ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 155

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
17 ta' Ġunju 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1018 tad-29 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata mid-ditti tal-investiment, l-operaturi tas-suq u l-istituzzjonijiet ta' kreditu ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1019 tas-16 ta' Ġunju 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti żbarri u vireg li jirrinforzaw il-konkos li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1020 tat-8 ta' Ġunju 2017 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-Kroazja

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1021 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44727 2016/C (eks 2016/N) li Franza qed tippjana li timplimenta favur il-grupp Areva (notifikata bid-dokument C(2016) 9029)  ( 1 )

23

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1018

tad-29 ta' Ġunju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata mid-ditti tal-investiment, l-operaturi tas-suq u l-istituzzjonijiet ta' kreditu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1) u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 34(8) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 35(11) tagħha,

Billi:

(1)

Huwa importanti li tiġi speċifikata l-informazzjoni li d-ditti tal-investiment, l-operaturi tas-suq, u fejn meħtieġ mid-Direttiva 2014/65/UE, l-istituzzjonijiet ta' kreditu, jinħtieġ li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom meta jkunu jixtiequ jipprovdu servizzi ta' investiment jew iwettqu attivitajiet ta' investiment kif ukoll servizzi anċillari fi Stat Membru ieħor, sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-informazzjoni uniformi u biex jibbenefikaw mill-possibbiltà li jipprovdu servizzi fl-Unjoni kollha.

(2)

L-iskop u l-kontenut tal-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata lill-awtorità kompetenti tad-domiċilju mid-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet tal-kreditu jew l-operaturi tas-suq li jixtiequ jipprovdu servizzi jew attivitajiet ta' investiment kif ukoll attivitajiet anċillari jew arranġamenti li jiffaċilitaw l-aċċess u l-kummerċ ivarjaw skont l-iskop u l-forma tad-drittijiet tal-passaport. Għal raġunijiet ta' ċarezza huwa għalhekk xieraq li jiġu ddefiniti t-tipi differenti ta' notifika tal-passaport għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(3)

Għall-istess raġunijiet, huwa importanti wkoll li tiġi ċċarata l-informazzjoni li d-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li joperaw faċilità multilaterali tan-negozjar (multilateral trading facility — MTF) jew faċilità organizzata tan-negozjar (organised trading facility — OTF), jinħtieġ li jippreżentaw meta jkunu jixtiequ jiffaċilitaw, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, l-aċċess għal u l-kummerċ f'dawk is-sistemi minn utenti, membri jew parteċipanti remoti stabbiliti f'dak l-Istat Membru ieħor.

(4)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti jinħtieġ li jirċievu informazzjoni aġġornata f'każ ta' kwalunkwe bidla fid-dettalji ta' passaport ta' notifika, inkluż kwalunkwe irtirar jew kanċellazzjoni ta' awtorizzazzjoni biex jiġu pprovduti servizzi u attivitajiet ta' investiment. Din l-informazzjoni jinħtieġ li tiżgura li dawk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni infurmata li tkun konsistenti mal-poteri u r-responsabbiltajiet tagħhom.

(5)

Bidliet fl-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt ta' ditti tal-investiment fl-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jiġu kkunsidrati rilevanti u għalhekk jinħtieġ li jiġu nnotifikati bħala notifika ta' bidla fid-dettalji ta' fergħa jew bħala notifika ta' bidla fid-dettalji ta' aġent marbut.

(6)

Huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u ospitanti jikkooperaw biex jiġi indirizzat il-periklu ta' ħasil ta' flus. Dan ir-Regolament, u b'mod partikolari l-komunikazzjoni tal-programm tal-operazzjonijiet tad-ditti tal-investiment, jinħtieġ li jiffaċilita l-valutazzjoni u s-superviżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar l-adegwatezza tas-sistemi u l-kontrolli biex jimpedixxu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu ta' fergħa stabbilita fit-territorju tagħha, inklużi l-ħiliet, l-għarfien u l-karattru dehen tal-uffiċjal rapportatur dwar il-ħasil tal-flus.

(7)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, billi jittrattaw in-notifiki relatati mal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u attivitajiet ta' investiment u l-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment li japplikaw għad-ditti tal-investiment, l-operaturi tas-suq, u fejn previst, l-istituzzjonijiet ta' kreditu. Biex jiżguraw koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li jinħtieġ li jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, huwa tajjeb li l-istandards tekniċi regolatorji kollha għan-notifika tal-informazzjoni meħtieġa mit-Titolu II, il-Kapitolu III tad-Direttiva 2014/65/UE jkunu inklużi f'Regolament wieħed.

(8)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data.

(9)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(10)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar dan l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 ta' dak ir-Regolament.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' Applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għamdu japplika għad-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw faċilità multilaterali tan-negozjar (MTF) jew faċilità organizzata tan-negozjar (“OTF”).

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jipprovdu xi servizz ta' investiment wieħed jew aktar jew iwettqu attivitajiet ta' investiment, u li jixtiequ jużaw aġenti marbuta skont id-drittijiet li ġejjin:

(a)

id-dritt tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u attivitajiet ta' investiment skont l-Artikolu 34(5) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b)

id-dritt tal-istabbiliment skont l-Artikolu 35(7) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“notifika ta' passaport ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment” tfisser notifika li ssir skont l-Artikolu 34(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, jew skont l-Artikolu 34(5) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b)

“notifika ta' passaport ta' fergħa” jew “notifika ta' passaport ta' aġent marbut” tfisser notifika li ssir skont l-Artikolu 35(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, jew skont l-Artikolu 35(7) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(c)

“notifika għall-provvediment ta' arranġamenti li jiffaċilitaw l-aċċess għal MTF jew OTF” tfisser notifika li saret skont l-Artikolu 34(7) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(d)

“notifika ta' passaport” tfisser notifika ta' passaport ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment, notifika ta' passaport ta' fergħa, notifika ta' passaport ta' aġent marbut, jew notifika għall-provvediment ta' arranġamenti li jiffaċilitaw l-aċċess għal MTF jew OTF.

Artikolu 3

Informazzjoni li trid tiġi nnotifikata għall-finijiet ta' notifika ta' passaport ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li n-notifika tal-passaport ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment li tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 34(2) tad-Direttiva 2014/65/UE tkun tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tad-ditta tal-investiment flimkien mal-isem ta' persuna ta' kuntatt speċifikata fid-ditta tal-investiment;

(b)

programm tal-operazzjonijiet li jinkludi dan li ġej:

(i)

id-dettalji tas-servizzi, l-attivitajiet u s-servizzi anċillari tal-investiment partikolari li jiġu pprovduti fl-Istat Membru ospitanti u l-istrumenti finanzjarji li jintużaw; kif ukoll

(ii)

konferma dwar jekk id-ditta tal-investiment tixtieqx tuża aġenti marbuta, stabbiliti fl-Istat Membru ta' oriġini tagħha, biex tipprovdi servizzi fl-Istat Membru ospitanti u, jekk ikun il-każ, l-isem, l-indirizz, id-dettalji ta' kuntatt ta' dawn l-aġenti marbuta u s-servizzi jew l-attivitajiet ta' investiment, is-servizzi anċillari u l-istrumenti finanzjarji li jiġu pprovduti minn dawn tal-aħħar.

2.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li jippreżentaw notifika ta' passaport ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment skont l-Artikolu 34(5) tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jiżguraw li din in-notifika tkun tinkludi l-informazzjoni stabbilita fil-punti (a) u (b)(ii) tal-paragrafu 1.

Artikolu 4

L-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata dwar il-bidla fil-partikularitajiet ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment

Ditti ta' investiment u dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu kif inhuma msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) għandhom jiżguraw li jikkomunikaw notifika ta' bidla fid-dettalji, skont l-Artikolu 34(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, inklużi d-dettalji ta' kwalunkwe bidla fi kwalunkwe informazzjoni li tkun tinsab fl-ewwel notifika ta' passaport ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment.

Artikolu 5

Informazzjoni li trid tiġi notifikata dwar l-arranġamenti li jiffaċilitaw l-aċċess għal MTF jew OTF

Id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li jippreżentaw notifiki dwar arranġamenti li jiffaċilitaw l-aċċess għal MTF jew OTF skont l-Artikolu 34(7) tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jiżguraw li dawn in-notifiki jkunu jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tad-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq, flimkien mal-isem tal-persuna ta' kuntatt speċifikata fid-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq;

(b)

deskrizzjoni qasira tal-arranġamenti xierqa li se jkunu fis-seħħ u d-data minn meta dawn l-arranġamenti se jiġu pprovduti fl-Istat Membru ospitanti;

(c)

deskrizzjoni qasira tal-mudell tan-negozju tal-MTF jew tal-OTF, inklużi t-tipi ta' strumenti finanzjarji negozjati, it-tip ta' parteċipanti, u l-approċċ tal-kummerċjalizzazzjoni tal-MTF jew tal-OTF biex iħajjar utenti, membri jew parteċipanti remoti.

Artikolu 6

L-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata fin-notifika tal-passaport tal-fergħa jew fin-notifika tal-aġent marbut

1.   Id-ditti tal-investiment u dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu kif inhuma msemmijin fl-Artikolu 1(2)(b) għandhom jiżguraw li notifika ta' passaport ta' fergħa jew notifika ta' passaport ta' aġent marbut ippreżentata skont l-Artikolu 35(2) jew l-Artikolu 35(7) tad-Direttiva 2014/65/UE kif applikabbli, tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tad-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu fl-Istat Membru tad-domiċilju, u l-isem tal-persuna ta' kuntatt speċifikata fid-ditta tal-investiment jew fl-istituzzjoni ta' kreditu;

(b)

l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt fl-Istat Membru ospitanti tal-fergħa jew tal-aġent marbut minn fejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti;

(c)

l-isem ta' dawk il-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa jew tal-aġent marbut;

(d)

referenza għall-post, elettronika jew mod ieħor, tar-reġistru pubbliku fejn ikun irreġistrat l-aġent marbut; kif ukoll

(e)

il-programm ta' operazzjonijiet.

2.   Il-programm ta' operazzjonijiet imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1 għandhom jinkludi dan li ġej:

(a)

lista tas-servizzi, l-attivitajiet u s-servizzi anċillari ta' investiment u l-istrumenti finanzjarji li se jiġu pprovduti;

(b)

ħarsa ġenerali li tispjega kif il-fergħa jew l-aġent marbut se jikkontribwixxi għall-istrateġija tad-ditta tal-investiment, l-istituzzjoni ta' kreditu jew il-grupp, u li tistabbilixxi jekk id-ditta tal-investiment tkunx membru ta' grupp, u x'se jkunu l-funzjonijiet ewlenin tal-fergħa jew tal-aġent marbut;

(c)

deskrizzjoni tat-tip ta' klijenti jew tal-kontroparti li magħha se tkun qed tittratta l-fergħa jew l-aġent marbut u ta' kif id-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu se tikseb lil dawk il-klijenti u l-kontropartijiet u tittratta magħhom;

(d)

l-informazzjoni li ġejja dwar l-istruttura organizzazzjonali tal-fergħa jew l-aġent marbut:

(i)

il-linji ta' rappurtar funzjonali, ġeografiċi u legali jekk tkun qed titħaddem struttura ta' matriċi ta' ġestjoni;

(ii)

deskrizzjoni ta' x'inhu post il-fergħa jew l-aġent marbut fl-istruttura korporattiva tad-ditta tal-investiment jew tal-istituzzjoni ta' kreditu, jew tal-grupp jekk id-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu tkun membru ta' grupp;

(iii)

ir-regoli tar-rappurtar mill-fergħa jew mill-aġent marbut lill-uffiċċju prinċipali;

(e)

id-dettalji tal-individwi li jwettqu funzjonijiet ewlenin fil-fergħa jew fl-aġent marbut, inklużi l-individwi responsabbli għall-operazzjonijiet ta' kuljum tal-fergħa jew tal-aġent marbut, ta' dawk responsabbli għall-konformità u ta' dawk li jittrattaw l-ilmenti;

(f)

id-dettalji ta' kwalunkwe arranġament ta' esternalizzazzjoni ta' importanza kritika għall-operazzjonijiet tal-fergħa jew l-aġent marbut;

(g)

dettalji fil-qosor tas-sistemi u l-kontrolli li se jkunu fis-seħħ, fosthom:

(i)

l-arranġamenti li se jkunu fis-seħħ biex jissalvagwardjaw il-flus tal-klijenti u l-assi tal-konsumaturi;

(ii)

l-arranġamenti għall-konformità mar-regoli tat-twettiq tan-negozju u obbligi oħrajn li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 35(8) tad-Direttiva 2014/65/UE u ż-żamma tar-reġistri skont l-Artikolu 16(6) ta' din id-Direttiva;

(iii)

arranġamenti interni għall-kontrolli fuq il-persunal, li għandhom jinkludu kontrolli fuq in-negozjar fil-kont personali;

(iv)

arranġamenti għall-konformità mal-obbligi ta' kontra l-ħasil tal-flus;

(v)

dettalji tal-kontrolli fuq l-esternalizzazzjoni u arranġamenti oħra ma' partijiet terzi b'konnessjoni mas-servizzi jew l-attivitajiet ta' investiment imwettqa mill-fergħa jew mill-aġent marbut;

(vi)

l-isem, l-indirizz u d-dettalji tal-kuntatt tal-iskema tal-kumpens akkreditata li hija membru tagħha d-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu;

(h)

dikjarazzjonijiet tal-previżjoni kemm tal-profitt u t-telf kif ukoll tal-fluss tal-flus, matul il-perjodu tal-ewwel sitta u tletin xahar.

3.   Meta fergħa tkun stabbilita fi Stat Membru ospitanti u jkollha l-ħsieb tuża aġenti marbuta f'dak l-Istat Membru, skont l-Artikolu 35(2)(c) tad-Direttiva 2014/65/UE, il-programm tal-operazzjonijiet imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1 għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-identità, l-indirizz u d-dettalji tal-kuntatt ta' dawn l-aġenti marbuta kollha.

Artikolu 7

L-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata dwar il-bidla fid-dettalji ta' fergħa jew aġent marbut

1.   Id-ditti tal-investiment u dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu kif inhuma msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) għandhom jiżguraw li jikkomunikaw notifika ta' bidla fid-dettalji, skont l-Artikolu 35(10) tad-Direttiva 2014/65/UE, inklużi d-dettalji ta' kwalunkwe bidla fi kwalunkwe informazzjoni li tkun tinsab fl-ewwel notifika tal-passaport tal-fergħa jew ta' aġent marbut.

2.   Id-ditti tal-investiment u dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu kif inhuma msemmijin fl-Artikolu 1(2)(b) għandhom jiżguraw li kull bidla fin-notifika ta' passaport ta' fergħa jew notifika ta' passaport ta' aġent marbut li għandha x'taqsam mat-terminazzjoni tal-operazzjoni tal-fergħa jew il-waqfien tal-użu ta' aġent marbut, għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tal-persuna jew il-persuni li ser ikunu responsabbli għall-proċess tat-terminazzjoni tal-operat tal-fergħa jew tal-aġent marbut;

(b)

l-iskeda ta' żmien tat-terminazzjoni pjanata;

(c)

id-dettalji u l-proċeduri proposti għal-għeluq tal-operazzjonijiet kummerċjali, inklużi d-dettalji dwar kif se jiġu protetti l-interessi tal-klijent, se jiġu riżolti l-ilmenti u kif se jinħelsu minn kwalunkwe obbligazzjoni pendenti.

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-data li tidher l-ewwel fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, id-29 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).


17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1019

tas-16 ta' Ġunju 2017

li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti żbarri u vireg li jirrinforzaw il-konkos li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   Miżuri Proviżorji

(1)

Fil-31 ta' Marzu 2016 (2) il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet nvestigazzjoni b'segwitu għal ilment li ġie ppreżentat fil-15 ta' Frar 2016 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“EUROFER” jew “l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw iktar minn 25 % tal-produzzjoni kollha ta' rebars fl-Unjoni.

(2)

FL-20 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni imponiet dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti żbarri u vireg li jirrinforzaw il-konkos li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja (“il-Belarussja” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2303 (3) (“ir-Regolament proviżorju”).

2.   Proċedura sussegwenti

(3)

Wara li ġew divulgati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien ġie impost dazju antidumping proviżorju (“id-divulgazzjoni proviżorja”), l-ilmentatur u l-uniku produttur esportatur Belarussjan ippreżentaw is-sottomissjonijiet tagħhom bil-miktub dwar ir-riżultati proviżorji. Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità.

(4)

Saru seduti ma' produttur esportatur Belarussjan u ma' produtturi tal-Unjoni.

(5)

Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti verbali u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati u, meta xieraq, immodifikat ir-riżultati proviżorji.

(6)

Sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet għall-kwestjonarji msemmija fil-premessi minn (124) u (133) tar-Regolament proviżorju, li ma kinux ivverifikati fl-istadju proviżorju tal-proċedura, saru żjarat ta' verifika fl-istabbilimenti tal-partijiet li ġejjin:

a)

Importatur mhux relatat fl-Unjoni:

Duferco Deutschland GmbH, il-Ġermanja

b)

Utenti tal-Unjoni:

ATG Deutschland GmbH, il-Ġermanja

Tilts Ltd., il-Latvja

(7)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom biħsiebha timponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' rebars (“id-divulgazzjoni definittiva”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni definittiva. Wara d-divulgazzjoni definittiva, fid-dawl tal-riżultati kif stabbiliti fil-premessi minn (18) sa (24) tad-Dokument ta' Divulgazzjoni Ġenerali), il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi tad-dannu minbarra d-dejta li tikkonċerna s-suq Taljan li dwaru l-partijiet kollha ġew infurmati (id-divulgazzjoni addizzjonali finali). Sussegwentement, il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni addizzjonali. Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u fejn xieraq ġew ikkunsidrati.

3.   Kampjunar

(8)

Fin-nuqqas ta' kummenti rigward il-metodu ta' kampjunar, ir-riżultati proviżorji stabbiliti fil-premessi minn (7) sa (10) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.   Perjodu tal-investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(9)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti rigward il-perjodu tal-investigazzjoni (“PI”) u l-perjodu kkunsidrat, il-perjodi stabbiliti fil-premessa (14) tar-Regolament proviżorju hija b'dan ikkonfermata.

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

(10)

Kif stipulat fil-premessi minn (15) u (16) tar-Regolament proviżorju, il-prodott soġġett għall-investigazzjoni ġie ddefinit bħala “ċerti żbarri u vireg li jirrinforzaw il-konkos, tal-ħadid jew tal-azzar li mhuwiex liga, mhux iktar maħdum milli mikwi, irrumblat bis-sħana, jew estrużi bis-sħana, iżda inklużi dawk milwija wara r-rumblar u wkoll dawk li fihom għafsiet, kustilji, skanalaturi jew deformazzjonijiet oħrajn magħmulin waqt il-proċess tal-irrumblar, li joriġinaw mill-Belarussja u li bħalissa huma kklassifikati bil-kodiċijiet tan-NM ex 7214 10 00, ex 7214 20 00, ex 7214 30 00, ex 7214 91 10, ex 7214 91 90, ex 7214 99 10, ex 7214 99 71, ex 7214 99 79 u ex 7214 99 95 (“rebars” jew “il-prodott ikkonċernat”). L-iżbarri u l-vireg li jirrinforzaw il-konkos tal-ħadid jew tal-azzar b'reżistenza għolja għar-reħi huma esklużi”.

(11)

Diġà fl-istadju proviżorju tal-investigazzjoni, il-produttur esportatur Belarussjan indika allegata inkonsistenza bejn l-ilment (b'referenza għal żewġ kodiċijiet NM) u l-avviż ta' bidu (AB) (b'referenza għal disa' “kodiċijiet NM”). Wara l-ispjegazzjonijiet mogħtija f'dan ir-rigward fir-regolament proviżorju, esportatur Belarussjan bidel in-natura tat-talba tiegħu u talab l-inklużjoni ta' sentenza addizzjonali fil-parti deskrittiva tal-prodott ikkonċernat sabiex ikun ċar li żbarri tondi u tipi oħra ta' żbarri mingħajr għafsiet, kustilji jew deformazzjonijiet oħra, li huma wkoll koperti mis-seba' kodiċijiet NM addizzjonali, ma jkunux inklużi fil-prodott ikkonċernat.

(12)

Min-naħa l-oħra, kuntrarjament għal dak li ssostni l-kumpanija tal-Belarussja, l-ilmentatur iddikjara li żbarri tondi u żbarri oħra mingħajr deformazzjoni għandhom jiġu inklużi fl-ambitu tal-prodott.

(13)

Wara eżaminazzjoni bir-reqqa, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-parti deskrittiva tad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat fl-ilment u fl-AB b'mod ċar ma tinkludix żbarri tondi u żbarri mingħajr deformazzjoni u, għalhekk, dawn l-iżbarri jaqgħu barra l-ambitu tal-prodott. Barra minn hekk, id-dejta kollha dwar il-prodott ikkonċernat miġbura għall-kalkoli tad-dumping u tad-dannu ma kinitx tinkludi dejta li tirreferi għal żbarri tondi jew żbarri mingħajr deformazzjoni. Għalhekk, id-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott jinħtieġ li tagħmilha ċara li żbarri tondi u żbarri mingħajr deformazzjoni mhumiex parti mill-prodott ikkonċernat. Għalhekk, il-Kummissjoni taċċetta t-tibdil fid-deskrizzjoni tal-prodott ikkonċernat li qed jissuġġerixxi l-produttur esportatur Belarussjan. Matul din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni vverifikat li l-kodiċi NM ex 7214 99 71 u ex 7214 99 79 kienu jirreferu esklussivament għal żbarri tondi u żbarri mingħajr deformazzjoni u, għalhekk, kienu jeskludu r-referenza għalihom fid-definizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li dawn l-iżbarri kienu ġew inklużi bi żball fl-informazzjoni stipulata fil-premessi (62), (63), (65) u (103) tar-Regolament proviżorju (il-konsum tal-Unjoni, il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet, u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi) u għalhekk din id-dejta ġiet riveduta skont dan.

(14)

Filwaqt li jiġi kkunsidrat dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ċċarat id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat kif ġej:

“Il-prodott ikkonċernat huwa ċerti żbarri u vireg li jirrinforzaw il-konkos, tal-ħadid jew tal-azzar li mhuwiex liga, mhux iktar maħdum milli mikwi, irrumblat bis-sħana, jew estrużi bis-sħana, sew jekk milwija wara r-rumblar jew mhux, li fihom għafsiet, kustilji, skanalaturi jew deformazzjonijiet oħrajn magħmulin waqt il-proċess tal-irrumblar, li joriġinaw mill-Belarussja u li bħalissa huma kklassifikati fil-kodiċijiet tan-NM ex 7214 10 00, ex 7214 20 00, ex 7214 30 00, ex 7214 91 10, ex 7214 91 90, ex 7214 99 10 u ex 7214 99 95 (“il-prodott ikkonċernat”). L-iżbarri u l-vireg li jirrinforzaw il-konkos tal-ħadid jew tal-azzar b'reżistenza għolja għar-reħi u prodotti twal oħrajn, bħalma huma żbarri tondi huma esklużi”.

C.   DUMPING

(15)

Fin-nuqqas ta' kummenti rigward id-dettalji tal-kalkolu tad-dumping, ir-riżultati u l-konklużjonijiet proviżorji stabbiliti fil-premessi minn (19) sa (55) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

D.   INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(16)

Fin-nuqqas ta' kummenti rigward l-industrija tal-Unjoni, ir-riżultati u l-konklużjonijiet proviżorji stipulati fil-premessi minn (56) sa (59) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

E.   DANNU

(17)

Kif imsemmi fil-premessi (13) u (14), l-iżbarri tondi u l-iżbarri mingħajr deformazzjoni mhumiex parti mill-prodott ikkonċernat. Dawn il-prodotti attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7214 99 71 u 7214 99 79. L-informazzjoni reveduta ppreżentata fit-tabelli, kif stipulat fil-premessi (62), (63) u (65) tar-Regolament proviżorju, hija kif ġej:

1.   Konsum tal-Unjoni

 

2012

2013

2014

PI

Konsum (tunnellati)

9 308 774

8 628 127

9 239 505

9 544 273

Indiċi (2012 = 100)

100

93

99

103

2.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati

 

2012

2013

2014

PI

Volum (tunnellati)

159 395

140 970

236 109

457 755

Indiċi (2012 = 100)

100

88

148

287

Is-sehem mis-suq tal-konsum tal-UE (%)

1,8

1,6

2,6

4,8

Indiċi (2012 = 100)

100

95

149

280

Prezzijiet tal-importazzjonijiet

Prezz medju f'EUR/tunnellata

495

463

436

372

Indiċi (2013 = 100)

100

93

88

75

(18)

Il-korrezzjoni taċ-ċifri ta' hawn fuq ma kellha ebda impatt fuq l-evalwazzjoni tad-dannu. Tabilħaqq, it-tendenzi osservati kienu l-istess u għalhekk ir-riżultati tal-Kummissjoni fil-premessi minn (62) sa (66) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

3.   In-nuqqas ta' affidabbiltà ta' ċerta dejta dwar id-dannu tal-industrija tal-Unjoni bħala riżultat tal-iffissar tal-prezzijiet

(19)

Kif deskritt fil-premessa (132) tar-Regolament proviżorju, il-produttur esportatur Belarussjan u wieħed mill-importaturi tal-Unjoni mhux fil-kampjun qajmu l-kwistjoni ta' allegat iffissar tal-prezzijiet fost produtturi tal-Unjoni, li kien jagħmel id-dejta dwar id-dannu inaffidabbli. Din id-dikjarazzjoni ġiet żviluppata aktar mill-kumpanija tal-Belarussja fis-sottomissjoni tagħha wara d-divulgazzjoni proviżorja. Il-produttur esportatur Belarussjan indika li kienet attwalment qed issir investigazzjoni dwar kartell mill-Awtorità Taljana għall-Kompetizzjoni (Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (iktar' il quddiem l- “AGCM”)) fir-rigward ta' ċerti kumpaniji fit-Tramuntana tal-Italja. Waħda mill-kumpaniji kkonċernati hija parti mill-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni fl-investigazzjoni antidumping attwali.

(20)

Wara din id-dikjarazzjoni, il-Kummissjoni talbet informazzjoni rilevanti mill-AGCM biex tevalwa jekk u sa liema punt dawn il-fatti jinfluwenza l-affidabilità tad-dejta dwar id-dannu lill-industrija tal-Unjoni fil-proċedimenti antidumping preżenti.

(21)

Skont il-ġurisprudenza, f'sitwazzjoni fejn investigazzjoni dwar imġiba antikompetittiva tkun pendenti quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni trid tikkunsidra jekk l-industrija tal-Unjoni, permezz ta' din l-imġiba, tkunx ikkontribwiet għad-dannu mġarrab u stabbilixxiet li d-dannu li fuqu tibbaża l-konklużjonijiet tagħha ma kienx jirriżulta mill-imġiba antikompetittiva. Il-Kummissjoni tista' f'sitwazzjoni bħal din ma tistenniex sakemm l-awtorità nazzjonali kompetenti tikkonkludi l-investigazzjoni tagħha, iżda trid titlob l-informazzjoni rilevanti mingħand il-partijiet u l-awtoritajiet nazzjonali, kif xieraq, skont ir-regoli proċedurali għal investigazzjonijiet antidumping u twettaq valutazzjoni ta' din l-informazzjoni (4).

(22)

Wara talba bbażata fuq l-Artikolu 6(3) tar-Regolament bażiku, l-AGCM għarrfet lill-Kummissjoni li fil-21 ta' Ottubru 2015 fetħet investigazzjoni formali fir-rigward ta' sitt produtturi Taljani ta' żbarri li jirrinforzaw il-konkos u wajer iwweldjat għal allegat ksur tal-Artikolu 101 TFUE (5). Waħda minn dawn il-kumpanniji hija l-produttur Taljan fil-kampjun fl-investigazzjoni attwali antidumping. F'Settembru 2016 l-AGCM estendiet il-proċedimenti sabiex tnejn mill-produtturi Taljani jkunu koperti wkoll mill-investigazzjoni. Wara l-valutazzjoni approfondita tal-informazzjoni kollha disponibbli, l-AGCM ħarġet Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet li ġiet ikkomunikata lill-kumpaniji rilevanti fit-18 ta' Jannar 2017. L-imġiba antikompetittiva li qed tiġi investigata tikkonċerna l-allegazzjoni ta' skambju ta' informazzjoni u kollużjoni tal-prezzijiet fost it-tmien kumpanniji Taljani li tkun tkopri diversi fażijiet tal-katina tal-valur miżjud tal-attivitajiet tagħhom mix-xiri ta' inputs, kif ukoll il-livelli tal-kapaċità ta' produzzjoni u produzzjoni effettiva, sal-bejgħ tal-output, li allegatament seħħew matul il-perjodu 2010 sa 2016. Minħabba l-karatteristiċi tiegħu f'dak li jirrigwarda l-provvista u d-domanda, is-suq ġeografiku rilevanti ġie mfisser bħala nazzjonali fid-deċiżjoni formali biex titnieda investigazzjoni.

(23)

L-informazzjoni ppreżentata minn AGCM turi li l-prodott ikkonċernat f'din l-investigazzjoni, ir-rebars, għandu ċerti karatterstiċi komuni mal-prodotti soġġetti għall-investigazzjoni tal-antitrust, kif ukoll li l-allegat kartell kien fis-seħħ matul il-perijodu kollu tal-investigazzjoni. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dejta tal-produttur Taljan fil-kampjun mhijiex affidabbli għall-iskop tal-analiżi tad-dannu.

(24)

B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni analizzat il-konsum tal-Unjoni, il-volum u s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati kif ukoll l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi bl-esklużjoni ta' dejta li tappartjeni għas-suq Taljan. Għal raġunijiet ta' trasparenza, iċ-ċifri rilevanti bl-esklużjoni tal-kumpaniji Taljani huma ppreżentati hawn taħt.

(a)

Konsum tal-Unjoni

 

2012

2013

2014

PI

Konsum (f'tunnellati)

7 400 363

7 241 202

7 917 877

8 149 861

Indiċi (2012 = 100)

100

98

107

110

(b)

Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati

 

2012

2013

2014

PI

Volum (f'tunnellati)

159 395

140 970

236 109

457 755

Indiċi (2012 = 100)

100

88

148

287

Is-sehem mis-suq tal-konsum tal-UE (%)

2,2

1,9

3,0

5,6

Indiċi (2012 = 100)

100

90

138

261

(25)

Indikaturi makroekonomiċi (tabelli):

(a)

Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

 

2012

2013

2014

PI

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

10 108 006

9 652 130

10 283 598

9 605 712

Indiċi (2012 = 100)

100

95

102

95

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

13 850 553

14 047 161

14 173 253

13 910 700

Indiċi (2012 = 100)

100

101

102

100

Użu tal-kapaċità (%)

73

69

73

69

Indiċi (2012 = 100)

100

94

99

95

(b)

Il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u t-tkabbir

 

2012

2013

2014

PI

Il-volum tal-bejgħ mhux relatat (tunnellati)

6 358 083

6 177 049

6 232 069

6 229 333

Indiċi (2012 = 100)

100

97

98

98

Is-sehem mis-suq tal-bejgħ mhux relatat (%)

86

85

79

76

Indiċi (2012 = 100)

100

99

92

89

Il-volum tal-bejgħ relatat (tunnellati)

355 888

361 542

730 267

625 858

Indiċi (2012 = 100)

100

102

205

176

Is-sehem mis-suq tal-bejgħ relatat (%)

5

5

9

8

Indiċi (2012 = 100)

100

104

192

160

(c)

Impjiegi u produttività

 

2012

2013

2014

PI

Għadd ta' impjegati

4 314

4 103

4 278

4 189

Indiċi (2012 = 100)

100

95

99

97

Produttività (tunnellati metriċi/impjegat)

2 343

2 353

2 404

2 293

Indiċi (2012 = 100)

100

100

103

98

(26)

Indikaturi mikroekonomiċi (tabelli — indiċizzati għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità):

(a)

Prezzijiet medji tal-bejgħ għal kull unità fis-suq tal-Unjoni u kostijiet unitarji tal-produzzjoni

 

2012

2013

2014

PI

Prezz medju tal-bejgħ għal kull unità fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (EUR/tunnellata)

 

 

 

 

Indiċi (2012 = 100)

100

93

89

78

L-ispiża għal kull unità tal-merkanzija mibjugħa (EUR/tunnellata)

 

 

 

 

Indiċi (2012 = 100)

100

96

91

81

(b)

Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

 

2012

2013

2014

PI

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni għal klijenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

 

 

 

 

Indiċi (2012 = 100)

100

– 593

– 435

– 603

Fluss tal-flus (EUR)

 

 

 

 

Indiċi (2012 = 100)

100

35

51

14

Investimenti (EUR)

 

 

 

 

Indiċi (2012 = 100)

100

83

79

72

Rettidu fuq l-investmenti

 

 

 

 

Indiċi (2012 = 100)

100

– 606

– 500

– 645

(c)

Stokks

 

2012

2013

2014

PI

Stokks tal-għeluq (tunnellati)

 

 

 

 

Indiċi (2012 = 100)

100

85

106

73

(d)

Kostijiet lavorattivi

 

2012

2013

2014

PI

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

 

 

 

 

Indiċi (2012 = 100)

100

100

104

103

(27)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni tinnota li l-iżvilupp tal-indikaturi tad-dannu mingħajr id-dejta li tikkonċerna lill-Italja hija prattikament l-istess bħal dak li jirrifletti s-suq kollu tal-Unjoni inkluża l-Italja. Għalhekk jista' jiġi konkluż li wara li ġiet eskluża d-dejta dwar is-suq Taljan mill-analiżi tad-dannu, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għadha waħda ta' dannu materjali fit-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku

(28)

Rigward it-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li l-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz li nstab fl-istadju proviżorju kien 4,5 %. Il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid l-eżistenza ta' twaqqigħ tal-prezzijiet fid-dawl tar-riżultati ta' hawn fuq fil-premessi minn (19) sa (23). It-twaqqigħ tal-prezzijiet huwa stabbilit bl-użu ta' dejta mill-kumpaniji fil-kampjun. Għaldaqstant, il-Kummissjoni eskludiet mill-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezzijiet id-dejta relatata mal-produttur Taljan li huwa parti mill-kampjun. Il-marġini tat-twaqqigħ tal-prezz ibbażat fuq il-kumpaniji kollha fil-kampjun mingħajr il-kumpanija Taljana jibqa' sinifikanti f'livell ta' 4,4 %.

(29)

Il-produttur esportatur Belarussjan iddikjara wkoll li l-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezzijiet (u tas-sottokwotazzjoni) ma għandux isir bi tqabbil mal-prezzijiet tat-transazzjonijiet kollha tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun iżda biss bi tqabbil ma' dawk li jseħħu meta ssir kompetizzjoni mal-importazzjonijiet mill-Belarussja. Il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezzijiet normalment isiru fuq il-bażi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni mal-bejgħ kollu paragunabbli tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' dan il-każ u l-karatteristiċi partikolari tal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni kkalkolat ukoll marġni tat-twaqqigħ tal-prezz billi llimitat l-analiżi għal dawk l-Istati Membri fejn il-prodotti tal-Belarussja kienu l-ewwel mibjugħa, l-iktar fin-Netherlands, il-Ġermanja, il-Polonja u l-Litwanja. Dan l-approċċ huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni konservattiva li l-pressjoni immedjata u diretta eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni seħħet għall-ewwel darba f'dawk l-Istati Membri. Kull effett sussegwenti fuq Stati Membri oħra għandu għalhekk ġie deliberatament injorat. F'dan ix-xenarju, il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ debitament aġġustati tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Belarussja ġew paragunati mal-prezzijiet tal-bejgħ korrispondenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, bl-esklużjoni ta' dak li jinsab fl-Italja, mitluba lil klijenti mhux relatati f'dawk ir-reġjuni fejn seħħet il-kompetizzjoni diretta ma' prodotti mill-Belarussja. Dan wassal għal marġni ta' twaqqigħ tal-prezz ta' 2,8 %, minflok 4,5 % kif stabbilit fil-premessa (68) tar-Regolament proviżorju.

(30)

Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni jista' jitqies bħala prodott ta' komodità, li huwa sensittiv ħafna għall-prezz. Għalhekk huwa konkluż li anke l-marġni ta' twaqqigħ tal-prezz ta' 2,8 % huwa sinifikanti u suffiċjenti biex jikkawża tnaqqis fil-prezzijiet kif spjegat fil-premessi (83), (84) u (98) tar-Regolament proviżorju.

(31)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur Belarussjan sostna wkoll li r-riżultati ta' hawn fuq fil-premessi minn (19) sa (23) x'aktarx li jkollhom effetti sekondarji fuq Stati Membri oħra, b'mod partikolari fi Franza, fejn il-kumpanija omm ta' wieħed mill-produtturi Taljani għandha sussidjarja li għandha pożizzjoni b'saħħitha fis-suq. Madankollu, fir-rigward tal-allegat aġir antikompetittiv fl-Italja, l-AGCM iddefinixxiet is-suq ġeografiku rilevanti bħala nazzjonali. Barra minn hekk, il-provi tal-fajl miġbura fil-qosor fil-premessi minn (19) sa (23) waħedhom ma jsostnux din l-affermazzjoni. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni hija miċħuda.

4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(32)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni, ir-riżultati u l-konklużjonijiet proviżorji stabbiliti fil-premessi minn (70) sa (95) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

F.   KAWŻALITÀ

1.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping

(33)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti rigward l-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, ir-riżultati u l-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (97) sa (100) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

2.   Effett ta' fatturi oħra

2.1.   Il-prestazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(34)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjoni stabbilita fil-premessa (101) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata.

2.2.   Bejgħ lil partijiet relatati

(35)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-bejgħ lil partijiet relatati, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (102) sa (103) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

2.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(36)

Kif imsemmi fil-premessi (13) u (14), l-iżbarri tondi u l-iżbarri mingħajr deformazzjoni mhumiex parti mill-prodott ikkonċernat. L-informazzjoni riveduta ppreżentata fit-tabelli, kif stipulat fil-premessa (103) tar-Regolament proviżorju, hija kif ġej:

Pajjiż

 

2012

2013

2014

PI

In-Norveġja

Volum (tunnellati)

195 366

184 632

201 617

215 046

Indiċi (2012 = 100)

100

95

103

110

Sehem mis-suq (%)

2,1

2,1

2,2

2,3

Prezz medju (EUR/tunnellata)

551

495

483

431

Il-Bożnija-Ħerzegovina

Volum (tunnellati)

47 702

79 184

105 909

116 927

Indiċi (2012 = 100)

100

166

222

245

Sehem mis-suq (%)

0,5

0,9

1,1

1,2

Prezz medju (EUR/tunnellata)

566

479

455

415

It-Turkija

Volum (tunnellati)

92 920

136 128

195 115

103 484

Indiċi (2012 = 100)

100

147

210

111

Sehem mis-suq (%)

1,0

1,6

2,1

1,1

Prezz medju (EUR/tunnellata)

515

472

456

419

L-Ukrajna

Volum (tunnellati)

66 295

6 089

24 771

112 605

Indiċi (2012 = 100)

100

9

37

170

Sehem mis-suq (%)

0,7

0,1

0,3

1,2

Prezz medju

501

489

441

393

Kumplament tad-Dinja

Volum (tunnellati)

124 713

155 609

192 020

288 853

Indiċi (2012 = 100)

100

125

154

232

Sehem mis-suq (%)

1,3

1,8

2,1

3,0

Prezz medju (EUR/tunnellata)

732

667

568

469

(37)

Il-korrezzjoni taċ-ċifri ta' hawn fuq ma kellha l-ebda impatt fuq ir-riżultati fil-premessa (104) tar-Regolament proviżorju. Tabilħaqq, matul il-perjodu kkunsidrat il-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu bħala medja dejjem ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. L-uniku pajjiż esportatur bi prezzijiet medji aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI kien il-Belarussja li kien l-istess sena meta l-volumi tal-importazzjonijiet mill-Belarussja żdiedu b'mod l-aktar rapidu. Għalhekk, ir-riżultati kif stabbiliti fil-premessa (104) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

(38)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-produttur esportatur Belarussjan ma qabilx mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-ishma individwali tas-suq ta' pajjiżi terzi, bl-eċċezzjoni tal-Ukraina, żdied biss b'mod marġinali. Il-produttur esportatur Belarussjan sostna l-opinjoni tiegħu bi statistika dwar l-importazzjonijiet għas-sena 2016 li huwa perjodu sussegwenti għall-PI. Barra minn hekk, huwa indika diskrepanza allegata bejn iċ-ċifri tal-importazzjoni rrappurtati fit-tabella 6.3.3 tar-Regolament proviżorju u l-statistika disponibbli tal-Eurostat.

(39)

B'risposta għal dan l-argument, jinħtieġ li l-ewwel jiġi nnutat li x-xejriet u d-dejta ta' wara l-PI normalment ma humiex ikkunsidrati fl-analiżi tad-dannu u l-kawżalità. Filwaqt li l-Kummissjoni qablet fil-premessa (111) tar-Regolament proviżorju li tiġbor u tanalizza ċerta dejta ta' wara l-PI, dan sar fil-kuntest ta' talbiet rigward l-impatt tal-hekk imsejħa “skema ta' frodi tal-VAT”, l-allegata diskrepanza sussegwenti bejn id-domanda u l-provvista tal-prodott ikkonċernat fis-swieq tal-Polonja u l-Istati Baltiċi, u l-livell għoli mhux normali ta' volumi tal-esportazzjoni matul il-PI mill-Belarussja li allegatament jirriżultaw minn dik l-iskema.

(40)

It-tieni nett, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża l-konklużjoni tagħha dwar l-effetti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fuq ċifri tal-importazzjoni wara l-PI ppreżentati mill-parti interessata, peress li jenħtieġ li tanalizza biss ix-xejriet osservati waqt il-perjodu kkunsidrat (2012-2015), u li dwaru ġabret l-informazzjoni matul l-investigazzjoni. Kif spjegat fil-premessa (39), f'din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni vvalutat dejta limitata ta' wara l-PI biex tindirizza sitwazzjoni eċċezzjonali, jiġifieri, skema ta' frodi tal-VAT. Għalhekk, ir-riżultati tal-premessa (104) tar-Regolament proviżorju li jirrigwardaw tibdil tal-ishma tas-suq ta' pajjiżi terzi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li jintemm fl-2015, ġew ikkonfermati.

(41)

Anki jekk l-iżvilupp tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi wara l-PI ġie kkunsidrat, dan ma kienx ibiddel il-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar l-impatt potenzjali ta' dawn l-importazzjonijiet fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, peress li dawn il-prezzijiet baqgħu ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Belarussja.

(42)

Fl-aħħar nett, għal dak li jirrigwarda l-allegata diskrepanza bejn iċ-ċifri tal-importazzjoni rrappurtati fir-Regolament proviżorju u l-istatistika tal-Eurostat, jinħtieġ li jiġi nnutat li dawn tal-aħħar jinkludu wkoll il-volumi tal-importazzjoni tal-hekk imsejħa żbarri b'reżistenza għolja għar-reħi li mhumiex parti mill-ambitu tal-prodott ta' din il-proċedura u li ma ġewx irrapportati fit-tabella 6.3.3 tar-Regolament proviżorju (6). Meta jitqies dan ta' hawn fuq, id-dikjarazzjonijiet tal-produttur esportatur Belarussjan rigward l-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi huma miċħuda.

(43)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (104) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

2.4.   L-evoluzzjoni tal-kostijiet

(44)

Fin-nuqqas ta' xi kumment fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-kost tal-Unjoni, il-konklużjoni stabbilita fil-premessa (105) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata.

2.5.   L-impatt tal-hekk imsejħa “skema ta' frodi tal-VAT”

(45)

Il-produttur esportatur Belarussjan fis-sottomissjoni tiegħu tenna l-kummenti li saru fl-istadju proviżorju tal-investigazzjoni fir-rigward tal-impatt tal-hekk imsejħa skema ta' frodi tal-VAT fis-suq tal-Unjoni, u sostna li l-Kummissjoni naqset milli twettaq dmirha li tinvestiga l-kwistjoni. Skont il-produttur esportatur, din l-iskema kienet ir-raġuni ewlenija għad-diffikultajiet finanzjarji ta' xi produtturi tal-Unjoni. B'riżultat ta' din l-iskema ta' frodi żewġ produtturi li jinsabu fil-Latvja (fil-bidu tal-2013) u s-Slovakkja (fl-aħħar tal-2014) fallew u waqqfu l-produzzjoni tal-prodott simili. Barra minn hekk, produttur wieħed tal-Unjoni fil-Polonja waqqaf il-produzzjoni tal-prodott simili għal 3 xhur fl-2014 minħabba l-aġġornament tal-makkinarju tiegħu. Dawn l-avvenimenti kollha flimkien allegatament wasslu għal nuqqas ta' provvista, prinċipalment fis-swieq tal-Polonja u tal-Baltiku mill-2013'il quddiem. Din l-allegata diskrepanza kienet timtela' minn esportazzjonijiet tal-Belarussja.

(46)

Il-produttur esportatur Belarussjan kompla jsostni li, minħabba l-iskema tal-VAT, is-sena 2015 (il-PI) kienet “sena mhux tas-soltu” f'termini ta' volumi kbar tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni u li l-volumi tal-esportazzjoni bdew jonqsu diġà fi tmiem il-PI u komplew jonqsu wara l-PI.

(47)

Bi tweġiba għal dawn id-dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni l-ewwel investigat id-dejta dwar l-esportazzjonijiet ipprovduta mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Belarussja u nnotat dan li ġej. Iż-żieda fil-volum tal-esportazzjonijiet mill-produttur esportatur lejn l-Unjoni kienu marbutin mat-tnaqqis fil-volum tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur lejn is-suq Russu. Kif deskritt fit-tabella hawn taħt, bejn l-2013 u l-2015, il-produttur esportatur Belarussjan naqqas il-bejgħ tiegħu lejn ir-Russja b'mod sinifikanti b'madwar 370 000 tunnellata u żied il-bejgħ tiegħu fis-suq tal-Unjoni b'madwar l-istess ammont, jiġifieri 380 000 tunnellata.

 

2012

2013

2014

PI

2016

Bejgħ ta' esportazzjonijiet totali

836

787

878

831

689

Indiċi (2012=100)

100

94

105

99

82

Esportazzjonijiet lejn ir-Russja

545

591

474

221

157

Indiċi (2012=100)

100

108

87

41

29

Esportazzjonijiet totali lejn l-UE

170

147

255

530

250

Indiċi (2012=100)

100

86

150

312

147

Esportazzjonijiet lejn l-Istati Baltiċi

105

110

140

137

132

Indiċi (2012=100)

100

105

133

130

126

Esporttazzjoni lejn il-Polonja.

2

5

50

150

15

Indiċi (2012=100)

100

250

2 500

7 500

750

Esportazzjonijiet lejn Stati Membri Oħra

63

32

65

243

103

Indiċi (2012=100)

100

51

103

386

163

Sors: Estratti mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Belarussja

(48)

It-tieni nett, il-Kummissjoni evalwat is-sitwazzjoni fis-suq tal-Polonja u dawk tal-Istati Baltiċi. Fir-rigward tal-2013, is-swieq tal-Polonja u tal-Istati Beltiċi kienu ffaċċjati bi tnaqqis tal-produzzjoni ta' produttur wieħed Pollakk u l-waqfien tal-produzzjoni ta' produttur wieħed Latvjan. Barra minn hekk, mill-1 ta' Ottubru 2013, il-gvern Pollakk applika l-mekkaniżmi tar-reverse charge tal-VAT għal madwar 40 prodott tal-azzar, minn ilqugħ u pajpijiet sa prodotti tal-azzar ċatt lesti kif ukoll rebars, biex b'hekk tiġi indirizzata l-iskema ta' frodi tal-VAT. L-analiżi tal-bejgħ tal-esportazzjoni mill-Belarussja lejn is-suq tal-Unjoni wriet li l-bejgħ tal-produttur esportatur Belarussjan lejn il-Polonja u l-Istati Baltiċi baqa' stabbli, f'livell ta' madwar 110 000 tunnellata meta mqabbel mal-2012. Għalhekk huwa konkluż li produttur esportatur fil-Belarussja ma ħax vantaġġ mill-allegat nuqqas ta' provvista mill-produzzjoni tal-Unjoni fl-2013 u li l-produtturi tal-Unjoni l-oħra preżenti fis-suq kienu kapaċi jfornu s-suq jew minn stokkijiet jew billi jdawru l-bejgħ tal-esportazzjonijiet lejn dawn is-swieq (7).

(49)

Fir-rigward tal-2014, produttur Pollakk waqqaf il-produzzjoni għal tliet xhur sabiex jaġġorna l-makkinarju tiegħu u produttur Slovakk waqqaf il-produzzjoni tiegħu f'Awwissu 2014 (il-kumpanija ġiet iddikjarata falluta fi Frar 2015). Il-kwantità mhux disponibbli bħala riżultat ta' dawn l-avvenimenti hija stmata għal madwar 133 000 tunnellata.

(50)

L-analiżi tal-bejgħ tal-esportazzjoni mill-Belarussja lejn is-suq tal-Unjoni wriet li l-bejgħ tal-produttur esportatur Belarussjan, lejn il-Polonja u l-Istati Baltiċi fil-fatt żdied b'madwar 75 000 tunnellata. Madankollu, il-produttur esportatur żied ukoll il-bejgħ tiegħu lejn swieq oħra tal-Unjoni bħall-Ġermanja minn kwantitajiet bażikament minimi għal madwar 120 000 tunnellata. Għalhekk l-argument li produttur esportatur Belarussjan żied il-bejgħ tiegħu lis-suq tal-Unjoni biss minħabba s-sitwazzjoni eċċezzjonali tas-suq fil-Polonja u fl-Istati Baltiċi qed jiġi rrifjutat, peress li huwa żied ukoll (b'ritmu saħansitra ogħla) il-bejgħ tiegħu lil partijiet oħra tas-suq tal-Unjoni fejn ma kienet teżisti l-ebda ċirkustanza eċċezzjonali.

(51)

Rigward il-perjodu tal-investigazzjoni, il-produttur Latvjan fetaħ mill-ġdid f'Marzu 2015. Il-produzzjoni Pollakka ġiet lura għan-normal. Għalhekk, ma kien fadal l-ebda sitwazzjoni eċċezzjonali tas-suq f'dawn il-partijiet tas-suq tal-Unjoni.

(52)

Minkejja dan, il-produttur esportatur Belarussjan kompla jżid il-bejgħ tiegħu lill-Polonja u żamm il-livell tal-bejgħ tiegħu lejn l-Istati Baltiċi meta mqabbla mal-2014. Barra minn hekk, l-ogħla żieda seħħet fuq partijiet oħra tas-suq tal-Unjoni (l-aktar fil-Bulgarija, fin-Netherlands, u fil-Ġermanja).

(53)

Għaldaqstant, huwa konkluż li ż-żieda tal-esportazzjonijiet tal-Belarussja lejn l-Unjoni Ewropea ma kinitx minħabba d-distakk bejn id-domanda u l-provvista fis-suq tal-Unjoni iżda minħabba r-riorjentament tal-volum mitluf fis-suq Russu. B'hekk, l-allegazzjoni ta' insuffiċjenza ta' valutazzjoni tal-impatt tal-iskema ta' frodi tal-VAT fid-determinazzjoni proviżorja ma għandhiex bażi u, għaldaqstant, qed tiġi miċħuda.

(54)

Skont il-premessa (111) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tal-volum tal-importazzjonijiet wara l-perjodu tal-investigazzjoni. Id-dejta wriet li l-importazzjonijiet mill-Belarussja naqsu xi ftit, iżda kienu għadhom ferm ogħla mil-livelli tal-2013 u bejn wieħed u ieħor fil-livelli tal-2014. Għalhekk l-argument li ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Belarussja kienet ta' natura temporanja u kienet spjegata mis-sitwazzjoni partikolari tas-suq fuq ċerti oqsma tas-suq tal-Unjoni huwa miċħud.

(55)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn fir-rigward tal-iskema ta' frodi tal-VAT u ta' żviluppi wara l-PI, ir-riżultati u l-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (106) sa (111) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(56)

Fil-qosor, il-Kummissjoni tqis li l-ebda argument imressaq mill-partijiet interessati wara d-divulgazzjoni proviżorja ma jista' jbiddel ir-riżultati proviżorji li stabbilixxew rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni matul il-PI. Għaldaqstant, ir-riżultati stabbiliti fil-premessi minn (112) sa (115) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

(57)

Il-Kummissjoni sabet li l-uniku fattur ieħor li seta' kellu impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienu l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, kif iddikjarat fil-premessa (104) tar-Regolament proviżorju. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn l-importazzjonijiet ma setgħux ikissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Belarussja u d-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Belarussja baqgħu l-kawża ewlenija tad-dannu.

(58)

Fuq il-bażi tal-analiżi ta' hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping, ġie konkluż li l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mill-Belarussja kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

G.   INTERESSI TAL-UNJONI

1.   L-interessi tal-industrija tal-Unjoni

(59)

Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-interess tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (117) sa (122) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

2.   L-interess tal-utenti u l-importaturi

(60)

Il-produttur esportatur Belarussjan sostna fis-sottomissjoni tiegħu li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-interess tal-Unjoni ma qisitx problemi partikolari tal-importaturi u l-utenti lokalizzati fl-Istati Baltiċi. Huwa sostna li, minħabba raġunijiet loġistiċi (bħal konnessjonijiet ferrovjarji, jew ir-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni), il-Belarussja hija l-uniku sors ta' provvista ta' rebars għal dawk il-kumpaniji.

(61)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonfermat li l-uniku utent li kkoopera li jinsab fl-Istati Baltiċi esperjenza ċerti problemi tekniċi ta' twassil ta' merkanzija mingħand il-produtturi tal-Unjoni (li ħadd minnhom ma jinsab fl-Istati Baltiċi). Min-naħa l-oħra, din il-kumpanija ddikjarat li x-xiri mill-Belarussja jista' jkun, u fil-perjodu ta' wara l-PI effettivament kien, sostitwit b'xiri mir-Russja u sa ċertu punt ukoll mill-Ukraina.

(62)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet ftit li xejn kooperazzjoni minn kumpaniji li jinsabu fl-Istati Baltiċi li donnu jindika li huma ma jħossux li jkunu affettwati b'mod negattiv minn miżuri antidumping potenzjali fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat tal-Belarussja.

(63)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-interessi tal-utenti u tal-importaturi, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (123) sa (131) u fil-premessa (134) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

3.   Assorbiment potenzjali ta' dazji

(64)

Fis-sottomissjoni tiegħu wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-ilmentatur iddikjara li l-livell tad-dazju antidumping propost fl-istadju proviżorju (12,5 %) ma jkunx biżżejjed, peress li l-miżura tista' faċilment tiġi assorbita minn produttur esportatur Belarussjan, li hija kumpanija proprjetà tal-istat, li tinsab f'pajjiż b'ekonomija mhux tas-suq b'aċċess allegatament favorevoli għall-materja prima sussidjata tar-ruttam tal-metall.

(65)

Fir-rigward ta' din id-dikjarazzjoni, jinħtieġ li jiġi enfasizzat li l-assorbiment potenzjali jista' jkun biss kwistjoni ta' investigazzjoni antiassorbiment separata abbażi tal-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku u ma jistax jaffettwa bil-quddiem il-livell ta' miżuri antidumping imposti fl-investigazzjoni oriġinali. Barra minn hekk, l-evidenza disponibbli f'din l-investigazzjoni ma tappoġġax l-allegazzjoni ta' aċċess faċli għall-materja prima ssusidjata mill-produttur Belarussjan; fil-fatt, il-Kummissjoni sabet li l-kumpanija tixtri l-biċċa l-kbira tal-materja prima tagħha mir-Russja u l-Ukraina, pajjiżi meqjusa bħala ekonomiji tas-suq.

4.   L-importanza strateġika tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Belarussja fis-settur tal-azzar.

(66)

Fis-sottomissjoni tagħhom wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-produttur esportatur Belarussjan u l-awtoritajiet tal-Belarussja rreferew għall-importanza strateġika tal-koperazzjoni mal-UE fis-settur tal-azzar, u l-fatt li l-miżuri jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv ix-xiri li tagħmel il-Belarussja ta' tagħmir kapitali fl-Unjoni, l-istabbiliment ta' netwerk ta' kumpaniji kummerċjali relatati fl-Unjoni u kull kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej.

(67)

Bħala risposta għal dan il-punt, il-Kummissjoni tenfasizza li l-miżuri għandhom bħala skop waħdieni li jerġa' jkun hemm kundizzjonijiet indaqs fis-suq tal-Unjoni. Il-miżuri ma humiex ta' natura punittiva. Jekk il-produttur esportatur jgħolli l-prezzijiet tiegħu b'mod dejjiem, biex b'hekk ma jibqax jeżisti d-dumping, huwa jista' jitlob rimborż u rieżami interim. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li dawn il-kunsiderazzjonijiet huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni.

5.   Konklużjoni dwar l-interessi tal-Unjoni

(68)

Fil-qosor, l-ebda argument imressaq mill-partijiet interessati ma juri li hemm raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Belarussja. Kwalunkwe effett negattiv fuq l-utenti u l-importaturi mhux relatati jista' jittaffa permezz tad-disponibbiltà ta' sorsi alternattivi ta' provvista. Barra minn hekk, meta jiġi kkunsidrat l-impatt globali tal-miżuri antidumping fuq is-suq tal-Unjoni, l-effetti pożittivi, b'mod partikolari fuq l-industrija tal-Unjoni, jidhru li jegħlbu l-impatti potenzjalment negattivi fuq il-gruppi l-oħra ta' interess. Il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (135) sa (137) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

H.   MIŻURI DEFINITTIVI TA' ANTIDUMPING

1.   Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (marġni tad-dannu)

1.1.   Il-profitt fil-mira

(69)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja u finali l-industrija tal-Unjoni kkontestat il-profitt fil-mira użat sabiex jiġi stabbilit il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu kif stabbilit fil-premessa (143) tar-Regolament proviżorju. Dawn it-talbiet kienu mtennija wara d-divulgazzjoni definittiva.

(70)

Il-profitt fil-mira użat fil-kalkoli tal-marġini proviżorju tad-dannu kien jammonta għal 4,8 %. Din iċ-ċifra kienet ibbażata fuq il-marġni ta' profitt tal-2012 għal prodott simili ħafna, l-HFP rebars, u użat f'din l-aħħar proċedura antidumping rigward l-importazzjonijiet ta' HFP rebars li joriġinaw miċ-Ċina (8).

(71)

L-ilmentatur fis-sottomissjoni tiegħu kkontesta l-użu tal-istess profitt fil-mira użat għall-investigazzjoni tal-HFP rebars u allega li dawn iż-żewġ prodotti u s-swieq rispettivi tagħhom huma differenti. L-ilmentatur issuġġerixxa li jintuża profitt fil-mira saħansitra ogħla minn dak propost oriġinarjament fl-ilment, 16 % jew 17 %, li kien il-profitt miksub mill-produtturi tal-Unjoni fl-2006 jew ikkunsidrat “mixtieq għal perijodu fit-tul għal industrija tal-azzar b'saħħitha” (9).

(72)

F'dan ir-rigward, il-profitt fil-mira użat f'dawn il-proċedimenti, li l-Kummissjoni sabet li kien l-aktar xieraq, huwa bbażat fuq iċ-ċifra effettivament miksuba fl-2012 (li hija fil-perjodu kkunsidrat) mill-produtturi tal-Unjoni ta' prodott simili ħafna mmanifatturat sa ċertu punt bl-użu tal-istess faċilitajiet għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat f'din l-investigazzjoni. Huwa mfakkar ukoll li fl-ilment l-EUROFER talbet profitt fil-mira ta' 9,9 % li kien użat f'investigazzjoni fuq il-vireg tal-wajer, prodott definittivament aktar imbiegħed mill-prodott ikkonċernat mill-HFP rebars. Fl-aħħar nett, l-għan tal-istabbiliment tal-marġni ta' dannu huwa li titneħħa l-parti tad-dannu kkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping, iżda mhux minn fatturi oħra bħalma hija l-kriżi ekonomika. Filwaqt li l-profitt ta' 1,3 %, li kien l-uniku profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat (10), instab li huwa mhux xieraq minħabba l-impatt tal-skema ta' frodi tal-VAT, jidher li huwa aktar kongruwenti li jintuża marġni ta' profitt li nkiseb mill-industrija matul l-istess perjodu, ivverifikat u misjub adattat għal prodott simili ħafna tal-proċedura antidumping, b'perjodi fil-maġġoranza tagħhom sovraposti. It-talba tal-industrija tal-Unjoni għalhekk ma ntlaqgħetx.

1.2.   Spejjeż ta' wara l-importazzjoni

(73)

Fil-kalkolu proviżorju tal-marġni ta' dannu, għandu jiġi applikat aġġustament ta' 2 % għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni (11). Fis-sottomissjoni tiegħu wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-produttur esportatur Belarussjan sostna li f'dan il-każ partikolari għandha tintuża ċifra ogħla ta' 4-6 %, peress li dan il-livell ta' aġġustament ikun jirrifletti aħjar l-ispejjeż attwali ta' wara l-importazzjoni li l-importaturi/utenti jkollhom ikopru.

(74)

Wara din it-talba, il-Kummissjoni eżaminat f'aktar dettall il-livell u l-istruttura tal-ispejjeż tal-importazzjoni u tal-postimportazzjoni ddikjarati mill-importatur li qed jikkoopera u mill-utenti msemmija fil-premessa (6).

(75)

Abbażi tar-riżultati taż-żjarat ta' verifika għand dawn il-kumpaniji, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex tibdel il-livell ta' aġġustament. Il-kostijiet reali ta' wara l-importazzjoni tal-importatur u ta' wieħed mill-utenti kienu (bħala medja għall-IP kollu) ta' inqas minn 2 %. Għal kumpanija waħda biss (utent Ġermaniż), l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni kienu ogħla minn 2 %, fil-medda ddikjarata ta' 4-6 %. Madankollu, din il-kumpanija kellha operazzjonijiet ta' wara l-importazzjoni mhux standard għat-trasport tal-prodott ikkonċernat mill-imħażen tagħha għal siti interni ta' produzzjoni. Dawn mhumiex spejjeż standard ta' wara l-importazzjoni, komuni għall-importaturi, iżda spejjeż speċifiċi ħafna għall-operat ta' din il-kumpanija. Jinħtieġ li jiġi enfasizzat li, għall-fini tal-kalkoli tal-marġini ta' dannu, il-prezzijiet tal-esportazzjoni huma stabbiliti fuq il-livell tal-fruntiera tal-UE (aġġustati għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni) u meta mqabbla ma' prezzijiet mill-fabbrika tal-produtturi tal-Unjoni. L-ispejjeż tat-trasport tal-prodott lejn is-siti ta' produzzjoni tal-utenti ma humiex rilevanti f'dan il-kuntest u għalhekk mhux qed jiġu kkunsidrati. Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat il-kostijiet ta' wara l-importazzjoni stabbiliti fl-istadju proviżorju ta' 2 % bħala raġonevoli. Għaldaqstant it-talba ġiet miċħuda.

1.3.   Kwistjonijiet oħra dwar il-kalkolu tal-marġni tad-dannu

(76)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, kemm l-ilmentatur kif ukoll il-produttur esportatur Belarussjan qajjmu diversi punti minuri addizzjonali rigward il-kalkoli tal-marġni tad-dannu.

(77)

L-ilmentatur kien indika li l-istabbiliment tal-prezz CIF għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tas-sottokwotazzjoni ma għandhomx ikunu bbażat fuq il-prezz tat-trasferiment lil importaturi relatati iżda jerġgħu jiġu kkalkulati għall-bejgħ mill-ġdid indipendenti. Il-Kummissjoni hawnhekk tikkonferma li fil-fatt il-prezz CIF użat għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u tas-sottokwotazzjoni fl-istadju proviżorju kien ibbażat fuq il-bejgħ mill-ġdid indipendenti.

(78)

L-ilmentatur ippropona metodu “alternattiv” tal-allokazzjoni tal-ispiża bejn tipi differenti ta' prodotti għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u tas-sottokwotazzjoni. Madankollu, din il-proposta saret wara l-miżuri proviżorji meta t-tweġibiet għall-kwestjonarju ġew ivverifikati kollha fuq il-post u ġew finalizzati l-kalkoli. Fi kwalunkwe każ, l-allokazzjoni tal-ispejjeż hija irrilevanti għall-kalkolu tal-marġni tad-dannu f'dan il-każ, peress li l-marġni ta' dannu kien ibbażat fuq il-prezzijiet għal kull tip ta' prodott mill-fabbrika u mhux fuq l-ispejjeż għal kull tip ta' prodott. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(79)

L-ilmentatur ippropona wkoll li l-marġni ta' dannu jiġi bbażat mhux fuq id-dejta tal-PI kollu iżda fuq kwart magħżul tal-PI meta l-marġni jkun aktar “rappreżentattiv”. Madankollu, l-ilmentatur ma rnexxilux jipprovdi xi evidenza li hemm xi ċirkostanzi speċjali f'dan il-każ li jkunu jiġġustifikaw li wieħed jiddevja mill-prattika standard tal-Kummissjoni li tibbaża l-marġini tad-dannu fuq il-PI kollu. It-talba għalhekk qed tiġi miċħuda.

(80)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika kawtela f'dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-marġni ta' dannu. Fil-fatt, meta wieħed iqis in-nuqqas ta' affidabbiltà ta' ċerta dejta għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq fil-premessi minn (19) sa (23) u l-ispeċifiċitajiet ta' dan il-każ, il-Kummissjoni rrevediet il-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu billi eskludiet id-dejta mill-produttur Taljan fil-kampjun u llimitat il-kalkolu tal bejgħ fin-Netherlands, il-Ġermanja, il-Polonja u l-Litwanja. Dan il-kalkolu huwa mera ta' kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz imsemmi hawn fuq fil-premessa (29) li rriżulta f'marġini ta' twaqqigħ tal-prezz ta' 2,8 %. Fuq din il-bażi, il-marġni rivedut ta' dannu huwa stabbilit f'livell ta' 10,6 %.

(81)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur ikkontesta l-metodoloġija segwita mill-Kummissjoni f'dan il-każ, għar-raġuni li l-Kummissjoni kienet de facto ċekknet l-ambitu tal-investigazzjoni sabiex dan jitnaqqas għal investigazzjoni reġjonali. Huwa argumenta wkoll li l-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu ta' hawn fuq ma jneħħix id-dannu lill-industrija tal-Unjoni komplessivament. L-ilmentatur innota wkoll li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Belarussja saru f'16-il Stat Membru differenti, jiġifieri ħafna iktar minn dawk użati mill-Kummissjoni għall-istabbiliment tal-marġni ta' dannu.

(82)

F'dan ir-rigward, jinħtieġ li jiġi osservat li l-Kummissjoni effettivament ibbażat l-analiżi tagħha tad-dannu fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni komplessivament, u kkonkludiet li t-tneħħija tal-Italja mill-valutazzjoni ma tibdilx l-istampa tad-dannu. Għal dak li jirrigwarda l-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu, anki jekk l-importazzjonijiet mill-Belarussja fil-fatt seħħew f'għadd ta' Stati Membri (fil-fatt 13) il-Kummissjoni bbażat il-kalkoli ta' eliminazzjoni ta' dannu fuq id-dejta li tirrigwarda biss il-kumpaniji fil-kampjun, li biegħu l-prodott simili f'għadd iktar limitat ta' pajjiżi, għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (29). Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà, għall-partijiet interessati kollha, li jitolbu rieżami interim ladarba r-riżultati tal-investigazzjoni tal-kartell jiġu finalizzati, u skont is-sitwazzjoni prevalenti f'dak iż-żmien.

1.4.   Konklużjoni dwar il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

(83)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn dwar il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu, grad tal-livell definittiv ta' tneħħija ta' dannu huwa stabbilit għal 10,6 %.

2.   Miżuri definittivi

(84)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li saru fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u f'konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jinħtieġ li jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell tal-marġni tad-dannu, f'konformità mar-regola tad-dazju inferjuri.

(85)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur Belarussjan iddikjara li ċ-ċirkustanzi tal-każ kienu jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta' miżuri taħt il-forma ta' ammont parzjali ħieles mid-dazju, jiġifieri li l-ewwel 200 000 tunnellata importati jkunu ħielsa mid-dazju, u li t-tul taż-żmien tal-miżuri jeħtieġ li jkun limitat għal sentejn.

(86)

Huwa mfakkar li d-dumping jirriżulta minn diskriminazzjoni fil-prezz u għalhekk ir-rimedju jinħtieġ li jikkonsisti minn dazji antidumping jew impenn ta' prezz. Kwota ħielsa mid-dazju kif mitlub mill-esportatur Belarussjan ma fihiex l-element tal-prezz li kien ipatti għad-dumping dannuż u għalhekk ma tistax tiġi aċċettata. F'dan il-każ ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex jitnaqqas il-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri. Jekk iċ-ċirkostanzi jinbidlu, il-Belarussjan għandu l-possibbiltà li jitlob rieżami tal-miżuri skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Il-talbiet għalhekk ma ntlaqgħux. Huwa mfakkar ukoll li l-Kummissjoni tista' terġa' tirrevedi r-riżultati jekk l-investigazzjoni tal-kartell titfa' dubju fuq ir-riżultati definittivi stabbiliti f'dan ir-regolament.

(87)

Fuq il-bażi ta' hawn fuq, ir-rata li biha se jiġu imposti dawn id-dazji hija stabbilita kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dannu

(%)

Marġni tad-dumping

(%)

Rata tad-dazju antidumping definittiv

(%)

BMZ

10,6

58,4

10,6

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

10,6

58,4

10,6

3.   Ġbir definittiv tad-dazju proviżorju

(88)

Fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping li nstabu u minħabba l-livell ta' dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti garantiti permezz tad-dazju antidumping proviżorju impost bir-Regolament proviżorju jinħtieġ li jinġabru b'mod definittiv.

(89)

Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax opinjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti żbarri u vireg li jirrinforzaw il-konkos, tal-ħadid jew tal-azzar li mhuwiex liga, mhux iktar maħdum milli mikwija bis-sħana, irrumblati jew estrużi bis-sħana, iżda inklużi dawk milwija wara r-rumblar u wkoll dawk li fihom għafsiet, kustilji, skanalaturi jew deformazzjonijiet oħrajn magħmulin waqt il-proċess tal-irrumblar. L-iżbarri u l-vireg li jirrinforzaw il-konkos tal-ħadid jew tal-azzar b'reżistenza għolja għar-reħi huma esklużi. Prodotti twal oħrajn, bħalma huma staneg tondi huma esklużi. Il-prodott ikkonċernat joriġina mill-Belarussja u attwalment jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7214 10 00, ex 7214 20 00, ex 7214 30 00, ex 7214 91 10, ex 7214 91 90, ex 7214 99 10 u ex 7214 99 95 (kodiċijiet TARIC: 7214100010, 7214200020, 7214300010, 7214911010, 7214919010, 7214991010, 7214999510).

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun ta' 10,6 %.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali

Artikolu 2

L-ammonti garantiti bħala dazji antidumping proviżorji skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2303 għandhom jinġabru b'mod definittiv.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU C 114, 31.3.2016, p. 3.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2303 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jimponi dazju antidumping proviżorju li jikkonċerna importazzjonijiet ta' ċerti żbarri u vireg li jirrinforzaw il-konkos li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 4).

(4)  Is-Sentenza f'Extramet vs Il-Kunsill, C-358/89, EU:C:1992:257, il-paragrafi minn 17 sa 20. Ara wkoll, b'analoġija, is-sentenzi Matra vs Il-Kummissjoni, C-225/91, EU:C:1993:239, il-paragrafi minn 40 sa 47; f'RJB Mining vs Il-Kummissjoni, IT-156/98, EU:T:2001:29, il-paragrafi minn107 sa 126; u Secop vs Il-Kummissjoni, IT-79/14, EU:T:2016:118, il-paragrafi minn 79 sa 86.

(5)  Il-kawża I742

(6)  Jiġifieri, l-volumi tal-esportazzjoni lejn l-Irlanda u r-Renju Unit kienu esklużi.

(7)  “Analiza wplywu zmian administracyjnych na wielkosc szarej strefy na rynku pretow zbrojeniowych i sytuacje sektora finansow publicznych” Ernst & Young, Varsavja Marzu 2014

(8)  ĠU L 204, 29.7.2016, p. 70.

(9)  Mir-Rapport McKinsey fil-laqgħa tal-Kumitat tal-Azzar tal-OECD f'Diċembru 2013.

(10)  Il-profitt miksub fis-sena 2012; għas-snin l-oħra tal-perjodu kkunsidrat, jiġifieri bejn l-2013 u l-2015, il-produtturi tal-Unjoni rreġistraw telf.

(11)  Divulgazzjoni speċifika li rċevew il-partijiet interessati l-Anness 3


DEĊIŻJONIJIET

17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/21


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1020

tat-8 ta' Ġunju 2017

dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-Kroazja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, il-forniment ta' data personali previst skont dik id-Deċiżjoni ma jistax isir sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fil-Kapitolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tat-territorji tal-Istati Membri involuti f'tali forniment.

(2)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (3) jipprevedi li l-verifika li l-kondizzjoni msemmija fil-premessa 1 tkun ġiet sodisfatta fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI trid issir abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju, żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota.

(3)

F'konformità mal-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta' data u jrid jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta' data.

(4)

Il-Kroazja lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju tad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi (VRD).

(5)

Il-Kroazja wettqet b'suċċess prova pilota man-Netherlands.

(6)

Saret żjara ta' evalwazzjoni fil-Kroazja u sar rapport dwar iż-żjara ta' evalwazzjoni mill-iskwadra ta' evalwazzjoni Netherlandiża u Rumena li ntbagħat lill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(7)

Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju ta' VRD.

(8)

Fid-19 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill, wara li ħa nota tal-ftehim tal-Istati Membri kollha marbutin bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ikkonkluda li l-Kroazja kienet implimentat għalkollox id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fl-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(9)

Għalhekk, għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat tal-VRD, jenħtieġ li l-Kroazja tkun intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(10)

Fis-sentenza tagħha tat-22 ta' Settembru 2016 fil-Kawżi Magħquda C-14/15 u C-116/15 (4), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonkludiet li l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI jistabbilixxi illegalment ir-rekwiżit ta' unanimità għall-adozzjoni tal-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni.

(11)

Madankollu, l-Artikolu 33 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI jagħti lill-Kunsill setgħat ta' implimentazzjoni bil-ħsieb tal-adozzjoni tal-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni, b'mod partikolari fir-rigward tar-riċeviment u l-forniment ta' data personali previsti skont dik id-Deċiżjoni.

(12)

Peress li l-kondizzjonijiet biex jingħata bidu għall-eżerċizzju ta' tali setgħat ta' implimentazzjoni ġew sodisfatti u l-proċedura f'dan ir-rigward ġiet segwita, jenħtieġ li tiġi adottata Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' VRD fil-Kroazja sabiex dak l-Istat Membru jkun jista' jirċievi u jforni data personali skont l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(13)

Id-Danimarka hi marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(14)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi, il-Kroazja hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI mit-18 ta' Ġunju 2017.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika skont it-Trattati.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

U. REINSALU


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  L-Opinjoni tat-13 ta' Frar 2017 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).

(4)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Settembru 2016, Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill, Kawżi Magħquda C-14/15 u C-116/15, ECLI:EU:C:2016:715.


17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1021

tal-10 ta' Jannar 2017

dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44727 2016/C (eks 2016/N) li Franza qed tippjana li timplimenta favur il-grupp Areva

(notifikata bid-dokument C(2016) 9029)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom f'konformità mal-Artikoli msemmija (1), u wara li kkunsidrat dawn il-kummenti,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Wara kuntatti ta' qabel in-notifika, fid-29 ta' April 2016 l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni għajnuna għar-ristrutturar lill-Grupp Areva (minn hawn 'il quddiem, “il-Grupp Areva”) fil-forma ta' sottoskrizzjoni tal-Istat Franċiż għal żewġ żidiet fil-kapital. Huma bagħtu informazzjoni supplimentari lill-Kummissjoni permezz tal-ittri tas-27 ta' Mejju u tas-6 ta' Lulju 2016.

(2)

B'ittra ddatata d-19 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni nfurmat lill-awtoritajiet Franċiżi bid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem, “TFUE”) fir-rigward ta' din l-għajnuna. L-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw lill-Kummissjoni l-kummenti tagħhom dwar din id-deċiżjoni permezz tal-ittra tat-12 ta' Settembru 2016.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda proċedura (minn hawn 'il quddiem imsejħa “id-deċiżjoni tal-ftuħ”) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) fid-19 ta' Awwissu 2016. Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-għajnuna inkwistjoni.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet dwar dan is-suġġett fl-iskadenzi mogħtija, mingħand dawn il-partijiet interessati: Urenco, Teollisuuden Voima Oyj (minn hawn 'il quddiem, “TVO”), Siemens, il-Grupp Areva, kif ukoll parti terza li ma xtaqitx tikxef l-identità tagħha. Hija bagħtithom lill-awtoritajiet Franċiżi, waqt li tathom il-possibbiltà li jikkummentaw dwarhom, u rċeviet il-kummenti tagħhom bl-ittra tat-18 ta' Ottubru 2016.

(5)

L-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw lill-Kummissjoni sensiela ta' osservazzjonijiet supplimentari fit-30 ta' Novembru, imbagħad fis-7, fit-12, fil-21 u fit-22 ta' Diċembru 2016.

(6)

B'mod parallel għall-proċedura dwar l-għajnuna għar-ristrutturar, fis-27 ta' Lulju 2016 l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni għajnuna għas-salvataġġ ta' EUR 3,3 biljun fil-forma ta' żewġ selfiet lill-Grupp Areva, waħda ta' EUR 2 biljun mogħtija lill-kumpanija prinċipali Areva SA (minn hawn 'il quddiem, “Areva SA”), u l-oħra ta' EUR 1,3 biljun lis-sussidjarja Nouvel Areva li hija 100 % proprjetà tagħha (minn hawn 'il quddiem, “Nouvel Areva”) (3). Dawn is-selfiet huma maħsuba li jiġu kkonvertiti f'kapital ta' dawn iż-żewġ entitajiet meta jiżdied il-kapital li huwa s-suġġett ta' din id-deċiżjoni. In-notifika tal-għajnuna għas-salvataġġ, irreġistrata bin-numru SA.46077, hija s-suġġett ta' deċiżjoni separata.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

2.1.   Il-benefiċjarju u l-kuntest tal-għoti tal-għajnuna

2.1.1.   Preżentazzjoni tal-Grupp Areva

(7)

Il-Grupp Areva huwa elenkat fil-borża u l-Istat Franċiż jikkontrolla b'mod dirett jew indirett 86,52 % minnu. Fil-fatt, 28,83 % tal-kumpanija prinċipali, Areva SA, huma proprjetà diretta tal-Istat, filwaqt li 54,37 % u 3,32 % ta' Areva SA rispettivament huma proprjetà indiretta permezz tal-Commissariat à l'Energie Atomique (Kummissjoni għall-Enerġija Atomika, minn hawn 'il quddiem “CEA”) u ta' Bpifrance Participations. Areva SA għandha l-kumpaniji sussidjarji fil-perċentwali ta' kontroll ippreżentati fil-Grafika nru 2 aktar 'l isfel.

(8)

Il-Grupp Areva jopera fis-swieq nukleari b'attivitajiet li jkopru ċ-ċiklu sħiħ, permezz ta' erba' fergħat ta' negozju:

(a)

il-minjieri (l-esplorazzjoni, l-iżvilupp, l-operat u r-riorganizzazzjoni ta' proġetti ta' minjieri), li kienu jirrappreżentaw 18 % tal-fatturat tagħha fl-2015;

(b)

l-attivitajiet upstream taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari (il-konverżjoni u l-arrikkiment tal-uranju, id-disinn u l-manifattura tal-fjuwil nukleari), li kienu jirrappreżentaw 28 % tal-fatturat tagħha fl-2015;

(c)

l-attivitajiet downstream taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari (it-trattament tal-iskart nukleari u r-riċiklaġġ fil-forma ta' fjuwil “MOX” (4), il-loġistika nukleari, id-dekummissjonar u s-servizzi), li kienu jirrappreżentaw 19 % tal-fatturat tagħha fl-2015;

(d)

ir-reatturi u s-servizzi relatati (id-disinn, il-manifattura u l-manutenzjoni tar-reatturi nukleari, inklużi reatturi nukleari għall-propulsjoni navali, u attivitajiet sekondarji oħrajn bħall-kejl nukleari), li kienu jirrappreżentaw 34 % tal-fatturat tagħha fl-2015.

(9)

Attività oħra, fuq skala iżgħar u li għadha qed tiġi ppjanata, hija dik tal-enerġija rinnovabbli. Din l-attività kienet tirrappreżenta inqas minn 1 % tal-fatturat tal-Grupp Areva fl-2015.

(10)

Bażikament, dawn l-erba' fergħat jikkorrispondu għal żewġ attivitajiet prinċipali storikament distinti u komplementari: (i) il-ġestjoni taċ-ċiklu tal-materjal nukleari li jinkludi fih il-minjieri, l-attivitajiet upstream u downstream, u (ii) l-attività tar-reatturi. L-ewwel attività kienet żviluppata minn Cogema u t-tieni minn Framatome, qabel ma dawn iż-żewġ kumpaniji ngħaqdu fl-2001 biex jifformaw il-Grupp Areva.

Graff 1

Preżentazzjoni skematika tal-attivitajiet tal-Grupp Areva

Image

(11)

Id-distinzjoni bejn dawn iż-żewġ gruppi ewlenin baqgħet l-istess fil-pjan organizzattiv tal-Grupp Areva magħqud, kif jidher fil-Graff 2. B'hekk l-attività tar-reatturi hija inkluża fis-sussidjarja Areva Nuclear Power (“Areva NP”) (u fil-Korporazzjoni Teknika għall-Enerġija Atomika (“Areva TA”) f'dak li jirrigwarda l-propulsjoni navali), filwaqt li l-attività taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari hija maqsuma bejn Areva Nuclear Cycle (“Areva NC”) għall-attivitajiet upstream u downstream taċ-ċiklu, u s-sussidjarja msejħa “Areva Mines” għall-attività tal-minjieri. L-assemblaġġ tal-fjuwils nukleari, minkejja li huwa relatat maċ-ċiklu tal-materjal nukleari, huwa fdat f'idejn Areva NP minħabba s-sinerġiji kbar bejn id-disinn tal-assemblaġġi u dak tar-reatturi (5).

Graff 2

Organigramma ssimplifikata tal-Grupp Areva fil-31 ta' Diċembru 2014

Image

(12)

Fil-31 ta' Diċembru 2015, il-Grupp Areva kien jimpjega 39 537 persuna. Fl-2015, il-fatturat totali tagħha kien jammonta għal EUR 8,2 biljun meta mqabbel ma' EUR 8,3 biljun fl-2014. Madankollu, taħt l-istandard IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx (6), il-fatturat ippubblikat tal-Grupp Areva kien ta' EUR 4,2 biljun.

2.1.2.   Id-diffikultajiet tal-Grupp Areva

(13)

Id-diffikultajiet li ltaqa' magħhom il-Grupp Areva huma dovuti l-ewwel nett għall-konsegwenzi tat-taqlib qawwi fis-suq nukleari u għad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja mill-2008 'l hawn. Barra minn hekk il-Grupp Areva sofra telf konsiderevoli f'numru limitat ta' proġetti industrijali. Fl-aħħar nett, il-qligħ tiegħu mar lura wara ċerti akkwisti u l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet.

(14)

Rigward l-ewwel punt, l-inċident ta' Fukushima fl-2011 ikkontribwixxa għal tibdil ekonomiku mgħaġġel fis-swieq nukleari. Minn dakinhar, għadd ta' reatturi twaqqfu u pajjiżi bħall-Ġermanja u l-Isvizzera ddeċidew li ma jibqgħux jużaw l-enerġija nukleari. Proġetti ta' impjanti ġodda f'pajjiżi bħaċ-Ċina, ukoll ġew rifjutati. Għaldaqstant ġew affettwati kemm is-suq tal-fjuwil kif ukoll dak tar-reatturi, li kien ifisser deterjorament fir-rendiment tal-Grupp Areva.

(15)

It-tnaqqis tas-sorsi ta' finanzjament fit-tul, minħabba l-kriżi finanzjarja tal-2008 u l-istandards ta' prudenza ġodda fis-seħħ, seta' wkoll ikkomplika l-finanzjament ta' proġetti li jeħtieġu kapital daqstant intensiv bħall-impjanti tal-enerġija nukleari.

(16)

Finalment, it-tnaqqis tas-suq u l-kapaċitajiet żejda li nħolqu minħabba f'dan seħħew fi żmien fejn il-Grupp Areva kien iddeċieda li jinvesti fl-immodernizzar u kien qed jiffaċċja żieda fl-ispejjeż operattivi. Din is-sitwazzjoni affettwat direttament il-flussi tal-flus tiegħu u għalhekk kellu jirrikorri għad-dejn biex jiffinanzja l-operazzjonijiet tiegħu fuq żmien qasir. Fl-istess waqt u minħabba d-deterjorament fil-prospetti tas-suq, il-Grupp Areva kellu jwettaq deprezzament tal-assi.

(17)

Rigward it-tieni punt, il-Grupp Areva akkumula telf kbir f'numru sinifikanti ta' proġetti industrijali, ewlieni fosthom il-bini ta' impjant tal-enerġija nukleari tal-aħħar ġenerazzjoni f'Olkiluoto fil-Finlandja (“il-proġett OL3”) għall-klijent TVO.

(18)

Il-proġett huwa mmexxi minn konsorzju (minn hawn 'il quddiem, “il-Konsorzju”) ifformat fl-2003 mill-Grupp Areva, permezz ta' Areva NP u s-sussidjarja tagħha Areva GmbH (minn hawn 'il quddiem, “Areva GmbH”), u Siemens. Is-sit tax-xogħol akkumula dewmien ta' madwar disa' snin, u spejjeż addizzjonali għall-Grupp Areva li jikkorrispondu għal telf finali ta' madwar EUR 5,5 biljun (7). Il-Grupp Areva, permezz tal-kumpanija prinċipali tiegħu Areva SA, ħareġ ġaranzija ta' obbligazzjonijiet favur il-klijent TVO, li l-validità u l-ambitu tagħhom madankollu għadhom iridu jiġu eżaminati mill-awtoritajiet Franċiżi.

(19)

Il-proġett OL3 huwa s-suġġett ta' tilwima b'arbitraġġ kbira bejn il-Konsorzju u TVO, fejn kull parti qiegħda tattribwixxi lill-oħra l-kawża tad-dewmien kbir u tal-ispejjeż addizzjonali rreġistrati fis-sit. Il-partijiet qegħdin jitolbu mingħand xulxin diversi biljuni ta' euro f'rimedji. […] (*1).

(20)

Il-Konsorzju u TVO kienu bdew jinnegozjaw ftehim komprensiv li jistabbilixxi b'kuntratt data provviżorja ġdida ta' kunsinna (8) […], li ttemm it-tilwima b'arbitraġġ […] (9).[…].

(21)

L-awtoritajiet Franċiżi taw ukoll dettalji dwar it-telf relatat mal-proġetti RJH (Reattur Jules Horowitz — proġett ta' reattur nukleari ta' riċerka kurrenti ta' kostruzzjoni fuq iċ-ċentru CEA ta' Cadarache) u […] (tiġdid tar-reattur […] taċ-ċentrali […]), li sal-lum huma l-kawża ta' diversi mijiet ta' miljun ta' euro f'telf.

(22)

Rigward it-tielet punt, is-saħħa finanzjarja tal-Grupp Areva ddeterjorat ukoll wara akkwisti ta' proġetti ta' żvilupp mhux profittabbli, b'mod partikolari fl-oqsma tal-minjieri (l-akkwist tal-kumpanija Uramin li ġġenerat, pereżempju, kważi […] euro f'telf) u tal-enerġija rinnovabbli.

(23)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Grupp Areva irreġistra telf kbir li l-ammont akkumulat tiegħu qabeż EUR 9 biljun għas-snin finanzjarji 2011 sal-2015. Biex jiffinanzja dan it-telf u l-investimenti meħtieġa għall-immodernizzar tal-għodod industrijali (10), il-Grupp Areva kellu jirrikorri għad-dejn kemm mill-banek (minn hawn 'il quddiem, “dejn bankarju”) u fis-swieq tal-kapital (minn hawn 'il quddiem “dejn ta' bonds”). Wara l-pubblikazzjoni tal-linji bankarji ġodda fil-bidu tal-2016, id-dejn tiegħu fil-5 ta' Jannar 2016 kien jilħaq EUR 9,4 biljun (11), li EUR 6,0 biljun minnhom kienu dejn ta' bonds.

(24)

Minħabba l-prospetti ta' qligħ tal-Grupp Areva, l-istruttura ta' kapital tiegħu ma tippermettilux li jiffaċċja d-djun tiegħu, u huwa għalhekk li l-awtoritajiet Franċiżi bdew ristrutturar estensiv mal-Grupp Areva.

2.2.   Il-pjan ta' ristrutturar tal-Grupp Areva

(25)

Fin-notifika tagħhom tad-29 ta' April 2016 l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw pjan ta' ristrutturar li jkopri l-perjodu ta' bejn Novembru 2014 sa Diċembru 2019 (minn hawn 'il quddiem “il-perjodu ta' ristrutturar”) li għandu l-għan li jirrestawra l-kompetittività tal-Grupp Areva u jsaħħaħ l-istruttura finanzjarja tiegħu. Dan il-pjan jipprovdi l-iffukar mill-ġdid tal-Grupp Areva fuq l-attivitajiet taċ-ċiklu tal-materjal nukleari. Dan huwa akkumpanjat minn ristrutturar industrijali, permezz ta' Pjan ta' Prestazzjoni u ta' Kompetittività li għandu l-għan li jiġġenera ffrankar ta' madwar EUR 500 miljun kull sena fi spejjeż mill-2018 fl-ambitu tal-attivitajiet imwettqa. Huwa akkumpanjat ukoll minn ristrutturar finanzjarju kbir, li jinkludi fost l-oħrajn ir-rikapitalizzazzjoni tal-Grupp Areva.

2.2.1.   L-iffukar mill-ġdid fuq l-attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari

(26)

L-iffukar mill-ġdid fuq l-attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari huwa bbażat fuq (i) il-bejgħ tal-attivitajiet l-oħra tal-Grupp Areva, (ii) il-ħolqien tal-entità ġuridika ġdida Nouvel Areva biex tilqa' l-attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, u (iii) l-iżolament ta' ċerti obbligazzjonijiet eżistenti fi ħdan il-kumpanija prinċipali attwali Areva SA.

2.2.1.1.   Il-bejgħ li sar jew li huwa ppjanat mill-Grupp Areva

(27)

Dan jirrigwarda lis-sussidjarji u lill-attivitajiet li ġejjin:

(a)

L-attivitajiet li għandha llum Areva NP, sussidjarja 100 % ta' Areva SA.

(b)

Areva TA, proprjetà diretta jew indiretta ta' Areva SA bi 83,58 %. Minħabba n-natura sensittiva tal-attivitajiet ta' propulsjoni nukleari ta' Areva TA, l-ishma tal-Grupp Areva fil-kumpanija nbiegħu lil konsorzju ta' azzjonisti pubbliċi (l-Istat Franċiż, is-CEA u l-impriża Franċiża tad-difiża DCNS). Il-kuntratt tal-bejgħ ġie ffirmat mill-partijiet għat-tranżazzjoni fil-15 ta' Diċembru 2016. Areva TA inbiegħet mingħajr is-sussidjarja tagħha Elta, li ġiet mibjugħa separatament.

(c)

Canberra, li tagħha l-Grupp Areva huwa 100 % azzjonist: il-bejgħ ta' din is-sussidjarja huwa effettiv mill-1 ta' Lulju 2016.

(d)

Bejgħ ieħor inqas importanti, bħal dak tas-sussidjarja Elta (proprjetà b'66 % ta' Areva TA u b'34 % ta' Areva SA) li tispeċjalizza fis-sistemi elettroniċi għall-industrija aerospazjali, […].

(28)

Barra minn hekk, il-Grupp Areva qed jippjana li jirtira minn kważi l-attivitajiet kollha tiegħu fl-enerġija rinnovabbli u fil-ħżin tal-enerġija fi żmien qasir jew medju. Il-kumpanija Adwen, li tispeċjalizza fit-turbini eoliċi fuq il-baħar, waslet biex tinbiegħ lill-grupp Spanjol Gamesa. Rigward it-turbini galleġġanti, […]. Rigward il-bijomassa, […]. Fil-każ tal-konċentrazzjoni tal-enerġija solari, fl-2014, il-Grupp Areva iddeċieda li jwaqqaf gradwalment l-attivitajiet tiegħu wara l-implimentazzjoni tal-proġetti kurrenti. Fl-aħħar nett, il-Grupp Areva għandu parteċipazzjoni minoritarja f'kumpanija li tiżviluppa teknoloġiji tal-elettroliżi għall-ħżin tal-enerġija, u f'attività ta' riċerka u żvilupp fil-batteriji taċ-ċirkolazzjoni u ċ-ċelloli tal-fjuwil idroġenu.

(29)

Il-bejgħ tal-attivitajiet imwettqa sal-lum minn Areva NP isegwi proċeduri speċifiċi u huwa soġġett għal ċertu numru ta' kundizzjonijiet, deskritti fil-kuntratt ta' bejgħ tal-ishma (“ftehim ta' xiri ta' ishma — share purchase agreement”, minn hawn 'il-quddiem, “l-SPA”) iffirmat minn EDF u l-Grupp Areva fil-15 ta' Novembru 2016.

(30)

L-ewwel nett ġie miftiehem li EDF tiġi protetta kontra ċertu numru ta' riskji li llum huma relatati ma' Areva NP. Dawn ir-riskji jirrigwardaw l-ewwel nett l-issoktar tal-proġett OL3, u wkoll l-anomaliji misjuba fir-rekords tal-monitoraġġ tal-manifattura ta' tagħmir prodott minn Areva NP f'siti bħal Le Creusot, Jeumont u Saint-Marcel (minn hawn 'il-quddiem, “il-kuntratti ta' komponenti”). Biex jagħmlu dan, Areva u EDF għażlu li jużaw mekkaniżmu ta' diviżjoni f'sussidjarji 'l isfel (“drop down”) li jikkonsisti fit-trasferiment tal-attivitajiet ewlenin ta' Areva NP f'entità ġdida (minn hawn 'il-quddiem, “Nouvel Areva NP”) li kellha tinbiegħ lil EDF. L-Areva NP storika, u permezz tagħha l-kumpanija prinċipali Areva SA, ser iżommu fi ħdanhom l-attivitajiet marbuta mat-twettiq tal-kuntratt tal-proġett OL3, […] (12).

(31)

Imbagħad, il-bejgħ isir biss meta jitneħħew ċertu numru ta' kundizzjonijiet. Fost dawn hemm il-kundizzjoni li […] proġett Flamanville 3 ma jippreżentax anomaliji li jżidu b'mod sinifikanti l-ispejjeż tal-kontinwazzjoni tal-proġett jew itawluh aktar. […] tank huwa […] is-suġġett ta' programm ta' validazzjoni speċifika wara li fl-2014 instabu valuri mhux konformi f'testijiet li saru fuq parti simili għal dik ta' Flamanville 3, li wasslu għal konċentrazzjoni ta' karbonju ogħla minn kemm kien mistenni (minn hawn 'il quddiem, “is-segregazzjoni tal-karbonju”). Il-Grupp Areva u EDF ipproponew miżuri addizzjonali (minn hawn 'il quddiem “il-programm ta' ġustifikazzjoni”) bl-għan li jipprovdu garanziji addizzjonali fit-turija tal-affidabbiltà u tas-sigurtà tat-tank minkejja din il-problema ta' segregazzjoni tal-karbonju. Dawn l-aġġustamenti ġew validati mill-Awtorità tas-Sigurtà Nukleari (Autorité de Sûreté Nucléaire, minn hawn 'il quddiem, “ASN”) (13). It-testijiet inklużi fil-programm ta' ġustifikazzjoni komplew sal-aħħar tas-sena 2016. Fis-16 ta' Diċembru 2016, il-Grupp Areva u EDF issottomettew rapport finali dwar dawn it-testijiet lill-ASN, li jipprovdi perjodu ta' ħames xhur għall-analiżi tar-riżultati u l-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet definittivi tagħha.

(32)

Il-pjan ta' ristrutturar inizjali kien jipprovdi li Nouvel Areva iżżomm sehem strateġiku ta' 15 % f'Nouvel Areva NP. Bi tweġiba għad-dubji mqajma mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni fil-fond tagħha, l-awtoritajiet Franċiżi madankollu ntrabtu biex l-irtirar tal-Grupp Areva mill-attività tar-reatturi jkun totali, li jfisser li Areva SA u Nouvel Areva ma jkollhomx aktar konnessjoni ta' kapital ma' Nouvel Areva NP wara l-pjan ta' ristrutturar notifikat lill-Kummissjoni.

2.2.1.2.   Is-sussidjarjetà tal-attivitajiet taċ-ċiklu tal-materjal nukleari

(33)

Il-Grupp Areva ħoloq il-kumpanija Nouvel Areva, li llum hija 100 % proprjetà ta' Areva SA, biex jiġbor flimkien:

(a)

l-assi kollha tal-Grupp Areva fiċ-ċiklu tal-materjal nukleari għall-attivitajiet tal-minjieri, tal-kimika, tal-arrikkiment, tad-dekummissjonar, tar-riċiklaġġ u tal-inġinerija taċ-ċiklu, inklużi t-titoli ta' Areva NC u ta' Areva Mines, minbarra l-assi maħsuba li ser jinbiegħu;

(b)

il-bonds u d-dejn fi ħdan il-grupp.

(34)

Fit-30 ta' Awwissu 2016, ġie ffirmat il-ftehim ta' kontribuzzjoni parzjali tal-assi ta' Areva SA lil Nouvel Areva u l-qbil tal-kredituri kollha detenturi ta' bonds trasferiti lil Nouvel Areva inkiseb fis-27 ta' Settembru 2016. Il-ħolqien ta' Nouvel Areva ġie approvat mil-laqgħa ġenerali straordinarja tal-azzjonisti ta' Areva SA fit-3 ta' Novembru 2016.

(35)

Huwa previst li l-kapital ta' din l-entità l-ġdida jiżdied bi EUR 3 biljun mill-Istat Franċiż u minn ċertu numru ta' investituri terzi. L-Istat Franċiż ser jikkontribwixxi EUR 2,5 biljun u l-investituri terzi EUR 500 miljun. Peress li l-ishma ta' Nouvel Areva kienu ġew ivvalutati għal EUR 2 biljun qabel it-tranżazzjoni, il-kapital ta' din l-entità ser jinżamm skont l-ordni ta' kobor li ġejja, wara l-operazzjoni: 40 % għal Areva SA, 50 % għall-Istat Franċiż b'mod dirett, u 10 % għall-investituri terzi.

2.2.1.3.   L-iżolament ta' ċerti obbligazzjonijiet tal- Grupp Areva

(36)

Ir-ristrutturar jipprovdi li r-riskji marbuta ma' OL3 u […] jinġarru, b'mod dirett jew permezz ta' Areva NP, mill-kumpanija prinċipali attwali, Areva SA. Barra minn hekk Areva SA ser iżżomm id-dejn bankarju sottoskritt mill-Grupp Areva u ser jonqsulha wkoll l-attivitajiet ewlenin tagħha permezz tal-operazzjonijiet ta' bejgħ ta' Nouvel Areva NP u bit-tqassim lis-sussidjarji tal-attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari.

2.2.2.   Il-Pjan ta' Prestazzjoni u tal-Kompetittività

(37)

Biex itejjeb il-kompetittività tiegħu u l-prestazzjoni operattiva tiegħu ladarba jkun iffoka mill-ġdid fuq iċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, il-Grupp Areva beda jimplimenta Pjan ta' Prestazzjoni u ta' Kompetittività.

(38)

Dan kellu jgħin biex jiġu ġġenerati, wara sforzi kbar, EUR 500 miljun fis-sena f'iffrankar tal-ispejjeż f'Nouvel Areva.

(39)

Il-pjan ta' Prestazzjoni u ta' Kompetittività kien imfassal fuq erba' assi: (i) is-selettività tax-xiri, (ii) it-titjib tal-iskjerament tal-forzi tal-bejgħ, (iii) it-titjib tal-produttività, (b'mod partikolari permezz ta' pjan ta' sensji volontarji) u (iv) il-kontroll tal-bidliet fil-pagi. L-ewwel miżuri ttieħdu fl-2015, u l-implimentazzjoni tal-Pjan kellha ddum sal-2018.

2.2.3.   Ir-ristrutturar finanzjarju

(40)

L-istruttura finanzjarja ftit li xejn sostenibbli tal-Grupp Areva kienet teħtieġ ristrutturar.

(41)

Id-dħul mill-bejgħ tad-diversi sussidjarji elenkati fil-premessi 27 u 28 huwa l-ewwel sors ta' finanzjament għall-ħtiġijiet ta' likwidità tal-Grupp Areva.

(42)

Il-Grupp Areva immobilizza wkoll finanzjament proprju ta' madwar EUR [0-2 biljun], imqassmin bejn tnaqqis strutturali ta' EUR [0-1 biljun] tal-limitu minimu tal-flus kontanti tiegħu u dejn ta' EUR [0-1 biljun]. Id-dettalji ta' dawn l-operazzjonijiet huma mogħtija aktar 'l isfel fil-premessa 321.

(43)

Madankollu, dawn ir-riżorsi ma kinux biżżejjed biex il-Grupp Areva jlaħħaq mad-dejn tiegħu. B'hekk l-awtoritajiet Franċiżi stmaw il-ħtieġa ta' ekwità tal-Grupp Areva għal EUR 5 biljun. B'hekk il-pjan ta' ristrutturar tal-Grupp Areva kien jipprovdi għal injezzjoni ta' kapital ta' EUR 5 biljun, bil-ħsieb li jinqasmu kif ġej:

(a)

EUR 3 biljun lil Nouvel Areva, sottoskritti skont il-metodi deskritti fil-premessa 35. Dan l-ammont ġie kkalkulat bl-ikkunsidrar ta' żewġ għanijiet: l-ewwel, li jiġu assigurati l-ħtiġijiet ta' likwidità ta' Nouvel Areva sal-2019 u, it-tieni, li mit-tmiem tal-perjodu ta' ristrutturar Nouvel Areva tikseb proporzjonijiet ta' dejn kompatibbli ma' profil tar-riskju “grad ta' investiment” biex tkun tista' tiffinanzja lilha nfisha fis-swieq […] (14).

(b)

EUR 2 biljun lil Areva SA, sottoskritti kollha mill-Istat Franċiż, biex ikopru l-ispejjeż tal-bqija tal-attivitajiet ta' din l-entità (jiġifieri primarjament l-ispejjeż tal-proġett OL3, […], u r-rimborż tad-dejn bankarju tal-Grupp Areva (15)).

2.3.   Għajnuna notifikata

(44)

Fid-29 ta' April 2016, l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw bħala għajnuna waħda għar-ristrutturar, is-sottoskrizzjoni ppjanata tal-Istat Franċiż għal żidiet ta' kapital ta' Areva SA u ta' Nouvel Areva rispettivament, għal ammont totali ta' EUR 4,5 biljun. Huwa previst li din l-għajnuna tkun iffinanzjata mir-riżorsi proprji tal-Istat Franċiż.

(45)

Il-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar hija analizzata skont il-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (16) (minn hawn 'il quddiem, il-“Linji gwida”). Wara eżami inizjali, il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji dwar il-konformità ta' din l-għajnuna mal-Linji gwida.

2.4.   Raġunijiet li għalihom ngħata bidu għall-proċedura

2.4.1.   Dubji dwar il-pjan ta' ritorn għall-vijabbiltà fit-tul tal-Grupp Areva ristrutturat

(46)

Il-Kummissjoni kellha dubji dwar kemm kienu reali s-suppożizzjonijiet tal-pjan ta' ritorn għall-vijabbiltà fit-tul tal-Grupp Areva.

(47)

Fil-fatt, il-Kummissjoni nnutat li x-xenarju bażiku ta' Nouvel Areva ma kienx jidentifika b'mod ċar l-impatt potenzjali fuq l-attivitajiet taċ-ċiklu tal-materjal nukleari u f'termini ta' telf ta' sinerġiji, mid-diversi trasferimenti ppjanati bħala parti mir-ristrutturar (l-ewwel waħda fosthom Nouvel Areva NP). Kien hemm kontradizzjoni mad-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi li dawn it-trasferimenti kienu ser inaqqsu l-kompetittività tal-Grupp Areva ristrutturat u għaldaqstant kienu jikkostitwixxu miżuri kompensatorji reali.

(48)

Il-Kummissjoni nnutat ukoll li x-xenarju degradat ma kienx strutturat b'analiżi tas-sensittività li turi biċ-ċar u tikklassifika l-fatturi tar-riskju ewlenin li setgħu jaffettwaw lil Grupp Areva.

(49)

Barra minn hekk il-Kummissjoni ma kinitx ċerta li Nouvel Areva setgħet tirritorna għall-vijabbiltà fit-tul fil-kuntest ta' xenarju degradat, peress li dan ix-xenarju kien juri biċ-ċar defiċit finanzjarju […].

(50)

F'dak li jirrigwarda lil Areva SA, il-projezzjonijiet notifikati mill-awtoritajiet Franċiżi kienu għadhom soġġetti għal għadd kbir ta' inċertezzi, relatati fost l-oħrajn mal-kwantifikazzjoni tax-xenarju ta' tqassim f'sussidjarji minn isfel għal fuq.

2.4.2.   Dubji dwar il-proporzjonalità tal-għajnuna

(51)

Fid-dawl tal-informazzjoni notifikata mill-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prinċipju ta' tqassim ġust tal-piż deher li ġie osservat, madankollu kienu meħtieġa kjarifiki fuq it-trattament tal-azzjonisti minoritarji eżistenti.

(52)

Madankollu, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-kontribuzzjoni proprja tal-Grupp Areva għall-ispejjeż tar-ristrutturar tiegħu. Abbażi tal-projezzjonijiet provduti mill-awtoritajiet Franċiżi, il-Grupp Areva fil-prinċipju kien jidher li kapaċi jiffinanzja aktar minn 50 % tal-ispejjeż ta' ristrutturar tiegħu. Madankollu, it-total ta' dawn il-kontribuzzjonijiet proprji kien juri ammont ta' EUR [9-11-il biljun], ogħla mill-ħtiġijiet ta' finanzjament stmati EUR [8-9 biljun], mingħajr ma din id-differenza kienet iġġustifikata kif xieraq. Barra minn hekk, ħafna mill-operazzjonijiet li setgħu jiġġeneraw kontribuzzjoni proprja, bħad-diversi trasferimenti ppjanati jew il-kontribuzzjoni ta' investituri terzi għaż-żieda ta' kapital ta' Nouvel Areva, kienu għadhom jidhru inċerti wisq biex setgħu jiġu kkwalifikati bħala kontribuzzjonijiet “reali u fattwali”.

2.4.3.   Dubji dwar il-miżuri biex tiġi limitata d-distorsjoni fil-kompetizzjoni

(53)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li d-diversi trasferimenti, totali jew parzjali, implimentati mill-Grupp Areva kienu jwasslu għal tnaqqis konsiderevoli tal-ambitu tiegħu — b'madwar 50 % jekk wieħed jieħu bħala parametri l-fatturat konsolidat jew in-numru ta' impjegati. Madankollu l-impatt kompetittiv ta' dawn it-trasferimenti ma ħariġx b'mod ċar.

(54)

Għalhekk il-Kummissjoni kkunsidrat li t-trasferimenti ma setgħux jitpoġġew kollha fuq l-istess livell. Il-bejgħ tas-sussidjarji relattivament żgħar bħal Areva TA jew Canberra dehru sproporzjonati mal-kobor tal-għajnuna proposta.

(55)

Kien jifdal għalhekk il-bejgħ parzjali ta' Nouvel Areva NP, li għall-kuntrarju l-iskala tiegħu dehret tikkorrispondi għal dik tal-għajnuna, madankollu ma deherx li kien jirrigwarda direttament is-swieq li fihom il-Grupp Areva kien ser ikollu pożizzjoni importanti wara r-ristrutturar. Għaldaqstant il-Kummissjoni kellha dubji dwar iż-żewġ suppożizzjonijiet li wasslu lill-awtoritajiet Franċiżi biex jiddikjaraw li din kienet miżura favur il-kompetittività: l-ewwel, li kienu jeżistu sinerġiji qawwija bejn l-attività tar-reatturi u dik taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, li jfisser li kien hemm vantaġġ li tkun grupp integrat fis-swieq nukleari; it-tieni, li l-Grupp Areva kien ser jitlef il-benefiċċji ta' dawn is-sinerġiji bil-bejgħ tas-sussidjarja tiegħu Nouvel Areva NP.

(56)

Rigward b'mod partikolari t-tieni suppożizzjoni, il-Kummissjoni nnutat li taħt il-protokoll ta' ftehim iffirmat fl-20 ta' Lulju 2015 minn EDF u mill-Grupp Areva, iż-żewġ gruppi dehru li qegħdin jibnu b'kuntratt is-sinerġiji li s'issa kienu jeżistu b'mod strutturali.

(57)

Għal dawn ir-raġunijiet varji, il-Kummissjoni kellha dubji dwar l-effetti tal-bejgħ ta' Nouvel Areva NP fuq il-pożizzjoni kompetittiva tal-Grupp Areva fis-swieq tiegħu wara r-ristrutturar, u allura dwar l-adegwatezza ta' din il-miżura kompensatorja.

(58)

Finalment, il-Kummissjoni stagħġbet kif il-pożizzjoni ta' Franza kienet li tirrifjuta l-impenn stabbilit fil-Linji gwida li l-għajnuna għar-ristrutturar ma tintużax biex jinxtraw ishma. Għaldaqstant il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Franċiżi jinkludu dawn l-operazzjonijiet fil-pjan ta' ristrutturar, jekk dawn kienu jirriżultaw assolutament essenzjali għar-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul tal-Grupp Areva.

3.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET TERZI

3.1.   Il-Grupp Areva

(59)

Il-Grupp Areva japprova bis-sħiħ it-tweġibiet mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi fit-12 ta' Settembru 2016, u li fit-tfassil tagħhom kien involut huwa wkoll.

(60)

Rigward id-dubji mqajma mill-Kummissjoni, il-Grupp Areva jenfasizza essenzjalment dawn il-punti li ġejjin:

(a)

il-Grupp Areva għandu fiduċja fil-vijabbiltà fit-tul tal-Grupp Areva ristrutturat, xprunata mill-eżistenza ta' assi industrijali modernizzati u ż-żieda mistennija fid-domanda tal-enerġija;

(b)

il-bejgħ ta' Nouvel Areva NP lil EDF huwa miżura kompensatorja suffiċjenti. Dan ser jaffettwa ħażin ħafna l-kompetittività tal-Grupp Areva ristrutturat: minbarra tnaqqis ta' 50 % mill-fatturat tiegħu, din l-operazzjoni ser twassal għal (i) l-irtirar tiegħu minn għadd kbir ta' swieq (b'mod partikolari l-bini u l-manutenzjoni ta' reatturi nukleari, u l-manifattura tal-assemblaġġi tal-fjuwils) u (ii) telf ta' sinerġiji relatati l-aktar mat-telf tas-sorsi ta' kondiviżjoni tal-ispejjeż (pereżempju fl-oqsma tal-kummerċ, tal-assemblaġġi tal-fjuwils u tar-riċerka u żvilupp u tal-inġinerija);

(c)

il-projbizzjoni tax-xiri ta' ishma mhijiex miżura kompensatorja adatta. Areva jqis li jeħtieġ tabilħaqq li jkun jista' jwettaq […] fil-futur jew li joħloq sħubiji.

(61)

Il-Grupp Areva jinsisti wkoll fuq l-importanza strateġika tal-għajnuna għar-ristrutturar għas-settur nukleari Ewropew u l-ekonomija Ewropea: sors dirett ta' impjiegi, attur ewlieni taż-żamma tas-settur nukleari involut f'bosta segmenti tal-katina tal-valur ta' dan is-settur, attur essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-impjanti tal-enerġija nukleari Ewropej kollha.

(62)

Il-Grupp Areva jenfasizza wkoll il-progress tajjeb tal-pjan ta' ristrutturar, permezz (i) tal-bejgħ ta' Canberra (finalizzat) u l-parteċipazzjoni tal-Grupp Areva f'Adwen (opzjoni eżerċitata), u (ii) tal-approvazzjoni tal-kredituri detenturi ta' bonds tal-kontribuzzjoni parzjali ta' assi ta' Areva SA lil Nouvel Areva kif ukoll it-trasferiment simultanju tad-dejn ta' bonds lil Nouvel Areva. Barra minn hekk, l-approvazzjoni tal-proġett Hinkley Point C toffri prospetti ta' żvilupp favorevoli għas-suċċess ta' dan il-pjan.

3.2.   Urenco

(63)

Il-kumpanija Urenco hija r-riżultat ta' kooperazzjoni politika bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, in-Netherlands u r-Renju Unit. Imwaqqfa fl-1970, hija topera prinċipalment fis-segment tal-arrikkiment tal-uranju u għandha fabbriki fit-tliet pajjiżi ta' oriġini tagħha kif ukoll fl-Istati Uniti.

(64)

Wara li tat ħarsa ġeneral lejn il-katina tal-valur taċ-ċiklu tal-materjal nukleari, Urenco żviluppat argument fi tliet punti: l-ewwel nett, l-għajnuna investigata ser issaħħaħ lill-Grupp Areva b'mod konsiderevoli; imbagħad, l-effett ta' distorsjoni ta' din l-għajnuna ser jinħass b'mod partikolari fis-suq tal-arrikkiment, għad-detriment ta' Urenco u tal-kompetituri l-oħrajn attivi f'dan is-segment; għaldaqstant, il-miżuri kompetittivi proposti mill-awtoritajiet Franċiżi mhumiex suffiċjenti u jeħtieġ li jissaħħu.

(65)

Rigward l-ewwel punt, Urenco tinnota li l-pjan ta' ristrutturar ma jinkludix tnaqqis tal-kapaċità fi kwalunkwe attività tal-Grupp Areva minkejja d-diffikultajiet finanzjarji tiegħu u l-kapaċità żejda li tikkaratterizza s-swieq li jopera fihom. B'hekk Nouvel Areva ser jibqa' jkollha l-istess assi li kellha fil-passat fuq iċ-ċiklu tal-materjal nukleari, li jpoġġiha f'pożizzjoni ideali biex iżżomm post b'saħħtu f'dawn is-swieq.

(66)

Dan huwa saħansitra aktar ovvju peress li l-intervent tal-Istat jikkontribwixxi biex inaddaf il-karta tal-bilanċ tal-entitajiet il-ġodda u jħassar għal kollox il-ġestjoni ħażina tal-passat. B'hekk il-flessibbiltà ta' Nouvel Areva NP u ta' Nouvel Areva ġew irrestawrati, f'termini ta' investimenti ġodda, ta' aċċess għal finanzjament u ta' saħħa ta' negozjar. Il-kompetituri ta' Nouvel Areva għall-kuntrarju jridu jbatu l-ispiża sħiħa tal-investimenti passati tagħhom u jistgħu biss jistrieħu fuq il-qligħ tagħhom biss biex jiżviluppaw.

(67)

Rigward it-tieni punt, Urenco temmen li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ser jibqgħu jinħassu fit-tul fis-segment tal-arrikkiment, li huwa kkaratterizzat minn kapaċità żejda u numru limitat ta' proġetti b'kapital intensiv.

(68)

Skont Urenco, il-kapaċitajiet ta' arrikkiment fid-dinja huma sostanzjalment ogħla mid-domanda […]. Din il-kapaċità żejda hija aktar u aktar ta' ħsara meta parti miż-żieda fid-domanda tinsab f'pajjiżi, bħaċ-Ċina jew ir-Russja, li huma ġeneralment magħluqa għall-atturi tal-Punent. Rigward id-domanda aċċessibbli għal dawn tal-aħħar, il-park elettronukleari ta' EDF jikkostitwixxi frazzjoni sinifikanti, u għaldaqstant huwa kruċjali li r-rabtiet imsaħħa bejn EDF u l-Grupp Areva ma jnaqqsux l-aċċess ta' Urenco għal EDF.

(69)

L-għajnuna inkwistjoni tippermetti wkoll lill-Grupp Areva iżomm l-attività tiegħu fil-fjuwil MOX, meta dan il-fjuwil mhuwiex daqstant kompetittiv daqs l-uranju naturali arrikkit. Mingħajr l-għajnuna mill-Istat, din l-attività kienet tieqaf jew issir inqas importanti, u tillibera swieq għall-kompetituri tal-Grupp Areva (l-aktar ma' EDF li [0-25] % tad-domanda tagħha tista' tkun moqdija bi fjuwil MOX).

(70)

Il-karta tal-bilanċ imsaħħa ta' Nouvel Areva ser tippermettilha wkoll tiżviluppa fil-kummerċ tas-servizzi ta' arrikkiment (minn hawn 'il quddiem, “SWUs”), attività li teħtieġ flessibbiltà finanzjarja kbira. Dan is-suq […] jista' jikkontribwixxi għat-tisħiħ ta' Nouvel Areva, meta mqabbla ma' kompetituri mhux mgħejuna li l-istruttura finanzjarja tagħhom, riflessjoni tal-proġetti b'kapital intensiv tas-settur, ma tippermettix li jittieħdu riskji bħal dawn.

(71)

Fl-aħħar nett, Urenco tqis li Nouvel Areva ser tkompli tibbenefika mill-vantaġġi tal-integrazzjoni vertikali fis-swieq taċ-ċiklu tal-fjuwil.

(72)

Rigward it-tielet punt, Urenco tenfasizza li għandhom jiġu proposti miżuri ta' kompetizzjoni fis-swieq fejn il-Grupp Areva ser ikun attiv wara r-ristrutturar, speċjalment meta l-parti l-kbira tas-swieq (minjieri, konverżjoni u arrikkiment) bħalissa qegħdin ibatu minn kapaċità żejda.

(73)

Urenco ma taqbilx mal-pożizzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi, li s-separazzjoni tal-attività tar-reatturi tiġġenera telf ta' sinerġiji b'tali mod li l-attività tal-fjuwil tista' tiġi affettwata. L-eżistenza ta' diversi atturi mhux integrati iżda produttivi (pereżempju Urenco, Cameco, KAP) tista' għalhekk tqiegħed l-importanza ta' dawn is-sinerġiji f'perspettiva. Barra minn hekk, dawn is-sinerġiji jidhru biss għall-provvista ta' fjuwil lil reatturi ġodda; […].

(74)

Barra minn hekk, is-sħubija strateġika bejn EDF u Nouvel Areva ser toħloq mill-ġdid is-sinerġiji possibbli mitlufa. Fil-fatt Nouvel Areva ser iżżomm sehem strateġiku fis-sussidjarja konġunta ma' EDF, li ser jeħtieġ ċertu livell ta' koordinazzjoni bejn iż-żewġ gruppi u jista' jħeġġeġ lil EDF tiffavorixxi lil Nouvel Areva. Dawn ser ikollhom ukoll l-istess azzjonist, fil-persuna tal-Istat Franċiż. Barra minn hekk qed issir ħidma fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni, kif innutat il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha. Fl-aħħar nett, l-iżvantaġġi tad-diżintegrazzjoni ser jinġarru primarjament minn Nouvel Areva NP, li ser tkun imġiegħla tifforma timijiet ġodda kummerċjali għall-bejgħ tal-assemblaġġi tal-fjuwils filwaqt li Nouvel Areva ser iżżomm il-benefiċċji tal-integrazzjoni fuq iċ-ċiklu tal-materjal nukleari.

(75)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, Urenco tipproponi l-miżuri ta' kompetittivi li ġejjin:

(a)

li jittieħed l-impenn li EDF issostni politika ta' provvista miftuħa għall-atturi taċ-ċiklu tal-materjal nukleari;

(b)

li l-għajnuna mill-Istat ma ttejjibx b'mod sproporzjonat is-sitwazzjoni tas-sussidjarja ta' Nouvel Areva attiva fl-arrikkiment, billi toħloq ċerta impermeabbiltà bejn ir-rikapitalizzazzjoni u din is-sussidjarja (pereżempju billi tiżgura li d-dejn marbut mal-bini tal-fabbrika Georges Besse II ikun rimborżat biss mill-flussi tal-flus appartenenti għal din l-attività);

(c)

li Nouvel Areva ma titħalliex tkabbar il-kapaċità tal-fabbrika Georges Besse II tal-anqas matul il-perjodu ta' ristrutturar, mingħajr, iżda, ma jiġu kkontestati l-obbligi tal-Grupp Areva […] fil-kuntest ta' […] (17);

(d)

li Nouvel Areva tnaqqas il-kapaċità tagħha fl-MOX u ma tużax il-likwidità riakkwistata biex tiżviluppa l-attivitajiet tagħha ta' kummerċ ta' SWUs.

(76)

Urenco tixtieq ukoll li l-awtoritajiet Franċiżi jesploraw miżuri oħrajn ta' kompetizzjoni komuni għas-segmenti kollha, bħal pereżempju l-bejgħ ta' attività lil operatur ġdid, sabiex jonqsu s-sinerġiji relatati mal-integrazzjoni ta' Nouvel Areva fiċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari. Fl-aħħar nett, Urenco tinsisti fuq l-importanza li tiġi rrispettata l-projbizzjoni li tinxtara kwalunkwe kumpanija matul il-perjodu kollu tar-ristrutturar, sakemm ma jintweriex li tali xiri huwa essenzjali għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-Grupp Areva.

3.3.   TVO

(77)

TVO hija kumpanija Finlandiża li tiġġenera l-elettriku, stabbilita fl-1969 u proprjetà ta' impriżi Finlandiżi oħrajn tal-elettriku kif ukoll ta' impriżi industrijali. TVO hija l-proprjetarja futura ta' OL3, impjant nukleari bbażat fuq it-teknoloġija b'reattur Ewropew taħt pressjoni (European Pressurized Reactor, minn hawn 'il quddiem, “EPR”), li għadu qed jinbena. Il-kuntratt għall-bini ta' dan l-impjant […] kien ġie konkluż mal-Konsorzju fit-18 ta' Diċembru 2003. Id-data inizjali tal-konsenja kienet it-30 ta' April 2009. Wara ħafna dewmien, issa d-data mħabbra mill-Konsorzju hija Diċembru 2018.

(78)

TVO tenfasizza l-importanza tar-reattur OL3 għas-settur tal-enerġija fil-Finlandja u dak Ewropew. Ladarba jibda jopera, OL3 mistenni jikkontribwixxi għal 9 % tal-produzzjoni totali tal-elettriku fil-Finlandja minn issa sal-2020 u jissodisfa 14 % tad-domanda totali tal-elettriku, biex b'hekk iżid l-indipendenza enerġetika tal-Finlandja. OL3 huwa wkoll proġett prekursur, li kellu jiftaħ il-perjodu ta' “rinaxximent” tal-industrija nukleari.

(79)

Il-proġett OL3 jinsab fil-fażi finali tat-tlestija tiegħu. Il-bini fuq barra huwa kważi lest iżda għadhom għaddejjin xi xogħlijiet ta' bini u ta' installazzjoni ġol-impjant, u b'mod partikolari fuq il-blokka nukleari (ir-reattur). Madwar 2 400 ħaddiem jinsabu jaħdmu fuq is-sit. TVO tenfasizza li l-proġett OL3 issa dieħel f'fażi kruċjali li hija l-proċess tal-kummissjonar li, meta jintemm, iwassal għad-data stmata ta' konsenja. Din il-fażi teħtieġ appoġġ kontinwu mill-Konsorzju li għandu l-għarfien u l-esperjenza dwar l-EPR.

(80)

TVO issemmi wkoll it-tilwima b'arbitraġġ li għandha mal-Konsorzju. L-ammont totali mitlub mill-Konsorzju attwalment huwa madwar EUR [0-5 biljun] filwaqt li l-ammont mitlub minn TVO għall-ispejjeż u t-telf tagħha jammonta għal EUR [0-5 biljun] skont l-aħħar stimi ta' TVO. Għaldaqstant is-somma totali mitluba miż-żewġ partijiet fit-tilwima b'arbitraġġ tammonta b'kollox għal madwar EUR [0-10 biljun].

(81)

TVO imbagħad tispjega kif tifhem hi l-pjan ta' ristrutturar tal-Grupp Areva, li issa huwa bbażat fuq il-“pjan B” li jittrasferixxi lil Nouvel Areva NP lil EDF wara li jkun iżola l-proġett OL3 u r-riżorsi meħtieġa għat-tlestija tiegħu, kif ukoll li jħalli f'dan il-“bank tal-assi ħżiena” il-kuntratti ta' komponenti u parti mid-dejn tal-Grupp Areva.

(82)

Kollox ma' kollox, TVO tappoġġja l-pjan ta' rikapitalizzazzjoni tal-Grupp Areva mill-Istat Franċiż. Madankollu, TVO tesprimi t-tħassib tagħha rigward il-konsegwenzi ħżiena potenzjali tar-ristrutturar tal-Grupp fuq il-proġett OL3. B'mod partikolari, TVO hija mħassba dwar il-kapaċità tal-bank tal-assi ħżiena, li fih ser ikun iżolat il-proġett OL3, li jżomm ir-riżorsi meħtieġa biex il-proġett jitlesta kif xieraq. Fil-fatt, il-bank tal-assi ħżiena ser ikollu riżorsi finanzjarji limitati biex jiffaċċja djun potenzjalment kbar u li wieħed diffiċilment jikkwantifika f'dan l-istadju.

(83)

Ir-riżorsi finanzjarji ta' dan il-bank tal-assi ħżiena jikkonsistu fi: EUR 2 biljun ta' żieda fil-kapital, EUR 2,5 biljun mid-dħul tal-bejgħ ta' Nouvel Areva NP lil EDF, dħul residwu mill-bejgħ tal-attivitajiet mhux strateġiċi ta' Areva kif ukoll fil-bilanċ tal-prezz li TVO għadha trid tħallas lill-Grupp Areva biex ilesti l-proġett OL3. B'riflessjoni ta' dawn ir-riżorsi, l-ispejjeż tal-bank tal-assi ħżiena huma stmati li huma: l-ispejjeż għat-tlestija tal-proġett OL3 kif ukoll il-garanziji relatati, ir-rimborż tad-dejn bankarju li jammonta għal EUR 3,4 biljun, il-garanziji li aktarx iridu jingħataw lil EDF fuq il-kuntratti marbuta mal-impjanti nukleari li qegħdin jiġu awditjati, garanziji oħrajn relatati mal-bejgħ tal-assi mhux strateġiċi kif ukoll, jekk TVO kellha tirbaħ it-tilwima b'arbitraġġ li għaddejja, somma li tista' tammonta għal EUR [0-5 biljun].

(84)

Għaldaqstant, TVO tiddubita mill-kapaċità tal-Grupp Areva ristrutturat li jiffaċċja r-riskji assoċjati mal-proġett OL3, b'mod partikolari l-ispiża tat-tlestija tiegħu, u tispjega l-implikazzjonijiet ta' dawn id-dubji fir-rigward tal-analiżi tal-għajnuna għar-ristrutturar skont il-Linji gwida u b'mod aktar speċifiku fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-għajnuna għal għan ta' interess komuni, ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul tal-Grupp Areva u l-prinċipju li l-għajnuna tingħata darba biss.

(85)

L-ewwel nett, rigward l-għan ta' interess komuni, TVO tappoġġja l-argument ta' Franza, li jenfasizza l-kontribut tal-għajnuna għall-kisba tal-għanijiet tat-Trattat Euratom, stabbiliti b'mod partikolari fl-Artikolu 2(d). Madankollu, TVO tenfasizza l-ħtieġa li jiġu vvalutati wkoll l-Artikoli 2(b) u (c) tat-Trattat. Rigward l-Artikolu 2 (c), l-għajnuna tikkontribwixxi għat-tlestija ta' OL3, li huwa proġett importanti għall-iżvilupp tas-settur Ewropew tal-enerġija u għas-sigurtà tal-provvista tal-pajjiżi Nordiċi. Rigward l-Artikolu 2(b), l-għan tas-sikurezza nukleari jimplika, kif iddikjarat fl-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza nukleari, li “kull Parti kontraenti għandha tieħu l-miżuri xierqa biex numru suffiċjenti ta' persunal ikkwalifikat li jkun ġie edukat, imħarreġ u mħarreġ mill-ġdid kif xieraq ikun disponibbli għall-attivitajiet kollha relatati mas-sigurtà li jsiru f'kull u għal kull impjant nukleari tul iż-żmien kollu li jdum jopera”. Peress li l-kapaċitajiet ta' TVO huma limitati prinċipalment għat-tħaddim tal-impjanti, TVO tistrieħ fuq l-esperjenza tal-Konsorzju biex jieħu ħsieb is-sikurezza tal-attivitajiet tal-proġett OL3. Madankollu, kwalunkwe pjan ta' ristrutturar li jinkludi l-iżolament tal-proġett OL3 f'bank tal-assi ħżiena jista' jwassal għal nuqqas ta' allokazzjoni ta' persunal ikkwalifikat tal-Grupp Areva għall-proġett OL3, it-telf ta' “back office” tal-Grupp Areva fi Franza u fil-Ġermanja, it-telf tal-infrastruttura teknika tal-Grupp Areva kif ukoll il-possibbiltà ta' problemi mas-sottokuntratturi tal-proġett.

(86)

It-tieni, rigward ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul tal-Grupp Areva, TVO għandha dubji dwar is-suffiċjenza tal-injezzjoni ta' kapital f'Areva SA, ir-realiżmu tas-suppożizzjonijiet tal-pjan ta' ristrutturar, u għalhekk il-kapaċità tal-għajnuna li tiżgura l-vijabbiltà fit-tul ta' Areva SA.

(87)

It-tielet, rigward il-prinċipju li l-għajnuna tingħata darba biss, jekk il-pjan ta' ristrutturar ma jiżgurax li l-Grupp Areva jkun kapaċi jassumi l-obbligi tiegħu għat-tlestija tal-proġett OL3, jistgħu jinħolqu obbligi addizzjonali fil-forma ta' danni assoċjati ma' dewmien ulterjuri. Imbagħad ikun impossibbli li tiġi approvata għajnuna ġdida mill-Istat minħabba l-prinċipju ta' darba biss.

(88)

Sabiex tinstab soluzzjoni għal dawn id-dubji u mistoqsijiet, TVO tinsisti fuq il-ħtieġa li kwalunkwe pjan ta' ristrutturar għandu jinkludi:

(a)

miżuri operattivi biex ikun żgurat li r-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji suffiċjenti jibqgħu disponibbli u ddedikati biex jiżguraw li l-proġett OL3 jitlesta kif suppost, fil-ħin u skont il-livell ta' prestazzjoni mwiegħed fil-kuntratt tal-kostruzzjoni oriġinali, u li jiġu ffaċċjati spejjeż potenzjali oħrajn sa tmiem il-perjodu ta' garanzija u wara;

(b)

riżorsi finanzjarji suffiċjenti allokati lill-entità li fiha ser jinżamm il-proġett OL3 u dedikati kompletament għal dan il-proġett speċifiku, biex ikopru l-ispejjeż residwi tat-tlestija kif ukoll l-obbligi l-oħrajn taħt id-diversi kuntratti konklużi bejn il-Grupp Areva u TVO.

3.4.   Siemens

(89)

Siemens, flimkien ma' żewġ kumpaniji oħrajn tal-Grupp Areva (Areva GmbH u Areva NP), hija msieħba fil-Konsorzju involut fil-proġett OL3. Għalkemm il-Grupp Areva huwa responsabbli għal sehem akbar mill-proġett, il-membri tal-Konsorzju huma responsabbli b'mod konġunt fil-konfront ta' TVO, il-klijenta tagħhom, għat-tlestija tal-proġett.

(90)

Għalkemm il-grupp Siemens jappoġġja bis-sħiħ l-intervent tal-Istat Franċiż favur il-Grupp Areva, madankollu huwa jesprimi riżervi f'diversi livelli.

(91)

Siemens tqajjem dubji l-ewwel nett fuq l-adegwatezza tal-għajnuna biex tkopri l-impenji u r-riskji li għandha Areva SA:

(a)

Fil-fatt Siemens tivvaluta l-iskopertura tal-Grupp Areva għall-proġett OL3 bejn EUR [0-5 biljun] u [0-5 biljun] f'xenarju bażi, filwaqt li f'xenarju degradat, jekk wieħed jinkludi (i) […] u (ii) […], din tista' titla' għal EUR […];

(b)

Siemens tenfasizza wkoll l-obbligazzjonijiet addizzjonali magħmula minn Areva SA, bħal ċerti obbligazzjonijiet bankarji, li jammontaw għal EUR 3,4 biljun.

(92)

Imbagħad Siemens tistaqsi kif l-istruttura li trid twettaq il-proġett OL3 ser ikollha l-mezzi legali, umani, finanzjarji, operattivi suffiċjenti biex tkun tista' tlestih, jekk l-attivitajiet u l-mezzi operattivi fil-kostruzzjoni jridu jiġu trasferiti lil Nouvel Areva NP, li trid tinbiegħ lil EDF. L-esternalizzazzjoni kważi inevitabbli tat-twettiq ta' parti mill-proġett lil Nouvel Areva NP tista' […].

(93)

Siemens hija mħassba wkoll dwar imblukkar […] minn TVO fuq ir-ristrutturar tal-Grupp Areva li jrid jiżola OL3 fi struttura speċifika, […].

(94)

Skont Siemens, dawn ir-riskji jistgħu jkunu koperti b'mekkaniżmi addizzjonali bħal (i) mezzi finanzjarji addizzjonali mħallsa mill-Istat Franċiż, (ii) garanzija tal-Istat fuq kwalunkwe obbligazzjoni addizzjonali relatata mal-proġett OL3, jew inkella (iii) impenn mill-Istat Franċiż li jiffinanzja kwalunkwe rekwiżit ta' kapital addizzjonali relatat mal-proġett.

(95)

Fl-aħħar nett, minħabba s-solidarjetà bejn Siemens u l-Grupp Areva fi ħdan il-Konsorzju, Siemens tibża' li jkollha ġġorr l-ispejjeż finanzjarji li l-Grupp Areva ma jkunx jiflaħ iġorr, li, fil-fehma tagħha, huwa kuntrarju għall-prinċipju tat-tqassim tal-piżijiet stabbilit fil-Linji gwida.

3.5.   Parti terza li xtaqet tibqa' anonima

(96)

Parti terza li xtaqet tibqa' anonima, tallerta lill-Kummissjoni dwar id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni maħluqa mill-għajnuna investigata. Skont din il-parti terza, mhux Nouvel Areva biss iżda wkoll Nouvel Areva NP ser joħorġu msaħħin mir-ristrutturar, bis-saħħa tal-intervent tal-Istat.

(97)

L-impriżi li jirċievu appoġġ mill-Istat jiksbu vantaġġ kompetittiv kbir fis-settur tal-enerġija nukleari. Dan huwa kkaratterizzat minn kompetizzjoni intensiva ħafna u ħtieġa ta' garanziji dejjem akbar.

(98)

Fl-aħħar nett, il-parti terza anonima tqis li l-kooperazzjoni futura bejn Nouvel Areva u Nouvel Areva NP ser toħloq sinerġiji qawwija li jwasslu biex jippreġudikaw il-kompetizzjoni.

4.   IL-KUMMENTI TA' FRANZA

(99)

Il-kummenti ta' Franza huma mqassma f'erba' fażijiet, li jikkorrispondu għad-dubji ewlenin imqajma mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Bħala punt preliminari, l-awtoritajiet Franċiżi jippruvaw juru li l-unika miżura lil tista' tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat hija ż-żieda tal-kapital ta' Areva SA u ta' Nouvel Areva. Imbagħad huma jwieġbu għad-dubji tal-Kummissjoni dwar ir-realiżmu tas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-pjan tan-negozju, il-proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna, u l-miżuri kompetittivi proposti.

4.1.   Iż-żieda tal-kapital biss tista' tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat

(100)

L-awtoritajiet Franċiżi jfakkru l-ewwel nett li l-possibbiltà li l-Grupp Areva jagħti għajnuna mill-Istat lil partijiet terzi billi jbiegħ is-sussidjarji tiegħu bi prezz baxx wisq (i) mhijiex rilevanti għal din il-proċedura, u (ii) tidher għal kollox teoretika peress li l-Grupp Areva huwa mħeġġeġ li jimmassimizza d-dħul tal-bejgħ tiegħu. Huma jindikaw ukoll li l-Grupp Areva ma jieħu ebda għajnuna mill-bejgħ ta' Nouvel Areva NP u ta' Areva TA, li żgur jimmobilizza riżorsi tal-Istat iżda jsir bi prezz tas-suq.

(101)

Rigward Nouvel Areva NP, l-awtoritajiet Franċiżi jispjegaw li ġie introdott mod ta' governanza partikolari fi ħdan EDF biex jiġi żgurat li l-interessi ta' EDF ikunu ppreservati. Bħala parti minn din il-governanza, inħoloq grupp ta' ħidma magħmul minn amministraturi indipendenti speċifikament għall-akkwist ta' Nouvel Areva NP, sabiex jivverifika l-konformità ta' din l-operazzjoni mal-interess soċjali ta' EDF u jagħti opinjoni indipendenti lill-Bord tad-Diretturi ta' EDF. Ebda rappreżentant tal-Istat ma jpoġġi f'dan il-grupp ta' ħidma. Huwa fuq il-bażi tax-xogħlijiet ta' dan il-grupp, li kkummissjona b'mod partikolari studju ta' valutazzjoni lill-bank Société Générale, li EDF finalment adottat id-deċiżjoni tal-akkwist.

(102)

L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw ukoll li huma kienu finalment għażlu l-iskema ta' tqassim f'sussidjarji minn isfel għal fuq għall-implimentazzjoni tal-akkwist minn EDF tal-attività tar-reatturi tal-Grupp Areva. Dawn l-arranġamenti ġodda ta' bejgħ ma jaffettwawx, skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-eżerċizzju tal-valutazzjoni mwettaq mill-partijiet u l-kunsilli tagħhom bis-suppożizzjoni tal-iskema ta' bejgħ preċedenti: EUR 2,5 biljun għal 100 % tal-ekwità. Irrispettivament mit-termini legali tal-bejgħ, ir-realtà ekonomika tibqa' fil-fatt l-istess għal EDF, li ser tilqa' l-attivitajiet storiċi ta' Areva NP mingħajr ma tassumi r-riskju marbut mal-proġett OL3. EDF ser tkun ukoll protetta mir-riskji relatati mal-kuntratti tal-komponenti. Dawn ir-riskji ċertament ma ġewx ikkunsidrati fl-eżerċizzju tal-valutazzjoni ta' Jannar 2016, iżda l-mekkaniżmu ta' protezzjoni li sabu l-partijiet jippermetti li ma jinbidilx fis-sustanza.

(103)

Rigward Areva TA, il-proċess ta' valutazzjoni ġie organizzat f'żewġ fażijiet, skont il-prattiki attwali tas-suq: (i) bejn Jannar u Mejju 2016, il-Grupp Areva pprovda informazzjoni finanzjarja, operattiva, legali u fiskali lill-konsorzju ta' xerrejja u organizza diversi sessjonijiet ta' ħidma mal-grupp ta' tmexxija ta' Areva TA; (ii) il-konsorzju mbagħad kellu aċċess għal “data room” u seta' jikkomunika mal-maniġment ta' Areva TA b'mistoqsijiet u tweġibiet. F'dan il-kuntest, il-Grupp Areva u x-xerrej huma mgħejuna minn 12-il konsulent legali, bankarju u speċjalisti fid-diliġenza dovuta (“due diligence”) finanzjarja.

(104)

Fit-18 ta' Awwissu 2016, il-konsorzju xerrej deskritt fil-premessa 27 għamel offerta li tivvaluta t-titoli ta' Areva TA għal EUR [0-2 biljun]. Din il-valutazzjoni hija bbażata fuq il-metodu tal-fluss tal-flus skontati (metodu “discounted cash flows”, minn hawn 'il quddiem, “metodu DCF”) applikat għal pjan ta' negozju mibni fuq suppożizzjonijiet validati max-xerrej. Dan il-prezz inżamm fil-kuntratt tal-bejgħ iffirmat fil-15 ta' Diċembru 2016.

(105)

Għaldaqstant l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-valutazzjoni magħżula finalment hija bbażata fuq metodi komunement aċċettati, wara d-diliġenzi tas-soltu.

4.2.   Il-Grupp Areva jimplimenta pjan ta' ristrutturar li jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tiegħu

(106)

L-awtoritajiet Franċiżi l-ewwel jippreżentaw trajettorja finanzjarja aġġornata ta' Nouvel Areva. Din it-trajettorja hija bbażata fuq suppożizzjonijiet meqjusa partikolarment konservattivi: (i) il-prezz tal-uranju tnaqqas, […], (ii) il-projezzjonijiet tal-attività tal-minjieri tnaqqsu, (iii) ġie kkunsidrat riskju addizzjonali rigward il-[…], (iv) ġie integrat tisħiħ tal-pjan ta' tnaqqis tal-ispejjeż għall-arrikkiment u l-konverżjoni, (v) l-ispiża relatata mal-implimentazzjoni tal-iskema ta' tqassim f'sussidjarji minn isfel għal fuq ġiet stabbilizzata għal EUR [200-900 miljun] fuq il-perjodu 2016-2025. Is-suppożizzjonijiet tax-xenarju degradat ukoll ġew riveduti 'l isfel, skont loġika simili.

(107)

L-awtoritajiet Franċiżi jwieġbu mbagħad għad-diversi dubji mqajma mill-Kummissjoni dwar il-pjan ta' ritorn għall-vijabbiltà.

4.2.1.   Il-pjan ta' negozju ta' Nouvel Areva jqis il-konsegwenzi tal-bejgħ ippjanat

(108)

L-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw li, minħabba t-tul taċ-ċikli tal-industrija nukleari, it-telf prinċipali tas-sinerġiji ser iseħħ essenzjalment fi żmien li jaqbeż it-trajettorji finanzjarji tal-Grupp Areva (2016-2025). Fil-fatt Nouvel Areva għandha ktieb tal-ordnijiet mimli sewwa għall-ħames snin sa għaxar snin li ġejjin, li jiżgura ċerta inerzja fl-evoluzzjoni tal-ishma tagħha tas-suq. Madankollu din il-karatteristika hija komuni għall-fornituri kollha tal-materjal nukleari, peress li l-kuntratti ta' provvista ġeneralment ikopru bosta snin, tipikament minn ħamsa sa għaxar snin skont it-tip ta' materjal (uranju grezz, konvertit, arrikkit) u t-tip ta' klijent. Madankollu, id-diversi trasferimenti ppjanati u b'mod partikolari dak ta' Nouvel Areva NP ser jippenalizzaw il-pożizzjoni kompetittiva ta' Nouvel Areva fuq terminu itwal.

(109)

Barra minn hekk, il-Grupp Areva qed jimplimenta Pjan ta' Prestazzjoni u Kompetittività li ser jnaqqas l-impatt fuq terminu iqsar tal-bejgħ ta' Nouvel Areva NP fuq l-ispejjeż tal-istruttura tiegħu. Rigward pereżempju r-restrizzjoni tax-xiri l-Pjan inkwistjoni għandu l-għan li jagħmel qligħ f'dan il-qasam biex ipatti għat-telf ta' volumi ta' xiri sussegwenti għall-bejgħ ta' Nouvel Areva NP. It-trajettorja finanzjarja degradata tassumi madankollu li ser jintlaħqu biss sa [50-100] % tal-objettivi tal-Pjan, u għalhekk ser jinħass impatt negattiv.

4.2.2.   Analiżi tas-sensittività u l-istrateġija ta' tnaqqis tar-riskji

(110)

L-awtoritajiet Franċiżi u l-Grupp Areva identifikaw il-fatturi ewlenin ta' riskju li jheddu l-futur ta' Nouvel Areva. Huwa indikat li x-xenarju bażiku huwa diġà konservattiv ħafna u li għalhekk ftit huwa probabbli li s-suppożizzjonijiet degradati kollha jseħħu kollha f'daqqa.

(111)

L-ewwel wieħed minn dawn il-fatturi huwa r-rata tal-kambju euro/dollaru. […]. Kull xahar issir analiżi tal-iskoperturi u koperturi jiġu kkuntrattati gradwalment sabiex ikopru perċentwal minimu tal-maturità futura. Barra minn hekk, ċerti attivitajiet, bħall-minjiera, igawdu parzjalment minn protezzjoni naturali kontra dan ir-riskju: b'hekk, 50 % tal-produzzjoni tal-minjieri ta' Nouvel Areva ser issir fil-Kanada, li l-munita tagħha hija korrelatata mad-dollaru.

(112)

It-tieni riskju jirrigwarda […]. Il-konsegwenzi fix-xenarju degradat huma ta' madwar EUR – [0-100 miljun] fuq il-fluss tal-flus operattiv totali fuq il-perjodu 2016-2025. L-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li l-Grupp Areva diġà qed jimplimenta sensiela ta' miżuri ta' ottimizzazzjoni u ta' tnaqqis tal-ispejjeż biex jillimita l-impatt ta' dan ir-riskju: dawn jikkonsistu f'titjib operattiv bl-għan li […]. Dan it-titjib huwa inkluż fil-Pjan ta' Prestazzjoni u ta' Kompetittività li jibqa' għaddej sal-2018, […] jistgħu jiġu mfittxija wara l-2018 jekk ir-riskju kellu jimmaterjalizza.

(113)

It-tielet riskju identifikat jirrigwarda l-konsegwenzi ta' nuqqas eventwali ta' […]. Dan ir-riskju jidher ftit li xejn probabbli għall-awtoritajiet Franċiżi, peress li […]. Madankollu, nuqqas […] ikun ta' piż fuq id-dħul ta' Nouvel Areva.

(114)

It-trajettorji finanzjarji ta' Nouvel Areva fl-aħħar nett jieħdu inkunsiderazzjoni ċertu għadd ta' perikli […], ta' amplitudni differenti skont jekk jinsabx fix-xenarju bażiku jew degradat. Dawn il-perikli jilħqu ammont ta' EUR [1-2 biljun] fix-xenarju degradat fuq il-perjodu 2016-2025, jiġifieri EUR [0-1 biljun] aktar mix-xenarju bażiku. L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw l-azzjonijiet korrettivi li jistgħu jiġu implimentati: miżuri kummerċjali jew ta' produttività addizzjonali (pereżempju l-ottimizzazzjoni tax-xiri u t-tnaqqis tas-salarji), jew modulazzjoni tal-pjan ta' investiment […].

4.2.3.   Nouvel Areva ser tkun tista' tiffinanzja lilha nfisha mill-ġdid fis-swieq fil-perjodu 2015-2025

(115)

Bi tweġiba għad-dubju mqajjem mill-Kummissjoni fil-premessa 151 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Franċiżi jispjegaw li, fix-xenarju bażiku, il-ħtieġa ta' finanzjament ta' Nouvel Areva għandha tfeġġ […]. Madankollu, huwa mistenni li sa din id-data Nouvel Areva tkun sabet proporzjonijiet finanzjarji tajbin biżżejjed sabiex l-użu tas-swieq tal-bonds ikun possibbli mingħajr ma jkun kompromess il-karattru ta' “grad ta' investiment” tal-impriża.

(116)

Iżda fix-xenarju degradat, Nouvel Areva tkun teħtieġ finanzjament ta' […]. Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi jispjegaw li Nouvel Areva tkun tista' tagħmel il-konsolidazzjoni […], mingħajr ma tikkomprometti r-ritorn għall-vijabbiltà tal-impriża […].

4.2.4.   Areva SA ser ikollha riżorsi li jippermettulha tkopri l-ħtiġijiet finanzjarji tagħha matul il-perjodu 2016-2025

(117)

L-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li Areva SA ma teżerċitax attivitajiet oħrajn għajr dawk speċifikament previsti fil-pjan ta' ristrutturar notifikat lill-Kummissjoni. Abbażi ta' dan, huma jqisu li Areva SA ser ikollha riżorsi suffiċjenti biex tkun tista' tkopri l-ħtiġijiet finanzjarji tagħha.

(118)

L-awtoritajiet Franċiżi jikkonfermaw is-suppożizzjonijiet tagħhom dwar l-ispejjeż tat-tlestija tal-proġett OL3 matul il-perjodu 2017-2025. Dawn il-projezzjonijiet ser iwasslu għal fluss tal-flus negattiv ta' EUR [0-2 biljun] fil-perjodu kkunsidrat. […].

(119)

Ibbażat fuq dawn is-suppożizzjonijiet, il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' Areva SA juri surplus ta' likwidità ta' EUR [0-500 miljun] fi tmiem il-perjodu fix-xenarju bażiku, u ta' EUR [0-100 miljun] fil-każ degradat. […].

4.3.   Il-miżura ta' għajnuna hija proporzjonata u limitata għall-minimu meħtieġ

4.3.1.   Il-prinċipju ta' tqassim ġust huwa ssodisfat vis-à-vis l-azzjonisti minoritarji

(120)

L-ewwel nett, huwa mfakkar li diġà ġew irreġistrati provvedimenti kbar għat-telf u għall-indeboliment tal-assi, u li l-prezz tal-ishma huwa f'livell storikament baxx. Ir-responsabbiltà tat-tmexxija fil-passat hija għalhekk sostnuta b'mod wiesa' mill-azzjonisti minoritarji, skont il-proporzjon tal-parteċipazzjoni tagħhom.

(121)

It-tieni, l-awtoritajiet Franċiżi jantiċipaw li l-Awtorità tas-Swieq Finanzjarji (Autorité des Marchés Financiers, minn hawn 'il quddiem, “AMF”) ser iġġiegħel lill-Istat jippreżenta offerta pubblika ta' rtirar. Il-prezz propost lill-azzjonisti ser ikun ikkontrollat mill-qrib mill-AMF, li ser tara li jintuża metodu ta' valutazzjoni fuq diversi kriterji.

4.3.2.   Il-Grupp Areva qed jimmobilizza livell suffiċjenti ta' kontribuzzjoni proprja, reali u effettiva

(122)

Rigward is-surplus possibbli ta' likwidità mqajjem fil-premessa 172 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-fatt li l-likwidità mobilizzata biex jiġi implimentat il-pjan ta' ristrutturar taqbeż l-ispejjeż tar-ristrutturar ma jimplikax minnu nnifsu li l-ammont tal-għajnuna mhuwiex limitat għall-minimu. Fil-fatt, il-Linji gwida jistabbilixxu limitu minimu għall-kontribuzzjoni proprja iżda ma jistabbilixxux la limitu massimu u lanqas l-eżistenza ta' relazzjoni matematika bejn l-ammont tal-għajnuna mill-Istat u l-ammont tal-ispejjeż ta' ristrutturar.

(123)

Fi kliem ieħor, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li trid issir distinzjoni ċara bejn iż-żewġ kriterji legali separati li huma, minn naħa, il-finanzjamenti meħtieġa minħabba t-trajettorji finanzjarji biex jintlaħaq ir-ritorn għall-vijabbiltà u, min-naħa l-oħra, il-limitazzjoni tal-ammont tal-għajnuna mill-Istat għall-minimu permezz tar-rekwiżit ta' kontribuzzjoni proprja kbira għall-ispejjeż tar-ristrutturar. Din l-interpretazzjoni hija spjegata mill-prattika tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (18), li fil-passat aċċettat li l-kontribuzzjoni proprja taqbeż l-ispejjeż tar-ristrutturar mingħajr ma din il-likwidità eċċessiva ma tfisser li l-għajnuna ma kinitx limitata għall-minimu tagħha.

(124)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw il-ħtieġa li l-Grupp Areva jkollu riżerva ta' likwidità f'każ li kellu jseħħ ix-xenarju degradat.

(125)

Dwar id-dubji li qajmet il-Kummissjoni rigward il-karattru reali u fattwali tal-kontribuzzjoni proprja tal-Grupp Areva, l-awtoritajiet Franċiżi jagħmlu għadd ta' kjarifiki u jfakkru li l-Kummissjoni, fil-prattika tat-teħid ta' deċiżjonijiet tagħha, aċċettat li l-bejgħ futur ta' assi jiddaħħal fil-kontijiet bħala kontribuzzjoni proprja sakemm il-valur tas-suq tagħhom ikun ġie stmat minn esperti indipendenti (19).

(126)

Dwar il-bejgħ ta' Nouvel Areva NP, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru l-eżistenza ta' eżerċizzji ta' valutazzjoni indipendenti, li ntbagħtu lill-Kummissjoni man-notifika. Franza tenfasizza wkoll l-elementi li jistabbilixxu l-karattru reali u fattwali tal-bejgħ ta' Nouvel Areva NP: l-ewwel nett, il-kuntratt tax-xiri minn EDF ta' ishma ta' Nouvel Areva NP iffirmat fil-15 ta' Novembru 2016; imbagħad, il-fatt li l-kundizzjonijiet sospensivi li għalihom huwa soġġett il-bejgħ ma jippreġudikawx il-karattru ċert tiegħu. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi huma kunfidenti dwar il-konklużjonijiet tal-ASN rigward il-programm ta' ġustifikazzjoni relatat mat-tank ta' Flamanville 3, peress li t-testijiet kollha inklużi f'dan il-programm saru mingħajr ma rriżulta xi nuqqas ta' konformità għal EDF u għall-Grupp Areva. Barra minn hekk, […] in-negozjati ma' TVO ma jippreġudikawx il-bejgħ ta' Nouvel Areva NP iżda jaffettwaw biss l-iskeda tiegħu.

(127)

Rigward il-bejgħ ta' Canberra, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li l-implimentazzjoni tiegħu hija effettiva mill-1 ta' Lulju 2016.

(128)

Il-bejgħ ta' Areva TA wasal biex jiġi finalizzat, kif jirriżulta mill-informazzjoni fil-qosor mogħtija fil-premessi 103 sa 105 ta' din id-deċiżjoni.

(129)

Rigward is-sussidjarja Elta, ECA Group bagħat ftehim ta' xiri unilaterali fl-4 ta' Awwissu 2016 u l-bejgħ ġie rreġistrat fl-1 ta' Diċembru 2016 għall-prezz ta' EUR [0-10 miljun].

(130)

Huwa previst li l-parteċipazzjoni tal-Grupp Areva fis-sussidjarja tiegħu Adwen tinbiegħ kollha, bi prezz minimu ta' EUR 60 miljun garantit mill-grupp Gamesa. Il-bejgħ effettiv huwa ppjanat li jsir fil-bidu ta' Jannar 2017.

(131)

Iżda l-bejgħ […] mhuwiex ser isir qabel […].

(132)

Fl-aħħar nett, rigward il-parteċipazzjoni ta' investituri terzi fiż-żieda tal-kapital ta' Nouvel Areva, l-awtoritajiet Franċiżi jindika li rċevew espressjonijiet ta' interess mingħand […] il-gruppi Ġappuniżi JNFL u MHI […]. In-negozjati jinsabu fl-istat li ġej. Kull wieħed mill-gruppi MHI u JNFL għamel offerta definittiva […] għal 5 % tal-kapital ta' Nouvel Areva, stmati għal EUR 250 miljun. […].

4.4.   Il-Grupp Areva qed jipproponi miżuri li jippermettu li jillimitaw għall-minimu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

(133)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-bejgħ ta' Nouvel Areva NP huwa miżura kompensatorja ta' kobor pjuttost sinifikanti peress li ser iwassal għal sempliċi rtirar tal-Grupp minn għadd ta' swieq li fuqhom il-grupp EDF issa ser janima l-kompetizzjoni. Bil-bejgħ ta' Nouvel Areva NP, il-Grupp Areva ser jitlef terz mill-assi tiegħu u madwar nofs il-fatturat tiegħu. Ser jitlef ukoll il-vantaġġi kollha tal-mudell integrat żviluppat f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena, u b'hekk ikun qed jagħmel bidla strateġika ta' importanza ewlenija. Barra minn hekk, il-Grupp Areva ser jitlef flussi ta' flus pożittivi li Nouvel Areva NP ser tiġġenera matul il-perjodu.

(134)

In sostenn ta' dan l-argument, l-awtoritajiet Franċiżi jirritornaw fid-dettall għad-diversi punti mqajma mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ.

4.4.1.   Il-kwantifikazzjoni tal-miżuri kumpensatorji

(135)

L-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li “Il-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għandhom jindirizzaw kemm it-tħassib dwar il-perikli morali u kemm id-distorsjonijiet possibbli fis-swieq fejn jopera l-benefiċjarju”, filwaqt li jitqiesu “l-karatteristiċi tas-suq ikkonċernat (20).

(136)

F'dan il-każ, kull riskju ta' periklu morali fil-fehma tagħhom huwa eskluż peress li t-telf tal-passat inġarr mill-azzjonisti eżistenti tal-Grupp Areva, l-ewwel fosthom l-Istat, permezz ta' provvedimenti u deprezzamenti tal-assi. Barra minn hekk, minħabba l-karatteristiċi tas-swieq inkwistjoni, l-għajnuna mill-Istat iżżomm aktar il-kompetizzjoni effettiva milli tillimitaha peress li l-parti l-kbira tas-swieq li fihom ser tkun attiva Nouvel Areva għandhom struttura oligopolistika li tkun aggravata jekk jgħib attur.

(137)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, tqabbil tas-sitwazzjoni tas-swieq fix-xenarju kontrofattwali ta' ebda għajnuna juri biċ-ċar li ż-żamma tal-Grupp Areva biss tippermetti li tinżamm kompetizzjoni effettiva fis-swieq.

(138)

Għalhekk, il-bejgħ ta' Nouvel Areva NP huwa miżura kompensatorja xierqa, b'mod speċjali minħabba li jimponi telf ta' sinerġiji fuq terminu qasir fuq il-Grupp Areva, u fuq terminu medju jċaħħdu mill-prospetti ta' żvilupp partikolarment profittabbli deskritti hawn taħt fit-taqsima 4.4.2.

4.4.2.   Il-bejgħ ta' Nouvel Areva NP jippenalizza fit-tul l-attivitajiet kollha ta' Nouvel Areva

4.4.2.1.   L-attivitajiet taċ-ċiklu upstream

(139)

Il-Grupp Areva integrat kellu forza tal-bejgħ u ta' kummerċjalizzazzjoni integrata li kienet tikkumerċjalizza l-uranju naturali, is-servizzi ta' konverżjoni, ta' arrikkiment, u tat-tfassil u l-manifattura ta' assemblaġġi ta' fjuwils, u kwalunke kombinazzjoni possibbli ta' dawn il-prodotti u servizzi. Il-fatt li l-bejgħ tal-assemblaġġi tal-fjuwils ġie integrat mal-upstream kien jagħti lill-Grupp Areva vantaġġ informattiv u kummerċjali importanti. Fil-fatt, l-elettriċisti normalment ikollhom xerrej wieħed għall-provvista ta' assemblaġġi ta' fjuwils. Minħabba li l-assemblaġġi tal-fjuwils ftit jistgħu jiġu sostitwiti bejniethom, fornitur tal-assemblaġġi huwa interlokutur importanti għal elettriċista, li mhuwiex il-każ ta' fornitur upstream li l-prodotti u s-servizzi tiegħu huma funġibbli.

(140)

L-awtoritajiet Franċiżi jagħtu l-eżempju ta' elettriċista […] li l-Grupp Areva seta' jbiegħlu, f'sejħa għall-offerti għal assemblaġġi ta' fjuwils, prodotti u servizzi tal-upstream. Fil-fatt, [5-10] klijenti minn 10 illum huma klijenti kemm ta' Areva NC kif ukoll ta' Areva NP.

(141)

Barra minn hekk, is-separazzjoni tal-attivitajiet ta' Nouvel Areva NP ser tikkomplika l-ottimizzazzjoni loġistika: Fil-futur Nouvel Areva jkollha taħdem mal-manifatturi tal-assemblaġġi tal-fjuwils ta' Nouvel Areva NP bħal fil-każ tal-manifatturi l-oħrajn kollha Amerikani u Ewropej u għalhekk ser titlef ottimizzazzjonijiet loġistiċi, billi żżid pereżempju l-ispejjeż tal-kunsinna u tnaqqas il-kapaċità tagħha ta' produzzjoni ta' uranju arrikkit.

(142)

L-awtoritajiet Franċiżi jispjegaw ukoll li kwalunkwe fornitur ta' prodotti u servizzi tal-upstream taċ-ċiklu appoġġjat minn fornitur ta' assemblaġġi tal-fjuwils u ta' reatturi għandu bla dubju vantaġġ kompetittiv għall-offerti tal-bidu taċ-ċiklu. Fil-fatt, ix-xerrej ta' impjant ġdid ikun jeħtieġ ġeneralment mingħand il-manifattur li jipprovdilu l-ewwel qalba tar-reattur kif ukoll l-iċċarġjar eventwali. Bl-integrazzjoni ma' Areva NP, l-attività upstream tal-Grupp Areva kellha aċċess awtomatiku għal din id-domanda. Il-Grupp Areva seta' wkoll jinnegozja kundizzjonijiet aktar vantaġġjużi għall-uranju tiegħu, peress li dawn in-negozjati jsiru normalment b'mod mhux irregolat, mingħajr proċedura miftuħa. Fl-aħħar nett, dan it-tip ta' kuntratti jista' jippermetti l-ħolqien ta' relazzjoni kummerċjali, l-aktar fi swieq b'aċċess diffiċli bħaċ-Ċina.

(143)

Dan il-vantaġġ kompetittiv intwera fil-kuntratti nnegozjati mill-Grupp Areva għar-reatturi ta' OL3, ta' Taishan 1 u 2, […]. Għal Taishan 1 u 2, pereżempju, […]. Kundizzjonijiet bħal dawn ma kinux jistgħu jiġu nnegozjati mingħajr il-benefiċċji tal-integrazzjoni: bi tqabbil, il-Grupp Areva seta' jikkuntratta […].

(144)

B'hekk, il-bejgħ futur kollu ta' reatturi minn Nouvel Areva NP huma daqstant opportunitajiet mitlufa għal Nouvel Areva li tbiegħ materjal taċ-ċiklu upstream fl-aqwa kundizzjonijiet. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, Nouvel Areva NP ser tkun f'pożizzjoni tajba biex tirbaħ il-proġetti […]. Nouvel Areva NP tista' wkoll tikkwalifika għall-proġetti […]. Minħabba t-tul taċ-ċikli nukleari, dan it-telf ta' sinerġiji, madankollu, mhux ser iseħħ qabel jintemm il-perjodu li tiegħu l-Grupp Areva pprovda trajettorji finanzjarji.

(145)

Dan it-telf ta' sinerġiji huwa partikolarment evidenti fil-ħajja bikrija ta' reattur, iżda jista' jimmaterjalizza wkoll tul kemm idum jaħdem. Ċerti elettriċisti jippreferu fil-fatt jirrikorru għal offerta unifikata, li tinkludi x-xiri tal-uranju, servizzi ta' konverżjoni, ta' arrikkiment u ta' assemblaġġ, b'mod partikolari għar-reatturi li l-għeluq tagħhom huwa diġà ppjanat (tmiem il-ħajja).

(146)

Fl-aħħar nett, it-tmiem tal-integrazzjoni ser jikkomplika l-iżvilupp ta' sistema integrata għar-riċiklaġġ tal-uranju riproċessat, peress li din is-sistema teħtieġ grad għoli ta' koordinazzjoni loġistika bejn il-fornitur tal-assemblaġġi tal-fjuwils (Nouvel Areva NP) u l-fornitur ta' servizzi ta' riproċessar (Nouvel Areva).

(147)

Dan it-telf ta' sinerġiji kollu ser jippenalizza lil Nouvel Areva għall-benefiċċju tal-kompetituri tagħha. Kieku baqa' integrat, il-Grupp Areva kien ikun f'pożizzjoni ideali biex jibbenefika mill-irkupru mistenni mis-suq, b'mod partikolari minħabba t-tagħmir modernizzat li għandu. Suq kbir jinfetaħ pereżempju fis-segment tal-offerti lill-elettriċisti għall-ġestjoni tar-reatturi tagħhom fi tmiem il-ħajja. Iżda, minħabba t-telf ta' sinerġiji antiċipat, l-awtoritajiet Franċiżi u l-Grupp Areva jistrieħu fuq […].

(148)

Għall-kuntrarju, il-kompetituri ta' Nouvel Areva ser ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet maħluqa mill-qasma tal-Grupp Areva, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-forniment ta'fjuwil lir-reatturi l-ġodda. Nouvel Areva ser ikollha tiġġieled kontra kompetituri integrati, bħal Rosatom, jew fil-proċess ta' integrazzjoni vertikali, bħal KHNP, Toshiba/Westinghouse jew CNNC.

4.4.2.2.   L-attivitajiet taċ-ċiklu upstream

(149)

Il-bejgħ ta' Nouvel Areva NP ser ikun […] għall-attivitajiet ta' Nouvel Areva fir-riċiklaġġ u fit-trattament tal-fjuwil użat. Il-bejgħ ta' MOX jiddependi fil-fatt mill-eżistenza fis-suq ta' grupp ta' reatturi b'ilma ħafif li jistgħu joperaw b'assemblaġġi ta' fjuwils MOX. Madankollu, il-kobor ta' dan il-grupp ta' reatturi jiddependi mill-isforzi li ser tagħmel Nouvel Areva NP sabiex tipproponi u timplimenta din it-teknoloġija fil-futur.

(150)

Id-deċiżjoni ta' elettriċista li jħaddem reattur bil-MOX tiddependi mill-kapaċità tiegħu li jiżgura l-prestazzjoni tar-reattur tiegħu u l-ispejjeż relatati. Dawn iż-żewġ fatturi jiddependu min-naħa tagħhom fuq il-kwalità tal-kooperazzjoni bejn id-disinjatur tal-assemblaġġi, u l-fornitur tal-materjal li fih l-MOX. S'issa, din il-kooperazzjoni kienet possibbli minħabba l-abbiltà tal-Grupp Areva li jibbilanċja bejn l-interessi diverġenti ta' dawn l-entitajiet.

(151)

Għalhekk, Nouvel Areva NP […] tippromwovi l-proliferazzjoni ta' reatturi li jużaw il-MOX sakemm […]. S'issa, l-appartenenza għall-istess grupp kienet tippermetti ftehimiet bejn il-gruppi […] kapaċi li jallinjaw l-interessi diverġenti taż-żewġ attivitajiet. Dan mhux ser jibqa' jseħħ fil-futur, u allura huwa previst telf kbir ta' sinerġiji fit-tul.

(152)

Telf ta' sinerġiji ser jinħass ukoll fis-segmenti tad-dekummissjonar u tal-loġistika. L-attivitajiet ta' dekummissjonar huma integrati ħafna ma' dawk tad-disinn tar-reatturi u tal-forniment ta' servizzi lill-bażi installata. Fir-rigward tal-attivitajiet ta' loġistika, illum dawn huma klijenti ta' Areva NP f'żewġ modi: għat-trasport tal-għodod ta' manutenzjoni kontaminati, u għat-trasport tal-assemblaġġi tal-fjuwils. Dawn is-servizzi fi ħdan il-grupp aktarx li jew jiġu internalizzati minn Nouvel Areva NP, jew li jitqiegħdu f'kompetizzjoni fil-futur.

(153)

Is-swieq tad-dekummissjonar u tal-loġistika huma żewġt iswieq dinamiċi, li fuqhom il-Grupp Areva […].

4.4.3.   Is-sħubija strateġika u industrijali globali bejn Nouvel Areva u EDF mhix ser tippermetti li jerġgħu jinħolqu sinerġiji assoċjati attwalment mal-integrazzjoni ta' Areva NP fi ħdan il-Grupp Areva

(154)

L-awtoritajiet Franċiżi pprovdew lill-Kummissjoni l-Protokoll ta' ftehim tat-28 ta' Lulju 2016 bejn EDF u l-Grupp Areva. L-Anness 7 ta' dan il-Protokoll jirrigwarda l-ħolqien ta' sħubija strateġika u industrijali globali.

(155)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, din is-sħubija ma tistax toħloq mill-ġdid is-sinerġiji mitlufa […].

(156)

[…] l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li Nouvel Areva NP u Nouvel Areva waslu biex jidħlu f'loġika ta' klijent/fornitur. […].

(157)

Għalhekk, ebda sħubija strateġika ma tista' tirriproduċi l-forza ta' arbitraġġ u tas-sinerġiji tal-passat fi ħdan il-grupp.

(158)

Madankollu, bi tweġiba għall-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni dwar dan il-punt, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li, matul il-perjodu ta' ristrutturar, Nouvel Areva NP taħt il-kontroll ta' EDF u Nouvel Areva ma jidħlu f'ebda sħubija strateġika jew ftehim qafas ieħor għal kooperazzjoni kummerċjali li tfittex li tiffavorixxi lil Nouvel Areva fis-sitwazzjonijiet fejn Nouvel Areva NP tkun tixtieq tipproponi lil klijent offerta integrata ma' fornitur ta' materjal nukleari, fis-swieq definiti fil-premessi (344) u (347) — provvista ta' assemblaġġi ta' fjuwils u l-kostruzzjoni ta' reatturi ġodda. Dan l-impenn ma jipprevjenix li Nouvel Areva u Nouvel Areva NP jifformulaw offerti konġunti diment li Nouvel Areva ntgħażlet fuq il-bażi ta' kriterji kummerċjali u tekniċi.

4.4.4.   L-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu li l-Grupp Areva jadotta l-miżuri ta' mġiba msemmija fil-punt 84 tal-Linji gwida

(159)

Filwaqt li jfakkru l-importanza tas-sħubijiet fil-qasam nukleari, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li, matul il-perjodu ta' ristrutturar, il-Grupp Areva (Areva SA u Nouvel Areva) u l-impriżi taħt il-kontroll tiegħu jżommu lura milli jakkwistaw, b'mod dirett jew indirett, parteċipazzjonijiet fi kwalunkwe impriża li mhijiex diġà taħt il-kontroll tiegħu, ħlief għall-proġetti li huma indispensabbli għall-vijabbiltà fit-tul tal-Grupp Areva. Dan l-impenn ma japplikax għall-akkwisti ta' parteċipazzjonijiet magħmula minn Nouvel Areva u l-impriżi li hija tikkontrolla direttament jew indirettament, għal finijiet ta' ġestjoni finanzjarja (i) tal-fondi tad-dekummissjonar li l-Grupp Areva huwa meħtieġ li jmexxi skont obbligu legali jew regolatorju; (ii) tal-fondi tal-pensjoni tal-persunal tal-Grupp Areva; (iii) tal-investimenti ta' likwidità. Huma ntrabtu wkoll li l-Grupp Areva (Areva SA u Nouvel Areva) iżomm lura milli jippreżenta l-appoġġ li jgawdi bħala vantaġġ kompetittiv meta jikkummerċjalizza l-prodotti u s-servizzi tiegħu.

4.5.   Il-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi fuq l-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi interessati

4.5.1.   L-osservazzjonijiet ta' TVO u Siemens

(160)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li Areva SA ser tkun kapaċi tiffinanzja l-ħtiġijiet stmati tagħha.

(161)

Minn naħa, huwa żbaljat li wieħed jaħseb li l-Grupp Areva, permezz tal-iskema ta' ristrutturar magħżula, ser jikkomprometti t-tlestija ta' OL3. Is-suċċess ta' dan il-proġett huwa essenzjali għall-entitajiet kollha li għandhom sehem mir-ristrutturar: Areva SA naturalment, iżda wkoll Nouvel Areva (għall-provvista tal-fjuwil) u Nouvel Areva NP (għall-valur ta' dimostrazzjoni ta' dan l-ewwel EPR). Areva SA ser ikollha r-riżorsi kollha operattivi meħtieġa, li mhumiex ser ikunu soġġetti għal diverżjoni u għal kontribuzzjoni immedjata lil Nouvel Areva NP, biex jitlesta l-proġett u d-dubji kollha ta' TVO dwar dan għandhom jitneħħew.

(162)

B'mod partikolari, l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw l-eżistenza ta' […] kooperazzjoni speċifika bejn Areva NP u Nouvel Areva NP li tippermetti lil Areva NP li tirrikorri għal Nouvel Areva NP hekk kif dan ikun meħtieġ […].

(163)

Min-naħa l-oħra, il-ħtiġijiet ta' Areva SA ġew stmati tajjeb mill-awtoritajiet Franċiżi, b'mod konservattiv.

(164)

Rigward l-ispejjeż ta' tlestija ta' OL3, l-istima tal-Grupp Areva hija barra minn hekk komparabbli jew saħansitra aktar konservattiva minn dik ta' TVO, bl-eċċezzjoni ta' […], iżda l-awtoritajiet Franċiżi jiċħdu […], nieqsa mill-fehma tagħhom minn kwalunkwe kredibbiltà. L-awtoritajiet Franċiżi ma jikkummentawx l-istima ta' Siemens li, f'tali livell ta' aggregazzjoni, ma tippermettix analiżi dettaljata.

(165)

Rigward il-ħsarat u l-interessi li jistgħu jirriżultaw minn kundanna eventwali fit-tilwima b'arbitraġġ, […].

(166)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, ikun totalment mhux xieraq u mhux konformi mal-għanijiet u l-ispirtu tar-regoli dwar ir-ristrutturar li jiżdied l-ammont tal-għajnuna sabiex jiġi garantit lil terzi l-ħlas tad-danni li eventwalment jistgħu jingħatawlhom bħala parti minn litigazzjoni mibdija kontra l-benefiċjarju tal-għajnuna. L-ewwel nett, dan it-tip ta' periklu ma jaqax fid-definizzjoni tal-perikli li jridu jiġu kkunsidrati fl-istabbiliment tal-każ degradat. Il-Linji gwida jirreferu biss fil-fatt għal fatturi makroekonomiċi u kummerċjali. It-tieni, żieda bħal din tal-għajnuna tkun kontra l-prinċipji tal-proporzjonalità u ta' limitazzjoni tal-ammont tal-għajnuna għall-minimu strett. It-tielet, l-argumenti ta' TVO u ta' Siemens jwasslu fir-realtà biex l-Istat jiggarantixxi s-solvenza tad-debitur/ko-debitur eventwali in solidum tagħhom, li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil Siemens u lil TVO. Madankollu, il-Kummissjoni rrikonoxxiet b'mod espliċitu li l-garanziji tal-Istat fuq tilwim ipotetiku jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat (21) u diġà eskludiet il-prinċipju tal-kompatibbiltà tagħhom (22). Ir-raba', l-argumenti ta' Siemens u TVO huma inkonsistenti peress li ma jinkludux il-possibbiltà ta' riżultat pożittiv għall-Konsorzju. Il-ħames, f'każ ta' arbitraġġ mhux favorevoli, […].

(167)

Rigward il-[…]. L-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw diversi argumenti.

(168)

Rigward […].

(169)

Barra minn hekk, il-problemi ta' segregazzjoni tal-karbonju ta' oriġini regolatorja waslu biex jiġu solvuti fuq il-proprjetà eżistenti ta' EDF. L-ASN awtorizzat it-tħaddim mill-ġdid tar-reatturi tal-kumpless Franċiż operattiv li għandhom ġeneraturi tal-fwar manifatturati fi Creusot (li fihom kienu ġew identifikati problemi ta' segregazzjoni tal-karbonju), u ta' tmienja mit-tnax-il reattur li għandhom ġeneraturi tal-fwar manifatturati mis-sieħeb Ġappuniż ta' Areva NP.

(170)

Mhemm l-ebda ħjiel ta' anomaliji lanqas sa issa fiċ-ċirkwit ewlieni ta' Taishan. Fi kwalunkwe każ, il-kuntratt jistipula li r-responsabbiltà kuntrattwali tal-Grupp Areva hija limitata għal EUR [0-1 biljun] għall-proġett ta' Taishan.

(171)

[…], kwalunkwe talba tkun teħtieġ li tinġieb evidenza ta' ħsara ċerta, jiġifieri difett reali tas-sigurtà f'xi parti li twassal għal riskju għoli ta' ħsara.

(172)

Għall-kwistjonijiet kollha li jinvolvu r-responsabbiltajiet ċivili tal-Grupp Areva, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw lill-Kummissjoni li […].

(173)

F'dak li jirrigwarda l-argument ta' Siemens li jallega li r-riżorsi pproġettati ta' Areva SA għandhom jippermettulha tkopri ammont teoretiku massimu li jkopri r-riskji teoretikament possibbli, l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li l-eżempji tal-prattika tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li fuqhom huwa bbażat ir-raġunament ta' Siemens ġejjin kollha minn proċedimenti miftuħa fil-qafas temporanju tal-għajnuna għar-ristrutturar ta' istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u finanzjarja. Dan ir-raġunament issuġġerit b'analoġija minn Siemens mhuwiex għalhekk, skont l-awtoritajiet Franċiżi, effettiv f'dan il-każ. Dawn jindikaw ukoll li l-agħar xenarju fl-ambitu tal-Linji gwida ma jistax ikopri r-riskji kollha teoretikament possibbli iżda jrid jibqa' fl-isfera tal-avvenimenti possibbli.

(174)

Fl-aħħar nett, bi tweġiba għall-argument ta' Siemens li kapitalizzazzjoni baxxa ta' Areva SA tikser il-prinċipju ta' tqassim ġust tal-piżijiet li jaqa' taħt il-Linji gwida, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li l-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju tirrigwarda biss lill-azzjonisti u lill-kredituri subordinati, li ma għandhomx ikunu mħarsa indebitament mill-effetti tal-għajnuna.

4.5.2.   L-osservazzjonijiet ta' Urenco

(175)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li Urenco kkontribwiet ħafna għall-kapaċità żejda li, minn Fukushima 'l hawn, tikkaratterizza s-suq tal-arrikkiment tal-uranju. B'hekk, is-sehem ta' Urenco fil-kapaċità dinjija tal-arrikkiment irdoppja bejn l-2007 u l-2015, meta dak tal-Grupp Areva naqas.

4.5.2.1.   Dwar l-allegati distorsjonijiet fil-kompetizzjoni

(176)

L-awtoritajiet Franċiżi mbagħad juru li l-għajnuna mill-Istat mhija ser toħloq l-ebda distorsjoni fil-kompetizzjoni, għall-kuntrarju, ser ikollha sehem fl-animazzjoni tal-kompetizzjoni fit-tul.

(177)

Fis-swieq tal-loġistika u tad-dekummissjonar, il-preżenza relattivament modesta tal-Grupp Areva turi li l-għajnuna mhija ser toħloq ebda distorsjoni fil-kompetizzjoni. B'mod simetriku, il-Grupp Areva huwa l-uniku attur mondjali li jopera fabbrika ta' riproċessar fuq skala industrijali u ż-żamma tagħha f'dan is-segment ma tistax għalhekk tagħmel ħsara lil kompetizzjoni li ma teżistix.

(178)

Fis-segmenti tal-minjiera, tal-konverżjoni u tal-arrikkiment, wieħed josserva strutturi tas-suq ikkonċentrati ħafna, peress li l-Grupp Areva huwa barra minn hekk l-uniku grupp Ewropew ewlieni fis-segmenti tal-minjiera u tal-konverżjoni. L-għajbien tal-Grupp Areva minn dawn is-segmenti jkollu għalhekk konsegwenzi anti-kompetittivi peress li jippromwovi konċentrazzjoni saħansitra akbar.

(179)

Barra minn hekk, il-Grupp Areva mhux ser ikun imsaħħaħ indebitament mill-għajnuna mill-Istat fuq is-segment partikolari tal-arrikkiment. L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jinnutaw li l-kapaċità tal-Grupp Areva li jiffirma kuntratti ta' servizzi ta' arrikkiment mhijiex korrelatata mal-klassifikazzjoni finanzjarja tiegħu, iżda pjuttost ma' karatteristiċi oħrajn bħall-prezz tal-forniment, il-flessibbiltà kuntrattwali, il-kwalità tal-loġistika, eċċ. It-tieni, il-fergħa tal-arrikkiment tal-Grupp Areva (il-Kumpanija tal-Arrikkiment ta' Tricastin (Société d'Enrichissement du Tricastin, minn hawn 'il quddiem, “SET”) diġà tagħmel qligħ u hija awtonoma finanzjarjament, […].[…], din l-attività ser tikkontribwixxi aktar għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-Grupp Areva ristrutturat, milli ser tibbenefika hija stess mill-għajnuna. It-tielet, Areva ilha ma tkun attiva fil-kummerċ ta' SWUs għal mill-inqas 10 snin, […].

4.5.2.2.   Dwar il-miżuri kumpensatorji

(180)

L-awtoritajiet Franċiżi jirreferu għall-argument espost fl-osservazzjonijiet tagħhom tat-12 ta' Settembru 2016 biex ifakkru li l-għajbien tas-sinerġiji relatati mal-mudell integrat ser jippenalizza mhux biss l-attivitajiet tal-bidu u ta' tmiem iċ-ċiklu, iżda wkoll u b'mod aktar ġenerali l-attivitajiet kollha tul iċ-ċiklu tal-ħajja tar-reattur. Il-bejgħ ta' Nouvel Areva NP huwa għalhekk miżura kompensatorja suffiċjenti. Għar-raġunijiet diġà esposti fl-istess osservazzjonijiet, is-sħubija strateġika ma' EDF mhijiex ser toħloq dawn is-sinerġiji mill-ġdid, u l-fatt li l-Istat Franċiż huwa l-azzjonist taż-żewġ gruppi ma jibdel xejn peress li dawn huma entitajiet ekonomiċi indipendenti b'setgħa li jieħdu deċiżjonijiet awtonomi.

(181)

Rigward b'mod aktar speċifiku d-diversi miżuri rakkomandati minn Urenco, l-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw dan li ġej:

(a)

it-talba ta' Urenco dwar l-impenn ta' EDF li tagħmel offerti miftuħa mhijiex ġustifikata fid-dritt u fil-fatt. L-ewwel nett, l-Istat Franċiż ma jista' jimponi xejn fuq EDF, li hija parti terza għal dan il-proċedura ta' għajnuna mill-Istat. Imbagħad, EDF bħala entità ekonomika awtonoma ma għandha ebda inċentiv li tiffavorixxi lil Nouvel Areva. Fl-aħħar nett, il-preċedent li rriżulta mill-operazzjoni ta' konċentrazzjoni Framatome/Siemens/Cogema mhuwiex rilevanti peress li l-miżura inkwistjoni kienet tirrigwarda l-assemblaġġi tal-fjuwils, li għalihom kien hemm ostakoli qawwija (b'mod partikolari regolatorji) għad-dħul, u peress li l-Istat ma għadux legalment kapaċi li jieħu kwalunkwe impenn f'isem EDF;

(b)

l-implimentazzjoni ta' separazzjoni tal-kontabilità (“ring-fencing”) tal-attivitajiet ta' arrikkiment mhijiex meħtieġa peress li SET hija diġà awtonoma finanzjarjament. Barra minn hekk, miżura bħal din toħloq diffikultajiet operattivi insurmontabbli minħabba l-grad ta' sovrapożizzjoni operattiva ta' din is-sussidjarja ma' entitajiet oħrajn tal-Grupp Areva;

(c)

il-projbizzjoni li l-kapaċità tal-fabbrika Georges Besse II tiġi estiża tidher kontradittorja mal-impenn li ħa l-Grupp Areva, […]. L-awtoritajiet Franċiżi għalhekk intrabtu li, matul il-perjodu ta' ristrutturar, il-Grupp Areva ma jżidx il-kapaċità tal-fabbrika Georges Besse II, ħlief għall-akkwist u l-installazzjoni ta' ċentrifugi previsti fil-ftehimiet eżistenti tiegħu […];

(d)

il-bejgħ jew il-limitazzjoni tal-attività ta' produzzjoni tal-MOX mhumiex xierqa. L-ewwel nett, din l-attività ser tiddgħajjef bil-bejgħ ta' Nouvel Areva NP. It-tieni, peress li l-fjuwils MOX u UOX mhumiex sostitwibbli, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni hija minima għal kompetituri bħal Urenco li joffru biss l-UOX. It-tielet, il-produzzjoni tal-MOX hijia essenzjali għas-sopravivenza tal-industrija tat-trattament nukleari. Ir-raba', l-affermazzjoni ta' Urenco li l-produzzjoni tal-MOX mhijiex profittabbli meta mqabbla mal-UOX tinjora l-bosta esternalitajiet pożittivi assoċjati ma' din il-produzzjoni;

(e)

bejgħ addizzjonali, pereżempju fil-loġistika, huwa ta' ħsara għar-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul ta' Nouvel Areva u huma inqas u inqas iġġustifikati meta d-distorsjonijiet maħluqa mill-għajnuna huma minimi f'dawn is-swieq.

5.   EVALWAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

5.1.   L-eżistenza ta' għajnuna

(182)

Il-Kummissjoni trid teżamina jekk il-miżuri kkonċernati minn din il-proċedura jistgħux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(183)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, “kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

(184)

Abbażi ta' din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni tqis li l-kwalifika ta' miżura pubblika bħala għajnuna mill-Istat tassumi li l-kundizzjonijiet kollha f'daqqa huma ssodisfati, jiġifieri: (i) il-miżura trid tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, (ii) trid tagħti vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju tagħha, (iii) dan il-vantaġġ irid ikun selettiv, u (iv) il-miżura inkwistjoni trid twassal għal distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

5.1.1.   Is-sottoskrizzjoni tal-Istat Franċiż għaż-żidiet ta' kapital ta' Areva SA u ta' Nouvel Areva

(185)

Għalkemm dawn iż-żewġ interventi jidhru separati, il-Kummissjoni tqis li s-sottoskrizzjoni tal-Istat għaż-żidiet ta' kapital ta' Areva SA u ta' Nouvel Areva rispettivament għandha titqies bħala għajnuna waħda mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Grupp Areva. Jirriżulta fil-fatt mill-analiżi tad-diffikultajiet u tad-dejn tal-Grupp Areva li dan kollu kemm hu għandu bżonn ta' kapital. Il-fatt li din il-ħtieġa globali ta' rikapitalizzazzjoni tiġi allokata sussegwentement bejn Areva SA u Nouvel huwa biss modalità ta' implimentazzjoni tar-rikapitalizzazzjoni tal-Grupp Areva.

(186)

Din is-sottoskrizzjoni hija attribwibbli lill-Istat u ġejja minn riżorsi tal-Istat. Fil-fatt, iż-żewġ żidiet ta' kapital ser jkunu sottoskritti direttament mill-Istat permezz tar-riżorsi proprji.

(187)

Din is-sottoskrizzjoni tagħti vantaġġ ekonomiku lill-Grupp Areva. Minn naħa, dan l-investiment ser jtejjeb il-qagħda tal-Grupp Areva peress li ser jkun jista' jiffaċċja parti konsiderevoli tad-dejn tiegħu. Min-naħa l-oħra, il-Grupp Areva ma kienx ikun kapaċi jikseb kapitali bħal dawn f'kundizzjonijiet normali tas-suq, peress li ebda investitur privat ma kien jissottoskrivi xi żieda ta' kapital tal-Grupp Areva f'dawn il-kundizzjonijiet fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja deterjorata tiegħu. Iż-żewġ investituri terzi MHI u JNFL mhumiex ser jikkontribwixxu għall-kapital tal-Grupp Areva bl-istess mod tal-Istat Franċiż, peress li l-investiment tagħhom ser jirrigwarda biss waħda miż-żewġ entitajiet tal-Grupp Areva ristrutturat (Nouvel Areva), u għal ammont […] żgħir.

(188)

B'hekk il-vantaġġ mogħti lill-Grupp Areva huwa selettiv. Fil-fatt, is-sottoskrizzjoni tal-Istat għal dawn iż-żidiet ta' kapital hija miżura ad hoc, li tibbenefika biss lill-Grupp Areva għall-ħtiġijiet tar-ristrutturar tiegħu.

(189)

Fl-aħħar nett, il-vantaġġ mogħti lill-Grupp Areva permezz tas-sottoskrizzjoni tal-Istat għaż-żewġ żidiet ta' kapital jista' jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fil-fatt, id-diversi swieq li fuqhom huwa attiv il-Grupp Areva huma kkaratterizzati minn kummerċ kbir bejn dawn l-Istati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni diġà kellha l-okkażjoni tikkunsidra li s-swieq nukleari għandhom tal-anqas dimensjoni Ewropea (23). Barra minn hekk, il-vantaġġ mogħti lill-Grupp Areva jipprovdilu riżorsi finanzjarji addizzjonali li jippermettulu jibqa' attiv fis-suq. Għaldaqstant, il-miżura tista toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni.

(190)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sottoskrizzjoni tal-Istat Franċiż għaż-żidiet ta' kapital ta' Areva SA u ta' Nouvel Areva tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, favur il-Grupp Areva, li tammonta għal EUR 4,5 biljun.

5.1.2.   Il-bejgħ magħmul bħala parti mill-pjan ta' ristrutturar

(191)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni nnutat li l-bejgħ ippjanat mill-Grupp Areva seta' jikkostitwixxi għajnuna la ma kienx ser jsir bi prezz tas-suq. F'dan il-każ din kienet ser tkun kemm għajnuna lix-xerrej, jekk il-prezz tal-bejgħ jiġi kkunsidrat baxx iżżejjed, kif ukoll għajnuna għall-bejjiegħ (Grupp Areva), jekk il-prezz tal-bejgħ jitqies għoli żżejjed — peress li l-għajnuna lill-bejjiegħ mhijiex rilevanti ħlief fil-każ ta' bejgħ lil entità pubblika oħra, diment li l-kriterji ta' responsabbiltà u ta' riżorsi tal-Istat huma ssodisfati. Il-Kummissjoni tfakkar li skont il-punt 63 tal-Linji gwida, il-bejgħ li jinvolvi element ta' għajnuna lill-bejjiegħ (Grupp Areva) ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni proprja.

(192)

Rigward il-bejgħ lil partijiet terzi minbarra dawk pubbliċi (Canberra, Elta, Adwen), il-Kummissjoni tirrikonoxxi li x-xenarju ta' għajnuna mill-Grupp Areva lil dawn ix-xerrejja, permezz ta' prezz baxx iżżejjed, mhuwiex realistiku peress li l-Grupp Areva għandu kull interess li jimmassimizza l-prodotti ta' dan il-bejgħ. Barra minn hekk, dan il-bejgħ seħħ permezz ta' proċessi kompetittivi li jistgħu jimmassimizzaw il-prezz li jista' jinkiseb mill-Grupp Areva.

(193)

Rigward min-naħa l-oħra l-bejgħ ta' Nouvel Areva NP u l-bejgħ ta' Areva TA, ma setax ikun eskluż a priori li EDF jew li l-konsorzju pubbliku xerrej ta' Areva TA jiffissaw offerta bi prezz indebitament għoli sabiex jagħtu vantaġġ lill-Grupp Areva. Madankollu, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi, fuq il-bażi tar-raġunament mogħti aktar 'l isfel fil-partijiet 5.1.2.1 u 5.1.2.2, li dan il-bejgħ isir bi prezz tas-suq, li jeskludi vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

5.1.2.1.   Il-bejgħ ta' parteċipazzjoni kbira f'Nouvel Areva NP

(194)

Il-bejgħ lil EDF ta' sehem prinċipali f'Nouvel Areva NP ma sarx bi proċedura miftuħa, trasparenti u inkundizzjonali ta' offerti. Madankollu, bejgħ gradwali tal-ishma ta' kontroll huwa prattika komuni tas-suq. Rigward Nouvel Areva NP, jeħtieġ ukoll li jiġu kkunsidrati l-qasam tal-attività u r-rabtiet mal-operat tal-impjanti nukleari, li fih il-bejgħ ta' parteċipazzjonijiet ta' kontroll bi proċedura ta' ħrug ta' offerti mhijiex prattika komuni tas-suq. Barra minn hekk, qabel ma jaqblu mal-bejgħ tal-parteċipazzjoni, il-partijiet għat-tranżazzjoni użaw evalwazzjonijiet indipendenti, sabiex kull wieħed minnhom jiddetermina l-prezz tal-bejgħ. Għalkemm huwa veru li bħala miżura finali prezz tal-bejgħ effettiv huwa r-riżultat ta' negozjati bejn bejjiegħ u xerrej miftiehma, xorta jibqa' l-fatt li l-użu ta' tali evalwazzjonijiet għan-negozjati qabel il-qbil fuq il-prezz huwa wkoll prattika komuni tas-suq, li jista' jużaha anki investitur prudenti (24).

(195)

F'dak li jirrigwarda l-kontenut tal-evalwazzjonijiet, wara eżerċizzju ta' evalwazzjoni tal-valur tal-parteċipazzjoni bbażata fuq approċċ b'diversi kriterji, il-konsulent finanzjarju ta' EDF, il-bank BNP Paribas, ħareġ l-opinjoni li ġejja fl-24 ta' Lulju 2015: “Fuq il-bażi tal-Informazzjoni u l-karatteristiċi tal-Operazzjoni msemmija hawn fuq, jidher li sal-lum, il-prezz ta' EUR 2,7 biljun għal 100 % tal-kapital ta' Areva NP propost minn EDF bħala parti mill-Operazzjoni huwa raġonevoli fil-fehma tagħna għal EDF, minn perspettiva strettament finanzjarja.” EDF imbagħad għamlet użu mis-servizzi tal-bank Société Générale biex tibda l-fażi tad-diliġenza dovuta. L-awtoritajiet Franċiżi taw lill-Kummissjoni preżentazzjoni dettaljata tar-riżultati ta' din id-diliġenza dovuta, datata Jannar 2016, li fiha Société Générale japprova l-valur, innegozjat mill-ġdid bejn il-partijiet, ta' EUR 2,5 biljun għal 100 % tal-ekwità.

(196)

L-eżerċizzju ta' valutazzjoni li sar minn Société Générale huwa dettaljat ħafna (127 paġna ta' analiżi) u huwa bbażat fuq il-metodu DCF, komunement aċċettat fil-kwistjonijiet finanzjarji.

(197)

L-ewwel nett, Société Générale reġa' ħadem mill-ġdid ma' EDF il-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju li għamel il-Grupp Areva għal kull waħda mill-ħames fergħat ta' attività li jidħlu fl-ambitu fil-mira ta' Nouvel Areva NP: bażi installata, assemblaġġi tal-fjuwils, manifattura, proġetti kbar, u oħrajn (funzjonijiet ta' appoġġ, perikli, eċċ.). Dawn il-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju huma validi sal-2023. L-aġġustamenti jirrigwardaw għadd kbir ta' suppożizzjonijiet dwar għadd ta' proġetti ta' Nouvel Areva NP. […] (25).

(198)

Minn dawn il-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju, il-valur tal-impriża ta' kull fergħa ta' attività huwa kkalkulat permezz ta' metodu DCF. Société Générale japplika għal dan kost medju ponderat tal-kapital (minn hawn 'il quddiem, “WACC”) differenti għal kull fergħa ta' attività, skont ir-riskju inerenti għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet. Dan il-WACC huwa stmat permezz ta' metodoloġija CAPM (Capital Asset Pricing Model) relattivament avvanzata: għal kull fergħa ta' attività, WACC huwa stmat għal kull pajjiż li fih hija attiva l-impriża, imbagħad WACC ponderat huwa kkalkulat minn dawn il-WACCs ġeografiċi differenti. Ir-rati mingħajr riskju huma derivati minn diversi sorsi rikonoxxuti (SG Research, Bloomberg, Imsieħba finanzjarji), il-primjums ta' riskju tal-pajjiżi huma bbażati fuq ix-xogħlijiet tal-Professur Damodaran tal-Università NYU Stern, u l-ispiża tad-dejn hija bbażata fuq il-primjum ta' riskju tal-bonds ta' impriżi simili. Dawn l-impriżi simili, magħżulin minn Société Générale skont diversi kriterji speċifiċi għal kull fergħa ta' attività, jintużaw ukoll sabiex jiġi ddeterminat il-beta ta' kull attività. Il-kampjun ta' impriżi simili huwa magħmul minn seba' kumpaniji elenkati għall-fergħa ta' attività tal-fjuwils, ħamsa għall-bażi installata, sitta għall-manifattura u sitta għall-proġetti l-kbar. Il-valuri beta miksubin b'dan il-mod huma kkorroborati mit-tqabbil mat-tbassir ta' beta pprovdut mill-mudell li jikkunsidra ħafna fatturi Barra.

(199)

L-analiżi, ibbażata fuq il-metodu DCF, tal-valur ta' kull fergħa ta' attività tinkludi wkoll valur terminali wara l-2023. Din ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tal-metodu ta' Gordon Shapiro billi nżamm fluss standard meqjus rappreżentattiv tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni ta' flus tal-attività. Intgħażlet suppożizzjoni ta' rata ta' tkabbir infinita żero għall-fergħat kollha tal-attività.

(200)

Saru analiżijiet tas-sensittività fuq dawn il-valuri korporattivi permezz ta' varjazzjoni fil-parametri bħall-WACC jew il-marġni tal-EBITDA. Id-dejn nett ta' kull fergħa ta' attività mbagħad ġie mnaqqas minn dawn il-valuri korporattivi, sabiex jinkiseb minnhom il-valur tal-ekwità. It-total ta' dawn l-ammonti differenti skont il-fergħa ta' attività jagħti l-valur globali tal-ekwità ta' Nouvel Areva NP. Société Générale stmat li wieħed seta' jiddeduċi minn din il-valutazzjoni multiplu EBITDA ta' […]. Dan il-multiplu ta' EBITDA jidher raġonevoli peress li huwa inqas mill-medji u medjani tal-multipli ta' EBITDA osservati għal tranżazzjonijiet simili — peress li Société Générale għażel kampjun ta' 19-il tranżazzjoni rappreżentattivi tad-diversi professjonijiet ta' Nouvel Areva NP.

(201)

Il-valur tad-diversi parametri magħżula għall-metodu DCF, kif ukoll dak tal-multiplu ta' EBITDA impliċitu, huma wkoll ikkorroborati mit-tqabbil mal-medji u l-medjani meħuda mill-istudju tal-impriżi komparabbli msemmi fil-premessa (198).

(202)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni tikkonferma s-sejba, diġà espressa fid-deċiżjoni tal-ftuħ, li l-eżerċizzju ta' valutazzjoni li għamlet EDF u l-konsulenti tagħha huwa bbażat fuq dejta oġġettiva disponibbli, verifikabbli u affidabbli, li tirrifletti s-sitwazzjoni ekonomika fiż-żmien meta ġiet deċiża l-operazzjoni. Din is-sejba ma ġiet ikkontestata minn ebda parti terza matul l-investigazzjoni. L-elementi l-ġodda li rriżultaw minn dan l-eżerċizzju ta' valutazzjoni, bħad-diviżjoni f'sussidjarji minn isfel għal fuq jew l-iskoperta tar-riskji fuq il-kuntratti tal-komponenti, ma jistgħux jaffettwaw ir-riżultat tiegħu peress li EDF qagħdet attenta li tipproteġi lilha nfisha għal kollox minn dawn ir-riskji, skont il-metodi deskritti fil-premessa 30.

(203)

Fuq il-bażi ta' din l-evalwazzjoni ta' EUR 2,5 biljun għal 100 % tal-ekwità, Société Générale uriet li EDF setgħet tistenna rata ta' redditu interna tal-investiment (minn hawn 'il quddiem, “IRR”) ta' [0-20] % fix-xenarju ċentrali. Dan ix-xenarju ċentrali jassumi output (għall-kalkolu tal-valur finali) fi […], u multiplu ta' output ekwivalenti għall-multiplu tal-input, jiġifieri […]x l-EBITDA.

(204)

Dan l-IRR irid jitqabbel mal-ispiża tal-ekwità, ponderata fuq id-diversi setturi ta' Nouvel Areva NP. F'dan il-każ, il-kalkoli ta' Société Générale, li huma bbażati fuq il-kriterji oġġettivi elenkati fil-premessa 198, jipprovdu l-indikazzjonijiet li ġejjin għal kull fergħa ta' attività: [0-10] % għall-fjuwil, [0-10] % għall-bażi installata, [0-20] % għall-proġetti l-kbar, [0-10] % għall-manifattura. Dawn l-estimi jidhru serji peress li huma bbażati fuq sorsi u metodoloġija komunement aċċettati, simili għal dawk li l-Kummissjoni stess użat f'każijiet oħrajn, appoġġjata mill-Qorti Ġenerali fejn kien meħtieġ (26). Jekk wieħed jippondera dawn l-estimi bis-sehem relattiv ta' kull fergħa ta' attività fil-fatturat ta' Nouvel Areva NP, wieħed jikseb spiża medja ponderata tal-ekwità ta' [0-10] %. L-IRR li EDF tista' tistenna mill-investiment f'Nouvel Areva NP huwa għalhekk ogħla mill-ispiża tal-ekwità fis-settur ikkunsidrat, inkluż f'ċertu numru ta' xenarji negattivi kkunsidrati fl-analiżijiet ta' sensittività (fuq is-sena u fuq il-multiplu tal-output) magħmula minn Société Générale.

(205)

Minħabba dawn il-fatturi oġġettivi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-bejgħ ta' Nouvel Areva NP qed isir f'kundizzjonijiet normali tas-suq li ma jwasslux għal vantaġġ ekonomiku la għax-xerrej (EDF) u lanqas għall-bejjiegħ (il-Grupp Areva), u għalhekk teskludi l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat.

5.1.2.2.   Il-bejgħ ta' Areva TA

(206)

L-awtoritajiet Franċiżi ċċaraw l-arranġamenti tal-bejgħ ta' Areva TA u pprovdew l-evidenza li tiġġustifika l-prezz ta' EUR [0-2 biljun] għal 100 % tal-ekwità. Din l-evidenza nġabret fil-qosor fi studju mid-ditta ta' konsultazzjoni finanzjarja […] datat is-6 ta' Diċembru 2016.

(207)

Bħala parti mid-diliġenza dovuta tiegħu, il-konsorzju xerrej fassal il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tiegħu għall-kumpanija Areva TA, fejn beda bil-viżjoni tal-bejjiegħ u aġġusta s-suppożizzjonijiet tat-tfassil tal-pjan fl-aħjar għarfien tiegħu.

(208)

Il-Kummissjoni rrevediet il-previżjonijiet u s-suppożizzjonijiet ta' dan l-eżerċizzju ta' valutazzjoni u tikkunsidra li dan jissodisfa r-rekwiżiti ta' kwalità ta' investitur prudenti. Huwa bbażat fuq dejta disponibbli oġġettiva, verifikabbli u affidabbli, li tirrifletti s-sitwazzjoni ekonomika fiż-żmien meta ġiet deċiża l-operazzjoni.

(209)

Minħabba dawn il-fatturi oġġettivi, il-Kummissjoni tqis li l-bejgħ ta' Areva TA qed isir f'kundizzjonijiet normali tas-suq li ma jwasslux għal vantaġġ ekonomiku la għax-xerrej u lanqas għall-bejjiegħ (il-Grupp Areva), u għalhekk teskludi l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat.

5.2.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern

(210)

Is-sottoskrizzjoni tal-Istat għaż-żidiet ta' kapital ta' Areva SA u ta' Nouvel Areva hija għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li Franza qed tippjana li tagħti lil kumpanija, il-Grupp Areva, attiv f'oqsma koperti mit-Trattat Euratom.

(211)

It-Trattat Euratom jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, waqt li jispeċifika l-istrumenti meħtieġa u jistabbilixxi r-responsabbiltajiet biex jintlaħqu għanijiet bħas-sikurezza nukleari, l-indipendenza enerġetika, id-diversità u s-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija (27).

(212)

Kif irrikonoxxiet il-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet preċedenti tagħha (28), il-promozzjoni ta' enerġija nukleari effiċjenti hija għan essenzjali tat-Trattat Euratom, u għalhekk tal-Unjoni. Kif jindika l-preambolu tat-Trattat Euratom, il-Kummissjoni bħala istituzzjoni tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika hija meħtieġa li toħloq il-“kondizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp ta' industrija nukleari b'saħħitha li tkun tista tipprovdi fornimenti estensivi ta' enerġija”. Dan l-obbligu jrid jiġi kkunsidrat meta l-Kummissjoni teżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha għall-awtorizzazzjoni ta' għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE u tal-Artikolu 108(2) tat-TFUE.

(213)

It-TFUE jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom għajnuna tista' tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq intern. L-Artikolu 107(3)(c) tal-imsemmi TFUE jipprovdi li l-Kummissjoni tista' tawtorizza għajnuna mill-Istat meta tingħata biex tippromwovi l-iżvilupp ta' ċerti setturi ekonomiċi u diment li din l-għajnuna ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet kummerċjali sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Minħabba n-natura tal-miżura inkwistjoni, il-Kummissjoni ser tistabbilixxi jekk hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna għar-ristrutturar stabbiliti fil-Linji gwida, minħabba d-dubji espressi fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura kif ukoll l-osservazzjonijiet ta' Franza u tal-partijiet terzi interessati.

5.2.1.   Eliġibilità tal-Grupp Areva għall-għajnuniet għar-ristrutturar

(214)

Fi tmiem is-sena 2014, jiġifieri fil-bidu tal-perjodu ta' ristrutturar tal-Grupp Areva, dan kien jippreżenta ekwità negattiva ta' madwar EUR – 244 miljun. Peress li ġie rreġistrat telf ġdid minn dakinhar, is-sitwazzjoni tal-ekwità tal-Grupp Areva marret aktar lura fl-2015. L-ekwità tal-Grupp Areva kienet tammonta għal EUR – 2,3 biljun fil-31 ta' Diċembru 2015.

(215)

Fil-preżenza ta' ekwità negattiva, il-kriterju msemmi fil-punt 20(a) tal-Linji gwida huwa ssodisfat. Il-Grupp Areva għandu għalhekk jiġi kkunsidrat bħala impriża f'diffikultà, li jagħmilha eliġibbli għal għajnuna għar-ristrutturar.

5.2.2.   Kontribut lejn objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar

(216)

It-Trattat Euratom jipprovdi, bħala objettivi ta' interess komuni, is-sikurezza nukleari, l-indipendenza enerġetika, id-diversità u s-sigurtà tal-fornimenti tal-enerġija. L-Artikolu 2(d) tat-Trattat Euratom jgħid fost l-oħrajn li l-Komunità Euratom trid tassigura d-distribuzzjoni regolari u ġusta ta' minerali u fjuwils nukleari lill-utenti kollha fil-Komunità. Jekk jiġi evitat l-għajbien tal-Grupp Areva, l-għajnuna investigata tikkontribwixxi għat-twettiq ta' dawn l-objettivi differenti.

(217)

Fil-fatt, l-għajnuna tippermetti s-sopravivenza tal-Grupp Areva, li huwa attur ewlieni fil-qasam nukleari Ewropew. Il-Grupp Areva huwa l-attur ewlieni Ewropew attiv fis-suq tal-estrazzjoni tal-uranju u l-uniku f'dawk tal-konverżjoni tal-uranju, tar-riċiklaġġ tal-fjuwils u tal-produzzjoni ta' MOX. Għandu l-kompetenzi meħtieġa biex jopera, fl-aħjar kundizzjonijiet ta' sigurtà u sikurezza, ċertu numru ta' “faċilitajiet bażiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-enerġija nukleari” fl-ambitu tal-Artikolu 2, bħal pereżempju s-siti jew l-installazzjonijiet ta' Comurhex II, l-Aja u Melox. Il-Grupp Areva fl-aħħar nett huwa attur Ewropew essenzjali għall-manifattura ta' fjuwils nukleari għar-reatturi ta' riċerka u ta' bersalli maħsuba biex jiġu irradjati għall-produzzjoni ta' isotopi radjuattivi għal użu mediku.

(218)

L-għajbien tiegħu jkollu għalhekk konsegwenzi immedjati f'termini ta' sikurezza nukleari, indipendenza enerġetika, diversità u sigurtà ta' fornimenti ta' enerġija Ewropej.

(219)

Il-Linji gwida jiddefinixxu wkoll il-kundizzjonijiet li fihom għajnuna għar-ristrutturar tikkontribwixxi għal għan ta' interess komuni. Dan huwa l-każ jekk l-għan tagħha huwa li tevita d-diffikultajiet soċjali jew li tirrimedja fallimenti tas-suq li jinħolqu mill-ħruġ tal-impriża mis-suq u mill-għajbien tal-attivitajiet tagħha.

(220)

Fost il-fallimenti tas-suq imsemmija fil-punt 44 tal-Linji gwida, dawk li japplikaw f'dan il-każ huma, skont is-swieq inkwistjoni, (i) ir-riskju ta' interruzzjoni ta' servizz importanti li huwa kkumplikat li jiġi riprodott u li kompetitur jista' diffiċilment jipprovdi minflok il-benefiċjarju, (ii) il-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ mis-suq ta' impriża li għandha rwol sistemiku essenzjali f'settur partikolari, u (iii) telf irrekuperabbli ta' għarfien tekniku jew ta' ħiliet essenzjali. Il-mod kif l-għajnuna tippermetti li jiġu evitati dawn ir-riskji jew konsegwenzi dannużi huwa eżaminat, aktar 'l isfel, fil-premessi 223 sa 226.

(221)

Barra min hekk, il-Kummissjoni trid tivvaluta xenarji oħrajn minbarra s-sempliċi ħruġ mis-suq, pereżempju l-issuktar ta' ċerti attivitajiet wara l-likwidazzjoni mingħajr għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni fil-fatt trid tassigura li l-għanijiet ta' interess komuni ma jintlaħqux bl-istess mod f'dawn ix-xenarji kontrofattwali li ma jinvolvux għajnuna. Din l-analiżi hija s-suġġett tat-taqsima 5.2.4 ta' din id-deċiżjoni.

(222)

Rigward il-konsegwenzi lil jkollu l-ħruġ tal-Grupp Areva minn dawn is-swieq, il-Kummissjoni tinnota dan li ġej.

(223)

Għall-attivitajiet tal-minjiera, peress li l-Grupp Areva huwa l-operatur Ewropew ewlieni tas-settur, il-ħruġ tiegħu mis-suq ikollu l-konsegwenza li l-forniment ta' uranju tal-Ewropa jkun jiddependi l-aktar minn operaturi mhux Ewropej, fosthom l-operaturi Russi (Rosatom) u Każakistani (KAP), li jirrappreżentaw madwar [30-50] % tas-suq (29). Ebda operatur Ewropew jew tal-Punent (pereżempju l-Kanadiż Cameco) ma jidher li jista' jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-minjieri tiegħu b'mod kompatibbli mal-għan li jiġu żgurati d-diversità u s-sigurtà tal-forniment tal-Unjoni. Il-ħruġ mis-suq tal-Grupp Areva jista' finalment iwassal ukoll għal żieda fil-prezzijiet tal-uranju minħabba l-konċentrazzjoni f'dan is-suq. Minn dan il-lat, il-Grupp Areva għandu rwol sistemiku essenzjali għall-fornimenti Ewropej ta' uranju.

(224)

F'dak li jirrigwarda l-attivitajiet ta' konverżjoni, il-Grupp Areva huwa l-aħħar operatur Ewropew attiv f'dan is-suq. L-għajbien tiegħu mis-suq ikollu konsegwenzi negattivi serji. L-ewwel nett, jikkomprometti l-indipendenza enerġetika tal-Unjoni, ladarba l-konverżjoni tal-uranju hija ħolqa indispensabbli fil-katina nukleari. Imbagħad, iwassal għal tnaqqis fl-intensità kompetittiva f'dan is-suq li diġà huwa kkonċentrat ħafna, li jista' jiġġenera spejjeż addizzjonali għall-elettriċisti Ewropej u allura, in fine, għall-konsumaturi Ewropej. Minn dan il-lat, il-Grupp Areva għandu rwol sistemiku essenzjali għall-attivitajiet Ewropej taċ-ċiklu tal-fjuwil u, kieku kellu jgħib, ikun hemm risku ta' interruzzjoni ta' servizz importanti.

(225)

Għall-attivitajiet ta' arrikkiment, il-Grupp Areva huwa wieħed miż-żewġ operaturi uniċi Ewropej mal-konsorzju Urenco. L-uniku operatur ieħor effettivament preżenti fis-suq Ewropew huwa r-Russu Tenex (il-grupp Rosatom). L-għajbien tal-attivitajiet tal-Grupp Areva jaffettwa l-istruttura tas-suq li mbagħad ikun ikkaratterizzat minn oligopolju fil-livell Ewropew, li aktarx iwassal għal żieda fil-prezzijiet. Għal darb'oħra, il-Grupp Areva għandu rwol sistemiku essenzjali, fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu ta' arrikkiment.

(226)

F'dak li jirrigwarda t-trattament u r-riċiklaġġ tal-fjuwil użat, il-Grupp Areva llum huwa l-uniku operatur fid-dinja fuq skala industrijali tat-teknoloġija tar-riċiklaġġ tal-fjuwil użat u tal-ipproċessar tiegħu f'MOX għar-reatturi b'ilma ħafif. Permezz tal-proċessi tiegħu, il-Grupp Areva jipprovdi [0-25] % tal-fjuwil riċiklat għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fi Franza. Barra minn hekk, Franza għażlet li tafda f'idejn il-Grupp Areva r-responsabbiltà industrijali tar-riċiklaġġ. Din hija għalhekk ħolqa essenzjali tal-politika ta' ġestjoni tal-fjuwils użati fi Franza u b'mod aktar ġenerali fl-Unjoni. F'dawn il-kundizzjonijiet, l-għajbien mis-suq tal-Grupp Areva jista' jikkomprometti serjament il-funzjonament tajjeb tas-suq fi ħdan l-Unjoni billi jwassal għal telf irrimedjabbli tal-għarfien tekniku, tal-ħiliet essenzjali u billli jikkważa l-interruzzjoni ta' servizz essenzjali li ebda kompetitur ieħor ma jista' sal-lum jipprovdi minfloku.

(227)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għar-ristrutturar notifikata mill-awtoritajiet Franċiżi, billi tevita l-għajbien tal-Grupp Areva u tal-attivitajiet tiegħu fiċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, tippermetti li jingħelbu l-fallimenti tas-suq li jinħolqu b'għajbien bħal dan.

5.2.3.   Il-pjan ta' ristrutturar u r-ritorn lejn il-vijabbiltà fit-tul

(228)

Biex l-għajnuna għar-ristrutturar tikkontribwixxi b'mod effettiv għat-twettiq tal-għanijiet ta' interess komuni msemmija hawn fuq, irid jintwera li r-ristrutturar ippjanat jippermetti li tiġi stabbilita l-vijabbiltà fit-tul tal-impriża. Madankollu, il-Kummissjoni kellha dubji fid-deċiżjoni tal-ftuħ dwar kemm kienu reali ċerti suppożizzjonijiet tal-pjan ta' ritorn għall-vijabbiltà fit-tul tal-Grupp Areva.

(229)

L-analiżi tar-ritorn għall-vijabbiltà tal-Grupp Areva għandha tapplika għall-Grupp Areva ristrutturat, li fil-futur ser jinkludi żewġ entitajiet: (i) Nouvel Areva u (ii) Areva SA. Dawn iż-żewġ entitajiet ser ikollhom attivitajiet separati u ambiti ta' kontabilità separati. Biex jiġi vvalutat ir-ritorn għall-vijabbiltà tal-Grupp Areva, huwa possibbli li wieħed janalizza b'mod separat u suċċessiv il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' kull waħda minn dawn iż-żewġ entitajiet.

5.2.3.1.   Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' Nouvel Areva

(230)

L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu lill-Kummissjoni l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' Nouvel Areva, f'xenarju bażi u f'xenarju degradat. Il-projezzjonijiet finanzjarji assoċjati ma' dawn ix-xenarji huma murija fit-Tabella 1 u t-Tabella 2 hawn taħt.

Tabella 1

It-trajettorja finanzjarja ta' Nouvel Areva (xenarju bażi)

F'miljuni ta' EURO

2012

2013

2014

2015

O2016

O2017

O2018

B2019

B2020

B2021

B2022

B2023

B2024

B2025

Kumul. 16-25

Fatturat

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

% ta' tkabbir

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Marġni gross

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

F'% tal-fatturat

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

R&Ż

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Spejjeż kummerċjali u ta' marketing

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Spejjeż amministrattivi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Spejjeż oħra u dħul mill-operazzjonijiet

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Total Spejjeż mhux operattivi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

F'% tal-fatturat

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

D&A u varjazzjonijiet ta' provvedimenti

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBITDA

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

F'% tal-fatturat

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Varjazzjoni tal-ħtieġa ta' kapital operattiv

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Investimenti operattivi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Diżinvestimenti operattivi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Qligħ jew telf mill-bejgħ

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Cash Flow operattiv

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Tabella 2

It-trajettorja finanzjarja ta' Nouvel Areva (xenarju degradat)

F'miljuni ta' EURO

2012

2013

2014

2015

O2016

O2017

O2018

B2019

B2020

B2021

B2022

B2023

B2024

B2025

Kumul. 16-25

Fatturat

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

% ta' tkabbir

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Marġni gross

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

F'% tal-fatturat

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

R&Ż

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Spejjeż kummerċjali u ta' marketing

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Spejjeż amministrattivi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Spejjeż oħra u dħul mill-operazzjonijiet

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Total Spejjeż mhux operattivi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

F'% tal-fatturat

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

D&A u varjazzjonijiet ta' provvedimenti

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBITDA

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

F'% tal-fatturat

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Varjazzjoni tal-ħtieġa ta' kapital operattiv

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Investimenti operattivi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Diżinvestimenti operattivi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Qligħ jew telf mill-bejgħ

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Cash Flow operattiv

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(231)

Dawn il-projezzjonijiet huma bbażati fuq sensiela ta' suppożizzjonijiet, li l-ewlenin fosthom huma deskritti fil-premessa 106. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi n-natura konservattiva ta' dawn is-suppożizzjonijiet, b'mod partikolari tal-projezzjonijiet tal-prezz tal-uranju. Anki jekk wieħed jieħu suppożizzjonijiet konservattivi, hemm qbil tas-suq (30) dwar l-irkupru fuq terminu medju tas-suq u ż-żieda gradwali tal-prezzijiet tal-materjal nukleari, li huwa element pożittiv għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-Grupp Areva.

(232)

Fil-premessa 150 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni nnutat li x-xenarju degradat ippreżentat mill-awtoritajiet Franċiżi ma kienx strutturat fuq analiżi tas-sensittività li tippermetti li r-riskji għall-attività tal-impriża jiġu kklassifikati u antiċipati.

(233)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi mlew dan in-nuqqas fl-osservazzjonijiet li għamlu waqt l-investigazzjoni fil-fond.

(234)

B'hekk, ġew ikkalkulati sensittivitajiet fuq suppożizzjonijiet differenti, li ppermettew li jiġu identifikati r-riskji prinċipali għall-attività: rata tal-kambju f'euro/dollaru, kundizzjonijiet operattivi […], in-nuqqas ta' twettiq […], in-nuqqas ta' twettiq tal-għanijiet tal-Pjan ta' Prestazzjoni u tal-Kompetittività. Dawn ir-riskji huma riflessi b'mod ċar fix-xenarju degradat. Fuq il-perjodu 2016-2025, l-EBITDA kumulat huwa anqas minn [0-30] % u l-fluss tal-flus operattiv ta' [0-30] % meta mqabbel max-xenarju bażi. Ix-xenarju degradat jidher għalhekk bħala r-riżultat ta' dawn is-sensittivitajiet 'l isfel.

(235)

L-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw ukoll strateġija ta' tnaqqis ta' dawn ir-riskji ewlenin, kif indikat fil-premessi 111 sa 114.

(236)

Rigward ir-riskju tal-kambju f'euro/dollaru, jidher li l-Grupp Areva jimplimenta politika stretta ta' kopertura tar-riskju. Kull xahar issir analiżi tal-iskoperturi u koperturi jiġu kkuntrattati gradwalment sabiex ikopru perċentwal minimu tal-maturità futura. Barra minn hekk, ċerti attivitajiet kruċjali għar-ritorn tal-vijabbiltà tal-Grupp Areva ristrutturat, bħall-minjiera, igawdu parzjalment minn protezzjoni naturali kontra dan ir-riskju: b'hekk, [20-70] % tal-produzzjoni tal-minjieri ta' Nouvel Areva ser issir fil-Kanada, li l-munita tagħha hija korrelatata mad-dollaru. Il-kombinazzjoni ta' dawn iż-żewġ fatturi — il-protezzjoni fiżika għal ċerti attivitajiet ewlenin ta' kopertura proattiva għall-bqija tal-attività — tippermetti lill-Kummissjoni tikkunsidra li qed tiġi implimentata strateġija ta' tnaqqis tar-riskju kredibbli.

(237)

Rigward il-kundizzjonijiet operattivi tal-attivitajiet ta' […], il-Grupp Areva diġà implimenta strateġija ta' tnaqqis tar-riskji li tikkonsisti f'li jikseb it-titjib operattiv li jippermettulu jikkompensal-ispejjeż żejda […]. Dan it-titjib huwa inkluż fil-Pjan ta' Prestazzjoni u ta' Kompetittività li jibqa' għaddej sal-2018, u oqsma ta' ottimizzazzjoni oħrajn jistgħu jiġu mfittxija wara l-2018 jekk ir-riskju kellu jimmaterjalizza. Il-Kummissjoni tqis li l-approċċ magħżul mill-Grupp Areva huwa razzjonali diment li huwa qed jaħseb biex iżomm il-profittabbiltà tal-assi tiegħu […] billi jiddependi fuq l-ingranaġġi li għandu kontroll fuqhom.

(238)

Rigward ir-riskju marbut ma' […], huwa ċert li […] ikollha konsegwenzi negattivi fuq l-attività futura ta' Nouvel Areva. Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw il-probabbiltà baxxa ta' dan ir-riskju, […]. Dan is-suġġett kien pereżempju […]. Il-Kummissjoni tqis għalhekk li qed tiġi implimentata strateġija ta' tnaqqis tar-riskju sodisfaċenti.

(239)

Rigward, fl-aħħar nett, in-nuqqas ta' twettiq tal-għanijiet tal-Pjan ta' Kompetittività u ta' Prestazzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li Nouvel Areva tista' testendi l-ambitu u ż-żmien ta' dan il-Pjan, pereżempju f'termini ta' tnaqqis tal-ispejjeż tax-xiri jew tal-pagi. Il-Kummissjoni tqis li r-riċerka ta' miżuri kompetittivi addizzjonali tkun approċċ razzjonali jekk l-għanijiet kollha tal-pjan preċedenti ma kinux intlaħqu.

(240)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha li għandha, il-Kummissjoni tqis għalhekk li l-Grupp Areva qed jimplimenta strateġija sodisfaċenti ta' tnaqqis tar-riskji ewlenin li jirrigwardaw lill-attività tiegħu. Dan id-dubju jista' għalhekk jitneħħa u l-konformità tal-pjan ta' ristrutturar ta' Nouvel Areva mal-punt 50 tal-Linji gwida, li kien ikkontestat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, hija stabbilita.

(241)

Il-Kummissjoni kellha dubji wkoll dwar il-kapaċità ta' Nouvel Areva li ssib il-finanzjamenti meħtieġa għar-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul tagħha, fix-xenarju degradat.

(242)

L-awtoritajiet Franċiżi pprovdew il-kjarifiki meħtieġa. Fix-xenarju degradat, huwa previst li jkun meħtieġ finanzjament ta' madwar EUR [0-1 biljun] fi […]. Din il-ħtieġa ta' finanzjament, […], aktarx li tkun trid tiġi ssodisfata […]. Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi wrew li, fix-xenarju degradat, Nouvel Areva ser issib klassifikazzjoni ta' “investment grade” […], inkluż b'kont meħud ta' […]. Dan ser jippermetti lill-impriża tiffinanzja lilha nfisha mill-ġdid b'kost raġonevoli fis-swieq tal-kapital.

(243)

Madankollu għad hemm problema f'dak li jirrigwarda […]. Iżda hemm żewġ raġunijiet li jagħtu x'wieħed jifhem li dan l-ostakolu jista' jingħeleb. L-ewwel nett, sa dakinhar Nouvel Areva tkun sabet elementi fundamentali ekonomiċi u finanzjarji sodi biżżejjed biex tippretendi […].[…] Nouvel Areva li ssib finanzjamenti bankarji ta' durata u ammont kompatibbli mal-ħtiġijiet finanzjarji tagħha. It-tieni, is-swieq tal-bonds imsejħa “high yields” żviluppaw b'mod konsiderevoli dawn l-aħħar snin, u dan ser jippermetti lil Nouvel Areva tagħmel użu minnhom jekk ikun hemm bżonn. Il-fondi f'dawn is-swieq huma ċertament aktar għaljin, iżda Nouvel Areva ser ikollha rekwiżiti limitati ta' ħruġ minħabba l-fatt li hija trid terġa' ssib klassifikazzjoni ta' “investment grade” […].

(244)

[…]. Għaldaqstant huwa sodisfaċenti f'termini ta' daqs tal-għajnuna li, fix-xenarju bażi, Nouvel Areva tilħaq klassifikazzjoni “investment grade” […], jiġifieri qabel ma jseħħu l-ħtiġijiet ta' rifinanzjament tagħha. Fix-xenarju degradat, […] ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul ta' Nouvel Areva ma jkunx fundamentalment ikkontestat.

(245)

Fid-dawl ta' dawn l-ispjegazzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li Nouvel Areva ser tkun tista' tiffaċċja l-ħtiġijiet ta' finanzjament tagħha […], inkluż f'xenarju degradat. Il-prospetti ta' ritorn għall-vijabbiltà fit-tul għaldaqstant mhumiex kompromessi.

(246)

Fl-aħħar nett, fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni kellha dubji dwar in-nuqqas apparenti ta' konsiderazzjoni fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju, tal-attività taċ-ċiklu tal-fjuwil u tat-telf ta' sinerġiji li jirriżultaw mill-bejgħ tal-attività tar-reatturi.

(247)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-awtoritajiet Franċiżi taw it-tweġibiet li neħħew dan id-dubju. Dawn it-tweġibiet jinqasmu f'żewġ argumenti.

(248)

L-ewwel nett, huwa ċar li t-telf ta' sinerġiji ser jipproduċi l-effetti l-aktar sinifikanti tiegħu f'perjodu ta' żmien li jaqbeż parzjalment dak tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju notifikat lill-Kummissjoni (2016-2025). Dan huwa dovut għat-tul ta' żmien taċ-ċikli ekonomiċi fil-professjonijiet nukleari. B'hekk, il-kuntratti tal-provvista ta' materjal nukleari ġeneralment ikopru bosta snin, tipikament minn ħamsa sa għaxar snin skont it-tip ta' materjal (uranju grezz, konvertit, arrikkit) u t-tip ta' klijent. Minn dan jirriżulta li istereżi pjuttost għolja hija neċessarjament osservata matul l-ewwel snin tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju. It-telf ta' sinerġiji ser jinħass l-aktar meta l-kuntratti ewlenin ta' forniment li għandha Nouvel Areva ser jerġgħu jidħlu fix-xena, jew meta proġetti ġodda ta' impjanti ser jintrebħu minn Nouvel Areva NP, jiġifieri pjuttost lejn tmiem (jew saħansitra wara) il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju 2016-2025. F'dan ir-rigward, is-suppożizzjonijiet ta' tkabbir tal-fatturat ta' Nouvel Areva fi tmiem il-perjodu tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju huma prudenti. Fil-fatt, huma bbażati fuq […], anki jekk, f'xenarju kontrofattwali fejn iż-żewġ attivitajiet storiċi jkunu baqgħu integrati, il-Grupp Areva seta' probabbilment […], b'mod partikolari bis-saħħa tal-offerti “tmiem tal-ħajja” li għalihom is-sinerġiji jaħdmu b'mod sħiħ (31).

(249)

It-tieni, il-Grupp Areva qed jimplimenta Pjan ta' Prestazzjoni u ta' Kompetittività ambizzjuż, li l-effetti tiegħu jimmiraw b'mod partikolari li jikkumpensaw għat-telf ta' ekonomiji ta' skala li jirriżultaw mill-bejgħ kurrenti, pereżempju fil-qasam tal-akkwisti. Dan il-pjan għandu l-għan li jikseb EUR 500 miljun fis-sena f'iffrankar tal-ispejjeż sal-2018.

(250)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dubji li kienet esprimiet dwar diversi elementi tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' Nouvel Areva tneħħew. Il-bqija tal-pjan ta' ritorn għall-vijabbiltà ta' din l-entità kien diġà tqies sodisfaċenti fid-deċiżjoni tal-ftuħ. B'mod partikolari, il-Kummissjoni kienet enfasizzat ir-realiżmu tas-suppożizzjonijiet ewlenin, konstatazzjoni li ma nbidlitx. Il-Kummissjoni osservat ukoll li t-trajettorja ta' Nouvel Areva kienet tippermetti ritorn għall-vijabbiltà tal-entità ristrutturata sal-2019, peress li l-Kummissjoni tqis li l-indikaturi magħżula mill-awtoritajiet Franċiżi huma rilevanti: il-fatturat, l-EBITDA, il-fluss tal-flus, id-dejn finanzjarju nett, il-proporzjonijiet S&P bħad-dejn nett/SOG u l-fluss ta' flus operattiv/dejn nett. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' Nouvel Areva huwa sod, billi jippermettilha r-ritorn għall-vijabbiltà tagħha sal-2019 u jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta' interess komuni mfittxija mill-għajnuna.

5.2.3.2.   Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' Areva SA

(251)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kellha dubji dwar ir-realiżmu tas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' Areva SA. Dawn id-dubji kienu msaħħa mill-fatt li fid-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-iskeda magħżula għall-bejgħ tal-attività tar-reatturi ma kinitx ċara.

(252)

Bi tweġiba għad-dubji mqajma mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew pjan ta' direzzjoni tan-negozju aġġornat u bbażat fuq suppożizzjonijiet stabbilizzati. Intlaqgħu wkoll il-kummenti ta' partijiet terzi, Siemens u TVO. Għalhekk il-Kummissjoni għandha l-informazzjoni meħtieġa biex tivvaluta jekk ir-ristrutturar tal-Grupp Areva jippermettix ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul ta' Areva SA.

(253)

Fil-futur, l-entità Areva SA ser ikollha l-kompitu prinċipali li tonora l-obbligazzjonijiet miżmuma fi ħdanha (direttament, jew indirettament permezz ta' Areva NP), jiġifieri:

(a)

il-ħlas lura tad-dejn bankarju tal-Grupp Areva u tal-imgħaxijiet fuqu, li jammontaw għal total ta' EUR 3,4 biljun fuq il-perjodu 2017-2025;

(b)

diversi spejjeż u provvedimenti relatati mal-attivitajiet li ser jinbiegħu, għal ammont totali ta' EUR [0-1 biljun];

(c)

kwalunkwe kumpens li jista' jkun mitlub jew il-garanziji li jistgħu jkunu attivati […];

(d)

l-infiq marbut mat-tlestija tal-proġett OL3.

(254)

Minħabba l-kompitu partikolari ta' din l-entità, il-qofol tal-kwistjoni tar-ritorn għall-vijabbiltà ta' Areva SA huwa fil-fatt l-iżgurar li r-riżorsi li ser jkollha għad-dispożizzjoni tagħha ser jkunu biżżejjed biex ikopru dawn l-obbligazzjonijiet kollha, inkluż f'xenarju degradat.

(255)

Ir-riżorsi ta' Areva SA mill-2017 ser jkunu dawn li ġejjin:

(a)

iż-żieda fil-kapital ta' madwar EUR 2 biljun preskritta mill-Istat Franċiż;

(b)

id-dħul tal-bejgħ kurrenti, li jammonta għal madwar EUR [1-5 biljun] (32) iżda li jista' jiżdied b'EUR [200-700 miljun] jekk jitħallas il-prezz addizzjonali stipulat fl-SPA li jirregola l-bejgħ ta' Nouvel Areva NP (33);

(c)

il-valur tal-assi li jibqgħu fil-karta bilanċjali ta' Areva SA […], jiġifieri l-ewwel nett l-assi li Areva SA ser iżżomm f'Nouvel Areva.

(256)

Ir-riżorsi msemmija fil-premessa 255 jistgħu jiġu stmati b'mod raġonevolment affidabbli. L-ewwel nett, l-ammont taż-żieda ta' kapital huwa ċert. It-tieni, id-dħul mill-bejgħ aktarx li jkun jammonta għal mill-inqas EUR [1-5 biljun], peress li l-SPA ffirmat minn EDF u l-Grupp Areva jindika prezz ta' EUR 2,5 biljun (34) għal 100 % tal-ekwità ta' Nouvel Areva NP, u peress li l-bejgħ tas-sussidjarja Adwen ġie ffirmat għal EUR 60 miljun (35). It-tielet, il-parteċipazzjoni ta' Areva SA f'Nouvel Areva tista' tkun ivvalutata għal EUR 2 biljun, skont metodu prudenti.

(257)

Rigward dan l-aħħar punt, huwa ċert li l-parteċipazzjoni residwa ta' Areva SA f'Nouvel Areva hija l-element l-aktar delikat li jrid jiġi vvalutat, fost ir-riżorsi ta' Areva SA. […]. Minkejja din l-inċertezza, approċċ prudenti jitlob li bħala referenza jittieħed il-valur preżenti ta' din il-parteċipazzjoni. Iż-żewġ investituri Ġappuniżi msemmija fil-premessa 132 ivvalutawha għal EUR 2 biljun għal 100 % tal-ekwità, abbażi ta' rapport tal-konsulent finanzjarju […] fit-23 ta' Settembru 2016. Dan l-approċċ huwa prudenti peress li, għalkemm Nouvel Areva qed tirkupra skont it-trajettorja spjegata fil-pjan ta' ristrutturar, il-valur tal-ekwità tagħha […] ser jkun fil-prinċipju ogħla mil-lum. […].

(258)

Jirriżulta minn dawn l-elementi li Areva SA ser jkollha EUR [3-7 biljun] biex tiffaċċja l-ħtiġijiet tagħha. Ma' dawn jistgħu jiżdiedu EUR [200-700 miljun] fi prezz addizzjonali mqassma bejn l-2017 u l-2019, kif ukoll EUR 2 biljun […] il-parteċipazzjoni tagħha f'Nouvel Areva.

(259)

Billi r-riżorsi ta' Areva SA huma magħrufa, issa jeħtieġ li tiġi vvalutata l-adegwatezza tagħhom mal-użu previst tagħhom. L-istima tal-użu ta' Areva SA hija ferm aktar inċerta. Ir-rimborż tad-dejn bankarju u tal-imgħaxijiet jikkorrispondu għal ammont ċert: EUR 3,4 biljun mill-2017. L-ispejjeż u l-provvedimenti relatati mal-attivitajiet maħsuba li ser jinbiegħu huma kkonċentrati fl-ewwel snin tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju u mhumiex għaldaqstant affettwati minn inċertezzi kbar. Dawn huma vvalutati għal EUR [0-1 biljun]. Min-naħa l-oħra, il-valutazzjoni tar-riskji relatati […] hija aktar delikata minħabba n-natura tagħhom. U t-tlestija tal-proġett OL3 hija soġġetta għal ċertu numru ta' perikli.

(260)

Rigward l-ewwel nett ir-riskji relatati […], l-SPA li jirregola l-bejgħ ta' Nouvel Areva NP jelenka l-garanziji tal-obbligazzjonijiet mogħtija lil EDF […]. Dawn il-garanziji tal-obbligazzjonijiet huma mfassla biex jipproteġu lil EDF mill-konsegwenzi finanzjarji li jistgħu jirriżultaw minn […].

(261)

Rigward ir-responsabbiltà kuntrattwali, […].

(262)

[…], illum dan ir-riskju jidher limitat.

(263)

Għas-suġġetti kollha li jinvolvu r-responsabbiltà ċivili […].

(264)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni tqis li l-kwantifikazzjoni tal-iskopertura ta' Areva SA għar-riskji […] hija delikata iżda, fi kwalunkwe każ, aktarx limitata għal […].

(265)

Rigward imbagħad l-ispiża tat-tlestija ta' OL3 u tar-riskji finanzjarji jew legali relatati, il-Kummissjoni rċeviet ċertu numru ta' kummenti mingħand il-partijiet terzi. Trid issir distinzjoni bejn żewġ suġġetti: minn naħa, l-ispiża tat-tlestija fis-sens strett tas-sit u, min-naħa l-oħra, ir-riskju finanzjarju marbut mad-diversi kawżi pendenti bejn il-partijiet għall-proġett.

(266)

L-awtoritajiet Franċiżi, TVO u Siemens kollha pprovdew stima differenti tal-ispejjeż tat-tlestija tal-proġett OL3 u tal-perikli li jistgħu jaffettwawhom.

(267)

Ix-xenarju tal-awtoritajiet Franċiżi, mibni fuq informazzjoni mingħand il-Grupp Areva, iwassal għal flussi ta' flus netti ta' EUR [(1,5)-(0,5) biljun] […]. Dawn il-flussi huma maqsumin kif ġej:

(a)

EUR […] fi fluss ta' flus operattiv nett ta' twettiq tal-proġett OL3, […]. Armonizzata fuq l-istess perjodu ta' referenza, din l-istima hija simili għal dawk ta' TVO u Siemens. Għalhekk wieħed jista' jaħseb li hemm qbil fuq din is-suppożizzjoni bażika;

(b)

provvedimenti għar-riskji ta' twettiq tal-proġett li jammontaw għal EUR [0-1 biljun]. Din l-istima hija bejn il-medda l-baxxa (EUR [0-1 biljun]) u l-medda l-għolja (EUR [0-1 biljun]) ikkalkulata minn TVO, u […].

(268)

Minbarra dawn l-istimi, […]. F'xenarju bħal dan, l-ispiża inkrementali għal Areva SA hija, […], ta' EUR [0-1 biljun].

(269)

Minħabba l-kobor u l-kumplessità tal-proġett OL3, it-tqabbil ta' dawn il-projezzjonijiet differenti huwa eżerċiżżju delikat. Madankollu, dan it-tqabbil huwa meħtieġ biex ir-rekwiżit li l-għajnuna tkun limitata għal minimu meħtieġ, li jassumi li l-kapital pubbliku injettat f'Areva SA ma jkunx kbir iżżejjed, jiġi kkonċiljat ma' dak li Areva SA jkollha riżorsi suffiċjenti biex tonora l-obbligazzjonijiet tagħha, inkluż f'xenarju degradat.

(270)

Kuntrarjament għall-argument imressaq minn Siemens, il-Kummissjoni tqis li dan ix-xenarju degradat ma għandux jirrifletti kull riskju kbir teoretikament konċepibbli. Hija l-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-fatti, li trid issib bilanċ li fil-fehma tagħha jikkostitwixxi xenarju degradat konservattiv biżżejjed.

(271)

F'dan il-każ, il-varjabbli ta' spjegazzjoni ewlenija tal-ispiża tat-tlestija tal-proġett OL3 hija r-riskju ta' dewmien […]. Abbażi tal-informazzjoni miġbura waqt l-investigazzjoni fil-fond tagħha, il-Kummissjoni tqis li x-xenarju degradat jista' jibbaża fuq suppożizzjoni […]. Hemm żewġ raġunijiet ewlenin għal din l-għażla. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li meta għamlet il-valutazzjoni tagħha, l-iskeda provviżorja tax-xogħol […] kienet irrispettata. TVO u l-Grupp Areva saħansitra ferħu lil xulxin pubblikament (36) għall-progress li kien qed isir fil-proġett, b'riżultat ta' kooperazzjoni mill-aħjar fuq il-post. It-tieni, mill-2017 il-proġett OL3 ser jibbenefika mill-feedback tat-testijiet li saru f'Taishan. Fil-fatt il-progress li sar fil-proġett ta' EPR f'Taishan ippermettielu javvanza b'madwar ħames xhur fuq dak ta' OL3. Minħabba dawn il-fatturi, il-Kummissjoni ma għandhiex raġuni oġġettiva li taħseb li, anki f'xenarju degradat, il-proġett ser jiġi kkonsenjat […] — suppożizzjoni li […] ma għamlux fl-osservazzjonijiet tagħhom.

(272)

Jekk wieħed jitlaq minn din is-suppożizzjoni għax-xenarju degradat, jinkisbu l-istimi ta' spejjeż “kontanti” (eskluż il-bilanċ li jifdal jitħallas minn TVO) li ġejjin, mill-2017: madwar EUR [0-3 biljun] min-naħa ta' TVO, u EUR [0-3 biljun] min-naħa ta' Siemens. Dawn l-istimi huma rispettivament, madwar EUR […] ogħla minn dawk tal-awtoritajiet Franċiżi. L-awtoritajiet Franċiżi jiċħdu r-rilevanza tal-istimi ta' Siemens u TVO, u huwa żgur li l-Grupp Areva jinsab fl-aħjar pożizzjoni li jkun jaf u jistma l-ispejjeż proprji. Madankollu, dawn id-differenzi fl-opinjonijiet u l-istorja tal-proġett jitolbu approċċ prudenti. It-trijangolazzjoni ta' dawn it-tliet stimi twassal, pereżempju, għal stima prudenti ta' EUR [0-3 biljun]. Il-Kummissjoni tista' żżomm dan l-ammont għall-analiżi tagħha.

(273)

Ma' din l-obbligazzjoni wieħed irid iżid ir-riskji legali prinċipali li għandha Areva SA fil-kuntest tal-proġett OL3. Dawn ir-riskji huma ta' żewġ tipi. Dawn huma, minn naħa, l-ammont ta' kumpens li Areva SA jew Areva NP jistgħu jkollhom iħallsu […] u, min-naħa l-oħra, it-tilwima b'arbitraġġ bejn il-Konsorzju u TVO.

(274)

Siemens innotifikat lill-Kummissjoni […].

(275)

F'dak li jirrigwarda r-riskju legali marbut mat-tilwima b'arbitraġġ li għaddejja bejn TVO u l-Konsorzju, huwa impossibbli li wieħed jistmah jew ibassar il-probabbiltà tiegħu. Huwa ċar fil-fatt mill-informazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet Franċiżi, Siemens u TVO, li finalment is-sentenza tal-arbitraġġ ser tingħata […]. Iżda sal-lum, mhemm l-ebda informazzjoni biex wieħed jantiċipa l-eżitu ta' din it-tilwima, li hija wkoll waħda mill-aktar ikkomplikati li t-tribunal tal-arbitraġġ qatt kellu jittratta. Fit-teorija, l-iskopertura massima tal-Konsorzju tista' tilħaq EUR […], […]. Quddiem din l-impossibbiltà biex wieħed ibassar il-probabbiltà tar-riskju, […]. Dan joħloq problema għall-applikazzjoni tal-Linji gwida peress li, kif kien indikat fil-premessa 269, il-Kummissjoni trid tiżgura li l-impriża ristrutturata jkollha r-riżorsi meħtieġa biex tonora l-obbligazzjonijiet tagħha iżda mingħajr ma tingħata għajnuna sproporzjonata.

(276)

Fi ftit kliem, analiżi konservattiva tal-obbligazzjonijiet ta' Areva SA, ibbażata fuq l-osservazzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet Franċiżi u l-partijiet terzi interessati, twassal għal din il-konklużjoni: Areva SA hija skoperta għal obbligazzjonijiet li jammontaw għal madwar EUR [3-7 biljun] (37).

(277)

Ma' dawn l-obbligazzjonijiet wieħed irid iżid […] sensiela ta' obbligazzjonijiet li huwa diffiċli li wieħed jikkwantifikahom: ir-riskji marbuta […], minn naħa, u min-naħa l-oħra r-riskju li Areva SA jkollha tikkontribwixxi għal xi kumpens tal-Konsorzju lil TVO fit-tilwima b'arbitraġġ li għaddejja bħalissa.

(278)

Quddiem dawn l-obbligazzjonijiet kollha, Areva SA għandha EUR [3-7 biljun] (38), kif ukoll assi […] ta' valur sinifikanti permezz tal-parteċipazzjoni tagħha ta' madwar 40 % f'Nouvel Areva. L-eżistenza ta' din il-parteċipazzjoni, ivvalutata fil-preżent għal EUR 2 biljun, ma ttieħditx inkunsiderazzjoni minn Siemens u TVO fl-osservazzjonijiet tagħhom. Madankollu, tista' tassigura lill-Kummissjoni dwar il-kapaċità ta' Areva SA (u permezz tagħha ta' Areva NP) li tonora l-obbligazzjonijiet tagħha, għalkemm huwa impossibbli attwalment li parti minnhom tiġi stmata. Il-fatt li din il-parteċipazzjoni hija ftit li xejn likwida fuq żmien qasir ma jibdilx din il-konklużjoni, peress li ċertu numru ta' riskji, kieku kellhom iseħħu, jibdew jipproduċu l-effetti ewlenin tagħhom mill-2019 biss (39), jiġifieri fi żmien meta Nouvel Areva tkun waslet biex ittemm ir-ristrutturar tagħha u meta l-ishma tagħha jkunu kemm valutati aktar kif ukoll aktar likwidi mil-lum.

(279)

Fid-dawl ta' dan kollu, il-Kummissjoni tikkonkludi li minkejja d-diffikultajiet ovvji biex tistma b'ċertezza l-valur tal-obblilgazzjonijiet ta' Areva SA, l-elementi ppreżentati waqt l-investigazzjoni fil-fond jikkonfermaw li Areva SA ser ikollha riżorsi suffiċjenti biex tonora l-obbligazzjonijiet tagħha, inkluż f'xenarju degradat li jimplika spejjeż żejda minħabba l-proġett OL3, kumpensi li jridu jitħallsu minħabba t-tilwim dwar OL3, u t-talba ta' ċerti garanziji ta' obbligazzjonijiet […].

(280)

B'konnessjoni ma' din il-kwistjoni, TVO ressqet tip ieħor ta' argument. Skont TVO, il-Kummissjoni ma għandhiex tivvaluta biss ir-ristrutturar minn angolu finanzjarju biss, iżda għandha wkoll tara li ser jinżamm livell adegwat ta' riżorsi umani u tekniċi f'Areva NP, li ser tibqa' l-kokontraenti ta' TVO meta parti mill-assi storiċi ta' Areva NP ser tkun inbiegħet lil EDF permezz ta' Nouvel Areva NP. Skont TVO, livell ta' riżorsi umani u tekniċi insuffiċjenti jmur kontra l-Artikolu 2(b) u (c) tat-Trattat Euratom.

(281)

Il-Kummissjoni tinnota li, fl-analiżi tagħha tar-ristrutturar tal-Grupp Areva mill-angolu tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, hija ma għandhiex għalfejn tieħu pożizzjoni dwar il-mod kif il-Grupp Areva jonora l-obbligi kuntrattwali tiegħu, fuq il-livell tekniku, vis-à-vis TVO. Hija tfakkar madankollu li skont l-Artikolu 6(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom (40), kif emendata mid-Direttiva 2014/87/Euratom (41), id-detenturi ta' liċenzja jipprevedu u jżommu riżorsi finanzjarji u umani bi kwalifiki u kompetenzi xierqa, meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tas-sikurezza nukleari tal-installazzjoni nukleari. Skont l-istess Artikolu, id-detenturi ta' liċenzja għandhom jiżguraw ukoll li l-kuntratturi u s-sottokuntratturi taħt ir-responsabbiltà tagħhom u li l-attivitajiet tagħhom jistgħu jaffettwaw s-sikurezza nukleari ta' installazzjoni nukleari jkollhom ir-riżorsi umani meħtieġa bil-kwalifiki u l-kompetenzi xierqa biex iwettqu l-obbligi tagħhom. Bħala tali, ir-responsabbiltà ta' riżorsi meħtieġa biex jitwettqu l-obbligi msemmija hawn fuq hija f'idejn Areva NP. Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa 279 li Areva NP ser ikollha riżorsi finanzjarji suffiċjenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li […] jistgħu jiġu pprovduti riżorsi umani […] lil Areva NP. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tiddubitax dwar l-interess industrijali ta' Nouvel Areva NP li l-proġett OL3 jkun suċċess, li jikkonferma mill-ġdid il-kapaċità tagħha li tbiegħ u tibni reatturi EPR. Madankollu, ir-responsabbiltà tad-detenturi tal-liċenzja taħt id-Direttiva ma tistax tkun iddelegata. Bi tweġiba għall-argument imqajjem minn TVO, il-Kummissjoni tfakkar għalhekk il-ħtieġa li d-detentur tal-liċenzja jkompli jżomm ir-riżorsi umani meħtieġa sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tas-sikurezza nukleari ta' OL3.

5.2.4.   Ħtieġa ta' intervent mill-Istat u effett ta' inċentiv

(282)

Biex l-intervent tal-Istat ikun kemm meħtieġ kif ukoll ta' inċentiv skont il-punti 53 u 59 tal-Linji gwida, irid jintwera li xenarji ta' ħruġ mill-kriżi li ma jinvolvux għajnuna jipprojbixxu li jintlaħqu l-objettivi ta' interess komuni mfittxija mill-intervent. Dawn ix-xenarji jistgħu jinkludu (i) ristrutturar alternattiv permezz ta' riorganizzazzjoni tad-dejn eżistenti, bejgħ ta' attivitajiet jew żidiet ta' kapital privat, (ii) bejgħ jew (iii) likwidazzjoni.

(283)

Rigward l-ewwel nett xenarju alternattiv ta' ristrutturar, il-Kummissjoni tikkonferma l-pożizzjoni diġà deskritta fid-deċiżjoni tal-ftuħ, jiġifieri li:

(a)

il-pjan attwali jinkludi diġà livell importanti ta' bejgħ ta' attivitajiet — aktar minn 50 % tal-fatturat u minn 30 % tal-assi tal-Grupp Areva qabel ir-ristrutturar — b'mod li kwalunkwe bejgħ addizzjonali jkun ta' riskju għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-Grupp Areva mingħajr benefiċċju ovvju għall-kompetizzjoni jew l-istruttura tas-swieq, kif ser jintwera fit-taqsima 5.2.7.2 ta' din id-deċiżjoni;

(b)

ebda investitur privat ma jkun lest li jipprovdi l-kapital kollu li għandu bżonn il-Grupp Areva, meta jkun jaf li hija prevista diġà parteċipazzjoni ta' EUR 500 miljun minn investituri privati;

(c)

[…].

(284)

Fil-każ ta' bejgħ jew ta' likwidazzjoni, il-Kummissjoni tqis li jeżisti riskju kbir li l-objettivi ta' interess komuni ma jintlaħqux, b'mod partikolari l-objettivi msemmija fit-Trattat Euratom dwar is-sigurtà u l-kontinwità tal-provvisti ta' materjal nukleari tal-Unjoni.

(285)

L-ewwel nett, il-kontinwità tal-operazzjonijiet attwalment eżerċitati mill-Grupp Areva ser tbati minħabba d-dewmien amministrattiv tal-liċenzja ta' operatur nukleari ġdid (42). Fil-fatt, kull bidla fl-operatur hija soġġetta għal liċenzja mill-Ministri inkarigati mis-sikurezza nukleari, wara l-opinjoni tal-ASN. Din il-proċedura għandha l-għan li tivverifika li l-operatur il-ġdid ikollu (i) kapaċitajiet tekniċi suffiċjenti biex jassigura l-operat tal-attivitajiet ikkonċernati b'mod sigur u sostenibbli (li jkopru għalhekk ir-riżorsi tekniċi, l-organizzazzjoni, l-implimentazzjoni u l-esperjenza għall-operat ta' impjanti nukleari bażiċi) u (ii) kapaċitajiet finanzjarji meħtieġa. Din il-proċedura hija twila u kkumplikata peress li tassumi, essenzjalment: investigazzjoni mill-ASN; eżami mill-Ministri kompetenti; proċedura ta' tfassil u adozzjoni ta' digriet iffirmat mill-prim Ministru u l-Ministri inkarigati mis-sikurezza nukleari. Statutorjament, it-terminu tal-investigazzjoni tal-applikazzjoni huwa stabbilit għal tliet snin (43). Il-liċenzja tibda taħdem biss wara li l-ASN tkun sabet li l-operatur jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Ambjent għall-istabbiliment ta' fond għall-provvisti ta' tmiem iċ-ċiklu. Likwidazzjoni b'bejgħ f'biċċiet ta' assi tal-Grupp Areva tkun tinvolvi r-riskju li ċerti attivitajiet essenzjali għall-kontinwità u s-sigurtà tal-provvisti ta' materjal nukleari tal-Unjoni ma jkunux assigurati aktar għal ċertu perjodu, li jmur kontra l-objettivi ta' interess komuni mfittxija mill-għajnuna eżaminata.

(286)

It-tieni, uħud mill-attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari li ser twettaq Nouvel Areva huma inqas profittabbli minn oħrajn. […] hija partikolarment profittabbli u ser tikkontribwixxi għal madwar […] % tal-EBITDA ta' Nouvel Areva fl-2020 skont il-projezzjonijiet notifikati mill-awtoritajiet Franċiżi. Għall-kuntrarju, […] hija inqas profittabbli kkunsidrata waħedha. Fil-prospett ta' likwidazzjoni li tirriżulta f'bejgħ f'biċċiet, ikun possibbli li ċerti assi profittabbli biss ([…], pereżempju) jinżammu, filwaqt li jitwarrbu l-attivitajiet essenzjali għas-sigurtà tal-provvisti tal-Unjoni ta' materjal fissili, […].

5.2.5.   L-adegwatezza tal-għajnuna

(287)

Bi proporzjon ta' Dejn nett/Surplus operatorju gross (44) ta' 8,2 fil-31 ta' Diċembru 2014, il-Grupp Areva qed jiffaċċja problema ta' insolvenza, li l-bejgħ sostanzjali li għaddej ma jistax isolviha waħdu. Għalkemm dan ikopri kważi 50 % tal-fatturat tal-Grupp Areva qabel ir-ristrutturar, dan il-bejgħ fil-fatt iġib lura biss EUR [1-5 biljun] sa EUR [2-6 biljun] (45), għal ħtieġa ta' finanzjament globali li tammonta għal mill-inqas EUR [8-9 biljun].

(288)

F'dan il-kuntest, il-Grupp Areva ma jistax isolvi l-problemi tiegħu tad-dejn addizzjonali u l-Kummissjoni tqis li żieda ta' kapital hija l-miżura ta' għajnuna l-aktar xierqa biex il-Grupp Areva jiffaċċja d-diffikultajiet tiegħu u jistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà finanzjarja tiegħu.

5.2.6.   Il-proporzjonalità tal-għajnuna

(289)

Għajnuna għar-ristrutturar hija meqjusa proporzjonali meta tkun akkumpanjata minn kontribuzzjoni proprja tal-impriża għall-ispejjeż tagħha ta' ristrutturar tal-inqas 50 % fil-prinċipju, u jekk il-piżijiet kienu mqassma sew b'mod partikolari permezz ta' miżuri li jnaqqsu r-riskju ta' periklu morali.

5.2.6.1.   Tqassim ġust tal-piżijiet

(290)

Il-Kummissjoni diġà kienet ikkonstatat fid-deċiżjoni tal-ftuħ li kienu diġà ġew irreġistrati provvedimenti għat-telf u deprezzament kbir tal-assi. Peress li l-Istat kien, direttament jew indirettament, l-akbar azzjonist storiku tal-Grupp Areva, kien hu li tgħabba l-ewwel b'dan it-telf bażiku tal-passat. L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li l-Grupp Areva attwali ma għandux kredituri subordinati, b'mod li l-prinċipju ta' tqassim tal-piżijiet previst fil-punt 66 tal-Linji gwida huwa ssodisfat.

(291)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-governanza tal-impriża kienet ġiet riformata, u b'hekk bidlitha minn struttura b'bord superviżorju għal struttura b'bord tad-diretturi bl-għan li jiżdied il-kontroll tal-azzjonisti fuq id-deċiżjonijiet strateġiċi.

(292)

Madankollu, il-Kummissjoni kellha dubji dwar id-destin tal-azzjonisti minoritarji (46). Fid-dawl tal-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi, jidher li dan id-dubju jista' jitneħħa. Il-fatt li l-Istat huwa kostrett mill-AMF li jressaq offerta pubblika ta' rtirar, bi prezz ikkalkolat skont metodu ta' valutazzjoni b'diversi kriterji, ser iwassal biex is-sitwazzjoni deterjorata tal-Grupp Areva tkun riflessa f'dan il-prezz, u b'hekk ikun garantit li l-pożizzjoni tal-azzjonisti minoritarji ma tkunx protetta b'mod eċċessiv mill-għajnuna.

5.2.6.2.   Il-kontribuzzjoni proprja

(293)

Fit-18 ta' Diċembru 2016, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew lill-Kummissjoni tabella aġġornata tal-ispejjeż ta' ristrutturar tal-Grupp Areva kif ukoll tas-sorsi ta' finanzjament tagħha (Tabella 3).

Tabella 3

Sorsi ta' finanzjament tal-pjan ta' ristrutturar ta' Areva

Għajnuna mill-Istat

Kontribuzzjonijiet proprji

Tip:

L-ammont (f'biljuni ta' EUR)

Tip:

L-ammont (f'biljuni ta' EUR)

Sottoskrizzjoni għaż-żieda ta' kapital ta' Areva SA

2,00

Finanzjament proprju

Bejgħ ta' Nouvel Areva NP

2,50

Sottoskrizzjoni għaż-żieda ta' kapital ta' Nouvel Areva

2,50

Bejgħ ta' Canberra

[0-1]

 

Bejgħ ta' Areva TA

[0-1]

Bejgħ ieħor

[0-1]

Finanzjamenti proprji

[0-1]

Finanzjament estern

Parteċipazzjoni ta' terzi fiż-żieda ta' kapital ta' Nouvel Areva

0,50

TOTAL

4,50

TOTAL

[3-7]

Spejjeż ta' ristrutturar: madwar [8-9]

(294)

Skont l-aħħar estimi tal-Grupp Areva mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi fit-30 ta' Novembru 2016, l-ispejjeż tar-ristrutturar industrijali u finanzjarju jammontaw għal total ta' madwar EUR [8-9 biljun]. Id-dettalji ta' dawn l-ispejjeż huma murija fit-Tabella 4.

Tabella 4

Spejjeż ta' ristrutturar ta' Areva

Spejjeż għar-ristrutturar

miljuni ta' Euro

Akkumulati 2015-2019

1.   Ristrutturar finanzjarju

Interessi

(…)

Rimborż tad-dejn eżistenti

(…)

Total tar-ristrutturar finanzjarju (A)

(…)

2.   Ristrutturar industrijali

2.1.   Inkluż fil-fluss tal-flus operattiv

L-organizzazzjoni mill-ġdid tal-kumpanija

(…)

Telf ta' produzzjoni

(…)

Spejjeż ta' diverżjoni

(…)

(…)

(…)

Perikli

(…)

Total tal-fluss ta' flus operattiv (B)

(…)

2.2.   Inkluż fil-fluss tal-flus mhux operattiv

Spejjeż relatati ma' SET u Eurodif

(…)

(…)

(…)

CIGEO

(…)

Spiża addizzjonali għall-iskema ta' tqassim f'sussidjarji minn isfel għal fuq

(…)

Total tal-fluss ta' flus mhux operattiv (C)

(…)

Total tar-ristrutturar industrijali (D) = (B) + (C)

(…)

Total Sħiħ (A) + (D)

[8-9]

(295)

L-ispejjeż tar-ristrutturar industrijali jinkludu diversi partiti ta' nfiq identifikati fil-flussi ta' flus operattivi u mhux operattivi.

(296)

L-ewwel nett, ġew identifikati l-ispejjeż li ġejjin, fil-flussi tal-flus operattivi:

(a)

spejjeż ta' ristrutturar soċjali kif ukoll spejjeż relatati mar-riorganizzazzjoni industrijali u mat-telf tal-produzzjoni li jammontaw għal EUR […], u li jinkludu l-ispejjeż tar-ristrutturar soċjali (b'mod partikolari l-miżuri ta' akkumpanjament u ta' inċentiv għat-tluq) u l-ispejjeż tar-riorganizzazzjoni industrijali (b'mod partikolari l-ispejjeż relatati ma' razzjonalizzazzjoni u mal-għeluq tas-siti), kif ukoll it-telf tal-produzzjoni relatat mal-istrajks li jistgħu jseħħu waqt ir-riorganizzazzjoni;

(b)

spejjeż ta' diverżjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-bejgħ ta' Nouvel Areva NP li jammontaw għal total ta' EUR […] fuq il-perjodu ta' ristrutturar;

(c)

spejjeż relatati mal-proġett OL3 waqt il-perjodu ta' ristrutturar, li jammontaw għal EUR [0-2 biljun] fuq il-perjodu;

(d)

spejjeż relatati ma' perikli speċjali marbuta mar-ristrutturar, li jammontaw għal EUR […].

(297)

It-tieni, ġew identifikati l-ispejjeż li ġejjin, fil-flussi tal-flus mhux operattivi:

(a)

l-ispejjeż ta' taxxa li jirriżultaw minn […];

(b)

[…]SET u Eurodif (47), […];

(c)

il-provvedimenti addizzjonali li saru meħtieġa minħabba d-deċiżjoni tal-Ministru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija, li jgħolli l-ispejjeż stmati tal-proġett CIGEO, għal EUR […];

(d)

l-ispejjeż relatati mal-implimentazzjoni ta' tqassim f'sussidjarji minn isfel għal fuq, stmati għal EUR […].

(298)

B'hekk, l-ispejjeż tar-ristrutturar industrijali tal-Grupp Areva jammontaw għal madwar EUR [0-5 biljun].

(299)

Rigward ir-ristrutturar finanzjarju, dan jikkunsidra b'mod partikolari l-ammonti tad-dejn li jrid jitħallas lura u li jiżgura r-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul tal-impriża f'diffikultà.

(300)

L-ammont ta' dejn li jrid jitħallas lura fuq il-perjodu ta' ristrutturar huwa ta' EUR 3,4 biljun, li magħhom wieħed irid iżid EUR [0-5 biljun] ta' spiża tad-dejn, jiġifieri total ta' EUR [0-5 biljun].

(301)

Il-Kummissjoni tinnota li l-elementi kollha ta' spejjeż li jidhru fit-Tabella 4 huma fil-fatt relatati mar-ristrutturar attwali. Peress li l-operazzjonijiet li jiġġeneraw dawn l-ispejjeż huma inerenti u essenzjali għall-programm ta' ristrutturar, huwa essenzjali li l-Grupp Areva jkun jista' jiffinanzjahom biex jerġa' jsir vijabbli.

(302)

Il-Kummissjoni tosserva madankollu, f'konformità mad-deċiżjoni tal-ftuħ, li hemm differenza bejn l-ispiża totali tar-ristrutturar (EUR [8-9 biljun]) u t-total tas-sorsi ta' finanzjament tar-ristrutturar tal-Grupp Areva (EUR [9-11-il biljun]).

(303)

Id-dubju assoċjat ma' din l-osservazzjoni, li kien jirrigwarda jekk hemmx eċċess possibbli ta' likwidità, jista' madankollu jitneħħa bit-tliet argumenti li ġejjin. L-ewwel nett, il-Linji gwida ma jimponux relazzjoni matematika bejn l-ispejjeż tar-ristrutturar u l-ammont akkumulat tal-għajnuna u tal-ekwità. Għalhekk, fil-passat il-Kummissjoni aċċettat li s-somma tal-għajnuna u tal-kontribuzzjoni proprja taqbeż l-ispejjeż tar-ristrutturar mingħajr ma jkun ifisser li l-għajnuna ma kinitx limitata għall-minimu meħtieġ (48). It-tieni, fil-każ fejn kellu jseħħ xenarju degradat għal Nouvel Areva, li jkun jeħtieġ finanzjament mill-ġdid fil-kundizzjonijiet deskritti pereżempju fil-premessi 242 u 243, il-“likwidità eċċessiva” apparenti tkun essenzjali għat-twettiq tar-ristrutturar tal-Grupp Areva u għar-ritorn għall-vijabbiltà tiegħu. It-tielet, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li Areva SA ma jkollha ebda funzjoni ekonomika oħra ħlief li twettaq l-obbligazzjonijiet li ser iżżomm bħala parti mill-pjan ta' ristrutturar. Għalhekk, l-ammonti allokati lil Areva SA mhux ser ikunu jistgħu jintużaw għal skopijiet oħra għajr għat-twettiq ta' dawn l-obbligazzjonijiet. Ladarba dawn l-obbligazzjonijiet ikunu twettqu, Areva SA tkun tista' tiġi likwidata. Kwalunkwe likwidità żejda fil-kuntest ta' likwidazzjoni, li allura ssir in bonis, tingħata lura lill-azzjonisti ta' Areva SA, skont il-liġi kummerċjali Franċiża dwar il-likwidazzjonijiet. Iżda Areva SA ser tkun biss il-proprjetà tal-azzjonisti pubbliċi tagħha fi tmiem l-operazzjoni ta' riakkwist mill-azzjonisti minoritarji tagħha deskritta fil-premessa 292.

(304)

Imbagħad, il-Kummissjoni tinnota li l-Grupp Areva ser jimmobilizza kontribuzzjoni proprja ta' EUR [3-7 biljun]. F'dan il-każ, skont il-punt 64 tal-Linji gwida, il-Kummissjoni tista' tiddikjara suffiċjenti, kontribuzzjoni proprja ta' mill-inqas EUR [4-4,5 biljun] li tikkorrispondi għal 50 % tal-ispejjeż ta' ristrutturar. Minħabba l-ammont akbar indikat mill-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni tikkonferma li dan il-kriterju huwa ssodisfat.

(305)

Fl-aħħar nett, irid jintwera (i) li l-effett ta' din il-kontribuzzjoni proprja huwa simili għal dak tal-għajnuna mogħtija — f'dan il-każ, effett pożittiv fuq il-solvenza tal-impriża u mhux biss fuq il-likwidità tagħha — u (ii) li l-kontribuzzjonijiet huma “reali, jiġifieri fattwali” skont il-punt 63 tal-Linji gwida.

(306)

Il-kontribuzzjoni proprja ppreżentata mill-awtoritajiet Franċiżi ġejja minn tliet sorsi differenti: bejgħ ta' assi u ta' sussidjarji, żidiet ta' kapital, u finanzjamenti interni (li jikkonsistu essenzjalment fi tnaqqis strutturali tal-limitu minimu ta' flus tal-Grupp Areva). Dawn is-sorsi ta' kontribuzzjoni proprja għandhom l-effett ewlieni li jtejbu l-pożizzjoni ta' solvenza tal-Grupp Areva, skont ir-rekwiżit ifformulat fil-punt 62 tal-Linji gwida.

(307)

Madankollu, jibqa' d-dubju dwar il-karattru reali u fattwali tagħhom.

(308)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li bejgħ ta' assi jew ta' sussidjarja jista' jkun rikonoxxut bħala kontribuzzjoni proprja reali u fattwali diment li jkun diġà seħħ bħala parti mill-pjan ta' ristrutturar jew, jekk ikun għadu ma ġiex finalizzat, diment li ma jkun hemm ebda impediment serju biex iseħħ qabel tmiem il-perjodu ta' ristrutturar.

(309)

L-informazzjoni miġbura fil-premessi 127 sa 131, rigward il-bejgħ ta' Canberra, ta' Areva TA, ta' Elta u ta' Adwen, tippermetti lill-Kummissjoni tikkunsidra li dan huwa ċert biżżejjed u li għalhekk jagħmel part integrali mill-kontribuzzjoni proprja tal-Grupp Areva għar-ristrutturar tiegħu. Is-somma ta' dan il-bejgħ tammonta għal EUR [0-2 biljun].

(310)

Iżda, sal-lum il-bejgħ ta' Nouvel Areva NP għadu inċert.

(311)

Jidher improbabbli li l-bejgħ ser ikun kompromess minn xi oppożizzjoni ta' TVO, wara l-falliment tan-negozjati msemmija fil-premessa (20). Minn naħa, fil-fehma tal-Kummissjoni l-interessi ta' TVO huma mħarsa b'mod korrett fl-iskeda magħżula ta' ristrutturar, b'mod partikolari fir-rigward tal-kapaċità futura tal-Grupp Areva li jonora l-impenji. Min-naħa l-oħra, TVO ma kkomunikat lill-Kummissjoni ebda intenzjoni li timblokka jew li tittardja l-bejgħ ta' Nouvel Areva NP.

(312)

Iżda, kif inhu spjegat fil-premessa 31 u dawk sussegwenti, il-bejgħ ta' Nouvel Areva NP għadu soġġett għal ċertu numru ta' kundizzjonijiet sospensivi li wħud minnhom joħolqu riskju oġġettiv fuq il-konklużjoni tat-tranżazzjoni.

(313)

B'mod partikolari, il-bejgħ huwa soġġett fost l-oħrajn għall-kisba tal-konklużjonijiet tal-ASN fuq ir-riżultati tal-programm ta' ġustifikazzjoni tal-problema tas-segregazzjoni tal-karbonju tat-tank Flamanville 3, li jikkonfermaw in-nuqqas ta' anomaliji li joħolqu spejjeż akbar u dewmien akbar fl-issoktar tal-proġett. Dawn il-konklużjonijiet huma mistennija fi tmiem l-ewwel nofs tal-2017.

(314)

L-awtoritajiet Franċiżi informaw lill-Kummissjoni li t-testijiet kollha previsti fil-programm ta' ġustifikazzjoni kienu saru mingħajr ma nstab ebda nuqqas ta' konformità, fil-fehma tal-Grupp Areva u ta' EDF, li juri li t-tank mhuwiex tajjeb għas-servizz. Għalhekk, il-Grupp Areva u EDF qegħdin jantiċipaw riżultat favorevoli tal-programm ta' ġustifikazzjoni u huma kunfidenti li t-tank jista' jkun iddikjarat konformi mar-rekwiżiti tal-ASN fl-iskadenzi meħtieġa.

(315)

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-opinjoni espressa mill-Grupp Areva u EDF iżda tikkunsidra li t-tranżazzjoni mhijiex daqstant ċerta sakemm l-ASN, awtorità indipendenti u l-unika waħda li ser tiġġudika r-riżultati tat-testijiet, ma tkunx għamlet il-konklużjonijiet tagħha dwar ir-riżultati tal-programm ta' ġustifikazzjoni. Il-Kummissjoni tinnota l-obbligu tal-awtoritajiet Franċiżi li jassiguraw l-indipendenza effettiva tal-ASN minn kwalunkwe inflwuenza mhux dovuta fit-teħid tad-deċiżjoni regolatorja tagħha, skont id-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari, kif emendata mid-Direttiva 2014/87/Euratom. Barra minn hekk, […]. Hija tikkorrispondi fil-fatt għal riskju li diġà seħħ, li […]. L-istima ta' dan ir-riskju hija ferm delikata peress li jekk iseħħx jew le jiddependi mill-konklużjonijiet ta' awtorità indipendenti dwar suġġett ferm tekniku li jirrigwarda s-sikurezza nukleari. Dawn ir-raġunijiet jispjegaw li l-Kummissjoni trid tistenna li dan ir-riskju jiġi eliminat qabel ma tkun tista' tikkunsidra l-bejgħ ta' Nouvel Areva NP bħala sors ta' kontribuzzjoni proprja reali u fattwali.

(316)

Barra minn hekk, il-konklużjoni tat-tranżazzjoni tiddependi wkoll mill-adozzjoni ta' deċiżjoni pożittiva tal-Kummerċ, din id-darba skont il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet (49). Iġġustifikata kemm tista' tkun iġġustifikata, din il-klawżola sospensiva titfa' d-destin tat-tranżazzjoni fuq id-deċiżjoni li ser tieħu awtorità indipendenti, jiġifieri l-Kummissjoni f'dan il-każ. Peress li l-istħarriġ tas-suq li sar qabel l-analiżi tal-Kummissjoni ma seħħx fid-data ta' din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni ma tistax tippreġudika la r-riżultat tal-investigazzjoni tagħha skont il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet u lanqas id-deċiżjoni li ser tieħu f'dan ir-rigward.

(317)

Kieku l-Kummissjoni kellha tiddeċiedi li tipprojbixxi l-konċentrazzjoni, it-tranżazzjoni tkun ikkontestata fl-istess prinċipju tagħha u l-Grupp Areva ma jkunx jista' jiġġustifika l-karattru reali u fattwali tad-dħul mill-bejgħ tal-attività tar-reatturi. Din il-possibbiltà ma tistax tkun eskluża għal kollox f'dan l-istadju. Iżda, jekk l-analiżi tal-Kummissjoni wara l-istħarriġ tas-suq ma tiġġustifikax il-projbizzjoni tal-konċentrazzjoni, il-Kummissjoni ser tieħu deċiżjoni li tapprova t-tranżazzjoni, jekk ikun meħtieġ, ma' miżuri li jirrimedjaw effetti negattivi possibbli fuq il-kompetizzjoni (minn hawn 'il quddiem, il-“miżuri korrettivi”). Deċiżjoni ta' approvazzjoni, anki jekk tinkludi miżuri korrettivi, tneħħi l-inċertezza maħluqa mis-subordinazzjoni tat-tranżazzjoni u l-ammont li l-Grupp Areva jista' jistenna minnha mid-deċiżjoni li ser tagħti l-Kummissjoni dwar il-konċentrazzjoni. Fil-fatt, il-preżenza ta' miżuri korrettivi ma tkunx tali li tibdel b'mod konsiderevoli l-ammont li jieħu l-Grupp Areva għall-bejgħ ta' Nouvel Areva NP. F'każ li pereżempju tkun meħtieġa miżura korrettiva tat-tip strutturali, hija r-responsabbiltà ta' EDF li tbiegħ l-assi kkonċernati (dawn jistgħu jkunu kemm ta' EDF, kif ukoll ta' Nouvel Areva NP), mingħajr ma dan jikkomprometti l-akkwist ta' Nouvel Areva NP u lanqas fil-prinċipju l-prezz stipulat fil-kuntratt tal-akkwist. Il-Kummissjoni ma teskludix il-possibbiltà ta' aġġustamenti 'l fuq (fil-forma ta' żieda mal-prezz) jew 'l isfel (f'każ ta' miżuri korrettivi jew skont garanziji mogħtija lil EDF fl-SPA), iżda tqis li l-valur ċentrali ta' EUR 2,5 biljun magħżul mill-partijiet għat-tranżazzjoni bl-għajnuna tal-konsulenti tagħhom huwa stima realistika tal-prezz tas-suq tal-bejgħ u, allura, tal-kontribuzzjoni proprja minn dan il-bejgħ li jista' jikseb il-Grupp Areva.

(318)

Sakemm dawn iż-żewġ kundizzjonijiet sospensivi — il-kisba ta' opinjoni pożittiva tal-ASN fuq il-programm ta' ġustifikazzjoni tat-tank ta' Flamanville 3, u l-awtorizzazzjoni (ebda projbizzjoni) tal-konċentrazzjoni mill-Kummissjoni — ma jitneħħewx, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni tibqa' soġġetta għal inċertezzi kbar wisq biex il-kontribuzzjoni proprja mill-bejgħ ta' Nouvel Areva NP tista' tikkwalifika bħala reali u fattwali. Madankollu d-dħul minn dan il-bejgħ jista' jkun rikonoxxut bħala kontribuzzjoni proprja reali u fattwali ladarba dawn iż-żewġ kundizzjonijiet jkunu tneħħew.

(319)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li żieda ta' kapital sottoskritta minn investitur terz tista' tkun rikonoxxuta bħala kontribuzzjoni proprja reali u fattwali diment li jkun diġà seħħ bħala parti mill-pjan ta' ristrutturar jew, jekk ikun għadu ma ġiex finalizzat, diment li ma jkun hemm ebda impediment serju biex iseħħ qabel tmiem il-perjodu ta' ristrutturar. Il-Kummissjoni tapplika dan ir-raġunament għall-investimenti ta' MHI u JNFL f'Nouvel Areva.

(320)

L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu lill-Kummissjoni l-offerti ta' dawn iż-żewġ investituri: waħda mingħand MHI, għal parteċipazzjoni ta' 5 % korrispondenti għal prezz ta' EUR 250 miljun, u l-oħra mingħand JNFL, ukoll għal parteċipazzjoni ta' 5 % li tikkorrispondi għal prezz ta' EUR 250 miljun. Dawn huma offerti sodi peress li […]. Il-Kummissjoni tqis għalhekk li dawn ser jkunu sors ta' kontribuzzjoni proprja reali u fattwali meta ż-żewġ kundizzjonijiet imsemmija fil-premessi 315 u 316 ikunu tneħħew.

(321)

Rigward fl-aħħar nett il-finanzjament proprju mobilizzat mill-Grupp Areva, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar ammont totali ta' madwar EUR [0-2 biljun]. Dan l-ammont huwa r-riżultat ta' tnaqqis tal-limitu minimu tal-flus tal-Grupp Areva, ta' madwar EUR [0-1 biljun], u ta' bejgħ ta' dejn fiskali u kummerċjali għal EUR [0-1 biljun]. L-awtoritajiet Franċiżi wrew li t-tnaqqis tal-limitu tal-flus kien ir-riżultat ta' ħidma twila ta' ottimizzazzjoni u ta' twittija fuq is-sena tad-dħul u tal-ħruġ ta' flus, b'mod li għandu karattru strutturali u mhuwiex maħsub li jerġa' jittella' fil-futur. Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-miżuri diġa ġew implimentati b'suċċess u li allura huma reali u fattwali.

5.2.6.3.   Konklużjoni fuq il-kontribuzzjoni proprja

(322)

Is-somma tal-kontribuzzjonijiet proprji ppreżentata mill-awtoritajiet Franċiżi tammonta għal EUR [3-7 biljun]. Dan l-ammont huwa ogħla mill-50 % tal-ammont totali tal-ispejjeż ta' ristrutturar.

(323)

Dawn is-sorsi ta' kontribuzzjoni proprja għandhom effett globalment simili għal dak tal-għajnuna fis-sens li jtejbu s-solvenza tal-Grupp Areva, skont il-punt 62 tal-Linji gwida.

(324)

Iżda, l-karattru suffiċjentement reali u fattwali tas-sors essenzjali ta' kontribuzzjoni proprja tal-Grupp Areva li huwa d-dħul mill-bejgħ ta' Nouvel Areva NP jiddependi mit-tneħħija taż-żewġ kundizzjonijiet sospensivi identifikati fil-premessi 315 u 316, li huma marbutin ma' deċiżjonijiet sovrani amministrattivi indipendenti li la l-partijiet għat-tranżazzjoni u lanqas l-awtoritajiet Franċiżi ma jistgħu jinfluwenzaw, li huwa wkoll perfettament ġustifikat l-aktar minħabba l-kwistjonijiet ta' sigurtà nukleari. Effett ieħor ta' dan huwa li l-kontribuzzjonijiet proprji mis-sottoskrizzjonijiet ta' MHI u JNFL għaż-żieda ta' kapital ta' Nouvel Areva ser jkunu, huma wkoll, reali u fattwali meta jitneħħew dawn il-kundizzjonijiet.

(325)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-eżistenza ta' kontribuzzjoni proprja reali u fattwali suffiċjenti skont il-punt 63 tal-Linji gwida ser tkun osservata meta jitneħħew iż-żewġ kundizzjonijiet identifikati fil-premessi 315 u 316.

5.2.7.   L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

(326)

Skont il-punt 38(f) tal-Linji gwida, l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni jridu jkunu limitati biżżejjed biex il-bilanċ kumplessiv tal-miżura jkun pożittiv. Għaldaqstant il-Kummissjoni trid teżamina jekk il-prinċipju tal-ewwel u l-aħħar darba huwiex irrispettat u jekk ittieħdux miżuri biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

5.2.7.1.   Il-prinċipju tal-ewwel u l-aħħar darba

(327)

Jirriżulta mill-analiżi tad-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni u mill-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi li l-Grupp Areva ma ħa ebda għajnuna għas-salvataġġ, ebda għajnuna għar-ristrutturar u ebda appoġġ temporanju għar-ristrutturar matul dawn l-aħħar għaxar snin. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prinċipju tal-ewwel u tal-aħħar darba huwa rrispettat.

5.2.7.2.   Miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

(328)

Meta tingħata l-għajnuna għar-ristrutturar iridu jittieħdu miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, b'tali mod li l-effetti negattivi fuq il-kundizzjonijiet tan-negozjar jiġu minimizzati kemm jista' jkun, u l-effetti pożittivi jisbqu kull effett negattiv. Il-miżuri ppjanati biex jillimitaw id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni ġeneralment ser jieħdu l-forma ta' miżuri sturuttrali, għalkemm, f'ċerti każijiet partikolari, il-Kummissjoni tista' taċċetta miżuri ta' mġiba jew miżuri ta' ftuħ tas-swieq minflok parti mill-miżuri strutturali jew il-miżuri strutturali kollha li normalment ikunu meħtieġa.

(329)

Fil-każ ta' miżuri strutturali, fil-punt 78 tagħhom, il-Linji gwida jiddikjaraw li dawn “għandhom jittieħdu, b'mod partikolari, fis-suq jew fis-swieq fejn l-impriża jkollha pożizzjoni sinifikanti fis-suq wara r-ristrutturar, partikolarment dawk fejn ikun hemm kapaċità żejda sinifikanti”.

(330)

Madankollu, il-miżuri ppjanati biex jillimitaw id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni ma għandhomx jippreġudikaw il-prospetti ta' ritorn tal-benefiċjarju għall-vijabbiltà, u lanqas ma għandhom jagħmlu ħsara lill-kompetizzjoni, lill-konsumatur jew lill-istruttura tas-suq.

(331)

Fil-punt 84 tagħhom il-Linji gwida jiddefinixxu mbagħad il-miżuri ta' mġiba li jridu jiġu applikati fi kwalunkwe każ, sabiex jiġi evitat li l-effetti tal-miżuri strutturali jiddgħajfu.

(332)

Fin-notifika tagħhom tad-29 ta' April 2016, l-awtoritajiet Franċiżi kienu ppreżentaw il-programm ta' bejgħ li għamel il-Grupp Areva bħala miżura kompensatorja suffiċjenti. Il-Kummissjoni kienet ikkunsidrat fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha li l-parti l-kbira tal-bejgħ ippjanat (50) ma setax jitqies bħala miżuri kompensatorji suffiċjenti peress li ma kinux tal-istess kobor daqs l-effett tal-għajnuna fuq l-impriża (51), u peress li ma kinux relatati mas-swieq li fihom kienet ser tkun qed topera Nouvel Areva wara r-ristrutturar. Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar dan il-punt ma nbidlitx.

(333)

Din il-pożizzjoni ma kinitx tirrigwarda l-bejgħ tal-attività tar-reatturi, li tiegħu l-Kummissjoni kient diġà rrikonoxxiet il-kobor fid-deċiżjoni tal-ftuħ: bis-separazzjoni tiegħu minn Nouvel Areva NP, il-Grupp Areva ristrutturat kien qed jiċċaħħad minn sehem sinifikanti tal-attività tiegħu li tirrappreżenta terz tal-assi tiegħu u kważi nofs il-fatturat tal-Grupp Areva qabel ir-ristrutturar.

(334)

Madankollu, il-Kummissjoni kienet imħassba dwar l-effetti ta' kompetizzjoni ta' dan il-bejgħ u fuq l-adegwatezza tagħhom biex inaqqsu d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna. Fid-dawl tal-Linji gwida, il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tweġiba għal dan it-tħassib trid tiġi mill-analiżi tat-tliet mistoqsijiet li ġejjin:

(a)

Nouvel Areva NP hija “attività li tagħmel it-telf [li l-bejgħ tagħha] ikun fi kwalunkwe każ meħtieġ biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-vijabbiltà fit-tul” tal-Grupp Areva skont il-punt 78 tal-Linji gwida?

(b)

It-tmiem tal-integrazzjoni bejn l-attività tar-reatturi u l-attività tal-fjuwils għandu effetti reali, l-aktar minħabba t-telf ta' sinerġiji, fuq il-kompetittività tal-Grupp Areva fis-“suq jew fis-swieq fejn l-impriża jkollha pożizzjoni sinifikanti fis-suq wara r-ristrutturar”, jiġifieri fis-swieq ta' Nouvel Areva, kif jispeċifika l-punt 78 tal-Linji gwida?

(c)

Miżuri addizzjonali jistgħu jikkawżaw deterjorament tal-istruttura tas-suq kontra dak li jitlob il-punt 80 tal-Linji gwida?

(335)

Rigward l-ewwel mistoqsija tal-premessa 334, il-Kummissjoni tinnota li l-attività tar-reatturi kienet il-kawża ta' telf kbir għall-Grupp Areva matul dawn l-aħħar snin, kif kien deskritt fil-premessi 17 u 21. Għalhekk jeħtieġ li jkun iddeterminat jekk dan it-telf huwiex ta' natura strutturali u jkomplix jgħakkes il-profittabbiltà tal-Grupp Areva jekk l-entità mibjugħa tibqa' fi ħdanu.

(336)

Għall-kuntrarju tad-diffikultajiet ikkawżati mill-attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, id-diffikultajiet tal-attività tar-reatturi mhumiex primarjament ir-riżultat ta' taqlib ekonomiku wara Fukushima. Dan it-telf huwa l-ewwel nett assoċjat ma' numru żgħir ta' proġetti industrijali kbar, l-aktar OL3, li r-riskji tagħhom kienu fil-parti l-kbira idjosinkratiċi. Fil-fatt, dawn il-proġetti kbar huma l-prototipi ta' teknoloġija ġdida ta' reatturi (it-teknoloġija EPR). Huwa normali li l-prototipi ta' teknoloġija ġdida jassorbu telf akbar, peress li l-proġetti sussegwenti jgawdu mill-esperjenza tagħhom. Madankollu, huwa mbassar li OL3, u Flamanville 3 u Taishan 1 u 2, jitlestew sa tmiem l-2018. Dan ser jippermetti lill-proġetti futuri ta' reatturi ġodda (speċjalment Hinkley Point C, u possibbilment oħrajn aktar tard) jibbenefikaw minn esperjenza kbira. L-attività tal-Proġetti l-kbar ta' Nouvel Areva NP ser tkun għalhekk inqas riskjuża milli fil-passat.

(337)

Minbarra l-attività tal-Proġetti l-kbar, Nouvel Areva NP ser żżomm attivitajiet oħrajn bħas-servizzi fil-bażi installata (manutenzjoni) jew il-provvediment ta' assemblaġġi ta' fjuwils. Dawn l-attivitajiet huma inqas riskjużi mill-attivitajiet tal-Proġetti l-kbar u huma bażi soda li tiġġenera flussi tal-flus pożittivi għal Nouvel Areva NP, b'marġnijiet medji ta' EBITDA ta' madwar [0-30] % u [0-30] % rispettivament (52).

(338)

L-entità mibjugħa lil EDF (Nouvel Areva NP) ser tinkludi l-attivitajiet kollha li llum twettaq Areva NP, minbarra l-obbligazzjonijiet akkumulati b'rabta ma' xi proġetti kbar industrijali speċifiċi ħafna, li ġġeneraw telf kbir fil-passat (53). Minħabba dan il-perimetru, Nouvel Areva NP mhijiex impriża li strutturalment tagħmel telf. Minn naħa, l-attività Proġetti kbar tagħha hija inqas riskjuża issa li l-prototipi ta' OL3, Taishan 1 u 2 u Flamanville 3 […]. Min-naħa l-oħra, hija tgawdi minn bażi industrijali soda u b'saħħitha bis-servizzi lill-bażi installata jew bil-provvista ta' assemblaġġi ta' fjuwils. Il-prezz tax-xiri ta' EUR 2,5 biljun miftiehem bejn il-Grupp Areva u EDF huwa indikazzjoni ċara li l-entità Nouvel Areva NP għandha prospetti reali ta' profittabbiltà u ma tagħmilx telf strutturali.

(339)

F'xenarju kontrofattwali fejn l-għajnuna mill-Istat fi kwalunkwe każ tassorbi parti mit-telf passat iżda fejn il-Grupp Areva jibqa' integrat fis-swieq nukleari kollha, dan ikun jista' jistrieħ fuq madwar EUR [0-2 biljun] fi flussi ta' flus pożittivi addizzjonali fuq il-perjodu 2015-2023 (54), bis-saħħa tal-kontribuzzjoni ta' Nouvel Areva NP.

(340)

Fid-dawl ta' dawn id-diversi fatti, Nouvel Areva NP ma tidhirx li hija attività li tiġġenera telf strutturali, li l-bejgħ tagħha huwa meħtieġ biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-vijabbiltà fit-tul tal-Grupp Areva. Għall-kuntrarju tidher li hija miżura kompensatorja adegwata. Dan aktar u aktar meta hija ta' natura strutturali, skont dak li huwa spjegat fil-punt 77 tal-Linji gwida.

(341)

Rigward it-tieni mistoqsija tal-premessa 334, il-problema hija jekk l-integrazzjoni vertikali bejn ir-reatturi u ċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari hijiex vantaġġ fis-sitwazzjoni ekonomika attwali tas-swieq nukleari. Skont Urenco, hija vantaġġ li l-effetti tiegħu huma limitati għall-bejgħ ta' reatturi ġodda, […]. L-eżistenza ta' atturi mhux integrati iżda produttivi tissuġġerixxi, skont Urenco, li fi kwalunkwe każ mhuwiex element essenzjali għas-suċċess ta' grupp attiv fil-qasam nukleari. Skont l-awtoritajiet Franċiżi madankollu, hija vantaġġ ċert li jipproduċi effetti fis-swieq kollha taċ-ċiklu tal-materjal nukleari.

(342)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li t-tendenza attwali fis-swieq nukleari xxaqleb pjuttost lejn l-integrazzjoni vertikali, inkluż fil-każ tal-impriżi storikament mhux integrati. Wieħed mill-kompetituri ewlenin tal-Grupp Areva, l-impriża Russa Rosatom, hija integrata fuq il-katina tal-valur kollha. Il-manifattur Korean ta' reatturi nukleari KHNP jintegra ruħu upstream billi jakkwista interessi fl-operatur tal-minjieri Denison u qed jippjana li jakkwista interessi fil-proġett Imouraren, bħalma Toshiba/Westinghouse jakkwistaw interessi f'minjieri fil-Każakstan. Min-naħa tagħha CNNC illum għandha biss kapaċitajiet ta' konverżjoni u ta' arrikkiment u parteċipazzjoni fil-minjiera ta' Langer Heinrich fin-Namibja operata mill-operatur tal-minjieri Paladin; madankollu, hija qed tipprova tintegra ruħha fis-suq tal-assemblaġġi tal-fjuwils sabiex tieħu vantaġġ mis-sinerġiji li jirriżultaw mill-integrazzjoni ta' dawn id-diversi attivitajiet. Biex tippromwovi l-bejgħ ta' uranju naturali tagħha, l-impriża tal-minjieri Każaka KAP — li Urenco telenka fost l-atturi mhux integrati — illum qed tipprova tiżviluppa, f'kooperazzjoni ma' operatur ieħor, fabbrika ta' assemblaġġi tal-fjuwils.

(343)

Din ix-xejra ġenerali, mhux ikkonfutata iżda msaħħa fis-sitwazzjoni ekonomika ta' wara Fukushima, tirrigwarda atturi pjuttost kbar fil-qasam nukleari. Għall-kuntrarju, il-mudell mhux integrat ta' Urenco jidher relattivament żgħir. Dan juri li jista' jinkiseb ċertu numru ta' vantaġġi mill-integrazzjoni bejn l-attività tar-reatturi (li tinkludi l-manifattura tal-assemblaġġi tal-fjuwils) u l-attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari.

(344)

F'dak li jirrigwarda n-natura ta' dawn il-vantaġġi, jidher ċar għall-Kummissjoni li grupp integrat jikseb benefiċċji kbar minn forza ta' bejgħ kondiviża bejn is-segment tal-assemblaġġi tal-fjuwils, li huwa l-interfaċċa mal-klijenti elettriċisti, u l-upstream taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, li huwa aktar relatat mal-utilitajiet li għalihom il-fornituri huma ftit jew wisq interkambjabbli. F'dan ir-rigward huwa sinifikanti li [5-10] klijenti minn 10 ta' Areva NP (fil-futur, Nouvel Areva NP) huma wkoll klijenti ta' Areva NC (fil-futur, Nouvel Areva).

(345)

L-awtoritajiet Franċiżi taw l-eżempju tal-elettriċista […], li nieda sejħa għall-applikazzjonijiet għall-manifattura ta' assemblaġġi ta' fjuwils. Formalment, is-sejħa għall-offerti kienet tirrigwarda biss il-manifattura tal-assemblaġġi tal-fjuwils, u allura attività li fil-futur ser tagħmel parti mill-perimetru ta' Nouvel Areva NP. Madankollu, […] stieden lill-offerenti biex itejbu l-offerti tagħhom billi jżidu magħhom provvista ta' materjal fissili arrikkit — attività li fil-futur ser tkun imwettqa minn Nouvel Areva. Bis-saħħa tal-forza tal-bejgħ integrata tiegħu, il-Grupp Areva fil-passat seta' jakkumpanja l-offerta tiegħu fuq l-assemblaġġi tal-fjuwils b'offerta fuq il-materjal fissili arrikkit.

(346)

Fil-futur, Nouvel Areva NP tkun tista' ssejjaħ lil kwalunkwe fornitur ta' materjal fissili arrikkit f'dan it-tip ta' sitwazzjonijiet, mhux awtomatikament jew esklussivament lil Nouvel Areva, u għall-kuntrarju b'inċentiv biex tqiegħed lill-fornituri ta' materjal fissili f'kompetizzjoni sabiex itejbu l-kwalità tal-offerta globali magħmula finalment minn Nouvel Areva NP. Dawn ser ikunu kollha opportunitajiet għall-kompetituri ta' Nouvel Areva, l-ewwel fosthom Urenco.

(347)

Il-benefiċċji tal-integrazzjoni bejn l-attività tar-reatturi u ċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari jinħassu wkoll għall-offerti ta' fjuwil integrati mal-bejgħ ta' reattur ġdid — punt li Urenco ma tiċħadx. Fil-prattika, id-disinjatur u l-bennej ta' reattur (illum Areva NP fi ħdan il-Grupp Areva) jipprovdi b'mod kważi sistematiku l-assemblaġġi tal-fjuwils maħsuba biex jintużaw bħala l-ewwel qalba tar-reattur, kif ukoll l-ewwel iċċarġjar tiegħu, sakemm ir-reattur ikun qabad jaħdem b'ritmu tajjeb. Fil-fatt, ir-reatturi jkollhom garanzija ta' prestazzjoni, intrinsikament marbuta mal-kwalità tal-assemblaġġi tal-fjuwils, tal-anqas fil-fażi tal-istartjar u taż-żieda tal-qawwa tar-reattur. Sabiex ikollu kontroll tajjeb fuq il-kwalità tal-assemblaġġi tal-fjuwils u allura tal-prestazzjoni tar-reattur, il-fornitur tar-reattur jipprovdi lill-klijent elettriċista assemblaġġi ta' fjuwils li jikkorrispondu għall-ewwel qalba tar-reattur u għall-ewwel iċċarġjar.

(348)

Min-naħa tagħhom il-klijenti elettriċisti jippreferu jkollhom sors wieħed fuq min iduru jew lil min jagħtu r-responsabbiltà f'każ ta' diffikultà fil-perjodu determinanti tal-istartjar u taż-żieda tal-qawwa tar-reattur. TVO enfasizzat pereżempju […]. B'hekk, il-provvista ta' assemblaġġi ta' fjuwils għall-ewwel qalba tar-reattur u għall-ewwel iċċarġjar hija mod ta' provvista favorit mal-klijenti, kif evidenzjat minn […].

(349)

Din l-attività ta' provvista ċentralizzata llum hija msaħħa minħabba li diversi klijenti potenzjali qegħdin jaċċessaw għall-ewwel darba t-teknoloġija nukleari. Peress li ma jkollhomx timijiet speċjalizzati kbar, huma jippreferu li jkollhom fornitur wieħed li kapaċi jaqdi l-ħtiġijiet kollha tagħhom ta' prodotti u servizzi taċ-ċiklu upstream u ta' assemblaġġi ta' fjuwils. B'hekk il-kuntratti li jiġu ffirmati spiss jaqbżu l-ewwel qalba u l-ewwel iċċarġjar u spiss ikunu itwal minn dawk użati għar-reatturi operattivi. Hekk għamel pereżempju […].

(350)

Kwalunkwe fornitur ta' prodotti u servizzi tal-upstream taċ-ċiklu appoġġjat minn fornitur ta' assemblaġġi tal-fjuwils u ta' reatturi għandu għalhekk vantaġġ kompetittiv. Fil-preżent il-Grupp Areva jassoċja l-bejgħ tar-reatturi mal-bejgħ tal-ewwel qalba u tal-ewwel iċċarġjar, kif ukoll iċċarġjar sussegwenti fuq talba tal-klijent (normalment, […]). B'mod speċifiku, din il-kummerċjalizzazzjoni ta' assemblaġġi ta' fjuwils fil-kuntest ta' proġetti ta' reatturi ġodda hija ta' vantaġġ għall-attivitajiet upstream tal-Grupp Areva (li ser jitwettqu minn Nouvel Areva fil-futur), fi tliet aspetti:

(a)

diment li Areva NP kellha sistematikament tagħmel użu mill-uranju u mis-servizzi ta' konverżjoni u ta' arrikkiment tal-Grupp Areva biex tissodisfa din id-domanda, dawn l-offerti jippermettu li jiżguraw volumi ta' bejgħ ta' uranju, ta' konverżjoni u ta' arrikkiment akbar;

(b)

innegozjati gradwalment bħala parti minn diskussjonijiet dwar ix-xiri tar-reattur, dawn il-kuntratti jistgħu jkunu konklużi f'kundizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk innegozjati fi proċedura miftuħa, soġġetta għall-kompetizzjoni minn diversi atturi oħra preżenti fis-segmenti tal-minjiera, tal-konverżjoni u tal-arrikkiment, peress li t-tul ta' dawn il-kuntratti jippermetti li jiżgura l-prezzijiet tal-bejgħ b'mod perenni f'suq fejn il-prezzijiet jinbidlu;

(c)

fl-aħħar nett, dan it-tip ta' kuntratti jippermettu lil fornitur tal-uranju u ta' servizzi ta' konverżjoni u ta' arrikkiment li jistabbilixxi ruħu u li jibnu bil-mod reputazzjoni u kredibbiltà fi swieq ġodda b'aċċess diffiċli, kif kien il-każ ta' […].

(351)

Sal-lum, dan il-bejgħ kien konsiderevoli għall-attivitajiet tal-minjiera, tal-konverżjoni u tal-arrikkiment, li fil-futur ser jitwettqu minn Nouvel Areva. Għall-ewwel qalba ta' EPR, jenħtieġu madwar [0-2 000] kUTS ta' arrikkiment (li jirrappreżentaw [0-20] % tal-kapaċitajiet annwali ta' Nouvel Areva), [0-2 000] tUF6 ta' konverżjoni (li jirrappreżentaw [0-20] % tal-kapaċitajiet annwali ta' Nouvel Areva) u [0-2 000] tU3O8 ta' uranju naturali (li jirrappreżenta [0-20] % tal-produzzjoni annwali ta' Nouvel Areva fl-2015). Milja ġdida tirrappreżenta terz ta' dawn il-volumi, u fil-parti l-kbira tal-każijiet l-assemblaġġi tal-fjuwils ikunu jeħtieġu milja kull 18-il xahar. Skont il-Grupp Areva, huwa komuni li d-disinjatur u bennej ta' reattur nukleari jinnegozja l-provvista ta' mill-inqas […] minbarra l-ewwel qalba.

(352)

Għal kull kuntratt ta' fjuwil innegozjat fil-kuntest tal-proġetti […], il-Grupp Areva seta' jgawdi minn kuntratti għal volumi akbar u għal termini itwali minn dawk li seta' jiffirma għalihom kieku Areva NP ma kinitx id-disinjatur u l-bennej tar-reattur nukleari. It-tqabbil tal-proġetti […] (fejn Areva NP hija l-bennej tal-impjant) mal-proġett tar-reattur mibni minn […] hija illuminanti f'dan ir-rigward. B'hekk, il-Grupp Areva rnexxielu jiffirma kuntratti biss għal […] % tal-ħtiġijiet tal-fjuwil tar-reattur mibni minn […], għal […] snin biss, filwaqt li għandu kuntratti ta' provvista ta' fjuwil għal […]. F'dan il-kuntest, il-bejgħ tal-attivitajiet ta' Nouvel Areva NP jista' jaffettwa ħafna l-attivitajiet ta' Nouvel Areva.

(353)

Urenco timminimizza l-valur tas-sinerġiji […]. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-maġġoranza tar-reatturi li qegħdin jinbnew tinsab f'pajjiżi bħar-Russja jew iċ-Ċina, fejn is-suq jibqa' prinċipalment magħluq għall-bennejja ta' impjanti nukleari tal-punent. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll li wara Fukushima b'mod partikolari, il-proġetti ta' reatturi ġodda saru rari. Madankollu, għad fadal ċertu numru ta' proġetti li għandhom ċans kbir li jseħħu, u li għalihom Nouvel Areva NP tidher li hija f'pożizzjoni tajba. Dan huwa partikolarment il-każ tal-proġetti li jidħlu fil-kontinwità tal-proġetti mirbuħa minn Areva NP fil-passat: […]. Nouvel Areva NP tista' wkoll tikkwalifika għall-proġetti ta' […]. Għal dawn il-proġetti kollha, Nouvel Areva NP issa tkun tista', jekk tixtieq tinkludi l-provvista ta' materjal arrikkit mal-offerta tagħha tar-reattur, tirrikorri għall-fornitur tal-materjal arrikkit tal-għażla tagħha, b'inċentiv reali li toħloq kompetizzjoni bejn il-fornituri potenzjali f'kuntest ta' pressjoni qawwija fuq il-prezzijiet f'dan it-tip ta' sejħiet għall-offerti.

(354)

Naturalment, dawn il-prospetti jirrigwardaw aktar it-termini medji u twal. Madankollu, iċ-ċikli industrijali fis-swieq nukleari huma estremament twal u għalhekk jidher iġġustifikat għall-Kummissjoni li tikkunsidra telf ta' sinerġiji li jipproduċi l-effetti ewlenin tiegħu f'termini medji u twal.

(355)

L-awtoritajiet Franċiżi wrew ukoll b'mod konvinċenti li kienu jeżistu sinerġiji qawwija bejn l-attività tar-reatturi u d-downstream taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari — sinerġiji li Nouvel Areva u Nouvel Areva NP ser jkunu ftit imħeġġa li joħolqu mill-ġdid fil-futur.

(356)

Fit-termini medji u twal, il-kapaċità ta' Nouvel Areva li tiżviluppa l-bejgħ tagħha ta' servizzi ta' trattament u ta' riċiklaġġ għall-esportazzjoni tiddependi mill-eżistenza fis-suq ta' grupp ta' reatturi li jaħdmu bl-ilma ħafif u li jistgħu jaħdmu b'assemblaġġi ta' fjuwils MOX, jiġifieri reatturi li jaħdmu b'taħlita ta' fjuwils. Fil-fatt, il-fjuwil MOX bħala tali ma jistax ikun sostitwit bi fjuwil konvenzjonali: ir-reattur li għalih ikun ser jintuża l-MOX irid ikun ġie ddisinjat jew adattat minn qabel biex jieħu dan it-tip ta' fjuwil. F'dan is-sens, l-attività MOX tal-Grupp Areva tiddependi direttament mill-park ta' reatturi madwar id-dinja li jaħdmu b'taħlita ta' fjuwils.

(357)

Madankollu, Nouvel Areva NP […].

(358)

[…] hija Nouvel Areva NP li hija nkarigata mill-kummerċjalizzazzjoni ta' dawn tal-aħħar. […].

(359)

[…] l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li s-sitwazzjoni kienet differenti sakemm il-Grupp Areva kien integrat peress li dak iż-żmien kellu l-kapaċità li jirkupra l-marġni kemm fuq l-attivitajiet ta' produzzjoni ta' MOX kif ukoll fuq l-attivitajiet ta' disinn u ta' bini ta' reatturi u ta' kummerċjalizzazzjoni tal-assemblaġġi ta' fjuwils. Fil-fatt, għalkemm Areva NP kienet responsabbli, kif ser tkun Nouvel Areva NP aktar 'il quddiem, tal-kummerċjalizzazzjoni tal-fjuwil, hija kienet soġġetta għas-superviżjoni ta' Areva SA […].

(360)

[…], għaldaqstant huma l-prospetti ta' tkabbir fit-tul tal-industrija tal-MOX ([…]) li jridu jitniżżlu fil-valur. Madankollu, f 'sejħa għall-offerti, kwalunkwe sostituzzjoni ta' reattur li ma jaħdimx b'taħlita ta' fjuwils bi proġett ta' reattur li jaħdem b'taħlita ta' fjuwils tnaqqas bl-istess mod id-domanda ristretta ta' Nouvel Areva u allura żżid id-domanda tal-fjuwil konvenzjonali, li għaliha Nouvel Areva tikkompeti ma' atturi oħrajn bħal Urenco.

(361)

B'mod aktar ġenerali, Nouvel Areva u Nouvel Areva NP ser jidħlu f'relazzjoni ta' klijent/fornitur għal sensiela ta' servizzi li sa dakinhar kienu internalizzati, li ser jkollu konsegwenzi potenzjalment negattivi kemm fuq Nouvel Areva NP kif ukoll fuq Nouvel Areva. Dan ir-raġunament japplika b'mod partikolari għall-operazzjonijiet ta' loġistika, li huma aktar diffiċli biex jiġu ottimizzati. L-awtoritajiet Franċiżi taw l-eżempju li ġej. L-uranju naturali jibqa' l-proprjetà tal-elettriċista li jkun xtrah, li mbagħad jafda l-konverżjoni u l-arrikkiment tiegħu, imbagħad il-manifattura ta' assemblaġġi ta' fjuwils lill-fornituri tal-għażla tiegħu. Hija r-responsabbiltà ta' min jarrikkixxi l-uranju jew tal-manifattur magħżul li jikkonsenja l-uranju arrikkit. Biex ikun hemm l-aħjar ottimizzazzjoni loġistika possibbli, b'mod partikolari għall-konsenja u l-ġestjoni tal-istokkijiet (kemm f'dak li jirrigwarda l-volumi kif ukoll il-kontenut ta' uranju arrikkit) min jarrikkixxi l-uranju u l-manifatturi tal-assemblaġġi tal-fjuwils jistgħu jistabbilixxu b'kuntratt l-ottimizzazzjonijiet operattivi kollha possibbli. Jekk wieħed ikun jappartjeni għall-istess grupp id-diskussjonijiet ikunu aktar faċli u jżid l-ottimizzazzjonijiet operattivi possibbli peress li ma jkunx hemm interessi differenti bejn min jarrikkixxi l-uranju u l-manifattur ta' assemblaġġi ta' fjuwils. Sal-lum, il-Grupp Areva sfrutta dan il-vantaġġ fuq il-konsenji fi ħdan il-grupp tiegħu. Iżda, bħala eżempju, Areva NC weħlet spejjeż żejda […], li qatt ma setgħet tikkontesta b'mod effettiv, għaliex din irrifjutat li tiddiskuti l-ispejjeż imġarrba.

(362)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Grupp Areva ristrutturat, kieku baqa' integrat mal-attività tar-reatturi, kien jieħu benefiċċji kbar minn din l-integrazzjoni u b'mod partikolari mill-kapaċità tiegħu li jifformula offerti integrati bejn l-attivitajiet ta' Nouvel Areva NP u dawk ta' Nouvel Areva.

(363)

Fil-premessa (189) tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni wriet tħassib dwar il-konsegwenzi tal-proġett ta' sħubija strateġika bejn EDF u l-Grupp Areva, l-aktar f'termini ta' ħolqien mill-ġdid kuntrattwali tas-sinerġiji kummerċjali osservati fil-passat. Urenco informat lill-Kummissjoni dwar it-tħassib tagħha f'dan ir-rigward.

(364)

Il-Kummissjoni tammetti li sħubija kuntrattwali bbażata fuq loġika tal-aħjar sforzi ftit għandha ċans li toħloq mill-ġdid sinerġiji daqstant qawwija daqs dawk li kienu jeżistu fi grupp integrat fuq il-livell ta' kapital. Madankollu, sħubija li tinkludi forma ta' kooperazzjoni kummerċjali privileġġjata, li tillimita l-kapaċità tal-kompetituri ta' Nouvel Areva li jissieħbu ma' Nouvel Areva NP biex jifformulaw offerti integrati, tixħet dubju fuq l-effetti pożittivi għall-kompetizzjoni tal-bejgħ ta' Nouvel Areva NP.

(365)

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota l-impenn tal-awtoritajiet Franċiżi li, matul il-perjodu ta' ristrutturar, Nouvel Areva NP taħt il-kontroll ta' EDF u Nouvel Areva ma jidħlu f'ebda sħubija strateġika jew ftehim qafas ieħor għal kooperazzjoni kummerċjali li tfittex li tiffavorixxi lil Nouvel Areva fis-sitwazzjonijiet fejn Nouvel Areva NP tkun tixtieq tipproponi lil klijent offerta integrata ma' fornitur ta' materjal nukleari.

(366)

Minħabba dan l-impenn, il-Kummissjoni tikkunsidra li Nouvel Areva NP ser tkun ħielsa li tipproponi lill-klijenti tagħha li jirrikorru għal materjal nukleari mingħand operatur li ma jkunx Nouvel Areva. Meta Nouvel Areva jkollha ġġedded il-ktieb tal-ordnijiet tagħha, din mhux ser tkun tista' tistrieħ fuq is-sinerġiji strutturali li kellu l-Grupp Areva fil-passat. Għaldaqstant id-dubju tal-Kummissjoni dwar dan il-punt jista' jitneħħa.

(367)

Rigward it-tielet mistoqsija tal-premessa 334, il-Kummissjoni tqis li jeħtieġ li ssir analiżi ta' kull suq biex tkun ċerta li, f'ebda wieħed mis-swieq li fihom Nouvel Areva ser jkollha pożizzjoni importanti, ma tippersisti distorsjoni fil-kompetizzjoni b'mod li l-miżura kompensatorja proposta mill-awtoritajiet Franċiżi tirriżulta insuffiċjenti.

(368)

Qabel ma tidħol fid-dettall ta' kull suq, il-Kummissjoni tenfasizza l-ewwel nett li hija assigurat li l-għajnuna lill-Grupp Areva ma tkunx ta' kobor tali, li tqiegħed lill-Grupp Areva ristrutturat (f'dan il-każ, Nouvel Areva) f'sitwazzjoni finanzjarja tajba aktar mis-soltu meta mqabbla mal-kompetituri tiegħu. B'hekk, l-għajnuna ġiet imfassla biex l-impriża tirritorna għall-vijabbiltà fit-tul, li jimplika b'mod partikolari li hija tista' ssib mill-ġdid klassifikazzjoni ta' “grad ta' investiment”. Madankollu, Nouvel Areva ser żżomm dejn sostanzjali […]. Huwa mbassar li fi tmiem ir-ristrutturar, Nouvel Areva jkollha klassifikazzjoni finanzjarja […] u mhijiex aħjar mill-klassifikazzjoni ta' kompetituri bħal Urenco (55). Għaldaqstant, Nouvel Areva mhix ser tgawdi minn xi aġilità finanzjarja evidentement akbar minn dik tal-kompetituri tagħha wara r-ristrutturar.

(369)

F'dak li jirrigwarda s-suq tal-minjiera, hemm erba' atturi kbar fuq livell dinji. L-attur ewlieni huwa KAP li għandu [0-50] % tas-suq. Dan huwa segwit minn Cameco, li għandu [0-50] % tal-produzzjoni dinjija. Imbagħad, il-Grupp Areva u Rosatom permezz tas-sussidjarja tiegħu AtomEnergoProm għandhom rispettivament [0-30] % u [0-30] % tal-produzzjoni dinjija (56). KAP u Cameco żiedu l-produzzjoni tagħhom b'mod regolari matul dawn l-aħħar snin u huwa mbassar li ser jżommu jew ser jkomplu jżidu l-produzzjoni tagħhom fis-snin li ġejjin.

(370)

Fis-suq tal-minjieri, il-kisba ta' konċessjonijiet addizzjonali min-naħa ta' Nouvel Areva (pereżempju fil-forma ta' divestimenti) jista' jkollha l-effett li tagħti vantaġġ lil atturi li diġà għandhom pożizzjonijiet tajbin f'dan is-suq konċentrat, b'riskju kemm għall-istruttura tas-suq kif ukoll għas-sigurtà tal-fornimenti tal-uranju tal-Unjoni.

(371)

Barra minn hekk, l-attività tal-minjiera hija […] kontributur tar-ritorn għall-vijabbiltà tal-Grupp Areva, billi din tirrappreżenta […] tal-EBITDA ta' Nouvel Areva fl-2020. Telf ta' din l-attività jipperikola r-ritorn għall-vijabbiltà tal-Grupp Areva mingħajr benefiċċju ovvju għall-kompetizzjoni.

(372)

Fid-dawl ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tqis li miżuri kompensatorji minbarra l-bejgħ ta' Nouvel Areva NP u impenji meħuda minnFranza, mhumiex iġġustifikati fis-segment tal-minjieri.

(373)

Fis-settur tal-konverżjoni, jeżistu erba' atturi ewlenin: Rosatom/TVEL (li għandu [0-50] % tas-suq), Cameco (li għandu [0-50] % tas-suq), Conver Dyn (li għandu [0-50] % tas-suq) u l-Grupp Areva (li għandu [0-50] % tas-suq) (57). Il-grupp Ċiniż CNNC huwa wkoll preżenti, iżda f'dan l-istadju jfornixxi biss lis-suq Ċiniż. Il-Grupp Areva huwa l-uniku konvertitur Ewropew minn meta waqfet taħdem il-fabbrika SFL fir-Renju Unit.

(374)

L-attività ta' konverżjoni tifforma parti mill-attivitajiet […]. Kwalunkwe miżura addizzjonali li tikkontribwixxi biex iddgħajjef lil Nouvel Areva f'din l-attività tista' ssaħħaħ l-istruttura diġà oligopolistika tas-suq u toħloq dubju dwar il-vijabbiltà ta' dan l-istadju essenzjali taċ-ċiklu tal-fjuwil, li fih Nouvel Areva ser tkun l-uniku attur Ewropew.

(375)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li miżuri kompensatorji minbarra l-bejgħ ta' Nouvel Areva NP u impenji meħuda minn Franza, mhumiex iġġustifikati fis-segment tal-konverżjoni.

(376)

Fis-suq tal-arrikkiment, il-Grupp Areva kellu madwar [0-30] % tal-ishma tas-suq dinjija fl-2014, filwaqt li ż-żewġ kompetituri ewlenin tiegħu, Rosatom/Tenex u Urenco, kellhom aktar minn [0-50] % kull wieħed (58).

(377)

Urenco kkomunikat lill-Kummissjoni t-tħassib tagħha dwar id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni maħluqa mill-għajnuna għar-ristrutturar fis-suq tal-arrikkiment. Dan it-tħassib jirrigwarda, fil-qosor, (i) l-allegata aġilità finanzjarja ta' Nouvel Areva meta mqabbla mal-kompetituri mhux mgħejuna tagħha, (ii) ir-riskju li EDF, li hija klijent essenzjali għal Urenco, tiffavorixxi lil Nouvel Areva għall-ħtiġijiet tagħha ta' uranju arrikkit, (iii) iż-żieda tal-kapaċità żejda fis-suq Ewropew tal-arrikkiment, b'mod partikolari jekk Nouvel Areva kellha tiddeċiedi li żżid il-kapaċità tal-fabbrika tagħha Georges Besse II jew kellha tiżviluppa fil-kummerċ ta' SWUs, (iv) iż-żamma jew saħansitra t-tisħiħ tal-attività tal-fjuwil MOX, li jikkompeti mal-fjuwil konvenzjonali ta' Urenco anki jekk skont din tal-aħħar huwa inqas kompetittiv.

(378)

Il-Kummissjoni diġà wriet fil-premessa 368 li Nouvel Areva mhix ser tkun f'sitwazzjoni finanzjarja aqwa minn dik ta' Urenco meta jintemm ir-ristrutturar. Dan it-tħassib jidher għalhekk li huwa mingħajr bażi. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li l-attività ta' arrikkiment tal-Grupp Areva, inkluża fl-entità ġuridika SET, diġà tippreżenta flussi netti ta' flus pożittivi fl-2016, b'din it-tendenza aktarx li tkun ikkonfermata għall-perjodu 2017-2030. F'dan ir-rigward, il-kumpanija SET ser tikkontribwixxi aktar għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-bqija tal-Grupp Areva bil-ħlas ipprogrammat ta' dividendi, peress li mhijiex ser tibbenefika hija stess mill-effetti tal-għajnuna.

(379)

Il-Kummissjoni lanqas ma tara riskju li EDF tiffavorixxi lil Nouvel Areva għad-detriment ta' Urenco għall-provvista ta' materjal arrikkit tagħha. L-ewwel nett, mhux ser jkun hemm rabta ta' kapital bejn Nouvel Areva NP taħt il-kontroll ta' EDF u Nouvel Areva, li tiġġustifika li EDF tiffavorixxi lil din tal-aħħar minflok lill-kompetituri tagħha. Il-Kummissjoni tinnota f'dan ir-rigward li EDF ma tidhirx li ffavorixxiet lill-Grupp Areva fil-passat, peress li Urenco llum tissodisfa sehem konsiderevoli mill-ħtiġijiet ta' uranju arrikkit ta' EDF. It-tieni u b'mod reċiproku, in-nuqqas ta' rabta ta' kapital jelimina kwalunkwe inċentiv ta' Nouvel Areva li toffri lil Nouvel Areva NP kundizzjonijiet aktar vantaġġjużi milli lil klijent ieħor peress li mhix ser tkun tista' tirkupra parzjalment bħala azzjonista l-vantaġġi li hija tagħti bħala fornitur.

(380)

Rigward iż-żieda tal-kapaċità żejda fis-suq Ewropew tal-arrikkiment, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li, matul il-perjodu ta' ristrutturar, il-Grupp Areva ma jżidx il-kapaċità tal-fabbrika Georges Besse II, ħlief għall-akkwist u l-installazzjoni ta' ċentrifugi previsti fil-ftehimiet eżistenti tiegħu […]. Il-Kummissjoni tqis għalhekk li l-għajnuna għar-ristrutturar mogħtija lill-Grupp Areva mhijiex ser sservi biex tiffinanzja ż-żieda tal-kapaċità żejda fis-suq Ewropew tal-arrikkiment. F'dak li jirrigwarda l-kummerċ, dan ma jżidx il-kapaċità ta' produzzjoni iżda jaqa' taħt l-ottimizzazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti diġà fis-suq. Barra minn hekk, il-Grupp Areva ma żviluppax din l-attività fl-għaxar snin li għaddew […].

(381)

Rigward l-MOX, il-Kummissjoni wriet fil-premessi 356 sa 360 li l-bejgħ ta' Nouvel Areva NP jipproduċi effetti negattivi fuq l-iżvilupp fit-tul ta' din l-industrija, li żżid daqstant id-daqs tas-suq aċċessibli għall-produtturi tal-fjuwil konvenzjonali bħal Urenco. Għaldaqstant mhuwiex ġustifikat li tinkiseb miżura addizzjonali f'din il-parti tas-suq.

(382)

B'mod ġenerali, il-Kummissjoni tenfasizza li t-telf ta' sinerġiji li jirriżultaw mill-bejgħ ta' Nouvel Areva NP ser joħloq opportunitajiet għall-kompetituri ta' Nouvel Areva fis-segment tal-arrikkiment, b'mod partikolari fis-sitwazzjonijiet konkreti deskritti fil-premessi 353 u 360.

(383)

Fid-dawl ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tqis li miżuri kompensatorji minbarra l-bejgħ ta' Nouvel Areva NP u impenji meħuda minn Franza, mhumiex iġġustifikati fis-segment tal-arrikkiment.

(384)

F'dak li jirrigwarda d-downstream taċ-ċiklu tal-fjuwil (trattament tal-iskart u l-manifattura tal-MOX), il-Grupp Areva għandu sehem mis-suq ta' madwar [50-100] % (59) fis-suq tat-trattament u llum huwa l-uniku attur li jikkontrolla l-operazzjonijiet kollha ta' trattament u riċiklaġġ tal-fjuwil użat u ta' produzzjoni tal-MOX. L-għajnuna għar-ristrutturar ma toħloq ebda distorsjoni evidenti ħafna fil-kompetizzjoni la l-Grupp Areva huwa globalment l-uniku attur f'dan is-segment. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fjuwil MOX huwa kompetitur tal-fjuwil konvenzjonali, li għal-forniment tiegħu Nouvel Areva ser jkollha l-kompetituri. Madankollu, għar-raġunijiet deskritti fil-premessi (356) sa (360), ma jidhirx li huwa ġġustifikat li tiġi kkunsidrata miżura addizzjonali f'dan is-suq.

(385)

Fl-aħħar nett, il-loġistika u d-dekummissjonar huma swieq relattivament sekondarji għall-Grupp Areva, li fuqhom dan mhux ser jkollu pożizzjoni partikolarment importanti wara r-ristrutturar. F'dak li jirrigwarda l-loġistika, pereżempju, il-Grupp Areva kellu madwar [0-50] % tal-ishma tas-suq skont il-volum fl-2013 għall-produzzjoni ta' kontenituri meħtieġa għall-ħażna fix-xott u għat-trasport tal-fjuwil użat (“btieti”), bil-grupp Ġermaniż GNS ikollu [50-100] % ta' dan is-suq. Fis-suq tad-dekummissjonar, Nouvel Areva ser jkollha s-sehem mis-suq ta' [0-20] % u ser tkun f'kompetizzjoni ma' għadd kbir ieħor ta' atturi (Onet, Vinci, Bouygues, Westinghouse, Amec, Nukem, Iberdrola, eċċ.). Ma ġiet notifikata ebda distorsjoni fil-kompetizzjoni lill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni f'dawn is-swieq li ma għandhomx kapaċitajiet żejda. Miżuri addizzjonali speċifiċi għal dawn is-swieq għaldaqstant ma jidhrux ġustifikati.

(386)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li, wara l-bejgħ ta' Nouvel Areva NP mill-Grupp Areva u l-impenji li ħadet Franza, mhux ser jkun hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni li tiġġustifika miżura addizzjonali fis-swieq li fuqhom il-Grupp Areva ser jkollu pożizzjoni importanti wara r-ristrutturar.

(387)

Biex tagħlaq l-analiżi tal-miżuri ppjanati sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni maħluqa mill-għajnuna, il-Kummissjoni tinnota l-impenji tal-awtoritajiet Franċiżi li jirrispettaw il-punt 84(a) u (b), tal-Linji gwida.

(388)

F'dan ir-rigward, il-punt 84(a) tal-Linji gwida jispeċifika li l-benefiċjarji jridu jintalbu jieqfu milli jakkwistaw ishma fi kwalunkwe kumpanija waqt il-perjodu ta' ristrutturar, ħlief meta dan ikun indispensabbli biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul. Dan l-obbligu jirrigwarda l-akkwisti ta' ishma li jkabbru l-preżenza tal-benefiċjarju fis-swieq tiegħu jew fi swieq oħrajn permezz ta' tkabbir estern, u mhux għar-razzjonalizzazzjoni u l-użu ta' mezzi ta' produzzjoni eżistenti, permezz ta' tkabbir intern. Il-Kummissjoni tqis li f'dan il-każ, mhux meqjus bħala akkwist ta' ishma l-ħolqien ta' impriżi konġunti ta' produzzjoni li għandhom l-għan uniku li jirrazzjonalizzaw il-produzzjoni permezz ta' assi eżistenti u mhux li jakkwistaw u joperaw b'mod konġunt assi ġodda, diment li kull azzjonist tal-impriża konġunta ma jkollux drittijiet ta' prelevament akbar mill-kontribuzzjoni proprja.

(389)

Bl-istess mod, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt 84(a) tal-Linji gwida f'dan il-każ mhux meqjus bħala akkwist ta' ishma l-akkwist ta' impriżi għad-dekummissjonar tal-assi li jistgħu jkollhom. Fis-suq tad-dekummissjonar, […] il-propjetarju ta' impriża li jkollha assi li jridu jiġu dekummissjonati, pereżempju impjant nukleari antik, jitlob lill-fornituri ta' servizzi li jixtiequ jidħlu għad-dekummissjonar li jifformaw konsorzju biex jixtru l-impriża u l-provvisti għad-dekummissjonar li jkollha, u biex jiddekummissjonaw l-assi billi jużaw dawn il-provvisti. Għall-impriżi tal-konsorzju xerrej u b'mod partikolari għall-Grupp Areva dan ix-xenarju huwa modalità partikolari biex ikompli jipprovdi servizzi li diġà jipprovdi u mhux akkwist ta' ishma li jippermetti lill-Grupp Areva jkabbar il-preżenza tiegħu permezz ta' tkabbir estern.

(390)

Minħabba dak li ntqal, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li, matul il-perjodu kollu ta' ristrutturar, il-Grupp Areva (Areva SA u Nouvel Areva) u l-impriżi taħt il-kontroll tiegħu jżommu lura milli jakkwistaw, b'mod dirett jew indirett, parteċipazzjonijiet fi kwalunkwe impriża li mhijiex diġà taħt il-kontroll tiegħu, ħlief għall-proġetti li ġejjin:

(a)

[…]

(b)

[…]

(c)

[…]

(d)

[…]

(e)

[…]

(f)

[…]

(g)

[…]

(h)

[…]

(i)

[…]

(j)

[…]

(k)

[…]

(l)

[…]

(m)

[…]

(n)

[…]

(o)

[…]

(p)

[…]

(q)

[…]

(391)

Il-Kummissjoni tqis li dawn il-proġetti huma essenzjali għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-Grupp Areva għar-raġunijiet li ġejjin.

(392)

L-ewwel nett il-Kummissjoni tinnota li dawn il-proġetti jikkontribwixxu EUR […] għar-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul (2017-2025) tal-Grupp Areva. Peress li din iċ-ċifra hija daqs l-EBITDA annwali matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni tqis li dawn il-proġetti huma essenzjali għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar.

(393)

Imbagħad, uħud minn dawn il-proġetti […] jirrigwardaw l-attivitajiet tal-minjieri tal-Grupp Areva. F'dan ir-rigward, il-Grupp Areva ser ikollu jiffaċċja l-għeluq ta' ċerti minjieri importanti, fosthom […]. Madankollu, l-attività tal-minjieri […] tikkontribwixxi għall-vijabbiltà fit-tul ta' Nouvel Areva, kif diġà kien indikat fil-premessa 371. Minħabba li ċ-ċikli ekonomiċi huma twal ħafna f'dan il-qasam, huwa essenzjali għal kull impriża li tixtieq tibqa' attiva fit-tul fih li jkollha b'mod permanenti portafoll tal-proġetti tal-minjieri fi stadji differenti tal-maturità. Il-proġetti tal-minjieri tal-Grupp Areva inklużi fil-punti (a) sa (d) tal-premessa 390 għandhom l-għan ewlieni li jissostitwixxu l-kapaċitajiet li ser jintilfu […].

(394)

Barra minn hekk, l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-Grupp Areva […], li jsegwi strateġija ambizzjuża ta' żvilupp tal-enerġija nukleari, huwa wkoll essenzjali għar-ritorn għall-vijabbiltà tiegħu. […]. Il-proġetti kkonċernati jieħdu l-forma ta' impriżi konġunti mal-impriża […]. Meta analizzat il-proġetti […] elenkati fil-punti (a), (d), (e), (g), (h), (j) u (q) tal-premessa 390, il-Kummissjoni tqis li huma essenzjali għall-istrateġija ta' żvilupp tal-Grupp Areva […], li hija stess hija indispensabbli għall-vijabbiltà fit-tul tal-impriża.

(395)

Loġika simili tapplika għall-proġetti ta' żvilupp tal-Grupp Areva […].[…]. Dawn il-proġetti […] huma msemmija fil-punti (o) u (p) tal-premessa 390.

(396)

Grupp ieħor ta' proġetti […] jirrigwarda […] li huma swieq dinamiċi li fihom il-Grupp Areva jrid jibqa' preżenti biex jassigura s-suċċess tal-pjan ta' ristrutturar tiegħu. Dawn il-proġetti […] huma msemmija fil-punti (i) sa (p) tal-premessa 390.

(397)

Fl-aħħar nett, il-proġett imsemmi fil-punt (f) tal-premessa 390 rigward […].

(398)

Il-Kummissjoni tista' tapprova kwalunkwe parteċipazzjoni oħra li tirriżulta essenzjali għall-vijabbiltà fit-tul tal-Grupp Areva u li ma tkunx evażjoni mill-obbligu li tiġi limitata l-preżenza tal-Grupp Areva fis-swieq eżistenti. L-intenzjoni li jsir tali akkwist u l-elementi li jippermettu lill-Kummissjoni tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfati u, jekk ikun il-każ, tapprova jew ma toġġezzjonax għall-akkwist, iridu jkunu notifikati lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli, bħala parti mill-monitoraġġ tal-pjan ta' ristrutturar.

(399)

It-tieni, skont il-punt 84(b) tal-Linji gwida, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu wkoll li l-Grupp Areva (Areva SA u Nouvel Areva) iżomm lura milli jippreżenta l-appoġġ li jgawdi minnu bħala vantaġġ kompetittiv meta jikkummerċjalizza l-prodotti u s-servizzi tiegħu.

5.2.8.   It-trasparenza tal-għajnuna

(400)

Bis-saħħa tal-punt 38(g) tal-Linji gwida, l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-pubbliku jrid ikollhom aċċess faċli għall-atti relevanti u l-informazzjoni relevanti kollha dwar l-għajnuna mogħtija. Dan ifisser li d-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza previsti fil-punt 96 tal-Linji gwida jridu jkunu rispettati.

(401)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi assiguraw li l-kriterji ta' trasparenza previsti fil-punt 96 tal-Linji gwida ser jkunu rrispettati. B'mod partikolari, l-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu li jippubblikaw għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-informazzjoni prevista mill-Komunikazzjoni (60) dwar it-trasparenza. Dawn ser jkunu disponibbli fis-sit tal-Internet https://www.legifrance.gouv.fr jew fis-sit tal-Internet http://www.economie.gouv.fr/agence-participations-etat.

6.   IMPENJI LI ĦADET FRANZA

(402)

Il-Kummissjoni tfakkar l-impenji li ħadet Franza fil-kuntest ta' din il-proċedura.

(403)

L-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li:

(a)

id-diżinvestiment mill-Grupp Areva tal-attività tar-reatturi jkun totali, li jfisser li Areva SA u Nouvel Areva mhu ser jkollhom ebda rabta ta' kapital ma' Nouvel Areva NP wara l-pjan ta' ristrutturar notifikat.

(b)

matul il-perjodu ta' ristrutturar, il-Grupp Areva ma jżidx il-kapaċità tal-fabbrika Georges Besse II, ħlief għall-akkwist u l-installazzjoni ta' ċentrifugi previsti fil-ftehimiet eżistenti tiegħu […];

(c)

Areva SA ma teżerċitax attivitajiet oħrajn għajr dawk speċifikament previsti fil-pjan ta' ristrutturar notifikat lill-Kummissjoni;

(d)

matul il-perjodu ta' ristrutturar, Nouvel Areva NP taħt il-kontroll ta' EDF u Nouvel Areva ma jidħlu f'ebda sħubija strateġika jew ftehim qafas ieħor għal kooperazzjoni kummerċjali li tfittex li tiffavorixxi lil Nouvel Areva fis-sitwazzjonijiet fejn Nouvel Areva NP tkun tixtieq tipproponi lil klijent offerta integrata ma' fornitur ta' materjal nukleari, fis-swieq definiti fil-premessi 344 u 347 — provvista ta' assemblaġġi ta' fjuwils u l-kostruzzjoni ta' reatturi ġodda. Dan l-impenn ma jipprevjenix li Nouvel Areva u Nouvel Areva NP sabiex jifformulaw offerti konġunti diment li Nouvel Areva tkun intgħażlet fuq il-bażi ta' kriterji kummerċjali u tekniċi.

(e)

matul il-perjodu kollu ta' ristrutturar, il-Grupp Areva (Areva SA u Nouvel Areva) u l-impriżi taħt il-kontroll tiegħu jżommu lura milli jakkwistaw, b'mod dirett jew indirett, parteċipazzjonijiet fi kwalunkwe impriża li mhijiex diġà taħt il-kontroll tiegħu, ħlief għall-proġetti msemmija fil-premessa 390. Dan l-impenn ma japplikax għall-akkwisti ta' parteċipazzjonijiet magħmula minn Nouvel Areva u l-impriżi li hija tikkontrolla direttament jew indirettament, għal finijiet ta' ġestjoni finanzjarja (i) tal-fondi tad-dekummissjonar li l-Grupp Areva huwa meħtieġ li jmexxi skont obbligu legali jew regolatorju; (ii) tal-fondi tal-pensjoni tal-persunal tal-Grupp Areva; (iii) tal-investimenti tal-likwidità tiegħu.

(f)

il-Grupp Areva (Areva SA u Nouvel Areva) iżomm lura milli jippreżenta l-appoġġ li jgawdi bħala vantaġġ kompetittiv meta jikkummerċjalizza l-prodotti u s-servizzi tiegħu.

7.   KONKLUŻJONIJIET

(404)

Is-sottoskrizzjoni tal-Istat Franċiż għaż-żidiet ta' kapital ta' Areva SA u ta' Nouvel Areva hija għajnuna mill-Istat għar-ristrutturar li tammonta għal EUR 4,5 biljun.

(405)

Din l-għajnuna ser tkun konformi mal-kriterji msemmija fil-Linji gwida, u allura kompatibbli mas-suq intern, meta tiġi kkonfermata l-eżistenza ta' kontribuzzjoni proprja reali u fattwali tal-anqas ugwali għal nofs l-ispejjeż tar-ristrutturar, jiġifieri meta jitneħħew il-kundizzjonijiet sospensivi identifikati fil-premessa 318 u ddikjarati fl-Artikolu 2 ta' din id-deċiżjoni.

(406)

Minn dan isegwi li l-għajnuna ma tistax tkun implimentata qabel dawn iż-żewġ kundizzjonijiet jiġu ssodisfati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li Franza qed tippjana li timplimenta favur il-Grupp Areva għall-ammont ta' EUR 4,5 biljun hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2 ta' din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

L-implimentazzjoni tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 ta' din id-deċiżjoni hija soġġetta għall-kisba ta':

(a)

il-konklużjoni tal-ASN fuq ir-riżultati tal-programm ta' ġustifikazzjoni dwar il-problema ta' segregazzjoni tal-karbonju identifikata fil-partijiet tat-tank tar-reattur EPR tal-proġett Flamanville 3, mingħajr ma jkun hemm dubju dwar l-idoneità għas-servizz tal-partijiet tat-tank minħabba din is-segregazzjoni jew, inkella, deċiżjoni ta' EDF, notifikata lill-Grupp Areva għall-bejgħ ta' Nouvel Areva NP, li tneħħi l-klawżola sospensiva rigward ir-reattur EPR tal-proġett Flamanville 3 f'dak li jirrigwarda s-segregazzjoni tal-karbonju identifikata fil-partijiet tat-tank ta' dan ir-reattur;

(b)

l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni tal-operazzjoni ta' konċentrazzjoni bejn EDF u Nouvel Areva NP.

Artikolu 3

1.   Il-pjan ta' ristrutturar tal-Grupp Areva, kif ikkomunikat minn Franza, għandu jiġi implimentat kollu.

2.   Franza għandha tibgħat lill-Kummissjoni rapporti kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni tajba tal-pjan ta' ristrutturar, fuq il-pożizzjoni tal-Grupp Areva fis-swieq fejn topera, u dwar ir-rispett tal-impenji li ħadet Franza fil-kuntest ta' din id-deċiżjoni. Dawn ir-rapporti għandhom ikunu pprovduti matul il-perjodu kollu tar-ristrutturar min-notifika ta' din id-deċiżjoni. L-ewwel rapport għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur min-notifika ta' din id-deċiżjoni.

3.   Franza għandha tinforma lill-Kummissjoni malli jseħħ wieħed miż-żewġ avvenimenti msemmija fl-Artikolu 2(a) ta' din id-deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lejn ir-Repubblika ta' Franza.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 301, 19.8.2016, p. 2.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  Din l-entità hija deskritta fil-premessa 33 ta' din id-deċiżjoni.

(4)  Il-fjuwil użat imneħħi minn reattur nukleari jkun fih 94 sa 95 % uranju (mfaqqar) u 1 % plutonju, it-tnejn li huma riċiklabbli fi fjuwil “ġdid” għall-impjanti nukleari fil-forma ta' MOX (“Fjuwil Ossidu Mħallat — Mixed Oxyde Fuel”).

(5)  Fil-bqija tad-deċiżjoni, il-frażi “attività tar-reatturi” tiġbor fiha wkoll l-assemblaġġ tal-fjuwils, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.

(6)  Minħabba li l-attivitajiet ta' Areva NP, ta' Areva TA u ta' Canberra kienu ser jinbiegħu fi żmien qasir, dawn ma ġewx ikkonsolidati fil-fatturat tal-Grupp Areva fl-2015.

(7)  Stima magħmula fi tmiem is-sena tal-2015.

(*1)  Informazzjoni kunfidenzjali.

(8)  Imsejħa “Data ta' Akkwiżizzjoni Provviżorja -Provisional Take Over Date” fil-ftehim. Din hija d-data li fiha, ladarba l-kundizzjonijiet ta' disponibbiltà u ta' prestazzjoni previsti fil-kuntratt ikunu ġew issodisfati, il-klijent jirċievi l-impjant u jibda jħaddmu.

(9)  Id-“diverżjoni” hija operazzjoni bl-għan li tissepara assi jew attivitajiet li mhumiex parti mill-ambitu tal-bejgħ minn impriża li tkun ser tinbiegħ u jingħataw, jekk ikun xieraq, awtonomija legali u operazzjonali li ma kellhomx qabel. […].

(10)  Pereżempju l-Grupp Areva beda jimmodernizza l-impjanti ta' konverżjoni u ta' arrikkiment tiegħu, Comurhex II u Georges Besse II.

(11)  Din iċ-ċifra tikkorrispondi għad-dejn gross tal-Grupp Areva, jiġifieri mingħajr l-ikkunsidrar tal-flus kontanti disponibbli fuq żmien qasir.

(12)  […].

(13)  Ara l-istqarrijiet għall-istampa ta' EDF u tal-Grupp Areva tat-13 ta' April 2016: www.edf.fr/groupe-edf/espaces-dedies/medias/tous-les-communiques-de-presse/epr-de-flamanville-etat-d-avancement-du-programme-d-essais-de-la-cuve u www.areva.com/FR/actualites-10753/epr-de-flamanville-etat-d-avancement-du-programme-d-essais-de-la-cuve.html

(14)  B'hekk, skont il-kalkoli tal-Grupp Areva u tal-awtoritajiet Franċiżi, fi tmiem l-2019 Nouvel Areva ser ikollha proporzjon S&P dejn nett/SOG ugwali għal […] u proporzjon S&P fluss tal-flus operattiv/dejn nett ta' […].

(15)  Id-dettalji ta' dawn l-ispejjeż u l-adegwatezza tal-ammont ta' għajnuna biex tkoprihom huma diskussi fit-taqsima 5.2.3.2 ta' din id-deċiżjoni.

(16)  ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.

(17)  […].

(18)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2068 tad-29 ta' Lulju 2013 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35611 (13/C) li Franza beħsiebha timplimenta favur il-grupp PSA Peugeot Citroën SA (ĠU L 325, 30.11.2016, p. 1).

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/119 tad-29 ta' Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36874 (2013/C) (ex 2013/N) li l-Polonja qed tippjana li timplimenta għal LOT Polish Airlines S.A. u dwar il-miżura SA.36752 (2014/NN) (ex 2013/CP) implimentata mill-Polonja għal LOT Polish Airlines SA, il-premessa 269 (ĠU L 25, 30.1.2015, p. 1); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.32600 (2011/C) — Franza — Għajnuna għar-ristrutturar ta' SeaFrance SA mill-SNCF, il-premessa 155 (ĠU L 195, 21.7.2012, p. 1).

(20)  Linji gwida, il-punt 87 (enfażi miżjuda mill-awtoritajiet Franċiżi).

(21)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/174/KE tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-Miżura Nru C 35/04 implimentata mill-Ungerija għall-Postabank u t-Takarékpénztár Rt./Erste Bank Hungary Nyrt., il-premessa 57 (ĠU L 62, 6.3.2009, p. 14); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/214/KE tat-18 ta' Lulju 2007 dwar l-għajnuna statali C 27/04 li r-Repubblika Ċeka implimentat għal GE Capital Bank a.s. u GE Capital International Holdings Corporation, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-premessa 86 (ĠU L 67, 11.3.2008, p. 3).

(22)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/189/UE tat-28 ta' Diċembru 2012 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33760 (12/N-11/C, 11/N); SA.33763 (12/N-2, 11/C, 11/N); SA.33764 (12 N-2, 11/C, 11/N); SA.30521 (MC 2/10); SA.26653 (C9/2009); SA.34925 (12 N-2, 12/C, 12/N); SA. 34927 (12 N-2, 12/C, 12/N); SA. 34928 (12 N-2, 12/C, 12/N) implimentata mir-Renju tal-Belġju, mir-Repubblika Franċiża u mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Dexia, DBB/Belfius u DMA, il-premessa 213 (ĠU L 110, 12.4.2014, p. 1).

(23)  Ara, b'mod partikolari, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Settembru 2006 fil-Każ Nru M.4153, Toshiba/Westinghouse, il-premessi 37 sa 50.

(24)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Ġunju 2012, Il-Kummissjoni Ewropea vs EDF, C-124/10P, ECLI:UE:C:2012:318, il-punti 84 u 104.

(25)  “Earnings before interest, taxes, depreciation and amortisation”, jiġifieri r-riżultat operazzjonali qabel l-interessi, it-taxxi, id-deprezzament u l-amortizzament.

(26)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/154 tat-22 ta' Lulju 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.13869 (C 68/2002) (ex NN 80/2002) Riklassifikazzjoni f'kapital tar-riżervi kontabbli b'eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tan-Netwerk ta' Provvista Ġenerali implimentata minn Franza favur EDF (notifikata bid-dokument C(2015) 4959), il-premessi 182 sa 189 (ĠU L 34, 10.2.2016, p. 152). Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Lulju 2014, Ir-Renju ta' Spanja, Ciudad de la Luz, SAU u Sociedad Proyectos Temáticos de la Comunidad Valenciana, SAU vs Il-Kummissjoni, T-319/12, ECLI:EU:T:2014:604, il-punti 48 sa 66.

(27)  Ara b'mod partikolari l-Artikoli 1, 2 u 52 tat-Trattat Euratom.

(28)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/407/KE tat-22 ta' Settembru 2004 fil-Każ Nru C52/2003, Għajnuna lil Brisith Energy plc (ĠU L 142, 6.6.2005, p. 26), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2014 fil-Każ Nru SA.34947, Għajnuna li r-Renju Unit qed jippjana li jimplimenta bħala Appoġġ għall-Impjant tal-Enerġija Nukleari Hinkley Point C (ĠU L 109, 28.4.2015, p. 44).

(29)  Dawn l-ishma tas-suq huma dawk stmati mill-Grupp Areva.

(30)  Ara pereżempju l-projezzjonijiet tad-ditta ta' konsultazzjoni UxC, inklużi fin-notifika.

(31)  Ara l-premessa 147.

(32)  EUR 2,5 biljun għal 100 % tal-kapital ta' Nouvel Areva NP, u EUR 60 miljun għall-bejgħ ta' Adwen.

(33)  L-SPA li ġie ffirmat minn EDF u l-Grupp Areva jiddikjara li l-prezz ta' EUR 2,5 biljun jista' jogħla jekk Nouvel Areva NP tilħaq ċerti objettivi, bħal tnaqqis tal-kapital kurrenti fid-data ta' implimentazzjoni, jew mira ta' EBITDA predefinita fl-2019. L-awtoritajiet Franċiżi jistennew li s-sitwazzjoni ta' Nouvel Areva NP fid-data ta' meta ssir it-tranżazzjoni, imbagħad fl-2019, ser tattiva dawn il-klawżoli ta' aġġustament u twassal għall-ħlas ta' prezz totali addizzjonali ta' EUR [200-700 miljun].

(34)  Dan ir-raġunament huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-bejgħ ta' Nouvel Areva NP lil EDF ser isir skont it-termini tal-SPA ffirmat fil-15 ta' Novembru 2016.

(35)  Id-dħul mill-bejgħ ta' Areva TA mhuwiex inkluż fil-kontabbiltà tal-pjan ta' likwidità ta' Areva SA peress li ma għandu ebda effett f'termini ta' flus kontanti, minħabba li dan ser jirrimborża direttament EUR [0-1 biljun] ta' antiċipi lill-klijenti li l-Grupp Areva kien immobilizza permezz ta' Areva TA.

(36)  http://www.areva.com/EN/news-10858/olkiluoto-3-epr-new-milestones-achieved.html

(37)  Jiġifieri s-somma ta' EUR 3,4 biljun f'dejn bankarju, EUR [0-1 biljun] fi spejjeż u provvedimenti għall-attivitajiet ippjanati li jinbiegħu, u EUR [0,5-1,5 biljun] fi flussi tal-flus operattivi negattivi marbuta mat-tlestija ta' OL3 (minbarra r-riskju legali). […].

(38)  Skont jekk il-prezz addizzjonali għal Nouvel Areva NP jitħallasx jew le.

(39)  Dan huwa l-każ pereżempju ta' kwalunkwe kumpens li l-Grupp Areva, bħala membru tal-Konsorzju, ikollu jħallas lil TVO wara s-sentenza tat-Tribunal tal-arbitraġġ, meta din is-sentenza aktarx li tingħata […].

(40)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009. p. 18).

(41)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 42).

(42)  Huwa t-tul ta' dan id-dewmien li jispjega li l-bejgħ ta' Nouvel Areva NP lil EDF ma jistax isir qabel tmiem is-sena 2017, jiġifieri wara investigazzjoni ta' madwar sena u nofs — għalkemm dan id-dewmien seta' tqassar f'dan il-każ minħabba li EDF u l-Grupp Areva, it-tnejn operaturi ta' impjanti nukleari bażiċi fi Franza, huma magħrufa sew mal-ASN, li mhuwiex il-każ għal xerrej potenzjali ieħor.

(43)  Ara l-Artikolu 4 tad-Digriet Nru 2007-1557 tat-2 ta' Novembru 2007 dwar l-impjanti nukleari bażiċi u l-kontroll tas-sikurezza nukleari, it-trasport tas-sustanzi radjuattivi.

(44)  Abbażi tad-dejta meħuda mill-kontijiet tal-2014 ippubblikati mill-Grupp Areva: Surplus operatorju gross ta' EUR 711-il miljun u Dejn nett ta' EUR 5,8 biljun.

(45)  Id-differenza bejn dawn iż-żewġ ammont hija dovuta għall-prezz addizzjonali, li jista' jitħallas minn EDF għall-akkwist ta' Nouvel Areva NP taħt ċerti kundizzjonijiet.

(46)  L-azzjonisti minoritarji huma, f'ordni dekrexxenti ta' importanza, KIA (Kuwait Investment Authority) (5 %), il-Pubbliku (4 %), EDF (2 %), Impjegati (1 %), Total (1 %) u Areva (< 1 %).

(47)  Eurodif hija s-sussidjarja tal-Grupp Areva responsabbli mill-attività tal-konverżjoni.

(48)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni (UE) 2016/2068.

(49)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

(50)  B'mod partikolari: Areva TA, Canberra, Adwen, Elta.

(51)  Flimkien dawn is-sussidjarji jirrappreżentaw madwar 5 % tal-karta bilanċjali tal-Grupp Areva qabel ir-ristrutturar u sehem negliġibbli tal-fatturat tiegħu, meta l-għajnuna mill-Istat ippjanata tirrappreżenta kważi 20 % tal-karta bilanċjali fil-31 ta' Diċembru 2015 u sitt xhur ta' fatturat qabel ir-ristrutturar.

(52)  Eżerċizzju ta' valutazzjoni ta' Areva NP minn Société Générale, Jannar 2016.

(53)  Il-proġett OL3 waħdu, prototipu tat-teknoloġija EPR, joħloq madwar EUR 5,5 biljun f'telf sakemm jitlesta.

(54)  Eżerċizzju ta' valutazzjoni ta' Areva NP minn Société Générale, Jannar 2016.

(55)  F'Diċembru 2016, Urenco kellha klassifikazzjoni BBB+ (S&P).

(56)  Dawn l-ishma tas-suq huma dawk stmati mill-Grupp Areva.

(57)  Dawn l-ishma tas-suq huma dawk stmati mill-Grupp Areva.

(58)  CNNC u Centrus (ex Usec) għandhom kull wieħed sehem mis-suq ta' [0-20] %, iżda għandu jiġi speċifikat li Centrus għadu jaġixxi biss bħala kummerċjant u mhux produttur. Dawn l-ishma tas-suq huma dawk stmati mill-Grupp Areva […].

(59)  Dan is-sehem mis-suq huwa dak stmat mill-Grupp Areva.

(60)  ĠU C 198, 27.6.2014, p. 30.