|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1090
tal-20 ta' Ġunju 2017
li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 tal-10 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-10 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 224/2014. |
|
(2) |
Fis-17 ta' Mejju 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2127 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, żied persuna waħda mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. Fl-24 ta' Mejju 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/890 (2) li jżid lil din il-persuna fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014. |
|
(3) |
L-informazzjoni li tirrigwarda din il-persuna jenħtieġ li tiġi kkompletata u jenħtieġ għalhekk li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
H. DALLI
(2) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/890 tal-24 ta' Mejju 2017 li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 1).
ANNESS
L-entrata fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 224/2014 li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt hija sostitwita bl-entrata li ġejja:
|
“12. |
Abdoulaye HISSENE (psewdonimu: a) Abdoulaye Issène; b) Abdoulaye Hissein; c) Hissene Abdoulaye; d) Abdoulaye Issène Ramadane; e) Abdoulaye Issene Ramadan; f) Issene Abdoulaye)
Data tat-twelid: 1967 Post tat-twelid: Ndele, Bamingui-Bangoran, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana Ċittadinanza: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana Nru. tal-passaport: Passaport diplomatiku tar-RĊA bin-numru D00000897, maħruġ fil-5 ta' April 2013, (validu sal-4 ta' April 2018) Indirizz: a) KM5, Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana; b) Nana-Grebizi, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana Data tal-indikazzjoni min-NU: 17 ta' Mejju 2017 Informazzjoni oħra: Hissène kien preċedentement il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Isport bħala parti mill-Kabinett tal-eks-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana Michel Djotodia. Qabel dan, huwa kien il-kap tal-Konvenzjoni tal-Patrijotti għall-Ġustizzja u l-Paċi, partit politiku. Huwa stabbilixxa wkoll lilu nnifsu bħala l-mexxej tal-milizzji armati f'Bangui, b'mod partikolari fil-kwartier “PK5” (it-tielet distrett). Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Abdoulaye Hissène ġie elenkat fis-17 ta' Mejju 2017 skont il-paragrafi 16 u 17(g) tar-riżoluzzjoni 2339(2017) bħala li jieħu sehem jew jipprovdi appoġġ għal atti li jdgħajfu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inkluż atti li jheddu jew ixekklu l-proċess ta' transizzjoni politika, jew il-proċess ta' stabbilizzazzjoni u rikonċiljazzjoni jew li jħeġġu l-vjolenza; u li huwa involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorizzazzjoni, jew it-twettiq ta' attakki kontra missjonijiet tan-NU jew preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż il-MINUSCA, il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġjawhom. Informazzjoni addizzjonali: Abdoulaye Hissène u membri oħra tal-eks-Séléka kkollaboraw ma' instigaturi anti-balaka alleati mal-eks-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) François Bozizé, inkluż Maxime Mokom, biex jinkoraġġixxu protesti vjolenti u ġlied f'Settembru 2015 bħala parti minn attentat ta' kolp ta' stat li falla biex iwaqqa' l-Gvern waqt li l-President Transizzjonali ta' dakinhar Catherine Samba-Panza kienet qed tattendi l-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-2015. Mokom, Hissène, u oħrajn ġew akkużati mill-gvern tar-RĊA b'diversi reati kriminali, inkluż qtil, ħruq, tortura, u sakkeġġi, li rriżultaw mill-kolp ta' stat li falla. Mill-2015, Hissène kien sar wieħed mill-mexxejja ewlenin tal-milizzji armati li jinsabu fil-kwartier “PK5” ta' Bangui u li kienu jinkludu aktar minn 100 raġel. Huwa xekkel il-libertà ta' moviment u t-treġġigħ lura tal-awtorità tal-istat fiż-żona, inkluż permezz ta' tassazzjoni illegali tat-trasport u attivitajiet kummerċjali. Fit-tieni nofs tal-2015, Hissène aġixxa bħala r-rappreżentant tan-“Nairobisti” tal-eks-Séléka f'Bangui li operaw fil-qafas ta' ravviċinament mal-ġellieda anti-balaka taħt Mokom. Irġiel armati taħt il-kontroll ta' Haroun Gaye u Hissène pparteċipaw fil-ġrajjiet vjolenti li seħħew f'Bangui bejn is-26 ta' Settembru u t-3 ta' Ottubru 2015. Il-membri tal-grupp ta' Hissène huma ssuspettati li kienu involuti f'attakk fit-13 ta' Diċembru 2015 — il-jum tar-referendum kostituzzjonali — fuq il-vettura ta' Mohamed Moussa Dhaffane, mexxej tal-eks-Séléka. Hissène huwa akkużat li orkestra l-vjolenza fid-distrett KM5 ta' Bangui li biha nqatlu ħames persuni, indarbu għoxrin, u żammet lir-residenti milli jivvutaw fir-referendum kostituzzjonali. Hissène qiegħed l-elezzjonijiet f'riskju billi ħoloq ċiklu ta' attakki ta' ritaljazzjoni bejn gruppi differenti. Fil-15 ta' Marzu 2016, Hissène nqabad mill-pulizija fl-ajruport M'poko ta' Bangui u ġie ttrasferit lit-taqsima ta' riċerka u investigazzjoni tal-ġendarmerija nazzjonali. Il-milizzja tiegħu sussegwentement ħelsuh, bl-użu tal-forza, u serqet arma li preċedentement kienet mgħoddija minn MINUSCA bħala parti minn talba għal eżenzjoni approvata mill-Kumitat. Fid-19 ta' Ġunju 2016, wara l-arrest ta' negozjanti Musulmani minn forzi tas-sigurtà interni f'“PK 12”, il-milizzji ta' Gaye u Hissène ħatfu ħames pulizija nazzjonali f'Bangui. Fl-20 ta' Ġunju, il-MINUSCA għamlet tentattiv biex teħles il-pulizija. Irġiel armati taħt il-kontroll ta' Hissène u Gaye kienu involuti fi sparar ma' forzi taż-żamma tal-paċi li ppruvaw jeħilsu l-ostaġġi. B'riżultat ta' dan, inqatlu mill-inqas sitt individwi u indarab membru tal-forzi għaż-żamma tal-paċi. Fit-12 ta' Awwissu 2016, Hissène mexxa konvoj ta' sitt vetturi b'individwi armati sew. Il-konvoj, li kien qed jaħrab minn Bangui, ġie interċettat minn MINUSCA fin-Nofsinhar ta' Sibut. Fi triqtu lejn it-Tramuntana, il-konvoj kien involut fi sparar ma' forzi tas-sigurtà interna f'diversi punti ta' kontroll. Il-konvoj eventwalment twaqqaf minn MINUSCA 40 km min-Nofsinhar ta' Sibut. Wara bosta ġlidiet b'armi tan-nar, MINUSCA qabdet 11-il raġel, iżda Hissène u diversi oħra ħarbu. Individwi arrestati indikaw lil MINUSCA li Hissène kien il-mexxej tal-konvoj li l-għan tiegħu kien li jasal Bria u jipparteċipa fl-Assemblea tal-gruppi eks-Séléka li ġiet organizzata minn Nourredine Adam. F'Awwissu u Settembru 2016, il-Bord ta' Esperti żar Sibut darbtejn sabiex jispezzjona l-oġġetti personali tal-konvoj ta' Hissène, Gaye u Hamit Tidjani, li nqabad minn MINUSCA fit-13 ta' Awwissu. Il-Bord spezzjona wkoll il-munizzjon maqbud fid-dar ta' Hissène fis-16 ta' Awwissu. Tagħmir militari letali u mhux letali ġie rkuprat mis-sitt vetturi u mill-individwi maqbuda. Fis-16 ta' Awwissu 2016, il-Ġendarmerija Ċentrali għamlet rejd fid-dar ta' Hissène f'Bangui. Instabu aktar minn 700 arma. Fl-4 ta' Settembru 2016, grupp ta' elementi eks-Séléka li kienu ġejjin minn Kaga-Bandoro fuq sitt muturi biex jiġbru lil Hissène u l-affiljati tiegħu fetħu n-nar kontra MINUSCA ħdejn Dékoa. Waqt dan l-inċident, inqatel ġellied eks-Séléka, u żewġ membri tal-forzi taż-żamma tal-paċi u ċivili sfaw midruba.”. |
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/5 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1091
tal-10 ta' April 2017
li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda ma' ikel proċessat biċ-ċereali u ikel tat-trabi u ma' ikel għal skopijiet mediċi speċjali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda ma' kategorija tal-ikel waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 1(1). Skont l-Artikolu 22 ta' dak ir-Regolament, il-lista tal-Unjoni se tapplika mid-data tal-applikazzjoni tal-atti delegati kkonċernati, adottati skont l-Artikolu 11 tal-istess Regolament. Il-lista tal-Unjoni tista' tiġi emendata skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-Opinjoni tagħha tas-6 ta' Jannar 2006 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-użu tal-bisgliċinat ferruż, bħala sors ta' ħadid fl-ikel maħsub għall-popolazzjoni ġenerali, fis-supplimenti tal-ikel u fl-ikel għal użi nutrizzjonali partikolari inkluż ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ma jippreżenta l-ebda tħassib dwar sikurezza. |
|
(3) |
Il-bisgliċinat ferruż ma kienx inkluż fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 għall-użu, bħala sors ta' ħadid, f'ikel proċessat biċ-ċereali u ikel tat-trabi, sakemm issir ir-reviżjoni tar-regoli applikabbli għal dawn il-prodotti. Peress li din ir-reviżjoni teħtieġ aktar valutazzjonijiet xjentifiċi kontinwi li mhumiex se jiġu konklużi fi żmien qasir, fid-dawl tal-prassi amministrattiva tajba, mhux xieraq li jkun hemm aktar dewmien fl-aġġornament tal-lista tal-Unjoni fir-rigward tal-inklużjoni tal-bisgliċinat ferruż bħala sors ta' ħadid f'ikel proċessat biċ-ċereali u ikel tat-trabi. |
|
(4) |
Wara applikazzjoni, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tipprovdi opinjoni dwar is-sikurezza u l-bijodisponibilità tal-oligosakkaridi tal-kalċju fosforil POs-Ca ®), bħala sors ta' kalċju miżjud fl-ikel għal skopijiet nutrizzjonali, fis-supplimenti tal-ikel u fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali. Fl-Opinjoni tagħha tas-26 ta' April 2016 (3), l-Awtorità kkonkludiet li ma hemm l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-użu ta' din is-sustanza fil-kategoriji tal-ikel imsemmija sakemm ċerti kundizzjonijiet iddettaljati fl-opinjoni tagħha jiġu rispettati. L-awtorità qalet li din is-sustanza tkun kontributur ewlieni fil-konsum globali medju ta' kuljum tal-kalċju. |
|
(5) |
Għalhekk, l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati u tqiesu l-kummenti li ġew ipprovduti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35.
(2) Il-Bord tal-AFC tal-EFSA (Bord Xjentifiku tal-EFSA dwar l-addittivi tal-ikel, il-ħwawar, addittivi awżiljari u materjali għall-ipproċessar f'kuntatt mal-ikel), l-Opinjoni relatata mal-Bisgliċinat ferruż bħala sors ta' ħadid għall-użu fil-manifattura tal-ikel u fis-supplimenti tal-ikel, EFSA Journal (2006) 299, 1-17.
(3) Il-Bord tal-ANS tal-EFSA (il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel), 2016, l-Opinjoni Xjentifika dwar l-Oligosakkaridi tal-kalċju fosforil (POs-Ca ®) bħala sors ta' kalċju miżjud fl-ikel għal skopijiet nutrizzjonali, fis-supplimenti tal-ikel u fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, EFSA Journal 2016;14(6):4488.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
fis-sustanza “Kalċju”, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal “L-pidolat tal-kalċju”:
|
|
(b) |
fis-sustanza “Ħadid”, l-entrata “bisgliċinat ferruż” tinbidel b'dan li ġej:
|
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1092
tal-20 ta' Ġunju 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/670 li tintroduċi s-sorveljanza minn qabel tal-Unjoni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar Salvagwardji u Regoli Komuni għall-esportazzjoni,
Billi:
|
(1) |
Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/670 (3), waslu xi kummenti mingħand operaturi ekonomiċi u mingħand awtorijajiet nazzjonali kompetenti. Wara analiżi bir-reqqa ta' dawn il-kummenti, ġie konkluż li tajjeb li jsiru xi emendi fl-Annessi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/670. |
|
(2) |
Il-proċedura għall-ħruġ tad-dokument ta' sorveljanza jenħtieġ li tiġi ċċarata. |
|
(3) |
Il-prodotti soġġetti għas-sorveljanza minn qabel u li jaqgħu taħt is-Sistema Armonizzata (“SA”) taħt l-intestatura 7318 jiġu tipikament innegozjati f'ħafna tranżazzjonijiet iżda ta' daqs relattivament żgħir, li spiss jitħaddmu fuq bażi ta' sistema eżatt fil-ħin (just-in-time). Minħabba l-ispeċifiċitajiet ta' dan il-mudell ta' negozju, sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun it-tfixkil bla bżonn u biex ma jitfixklux l-attivitajiet tal-kumpaniji attivi f'dan is-settur, b'mod partikolari dawk qrib il-fruntieri, l-importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti li l-piż nett tagħhom ma jaqbiżx l-5 000 kilo jenħtieġ li jkunu esklużi mill-applikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/670. |
|
(4) |
Jidher biċ-ċar li hemm żbalji klerikali fl-Anness I. Għaldaqstant, huwa neċessarju li l-intestatura HS 7303 fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/670 titħassar filwaqt li tiżdied l-intestatura HS 7229. |
|
(5) |
Wara l-kummenti li waslu mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, huwa wkoll meħtieġ li d-dettalji tal-kuntatt fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/670 jiġu aġġornati. |
|
(6) |
L-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li jitħeġġu biex jaċċettaw verżjonijiet elettroniċi tad-dokument ta' sorveljanza. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/670 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1(1), l-aħħar sentenza tal-Paragrafu 1 hija ssostitwita b'dan li ġej: “Dan japplika għall-importazzjonijiet li l-piż nett tagħhom jaqbeż l-2 500 kilo stabbiliti għal kull kodiċi TARIC individwali u l-5 000 kilo għal kull kodiċi TARIC individwali soġġetti għal sorveljanza minn qabel u li jaqgħu taħt l-intestatura HS 7318.” |
|
(2) |
Fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(3) |
L-Anness I huwa mibdul bit-test tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
(4) |
L-Anness II huwa mibdul bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-11 ta' Lulju 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16.
(2) ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/670 tat-28 ta' April 2016 li tintroduċi s-sorveljanza minn qabel tal-Unjoni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 115, 29.4.2016, p. 37).
ANNESS I
“ANNESS I
Lista tal-prodotti soġġetti għas-sorveljanza minn qabel tal-Unjoni
7207 11 14
7208
7209
7210
7211
7212
7213
7214
7215
7216
7217
7219
7220
7221
7222
7223
7225
7226
7227
7228
7229
7301
7302
7304
7305
7306
7307 19 10
7307 23
7307 91 00
7307 93 11
7307 93 19
7307 99 80
7318 12 90
7318 14 91
7318 14 99
7318 15 42
7318 15 58
7318 15 68
7318 15 82
7318 15 88
7318 15 95
7318 16 40
7318 16 92
7318 16 99
7318 19 00
7318 21 00
7318 22 00
ANNESS II
“ANNESS II
СПИСЪК НА КОМПЕТЕНТНИТЕ НАЦИОНАЛНИ ОРГАНИ
LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES
SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ
LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER
LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN
PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI
ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ
LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES
LISTE DES AUTORITES NATIONALES COMPETENTES
POPIS NADLEŽNIH NACIONALNIH TIJELA
ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITA NAZIONALI
VALSTU KOMPETENTO IESTAŽU SARAKSTS
ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS
AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA
LISTA TAL-AWTORITAJIET NAZZJONALI KOMPETENTI
LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES
WYKAZ WŁAŚCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH
LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES
LISTA AUTORITĂȚILOR NAȚIONALE COMPETENTE
ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV
SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV
LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA
FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER
BELGIQUE/BELGIË
|
Service public fédéral économie, PME, Classes moyennes & énergie |
|
Direction générale du potentiel économique |
|
Service Licences |
|
Rue du Progrès 50 |
|
B-1210 Brussel |
|
Faks (32-2) 277 50 63 |
|
Federale Overheidsdienst Economie, KMO, |
|
Middenstand & Energie |
|
Algemene Directie Economisch Potentieel |
|
Dienst Vergunningen |
|
Vooruitgangstraat 50 |
|
B-1210 Brussel |
|
Fax (32-2) 277 50 63 |
БЪЛГАРИЯ
|
Министерство на икономиката |
|
дирекция “Регистриране, лицензиране и контрол” |
|
ул. “Славянска” № 8 |
|
1052 София |
|
Факс: (359-2) 981 50 41 |
|
Fax (359-2) 980 47 10 |
ČESKÁ REPUBLIKA
|
Ministerstvo průmyslu a obchodu |
|
Licenční správa |
|
Na Františku 32 |
|
CZ-110 15 Praha 1 |
|
Fax (420) 224 21 21 33 |
DANMARK
|
Danish Business Authority |
|
Ministry of Industry, Business and Financial Affairs |
|
Langelinie Allé 17 |
|
DK-2100 Copenhagen O |
|
Phone: +45 3529 1500 |
|
Email: importregistreri@erst.dk |
DEUTSCHLAND
|
Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle, |
|
(BAFA) |
|
Frankfurter Straße 29—35 |
|
D-65760 Eschborn 1 |
|
Fax (49) 6196 90 88 00 |
|
Email: einfuhr@bafa.bund.de |
EESTI
|
Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium |
|
Harju 11 |
|
EE-15072 Tallinn |
|
Faks: +372 631 3660 |
IRELAND
|
Department of Jobs, Enterprise and Innovation |
|
Import/Export Licensing Unit |
|
23 Kildare Street |
|
IE- Dublin 2 |
|
Fax + 353-1-631 25 62 |
ΕΛΛΑΔΑ
|
Υπουργείο Οικονομίας και Ανάπτυξης |
|
Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής και Εμπορικής Πολιτικής |
|
Δ/νση Συντονισμού Εμπορίου και Εμπορικών Καθεστώτων |
|
Τμήμα Β': Ειδικών Καθεστώτων Εισαγωγών |
|
Οδός Κορνάρου 1 |
|
GR 105 63 Αθήνα |
|
Τηλ..: +30 210 3286041-43 |
|
Φαξ: +30 210 3286094 |
|
Email: e3a@mnec.gr |
ESPAÑA
|
Ministerio de Economía y Competitividad |
|
Secretaría de Estado de Comercio |
|
Subdirección General de Política Comercial de la Unión Europea y Comercio Internacional de Productos Industriales |
|
Paseo de la Castellana 162, 28046 Madrid |
|
(+ 34) 91 349 36 70 |
|
vigilanciasiderurgica@comercio.mineco.es |
FRANCE
|
Ministère de l'économie, de l'industrie et du numérique |
|
Direction générale des entreprises |
|
Bureau des matériaux |
|
67, rue Barbès |
|
BP 80001 |
|
94201 Ivry-sur-Seine Cedex |
|
Tél +33.1.79.84.33.52 |
|
surveillance-acier.dge@finances.gouv.fr |
REPUBLIKA HRVATSKA
|
Ministarstvo financija |
|
Carinska uprava |
|
Alexandera von Humboldta 4a |
|
10000 Zagreb |
|
Tel. (385) 1 6211321 |
|
Fax (385) 1 6211014 |
ITALIA
|
Ministero dello Sviluppo Economico |
|
Direzione Generale per la Politica Commerciale |
|
DIV. III |
|
Viale America, 341 |
|
I-00144 Roma |
|
Fax (39) 06 59 93 26 36 |
|
Email: dgpci.div3@mise.gov.it |
ΚΥΠΡΟΣ
|
Υπουργείο Ενέργειας, Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού |
|
Υπηρεσία Εμπορίου |
|
Κλάδος Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής |
|
Οδός Ανδρέα Αραούζου Αρ. 6 |
|
CY-1421 Λευκωσία |
|
Φαξ (357) 22 37 54 43, (357) 22 37 51 20 |
|
pevgeniou@mcit.gov.cy |
LATVIJA
|
Latvijas Republikas Ārlietu ministrija |
|
K. Valdemāra iela 3 |
|
LV-1395 Rīga |
|
Fakss: +371-67 828 121 |
|
licencesana@mfa.gov.lv |
LIETUVA
|
Lietuvos Respublikos ūkio ministerija |
|
Investicijų ir eksporto departamentas |
|
Gedimino pr. 38/2 |
|
LT-01104 Vilnius |
|
Faks. +370 706 64 762 |
|
vienaslangelis@ukmin.lt |
LUXEMBOURG
|
Ministère de l'économie et du commerce extérieur |
|
Office des licences |
|
BP 113 |
|
L-2011 Lussemburgu |
|
Fax (352) 46 61 38 |
MAGYARORSZÁG
|
Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal |
|
Németvölgyi út 37-39. |
|
HU-1124 Budapest |
|
Fax +36-1 4585 828 |
|
Email: keo@mkeh.gov.hu |
MALTA
|
Commerce Department |
|
Trade Services Directorate |
|
Lascaris Bastions |
|
Daħlet Ġnien is-Sultan |
|
Valletta |
|
VLT 1933 |
NEDERLAND
|
Belastingdienst/Douane Groningen |
|
Centrale Dienst voor In- en Uitvoer (CDIU) |
|
Postadres: Postbus 3070, 6401 DN Heerlen |
|
Bezoekadres: Kempkensberg 12, Groningen |
|
Telefoonnummer: 088 — 1512122 |
ÖSTERREICH
|
Bundesministerium für Wissenschaft, Forschung und Wirtschaft |
|
Abteilung C2/9 — Außenwirtschaftskontrolle |
|
A- 1011 Wien, Stubenring 1 |
|
POST.C29@bmwfw.gv.at |
|
Fax 01/71100/8048366 |
POLSKA
|
Ministerstwo Rozwoju |
|
Plac Trzech Krzyży 3/5 |
|
00-507 Warszawa |
|
Polska |
|
Fax (48-22) 693 40 21/693 40 22 |
PORTUGAL
|
Ministério das Finanças |
|
Autoridade Tributária e Aduaneira |
|
Rua da Alfândega, n.o 5, r/c |
|
P-1149-006 Lisboa |
|
Tel. (+ 351)218813843 |
|
Fax(+ 351) 218813986 |
|
dsl@at.gov.pt |
ROMÂNIA
|
Ministerul pentru Mediul de Afaceri, Comerț și Antreprenoriat |
|
Direcția Politici Comerciale și Afaceri Europene |
|
Calea Victoriei nr. 152, sector 1 |
|
București cod 010096 |
|
Tel. +40 21 40 10 552 |
|
Fax +40 21 40 10 594 |
|
Email: cristi.diaconeasa@dce.gov.ro |
|
paul.onucu@dce.gov.ro |
SLOVENIJA
|
Ministrstvo za finance |
|
Finančna uprava Republike Slovenije |
|
Finančni urad Kranj |
|
Oddelek za TARIC |
|
Spodnji Plavž 6c |
|
SI-4270 Jesenice |
|
Tel. +386 4 202 75 83 |
|
Fax +386 4 202 49 69 |
|
Email: taric.fu@gov.si |
SLOVENSKO
|
Ministerstvo hospodárstva |
|
Mierová 19 |
|
827 15 Bratislava 212 |
|
Slovenská republika |
|
Fax (421-2) 43 42 39 15 |
SUOMI/FINLAND
|
Tulli |
|
PL 512 |
|
FI-00101 Helsinki |
|
Sähköposti: ennakkotarkkailu@tulli.fi |
|
Tullen |
|
PB 512 |
|
FI-00101 Helsingfors |
|
Email: ennakkotarkkailu@tulli.fi |
SVERIGE
|
Kommerskollegium |
|
Box 6803 |
|
S-113 86 Stockholm |
|
Fax (46-8) 30 67 59 |
|
registrator@kommers.se |
UNITED KINGDOM
Department for International Trade
Import Licensing Branch
enquiries.ilb@trade.gsi.gov.uk
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1093
tal-20 ta' Ġunju 2017
li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-format ta' rapporti ta' pożizzjoni minn ditti tal-investiment u operaturi tas-suq
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 (1) dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, u b'mod partikolari l-Artikolu 58(5) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Il-format tar-rapport ta' kull ġimgħa dwar il-pożizzjonijiet aggregati li għandhom kategoriji differenti ta' persuni għal derivattivi ta' komoditajiet jew kwoti ta' emissjonijiet differenti jew derivattivi tagħhom innegozjat f'ċentri tan-negozjar għandu jikklassifika dawn il-pożizzjonijiet f'pożizzjonijiet li b'mod li jkun kalkolabbli oġġettivament inaqqas ir-riskji direttament relatati ma' attivitajiet kummerċjali, pożizzjonijiet oħra u totali sabiex jipprovdi trasparenza dwar il-qasma bejn attivitajiet relatati finanzjarja u mhux finanzjarji f'derivattivi ta' komodità, kwoti ta' emissjonijiet jew derivattivi tagħhom. |
|
(2) |
Il-format ta' rapporti ta' kuljum li jipprovdu analiżi sħiħa ta' ditti ta' investiment u l-pożizzjonijiet tal-klijenti tagħhom f'derivattivi ta' komoditajiet jew kwota tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom innegozjati f'ċentri tan-negozjar u kuntratti barra l-borża (OTC) ekonomikament ekwivalenti għandhom ikunu strutturati sabiex jappoġġaw il-monitoraġġ u l-applikazzjoni ta' limiti ta' pożizzjoni skont l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/65/UE. |
|
(3) |
Pożizzjonijiet li jkunu nqalgħu bħala konsegwenza ta' negozji ta' xiri u bejgħ mifruxa bejn dati ta' kunsinna jew komoditajiet jew b'riżultat ta' strateġiji kumplessi oħrajn għandhom jiġu rrapportati fuq bażi diżaggregata sakemm il-kombinazzjoni ta' prodotti hija nnegozjata bħala strument finanzjarju uniku identifikat permezz ta' ISIN u l-pożizzjonijiet miżmumin fiha huma soġġetti għal limitu speċifiku. |
|
(4) |
Sabiex iwettqu dmirijiethom b'mod effettiv u konsistenti, l-awtoritajiet rilevanti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli (ESMA) għandhom jiġu pprovduti b'data li tista' titqabbel ma' ditti tal-investiment u operaturi tas-suq li joperaw ċentri tan-negozjar. L-użu ta' format komuni fl-infrastrutturi kollha tas-suq finanzjarju jiffaċilita l-użu akbar tagħhom minn varjetà wiesgħa ta' parteċipanti fis-suq, u b'hekk jippromwovi l-istandardizzazzjoni. |
|
(5) |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-ipproċessar dirett u t-tnaqqis ta' kostijiet lill-parteċipanti fis-suq, għandhom jintużaw formati standard minn kull ditta tal-investiment u kull operatur tas-suq li jopera ċentri tan-negozjar. |
|
(6) |
Il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji stabbilita fid-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tapplika mit-3 ta' Jannar 2018. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u ċ-ċertezza legali, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni. |
|
(8) |
L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Rapporti ta' kull ġimgħa
1. Id-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li joperaw ċentru ta' negozjar għandhom jippreparaw ir-rapport ta' kull ġimgħa msemmija fl-Artikolu 58(1)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE, separatament għal kull derivattiv ta' komoditajiet, kwota tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom li jkunu nnegozjati f'dak iċ-ċentru tan-negozjar, skont il-format stabbilit fit-Tabelli tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.
2. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkontjenu l-aggregat tal-pożizzjonijiet kollha li għandhom persuni differenti f'kull kategorija stabbilita fit-Tabella 1 tal-Anness I f'derivattiva ta' komoditajiet, kwota tal-emissjonijiet jew derivattiv tagħhom li huma nnegozjati f'dak iċ-ċentru tan-negozjar.
Artikolu 2
Rapporti ta' kuljum
1. Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b'analiżi tal-pożizzjonijiet tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 58(2) tad-Direttiva 2014/65/UE permezz ta' rapport ta' kuljum fil-format stipulat fit-Tabelli tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkontjeni l-pożizzjonijiet tal-maturitajiet kollha tal-kuntratti kollha.
Artikolu 3
Format tar-rappurtar
L-operaturi ta' ċentri tan-negozjar u d-ditti tal-investiment għandhom jissottomettu r-rapporti msemmija fl-Artikoli 1 u 2 f'format XML standard komuni.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mit-3 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
ANNESS I
Format tar-Rapporti ta' kull ġimgħa
Tabella 1
Rapporti ta' kull ġimgħa
|
{Isem taċ-Ċentru tan-Negozjar} {Identifikatur taċ-Ċentru tan-Negozjar} {Data li jirreferi għaliha r-Rapport ta' kull Ġimgħa} {Data u ħin tal-Pubblikazzjoni} {Isem tal-Kuntratt tad-Derivattivi tal-Komoditajiet, tal-Kwoti tal-Emissjonijiet jew Derivattivi tagħhom} {Kodiċi tal-Prodott taċ-Ċentru} {Status tar-rapport} |
||||||||||||
|
|
Notazzjoni tal-kwantità ta' pożizzjonijiet |
|
Ditti ta' investiment jew istituzzjonijiet ta' kreditu |
Fondi ta' Investiment |
Istituzzjonijiet Finanzjarji Oħra |
Il-Kumpaniji Kummerċjali |
Operaturi b'obbligi ta' konformità skont id-Direttiva 2003/87/KE |
|||||
|
Twil |
Qasir |
Twil |
Qasir |
Twil |
Qasir |
Twil |
Qasir |
Twil |
Qasir |
|||
|
Għadd ta' pożizzjonijiet |
|
Tnaqqis ta' Riskju direttament relatat ma' attivitajiet kummerċjali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
It-Total |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Bidliet sa mir-rapport preċedenti (+/–) |
|
Tnaqqis ta' Riskju direttament relatat ma' attivitajiet kummerċjali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
It-Total |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Perċentwal tal-interess totali miftuħ |
|
Tnaqqis ta' Riskju direttament relatat ma' attivitajiet kummerċjali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
It-Total |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Għadd ta' Persuni li għandhom pożizzjoni f'kull kategorija |
|
|
Ikkombinati |
Ikkombinati |
Ikkombinati |
Ikkombinati |
Ikkombinati |
|||||
|
It-Total |
|
|
|
|
|
|||||||
Tabella 2
Tabella tas-simboli għat-Tabella 3
|
SIMBOLU |
TIPI TA' DEJTA |
DEFINIZZJONI |
||||||||||||||||||
|
{ALPHANUM-n} |
Sa n karattri alfanumeriċi |
Kaxxa għal test liberu. |
||||||||||||||||||
|
{DECIMAL-n/m} |
Numru deċimali sa n ċifri b'kollox li minnhom sa m ċifri jistgħu jkunu ċifri ta' frazzjonijiet |
Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi:
Fejn japplika, il-valuri huma arrotondati u mhux imqassra. |
||||||||||||||||||
|
{DATEFORMAT} |
Format tad-data skont l-ISO 8601 |
Id-dati għandhom jiġu fformattjati skont il-format segwenti: SSSS-XX-JJ. |
||||||||||||||||||
|
{DATE_TIME_FORMAT} |
Format tad-data u l-ħin skont l-ISO 8601 |
Id-dati u l-ħinijiet għandhom jiġu rrappurtati f'UTC. |
||||||||||||||||||
|
{MIC} |
4 karattri alfanumeriċi |
Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383. |
||||||||||||||||||
|
{INTEGER-n} |
Numru sħiħ sa n ċifri b'kollox |
Kaxxa numerika kemm għal valuri ta' numri sħaħ pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi. |
Tabella 3
Tabella ta' oqsma li għandhom jiġu rrappurtati għal kull derivattiv ta' komodità, kwota tal-emissjonijiet jew derivat għall-finijiet tal-Artikolu 1
|
KAXXA |
DETTALJI LI GĦANDHOM JIĠU RRAPPURTATI |
FORMAT GĦAR-RAPPURTAR |
|
Isem taċ-Ċentru tan-Negozjar |
Kaxxa biex timtela bl-isem sħiħ taċ-ċentru tan-negozjar. |
{ALPHANUM-350} |
|
Identifikatur taċ-Ċentru tan-Negozjar |
Kaxxa biex timtela bis-segment MIC tal-ISO 10383 taċ-ċentru tan-negozjar. Meta s-segment MIC ma jeżistix, uża l-MIC operattiv. |
{MIC} |
|
Id-data li jirreferi għaliha r-Rapport ta' kull Ġimgħa |
Kaxxa biex timtela' bid-data li tikkorrispondi għall-Ġimgħa tal-ġimgħa kalendarja li fiha l-pożizzjoni hija miżmuma. |
{DATEFORMAT} |
|
Id-data u l-ħin tal-Pubblikazzjoni |
Kaxxa biex timtela bid-data u l-ħin meta r-rapport huwa ppubblikat fuq is-sit web taċ-ċentru tan-negozjar. |
{DATE_TIME_FORMAT} |
|
Isem tal-Kuntratt tad-Derivattivi tal-Komoditajiet, tal-Kwoti tal-Emissjonijiet jew Derivattivi tagħhom |
Kaxxa biex timtela bl-isem tal-kuntratt tad-derivattiv ta' komodità, kwota tal-emissjonijiet, jew derivattiv tagħhom identifikati bil-kodiċi tal-prodott taċ-ċentru. |
{ALPHANUM-350} |
|
Kodiċi tal-prodott taċ-ċentru |
Kaxxa biex timtela b'identifikatur alfanumeriku uniku u mhux ambigwu użata miċ-ċentru tan-negozjar li jiġbor flimkien kuntratti b'maturitajiet differenti u bi prezzijiet tal-eżerċitar fl-istess prodott. |
{ALPHANUM-12} |
|
Status tar-rapport |
Indikazzjoni dwar jekk ir-rapport huwiex ġdid jew jekk rapport preċedenti huwiex imħassar jew emendat. Fejn rapport sottomess preċedentament huwa imħassar jew emendat, rapport li jkun fih id-dettalji kollha tar-rapport oriġinali għandu jintbagħat u l-“istatus tar-rapport” għandu jiġu mmarkat bħala “CANC”. Għal emendi, rapport ġdid li jinkludi d-dettalji kollha tal-oriġinali bid-dettalji kollha meħtieġa emendati għandu jintbagħat u l-“istatus tar-Rapport” għandu jiġi mmarkati bħala “AMND” |
“NEWT”— Ġdid “CANC”— Tħassar “AMND”— Emendat |
|
Għadd ta' pożizzjonijiet |
Kaxxa biex timtela bil-kwantità aggregata ta' interess miftuħ miżmuma l-Ġimgħa fi tmiem il-jum ta' negozjar. Il-kwantità għandha tkun espressa jew f'għadd ta' lottijiet (meta l-limiti tal-pożizzjonijiet huma espressi fi kwantitajiet) jew inkella unitajiet tas-sottostanti. Kuntratti ta' opzjoni għandhom ikunu inklużi fl-aggregazzjoni u rrappurtati fuq bażi ekwivalenti delta. |
{DECIMAL-15/2} |
|
Notazzjoni tal-kwantità ta' pożizzjonijiet |
Din il-kaxxa għandha timtela bl-unitajiet użati biex jirrappurtaw l-għadd ta' pożizzjonijiet. |
“LOTS”— jekk il-kwantità tal-pożizzjonijiet hija espressa f'lottijiet jew {ALPHANUM-25}— deskrizzjoni tal-unitajiet użati jekk il-kwantità ta' pożizzjonijiet hija espressa f'unitajiet tas-sottostanti |
|
Bidliet sa mir-rapport preċedenti (+/–) |
Kaxxa biex timtela bil-kwantità ta' pożizzjonijiet li jirriflettu ż-żieda jew it-tnaqqis fil-pożizzjoni b'relazzjoni mal-Ġimgħa ta' qabel. Fil-każ ta' tnaqqis fil-pożizzjoni n-numru għandu jiġi espress bħala numru negattiv prefiss b'“–” (minus). |
{DECIMAL-15/2} |
|
Perċentwal tal-interess totali miftuħ |
Kaxxa biex timtela bil-perċentwal tal-interess totali miftuħ rappreżentat mill-pożizzjonijiet. |
{DECIMAL-5/2} |
|
Għadd ta' persuni li għandhom pożizzjoni f'kull kategorija |
Kaxxa biex timtela bl-għadd ta' persuni li għandhom pożizzjoni fil-kategorija. Jekk l-għadd ta' persuni li għandhom pożizzjoni fil-kategorija huwa inqas mill-għadd speċifikat fl-Att Delegat tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 58(6) MiFID II (1), il-kaxxa għandha timtela b'“.” (punt). |
{INTEGER-7} jew {ALPHANUM-1} jekk il-kaxxa għandha timtela b'“.” (punt). |
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta' April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tad-ditti tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 1).
ANNESS II
Format għar-Rapport ta' kuljum
Tabella 1
Tabella tas-simboli għat-Tabella 2
|
SIMBOLU |
TIPI TA' DATA |
DEFINIZZJONI |
||||||||||||||||||
|
{ALPHANUM-n} |
Sa n karattri alfanumeriċi |
Kaxxa għal test liberu. |
||||||||||||||||||
|
{DECIMAL-n/m} |
Numru deċimali sa n ċifri b'kollox li minnhom sa m ċifri jistgħu jkunu ċifri ta' frazzjonijiet |
Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi:
Fejn japplika, il-valuri huma arrotondati u mhux imqassra. |
||||||||||||||||||
|
{DATEFORMAT} |
Format tad-data skont l-ISO 8601 |
Id-dati għandhom jiġu fformattjati skont il-format segwenti: SSSS-XX-JJ. |
||||||||||||||||||
|
{DATE_TIME_FORMAT} |
Format tad-data u l-ħin skont l-ISO 8601 |
Id-dati u l-ħinijiet għandhom jiġu rrappurtati f'UTC. |
||||||||||||||||||
|
{ISIN} |
12-il karattru alfanumeriku |
Kodiċi ISIN kif definit f'ISO 6166 |
||||||||||||||||||
|
{LEI} |
20 karattru alfanumeriku |
Identifikatur ta' entità ġuridika kif definit f'ISO 17442 |
||||||||||||||||||
|
{MIC} |
4 karattri alfanumeriċi |
Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383 |
||||||||||||||||||
|
{NATIONAL_ID} |
35 karattru alfanumeriku |
L-ID huwa dak stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2017/590 (1) dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-ANNESS II ta' dak ir-Regolament. |
||||||||||||||||||
|
{INTEGER-n} |
Numru sħiħ sa n ċifri b'kollox |
Kaxxa numerika kemm għal valuri ta' numri sħaħ pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi. |
Tabella 2
Tabelli ta' oqsma li għandhom jiġu rrappurtati għall-pożizzjonijiet kollha bil-maturitajiet kollha tal-kuntratti kollha għall-finijiet tal-Artikolu 2
|
KAXXA |
DETTALJI LI GĦANDHOM JIĠU RRAPPURTATI |
FORMAT GĦAR-RAPPURTAR |
|
Id-data u l-ħin ta' sottomissjoni tar-rapport |
Kaxxa biex timtela bid-data u l-ħin meta r-rapport huwa sottomess. |
{DATE_TIME_FORMAT} |
|
Numru ta' referenza tar-rapport |
Kaxxa biex timtela bl-identifikatur uniku mogħti mis-sottomittent li jidentifika mingħajr ambigwità ir-rapport kemm lis-sottomittent kif ukoll lill-awtorità kompetenti riċeventi. |
{ALPHANUM-52} |
|
Data tal-jum ta' negozjar tal-pożizzjoni rrappurtata |
Kaxxa biex timtela bid-data li fiha l-pożizzjoni rrappurtata tkun miżmuma fl-għeluq tal-jum ta' negozjar fiċ-ċentru tan-negozjar rilevanti. |
{DATEFORMAT} |
|
Status tar-rapport |
Indikazzjoni dwar jekk ir-rapport huwiex ġdid jew jekk rapport sottomess preċedentament huwiex imħassar jew emendat. Fejn rapport sottomess preċedentament huwa imħassar jew emendat, rapport li jkun fih id-dettalji kollha tar-rapport oriġinali u bl-użu tan-Numru ta' Referenza tar-Rapport oriġinali għandu jintbagħat u l-“istatus tar-rapport” għandu jiġi mmarkat bħala “CANC”. Għal emendi, rapport ġdid li jinkludi d-dettalji kollha tar-rapport oriġinali u bl-użu tan-Numru ta' Referenza tar-Rapport oriġinali bid-dettalji kollha meħtieġa emendati għandu jintbagħat u l-“istatus tar-Rapport” għandu jiġi mmarkati bħala “AMND” |
“NEWT”— Ġdid “CANC”— Tħassar “AMND”— Emendat |
|
Identifikazzjoni tal-entità li tirrapporta |
L-identifikatur tad-ditta tal-investiment li qed tirrapporta. Kaxxa biex timtela bil-kodiċi tal-Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI) għal entitajiet ġuridiċi jew {NATIONAL_ID} għal persuni fiżiċi li ma jkollhomx LEI. |
{LEI} jew {NATIONAL_ID} — Persuni fiżiċi |
|
Identifikazzjoni tad-detentur tal-pożizzjoni |
Kaxxa biex timtela bil-kodiċi tal-Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI) għal entitajiet ġuridiċi jew {NATIONAL_ID} għal persuni fiżiċi li ma jkollhomx LEI. (Nota: jekk il-pożizzjoni tinżamm bħal pożizzjoni proprjetarja tad-ditta ta' rapportar, din il-kaxxa għandha tkun identika għall-kaxxa “Identifikazzjoni tal-entità li tirrapporta”). |
{LEI} jew {NATIONAL_ID} — Persuni fiżiċi |
|
Indirizz tal-posta elettronika tad-detentur tal-pożizzjoni |
Indirizz tal-posta elettronika għan-notifiki ta' kwistjonijiet relatati mal-pożizzjonijiet. |
{ALPHANUM-256} |
|
Identifikazzjoni tal-Entità omm apikali |
Kaxxa biex timtela bil-kodiċi tal-Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI) għal entitajiet ġuridiċi jew {NATIONAL_ID} għal persuni fiżiċi li ma jkollhomx LEI. Nota: din il-kaxxa tista' tkun identika għall-kaxxa “Identifikazzjoni tal-entità li tirrapporta” jew “Identifikazzjoni tad-detentur tal-pożizzjoni” jekk l-entità omm apikali jkollha l-pożizzjonijiet tagħha, jew tagħmel ir-rapporti tagħha. |
{LEI} jew {NATIONAL_ID} — Persuni fiżiċi |
|
Indirizz tal-posta elettronika tal-entità omm apikali |
Indirizz tal-posta elettronika għall-korrispondenza fir-rigward tal-pożizzjonijiet aggregati. |
{ALPHANUM-256} |
|
Omm tal-istatus tal-iskema ta' investiment kollettiv |
Kaxxa li fiha jsir rapport dwar jekk id-detentur tal-pożizzjoni huwiex impriża ta' investiment kollettiv li tieħu deċiżjonijiet ta' investiment indipendentement mill-impriża omm tagħha kif stipulat mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/591 (3). |
“TRUE”— id-detentur tal-pożizzjoni huwa impriża ta' investiment kollettiv li tieħu deċiżjonijiet ta' investiment indipendenti “FALSE”— id-detentur tal-pożizzjoni mhuwiex impriża ta' investiment kollettiv li tieħu deċiżjonijiet ta' investiment indipendenti |
|
Il-kodiċi ta' identifikazzjoni ta' kuntratt innegozjat f'ċentri ta' negozjar |
Identifikatur tad-derivattiv ta' komodità, kwota tal-emissjonijiet jew derivattiv tagħhom. Ara t-taqsima “Identifikatur taċ-Ċentru tan-Negozjar” għat-trattament ta' kuntratti OTC li huma ekonomikament ekwivalenti għal kuntratti li huma nnegozjati fiċ-ċentri ta' negozjar. |
{ISIN} |
|
Kodiċi tal-prodott taċ-ċentru |
Kaxxa biex timtela b'identifikatur alfanumeriku uniku u mhux ambigwu użata miċ-ċentru tan-negozjar li jiġbor flimkien kuntratti b'maturitajiet differenti u bi prezzijiet tal-eżerċitar fl-istess prodott. |
{ALPHANUM-12} |
|
Identifikatur taċ-ċentru tan-negozjar |
Kaxxa biex timtela bis-segment MIC tal-ISO 10383 għal pożizzjonijiet irrappurtati fir-rigward ta' kuntratti li jsiru fiċ-ċentru tan-negozjar. Meta s-segment MIC ma jeżistix, uża l-MIC operattiv. Uża l-kodiċi MIC “XXXX” għal pożizzjonijiet li mhumiex f'ċentru tan-negozjar f'kuntratti OTC ekonomikament ekwivalenti. Uża l-kodiċi MIC “XOFF” għal derivattivi jew kwoti tal-emissjonijiet elenkati nnegozjati barra l-borża. |
{MIC} |
|
Tip ta' pożizzjoni |
Kaxxa li fiha jsir rapport dwar jekk il-pożizzjoni hijiex jew f'futuri, opzjonijiet, kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom, derivattivi ta' komoditajiet definiti taħt il-punt (c) tal-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE (4) jew kwalunkwe tip ta' kuntratt ieħor. |
“OPTN”— Opzjonijiet, inklużi opzjonijiet negozjabbli separatament fuq tipi FUTR, SDRV jew OTHR, esklużi prodotti fejn l-opzjonalità huwa biss element integrat “FUTR”— Futuri “EMIS”— Kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi tagħhom “SDRV”— Derivattivi ta' komoditajiet definiti skont il-punt (c) tal-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE “OTHR”— Kull tip ieħor ta' kuntratt |
|
Maturità tal-pożizzjoni |
Indikazzjoni ta' jekk il-maturità tal-kuntratt li jinkludi l-pożizzjoni rrappurtata jirrelatax max-xahar spot jew max-xhur l-oħra kollha. Nota: rapporti separati huma meħtieġa għal xhur spot u għax-xhur l-oħra kollha. |
“SPOT”— xahar spot, inklużi l-pożizzjonijiet kollha fit-tipi ta' pożizzjonijiet EMIS u SRDV “OTHR”— ix-xhur l-oħra kollha |
|
Kwantità ta' pożizzjonijiet |
Kaxxa biex timtela bil-kwantità netta ta' pożizzjonijiet miżmuma fid-derivattiv ta' komodità, kwoti ta' emissjonijiet jew derivattivi tagħhom espressi jew f'lottijiet, meta l-limiti tal-pożizzjonijiet huma espressi f'lottijiet, jew inkella f'unitajiet tas-sottostanti. Din il-kaxxa għandha timtela b'numru pożittiv għal pożizzjonijiet twal u numru negattiv għal pożizzjonijiet qosra. Jekk il-pożizzjoni hija f'derivattivi ta' komoditajiet definiti skont il-punt (c) tal-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE din il-kaxxa għandha timtela bin-numru ta' unitajiet miżmuma. |
{DECIMAL-15/2} |
|
Notazzjoni tal-kwantità ta' pożizzjonijiet |
Din il-kaxxa għandha timtela bl-unitajiet użati biex tiġi rrappurtata l-kwantità ta' pożizzjonijiet. |
“LOTS”— jekk il-kwantità tal-pożizzjonijiet hija espressa f'lottijiet {ALPHANUM-25}— deskrizzjoni tal-unitajiet użati jekk il-kwantità ta' pożizzjonijiet hija espressa f'unitajiet tas-sottostanti “UNIT”— jekk il-kwantità tal-pożizzjonijiet hija espressa f'unitajiet |
|
Kwantità ta' pożizzjonijiet ekwivalenti għad-delta |
Jekk it-Tip tal-Pożizzjoni hija “OPTN” jew opzjoni fuq “EMIS”, din il-kaxxa għandha tikkontjeni l-kwantità ekwivalenti għad-delta tal-pożizzjoni rrappurtata fil-qasam “Kwantità ta' Pożizzjonijiet”. Din il-kaxxa għandha timtela b'numru pożittiv għal sejħiet twal u puts qosra u numru negattiv għal puts twal u sejħiet qosra. |
{DECIMAL-15/2} |
|
Indikatur ta' jekk il-pożizzjoni tnaqqasx ir-riskju fir-rigward ta' attività kummerċjali |
Kaxxa li fiha jsir rapport dwar jekk il-pożizzjoni tnaqqasx ir-riskju skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/591. |
“TRUE”— il-pożizzjoni tnaqqas ir-riskju “FALSE”— il-pożizzjoni ma tnaqqasx ir-riskju |
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta' Lulju 2016 jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 449).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, 84).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/591 tal-1 ta' Diċembru 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-applikazzjoni ta' limiti ta' pożizzjoni għal derivattivi ta' komoditajiet (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 479).
(4) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/27 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1094
tal-20 ta' Ġunju 2017
li jemenda għall-269 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fis-16 ta' Ġunju 2017 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna fiżika mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
“Fared Saal (magħruf ukoll bħala: (a) Abu Luqmaan Al Almani; (b) Abu Lugmaan. Data tat-twelid: 18.2.1989. Post tat-twelid: Bonn, Il-Ġermanja. Nazzjonalità: (a) Ġermaniża; (b) Alġerina. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 5802098444 (Numru tal-karta tal-identità Ġermaniża, maħruġa f'Bonn, il-Ġermanja fil-15.4.2010 u li skadiet fl-14.4.2016). Informazzjoni oħra: Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed; tul: 178 cm; piż: 80 kilo. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 16.6.2017.”
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/29 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1095
tal-20 ta' Ġunju 2017
li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li trid tiġi applikata għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kapitolu III(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 (2) jiddetermina l-proċedura għall-allokazzjoni ta' liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom ikunu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont kwota miftuħa għal dak il-pajjiż. |
|
(2) |
L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jipprevedi l-possibbiltà li l-operaturi jressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni mill-20 sat-30 ta' Mejju, għal importazzjonijiet matul sena ta' kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara. Huwa xieraq, skont l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, li jiġi ddeterminat safejn jistgħu jingħataw il-liċenzji għall-kwantitajiet mitluba u li jiġi ffissat koeffiċjent ta' allokazzjoni għal kull parti tal-kwota. |
|
(3) |
L-applikazzjonijiet imressqa bejn l-20 u t-30 ta' Mejju 2017 ikopru kwantitajiet iżgħar minn dawk disponibbli. Bħala riżultat, huwa xieraq, skont l-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 31(3) tar- Regolament (KE) Nru 1187/2009 biex tiġi iffissata l-kwantità li jifdal li għalihom l-applikazzjonijiet tal-liċenzji jistgħu jintefgħu mill-1 sal-10 ta' Novembru 2017, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni ppreżentati mill-20 sat-30 ta' Mejju 2017 għandhom jiġu aċċettati.
Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, għandhom ikunu mmultiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni li ġejjin:
|
— |
1,00 għall-applikazzjonijiet ippreżentati għall-parti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, |
|
— |
1,00 għall-applikazzjonijiet ippreżentati għall-parti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009. |
Il-kwantità li jifdal kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 31(3) tar- Regolament (KE) Nru 1187/2009 għandha tkun ta' 8 745 tunnellata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1).
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/31 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1096
tal-20 ta' Ġunju 2017
li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2017 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitlub, ikkalkolat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
|
(3) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss. |
|
(4) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
|
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 (f'%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 (f'kg) |
|
09.4067 |
1,591849 |
— |
|
09.4068 |
0,205207 |
— |
|
09.4069 |
0,158002 |
— |
|
09.4070 |
— |
445 250 |
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/34 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1097
tal-20 ta' Ġunju 2017
li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jixraq li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss. |
|
(3) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19).
ANNESS
|
Numru tal-ordni |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 (f'piż ekwivalenti għall-bajd bil-qoxra f'kg) |
|
09.4015 |
27 000 000 |
|
09.4401 |
278 421 |
|
09.4402 |
2 945 000 |
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/36 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1098
tal-20 ta' Ġunju 2017
li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2017 u li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
|
(3) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss. |
|
(4) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
|
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 (f'%) |
Il-kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sat-31 ta' Diċembru 2017 (f'kg) |
|
09.4410 |
0,128254 |
— |
|
09.4411 |
0,129467 |
— |
|
09.4412 |
0,130986 |
— |
|
09.4420 |
0,131648 |
— |
|
09.4421 |
— |
500 047 |
|
09.4422 |
0,131666 |
— |
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/39 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1099
tal-20 ta' Ġunju 2017
li jiffissal-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur li ġej mill-Istati Uniti tal-Amerika
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li ġejjin mill-Istati Uniti tal-Amerika. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss. |
|
(3) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 536/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6).
ANNESS
|
Numru tal-ordni |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 (f'kg) |
|
09.4169 |
5 117 442 |
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/41 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1100
tal-20 ta' Ġunju 2017
li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Iżrael
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 (2) fetaħ il-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1384/2007, li għandhom jiżdiedu għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 tas- 26 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 40).
ANNESS
|
Numru tal-ordni |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2017 (f’kg) |
|
09.4091 |
420 000 |
|
09.4092 |
3 000 000 |
DEĊIŻJONIJIET
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1101
tad-19 ta' Ġunju 2017
li taħtar president ta' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 166(1) tiegħu,
Billi fl-1 ta' Diċembru 2016, ġiet ippreżentata lill-Kunsill mill-Bord tat-Tmexxija tal-Uffiċċju lista ta' kandidati għall-kariga ta' president ta' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (“l-Uffiċċju”),
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Sven STÜRMANN, imwieled f'Bonn (il-Ġermanja) fl-20 ta' Novembru 1971, huwa b'dan maħtur President ta' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għal mandat ta' 5 snin.
Id-data li fiha għandu jibda l-mandat ta' 5 snin imsemmi fl-ewwel paragrafu għandha tiġi ddeterminata mill-Bord tat-Tmexxija tal-Uffiċċju.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
J. HERRERA
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1102
tal-20 ta' Ġunju 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill talab biex il-possibbiltajiet għar-reġjonalizzazzjoni tal-missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u Difiża Komuni (PSDK) fir-reġjun tas-Saħel jiġu eżaminati ulterjorment mill-aktar fis possibbli. |
|
(2) |
Fil-15 ta' Mejju 2017, il-Kunsill approva Kunċett ta' Operazzjonijiet rigward ir-Reġjonalizzazzjoni tal-azzjoni tal-PSDK fis-Saħel. |
|
(3) |
Il-Kunċett ta' Operazzjonijiet rigward ir-Reġjonalizzazzjoni tal-azzjoni tal-PSDK fis-Saħel jipprevedi li l-objettivi strateġiċi tar-reġjonalizzazzjoni tal-azzjonijiet tal-PSDK fir-reġjun tas-Saħel ikunu: l-appoġġ għall-kooperazzjoni transfruntiera fis-Saħel, l-appoġġ għall-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari dawk tal-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel, u f'dan il-kuntest, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel. |
|
(4) |
Fl-ewwel fażi, jenħtieġ li jiġi stabbilit netwerk ta' sigurtà tal-PSDK fir-reġjun tas-Saħel u jenħtieġ li titwettaq valutazzjoni tal-ħtiġijiet bil-ħsieb li jiġi żviluppat Pjan ta' Implimentazzjoni Reġjonali tal-PSDK li għandu jintlaħaq qbil dwaru mill-Istati Membri. |
|
(5) |
Sabiex dawk l-għanijiet jitmexxew 'il quddiem, jenħtieġ li tiġi stabbilita Ċellula ta' Koordinazzjoni Reġjonali fi ħdan il-EUCAP Sahel Mali, li tinkludi Esperti għas-Sigurtà Interna u d-Difiża (ISDE) fil-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK (1) tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni 2014/219/PESK jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 14a
1. Għandha tiġi stabbilita Ċellula ta' Koordinazzjoni Reġjonali (RCC) fi ħdan l-EUCAP Sahel Mali.
2. L-RCC għandha tkun ibbażata fil-Kwartieri Ġenerali tal-EUCAP Sahel Mali f'Bamako. Hija għandha tinkludi l-persunal kollokat mal-EUCAP Sahel Mali u l-Esperti għas-Sigurtà Interna u d-Difiża (ISDE) li jinsabu fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-Burkina Faso, iċ-Chad, il-Mauritania u n-Niġer.
3. L-objettivi tal-RCC, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-missjonijiet eżistenti tal-PSDK fis-Saħel, għandhom ikunu:
|
(a) |
li tikkontribwixxi għall-għarfien tas-sitwazzjoni tal-Unjoni tal-ħtiġijiet u l-lakuni tas-sigurtà u d-difiża tal-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel li jappartjenu għall-kooperazzjoni transfruntiera reġjonali u li jindirizzaw sfidi ta' sigurtà, bil-ħsieb li jiġi żviluppat Pjan ta' Implimentazzjoni Reġjonali tal-PSDK li ser jagħmel rakkomandazzjonijiet għal kwalunkwe fażi sussegwenti; |
|
(b) |
li tiffaċilita l-organizzazzjoni ta' korsijiet ta' taħriġ mill-Missjonijiet tal-PSDK tal-Unjoni fis-Saħel għall-apprendisti tas-sigurtà u d-difiża tal-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel. |
4. L-ISDE għandhom jiġbru informazzjoni relatata ma' kwistjonijiet ta' sigurtà u difiża fil-pajjiżi ospitanti tagħhom. Huma għandhom jipprovdu tali informazzjoni u, fejn xieraq, jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Kap tal-RCC. Huma għandhom iżommu lill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-post fejn jinsabu infurmat kif xieraq.
5. Il-Kmandant ta' Operazzjoni Ċivili għandu jeżerċita l-kmand u l-kontroll strateġiċi tal-RCC, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tar-RGħ. B'deroga mill-Artikolu 6(1), il-Kap tal-RCC għandu jaqa' direttament taħt il-Kmandant ta' Operazzjoni Ċivili u għandu jaġixxi f'konformità mal-istruzzjonijiet mogħtija minnu. Il-Kap tal-RCC għandu joħroġ struzzjonijiet lill-persunal kollu tal-RCC.
6. Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita l-awtorità fuq il-persunal tal-RCC b'applikazzjoni tal-Artikolu 6(2), (3) u (4) u l-Artikolu 11. Rigward l-ISDE, dan huwa mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.
7. Il-EUCAP Sahel Mali għandha tidħol fl-arranġamenti amministrattivi neċessarji mad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-Burkina Faso, iċ-Chad, il-Mauritania u n-Niġer.
Dawk l-arranġamenti amministrattivi għandhom:
|
(a) |
jiżguraw li l-ISDE jingħataw l-appoġġ loġistiku u ta' sigurtà neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tagħhom; |
|
(b) |
jipprevedu li l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet ikollhom l-awtorità fuq l-ISDE fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni rispettivi tagħhom, b'mod partikolari sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmir ta' diliġenza tagħhom, jiżguraw konformità mar-rekwiżiti ta' sigurtà applikabbli u jikkontribwixxu għall-eżerċitar ta' kontroll dixxiplinarju, u jinżammu infurmati kif xieraq mill-ISDE dwar l-attivitajiet tagħhom; |
|
(c) |
jipprevedu li l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet iridu jiżguraw li l-ISDE jgawdu mill-istess privileġġi u immunitajiet mogħtija lill-persunal fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni fejn huma jinsabu.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
H. DALLI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21).
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/46 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1103
tal-20 ta' Ġunju 2017
li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2c tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK. |
|
(2) |
Fis-17 ta' Mejju 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2127 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, żied persuna waħda mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. Fl-24 ta' Mejju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2017/901 (2) li żżid lil din il-persuna fl-anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK. |
|
(3) |
L-informazzjoni li tirrigwarda din il-persuna jenħtieġ li tiġi kkompletata u jenħtieġ għalhekk li l-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK huwa bemendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
H. DALLI
(1) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51.
(2) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/901 tal-24 ta' Mejju 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 140).
ANNESS
L-entrata fl-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt hija sostitwita bl-entrata li ġejja:
|
“12. |
Abdoulaye HISSENE (psewdonimu: a) Abdoulaye Issène; b) Abdoulaye Hissein; c) Hissene Abdoulaye; d) Abdoulaye Issène Ramadane; e) Abdoulaye Issene Ramadan; f) Issene Abdoulaye
Data tat-twelid: 1967 Post tat-twelid: Ndele, Bamingui-Bangoran, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana Ċittadinanza: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana Nru. tal-passaport: Passaport diplomatiku tar-RĊA bin-numru D00000897, maħruġ fil-5 ta' April 2013 (validu sal-4 ta' April 2018) Indirizz: a) KM5, Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana; b) Nana-Grebizi, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana Data tal-indikazzjoni min-NU: 17 ta' Mejju 2017 Informazzjoni oħra: Hissène kien preċedentement il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Isport bħala parti mill-Kabinett tal-eks-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana Michel Djotodia. Qabel dan, huwa kien il-kap tal-Konvenzjoni tal-Patrijotti għall-Ġustizzja u l-Paċi, partit politiku. Huwa stabbilixxa wkoll lilu nnifsu bħala l-mexxej tal-milizzji armati f'Bangui, b'mod partikolari fil-kwartier “PK5” (it-tielet distrett). Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Abdoulaye Hissène ġie elenkat fis-17 ta' Mejju 2017 skont il-paragrafi 16 u 17(g) tar-riżoluzzjoni 2339(2017) bħala li jieħu sehem jew jipprovdi appoġġ għal atti li jdgħajfu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inkluż atti li jheddu jew ixekklu l-proċess ta' transizzjoni politika, jew il-proċess ta' stabbilizzazzjoni u rikonċiljazzjoni jew li jħeġġu l-vjolenza; u li huwa involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorizzazzjoni, jew it-twettiq ta' attakki kontra missjonijiet tan-NU jew preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż il-MINUSCA, il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġjawhom. Informazzjoni addizzjonali: Abdoulaye Hissène u membri oħra tal-eks-Séléka kkollaboraw ma' instigaturi anti-balaka alleati mal-eks-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) François Bozizé, inkluż Maxime Mokom, biex jinkoraġġixxu protesti vjolenti u ġlied f'Settembru 2015 bħala parti minn attentat ta' kolp ta' stat li falla biex iwaqqa' l-Gvern waqt li l-President Transizzjonali ta' dakinhar Catherine Samba-Panza kienet qed tattendi l-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-2015. Mokom, Hissène, u oħrajn ġew akkużati mill-gvern tar-RĊA b'diversi reati kriminali, inkluż qtil, ħruq, tortura, u sakkeġġi, li rriżultaw mill-kolp ta' stat li falla. Mill-2015, Hissène kien sar wieħed mill-mexxejja ewlenin tal-milizzji armati li jinsabu fil-kwartier “PK5” ta' Bangui u li kienu jinkludu aktar minn 100 raġel. Huwa xekkel il-libertà ta' moviment u t-treġġigħ lura tal-awtorità tal-istat fiż-żona, inkluż permezz ta' tassazzjoni illegali tat-trasport u attivitajiet kummerċjali. Fit-tieni nofs tal-2015, Hissène aġixxa bħala r-rappreżentant tan-“Nairobisti” tal-eks-Séléka f'Bangui li operaw fil-qafas ta' ravviċinament mal-ġellieda anti-balaka taħt Mokom. Irġiel armati taħt il-kontroll ta' Haroun Gaye u Hissène pparteċipaw fil-ġrajjiet vjolenti li seħħew f'Bangui bejn is-26 ta' Settembru u t-3 ta' Ottubru 2015. Il-membri tal-grupp ta' Hissène huma ssuspettati li kienu involuti f'attakk fit-13 ta' Diċembru 2015 — il-jum tar-referendum kostituzzjonali — fuq il-vettura ta' Mohamed Moussa Dhaffane, mexxej tal-eks-Séléka. Hissène huwa akkużat li orkestra l-vjolenza fid-distrett KM5 ta' Bangui li biha nqatlu ħames persuni, indarbu għoxrin, u żammet lir-residenti milli jivvutaw fir-referendum kostituzzjonali. Hissène qiegħed l-elezzjonijiet f'riskju billi ħoloq ċiklu ta' attakki ta' ritaljazzjoni bejn gruppi differenti. Fil-15 ta' Marzu 2016, Hissène nqabad mill-pulizija fl-ajruport M'poko ta' Bangui u ġie ttrasferit lit-taqsima ta' riċerka u investigazzjoni tal-ġendarmerija nazzjonali. Il-milizzja tiegħu sussegwentement ħelsuh, bl-użu tal-forza, u serqet arma li preċedentement kienet mgħoddija minn MINUSCA bħala parti minn talba għal eżenzjoni approvata mill-Kumitat. Fid-19 ta' Ġunju 2016, wara l-arrest ta' negozjanti Musulmani minn forzi tas-sigurtà interni f'“PK 12”, il-milizzji ta' Gaye u Hissène ħatfu ħames pulizija nazzjonali f'Bangui. Fl-20 ta' Ġunju, il-MINUSCA għamlet tentattiv biex teħles il-pulizija. Irġiel armati taħt il-kontroll ta' Hissène u Gaye kienu involuti fi sparar ma' forzi taż-żamma tal-paċi li ppruvaw jeħilsu l-ostaġġi. B'riżultat ta' dan, inqatlu mill-inqas sitt individwi u indarab membru tal-forzi għaż-żamma tal-paċi. Fit-12 ta' Awwissu 2016, Hissène mexxa konvoj ta' sitt vetturi b'individwi armati sew. Il-konvoj, li kien qed jaħrab minn Bangui, ġie interċettat minn MINUSCA fin-Nofsinhar ta' Sibut. Fi triqtu lejn it-Tramuntana, il-konvoj kien involut fi sparar ma' forzi tas-sigurtà interna f'diversi punti ta' kontroll. Il-konvoj eventwalment twaqqaf minn MINUSCA 40 km min-Nofsinhar ta' Sibut. Wara bosta ġlidiet b'armi tan-nar, MINUSCA qabdet 11-il raġel, iżda Hissène u diversi oħra ħarbu. Individwi arrestati indikaw lil MINUSCA li Hissène kien il-mexxej tal-konvoj li l-għan tiegħu kien li jasal Bria u jipparteċipa fl-Assemblea tal-gruppi eks-Séléka li ġiet organizzata minn Nourredine Adam. F'Awwissu u Settembru 2016, il-Bord ta' Esperti żar Sibut darbtejn sabiex jispezzjona l-oġġetti personali tal-konvoj ta' Hissène, Gaye u Hamit Tidjani, li nqabad minn MINUSCA fit-13 ta' Awwissu. Il-Bord spezzjona wkoll il-munizzjon maqbud fid-dar ta' Hissène fis-16 ta' Awwissu. Tagħmir militari letali u mhux letali ġie rkuprat mis-sitt vetturi u mill-individwi maqbuda. Fis-16 ta' Awwissu 2016, il-Ġendarmerija Ċentrali għamlet rejd fid-dar ta' Hissène f'Bangui. Instabu aktar minn 700 arma. Fl-4 ta' Settembru 2016, grupp ta' elementi eks-Séléka li kienu ġejjin minn Kaga-Bandoro fuq sitt muturi biex jiġbru lil Hissène u l-affiljati tiegħu fetħu n-nar kontra MINUSCA ħdejn Dékoa. Waqt dan l-inċident, inqatel ġellied eks-Séléka, u żewġ membri tal-forzi taż-żamma tal-paċi u ċivili sfaw midruba.”. |
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/49 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1104
tal-20 ta' Ġunju 2017
li tiddetermina li s-sospensjoni temporanja tad-dazju doganali preferenzjali skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 20/2013 mhijiex xierqa għal importazzjonijiet ta' banana li joriġinaw min-Nikaragwa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 20/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ġie introdott mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana permezz tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim”), li provviżorjament beda japplika għall-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali matul l-2013, u għan-Nikaragwa speċifikament fl-1 ta' Awwissu 2013. |
|
(2) |
Skont dan il-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni, kif implimentat mir-Regolament (UE) Nru 20/2013, ġaladarba jinqabeż volum ta' skattar definit għall-importazzjonijiet ta' banana friska (intestatura 0803 00 19 tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta' Jannar 2012) minn wieħed mill-pajjiżi konċernati, il-Kummissjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni li għandu jiġi adottat permezz ta' proċedura ta' urġenza stabbilita fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) Nru 20/2013, tista' tissospendi temporanjament id-dazju doganali preferenzjali applikat fuq l-importazzjonijiet tal-banana friska għal dak il-pajjiż jew tiddetermina li tali sospensjoni mhix xierqa. |
|
(3) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' banana friska li joriġinaw min-Nikaragwa qabżu l-limitu ta' 13 500 tunnellata metrika definit mill-Ftehim fit-2 ta' Mejju 2017. |
|
(4) |
F'dan il-kuntest, skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 20/2013, il-Kummissjoni qieset l-impatt tal-importazzjonijiet ikkonċernati fuq il-qagħda tas-suq tal-banana tal-Unjoni sabiex tiddeċiedi jekk id-dazju doganali preferenzjali jenħtieġx li jiġi sospiż. Il-Kummissjoni eżaminat l-effett tal-importazzjonijiet ikkonċernati fuq il-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni, l-iżvilupp tal-importazzjonijiet minn sorsi oħra u l-istabbiltà ġenerali tas-suq tal-banana friska tal-Unjoni. |
|
(5) |
L-importazzjonijiet ta' banana friska min-Nikaragwa rrappreżezentaw biss 1,0 % tal-importazzjonijiet tal-Unjoni ta' banana friska suġġetti għall-mekkaniżmu tal-istabbilizzazzjoni tal-banana meta l-importazzjonijiet qabżu l-livell limitu tagħhom għall-2017. Barra minn hekk, in-Nikaragwa tirrappreżenta anqas minn 1,0 % tal-importazzjonijiet totali ta' banana friska fl-Unjoni. |
|
(6) |
L-importzzjonijiet minn pajjiżi esportaturi kbar li magħhom l-Unjoni għandha wkoll Ftehim ta' Kummerċ Ħieles, speċjalment il-Kolombja, l-Ekwador u l-Costa Rica ammontaw għal 26,5 %, 27,8 % u 27,1 % tal-limiti tagħhom rispettivament. Il-kwantitajiet “mhux użati” fl-ambitu tal-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni (madwar 4,2 miljun tunnellata) huma sinifikament ogħla mill-importazzjonijiet totali min-Nikaragwa sa issa (15 600 tunnellata). |
|
(7) |
Il-prezz tal-importazzjonijiet min-Nikaragwa kien bħala medja EUR 513/tunnellata għall-ewwel xahrejn (2) tal-2017, li huwa 24 % irħas mill-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet oħrajn tal-banana friska fl-Unjoni. |
|
(8) |
Il-prezz bl-ingrossa medju tal-banana fis-suq tal-Unjoni f'April 2017 (EUR 1 020/tunnellata) ma rreġistrax tibdil notevoli kkumparat mal-prezzijiet medji bl-ingrossa tal-banana safra għax-xhur ta' qabel. |
|
(9) |
Għaldaqstant, f'dan l-istadju, la hemm indikazzjoni li l-istabbiltà tas-suq tal-Unjoni kienet effettwata mill-importazzjonijiet ta' banana friska min-Nikaragwa li jaqbżu l-volum ta' importazzjoni ta' skattar annwali definit, u lanqas li dan kellu xi impatt sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. |
|
(10) |
Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' theddida ta' deterjorament serju jew ta' deterjorament serju fis-sitwazzjoni ekonomika fir-reġjuni periferiċi tal-Unjoni f'Mejju 2017. |
|
(11) |
Għalhekk, is-sospenjoni tad-dazju preferenzjali fuq l-importazzjoni tal-banana li toriġina min-Nikaragwa ma tidhirx li hija xierqa f'dan l-istadju. |
|
(12) |
Peress li l-volum ta' skattar annwali nqabeż diġà f'Mejju, u għalkemm l-importazzjonijiet totali min-Nikaragwa fis-suq tal-Unjoni huma baxxi, il-Kummissjoni se tkompli l-monitoraġġ tagħha f'dan ir-rigward u tista' tadotta miżuri jekk dan ikun xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sospensjoni temporanja tad-dazji doganali preferenzjali fuq l-importazzjonijiet tal-banana friska kklassifikata taħt l-intestatura 0803 00 19 tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea u li toriġina min-Nikaragwa mhijiex xierqa.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
Rettifika
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/51 |
Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 901/2014 tat-18 ta' Lulju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 249 tat-22 ta' Awwissu 2014 )
F'paġna 124, l-Anness I, l-Appendiċi 25, is-seba' kaxxa,
minflok:
“għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2.6 tal-Anness II tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 44/2014/UE (0) (2) (3)”,
aqra:
“għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2.6 tal-Anness II tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 44/2014/UE”;
F'paġna 124, l-Anness I, l-Appendiċi 25, is-seba' kaxxa,
minflok:
“għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2.6 tal-Anness II tar-Regolament ta' Delega tal- Kummissjoni (UE) Nru 44/2014/UE (0) (4)”,
aqra:
“għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 5.2 tal-Anness II tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 44/2014/UE”.