|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
20.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1084
tal-14 ta' Ġunju 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 f'dak li għandu x'jaqsam ma' għajnuna għal infrastruttura tal-port u tal-ajruport, livelli limitu ta' notifika għal għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju u għajnuna għall-infrastrutturi għall-isport u għar-rikreazzjoni multifunzjonali, u l-iskemi ta' għajnuna operatorja reġjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 702/2014 f'dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/1588 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1)(a)(xiv) u l-Artikolu 1(1)(b) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (2) jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern u eżenti mir-rekwiżit li jridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel ma jingħataw. Ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 ħabbar li l-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tagħmel rieżami tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament bil-għan li jiġu inklużi kategoriji oħra ta' għajnuna, u b'mod partikolari għajnuna għal infrastruttura tal-portijiet u tal-ajruporti, ladarba tkun inkisbet biżżejjed esperjenza mill-każijiet. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-esperjenza li kisbet il-Kummissjoni u sabiex jiġu ssimplifikati u ċċarati r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, kif ukoll biex jitnaqqas il-piż amministrattiv li ġġib miegħu n-notifika ta' miżuri diretti ta' għajuna mill-Istat u biex il-Kummissjoni tkun tista' tiffoka fuq il-każijiet potenzjalment l-iktar distortivi, l-għajnuna għall-infrastrutturi tal-portijiet u tal-ajruporti jenħtieġ li tiġi inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 651/2014. |
|
(3) |
Għajnuna għall-investiment lil ajruporti reġjonali b'volum medju ta' traffiku annwali ta' passiġġieri sa tliet miljun passiġġier tista' ttejjeb kemm l-aċċessibbiltà ta' ċerti reġjuni kif ukoll l-iżvilupp lokali, skont l-ispeċifiċitajiet ta' kull ajruport. B'hekk dan it-tip ta' investiment jappoġġa l-prijoritajiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u jikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku ulterjuri u għall-objettivi ta' interess komuni għall-Unjoni. L-esperjenza miksuba wara l-applikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lill-kumpaniji tal-ajru (3) turi li l-għajnuna għall-investiment lil ajruporti reġjonali ma tagħtix lok għal distorsjoni mhux xierqa tal-kummerċ u l-kompetizzjoni, sakemm ċerti kundizzjonijiet jiġu ssodisfati. Għalhekk, l-għajnuna għall-investiment lil ajruporti reġjonali għandha tkun koperta mill-eżenzjoni ta' kategorija fir-Regolament (UE) Nru 651/2014, sakemm jiġu ssodisfati dawk il-kundizzjonijiet. Mhuwiex xieraq li jiġi stabbilit limitu għan-notifika f'termini tal-ammont tal-għajnuna, ladarba l-impatt kompetittiv ta' miżura ta' għajnuna jkun jiddependi prinċipalment fuq id-daqs tal-ajruport u mhux fuq id-daqs tal-għajnuna. |
|
(4) |
Il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta' għajnuna mir-rekwiżit ta' notifika għandu jkollhom l-għan li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jxekklu il-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern, b'mod partikolari billi tkun żgurata l-proporzjonalità tal-ammont ta' għajnuna. Sabiex tkun proporzjonata, l-għajnuna għall-investiment għandha tissodisfa żewġ kundizzjonijiet. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex tkun iktar mill-intensità massima permissibbli tal-għajnuna, li tvarja skont id-daqs tal-ajruport. Barra minn hekk, l-ammont ta' għajnuna ma għandux ikun iktar mid-differenza bejn l-ispejjeż eleġibbli u l-qligħ operatorju tal-investiment. Fil-każ ta' ajruporti żgħar ħafna sa 200 000 passiġġier fis-sena, l-għajnuna għall-investiment għandha tkun meħtieġa biss li tissodisfa waħda minn dawk il-kundizzjonijiet. Il-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà għandhom jiżguraw aċċess miftuħ u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura. L-eżenzjoni ma għandhiex tapplika għal għajnuna għall-investiment li tingħata lil ajruporti li jinsabu fil-viċinanzi ta' ajruport eżistenti fejn jitħaddmu servizzi bl-ajru skedati, minħabba li għajnuna ta' dak it-tip lil ajruporti bħal dawk iġġib magħha riskju akbar ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni u għalhekk trid tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna mogħtija lil ajruporti żgħar ħafna sa 200 000 passiġġier fis-sena, fejn mhux probabbli li din tirriżulta f'distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni. |
|
(5) |
Għajnuna operatorja lil ajruporti żgħar ħafna sa 200 000 passiġġier fis-sena ma tagħtix lok għal distorsjoni eċċessiva ta' kummerċ u kompetizzjoni, sakemm jiġu sodisfati ċerti kundizzjonijiet. Il-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà għandhom jiżguraw li l-ammont ta' għajnuna ma jkunx iktar mit-telf operatorju u profitt raġonevoli u li jkun hemm aċċess miftuħ u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura. Barra minn hekk, l-ebda għajnuna ma għandha tingħata taħt il-kundizzjoni li operatur ta' ajruport jikkonkludi arranġamenti ma' kumpanija tal-ajru waħda jew iktar li għandhom x'jaqsmu mal-imposti tal-ajruport, pagamenti ta' kummerċjalizzazzjoni jew ma' aspetti finanzjarji oħra fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-linja tal-ajru f'dak l-ajruport. L-arranġamenti bejn ajruport li għandu riżorsi pubbliċi għad-dispożizzjoni tiegħu u linja tal-ajru jistgħu, f'ċerti ċirkustanzi, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lill-linja tal-ajru kkonċernata (4), u dik għajnuna għandha tibqa' kompletament soġġetta għar-rekwiżit ta' notifika fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
|
(6) |
Il-portijiet marittimi huma ta' importanza strateġika għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif stabbiliti, fost l-oħrajn, fl-Istrateġija Ewropa 2020 u fil-White Paper tal-Kummissjoni “Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport — Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi” (5). Kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni “Portijiet: magna għat-tkabbir” (6), it-tħaddim effettiv tal-portijiet kollha fir-reġjuni marittimi tal-Unjoni jeħtieġ investiment pubbliku u privat. L-investimenti huma meħtieġa, b'mod partikolari, għall-adattament tal-infrastruttura ta' aċċess tal-portijiet u tal-infrastruttura tal-portijiet għaż-żieda fid-daqs u fil-kumplessità tal-flotta, għall-użu ta' infrastruttura ta' fjuwil alternattiva u għal rekwiżiti iktar stretti dwar il-prestazzjoni ambjentali. In-nuqqas ta' infrastruttura tal-port ta' kwalità tajba tirriżulta f'konġestjoni u spejjeż żejda għal kumpaniji tat-tbaħħir, għal operaturi tat-trasport u għall-konsumaturi. |
|
(7) |
L-iżvilupp ta' portijiet interni u l-integrazzjoni tagħhom f'trasport multimodali huwa objettiv ewlieni tal-politika tat-trasport tal-Unjoni. Ir-regoli tal-Unjoni għandhom l-għan espliċitu li jsaħħu l-intermodalità tat-trasport u l-bidla lejn modi ta' trasport li jirrispettaw iktar l-ambjent bħat-trasport bil-ferrovija u bil-baħar/fuq passaġġi tal-ilma interni. |
|
(8) |
Il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta' għajnuna lil portijiet mir-rekwiżit ta' notifika għandu jkollhom l-għan li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jxekklu l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern, b'mod partikolari billi tkun żgurata l-proporzjonalità tal-ammont ta' għajnuna. Sabiex tkun proporzjonata, l-għajnuna għandha tissodisfa żewġ kundizzjonijiet. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex tkun iktar mill-intensità massima permissibbli ta' għajnuna, li għall-portijiet marittimi tvarja skont id-daqs tal-proġett ta' investiment. Barra minn hekk, l-ammont ta' għajnuna ma għandux ikun iktar mid-differenza bejn l-ispejjeż eleġibbli u l-qligħ operatorju tal-investiment, ħlief fil-każ ta' ammonti żgħar ħafna ta' għajnuna li għalihom huwa xieraq li jittieħed approċċ simplifikat sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv. Il-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà għandhom jiżguraw ukoll li kull konċessjoni jew inkarigu ieħor lil parti terza biex tibni, ittejjeb, topera u/jew tikri l-infrastruttura ta' port megħjuna tkun assenjata fuq bażi kompetittiva, trasparenti, mhux diskriminatorja u mhux kundizzjonata, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet, fejn applikabbli. Għandu jkun żgurat ukoll aċċess ugwali u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura. |
|
(9) |
L-investimenti inklużi fil-pjanijiet ta' ħidma tal-kurituri tan-netwerk ewlieni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) huma proġetti ta' interess komuni b'mod partikolari b'interess strateġiku għall-Unjoni. Il-portijiet marittimi li jagħmlu parti minn dawk in-netwerks huma l-punti tad-dħul u ta' ħruġ ta' oġġetti li qed jiġu ttrasportati 'l ġewwa u 'l barra mill-Unjoni. Il-portijiet interni li jagħmlu parti minn dawk in-netwerks huma fatturi ewlenin li jippermettu l-multimodalità tan-netwerk. Investimenti bl-għan li jtejbu l-prestazzjoni ta' dawk il-portijiet għandhom jibbenefikaw minn limitu għola ta' notifika. |
|
(10) |
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba wara l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 (8), huwa wkoll xieraq li jiġu adattati ċerti dispożizzjonijiet ta' dawk ir-Regolamenti. |
|
(11) |
B'mod partikolari rigward l-iskemi operatorji ta' għajnuna reġjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi, l-applikazzjoni ta' regoli differenti ta' kumpens għal spejjeż addizzjonali ta' trasport u ta' spejjeż addizzjonali oħra kienet diffiċli fil-prattika u mhux xierqa biex tindirizza n-nuqqasijiet strutturali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 349 tat-Trattat, id-distanza u l-insularità, iċ-ċokon, topografija u klima diffiċli, id-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, li minħabba l-permanenza u l-fatt li jiġu kkumbinati flimkien jirrestrinġu ħafna l-iżvilupp tagħhom, u d-dispożizzjonijiet għandhom għalhekk jiġu sostitwiti b'metodu li japplika għall-ispejjeż addizzjonali kollha. L-implimentazzjoni ta' miżuri ta' investiment u ta' għajnuna operatorja reġjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi li, fost l-oħrajn, ikunu ta' benefiċċju għall-impriżi attivi fis-settur tas-sajd għandha tkun konformi mal-obbligi tal-Unjoni li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali fejn hija parti kontraenti. Għalhekk, dawk il-miżuri ta' investiment u għajnuna operatorja reġjonali m'għandhomx jibbenefikaw bastimenti involuti f'sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat jew jikkontribwixxu għal sajd żejjed jew għal żieda fil-kapaċità tas-sajd ta' bastimenti. |
|
(12) |
Fid-dawl tal-effetti negattivi limitati fuq il-kompetizzjoni li għandhom l-għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju u l-għajnuna għal infrastrutturi sportivi u multifunzjonali, il-llimiti ta' notifika għal għajnuna f'dawk l-oqsma għandhom jiżdiedu. |
|
(13) |
Sabiex jiġi simplifikat il-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 għal operazzjonijiet li huma, mill-inqas, parzjalment iffinanzjati permezz ta' fond tal-Unjoni li jippermetti l-użu ta' għażliet simplifikati għall-ispejjeż, id-dispożizzjonijiet dwar l-ispejjeż eliġibbli jenħtieġ li jkunu adattati. |
|
(14) |
Skont l-istrument għall-SMEs ta' Horizon 2020 kif imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), il-proġetti jistgħu jirċievu t-tikketta tal-kwalità tas-Siġill tal-Kummissjoni ta' Eċċellenza. Proġetti bħal dawn, minħabba l-ammonti limitati ta' għajnuna ta' massimu ta' EUR 2,5 miljun għal kull proġett u l-fatt li huma immirati esklussivament lejn l-SMEs, jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit ta' notifika skont ir-regoli tar-Regolament (UE) Nru 651/2014. |
|
(15) |
Jenħtieġ għalhekk, li r-Regolament (UE) Nru 651/2014 u r-Regolament (UE) Nru 702/2014 jiġu emendati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 5(2), jiżdied il-punt (k) li ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
fl-Artikolu 8, għandu jiżdied il-paragrafu 7 li ġej: “7. Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 sa 6, meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk il-limiti massimi ta' għajnuna operatorja reġjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi, kif stabbilit fl-Artikolu 15(4), humiex rispettati, għandha titqies biss l-għajnuna operatorja reġjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi implimentata skont dan ir-Regolament.”; |
|
(8) |
L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 12 Monitoraġġ 1. Biex il-Kummissjoni tkun tista' timmonitorja l-għajnuna eżentata min-notifika minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri, jew inkella, f'każ li l-għajnuna tkun ingħatat lill-proġetti ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, l-Istat Membru li fih tinsab l-Awtorità Maniġerjali, għandhom iżommu reġistri dettaljati bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa biex jistabbilixxu li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dawn ir-reġistri għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna ad hoc jew tkun ingħatat l-aħħar għajnuna skont l-iskema. 2. Fil-każ ta' skemi li fihom tingħata għajnuna fiskali fuq bażi awtomatika, bħal dawk ibbażati fuq dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-benefiċjarji, u fejn ma tkun saret l-ebda verifika ex ante li l-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà jkunu ġew issodisfati kollha minn kull benefiċjarju, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw b'mod regolari, mill-inqas fuq bażi ex post u fuq bażi ta' kampjuni, li l-kundizzjonijiet kollha ta' kompatibbiltà huma ssodisfati, u għandhom jaslu għall-konklużjonijiet neċessarji. L-Istati Membri għandhom iżommu reġistri dettaljati tal-verifiki għal mill-inqas 10 snin mid-data tal-kontrolli. 3. Il-Kummissjoni tista' titlob, minn kull Stat Membru, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta' sostenn kollha li l-Kummissjoni tqis neċessarji biex timmonitorja l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluża l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba u d-dokumenti ta' sostenn fi żmien 20 jum ta' xogħol minn meta jirċievi it-talba jew f'perjodu itwal li jista' jiġi stabbilit fit-talba.”; |
|
(9) |
L-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 13 Il-kamp ta' applikazzjoni tal-għajnuna reġjonali Din it-Taqsima ma tapplikax għal:
|
|
(10) |
L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 15 Għajnuna operatorja reġjonali 1. L-iskemi operatorji ta' għajnuna reġjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi, fiż-żoni skarsament popolati u fiż-żoni ħafna skarsament popolati għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u jkunu eżentati mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm jiġu issodisfati l-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I. 2. F'żoni skarsament popolati, l-iskemi ta' għajnuna operatorja reġjonali għandhom jikkumpensaw għall-ispejjeż addizzjonali tat-trasport ta' oġġetti li jkunu ġew prodotti fl-żoni eliġibbli għal għajnuna operatorja, kif ukoll l-ispejjeż addizzjonali tat-trasport ta' oġġetti li jkunu pproċessati iktar f'dawk iż-żoni, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-intensità tal-għajnuna ma tkunx iktar minn 100 % tal-ispejjeż ta' trasport addizzjonali stabbiliti f'dan il-paragrafu. 3. F'żoni ħafna skarsament popolati, l-iskemi ta' għajnuna operatorja reġjonali għandhom jipprevjenu jew inaqqsu d-depopolazzjoni skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
4. Fir-reġjuni ultraperiferiċi, skemi ta' għajnuna operatorja jikkumpensaw għall-ispejjeż operatorji addizzjonali mġarrba f'dawk ir-reġjuni bħala effett dirett ta' wieħed jew iktar mill-iżvantaġġi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat, fejn il-benefiċjarji jkollhom l-attività ekonomika tagħhom f'reġjun ultraperiferiku sakemm l-ammont ta' għajnuna annwali għal kull benefiċjarju taħt l-iskemi kollha ta' għajnuna operatorja implimentati skont dan ir-Regolament ma jkunx iktar minn kwalunkwe mill-persentaġġi li ġejjin:
|
|
(12) |
fl-Artikolu 21, il-paragrafu 16 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
fl-Artikolu 22 il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. L-impriżi eliġibbli huma kwalunkwe intrapriża żgħira li ma tkunx elenkata sa ħames snin wara r-reġistrazzjoni tagħha, li tissodisfa il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Għal impriżi eliġibbli li mhumiex soġġetti għal reġistrazzjoni, il-perjodu ta' eliġibbiltà ta' ħames snin jista' jitqies li jibda mill-mument meta l-intrapriża tibda l-attività ekonomika tagħha jew tkun soġġetta għat-taxxa minħabba l-attività ekonomika tagħha. B'deroga mill-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-intrapriżi ffurmati permezz ta' fużjoni bejn impriżi eliġibbli għall-għajnuna skont dan l-Artikolu għandhom ukoll jitqiesu bħala impriżi eliġibbli sa ħames snin mid-data tar-reġistrazzjoni tal-eqdem intrapriża li tipparteċipa fil-fużjoni.”; |
|
(14) |
fl-Artikolu 25, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-għajnuna għal proġetti ta' riċerka u żvilupp, inklużi proġetti li rċevew tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta' Eċċellenza skont l-instrument għall-SMEs Horizon 2020, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.”; |
|
(15) |
fl-Artikolu 31(3), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(16) |
fl-Artikolu 52, jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej: “2a. Bħala alternattiva għall-istabbiliment ta' spejjeż eleġibbli kif ipprovdut fil-paragrafu 2, l-ammont massimu ta' għajnuna għal proġett jista' jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' proċess ta' għażla kompetittiva kif meħtieġ mill-paragrafu 4.”; |
|
(17) |
L-Artikolu 53 huwa emendat kif ġej:
|
|
(18) |
Fl-Artikolu 54(4), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Fiż-żewġ każijiet, in-nefqa massima soġġetta għall-obbligi ta' -nefqa territorjali fl-ebda każ ma għandha tkun iktar minn 80 % tal-baġit globali tal-produzzjoni. Sabiex il-proġetti jkunu eliġibbli għall-għajnuna, Stat Membru jista' jitlob ukoll livell minimu ta' attività ta' produzzjoni fit-territorju kkonċernat, iżda dak il-livell ma għandux ikun iktar minn 50 % tal-baġit kumplessiv tal-produzzjoni.”; |
|
(19) |
fl-Artikolu 55 il-paragrafu 12 jinbidel b'dan li ġej: “12. Għal għajnuna ta' mhux iktar minn EUR 2 miljuni, l-ammont massimu ta' għajnuna jista' jiġi stabbilit għal 80 % tal-ispejjeż eleġibbli, bħala alternattiva għall-applikazzjoni tal-metodu msemmi fil-paragrafi 10 u 11.”; |
|
(20) |
it-taqsimiet 14 u 15 li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 56: “ TAQSIMA 14 Għajnuna għal ajruporti reġjonali Artikolu 56a Għajnuna għal ajruporti reġjonali 1. L-għajnuna għall-investiment għal ajruport għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat u tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 14 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu ssodisfati. 2. L-għajnuna operatorja għal ajruport għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat u tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3, 4, 10 u 15 sa 18 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu ssodisfati. 3. L-ajruport għandu jkun miftuħ għall-utenti potenzjali kollha. Fil-każ ta' limitazzjoni fiżika tal-kapaċità, l-allokazzjoni ssir fuq il-bażi ta' kriterji pertinenti, objettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. 4. L-għajnuna ma tingħatax għal rilokazzjoni tal-ajruporti eżistenti jew il-ħolqien ta' ajruport tal-passiġġieri ġdid, inkluża l-konverżjoni ta' mitjar eżistenti f'ajruport tal-passiġġieri. 5. L-investiment ikkonċernat ma għandux ikun iktar minn dak li huwa meħtieġ biex jiġi akkomodat it-traffiku mistenni fuq terminu medju, fuq il-bażi ta' previżjonijiet tat-traffiku raġonevoli. 6. L-għajnuna għall-investiment ma għandhiex tingħata lil ajruport li jinsab 100 kilometru 'l bogħod jew 60 minuta ta' vvjaġġar bil-karozza, bix-xarabank, ferrovija jew ferrovija ta' velocità għolja minn ajruport eżistenti minn liema jitħaddmu servizzi tal-ajru skedati, fis-sens tal-Artikolu 2(16) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. 7. Il-paragrafi 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għal ajruporti li l-medja annwali tagħhom ta' traffiku ta' passiġġieri mhix iktar minn 200 000 passiġġier matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel is-sena li fiha l-għajnuna tkun effettivament mogħtija jekk l-għajnuna għall-investiment mhix mistennija li żżid il-medja tat-traffiku annwali tal-passiġġieri tal-ajruport għal iktar minn 200 000 passiġġier fis-sentejn finanzjarji wara l-għoti tal-għajnuna. Għajnuna għall-investiment mogħtija lil ajruporti bħal dawn għandha tkun konformi mal-paragrafu 11 jew mal-paragrafi 13 u 14. 8. Il-paragrafu 6 m'għandux japplika fejn l-għajnuna għall-investiment tingħata lil ajruport li jinsab fid-distanza ta' 100 kilometru minn ajruporti eżistenti fejn huma operati servizzi tal-ajru skedati, fis-sens tal-Artikolu 2(16) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, sakemm ir-rotta bejn kull wieħed minn dawk l-ajruporti eżistenti l-oħrajn u l-ajruport li jirċievi l-għajnuna neċessarjament tinvolvi mill-inqas total ta' 90 minuta ta' vjaġġar permezz ta' trasport marittimu jew trasport bl-ajru. 9. L-għajnuna għall-investiment ma tingħatax lil ajruporti li l-mejda tagħhom ta' traffiku tal-passiġġieri annwali hija iktar minn tliet miljun passiġġier matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel is-sena li fiha l-għajnuna tkun effettivament mogħtija. L-għajnuna għall-investiment ma għandhiex tkun mistennija li żżid il-medja tat-traffiku annwali tal-ajruport biex dik il-medja tkun iktar minn tliet miljun passiġġier fis-sentejn finanzjarji wara l-għoti tal-għajnuna. 10. Din l-għajnuna m'għandhiex tingħata lil ajruporti li l-medja annwali tagħhom ta' traffiku ta' merkanzija tkun iktar minn 200 000 tunnellata ta' merkanzija matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel is-sena li fiha l-għajnuna tkun effettivament mogħtija. M'għandhux ikun mistenni li l-għajnuna tirriżulta f'żieda fil-mejda tat-traffiku annwali ta' merkanzija tal-ajruport biex dik il-medja tkun iktar minn 200 000 tunnellata fis-sentejn finanzjarji wara l-għoti tal-għajnuna. 11. L-ammont ta' għajnuna għall-investiment ma għandux ikun iktar miid-differenza bejn l-ispejjeż eleġibbli u l-qligħ operatorju tal-investiment. Il-qligħ operatorju għandhu jitnaqqas mill-ispejjeż eleġibbli ex ante, abbażi ta' projezzjonijiet raġonevoli, jew permezz ta' mekkaniżmu ta' rkupru. 12. L-ispejjeż eleġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż relatati mal-investimenti fl-infrastruttura tal-ajruport, inklużi l-ispejjeż tal-ippjanar. 13. L-ammont tal-għajnuna għall-investiment ma għandhux ikun iktar minn:
14. L-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fil-paragrafu 13 jistgħu jiżdiedu b'20 punt perċentwali fil-każ ta' ajruporti li jinsabu f'reġjuni remoti. 15. L-għajnuna operatorja m'għandhiex tingħata lil ajruporti b' medja annwali ta' traffiku ta' passiġġieri li tkun iktar minn 200 000 passiġġier matul is-sentejn finanzjarji li jippreċedu s-sena li fiha l-għajnuna tkun effettivament mogħtija. 16. L-ammont tal-għajnuna operatorja m'għandhiex ktun iktar minn dak li huwa meħtieġ biex jitkopra t-telf operatorju u profitt raġonevoli matul il-perjodu rilevanti. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' pagamenti perjodiċi fissi ex ante, li m'għandhomx jiżdiedu matul il-perjodu li għalih tingħata l-għajnuna, jew fil-forma ta' ammonti definiti ex post abbażi tat-telf operatorju osservat. 17. L-għajnuna operatorja ma għandhiex titħallas fir-rigward ta' kwalunkwe sena kalendarja li matulha t-traffiku tal-passiġġieri annwali tal-ajruport ikun iktar minn 200 000 passiġġier. 18. L-għoti ta' għajnuna operatorja ma għandux ikun marbut mal-kundizzjoni li jkun hemm konklużjoni ta' arranġamenti ma' linji tal-ajru speċifiċi relatati ma' miżati tal-ajruport, il-pagamenti ta' kummerċjalizzazzjoni jew ma' aspetti finanzjarji oħra tal-operazzjonijiet tal-linji tal-ajru fl-ajruport ikkonċernat. TAQSIMA 15 Għajnuna għal portijiet Artikolu 56b Għajnuna għal portijiet marittimi 1. L-għajnuna għal portijiet marittimi għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat u tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu ssodisfati. 2. L-ispejjeż eleġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-ippjanar, ta':
3. L-ispejjeż marbuta ma' attivitajiet mhux relatati mat-trasport, inklużi faċilitajiet ta' produzzjoni industrijali attivi f'port, uffiċċji jew ħwienet, kif ukoll għas-superstrutturi tal-port m'għandhomx ikunu spejjeż eleġibbli. 4. L-ammont ta' għajnuna ma għandux ikun iktar mid-differenza bejn l-ispejjeż eleġibbli u l-qligħ operatorju tal-investiment jew tat-tħammil. Il-qligħ operatorju għandhu jitnaqqas mill-ispejjeż eleġibbli ex ante, abbażi ta' projezzjonijiet raġonevoli, jew permezz ta' mekkaniżmu ta' rkupru. 5. L-intensità tal-għajnuna għal kull investiment li hemm referenza għalih fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ma għandhiex tkun iktar minn:
L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex tkun iktar minn 100 % tal-ispejjeż eleġibbli stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 2 u fil-punt (c) tal-paragrafu 2 sal-ammont stabbilit fil-punt (ee) tal-Artikolu 4(1). 6. L-intensitajiet tal-għajnuna stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 jistgħu jiżdiedu b'10 punti perċentwali għall-investimenti li jinsabu f'żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u b'5 punti perċentwali għall-investimenti li jinstabu f'żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat. 7. Kull konċessjoni jew inkarigu ieħor lil parti terza biex tibni, ittejjeb topera jew tikri l-infrastruttura ta' port megħjun għandha tingħata fuq bażi kompetittiva, trasparenti, mhux diskriminatorja u bla kundizzjonijiet. 8. L-infrastruttura tal-portijiet megħjuna għandha tkun disponibbli għal utenti interessati fuq bażi ugwali u mhux diskriminatorja b'termini tas-suq. 9. Għal għajnuna li ma tkunx iktar minn EUR 5 miljuni, l-ammont massimu ta' għajnuna jista' jiġi stabbilit għal 80 % tal-ispejjeż eleġibbli, bħala alternattiva għall-applikazzjoni tal-metodu msemmi fil-paragrafi 4, 5 u 6. Artikolu 56c Għajnuna għal portijiet interni 1. L-għajnuna għal portijiet interni għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat u tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu ssodisfati. 2. L-ispejjeż eleġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-ippjanar, ta':
3. L-ispejjeż marbuta ma' attivitajiet li mhux relatati mat-trasport, inklużi faċilitajiet ta' produzzjoni industrijali attivi f'port, uffiċċji jew ħwienet, kif ukoll għas-superstrutturi tal-port m'għandhomx ikunu spejjeż eleġibbli. 4. L-ammont ta' għajnuna ma għandux ikun iktar mid-differenza bejn l-ispejjeż eleġibbli u l-qligħ operatorju tal-investiment jew tat-tħammil. Il-qligħ operatorju jitnaqqas mill-ispejjeż eleġibbli ex ante, abbażi ta' projezzjonijiet raġonevoli, jew permezz ta' mekkaniżmu ta' rkupru. 5. L-intensità massima tal-għajnuna ma għandhiex tkun iktar minn 100 % tal-ispejjeż eleġibbli stabbiliti fil-punt (ff) tal-Artikolu 4(1). 6. Kull konċessjoni jew inkarigu ieħor lil parti terza biex tibni, ittejjeb, topera jew tikri l-infrastruttura ta' port megħjun għandha tingħata fuq bażi kompetittiva, trasparenti, mhux diskriminatorja u bla kundizzjonijiet. 7. L-infrastruttura tal-portijiet megħjuna għandha tkun disponibbli għal utenti interessati fuq bażi ugwali u mhux diskriminatorja b'termini tas-suq. 8. Għal għajnuna ta' mhux iktar minn EUR 2 miljuni, l-ammont massimu ta' għajnuna jista' jiġi stabbilit għal 80 % tal-ispejjeż eleġibbli, bħala alternattiva għall-applikazzjoni tal-metodu msemmi fil-paragrafi 4 u 5.”; |
|
(21) |
L-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej:
|
|
(22) |
Fl-Anness II, il-Parti II hija sostitwita bit-test tal-Anness ta' dan ir-Regolament; |
|
(23) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 702/2014, tiżdied is-sentenza li ġejja:
“L-ammonti ta' spejjeż eleġibbli jistgħu jiġu kkalkolati skont l-opzjonijiet tal-ispejjeż simplifikati previsti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9), sakemm l-operazzjoni tkun mill-inqas parzjalment finanzjata permezz tal-FAEŻR u li l-kategorija ta' spejjeż tkun eliġibbli skont id-dispożizzjoni rilevanti ta' eżenzjoni.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(4) Ara b'mod partikolari t-taqsima 3.5 tal-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u għall-linji tal-ajru.
(5) COM(2011) 144.
(6) COM(2013) 295.
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).
ANNESS
“PARTI II
se tiġi pprovduta permezz tal-applikazzjoni tal-IT stabbilita tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 11
Jekk jogħġbok indika skont liema dispożizzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali ta' Kategorija (GBER) hija implimentata l-miżura tal-għajnuna.
|
Objettiv primarju — Objettivi Ġenerali (elenka) |
Objettivi (elenka) |
Intensità massima tal-għajnuna f' % jew Ammont massimu tal-għajnuna annwali fil-munita nazzjonali (f'ammonti sħaħ) |
Bonuses lill-SME f' % |
||||||||||||||||
|
Għajnuna reġjonali — għajnuna għall-investiment (1) (Art. 14) |
|
… % |
… % |
||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
Għajnuna reġjonali — għajnuna operatorja (Art. 15) |
|
… % |
… % |
||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… munita nazzjonali |
… % |
|||||||||||||||||
|
Għajnuna għall-SME (Art. 17 — 18 — 19 –20) |
|
… % |
… % |
||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
Għajnuna għall-SME — aċċess tal-SMEs għal finanzjament (Art. 21-22) |
|
… munita nazzjonali |
… % |
||||||||||||||||
|
… munita nazzjonali |
… % |
|||||||||||||||||
|
… %; f'każ li l-miżura tal-għajnuna tieħu l-forma ta' għajnuna għall-bidu ta' negozju: … munita nazzjonali |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (Arti. 25 — 30) |
Għajnuna għal proġetti ta' riċerka u l-iżvilupp- (Art. 25) |
|
… % |
… % |
|||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
Għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati jew b'diżabilità (Arti. 32-35) |
|
… % |
… % |
||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
Għajnuna għall-Protezzjoni Ambjentali (l-Art. 36-49) |
|
… % |
… % |
||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
… munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
Intensità massima tal-għajnuna |
… % |
… % |
||||||||||||||||
|
Tip ta' diżastru naturali |
|
||||||||||||||||||
|
Id-data ta' meta seħħ id-diżastru naturali |
jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss |
||||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… munita nazzjonali |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
||||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
|
… % |
… % |
|||||||||||||||||
(1) Fil-każ ta' għajnuna reġjonali ad hoc li tissupplimenta għajnuna mogħtija skont skema/i ta' għajnuna, jekk jogħġbok indika, kemm l-intensità tal-għajnuna mogħtija bl-iskema kif ukoll l-intensità tal-għajnuna ad hoc.”
|
20.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/19 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1085
tad-19 ta' Ġunju 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (2), (il-Ftehim) ġie ffirmat fil-25 ta' Novembru 2016. L-iffirmar f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ġie awtorizzat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1995 (3) u l-konklużjoni tiegħu permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/730 (4). |
|
(2) |
Skont it-termini tal-Ftehim, l-Unjoni Ewropea għandha talloka ammont addizzjonali ta' 78 000 tunnellata għal din l-allokazzjoni għall-Brażil skont il-kwota tariffarja tal-UE “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta' EUR 98 għal kull tunnellata, u għandha talloka ammont addizzjonali ta' 36 000 tunnellata lill-allokazzjoni attwali skont il-parti “Kwalunkwe pajjiż terz” tal-kwota tariffarja tal-UE “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta' EUR 98 għal kull tunnellata. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-volum ta' 78 000 tunnellata allokati lill-Brażil skont il-kwota tar-rata tariffarja tal-UE, il-Ftehim jipprevedi wkoll li l-Unjoni Ewropea għandha b'mod awtonomu tapplika rata fil-kwota ta' mhux aktar minn EUR 11 għal kull tunnellata matul l-ewwel sitt snin li matulhom dan il-volum ikun disponibbli u rata fil-kwota ta' mhux aktar minn EUR 54 għal kull tunnellata fis-seba' sena. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 (5) jipprovdi għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur taz-zokkor, inklużi dawk li joriġinaw fil-Brażil u kwalunkwe pajjiż terz. Sabiex wieħed jimplimenta l-kwoti tariffarji taz-zokkor preskritti fil-Ftehim, jeħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
L-emendi proposti għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 108. 26.4.2017, p. 3.).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1995 tal-11 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 308, 16.11.2016, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/730 tal-25 ta' April 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV: 6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 108, 26.4.2017, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 891/2009, il-Parti I: Konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL jinbidel b'dan li ġej:
“Parti I: Konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL
|
Pajjiż terz |
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Kwantitajiet (tunnellati) |
Rata fil-kwota (EUR/tunnellata) |
|
L-Awstralja |
09.4317 |
1701 13 10 u 1701 14 10 |
9 925 |
98 |
|
Kuba |
09.4319 |
1701 13 10 u 1701 14 10 |
68 969 |
98 |
|
Kull pajjiż terz |
09.4320 |
1701 13 10 u 1701 14 10 |
289 977 (1) |
98 |
|
L-Indja |
09.4321 |
1701 |
10 000 |
0 |
|
Pajjiż terz |
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Snin ta' kummerċjalizzazzjoni |
Kwantitajiet (tunnellati) |
Rata fil-kwota (EUR/tunnellata) |
|
Il-Brażil |
09.4318 |
1701 13 10 u 1701 14 10 |
2016/2017 sa 2023/2024 |
334 054 |
98 |
|
09.4318 |
1701 13 10 u 1701 14 10 |
Minn 2024/2025 |
412 054 |
98 |
|
|
09.4329 |
1701 13 10 u 1701 14 10 |
2016/2017 |
19 500 |
11 |
|
|
2017/2018 |
78 000 |
11 |
|||
|
2018/2019 |
78 000 |
11 |
|||
|
2019/2020 |
78 000 |
11 |
|||
|
2020/2021 |
78 000 |
11 |
|||
|
2021/2022 |
78 000 |
11 |
|||
|
2022/2023 |
58 500 |
11 |
|||
|
09.4330 |
1701 13 10 u 1701 14 10 |
2022/2023 |
19 500 |
54 |
|
|
2023/2024 |
58 500 |
54” |
(1) Għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2016/2017, il-kwantità għandha tkun 262 977 tunnellata.
|
20.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/22 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1086
tad-19 ta' Ġunju 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 634/2007 fir-rigward tal-karatterizzazzjoni tas-selenometjonina prodotta minn Saccharomyces cerevisiae NCYC R397
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1) u b'mod partikulari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2007 (2) kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2013 (3) jawtorizza s-selenometjonina prodotta minn Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittiv fl-għalf. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni li talbet modifika tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-karatterizzazzjoni tal-addittiv fl-għalf. Dik l-applikazzjoni ġiet ippreżentata flimkien mad-dejta ta' sostenn rilevanti. Il-Kummissjoni bagħtet dik l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”). L-applikant inizjalment talab l-inklużjoni tal- kontenut ta' selenosisteina fil-karatterizzazzjoni tal-addittiv iżda fl-aħħar irtira din il-bidla; għalhekk l-applikazzjoni tikkonċerna biss żieda tal-kontenut massimu ta' selenju fl-awtorizzazzjoni attwali tal-addittiv. |
|
(3) |
Fl-opinjoni tagħha tal-20 ta' Ottubru 2016 (4) l-Awtorità kkonkludiet li l-modifika mitluba ma kinetx se taffettwa s-sikurezza u l-effikaċja tal-prodott, filwaqt li fakkret ir-riskju għas-sikurezza tal-utent tal-prodott. L-att ta' awtorizzazzjoni attwali fih dispożizzjoni biex b'mod adegwat tindirizza dan ir-riskju. |
|
(4) |
L-evalwazzjoni tal-preparazzjoni mmodifikata turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. |
|
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 634/2007 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 634/2007
Fir-raba' kolonna tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 634/2007, it-test bejn l-intestatura “Il-karatterizzazzjoni tal-addittiv” u l-intestatura “Metodu analitiku” jinbidel b'dan li ġej:
“Selenju organiku, l-aktar kontenut ta' selenometjonina (63 %) bejn 2 000 u 3 500 mg Se/kg (97 sa 99 % ta' selenju organiku).”
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2007 tas-7 ta' Ġunju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina prodotta minn Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 146, 8.6.2007, p. 14).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2013 tat-8 ta' Mejju 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina prodott minn Saccharomyces cerevisiae NCYC R646 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1750/2006, (KE) Nru 634/2007 u (KE) Nru 900/2009 fir-rigward tal-livelli massimi ta' supplimentazzjoni ma' ħmira selenizzata (ĠU L 127, 9.5.2013, p. 20).
(4) EFSA Journal 2016;14(11):4624.
DEĊIŻJONIJIET
|
20.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1087
tad-19 ta' Ġunju 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/386/PESK (1). |
|
(2) |
Il-Kunsill ma jirrikonoxxix, u jkompli jikkundanna, l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u ser jibqa' impenjat li jimplimenta b'mod sħiħ il-politika tiegħu ta' nonrikonoxximent. |
|
(3) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-23 ta' Ġunju 2018. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2014/386/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-23 ta' Ġunju 2018.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 70).
|
20.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1088
tal-24 ta' Marzu 2017
dwar l-għajnuna mill-Istat SA. 35484 (2013/C) (ex SA. 35484 (2012/NN)) fir-rigward ta' ċerti submiżuri ta' riċerka ffinanzjati skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam
(notifikata bid-dokument C(2017) 1863)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom skont id-dispożizzjoni msemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Permezz tal-ittri datati t-28 ta' Novembru 2011 u s-27 ta' Frar 2012, il-Kummissjoni talbet mingħand il-Ġermanja informazzjoni addizzjonali relatata mar-Rapport Annwali tal-2010 dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu li l-Ġermanja kienet issottomettiet skont l-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (2). Il-Ġermanja wieġbet il-mistoqsijiet tal-Kummissjoni b'ittri datati s-16 ta' Jannar 2012 u s-27 ta' April 2012. Fid-dawl tat-tweġibiet tal-Ġermanja, irriżulta li l-Ġermanja kienet tat għajnuna finanzjarja lis-settur tal-ħalib Ġermaniż skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam tal-1952 (Gesetz über den Verkehr mit Milch, Milcherzeugnissen und Fetten, minn hawn 'il quddiem: “l-MFG”). |
|
(2) |
Permezz tal-ittra datata t-2 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni informat lill-Ġermanja li l-miżuri inkwistjoni kienu ġew irreġistrati bħala għajnuna mhux notifikata taħt in-numru SA.35484 (2012/NN). Permezz ta' ittri datati s-16 ta' Novembru 2012, is-7, it-8, il-11, it-13, l-14, il-15 u d-19 ta' Frar, il-21 ta' Marzu, it-8 ta' April, it-28 ta' Mejju, l-10 u l-25 ta' Ġunju u t-2 ta' Lulju 2013, il-Ġermanja ssottomettiet aktar informazzjoni. |
|
(3) |
Permezz tal-ittra tas-17 ta' Lulju 2013 (3), il-Kummissjoni informat lill-Ġermanja li fir-rigward ta' ċerti submiżuri meħuda fil-qafas tal-MFG hi kienet iddeċidiet tagħti bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (minn hawn 'il quddiem: “id-Deċiżjoni tal-ftuħ”). Fl-istess ittra, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li xi submiżuri oħrajn kienu kompatibbli mas-suq intern, kemm fil-perjodu bejn it-28 ta' Novembru 2001 u l-31 ta' Diċembru 2006 jew fil-perjodu li beda mill-1 ta' Jannar 2007 kif ukoll fiż-żewġ perjodi, jew li submiżuri ulterjuri ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE jew li ma kinux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(4) |
F'dak li jirrigwarda s-submiżuri li huma soġġetti għal din id-Deċiżjoni, jiġifieri r-riċerka tas-submiżuri msemmija fid-Deċiżjoni tal-ftuħ bħala s-submiżuri BY2, BY11, BY12 u BY13 (minn hawn' il quddiem “is-submiżuri”) il-Kummissjoni ddikjarat li dawk is-submiżuri dehru li għandhom il-karatteristiċi kollha ta' għajnuna mill-Istat u li l-ispejjeż eliġibbli kienu jikkorrispondu mal-ispejjeż eliġibbli permessi skont ir-regoli applikabbli tal-għajnuna mill-Istat (ara l-premessi 203 u 209 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ). |
|
(5) |
Madankollu, il-Kummissjoni ma kinitx irċeviet biżżejjed informazzjoni mill-Ġermanja dwar l-intensità tal-għajnuna, b'mod partikolari jekk l-intensità tal-għajnuna kinitx tikkorrespondi mar-rati permessi skont ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat (ara l-premessi 204, 205, 210 u 211 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ) u għalhekk esprimiet id-dubji tagħha dwar il-kompatibbiltà tas-submiżuri mas-suq intern (ara l-premessi 206 u 212 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ). Għalhekk, il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja tissottometti l-kummenti tagħha u tipprovdi kull informazzjoni li tista' tkun utli għall-valutazzjoni tal-għajnuna li tikkonċerna l-perjodu mit-28 ta' Novembru 2001 (ara l-premessa 276 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(6) |
Permezz tal-ittra datata l-20 ta' Settembru 2013, il-Ġermanja ssottomettiet il-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ. Permezz ta' ittri datati t-22 ta' Settembru 2016 u l-25 ta' Ottubru 2016, il-Ministeru tal-Agrikoltura tal-Bavarja ppreżenta spjegazzjonijiet addizzjonali. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom dwarha fi żmien xahar. Il-Kummissjoni ma rċevietx kummenti speċifiċi minn partijiet interessati dwar is-submiżuri. |
2. DEFINIZZJONI TAS-SUBMIŻURI
|
(8) |
L-MFG hija liġi Federali Ġermaniża li daħlet fis-seħħ fl-1952. Hija tikkostitwixxi l-qafas legali tas-submiżuri u l-validità tagħha ma għandhiex limitu ta' żmien. |
|
(9) |
It-Taqsima 22(1) tal-MFG tawtorizza lill-Istati Federali Ġermaniżi (minn hawn' il quddiem: il-“Länder”) biex jimponu imposta tal-ħalib fuq l-imħaleb ibbażata fuq il-kwantitajiet ta' ħalib ikkonsenjat. |
|
(10) |
It-Taqsima 22(2) tal-MFG tistipula li d-dħul miksub mill-imposta fuq il-ħalib jista' jintuża biss:
|
|
(11) |
It-Taqsima 22(2a) tal-MFG tistipula li, b'deroga mill-paragrafu 2, id-dħul miksub mill-imposta fuq il-ħalib jista' jintuża wkoll sabiex:
|
|
(12) |
Fil-Bavarja l-ġbir u l-użu tal-imposta fuq il-ħalib kien irregolat mir-Regolament Bavarjan dwar imposta fuq il-ħalib (Bayerische Milchumlageverordnung). |
|
(13) |
Fil-Bavaria l-imposta fuq il-ħalib intużat biex tiffinanzja s-submiżuri tar-riċerka msemmija fil-premessa 4, jiġifieri:
L-aħħar submiżura kienet ukoll iffinanzjata mill-baġit tal-Istat tal-Bavarja. |
|
(14) |
Din il-bażi legali speċifika għall-implimentazzjoni tas-submiżuri kienet tinkludi wkoll:
|
|
(15) |
Id-deċiżjonijiet dwar it-tip ta' proġetti ta' riċerka li għandhom jitwettqu u jiġu ffinanzjati permezz tal-imposta fuq il-ħalib ġew adottati permezz ta' proċedura speċjali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li tinvolvi t-teħid tad-deċiżjonijiet f'livelli diversi: Il-bord tal-Assoċjazzjoni tal-Istat tal-Industrija tal-Ħalib tal-Bavarja (Vorstand der il-Landesvereinigung der bayerischen Milchwirtschaft) joħroġ lista ta' proġetti magħżulin minn qabel u jippreżentaha għall-votazzjoni tal-assemblea ġenerali (Mitgliederversammlung) ta' dik l-assoċjazzjoni. L-assemblea ġenerali tivvota wkoll dwar il-baġit tal-proġett ippjanat. Ibbażat fuq dak il-vot u fuq pjan ta' Baġit biannwali tal-Ministeru tal-Agrikoltura tal-Bavarja, il-Ministeru joħroġ atti legali amministrattivi li jawtorizzaw l-infiq għall-proġetti ta' riċerka magħżula (Ausgabeermächtigung). Qed tittieħed deċiżjoni separata għal kull proġett. |
3. KUMMENTI TAL-ĠERMANJA
|
(16) |
Il-Ġermanja pprovdiet l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà mitluba fid-Deċiżjoni tal-ftuħ: |
BY 2 — “Die Erhöhung des Milchproteingehaltes durch Management und Züchtung: Eine Perspektive für Milcherzeuger, Verbraucher und Industrie” (Iż-żieda fil-kontenut ta' proteina fil-ħalib permezz tal-Ġestjoni u t-Trobbija: Perspettiva għall-bdiewa tal-ħalib, għall-konsumaturi u għall-industrija):
|
(17) |
Il-proġett twettaq bejn l-2008 u l-2012. Il-benefiċjarju kien Technische Universität München. |
|
(18) |
L-awtorità tal-baġit globali tal-proġett kien ta' EUR 600 000. Il-mezzi finanzjarji huma mqassma kif ġej: Tabella 1
|
|
(19) |
L-ammont tal-għajnuna li nkisbet mill-imposta fuq il-ħalib kien ta' EUR 150 000 u kien jirrappreżenta 25 % mill-baġit totali għall-proġett ta' riċerka. |
BY 11 — “Förderung der Anpassung von Untersuchungsmethoden zur Bearbeitung spezifischer Fragestellungen sowie der Methodenentwicklung in Kooperation mit Forschungseinrichtungen und der Nutzbarmachung und des Transfers wissenschaftlicher Erkenntnisse für die bayerische Milchwirtschaft” (Il-promozzjoni tal-adattazzjoni tal-metodi ta' investigazzjoni għall-ipproċessar ta' kwistjonijiet speċifiċi u l-iżvilupp ta' metodi b'kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet ta' riċerka u t-trasferiment ta' għarfien xjentifiku lill-industrija tal-ħalib tal-Bavarja):
|
(20) |
L-għan ta' dan il-proġett kien li jiġu modernizzati l-metodi eżistenti tal-analiżi tal-ħalib u l-kwestjonarji li jkollhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-ħalib. Ir-riżultati tal-proġett ta' riċerka kienu maħsuba biex jintużaw minn impriżi tal-ħalib fil-Bavarja fil-produzzjoni tal-ħalib u fl-ipproċessar ta' prodotti tal-ħalib. |
|
(21) |
Il-proġett twettaq bejn l-2002 u l-2011. L-għajnuna ngħatat fuq bażi annwali. |
|
(22) |
L-awtorità tal-baġit għall-proġett u l-ammont tal-għajnuna kienu kif ġej: Tabella 2 Il-perjodu 2002-2006
Tabella 3 Il-perjodu 2007-2012
|
|
(23) |
Il-benefiċjarju kien Milchwirtschaftlicher Verein Allgäu-Schwaben e. V., impriża ta' daqs medju (5) (minn hawn' il quddiem: “SME”). Ir-riżultati tar-riċerka ġew ippreżentati f'diversi avvenimenti nazzjonali u internazzjonali kif ukoll f'diversi ġurnali xjentifiċi nazzjonali u internazzjonali (6). |
BY 12 — Entwicklung einer anti-listeriellen, frühen Oberflächenreifungskultur für geschmierte Käse (Żvilupp ta' sustanza ta' maturazzjoni anti-listerjali għall-ġobon):
|
(24) |
F'ittra bid-data tal-20 ta' Settembru 2013, il-Ġermanja spjegat li inizjalment kienet tat deskrizzjoni ħażina tal-proġett li kien tqies għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-ftuħ. Dan l-iżball irriżulta minn konfużjoni ma' proġett ieħor b'titlu simili li ġie kompletament iffinanzjat mill-privat. Il-Ġermanja pprovdiet l-informazzjoni ġdida dwar il-proġett li kien iffinanzjat mill-imposta fuq il-ħalib, kif ġej: |
|
(25) |
L-għan ta' dan il-proġett kien li jfittex ir-rabtiet bejn il-batterju tal-listeria monocytogenes u l-batterju aħmar lubrifikanti għall-maturazzjoni. Il-proġett għen ir-riċerka mikrobjali bażika. B'riżultat ta' dan, intwera l-potenzjal straordinarju inibitorju ta' ċerti razez tal-Pichia norvegensis kontra l-Listeria monocytogenes — skoperta li qatt qabel ma kienet ġiet deskritta b'mod xjentifiku. Din l-iskoperta ma setgħetx tintuża b'mod immedjat fil-produzzjoni tal-ġobon, billi kellha tiġi ċċarata aktar in-natura molekulari tal-prinċipju inibitorju. |
|
(26) |
Il-proġett twettaq bejn l-2006 u l-2008. Il-baġit tal-proġett kien ta' EUR 30 000. Dan ġie ffinanzjat totalment mill-imposta fuq il-ħalib. |
|
(27) |
Il-benefiċjarju kien Technische Universität München, entità pubblika tal-edukazzjoni għolja mingħajr skop ta' qligħ. |
BY 13 — “Überwachung von antimikrobiellen Rückständen der Milch — Etablierung des neuen Biosensor-Systems MCR3 für Routineuntersuchungen in der Praxis” (Monitoraġġ tar-residwi antimikrobiċi fil-ħalib — it-twaqqif ta' sistema tal-bijosensers MCR3 għall-ittestjar ta' rutina fil-prattika):
|
(28) |
Il-proġett twettaq fis-snin 2010 u 2011. L-ispejjeż eliġibbli jammontaw għal EUR 73 234,58. L-għajnuna ngħatat fl-2010 u oriġinat minn żewġ sorsi: mill-imposta fuq il-ħalib u mill-baġit tal-Istat tal-Bavarja (Cluster Ernährung). L-ammont tal-għajnuna mħallas mill-imposta fuq il-ħalib kien ta' EUR 26 500, u l-ammont ta' għajnuna mħallas minn Cluster Ernährung kien ta' EUR 26 500. B'hekk, l-intensità tal-għajnuna kienet ta' 72,4 %. |
|
(29) |
Il-benefiċjarju kien Milchprüfring Bayern e. V., SME (7). Ir-riżultati tar-riċerka ġew ippreżentati f'diversi avvenimenti nazzjonali u internazzjonali kif ukoll f'diversi ġurnali xjentifiċi nazzjonali u internazzjonali (8). |
4. VALUTAZZJONI DWAR L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT
|
(30) |
Fid-Deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet il-fehma li s-submiżuri kienu jidhru li kellhom il-karatteristiċi kollha ta' għajnuna mill-Istat. |
|
(31) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kull għajnuna, fi kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern. |
4.1. Għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat
|
(32) |
Din l-għajnuna ngħatat b'mod predominanti mill-imposta fuq il-ħalib. Fil-każ tas-submiżura BY13 ingħatat ukoll għajnuna mill-baġit tal-Istat tal-Bavarja. |
|
(33) |
Ir-riżorsi finanzjarji li jkunu ġejjin mill-baġit tal-Istat tal-Bavarja jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. Ir-riżorsi finanzjarji li ġejjin mill-imposta fuq il-ħalib ukoll huma kkunsidrati bħala riżorsi tal-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) |
|
(34) |
Skont il-każistika stabbilita, mhuwiex xieraq li ssir distinzjoni bejn każijiet fejn l-għajnuna tingħata direttament mill-Istat u dawk fejn tingħata minn korp pubbliku jew privat maħtur jew stabbilit minn dak l-Istat. Madankollu, biex il-vantaġġi jkunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, huma jridu, l-ewwel nett, jingħataw b'mod dirett jew indirett permezz ta' riżorsi tal-Istat u, it-tieni, ikunu attribwibbli lill-Istat. |
|
(35) |
Fir-rigward tal-miżuri deskritti hawn fuq, jidher li l-imposta hija miġbura fuq il-bażi ta' liġi Federali, l-MFG, flimkien mar-regolament tal-Bavarja dwar l-imposta fuq il-ħalib. |
|
(36) |
B'mod speċifiku, l-ewwel sentenza tat-Taqsima 22(1) tal-MFG tipprevedi li l-gvernijiet tal-Länder, li jaġixxu f'konsultazzjoni mal-assoċjazzjoni tal-Land jew mal-organizzazzjonijiet professjonali, jistgħu jiġbru imposti b'mod konġunt mill-imħaleb, iċ-ċentri ta' ġbir tal-ħalib u l-produtturi tal-kremi biex tiġi promossal-industrija tal-ħalib. |
|
(37) |
Skont it-tieni sentenza tat-Taqsima 22(1) tal-MFG, il-gvernijiet tal-Länder jistgħu, jekk jintalbu jagħmlu dan mill-assoċjazzjoni jew mill-organizzazzjonijiet professjonali, jiġbru flimkien imposti sa 0,2 ċenteżmi għal kull kilogramma ta' ħalib ikkunsinnat. Għaldaqstant, is-sovranità fuq l-imposta hija b'mod ċar tal-gvernijiet tal-Länder. |
|
(38) |
Din il-bażi legali għall-ġbir ta' imposta fuq il-ħalib fil-Bavarja hija pprovduta mir-regolament dwar l-imposta fuq il-ħalib li jirregola l-arranġamenti dettaljati, inkluż l-ammont tal-imposta. Bħala konsegwenza ta' dan, il-ġbir ta' imposta fuq il-ħalib huwa rregolat mill-gvern tal-Bavarja, ergo mill-Istat. Dik il-konklużjoni ma tinbidilx mill-fatt li r-regolament inkwistjoni nħareġ f'konsultazzjoni mal-assoċjazzjoni tal-Land rispettiva li tirrappreżenta lill-industrija tal-ħalib. |
|
(39) |
F'dan il-każ, tinġabar imposta mingħand impriżi privati — imħaleb. Id-dħul minn din l-imposta jidħol fil-baġit tal-Bavarja qabel ma jintuża għall-iffinanzjar tas-submiżuri tar-riċerka. Għalhekk, huwa meqjus bħala li jaqa' taħt il-kontroll pubbliku. |
|
(40) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ffinanzjati mill-imposta fuq il-ħalib huma mogħtija permezz ta' riżorsi tal-Istat u huma imputabbli lill-Istat. |
4.2. Impriżi/Vantaġġ selettiv
|
(41) |
Il-benefiċjarji huma dawn li ġejjin: Technische Universität München (submiżuri BY 2 u BY 12), Milchwirtschaftlicher Verein Allgäu-Schwaben e. V. (submiżura BY 11) u Milchprüfring Bayern e. V. (submiżura BY 13). |
|
(42) |
It-Technische Universität München hija organizzazzjoni ta' riċerka pubblika. Fil-każ tas-submiżura BY 2, hija għandha tiġi kkunsidrata bħala impriża għaliex wettqet attività ekonomika, b'mod partikolari għamlet kuntratt ta' riċerka fil-qasam agrikolu bl-għan li jagħti riżultati prattiċi li għandhom jintużaw għall-produzzjoni tal-ħalib mill-bdiewa tal-ħalib u mill-imħaleb. In-natura ekonomika tal-attività hija enfasizzata mill-fatt li impriżi privati (il-grupp ta' impriżi Theo Miller, ara l-premessa 18) kienu wkoll involuti fil-finanzjament tal-proġett ta' riċerka. Jista' jiġi konkluż li l-organizzazzjoni ta' riċerka għamlet kuntratt ta' riċerka u tat ir-riżultati tar-riċerka lill-impriżi tan-negozju. |
|
(43) |
Fil-każ tas-submiżura BY 12, it-Technische Universität München trid titqies bħala li mhix impriża għaliex wettqet attività mhux ekonomika, b'mod partikolari t-twettiq ta' riċerka indipendenti għal aktar għarfien fundamentali fil-qasam mikrobjali. Kif indikat fil-premessa 24, il-Ġermanja ssottomettiet informazzjoni ġdida fuq din is-submiżura li ma ġietx evalwata fid-Deċiżjoni tal-ftuħ. Skont l-informazzjoni ġdida l-proġett ta' riċerka taħt is-submiżura BY 12 għandha x'taqsam ma' riċerka indipendenti, jiġifieri riċerka mikrobjali bażika bl-ebda implimentazzjoni prattika diretta. |
|
(44) |
Milchwirtschaftlicher Verein Allgäu-Schwaben e. V. (submiżuri BY 11) u Milchprüfring Bayern e.V. (submiżuri BY 13) huma forom ta' organizzazzjonijiet tar-rappreżentanti tal-produzzjoni u tal-industrija tal-ħalib fil-Bavarja ta' natura legali privata li jwettqu attivitajiet ekonomiċi u servizzi differenti taħt kuntatt ta' interess għall-produtturi tal-ħalib tal-Bavarja, dawk li jipproċessaw il-ħalib u operaturi tan-negozju oħra fis-settur tal-prodotti tal-ħalib. Fil-kuntest tas-submiżuri BY 11 u BY 13 huma għamlu kuntratt ta' riċerka fil-qasam agrikolu bl-għan li jagħti riżultati prattiċi biex jintużaw għall-produzzjoni tal-ħalib mill-bdiewa tal-ħalib u mill-imħaleb. Fil-Ġermanja, dawn huma kwalifikati bħala SMEs. |
|
(45) |
It-tliet benefiċjarji magħżula fil-kapaċità tagħhom bħala impriżi bbenefikaw minn vantaġġ selettiv peress li l-ispejjeż tal-proġetti li jagħmlu parti mill-attività ekonomika tagħhom u li normalment kellhom jitħallsu mill-baġit tagħhom stess ġew koperti b'mezzi li joriġinaw mill-baġit tal-Istat u mill-imposta fuq il-ħalib. |
4.3. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(46) |
Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tisħiħ tal-pożizzjoni kompetittiva ta' impriża permezz tal-għoti tal-għajnuna mill-Istat ġeneralment ifixkel il-kompetizzjoni ma' impriżi oħra li jkunu qed jikkompetu magħha u li ma jkunux ibbenefikaw minn din l-għajnuna (9). L-għajnuna għal impriża li topera f'suq miftuħ għall-kummerċ fl-Unjoni hija soġġetta li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (10). Fl-Unjoni, bejn l-2001 u l-2012 kien hemm kummerċ sostanzjali ta' prodotti agrikoli. Pereżempju, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura 0401 tan-Nomenklatura Magħquda (ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu) (11) kienu jiswew EUR 1,2 biljun u EUR 957 miljun rispettivament fl-2011 (12). |
|
(47) |
Is-submiżuri vvalutati f'din id-Deċiżjoni huma mmirati biex jappoġġaw l-attivitajiet ta' riċerka industrijali permezz ta' kuntratti fis-settur agrikolu, b'mod partikolari fis-settur tal-ħalib. Minħabba l-livell sostanzjali ta' kummerċ ta' prodotti tal-ħalib, jista' għalhekk jiġi preżunt li s-submiżuri inkwistjoni jfixklu jew jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
4.4. Konklużjoni dwar l-eżistenza tal-għajnuna
|
(48) |
Għaldaqstant, wieħed jista jikkonkludi li s-submiżuri BY2, BY11 u BY13 jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, filwaqt li s-submiżura BY12 ma tikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat billi l-benefiċjarju ma wettaqx attività ekonomika. |
5. VALUTAZZJONI TAL-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA
|
(49) |
Skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe pjan biex jagħtu l-għajnuna u ma għandhomx jagħtu din l-għajnuna sakemm il-Kummissjoni tawtorizzaha bħala kompatibbli (obbligazzjoni stand still). Il-Ġermanja ma nnotifikatx is-submiżuri BY2, BY11 u BY13 lill-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni tagħhom. |
|
(50) |
Is-submiżuri BY2, BY11 u BY13 jikkostitwixxu għajnuna ġdida skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2015/1589. L-ebda mill-kriterji ta' għajnuna eżistenti ma huma ssodisfati. B'mod partikolari, l-għajnuna mhix għajnuna eżistenti fi ħdan it-tifsira tal-punt (b)(i) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2015/1589 minħabba li ddaħħlet fis-seħħ wara d-dħul fis-seħħ tat-TFUE (is-submiżura BY 2 iddaħħlet fis-seħħ fl-2008, is-submiżura BY 11 iddaħħlet fis-seħħ fl-2002 u s-submiżura BY 13 iddaħħlet fis-seħħ fl-2010) u l-perjodu ta' preskrizzjoni ta' 10 snin ma skadiex (il-perjodu ta' preskrizzjoni ġie sospiż fit-28 ta' Novembru 2011, ara l-premessa 152 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ). |
|
(51) |
Konsegwentement, billi din l-għajnuna ġdida ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni tagħha, din hija illegali. |
6. VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBILITÀ TAS-SUBMIŻURI
|
(52) |
Skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi tista' tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni. |
|
(53) |
Skont l-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna illegali (13), kull għajnuna illegali, jiġifieri għajnuna li tingħata bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE għandha tiġi vvlautata skont ir-regoli applikabbli fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna. |
|
(54) |
Ġew adottati linji gwida speċifiċi għall-għajnuna għar-riċerka. L-għajnuna li ngħatat bejn t-28 ta' Novembru 2001 u l-31 ta' Diċembru 2006 għandha tiġi vvalutata fid-dawl tal-qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp (14) (minn hawn' il quddiem: “Qafas Komunitarju 1996”). Kwalunkwe għajnuna mogħtija wara l-1 ta' Jannar 2007 għandha tiġi vvalutata fid-dawl tal-qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (15) (minn issa 'l quddiem: “Qafas Komunitarju 2007–2013”). |
|
(55) |
Is-submiżuri BY2, BY11 u BY13 jikkwalifikaw bħala riċerka industrijali kif definit skont it-tieni inċiż tal-Anness I tal-Qafas Komunitarju 1996 u fil-punt 2.2(f) tal-Qafas Komunitarju 2007-2013 billi dawk is-submiżuri kellhom l-għan ta' titjib sinifikanti u tal-ksib ta' għarfien dwar il-prodotti tal-ħalib u l-proċessi ta' produzzjoni u kellhom implikazzjonijiet prattiċi għas-settur tal-ħalib. Ir-riżultati ta' dawn il-proġetti ta' riċerka setgħu jintużaw direttament mill-impriżi fis-settur tal-prodotti tal-ħalib fiċ-ċikli tal-produzzjoni tagħhom bl-intenzjoni li jiġu prodotti prodotti tal-ħalib ta' kwalita ogħla. Pereżempju, il-proġett ta' riċerka taħt is-submiżura BY 2 kien relatat ma' żieda fil-kontenut tal-proteini tal-ħalib u kien hemm impriżi privati direttament involuti f'dan il-proġett; il-proġett ta' riċerka taħt is-submiżura BY 11 kellu x'jaqsam ma' analiżi moderna tal-kwalità tal-ħalib u l-proġett ta' riċerka taħt is-submiżura BY 13 kellu x'jaqsam mal-istabbiliment tas-sistema ta' bijosensers ġdida għall-ittestjar ta' rutina fil-prattika. |
|
(56) |
Il-kompatibbilità tal-ispejjeż eliġibbli diġà ġiet ivvalutata b'mod pożittiv fid-Deċiżjoni tal-ftuħ (ara l-premessi 203 u 209 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ). Għalhekk, l-intensità tal-għajnuna għandha tiġi vvalutata (ara l-premessi 204, 205, 210 u 211 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ) (ara l-premessa 5 ta' din id-deċiżjoni). |
Submiżura BY 2
|
(57) |
Is-submiżura BY 2 għandha tiġi vvalutata fid-dawl tal-Qafas Komunitarju 2007-2013 billi l-għajnuna ngħatat għall-perjodu 2008-2012. |
|
(58) |
Skont il-punt 5.1.2(b) tal-Qafas Komunitarju 2007-2013, hija permessa intensità ta' għajnuna sa' 50 % għar-riċerka industrijali. L-intensità tal-għajnuna għas-submiżura BY 2 kienet ta' 25 % (ara l-premessa 19 ta' din id-Deċiżjoni) u b'hekk fi ħdan il-limitu legali permess. |
|
(59) |
Jista' għalhekk jiġi konkluż li s-submiżura BY 2 hija kompatibbli mas-suq intern billi tħarset l-intensità tal-għajnuna speċifikata fil-punt 5.1.2(b) tal-Qafas Komunitarju 2007-2013. |
Submiżura BY 11
|
(60) |
Billi s-submiżura BY 11 ingħatat bejn is-sena 2002 u s-sena 2011, din l-għajnuna għandha tiġi vvalutata fid-dawl taż-żewġ linji gwida għall-għajnuna għar-riċerka: il-Qafas Komunitarju tal-1996 għall-perjodu ta' implimentazzjoni mit-28 ta' Novembru 2001 sal-31 ta' Diċembru 2006 u l-Qafas Komunitarju 2007-2013 għall-perjodu ta' implimentazzjoni mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2011. |
|
(61) |
Matul il-perjodu ta' implimentazzjoni mit-28 ta' Novembru 2001 sal-31 ta' Diċembru 2006 l-intensità tal-għajnuna permessa għar-riċerka industrijali kienet ta' 50 % (il-punt 5.3 tal-Qafas Komunitarju tal-1996). 10 punti perċentwali addizzjonali ġew permessi meta l-għajnuna ġiet mogħtija lil SME (il-punt 5.10.1 tal-Qafas Komunitarju tal-1996). Żieda oħra ta' 10 punti perċentwali kienet permessa fejn ir-riżultati tal-proġett ġew imxerrda b'mod estensiv u ppubblikati (il-punt 5.10.4(c) tal-Qafas Komunitarju tal-1996). L-għajnuna mogħtija taħt is-submiżura BY 11 tikkonforma mar-regoli tal-intensità tal-għajnuna billi din l-għajnuna ġiet mogħtija lill-SMEs u r-riżultati kienu ppreżentati f'avvenimenti u pubblikazzjonijiet xjentifiċi internazzjonali u nazzjonali differenti u ammontaw għal inqas minn 70 % tal-ispejjeż eliġibbli (ara l-premessa 22 u t-Tabella 2 ta' din id-Deċiżjoni). |
|
(62) |
Matul il-perjodu ta' implimentazzjoni mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2011 l-intensità tal-għajnuna permessa għar-riċerka industrijali kienet ta' 50 % (punt 5.1.2(b) tal-Qafas Komunitarju 2007-2013). 10 punti perċentwali addizzjonali ġew permessi meta ngħatat l-għajnuna lil SME (il-punt 5.1.3(a) tal-Qafas Komunitarju 2007-2013). Żieda oħra ta' 15-il punt perċentwali, sa massimu ta' intensità ta' għajnuna ta' 80 % ġiet permessa fejn ir-riżultati tal-proġett ġew imxerrda b'mod estensiv u ppubblikati (il-punt 5.1.3(c) tal-Qafas Komunitarju 2007-2013). L-għajnuna mogħtija taħt is-submiżura BY 11 tikkonforma ma' dawk ir-regoli tal-intensità tal-għajnuna billi dik l-għajnuna ġiet mogħtija lill-SMEs u r-riżultati kienu ppreżentati f'avvenimenti u pubblikazzjonijiet xjentifiċi internazzjonali u nazzjonali differenti u ammontaw għal inqas minn 75 % tal-ispejjeż eliġibbli (ara l-premessa 21 u tabella 3 ta' din id-Deċiżjoni). |
|
(63) |
Il-benefiċjarju, Verein Milchwirtschaftlicher Allgäu-Schwaben e. V, jikkwalifika bħala SME billi l-għadd ta' impjegati u l-fatturat annwali tiegħu huma taħt il-limiti stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (16) (ara l-premessa 23). Il-lista ta' avvenimenti u ta' pubblikazzjonijiet xjentifiċi internazzjonali u nazzjonali differenti msemmija fl-istess premessa ssemmi madwar 38 konferenzi pubbliċi u 29 pubblikazzjoni. |
Submiżura BY13
|
(64) |
Is-submiżura BY 13 għandha tiġi vvalutata fid-dawl tal-Qafas tal-Komunità 2007-2013 minħabba li l-għajnuna ngħatat fl-2010. |
|
(65) |
Din l-intensità tal-għajnuna permessa għar-riċerka industrijali kienet ta' 50 % (il-punt 5.1.2(b) tal-Qafas Komunitarju 2007-2013). 10 punti perċentwali addizzjonali ġew permessi meta ngħatat l-għajnuna lil SME (il-punt 5.1.3(a) tal-Qafas Komunitarju 2007-2013). Żieda oħra ta' 15-il punt perċentwali, sa massimu ta' intensità ta' għajnuna ta' 80 % ġiet permessa fejn ir-riżultati tal-proġett ġew imxerrda b'mod estensiv u ppubblikati (il-punt 5.1.3(c) tal-Qafas Komunitarju 2007-2013). L-għajnuna mogħtija taħt is-submiżura BY 13 tikkonforma mar-regoli tal-intensità tal-għajnuna billi din l-għajnuna ġiet mogħtija lill-SMEs u r-riżultati kienu ppreżentati f'avvenimenti u pubblikazzjonijiet xjentifiċi internazzjonali u nazzjonali differenti u ammontaw għal inqas minn 75 % tal-ispejjeż eliġibbli (ara l-premessi 26 u 27 ta' din id-Deċiżjoni). |
|
(66) |
Il-benefiċjarju, Milchprüfring Bayern e. V, jikkwalifika bħala SME billi l-għadd ta' impjegati u l-fatturat annwali tiegħu huma taħt il-limiti stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (17) (ara l-premessa 29). Il-lista ta' avvenimenti u ta' pubblikazzjonijiet xjentifiċi internazzjonali u nazzjonali differenti msemmija fl-istess premessa ssemmi madwar 12 konferenzi pubbliċi u 12 pubblikazzjoni. |
Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tas-submiżuri ta' għajnuna
|
(67) |
Jista' jiġi konkluż għalhekk li s-submiżuri BY 2, BY 11 u BY 13 huma kompatibbli mas-suq intern. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-submiżura BY12 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.
Artikolu 2
L-għajnuna mill-Istat mogħtija b'mod illegali mill-Ġermanja għall-perjodu ta' bejn it-28 ta' Novembru 2001 u l-31 ta' Diċembru 2012 għas-submiżuri BY2, BY11 u BY13 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(3) C(2013) 4457 final, korretta permezz ta' ittra ddatata s-16 ta' Diċembru 2013 (C(2013) 9021 final).
(4) Ara r-referenza fin-nota ta' qiegħ il-paġna 1.
(5) Skont l-informazzjoni sottomessa mill-Ġermanja, il-kumpanija benefiċjarja fl-2011 impjegat 154 impjegat u kellha fatturat annwali ta' EUR 9,05 miljun.
(6) Il-lista bil-pubblikazzjonijiet mibgħuta mill-Ministeru tal-Agrikoltura tal-Bavarja hija rreġistrata mal-Kummissjoni taħt Ref. Ares(2016)503557 — it-22 ta' Settembru 2016.
(7) Skont l-informazzjoni sottomessa mill-Ġermanja, fl-2011 il-kumpanija benefiċjarja impjegat 158 impjegat u kellha fatturat ta' EUR 14,6 miljun.
(8) Il-lista bil-pubblikazzjonijiet mibgħuta mill-Ministeru tal-Agrikoltura tal-Bavarja hija rreġistrata mal-Kummissjoni taħt Ref. Ares(2016)503557 — it- 22 ta' Settembru 2016.
(9) Is-Sentenza tas-17 ta' Settembru 1980, Philip Morris Holland BV vs Il-Kummissjoni, 730/79, EU:C:1980:209, il-paragrafi 11 u 12.
(10) Ara, b'mod partikolari, is-Sentenza tat-13 ta' Lulju 1988, Ir-Repubblika ta' Franza vs Il-Kummissjoni, 102/87, EU:C:1988:391.
(11) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta' Ottubru 2012 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 304, 31.10.2012, p. 1).
(12) Sors: l-Eurostat
(13) L-avviż tal-Kummissjoni dwar ir-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta' għajnuna mill-Istat li ma tkunx skont il-liġi Għajnuna mill-Istat (ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22).
(14) Il-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, (ĠU C 45, 17.2.1996, p. 5).
(15) Il-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, (ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1).
|
20.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/34 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1089
tas-16 ta' Ġunju 2017
li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE rigward l-inklużjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, tal-Georgia u tar-Repubblika ta' Kiribati fil-lista tal-pajjiżi terzi u territorji li minnhom huma permessi l-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem
(notifikata bid-dokument C(2017) 4049)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali. B'mod partikolari, jipprevedi li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom jiġu importati biss minn pajjiż terz jew minn parti ta' pajjiż terz li jidher fuq lista mfassla f'konformità ma' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprevedi wkoll li meta jitfasslu u jiġu aġġornati tali listi, għandhom jitqiesu l-kontrolli tal-Unjoni f'pajjiżi terzi u l-garanziji min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi fir-rigward tal-konformità jew l-ekwivalenza mal-liġi tal-Unjoni rigward l-għalf u l-ikel u r-regoli dwar is-saħħa tal-annimali speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE (3) telenka dawk il-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u li għalhekk huma f'pożizzjoni li jiggarantixxu li dawk il-prodotti jissodisfaw il-kundizzjonijiet sanitarji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni sabiex tiġi protetta saħħet il-konsumaturi, u skont dan jistgħu jiġu esportati lejn l-Unjoni. B'mod partikolari, l-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom huma permessi l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem. Dik il-lista tindika wkoll ir-restrizzjonijiet dwar tali importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi. |
|
(4) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u tal-Georgia talbu lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd fl-Unjoni. Seħħew kontrolli tal-Unjoni fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u fil-Georgia li juru li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu garanziji xierqa kif speċifikat fl-Artikolu 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Abbażi tal-informazzjoni u l-garanziji disponibbli, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Georgia jistgħu jiġu inklużi fil-lista tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE għall-prodotti tas-sajd. |
|
(5) |
L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika ta' Kiribati talbu lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd fl-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika ta' Kiribati pprovdew garanziji bil-miktub li jitqiesu xierqa kif speċifikat fl-Artikolu 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli u abbażi ta' dawk il-garanziji, ir-Repubblika ta' Kiribati tista' tiġi inkluża fil-lista tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE għall-prodotti tas-sajd. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2006/766/KE tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:
|
(1) |
bejn l-entrata għall-Grenada u l-entrata għall-Ghana:
|
|
(2) |
bejn l-entrata għall-Kenja u l-entrata għall-Korea t'Isfel:
|
|
(3) |
bejn l-entrata għal Madagascar u l-entrata għall-Myanmar:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53).
(*1) l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-NU.”
Rettifika
|
20.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/36 |
Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/850/UE tat-12 ta' Diċembru 2011 li tistabbilixxi regoli għad-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskambju reċiproku ta' informazzjoni u r-rappurtar dwar il-kwalità tal-arja ambjentali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 tas-17 ta' Diċembru 2011 )
Fil-paġna 94 fl-Anness I, fil-Parti B, fit-tabella dwar il-“Sustanzi li jniġġsu li għalihom trid tiġi rrappurtata biss dejta vvalidata”,
minflok:
|
“Nikil |
Saħħa |
TV |
Sena Kalendarja waħda |
Medja annwali |
10 ng/m3” |
aqra:
|
“Nikil |
Saħħa |
TV |
Sena Kalendarja waħda |
Medja annwali |
20 ng/m3” |
Fil-paġna 95 fl-Anness I, fil-Parti C, fit-tabella dwar il-“Formazzjoni tal-PM 2,5”,
minflok:
|
“1047 |
SO4 2+ f'PM2,5 |
Sulfat f'PM2,5 |
μg/m3” |
aqra:
|
“1047 |
SO4 2- f'PM2,5 |
Sulfat f'PM2,5 |
μg/m3” |
Fil-paġna 95 fl-Anness I, fil-Parti C, fit-tabella dwar il-“Metalli Tqal”,
minflok:
|
“5012 |
Pb |
Ċomb f'PM10 |
μg/m3 |
|
5014 |
Cd |
Kadmju f'PM10 |
ng/m3 |
|
5018 |
As |
Arseniku f'PM10 |
ng/m3 |
|
5015 |
Ni |
Nikil f'PM10 |
ng/m3” |
aqra:
|
“5012 |
Pb f'PM10 |
Ċomb f'PM10 |
μg/m3 |
|
5014 |
Cd f'PM10 |
Kadmju f'PM10 |
ng/m3 |
|
5018 |
As f'PM10 |
Arseniku f'PM10 |
ng/m3 |
|
5015 |
Ni f'PM10 |
Nikil f'PM10 |
ng/m3” |
Fil-paġna 95, fl-Anness I, fil-Parti C, fit-tabella dwar id-“Depozitu ta' Metalli Tqal”,
minflok:
|
“2012 |
Depożitu ta' Pb |
depożitu niedi/totali ta' Pb |
μg/m2.ġurnata |
|
2014 |
Depożitu ta' Cd |
depożitu niedi/totali ta' Cd |
μg/m2.ġurnata |
|
2018 |
Depożitu ta' As |
depożitu niedi/totali ta' As |
μg/m2.ġurnata |
|
2015 |
Depożitu ta' Ni |
depożitu niedi/totali ta' Ni |
μg/m2.ġurnata” |
aqra:
|
“7012 |
Depożitu ta' Pb |
depożitu niedi/totali ta' Pb |
μg/m2.ġurnata |
|
7014 |
Depożitu ta' Cd |
depożitu niedi/totali ta' Cd |
μg/m2.ġurnata |
|
7018 |
Depożitu ta' As |
depożitu niedi/totali ta' As |
μg/m2.ġurnata |
|
7015 |
Depożitu ta' Ni |
depożitu niedi/totali ta' Ni |
μg/m2.ġurnata” |
Fil-paġna 95, fl-Anness I, fil-Parti C, fit-tabella dwar il-“Merkurju”,
minflok:
|
“5013 |
Hg partikulat |
Merkurju partikulat |
ng/m3” |
aqra:
|
“5013 |
Hg f'PM10 |
Merkurju f'PM10 |
ng/m3” |
Fil-paġna 96, fl-Anness I, fil-Parti C, fit-tabella dwar il-“Komponimenti Organiċi Volatili”
minflok:
“Komponimenti Organiċi Volatili”
aqra:
“Komposti Organiċi Volatili”;
Fil-paġna 96, fl-Anness I, fil-Parti C, fit-tabella dwar il-“Komponimenti Organiċi Volatili”
minflok:
|
“316 |
H3C-CH2-CH(CH3)2 |
2-metilbutan (i-pentan) |
μg/m3” |
aqra:
|
“450 |
H3C-CH2-CH(CH3)2 |
2-metilbutan (i-pentan) |
μg/m3” |
Fil-paġna 97, fl-Anness I, fil-Parti C, fit-tabella dwar il-“Komponimenti Organiċi Volatili”,
minflok:
|
“21 |
C6H5-C2H5 |
Toluwen |
μg/m3 |
|
431 |
m,p-C6H4(CH3)2 |
Benżin etiliku |
μg/m3 |
|
464 |
o-C6H4-(CH3)2 |
m,p-ksilen |
μg/m3 |
|
482 |
o-C6H3-(CH3)3 |
o-ksilen |
μg/m3” |
aqra:
|
“21 |
C6H5-CH3 |
Toluwen |
μg/m3 |
|
431 |
C6H5-C2H5 |
Benżin etiliku |
μg/m3 |
|
464 |
m,p-C6H4(CH3)2 |
m,p-ksilen |
μg/m3 |
|
482 |
o-C6H4(CH3)2 |
o-ksilen |
μg/m3” |
|
20.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/38 |
Rettifika tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 11 tas-17 ta' Jannar 2015 )
F'paġna 51, fl-Artikolu 3(27),
minflok:
“ “bank promozzjonali” tfisser kwalunkwe impriża jew entità stabbilita minn Stat Membru, gvern ċentrali jew reġjonali, li jagħti self promozzjonali fuq bażi mhux kompetittiva u mhux għall-profitt sabiex jippromwovi l-objettivi tal-politika pubblika ta' dak il-gvern, sakemm dak il-gvern ikollu obbligu li jipproteġi l-bażi ekonomika tal-impriża jew l-entità u jżomm l-vijabbiltà tagħha tul ħajjitha, jew li tal-anqas 90 % tal-fondi oriġinali tiegħu jew tas-self promozzjonali li jagħti jkun direttament jew indirettament garantit mill-gvern ċentrali jew reġjonali tal-Istat Membru;”,
aqra:
“ “bank promozzjonali” tfisser kwalunkwe impriża jew entità stabbilita minn gvern ċentrali jew reġjonali ta' Stat Membru li jagħti self promozzjonali fuq bażi mhux kompetittiva u mhux għall-profitt sabiex jippromwovi l-objettivi tal-politika pubblika ta' dak il-gvern, sakemm dak il-gvern ikollu obbligu li jipproteġi l-bażi ekonomika tal-impriża jew l-entità u jżomm l-vijabbiltà tagħha tul ħajjitha, jew li tal-anqas 90 % tal-fondi oriġinali tiegħu jew tas-self promozzjonali li jagħti jkun direttament jew indirettament garantit minn dak il-gvern;”.