. |
|
(9) |
“Пастърма говежда” (Pastarma govezhda) għandu l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu u l-metodi ta' produzzjoni tiegħu. Huwa prodott ta' laħam nej imnixxef b'karatteristiċi organolettiċi, kimiċi u fiżiċi speċifiċi, b'togħma u aroma ta' ċanga matura mingħajr ħwawar u togħmiet barranin. “Пастърма говежда” (Pastarma govezhda) huwa r-riżultat ta' metodu tradizzjonali użat fil-proċessi ta' produzzjoni ta' tmelliħ, maturazzjoni u tnixxif li matulhom iseħħu proċessi mikrobijoloġiċi, fiżikokimiċi u bijokimiċi kumplessi fl-ingredjenti tal-laħam. Waqt it-tnixxif, jinżammu ċerti parametri: it-temperatura tal-arja u l-umdità li joħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp tal-mikrokokki (M. varians) u tal-lattobaċilli (L. plantarum, L. casei) speċifiċi għall-pajjiż. Il-proċess kollu huwa deskritt fil-punt 4.3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. |
|
(10) |
“Kayseri Pastırması'” u prodotti oħra tal-laħam bl-isem “pastarma” jew “pastirma”, jew ismijiet oħra simili, jiġu prodotti bl-użu ta' metodi tal-produzzjoni li huma differenti mill-metodu inkluż fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' “Пастърма говежда” (Pastarma govezhda). Għall-kuntrarju tal-prodott “Kayseri Pastırması'”, li huwa indikazzjoni ġeografika Torka, “Пастърма говежда” (Pastarma govezhda) qed jiġi protett bħala Speċjalità Tradizzjonali Garantita. Il-karatteristiċi tiegħu ġejjin mill-metodu ta' produzzjoni tradizzjonali. |
|
(11) |
“Пастърма говежда” (Pastarma govezhda) u “Kayseri Pastırması'” huma ismijiet komposti li fihom terminu simili wieħed. Għalkemm parzjalment simili, l-ismijiet huma differenzjati biżżejjed u l-konsumaturi m'għandhomx ikollhom diffikultà li jiddistingwu bejn iż-żewġ prodotti. Barra minn hekk, “Пастърма говежда” (Pastarma govezhda) ilu li sab postu fis-suq Bulgaru bħala prodott tradizzjonali Bulgaru, mingħajr ma ssir ebda assoċjazzjoni ma' “Kayseri Pastırması'”. Dan ilu jiġi prodott fil-Bulgarija mis-seklu 19; Il-kompożizzjoni u r-rekwiżiti ta' kwalità ġew standardizzati għall-ewwel darba fl-1955 fl-Istandards tal-Istat Bulgaru. Ir-registrazzjoni ta' “Пастърма говежда” (Pastarma govezhda) bħala STG tista' ma taffettwax l-użu tal-isem “Kayseri Pastırması'” fis-suq. |
|
(12) |
Ir-raġunijiet għall-oppożizzjoni, indikati mill-Kamra tal-Kummerċ ta' Kayseri, huma marbuta prinċipalment mal-oriġini u l-użu tal-kelma “pastarma”. Iżda ta' min jiċċara li Pastarma huwa terminu użat mal-peniżola Balkanika kollha għall-prodotti tal-laħam imnixxfa. Tabilħaqq, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott innifsu tistqarr li l-kelma “pastarma” fl-isem “Pastarma govezhda” hija ta' oriġini Torka u tirreferi għal “laħam imnixxef, ippressat u mmellaħ”. Billi applikat għar-reġistrazzjoni tal-isem “Пастърма говежда” (Pastarma govezhda) bħala STG, il-Bulgarija ma kellhiex l-intenzjoni li tirriżerva l-użu tat-terminu “Пастърма (Pastarma)”per se. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-protezzjoni għandha tkopri biss it-terminu “Пастърма говежда” (Pastarma govezhda) bħala tali. It-terminu “Pastarma” għandu jkompli jintuża, anki fit-traduzzjoni madwar l-Unjoni Ewropea kollha, sakemm il-prinċipji u r-regoli applikabbli skont l-ordni ġuridiku tal-Unjoni Ewropea jibqgħu mħarsa. Ir-reġistrazzjoni ta' “Пастърма говежда” (Pastarma govezhda) għaldaqstant la mhu se tostakola milli tissokta l-kummerċjalizzazzjoni ta' “Kayseri Pastırması'” fl-UE u lanqas ma tipprekludi r-reġistrazzjoni ta' ismijiet oħra inkluż it-terminu “Pastarma”. |
|
(13) |
Minkejja dan kollu, sabiex jiġi evitat kull riskju ta' konfużjoni għall-konsumaturi li jiġu biex jixtru prodotti komparabbli b'ismijiet simili, huwa xieraq li l-isem tal-STG “Пастърма говежда” (Pastarma govezhda) ikun akkumpanjat bid-dikjarazzjoni “magħmul skont it-tradizzjoni tal-Bulgarija” kif previst fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għal dawn il-każijiet. |
|
(14) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-isem “Пастърма говежда” (Pastarma govezhda) għandu jiddaħħal fir-“reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti”. |
|
(15) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem “Пастърма говежда” (Pastarma govezhda) (STG) huwa rreġistrat.
L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jidentifika prodott tal-Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
L-isem imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun akkumpanjat bid-dikajrazzjoni “magħmul skont it-tradizzjoni tal-Bulgarija”. L-ispeċifikazzjoni kkonsolidata tal-prodott hija stipulata fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-isem imsemmi fl-Artikolu 1 huwa protett bħala tali. It-terminu “Pastarma” għandu jkompli jintuża, anki fit-traduzzjoni, madwar l-Unjoni Ewropea kollha, sakemm il-prinċipji u r-regoli applikabbli skont l-ordni ġuridiku tal-Unjoni Ewropea jibqgħu mħarsa.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 224, 9.7.2015, p. 13.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
ANNESS
SPEĊIFIKAZZJONI TA' PRODOTT TA' SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA
“ПАСТЪРМА ГОВЕЖДА” (PASTARMA GOVEZHDA)
Nru KE: BG-TSG-0007-01255 — 25.8.2014
Il-Bulgarija
1. Ismijiet li se jiġu rreġistrati
“Пастърма говежда” (Pastarma govezhda)
Mal-isem jiżdied il-kliem “magħmul skont it-tradizzjoni tal-Bulgarija”.
2. Tip ta' prodott
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)
3. Raġunijiet għar-reġistrazzjoni
3.1. Jekk il-prodott
☒ jirriżultax minn metodu tal-produzzjoni, tal-ipproċessar jew tal-kompożizzjoni li jikkorrispondi mal-prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew dak l-oġġett tal-ikel
☐ hux magħmul minn materja prima jew ingredjenti li jintużaw tradizzjonalment.
“Pastarma govezhda” huwa r-riżultat ta' metodu tradizzjonali użat fil-proċessi ta' produzzjoni ta' tmelliħ, maturazzjoni u tnixxif li matulhom iseħħu proċessi mikrobijoloġiċi, fiżikokimiċi u bijokimiċi kumplessi fl-ingredjenti tal-laħam. Waqt it-tnixxif jinżammu ċerti parametri: it-temperatura tal-arja u l-umdità li joħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp tal-mikrokokki (M. varians) u tal-lattobaċilli (L. plantarum, L. casei) speċifiċi għall-pajjiż. Dawn il-proċessi jgħinu biex tinkiseb struttura tajba u aroma u togħma pjaċevoli fil-prodott finali.
3.2. L-isem
☒ intuża tradizzjonalment biex jirreferi għall-prodott speċifiku
☐ jidentifika l-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott
L-isem “Pastarma govezhda” huwa speċifiku fih innifsu għax għandu storja twila ta' sekli sħaħ u huwa magħruf mal-pajjiż kollu. Minħabba l-popolarità tiegħu, l-isem daħal fl-użu komuni mingħajr mar-reġjun ġeografiku influwenza l-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott.
Il-kelma “pastarma” fl-isem “Pastarma govezhda” għandha oriġini Torka u tfisser laħam ippressat imnixxef u mmellaħ (Entsiklopedichen rechnik na chuzhdite dumi v balgarskia ezik (Dizzjunarju Enċiklopedija ta' Kliem Barrani fil-Bulgaru), MAG 77, Sofia, 1996). Dan il-metodu tal-ipproċessar u tal-ippreservar tal-laħam inġieb fit-territorju fejn illum tinsab il-Bulgarija fis-seklu 7 wara Kristu mill-Proto Bulgari li kienu jappartjenu għall-familja tal-lingwi Turko-Altajċi.
4. Deskrizzjoni
4.1. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1, inkluż il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi ewlenin tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)
“Pastarma Govezhda” huwa prodott speċifiku ta' laħam nej imnixxef b'togħma u aroma ta' ċanga matura mingħajr ħwawar u togħmiet barranin.
Huwa prodott ta' laħam ippressat magħmul minn laħam frisk taċ-ċanga u ingredjenti awżiljarji mhux mitħunin, prodott li jsir permezz tat-tmelliħ, it-tnixxif u l-ippressar, u huwa tajjeb għall-konsum dirett.
Il-proprjetajiet fiżiċi — l-għamla u l-qisien
“Pastarma govezhda” jkun f'biċċiet ta' għamla tawwalija u ċatta, mingħajr dimensjonijiet speċifiċi.
Il-forma ċatta speċifika tal-prodott tinkiseb waqt it-tnixxif għax il-prodott jingħasar fi pressa bit-twavel tal-injam.
Il-proprjetajiet kimiċi
|
— |
il-kontenut tal-ilma ma jaqbiżx il-50 % tal-massa globali; |
|
— |
melħ tat-tisjir: 3,5-4,5 % tal-piż totali; |
|
— |
nitriti (ammont residwu fil-prodott finali): mhux iżjed minn 50 mg/kg; |
|
— |
pH mhux inqas minn 5,4. |
Il-proprjetajiet organolettiċi
Dehra esterna u kulur
|
— |
Il-wiċċ huwa lixx, b'tessut muskolari ppressat ta' lewn griż kannella, filwaqt li x-xaħam huwa lewn il-krema. Dan jista' jkollu kisja ħafifa ta' moffa bajda taz-zalzett. |
Taqsima trażversali
|
— |
It-tessut muskolari huwa kannella skur għal kannella ħamrani, b'lewn aktar skur lejn it-truf, filwaqt li x-xaħam huwa lewn il-krema. |
Konsistenza: densa u elastika.
“Pastarma govezhda” jista' jinbiegħ sħiħ jew imfettet, ippakkjat f'vakwu, fil-karta tas-selofejn jew f'imballaġġ b'atmosfera protettiva.
4.2. Deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 li għandhom isegwu l-produtturi, li fejn rilevanti tinkludi n-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti li jintużaw, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)
Il-materja prima u l-ingredjenti awżiljarji li ġejjin jintużaw għall-produzzjoni tal-“Pastarma govezhda” bħala prodott lest:
|
|
Laħam
|
|
|
Melħ tat-tisjir: 3–6 kg jew |
|
|
Taħlita ta' melħ: 3-6 kg ta' melħ tat-tisjir, 40 g ta' antiossidanti, jiġifieri l-aċidu assorbiku (E300), 100 g ta' nitrat tal-potassju (E252) jew 85 g ta' nitrat tas-sodju (E251), 500 g ta' zokkor granulat raffinat. |
|
|
Spag: permess għall-użu fl-ikel. |
Metodu tal-produzzjoni
Il-laħam jiġi ddissussat, filwaqt li l-biċċiet tal-muskoli jitħallew intatti. Il-laħam jitnaddaf mid-demm, mill-għeruq jew mill-fasciae u jitqiegħed f'biċċiet iċċattjati b'forma żengulija mingħajr qisien speċifiċi.
Il-biċċiet jitmellħu bis-salmura jew bil-melħ, skont il-formulazzjoni. Il-biċċiet immellħa jitqiegħdu ppressati fejn xulxin f'kontenituri nodfa adattati għall-maturazzjoni. Jitqiegħdu f'maħżen tal-friża b'temperatura tal-arja ta' bejn 0 °C u 4 °C. Wara 3 sa 4 ijiem, l-arranġament tal-biċċiet jinqaleb (il-biċċiet ta' fuq jitqiegħdu taħt, u viċiversa) u jitħallew għal perjodu ieħor ta' bejn 3 u 6 ijiem fl-istess kundizzjonijiet sakemm jitmellħu b'mod uniformi. Wara li jitmellaħ, il-pastarma jitgħaddas fl-ilma kiesaħ safi sakemm il-laħam jiżviluppa togħma mielħa pjaċevoli. Meta jitlesta l-proċess, kull biċċa tintrabat b'ingassa tal-ispag u l-biċċiet jiddendlu ma' oqfsa tal-injam u/jew tal-metall (vireg) li jitqiegħdu fuq xtellieri bir-roti. Il-biċċiet ma jitħallewx imissu ma' xulxin. Jitħallew fuq l-ixtelliera biex joqtru sa 24 siegħa f'temperatura tal-arja li ma taqbiżx it-12 °С. Meta jkunu qotru, jitqiegħdu fi kmamar tat-tnixxif b'mod naturali jew bl-arja kundizzjonata. It-tnixxif iseħħ f'temperatura tal-arja ta' bejn it-12 °С u s-17 °С u b'umdità relattiva ta' bejn 70 % u 85 %. Waqt it-tnixxif iseħħu proċessi fiżikokimiċi, bijokimiċi jew mikrobijoloġiċi kumplessi u l-laħam nej issir prodott lest biex jittiekel. Waqt it-tnixxif, il-pastarma jiġi ppressat bosta drabi biex jiżviluppa konsistenza aktar densa u wiċċ lixx. Qabel ma jiġu ppressati, il-biċċiet individwali jridu jintgħażlu skont il-ħxuna tagħhom. L-ippressar inizjali jseħħ meta l-biċċiet tal-pastarma jkunu nixfu xi ftit u tinħass qoxra ħafifa fil-wiċċ. Normalment, l-ippressar isir darbtejn jew 3 darbiet, l-ewwel waħda bejn 3 u 4 jiem wara li joqtru. L-ippressar idum bejn 12-il siegħa u 24 siegħa. Il-proċess sħiħ tat-tnixxif idum bejn 25 u 30 jum — skont id-daqs tal-biċċiet tal-laħam — sakemm tinkiseb konsistenza densa u elastika.
4.3. Deskrizzjoni tal-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)
Fl-1930, il-Prof. G. Dikov stqarr fil-ktieb tiegħu Higiena na mesoto (L-iġjene tal-laħam) li fil-Bulgarija l-laħam taċ-ċanga ilu jiġi pproċessat f'pastarma permezz tat-tmelliħ u t-tnixxif minn żmien żemżem. Matul l-istorja millenarja tal-Bulgarija, il-“Pastarma govezhda” ġabar l-għerf tal-Bulgari, li fl-ikel huma prattiċi daqskemm eżiġenti. Din hija r-raġuni għaliex dan il-prodott għandu togħma mielħa u l-kulur u r-riħa ġenwini tal-laħam; iżomm mingħajr problemi u fit-tul.
Fil-ktieb tiegħu Iz stopanskoto minalo na Gabrovo (Mill-passat ekonomiku ta' Gabrovo) (1929) Dr P. Tsonchev jelabora dwar l-użu teknoloġiku tal-karkassi tal-annimali bovini fir-reġjun, 150 sena ilu. “Minn barri ta' 250 kg jistgħu jiġu prodotti medja ta' 70 kg ta' pastarma…”
Il-produzzjoni artiġjanali tal-“Pastarma Govezhda” fis-seklu 19 u fil-bidu tas-seklu 20 kienet tipikament issir staġjonalment fi kmamar apposta tat-tnixxif naturali fir-reġjuni muntanjużi fejn il-kundizzjonijiet tat-temp kienu tajbin. Il-metodu tal-produzzjoni tradizzjonali użat waqt il-proċess tat-tnixxif hu dak li lill-prodott jagħmlu speċjalità Bulgara. Waqt it-tnixxif, jinżammu ċerti parametri: it-temperatura tal-arja u l-umdità, li joħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp tal-mikrokokki (M. varians) u tal-lattobaċilli (L. plantarum, L. casei), speċifiċi għall-pajjiż li jagħtu lil dan il-prodott it-togħma karatteristika tiegħu (Valkova, K. Tehnologia na mesnite produkti (Metodi tal-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam), Plovdiv, 2005; Boshkova, K., Mikrobiologia na mesoto, ribata i yaytsata (Il-mikrobijoloġija tal-laħam, tal-ħut u tal-bajd), Plovdiv, 1994). Minħabba l-popolarità tiegħu u l-introduzzjoni ta' kmamar tat-tnixxif bl-arja kundizzjonata li jżommu l-parametri naturali tal-ambjent tat-tnixxif, il-produzzjoni tal-“Pastarma govezhda” nfirxet lejn ir-reġjuni kollha tal-pajjiż u ġiet industrijalizzata, filwaqt li l-karatteristiċi tal-kwalità u r-riċetta tal-prodott għadhom kif dejjem kienu.
L-ewwel standards produttivi u kummerċjali għall-“Pastarma govezhda” ġew ippubblikati fl-1942 mill-Istitut Suprem tal-Iġjene Veterinarja u l-Kontroll tal-Prodotti tal-Annimali. Meta ddeskrivew il-proċess tal-produzzjoni, Dr M. Yordanov u T. Girginov interpretaw il-lingwaġġ speċjalizzat użat fil-passat: “it-tnixxif u l-ippressar jiġu ripetuti sakemm il-prodott ikun lest kollu — il-produtturi tradizzjonali kienu jużaw il-kelma ‘jinħema’.”
Il-kompożizzjoni u r-rekwiżiti tal-kwalità għall-“Pastarma govezhda” ġew standardizzati għall-ewwel darba fl-1955 fl-Istandard tal-Istat Bulgaru BDS 2014 55 (Pastarma taċ-ċanġa). Ġew stabbiliti r-regoli u l-istandards għall-proċess teknoloġiku li jiżguraw l-aqwa kwalità ta' dan il-prodott. Il-metodu tal-produzzjoni tal-“Pastarma govezhda” ġie deskritt f'Sbornik tehnologicheski instruktsii po mesnata promishlenost (Ġabra ta' artikli dwar l-istruzzjonijiet teknoloġiċi fl-industrija tal-laħam) (1958), Proizvodstvo i plasment na mesni produkti (Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-laħam) (1963) u Sbornik tehnologichni instruktsii za proizvodstvo na mesni proizvedenia (Ġabra ta' artikli dwar l-istruzzjonijiet teknoloġiċi għall-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam) (1980), li l-kompożizzjoni u l-metodu tal-produzzjoni nżammu intatti matul is-snin. Fis-sittinijiet, fir-rakkont awtobijografiku tiegħu, Dr Chilingirov, speċjalista għal bosta snin fil-fabbrika tal-laħam Rodopa f'Shumen, kiteb: “Il-metodu tal-produzzjoni tradizzjonali prinċipali ġie mħares minkejja t-tagħmir tekniku modern u l-kmamar bl-arja kundizzjonata.”
DEĊIŻJONIJIET
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1107
tat-8 ta' Ġunju 2017
fir-rigward tal-estensjoni tal-perijodu ta' intitolament għall-koproduzzjonijiet awdjoviżivi kif previst fl-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali anness mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2169 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2015/2169 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (“id-Deċiżjoni”). |
|
(2) |
Il-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali (“il-Protokoll”) li huwa anness mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, jistabbilixxi fl-Artikolu 1 il-qafas li fi ħdanu l-Partijiet jikkooperaw biex jiġu ffaċilitati l-iskambji dwar attivitajiet kulturali, oġġetti u servizzi, inkluż fis-settur awdjoviżiv. Skont l-Artikolu 5(3) tal-Protokoll, il-Partijiet għandhom jiffaċilitaw il-koproduzzjonijiet bejn il-produtturi mill-Parti tal-UE u l-Korea, inkluż permezz ta' intitolament biex il-koproduzzjonijiet jibbenefikaw mill-iskemi rispettivi tagħhom għall-promozzjoni ta' kontenut kulturali lokali u reġjonali. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 5(8)(b) tal-Protokoll, wara l-perijodu inizjali ta' tliet snin, l-intitolament jiġġedded għal perijodu ta' tliet snin u wara għandu jiġġedded awtomatikament għal perijodi oħra suċċessivi tal-istess tul, sakemm Parti ma ttemmx l-intitolament billi tagħti avviż bil-miktub mill-anqas tliet xhur qabel l-iskadenza tal-perijodu inizjali jew kwalunkwe perijodu suċċessiv ieħor. |
|
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2169, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Korea bl-intenzjoni tal-Unjoni li ma testendix il-perijodu ta' intitolament għall-koproduzzjonijiet awdjoviżivi skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(8) tal-Protokoll imsemmi, ħlief jekk, fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill jaqbel erba' xhur qabel tmiem tali perijodu ta' intitolament li jkompli l-intitolament. Jekk il-Kunsill jaqbel li jkompli l-intitolament, din id-dispożizzjoni għandha terġa' ssir applikabbli fi tmiem il-perijodu mġedded tal-intitolament. Għall-finijiet speċifiċi li ssir deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-perijodu ta' intitolament, il-Kunsill għandu jaġixxi b'unanimità. |
|
(5) |
Fil-5 ta' Settembru 2016, il-Grupp Konsultattiv Domestiku tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 3(5) tal-Protokoll ta opinjoni favorevoli għall-estensjoni tal-perijodu tal-intitolament, kif previst fl-Artikolu 5(8)(a)tal-Protokoll. |
|
(6) |
Il-Kunsill jaqbel mal-estensjoni tal-intitolament għall-koproduzzjonijiet awdjoviżivi biex jibbenefikaw mill-iskemi rispettivi tal-Partijiet għall-promozzjoni ta' kontenut kulturali lokali u reġjonali kif previst fil-paragrafi 4, 5, 6 u 7 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa l-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-perijodu ta' intitolament għall-koproduzzjonijiet awdjoviżivi biex jibbenefikaw mill-iskemi rispettivi tal-Partijiet għall-promozzjoni ta' kontenut kulturali lokali u reġjonali, kif previst fil-paragrafi 4, 5, 6 u 7 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll, għandu jiġu estiż għal perijodu ta' tliet snin, mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2020.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu,, ir-8 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. SIMSON
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2017/1108
tal-20 ta' Ġunju 2017
li taħtar żewġ membri fil-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jistabbilixxi kumitat ta' persuni eminenti indipendenti. |
|
(2) |
L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jipprevedi li dan il-Kumitat għandu jkun magħmul minn sitt membri, fejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaħtru żewġ membri kull wieħed. Il-kumitat għandu jiġġedded fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tal-ewwel sessjoni tal-Parlament Ewropew wara kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew. Il-mandat tal-membri m'għandux ikun jista' jiġġedded, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Is-segwenti huma b'dan maħturin membri tal-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti għat-tul tal-mandat tal-kumitat:
|
— |
Is-Sinjura Rebecca ADLER-NISSEN |
|
— |
Is-Sur Christoph MÖLLERS |
2. Il-ħatra hija soġġetta għall-iffirmar, minn kull membru innominat, tad-dikjarazzjoni ta' indipendenza u n-nuqqas ta' konflitt ta' interessi li hija annessa ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
H. DALLI
ANNESS
DIKJARAZZJONI TA' INDIPENDENZA U NUQQAS TA' KONFLITT TA' INTERESSI
Jiena, is-sottoskritt, …, niddikjara li ħadt nota tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u ser neżerċita dmirijieti bħala ta' membru tal-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti b'mod kompletament indipendenti u f'konformità totali mar-regoli ta' dak ir-Regolament.
La ser nitlob u lanqas ser nieħu struzzjonijiet minn xi istituzzjoni jew gvern, jew minn xi entità, uffiċċju jew aġenzija oħra. Jien ser nastjeni minn kwalunkwe att li huwa inkompatibbli man-natura ta' dmirijieti.
Niddikjara li, sa fejn naf jien, ma ninsabx f'sitwazzjoni ta' konflitt ta' interessi. Jeżisti konflitt ta' interessi fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv ta' dmirijieti bħala membru tal-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti jkun kompromess minħabba raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja personali, l-affinità politika, nazzjonali, filosofika jew reliġjuża, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż ma' riċevitur.
B'mod partikolari, niddikjara li m'iniex membru tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. Ma għandi l-ebda mandat elettorali. M'iniex uffiċjal jew impjegat ieħor tal-Unjoni Ewropea. M'iniex, u qatt ma kont, impjegat ta' xi partit politiku Ewropew jew ta' xi fondazzjoni politika Ewropea.
Magħmul fi …,
[DATA + FIRMA
tal-membru maħtur
tal-kumitat ta'
persuni eminenti indipendenti]
Rettifika
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/37 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/776 tat-18 ta' Mejju 2015 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal fuq importazzjonijiet ta' roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 122 tad-19 ta' Mejju 2015 )
Fil-paġna 26, l-Artikolu 1, punt 1,
minflok:
“…, ħlief għal dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
TARIC kodiċi addizzjonali |
|
Il-Kambodja |
A u J (Cambodia) Co., Ltd., Special Economic Zone Tai Seng Bavet, Sangkar Bavet, Krong Baver, Ket Svay Rieng, il-Kambodja |
C035 |
|
Smart Tech (il-Kambodja) Co., Ltd., Tai Seng Bavet Special Economic Zone, National Road No. 1, Bavet City, Svay Rieng, il-Kambodja |
C036 |
|
|
Speedtech Industrial Co. Ltd. u Bestway Industrial Co., Manhattan (Svay Rieng) Special Economic Zone, National Road No. 1, Sangkat Bavet, Krong Bavet, Svay Rieng Province, il-Kambodja |
C037 |
|
|
Il-Filippini |
Procycle Industrial Inc., Hong Chang Compound, Brgy. Lantic, Carmona, Cavite, il-Filippini |
C038 ”, |
aqra:
“…, ħlief għal dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
TARIC kodiċi addizzjonali |
|
Il-Kambodja |
A and J (Cambodia) Co., Ltd., Special Economic Zone Tai Seng Bavet, Sangkar Bavet, Krong Baver, Ket Svay Rieng, il-Kambodja |
C035 |
|
Smart Tech (il-Kambodja) Co., Ltd., Tai Seng Bavet Special Economic Zone, National Road No. 1, Bavet City, Svay Rieng, il-Kambodja |
C036 |
|
|
Speedtech Industrial Co., Ltd., Manhattan (Svay Rieng) Special Economic Zone, National Road No. 1, Sangkat Bavet, Krong Bavet, Svay Rieng Province, il-Kambodja |
C037 |
|
|
Bestway Industrial Co., Ltd., Manhattan (Svay Rieng) Special Economic Zone, National Road No. 1, Sangkat Bavet, Krong Bavet, Svay Rieng Province, il-Kambodja |
C037 |
|
|
Il-Filippini |
Procycle Industrial Inc., Hong Chang Compound, Brgy. Lantic, Carmona, Cavite, il-Filippini |
C038 ”. |