ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 134

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
23 ta' Mejju 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll (2015) li jemenda l-Anness għall-Ftehim dwar Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/870 tal-15 ta' Mejju 2017 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Kopi Arabika Gayo (IĠP))

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/871 tat-22 ta' Mejju 2017 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-aċidu fosforiku, tal-fosfati, tad-difosfati, tat-trifosfati u tal-polifosfati (E 338-452) f'ċerti preparati tal-laħam ( 1 )

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/872 tat-22 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi ( 1 )

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/873 tat-22 ta' Mejju 2017 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-triptofan prodott mill-Escherichia coli bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/874 tat-22 ta' Mejju 2017 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-butan (E 943a), l-isobutan (E 943b) u l-propan (E 944) fil-preparati tal-kulur ( 1 )

18

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/875 tat-22 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

21

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/876 tat-18 ta' Mejju 2017 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Kumitat Konsultattiv Internazzjonali dwar il-Qoton (ICAC)

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/877 tas-16 ta' Mejju 2017 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġġib l-isem Let us reduce the wage and economic differences that tear the EU apart! (notifikata bid-dokument C(2017) 3382)

38

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2015 tas-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju bejn l-UE u l-Georgia tal-20 ta' Marzu 2015 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2017/878]

40

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2015 tas-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi bejn l-UE u l-Georgia tal-25 ta' Novembru 2015 li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2017/879]

46

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/220 tat-8 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja wara rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 34, 9.2.2017 )

52

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll (2015) li jemenda l-Anness għall-Ftehim dwar Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili

Il-Protokoll (2015) li jemenda l-Anness għall-Ftehim dwar Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili ser jidħol fis-seħħ fis-26 ta' Mejju 2017.


REGOLAMENTI

23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/870

tal-15 ta' Mejju 2017

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Kopi Arabika Gayo (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Indoneżja biex id-denominazzjoni “Kopi Arabika Gayo” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li d-denominazzjoni “Kopi Arabika Gayo” tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Kopi Arabika Gayo” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.8. Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014 tal-Kummissjoni (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 403 du 1.11.2016, p. 5.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/871

tat-22 ta' Mejju 2017

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-aċidu fosforiku, tal-fosfati, tad-difosfati, tat-trifosfati u tal-polifosfati (E 338-452) f'ċerti preparati tal-laħam

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), bl-inizjattiva tal-Kummissjoni inkella wara applikazzjoni.

(3)

Fil-11 ta' Mejju 2015 ir-Repubblika Ċeka ssottomettiet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu tal-aċidu fosforiku, tal-fosfati, tad-difosfati, tat-trifosfati u tal-polifosfati (“fosfati”) bħala stabbilizzaturi fil-preparati tal-laħam Ċeki li jidhru hawn taħt: Bílá klobása, Vinná klobása, Sváteční klobása u Syrová klobása. Sussegwentement l-applikazzjoni tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(4)

L-użu tal-fosfati huwa meħtieġ biex jinżamm l-istat fiżikokimiku u biex il-preparati tal-laħam bħal Bílá klobása, Vinná klobása, Sváteční klobása u Syrová klobása, jagħqdu aħjar speċjalment meta jitqiegħdu fis-suq f'imballaġġ b'atmosfera protettiva u b'ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa imtawla. Skont l-applikant, il-ħtieġa teknoloġika ta' dawk l-addittivi fil-preparati tal-laħam Ċeki rilevanti tixbaħ lil dik taz-zalzett tal-kolazzjon u tal-Bräte, li fihom l-użu tal-fosfati huwa awtorizzat fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fil-kategorija tal-ikel 08.2 “Preparati tal-laħam kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004”.

(5)

Il-premessa 7 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tistipula li “l-approvazzjoni tal-addittivi tal-ikel għandha tieħu kont ukoll ta' fatturi oħrajn rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata” fost l-oħrajn, fatturi tradizzjonali. Għaldaqstant jixraq li jinżammu ċerti prodotti tradizzjonali fis-swieq ta' xi Stati Membri, dejjem jekk l-użu tal-addittivi tal-ikel f'dawk il-prodotti jikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(6)

Biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-użu tal-addittivi koperti b'dan ir-Regolament, il-preparati tal-laħam Ċeki rilevanti se jkunu deskritti f'dokument ta' gwida li jiddeskrivi l-kategoriji tal-ikel fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dwar l-addittivi tal-ikel (3).

(7)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jkollu effett fuq saħħet il-bniedem. L-użu tal-fosfati bħala addittivi tal-ikel huwa awtorizzat f'firxa wiesgħa ta' tipi ta' ikel. Is-sikurezza tal-fosfati kien ġie evalwat mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel li stabbilixxa l-konsum massimu tollerat ta' kuljum ta' 70 mg għal kull kilogramm ta' piż tal-ġisem espress bħala fosfru (4). Billi l-applikazzjoni għall-estenzjoni tal-użu tal-fosfati hija limitata għal ftit prodotti speċifiċi li ilhom jintużaw b'mod tradizzjonali, mhuwiex mistenni li l-estenzjoni se jkollha impatt sinifikanti fuq l-esponiment totali għall-fosfati. Għalhekk, l-użu estiż ta' dawn l-addittivi jikkostitwixxi aġġornament tal-lista tal-Unjoni li x'aktarx ma jkollux effett fuq is-saħħa tal-bniedem, u ma hemmx għalfejn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità.

(8)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(3)  http://ec.europa.eu/food/safety/food_improvement_agents/additives/eu_rules_en

(4)  Reports of the Scientific Committee for Food, Twenty-fifth series (page 13), 1991.


ANNESS

Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fil-kategorija tal-ikel 08.2 “Preparati tal-laħam kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004” l-entrata tal-aċidu fosforiku — fosfati — di — tri- u polifosfati (E 338-452) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 338-452

Aċidu fosforiku — fosfati — difosfati — trifosfati u polifosfati

5 000

(1) (4)

zalzett tal-kolazzjon biss: f'dan il-prodott, il-laħam ikun ikkapuljat b'tali mod li t-tessuti tal-muskoli u tax-xaħam jixxerdu kompletament, sabiex il-fibra titħallat max-xaħam biex tifforma emulsjoni, li tagħti l-apparenza tipika lil dak il-prodott; il-perżut griż immellaħ Finlandiż tal-Milied, laħam tal-bergers b'kontenut minimu ta' ħaxix u/jew ċereali ta' 4 % imħallat mal-laħam, Kasseler, Bräte, Surfleisch, toorvorst, šašlõkk, ahjupraad, Bílá klobása, Vinná klobása, Sváteční klobása u Syrová klobása


23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/872

tat-22 ta' Mejju 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(2)

Ir-Repubblika tal-Korea infurmat lill-Kummissjoni li l-awtorità kompetenti tagħha żiedet korp wieħed tal-kontroll fil-lista tal-korpi tal-kontroll rikonoxxuti mir-Repubblika tal-Korea.

(3)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet tal-kontroll u tal-korpi tal-kontroll li huma kompetenti biex jagħmlu kontrolli u joħorġu ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-fini ta' ekwivalenza.

(4)

“Abcert AG” infurmat lill-Kummissjoni li temmet l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħha fil-pajjiżi terzi kollha li kienet ġiet rikonoxxuta għalihom u għalhekk ma għandhiex tibqa' elenkata fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Agricert — Certificação de Produtos Alimentares LDA” biex tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li “Agricert — Certificação de Produtos Alimentares LDA” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti A u D b'rabta mal-Angola u Sao Tomé u Principe.

(6)

“Argencert SA” innotifikat lill-Kummissjoni dwar il-bdil tal-indirizz tagħha.

(7)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Bioagricert S.r.l.” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, D u E lill-Malasja u Singapore, u li jiġi estiż ir-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti B u E.

(8)

“CCOF Certification Services” infurmat lill-Kummissjoni li tixtieq tirtira r-rikonoxximent tagħha għall-kategorija F fir-rigward tal-Messiku. Għalhekk ma għandhiex tibqa' elenkata għal dik il-kategorija għal dak il-pajjiż fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(9)

“Certisys” innotifikat lill-Kummissjoni dwar il-bdil tal-indirizz tagħha. Minbarra dan, il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Certisys” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

(10)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Control Union Certifications” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jiġi estiż ir-rikonoxximent lill-Angola, il-Belarussja, iċ-Chad, il-Djibouti, l-Eritrea, Fiġi, il-Kosovo (3), il-Liberja u n-Niġer għall-kategoriji ta' prodotti A, D, E u F, u lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-Madagaskar għall-kategoriji tal-prodotti A, E u F.

(11)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Ecocert SA” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, B, u D lill-Eġittu, li jiġi estiż ir-rikonoxximent tagħha lill-Monaco għall-kategorija tal-prodotti C u r-rikonomixximent lill-Bożnija-Ħerzegovina għall-kategoriji tal-prodotti E u F.

(12)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, C u D lill-Indoneżja.

(13)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “IMOcert Latinoamérica Ltda” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, B u D lill-Arġentina, il-Costa Rica, il-Guyana u l-Honduras. Barra minn hekk, hu ġġustifikat li jiġi estiż ir-rikonoxximent ta' “IMOcert Latinoamérica Ltda” lill-Belize, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Kolombja, Kuba, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, El Salvador, il-Gwatemala, il-Haiti, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj u l-Venezwela għall-kategorija tal-prodotti A.

(14)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Lacon GmbH” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, B, u D lill-Bożnija-Ħerzegovina, iċ-Ċilì, Kuba, l-Etjopja u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u għall-kategoriji tal-prodotti A u D lir-Repubblika Dominicana, il-Kenja, is-Swaziland u ż-Żimbabwe.

(15)

“ÖkoP Zertifizierungs GmbH” infurmat lill-Kummissjoni li temmet l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħha fil-pajjiż terz li kienet ġiet rikonoxxuta għalih. Għalhekk ma għandhiex tibqa' elenkata fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(16)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Valsts SIA ‘Sertifikācijas un testēšanas centrs’” biex tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li “Valsts SIA” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti A, B, D, E u F b'rabta mar-Russja u l-Ukrajna.

(17)

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1842 (4) jinkludi l-mudell il-ġdid tal-estratt taċ-ċertifikat tal-ispezzjoni għall-importazzjoni ta' prodotti organiċi permezz tas-sistema taċ-ċertifikazzjoni elettronika, kif jissemma fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Ir-raba', li kien il-ħames, subparagrafu tal-Artikolu 14(2) għadu jirreferi għall-kaxxa 15 minflok għall-kaxxa 14 tal-estratt. Minbarra dan, il-kaxxa 14 tal-estratt u n-nota korrispondenti fl-Anness VI jirreferu b'mod żbaljat għall-Artikolu 33 minflok għall-Artikolu 34 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (5). Dawn l-iżbalji għandhom jiġu kkoreġuti.

(18)

Għaldaqstant, l-Annessi III, IV u VI tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom jiġu emendati u kkoreġuti skont dan.

(19)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, il-korrezzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tal-emendi rilevanti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1842.

(20)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1235/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Anness III hu emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness IV hu emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Korrezzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1235/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu kkoreġut kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 14(2), ir-raba' subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Malli jirċievi l-konsenja, id-destinatarju tal-konsenja, se jimla l-oriġinal tal-estratt taċ-ċertifikat ta' spezzjoni fil-kaxxa 14, sabiex jiċċertifika li r-riċeviment tal-konsenja sar skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.”

(2)

L-Anness VI jiġi kkoreġut skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2 għandu japplika mid-19 ta' April 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).

(3)  Din id-deżinjazzjoni hi mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hi konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1842 tal-14 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 f'dak li għandu x'jaqsam maċ-ċertifikat elettroniku ta' spezzjoni għall-prodotti organiċi importati u għal ċerti affarijiet oħrajn u r-Regolament (KE) Nru 889/2008 dwar ir-rekwiżiti għall-prodotti organiċi ppreservati jew ipproċessati u t-trażmissjoni tal-informazzjoni (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 19).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).


ANNESS I

Fil-punt 5 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, fl-entrata relatata mar-Repubblika tal-Korea, jiżdied dan li ġej:

“KR-ORG-023

Control Union Korea

www.controlunion.co.kr”


ANNESS II

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat kif ġej:

(1)

Titneħħa l-entrata dwar “Abcert AG”.

(2)

Wara l-entrata dwar “Agreco R.F. Göderz GmbH” tiddaħħal din l-entrata l-ġdida li ġejja:

““Agricert — Certificação de Produtos Alimentares LDA”

1.

Indirizz: Rua Alfredo Mirante, 1, R/c Esq., 7350-154 Elvas, il-Portugall

2.

Sit elettroniku: www.agricert.pt

3.

In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Numru tal-Kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija tal-prodotti

A

B

C

D

E

F

AO-BIO-172

L-Angola

x

x

ST-BIO-172

Sao Tomé u Principe

x

x

4.

Ħlief: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u nbid.

5.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018.”

(3)

Fl-entrata dwar “Argencert SA”, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Indirizz: Bouchard 644 6o piso “A”, C1106ABJ, Buenos Aires, l-Arġentina”

(4)

Fl-entrata dwar “Bioagricert S.r.l”., il-punt 3 hu emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħlu dawn ir-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numru tal-kodiċi:

“MY-BIO-132

Il-Malasja

X

X

x

—”

“SG-BIO-132

Singapore

x

x

x

—”

(b)

fir-ringiela dwar iċ-Ċina, jiżdied salib fil-kolonni B u E.

(5)

Fl-entrata dwar “CCOF Certification Services”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar il-Messiku, jitneħħa s-salib fil-kolonna F.

(6)

L-entrata dwar “Certisys” hi emendata kif ġej:

(a)

il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

L-indirizz: Avenue de l'Escrime/Schermlaan 85, 1150 Brussell, il-Belġju.”

(b)

fil-punt 3, jiddaħħlu dawn ir-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“CD-BIO-128

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

x

x

—”

(7)

L-entrata dwar “Control Union Certifications” hi emendata kif ġej:

(a)

fir-ringieli dwar l-Angola, il-Belarussja, iċ-Chad, il-Djibouti, l-Eritrea, il-Fiġi, il-Kosovo, il-Liberja u n-Niġer, jiżdied salib fil-kolonni A, D, E u F;

(b)

fir-ringieli dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-Madagascar, jiżdied salib fil-kolonni A, E u F.

(8)

Fl-entrata dwar “Ecocert SA, il-punt 3 hu emendat kif ġej:”

(a)

din ir-ringiela li ġejja tiddaħħal fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“EG-BIO-154

L-Eġittu

x

x

x

—”

(b)

fir-ringiela dwar il-Bożnija-Ħerzegovina, jiżdied salib fil-kolonni E u F.

(c)

fir-ringiela dwar Monaco, jiżdied salib fil-kolonna C.

(9)

Fl-entrata dwar “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)”, fil-punt 3 tiżdied din ir-ringiela fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“ID-BIO-144

L-Indoneżja

x

x

x

—”

(10)

Fl-entrata dwar “IMOcert Latinoamérica Ltda.”, il-punt 3 hu emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħlu dawn ir-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numru tal-kodiċi:

“AR-BIO-123

L-Arġentina

x

x

x

—”

“CR-BIO-123

Il-Costa Rica

x

x

x

—”

“GY-BIO-123

Il-Guyana

x

x

x

—”

“HN-BIO-123

Il-Honduras

x

x

x

—”

(b)

fir-ringieli dwar il-Belize, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Kolombja, Kuba, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, El Salvador, il-Gwatemala, il-Haiti, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj u l-Venezwela, jiżdied salib fil-kolonna B;

(c)

il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Ħlief: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.”

(11)

Fl-entrata dwar “LACON GmbH”, fil-punt 3 jiddaħħlu dawn ir-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“BA-BIO-134

Il-Bożnija-Ħerzegovina

x

x

x

—”

“CL-BIO-134

Iċ-Ċilì

x

x

x

—”

“CU-BIO-134

Kuba

x

x

 

x

—”

“DO-BIO-134

Ir-Repubblika Dominicana

x

x

—”

“ET-BIO-134

L-Etjopja

x

x

x

—”

“KE-BIO-134

Il-Kenja

x

x

—”

“MK-BIO-134

L-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

x

x

x

—”

“SZ-BIO-134

Is-Swaziland

x

x

—”

“ZW-BIO-134

Iż-Żimbabwe

x

x

—”

(12)

Titneħħa l-entrata dwar “ÖkoP Zertifizierungs GmbH”.

(13)

Tiddaħħal din l-entrata l-ġdida li ġejja:

““Valsts SIA ‘Sertifikācijas un testēšanas centrs’”

1.

Indirizz: Dārza iela 12, Priekuļi, Priekuļu pagasts, Priekuļu novads, LV–4126, il-Latvja

2.

Sit elettroniku: www.stc.lv

3.

In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Numru tal-Kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija tal-prodotti

A

B

C

D

E

F

RU-BIO-173

Ir-Russja

x

x

x

x

x

UA-BIO-173

L-Ukrajna

x

x

x

x

x

4.

Ħlief: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u nbid.

5.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018.”.


ANNESS III

Fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, fil-kaxxa 14 tal-estratt u fin-nota korrispondenti tal-kaxxa 14, ir-referenza għall-“Artikolu 33” tinbidel b'referenza għall-“Article 34”.


23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/873

tat-22 ta' Mejju 2017

dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-triptofan prodott mill-Escherichia coli bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1),u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE (2).

(2)

Is-sustanza L-triptofan kienet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien skont id-Direttiva 82/471/KEE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 88/485/KEE (3). Dan l-addittiv tal-għalf kien sussegwentement iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-L-triptofan bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Ġew sottomessi wkoll applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-L-triptofan għall-ispeċijiet kollha tal-annimali skont l-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament. Mal-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-L-triptofan prodott bl-Escherichia coli KCCM 11132P, Escherichia coli DSM 25084, Escherichia coli FERM BP-11200, Escherichia coli FERM BP-11354, Escherichia coli CGMCC 7.59 jew Escherichia coli CGMCC 3667 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”.

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinijonijiet tagħha tal-11 ta' Settembru 2013 (4), l-10 ta' April 2014 (5), id-9 ta' Settembru 2014 (6), id-29 ta' Jannar 2015 (7), l-10 ta' Settembru 2015 (8), l-1 ta' Diċembru 2015 (9), il-25 ta' Jannar 2017 (10) u l-25 ta' Jannar 2017 (11) li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-L-triptofan prodott mill-Escherichia coli KCCM 11132P, Escherichia coli DSM 25084, Escherichia coli FERM BP-11200, Escherichia coli FERM BP-11354, Escherichia coli CGMCC 7.59 jew Escherichia coli CGMCC 3667 ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li titqies bħala għajn effikaċi tal-aċidu ammino essenzjali triptofan għan-nutrizzjoni tal-annimali; l-applikant għal-L-triptofan prodott mill-Escherichia coli DSM 25084 ta xhieda li, wara bidla fil-proċess tal-manifattura, il-livell tal-endotossini tal-addittiv tnaqqas għal livell aċċettabbli; sabiex l-L-triptofan supplimentari ikun effikaċi għalkollox fir-ruminanti, jenħtieġlu li jiġi protett mid-degradazzjoni fil-kirxa. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf, fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-L-triptofan juri li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Billi għal raġunijiet ta' sikurezza ma hemmx bżonn li jiġu applikati minnufih il-modifiki fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-L-triptofan, jixraq li jingħata perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li ġġib magħha l-awtorizzazzjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi” u għall-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Is-sustanza speċifikata fl-Anness awtorizzata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 88/485/KEE u t-taħlitiet imħejjija minn qabel li tkun inkluża fihom jistgħu jiġu kkumerċjalizzati sat-12 ta' Diċembru 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel it-12 ta' Ġunju 2017 u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanza msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u ttikkettati qabel it-12 ta' Ġunju 2018 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel it-12 ta' Ġunju 2017 jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u ttikkettati qabel it-12 ta' Ġunju 2019 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel it-12 ta' Ġunju 2017 jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta' Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 88/485/KEE tas-26 ta' Lulju 1988 li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (ĠU L 239, 30.8.1988, p. 36).

(4)  EFSA Journal 2013;11(10):3368.i

(5)  EFSA Journal 2014;12(5):3673.

(6)  EFSA Journal 2014;12(10):3826.

(7)  EFSA Journal 2015;13(2):4015.

(8)  EFSA Journal 2015;13(9):4238.

(9)  EFSA Journal 2016;14(1):4343.

(10)  EFSA Journal 2017;15(2):4712.

(11)  EFSA Journal 2017;15(3):4705.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi nutrittiv. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom.

3c440

L-triptofan

Kompożizzjoni tal-addittiv

Trab b'minimu ta' 98 % L-triptofan (abbażi ta' materja niexfa).

Kontenut massimu ta' 10 mg/kg 1,1′-etilidene-bis-L-triptofan (EBT).

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

L-triptofan prodott permezz tal-fermentazzjoni bl-Escherichia coli KCCM 11132P jew

Escherichia coli DSM 25084 jew

Escherichia coli FERM BP-11200 jew

Escherichia coli FERM BP-11354 jew

Escherichia coli CGMCC 7.59 jew

Escherichia coli CGMCC 3667.

Formula kimika: C11H12N2O2

Nru tal-CAS: 73-22-3

Metodi analitiċi  (1)

Għall-identifikazzjoni tal-L-triptofan fl-addittiv tal-għalf:

Il-Codex tal-Kimiċi tal-Ikel “Monografija tal-L-triptofan”.

Għad-determinazzjoni tal-L-triptofan fl-addittiv u fit-taħlitiet lesti minn qabel tal-għalf:

Kromotografija likwida ta' prestazzjoni għolja kkoppjata mad-detezzjoni florexxenti (HPLC-FD) — EN ISO 13904-2016

Biex jiġi stabbilit l-ammont totali ta' triptofan fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

Kromotografija Likwida ta' Prestazzjoni Għolja (HPLC) koppjata mad-detezzjoni florexxenti, Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1) (Anness III, G).

L-ispeċijiet kollha

1.

L-triptofan jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi ta' negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzazzjonali sabiex jindirizzaw riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet imħejjija minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

3.

Il-kontenut tal-endotossini tal-addittiv u l-potenzjal tiegħu li jarmi t-trab għandu jiżgura esponiment massimu tal-endotossini ta' 1 600 IU endotossini/m3 ta' arja (2).

4.

Fil-każ tar-ruminanti, l-L-triptofan għandu jkun protett mid-degradazzjoni fil-kirxa.

5.

Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikkettar tal-addittiv:

Kontenut ta' ndewwa.

it-12 ta' Ġunju 2027


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-laboratorju ta' referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  L-esponiment jinħadem abbażi tal-livell tal-endotossina u l-potenzjal tar-rimi tat-trab tal-addittiv skont il-metodu użat mill-EFSA (EFSA Journal 2017;15(3):4705); metodu analitiku: European Pharmacopoeia 2.6.14. (endotossini batterjali).


23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/874

tat-22 ta' Mejju 2017

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-butan (E 943a), l-isobutan (E 943b) u l-propan (E 944) fil-preparati tal-kulur

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-addittivi tal-ikel, fl-enżimi tal-ikel, fl-aromatizzanti tal-ikel u fin-nutrijenti, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(3)

Fis-26 ta' Jannar 2016 ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-butan (E 943a), l-isobutan (E 943b) u l-propan (E 944) bħala propellanti fil-preparati tal-kulur tal-grupp II u tal-grupp III, kif definit fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Imbagħad, l-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(4)

Il-butan, l-isobutan u l-propan użati bħala propellanti jistgħu jipproduċu l-pressjoni meħtieġa biex il-preparati tal-kulur jiġu sprejjati minn sprej sabiex tinkiseb kopertura omoġenja xierqa ta' kuluri fl-ikel.

(5)

Fl-1991 il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel evalwa s-sikurezza tal-propan, tal-butan u tal-isobutan bħala solventi ta' estrazzjoni u sab li l-użu tagħhom huwa aċċettabbli diment li jkunu soġġetti għal limitu ta' residwu fl-ikel ta' 1 mg/kg għal kull sustanza (3).

(6)

Fl-1999 il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel esprima l-opinjoni tiegħu dwar il-propan, il-butan u l-isobutan bħala gassijiet propellanti fl-isprejs tat-tisjir aerosol b'bażi ta' żejt veġetali u fl-isprejs tat-tisjir b'bażi ta' emulsjoni milwiema (4) u kkonkluda li minħabba l-livell baxx ta' residwi ta' gassijiet propellanti l-użu tagħhom fil-ħami u fil-qali ma għandu l-ebda tħassib tossikoloġiku.

(7)

Id-data analitika pprovduta mill-applikant ikkonfermat li siegħa wara li dawn jiġu sprejjati f'ikel differenti, ir-residwi tal-butan (E 943a), l-isobutan (E 943b) u l-propan (E 944) jkunu taħt il-limitu ta' 1 mg/kg.

(8)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha tfittex l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta dak l-aġġornament ma jkun jinvolvi l-ebda effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Peress li l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-butan (E 943a), l-isobutan (E 943b) u l-propan (E 944) bħala propellanti fil-preparati tal-kulur tikkostitwixxi aġġornament ta' dik il-lista li ma jinvolvi l-ebda effett fuq is-saħħa tal-bniedem, l-opinjoni tal-Awtorità mhix meħtieġa.

(9)

Għalhekk, huwa xieraq li jiġi awtorizzat l-użu tal-butan (E 943a), l-isobutan (E 943b) u l-propan (E 944) bħala propellanti fi preparati tal-kulur tal-gruppi II u III, kif definit fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Minħabba r-riskju ta' tqabbid u ż-żmien meħtieġ biex il-livelli tal-propellanti jitnaqqsu taħt il-limitu ta' 1 mg/kg huwa xieraq li tingħata l-awtorizzazzjoni għall-użu professjonali biss sabiex ikun żgurat li l-protokolli industrijali standardizzati jiġu rispettati u biex il-ħin bejn l-isprejjar u l-konsum ikun biżżejjed biex ikun hemm konformità mal-limitu ta' residwu aċċettabbli.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Reports of the Scientific Committee for Food, Twenty-ninth series, 1992.

(4)  Opinion on propane, butane and iso-butane as propellant gases for vegetable oil-based aerosol cooking sprays and water-based emulsion cooking sprays. Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, 29.3.1999.


ANNESS

Fil-Parti 2 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata għal E 903:

“E 943a

Butan

1 mg/kg fl-ikel finali

Il-preparati tal-kulur tal-grupp II u tal-grupp III kif definiti fil-Parti C tal-Anness II (għall-użu professjonali biss)

E 943b

Isobutan

1 mg/kg fl-ikel finali

Il-preparati tal-kulur tal-grupp II u tal-grupp III kif definiti fil-Parti C tal-Anness II (għall-użu professjonali biss)

E 944

Propan

1 mg/kg fl-ikel finali

Il-preparati tal-kulur tal-grupp II u tal-grupp III kif definiti fil-Parti C tal-Anness II (għall-użu professjonali biss).”


23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/875

tat-22 ta' Mejju 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

109,6

TR

66,0

ZZ

87,8

0707 00 05

TR

84,9

ZZ

84,9

0709 93 10

TR

131,4

ZZ

131,4

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

55,9

MA

60,6

TR

48,9

ZA

44,6

ZZ

52,5

0805 50 10

AR

112,1

TR

153,6

ZA

207,1

ZZ

157,6

0808 10 80

AR

98,4

BR

113,4

CL

128,3

CN

145,5

NZ

153,0

US

107,1

ZA

101,2

ZZ

121,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/876

tat-18 ta' Mejju 2017

dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Kumitat Konsultattiv Internazzjonali dwar il-Qoton (ICAC)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(3) u (4), flimkien mal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni hija membru f'numru ta' korpi internazzjonali dwar prodotti bażiċi, iżda mhijiex membru tal-Kumitat Konsultattiv Internazzjonali dwar il-Qoton (“ICAC”).

(2)

Fis-27 ta' April 2004, is-27 ta' Mejju 2008 u l-10 ta' Mejju 2010, il-Kunsill, fil-Konklużjonijiet tiegħu dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-ktajjen ta' prodotti bażiċi agrikoli, id-dipendenza u l-faqar, dwar is-Sħubija UE-Afrika favur l-iżvilupp tas-settur tal-qoton u dwar il-tisħiħ tal-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam ta' prodotti bażiċi, rispettivament, stieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra s-sħubija tal-Unjoni fl-ICAC.

(3)

Fis-16 ta' Settembru 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f'isem l-Unjoni, l-adeżjoni tal-Unjoni mal-ICAC skont it-Taqsimiet 1 u 2 tal-Artikolu II tar-Regoli u r-Regolamenti tal-ICAC, filwaqt li ddikjara li s-sħubija fl-ICAC tkun fl-interess tal-Unjoni, minħabba l-importanza tal-qoton għall-ekonomija agrikola u industrijali tal-Unjoni u għan-negozji ta' kummerċ tal-Unjoni. L-Unjoni hija produttur tal-qoton u żviluppat minn importatur nett tal-qoton għal, mill-2009 'l quddiem, esportatur nett tal-qoton. Barra minn hekk, l-industrija tat-tessuti u l-ħwejjeġ tal-Unjoni hija utent maġġur tad-drapp tal-qoton. Il-qoton huwa wkoll qasam importanti għall-kooperazzjoni Ewropea għall-iżvilupp, bl-Unjoni li tibqa' wieħed mid-donaturi ewlenin għas-settur tal-qoton Afrikan.

(4)

L-Unjoni ser tħallas kontribuzzjoni skont it-Taqsima 2 a.(2) (c) tal-Artikolu II tar-Regoli u r-Regolamenti tal-ICAC. L-Unjoni ma tistax tinżamm responsabbli għall-arretrati kurrenti jew futuri ta' kwalunkwe membru tal-ICAC.

(5)

Jeħtieġ li l-Protokoll 4 dwar il-qoton (2), anness mal-Att tal-Adeżjoni tal-1979, jibqa' jiġi kkunsidrat wara l-adeżjoni tal-Unjoni mal-ICAC.

(6)

L-Unjoni għandha għalhekk tissieħeb fl-ICAC,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Kumitat Konsultattiv Internazzjonali dwar il-Qoton hija b'dan approvata f'isem l-Unjoni.

Ir-Regoli u r-Regolamenti tal-ICAC jinsabu mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jwasslu, f'isem l-Unjoni, il-komunikazzjoni msemmija fit-Taqsima 2 a. tal-Artikolu II tar-Regoli u r-Regolamenti tal-ICAC.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ABELA


(1)  Kunsens tas-16 ta' Mejju 2017 (għad mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 291, 19.11.1979, p. 174.


 

Werrej

ARTIKOLU I —

TERMINI TA' REFERENZA 26

ARTIKOLU II —

SĦUBIJA 26

ARTIKOLU III —

KUMITAT KONSULTATTIV 28

ARTIKOLU IV —

IL-KUMITAT PERMANENTI 28

ARTIKOLU V —

L-UFFIĊJALI TAL-KUMITAT PERMANENTI 30

ARTIKOLU VI —

SOTTOKUMITATI TAL-KUMITAT PERMANENTI 31

ARTIKOLU VII —

IS-SEGRETARJAT 32

ARTIKOLU VII —

PROĊEDURI FISKALI 33

ARTIKOLU IX —

L-GĦOTI TA' INFORMAZZJONI 34

ARTIKOLU X —

LINGWI 35

ARTIKOLU XI —

VOTAZZJONI 36

ARTIKOLU XII —

KOOPERAZZJONI MA' ORGANIZZAZZJONIJIET OĦRAJN 36

ARTIKOLU XIII —

EMENDI 36

ARTIKOLU XIV —

SUPERSESSJONI 36

L-Uffiċċju tas-Segretarjat

1629 K Street NW Suite 702

Washington DC 20006 USA

Telefon: (202) 463-6660

Faks: (202) 463-6950

Posta elettronika: secretariat@icac.org


REGOLI U REGOLAMENTI

tal-

KUMITAT KONSULTATTIV INTERNAZZJONALI DWAR IL-QOTON

Kif adottati fil-31 Laqgħa Plenarja — is-16 ta' Ġunju 1972

(B'emendi matul l-74 Laqgħa Plenarja, fil-11 ta' Diċembru 2015)

ARTIKOLU I — TERMINI TA' REFERENZA

Il-funzjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv Internazzjonali dwar il-Qoton (minn hawn 'il quddiem l-ICAC) huma:

a.

Li josserva u jżomm kuntatt mill-qrib ma' żviluppi li jaffettwaw is-sitwazzjoni dinjija tal-qoton.

b.

Li jiġbor, ixerred, u jżomm statistika kompluta, awtentika u aġġornata u tagħrif ieħor relatat mal-produzzjoni dinjija, il-kummerċ, il-konsum, il-ħażniet u l-prezzijiet tal-qoton; u fibri tessili oħrajn, jew tessuti, safejn dawn jaffettwaw l-ekonomija tal-qoton u safejn ma jiġux iddupplikati l-inkarigi li l-Membri jkunu assenjaw lil korpi internazzjonali oħrajn.

c.

Li jissuġġerixxi lill-Membri tal-ICAC, kif u meta jkun xieraq, kull miżura li l-ICAC iqis bħala adegwata u prattika sabiex titjieb il-kollaborazzjoni internazzjonali maħsuba sabiex tiżviluppa u tmantni ekonomija dinjija tal-qoton b'saħħitha.

d.

Li jservi bħala forum ta' diskussjonijiet internazzjonali dwar kwistjonijiet relatati mal-prezzijiet tal-qoton, iżda mingħajr preġudizzju għal diskussjonijiet li jkunu qed iseħħu xi mkien ieħor, pereżempju fl-UNCTAD. Diskussjonijiet bħal dawn għandhom isiru regolarment kemm fil-Kumitat Permanenti kif ukoll waqt Laqgħat Plenarji annwali.

ARTIKOLU II — SĦUBIJA

Taqsima 1 — Eliġibbiltà għas-Sħubija

a.

Is-sħubija fl-ICAC hija miftuħa għall-membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti jew tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, li jesprimu interess fil-qoton.

b.

Kull gvern ieħor li jesprimi interess fil-qoton għandu jkun eliġibbli biex japplika għas-sħubija.

Taqsima 2 — Adeżjoni għal Sħubija: L-impenji ta' Membri Aderenti

Adeżjoni mal-ICAC għandhom ikunu regolati permezz tal-proċeduri li ġejjin:

a.

Applikant għandu jindirizza komunikazzjoni lid-Direttur Eżekuttiv u jiddikjara li:

(1)

Għandu interess fil-qoton;

(2)

Din titħejja biex tissodisfa l-obbligi tas-sħubija fir-rigward ta':

(a)

L-aċċettazzjoni tar-Regoli u r-Regolamenti tal-ICAC fis-seħħ f'dak iż-żmien,

(b)

Is-sottomissjoni tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-qoton u kwistjonijiet relatati skont ir-rekwiżiti preskritti tal-ICAC u kull programm ta' ħidma li jista' jkun approvat minn żmien għall-ieħor, u

(c)

Il-ħlas tal-valutazzjonijiet tiegħu.

b.

Il-Kumitat Permanenti jew il-Kumitat Konsultattiv, kif applikabbli, għandu mbagħad jikkunsidra l-komunikazzjoni tal-applikant.

c.

Normalment l-adeżjoni tal-applikant li jikkwalifika għas-sħubija taħt id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1 a. ta' dan l-artikolu għandha tiġi kkonfermata fil-laqgħa li jkun imiss tal-Kumitat Permanenti. Madankollu, jekk il-kwistjoni tal-adeżjoni titqajjem fil-Laqgħa Plenarja l-Kumitat Konsultattiv għandu jikkonferma l-adeżjoni.

d.

Applikazzjoni għas-sħubija taħt id-dispożizzjonijiet ta' Taqsima 1 b ta' dan l-Artikolu għandha tiġi kkunsidrata mill-Kumitat Konsultattiv.

e.

Kull meta jikkonferma jew japprova l-ammissjoni ta' applikant għas-sħubija fl-ICAC, il-Kumitat Permanenti jew il-Kumitat Konsultattiv għandu, fl-isess ħin, jikkonferma l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilita għal dan il-Membru fis-sena tal-adeżjoni tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 c. ta' dan l-Artikolu.

f.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-applikant ikkonċernat bil-miktub dwar l-azzjoni li tkun ittieħdet.

Taqsima 3 — Irtirar mis-Sħubija

L-irtirar ta' xi Membru mis-sħubija fl-ICAC għandu jitmexxa permezz tal-proċedura li ġejja:

a.

Kull Membru li jkun jixtieq jirtira għandu jindirizza komunikazzjoni lid-Direttur Eżekuttiv għal dan l-għan, u jiddikjara d-data li fiha jkun jixtieq li l-irtirar isir effettiv, li għandha tkun mill-inqas 30 jum wara l-wasla tan-notifika għand id-Direttur Eżekuttiv.

b.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kumitat Konsultattiv jew lill-Kumitat Permanenti, kif applikabbli, dwar kull irtirar u, meta jirrikonoxxi l-irtirar, għandu jinnotifika lill-Membru kkonċernat dwar l-istatus finanzjarju tiegħu mal-ICAC.

Taqsima 4 — L-Obbligi Finanzjarji tal-Membri

a.

Il-valutazzjoni ta' kull Membru għandha tkun is-somma aġġustata għall-eqreb $100 ta':

(1)

Kontribuzzjoni bażika: 40 fil-mija tal-valutazzjonijiet totali għandhom jinqasmu b'mod ugwali bejn il-Membri u

(2)

Kontribuzzjoni pro rata: it-total tal-kontribuzzjonijiet pro rata għandu jkunu ugwali għat-talbiet baġitarji bit-tnaqqis tas-somma tal-kontribuzzjonijiet ugwali. Il-kontribuzzjoni pro rata għandha tiġi vvalutata abbażi tal-kummerċ medju tal-qoton mhux maħdum (esportazzjonijiet flimkien ma' importazzjonijiet) fl-aktar erba' snin riċenti tal-qoton (Awwissu sa Lulju) li jkunu ntemmu qabel is-sena finanzjarja tal-ICAC li jkunu applikabbli għaliha l-kontribuzzjonijiet.

b.

Il-valutazzjonijiet għandhom ikunu dovuti fl-1 ta' Lulju ta' kull sena u pagabbli matul it-tliet xhur ta' wara s-sena finanzjarja tal-ICAC. Kull ħlas irċevut minn Membru għandu jiġi applikat kontra l-iktar dejn li jkun ilu dovut lill-ICAC minn dak il-Membru.

c.

Il-valutazzjoni inizjali ta' Membru fl-ICAC għandha tiġi kkalkolata skont it-Taqsima 4 a. ta' dan l-Artikolu. Din il-valutazzjoni inizjali għandha tkun pro rata skont in-numru ta' perjodi ta' tliet xhur li jkun fadal fis-sena finanzjarja tal-ICAC. Il-kontribuzzjoni pro rata għandha tiġi stabbilita permezz tar-relazzjoni tal-kummerċ medju li tkun intużat biex jiġu stabbiliti l-aħħar kontribuzzjonijiet pro rata vvalutati għall-membri eżistenti.

d.

Il-valutazzjoni inizjali ta' Membru li għandha tkun dovuta fid-data meta l-adeżjoni tiegħu issir effettiva, u pagabbli matul it-tliet xhur ta' wara.

e.

Mal-irtirar jew sospensjoni ta' Membru, ma jingħata l-ebda ħelsien minn jew rifużjoni ta' kwalunkwe parti mill-valutazzjoni tiegħu għas-sena finanzjarja tal-ICAC li matulha jseħħ l-irtirar. Kull valutazzjoni mhux imħallsa għal dik is-sena għandha ssir pagabbli fid-data meta d-Direttur Eżekuttiv jirċievi l-komunikazzjoni msemmija fit-Taqsima 3 a. ta' dan l-Artikolu.

f.

Jekk il-valutazzjoni ta' Membru tkun qiegħda b'lura bi tnax-il xahar, ħlief għal ammont minimu, li ma għandux jaqbeż il-15 fil-mija tal-valutazzjoni annwali kurrenti tiegħu, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Membru kkonċernat li, sakemm ma jsirx il-ħlas fis-sitt xhur ta' wara d-data tan-Notifikazzjoni, l-għoti ta' dokumenti u servizzi oħrajn ma jitkompliex minn dakinhar 'il quddiem. Jekk il-pagament ma jasalx wara sitt xhur oħra, is-sħubija ta' dak il-Membru għandha tiġi sospiża.

g.

Membru li jkun irtira skont id-dispożizzjonijiet taħt it-Taqsima 3 ta' dan l-Artikolu jew li s-sħubija tiegħu tkun ġiet sospiża skont it-Taqsima 4 f. ma għandux jerġa' jiġi aċċettat biex jissieħeb sakemm ikun tħallas mill-inqas wieħed minn kull ħamsa tad-djun kollha dovuti lill-ICAC minn dak il-Membru. Is-sħubija għandha titkompla biss jekk ma jakkumulawx arretrati addizzjonali filwaqt li d-dejn lill-Kumitat ikun qed jerġa' jitħallas kollu, u biss jekk il-Membru ikompli jħallas id-dejn tiegħu lill-Kumitat permezz ta' ħlas bin-nifs ta' mhux inqas minn kwart tal-bqija kull sena.

ARTIKOLU III — KUMITAT KONSULTATTIV

Taqsima 1 — Definizzjoni

F'dawn ir-Regoli u r-Regolamenti il-kliem “Kumitat Konsultattiv” ifisser laqgħa tal-ICAC f'sessjoni plenarja.

Taqsima 2 — Il-Frekwenza u l-Post tal-Laqgħat

Il-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv għandhom isiru fuq l-istedina tal-Membri. Normalment, għandhom isiru laqgħat regolari mill-inqas darba kull sena kalendarja. Laqgħat addizzjonali jistgħu jissejħu mill-Kumitat Permanenti. L-istediniet biex jiġu ospitati laqgħat plenari ma jistgħux jiġu aċċettati mingħand Membri li jkollhom arretrati għal aktar minn sena fil-pagament ta' valutazzjonijiet lill-ICAC.

Il-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv għandhom jalternaw kemm jista' jkun bejn il-pajjiżi li jesportaw u dawk li jimportaw il-qoton. Minħabba li s-sede tal-organizzazzjoni qiegħda fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-laqgħat għandhom isiru aktar ta' spiss hemmhekk milli għand Membri oħrajn u ġeneralment f'intervalli ta' mhux aktar minn ħames snin.

Taqsima 3 — Attendenza fil-Laqgħat

Stedina mingħand Membru lill-ICAC bl-offerta li jospita laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv għandha tkun estiża bil-ftehim li d-delegazzjonijiet mill-Membri kollha huma intitolati li jattendu u jipparteċipaw fil-laqgħa, jekk ikunu jixtiequ. Il-Kumitat stess jista' joħroġ l-istediniet lill-Membri.

Taqsima 4 — Il-Proċedura waqt il-Laqgħat

a.

F'kull laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv, il-President tal-Konferenza għandu jiġi nnominat mill-Membru ospitanti. Il-President tal-Kumitat Permanenti jservi bħala l-Ewwel Viċi President. Il-Membru ospitanti jista' jaħtar viċi president wieħed jew aktar. Il-President tal-Konferenza normalment jippresjedi f'laqgħat tal-Kumitat ta' Tmexxija u s-Sessjonijiet Plenari. Kumitati oħra għandhom jinnominaw il-President u l-Viċi Presidenti tagħhom stess.

b.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-ICAC għandu jservi bħala s-Segretarju Ġenerali u jista' jinnomina Segretarju Ġenerali Assoċjat wieħed jew aktar. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ma jkunx disponibbli, il-Membru ospitanti għandu jinnomina s-Segretarju Ġenerali.

c.

Kull Membru għandu jinnotifika lid-Direttur Eżekuttiv malajr kemm jista' jkun l-ismijiet tar-rappreżentanti, supplenti u konsulenti u tagħrif ieħor ta' dan it-tip, inkluża n-nomina tal-kap tad-delega, kif ikun meħtieġ għar-reġistrazzjoni.

d.

Matul id-diskussjonijiet fuq kull kwistjoni, kull Membru jista' jressaq punt ta' ordni u jista' jmexxi l-għeluq jew l-aġġornament tad-dibattitu. F'kull każ, l-uffiċjal li jippresjedi għandu jiddikjara d-deċiżjoni tiegħu jew tagħha immedjatament, li għandha tibqa' sakemm ma tiġix annullata mil-laqgħa.

Taqsima 5 — Termini ta' Referenza

a.

Għandu jinħatar Direttur Eżekuttiv u jiġi stabbilit il-kuntratt bażiku u l-emolumenti tiegħu jew tagħha.

b.

Għandhom jiġu kkunsidrati u jittieħdu passi fuq kull kwistjoni oħra skont it-termini ta' referenza tal-ICAC.

ARTIKOLU IV — IL-KUMITAT PERMANENTI

Taqsima 1 — Ir-Relazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv

a.

Bejn il-Laqgħat Plenari l-Kumitat Konsultattiv għandu jiġi rrappreżentat f'Washington D.C minn Kumitat Permanenti, li għandu jkun subordinat għalih.

b.

Il-Kumitat Konsultattiv jista' jiddelega l-awtorità dwar kwistjonijiet speċifiċi lill-Kumitat Permanenti. Il-Kumitat Konsultattiv jista' jimmodifika jew jirtira delega tal-awtorità ta' dan it-tip.

c.

L-azzjonijiet kollha meħuda mill-Kumitat Permanenti jistgħu jiġu riveduti mill-Kumitat Konsultattiv.

d.

Il-President tal-Kumitat Permanenti f'kull laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv għandu jirrapporta dwar l-attivitajiet tal-Kumitat Permanenti mill-aħħar laqgħa.

Taqsima 2 — Sħubija

Il-Membri kollha tal-ICAC huma eliġibbli biex iservu fil-Kumitat Permanenti.

Taqsima 3 — Kompetenza, Dmirijiet u Responsabbiltajiet

a.   Sostantivi:

(1)

Li jikkostitwixxi mezz għall-iskambju ta' opinjonijiet fir-rigward tal-iżviluppi attwali u prospettivi fis-sitwazzjoni internazzjonali tal-qoton.

(2)

Li jagħti effett prattikabbli lid-direzzjonijiet, id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kumitat Konsultattiv.

(3)

Li jħejji programmi ta' ħidma.

(4)

Li jiżgura li l-programmi ta' ħidma jitwettqu safejn ikunu jippermettu l-finanzi tal-ICAC. Din ir-responsabbiltà għandha tinvolvi, iżda mhijiex neċessarjament limitata għal dawn li ġejjin:

(a)

Id-determinazzjoni tan-numru, in-natura u d-distribuzzjoni ta' rapporti u pubblikazzjonijiet li għandhom jinħarġu.

(b)

Kompiti lis-Segretarjat jew lis-sottokumitat adegwat dwar dawk l-elementi fil-programm ta' ħidma approvat li ma jkunx jixtieq iżomm għalih stess.

(c)

It-titjib tal-istatistika.

(d)

Ir-relazzjonijiet pubbliċi.

(5)

Li jħejji aġenda u skeda ta' żmien għall-Kumitat Konsultattiv u li jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jiġu kkunsidrati minn dan il-Kumitat. L-aġenda għandha tinkludi d-data u l-post tal-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Konsultattiv.

(6)

Li jistabbilixxi kooperazzjoni prattikabbli man-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Alimentazzjoni u l-Agrikoltura, l-Istitut Internazzjonali tal-Qoton, u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn ikkonċernati minn kwistjonijiet ta' interess għall-ICAC.

b.   Il-finanzi

Li jissorvelja l-finanzi tal-ICAC. Din ir-responsabbiltà għandha tinkludi, iżda mhux neċessarjament tkun limitata, għall-adozzjoni ta' baġit ta' nefqiet u skala ta' valutazzjonijiet mingħand il-Membri għas-sena finanzjarja li jmiss tal-ICAC.

c.   Amministrazzjoni

(1)

Li joħloq u jżomm Segretarjat ġewwa Washington D.C, li għandu jinkludi Direttur Eżekuttiv u l-persunal tiegħu. (Ara l-Artikolu VII.)

(2)

Li jimpjega persunal skont kif ikun jidhirlu meħtieġ għall-iskop, billi jżomm f'moħħu x-xewqa li jattira persunal ikkwalifikat b'mod wiesa' kemm jista' jkun minn Membri parteċipanti.

(3)

Li jaħtar Direttur Eżekuttiv ġdid u jistabbilixxi t-termini tal-impjieg tiegħu jew tagħha fil-każ ta' bżonn, fil-perjodu interim ta' bejn il-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv.

(4)

Li jistabbilixxi, kif iqis meħtieġ għall-ħidma effiċjenti tan-negozju, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet ta' kull wieħed mill-uffiċjali tiegħu jew tas-Segretarjat.

(5)

Li jirrakkomanda emendi għal dawn ir-Regoli u r-Regolamenti.

Taqsima 4 — Assenjazzjoni ta' Xogħol

Il-Kumitat Permanenti jista' jassenja xogħol lil kwalunkwe sottokumitat dwar kwistjonijiet li jkunu fil-kompetenza ta' dak is-sottokumitat.

Taqsima 5 — Proċeduri tal-Kumitat Permanenti

a.   Ġenerali

(1)

Il-laqgħat għandhom isiru meta jissejħu mill-President jew mid-Direttur Eżekuttiv, fuq talba ta' kwalunkwe Membru, jew permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti.

(2)

Għandha tingħata notifika minn qabel ta' mill-inqas 10 tijiem.

(3)

Il-laqgħat għandhom isiru fil-privat sakemm il-Kumitat Permanenti ma jiddeċidix mod ieħor.

b.   Il-kworum

(1)

Il-preżenza ta' delegati minn terz tal-Membri għandha tikkostitwixxi kworum.

(2)

Fin-nuqqas ta' kworum, il-laqgħa għandha tipproċedi jekk mill-inqas tmien Membri jkunu preżenti. Madankollu, il-minuti għandhom jidentifikaw liema deċiżjonijiet, jekk ikun hemm, ikunu ġew adottati fin-nuqqas ta' kworum u liema Membru, jekk ikun hemm, ikun astjena fl-adozzjoni tagħhom.

(3)

Kwalunkwe deċiżjoni ta' dan it-tip normalment għandha tkun vinkolanti. Madankollu, il-Membri li jew ikunu assenti jew li jkunu rriservaw il-pożizzjoni tagħhom jistgħu jopponu f'perjodu ta' għaxart ijiem mid-data tal-minuti provviżorji u jekk in-numru ta' dawk li jopponu d-deċiżjoni jkun ikbar minn dak ta' dawk li jkunu appoġġjaw id-deċiżjoni fil-laqgħa, id-deċiżjoni tiġi annullata, u dan il-fatt għandu jiġi rrapportat fil-minuti finali.

c.   L-aġenda

(1)

L-adozzjoni ta' aġenda għandha tkun l-ewwel ħaġa li għandha tiġi indirizzata fil-laqgħat kollha.

(2)

Għandha titħejja aġenda provviżorja mid-Direttur Eżekuttiv u din għandha tintbagħat lill-Membri kollha man-notifika li jsejjaħ il-laqgħa. Jista' jiġi inkluż punt fuq l-aġenda provviżorja minn kwalunkwe Membru billi jinnotifika lid-Direttur Eżekuttiv mill-inqas ġimgħa qabel il-laqgħa.

(3)

Punt jista' jiġi miżjud mal-aġenda matul laqgħa sakemm il-maġġoranza ta' dawk il-Membri preżenti ma jopponux. Madankollu, kull azzjoni meħuda dwar dan il-punt għandha teħtieġ unanimità għall-adozzjoni tagħha f'dik il-laqgħa.

(4)

Kull proposta ġdida introdotta matul laqgħa għandha tkun teħtieġ unanimità sabiex tiġi adottata f'dik il-laqgħa.

d.   Il-minuti

(1)

Il-minuti proviżorji tal-laqgħat għandhom jiġu ppreparati f'forma mqassra. Rekord verbatim għandu jitħejja biss meta mitlub mid-Direttur Eżekuttiv, minn uffiċjal, jew minn Membru.

(2)

Kull min ikun preżenti f'laqgħa għandu jkollu d-dritt li jirrevedi materjal li jikkonċernah jew li jkun attribwit lilu. Kull bidla għandha tiġi nnotifikata lis-Segretarjat fi żmien għaxart (10) ijiem minn meta ssir il-laqgħa

(3)

Wara dan, il-minuti finali għandhom jitqassmu lill-Membri kollha.

ARTIKOLU V — L-UFFIĊJALI TAL-KUMITAT PERMANENTI

Taqsima 1

a.

L-uffiċjali tal-Kumitat Permanenti għandhom ikunu l-President, l-Ewwel Viċi President, u t-Tieni Viċi President.

b.

L-uffiċjali tal-Kumitat Permanenti għandhom jiġu eletti f'kull Laqgħa regolari tal-Kumitat Konsultattiv. Dawn għandhom jibqgħu fil-kariga sal-elezzjoni tas-suċċessuri tagħhom.

c.

Fl-elezzjoni tal-uffiċjali tal-Kumitat Permanenti, il-Kumitat Konsultattiv għandu jqis:

(i)

ir-rotazzjoni fuq bażi ġeografika wiesgħa kemm jista' jkun;

(ii)

l-għoti ta' rappreżentanza adegwata kemm lill-Membri li jimportaw il-qoton kif ukoll lil dawk li jesportawh;

(iii)

il-kapaċità, l-interess, u l-parteċipazzjoni fix-xogħol tal-Kumitat.

d.

L-uffiċjali għandhom iservu mingħajr kumpens mill-ICAC. L-ispejjeż kollha tal-uffiċjali għandhom jitħallsu mill-ICAC sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kumitat Permanenti għal kompiti partikolari u speċifiċi li jkunu jinvolvu spejjeż tal-ivjaġġar.

Taqsima 2 — Il-mandat

L-uffiċjali tal-Kumitat Permanenti għandhom jiġu eletti għal sena. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, dawn jistgħu jerġgħu jiġu eletti għal perjodu addizzjonali. Meta jkun prattiku, l-Ewwel Viċi President jiġi nnominat bħala s-suċċessur tal-President li jkun se jħalli l-kariga u t-Tieni Viċi President jiġi innominat bħala s-suċċessur tal-Ewwel Viċi President.

Taqsima 3 — Proċeduri Relatati mal-Elezzjonijiet

Kumitat nominattiv, miftuħ għall-Membri kollha, għandu jitlaqqa' mhux aktar tard minn erba' xhur qabel il-Laqgħa Plenarja. Il-kumitat nominattiv jeleġġi l-President tiegħu stess. Il-kumitat nominattiv għandu jirrapporta lill-Kumitat Permanenti li mbagħad jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kumitat Konsultattiv. Id-delegati għall-Kumitat Permanenti li jkunu jirrappreżentaw Membri li jkollhom arretrati ta' aktar minn sena fil-ħlas tal-valutazzjonijiet tal-ICAC fiż-żmien tal-laqgħa tal-kumitat nominattiv ma għandhomx ikunu eliġibbli għan-nomina bħala uffiċjali tal-Kumitat Permanenti.

Taqsima 4 — Il-President

a.

Il-President għandu jkun l-uffiċjal ewlieni li jippresjedi u membru ex-officio tas-sottokumitati u l-gruppi ta' ħidma kollha.

b.

Jekk għal kwalunkwe raġuni l-President ma jkunx jista' jibqa' sat-tmiem tal-mandat tiegħu jew tagħha, l-Ewwel Viċi President għandu jsir il-President ad interim għall-perjodu sakem jiġi elett President ġdid.

Taqsima 5 — Il-Viċi Presidenti

a.

L-Ewwel Viċi-President għandu jippresjedi f'laqgħat tal-Kumitat Permanenti fin-nuqqas, jew fuq talba, tal-President.

b.

It-Tieni Viċi President għandu jippresjedi f'laqgħat tal-Kumitat Permanenti fin-nuqqas, jew fuq talba, tal-President u/jew tal-Ewwel Viċi President.

c.

Jekk għal kwalunkwe raġuni l-Ewwel Viċi President ma jkunx jista' jibqa' sat-tmiem tal-mandat tiegħu jew tagħha, jew jekk il-pożizzjoni tiegħu/tagħha tiġi vakanti minħabba li jkun sar President ad interim skont it-Taqsima 4b ta' dan l-Artikolu, it-Tieni Viċi President għandu awtomatikament isir l-Ewwel Viċi President ad interim għall-perjodu sakemm jiġi elett Viċi President ġdid.

ARTIKOLU VI — SOTTOKUMITATI TAL-KUMITAT PERMANENTI

Taqsima 1 — Il-Kumitat Permanenti

Il-Kumitat Permanenti jista' jistabbilixxi sottokumitati jew gruppi ta' ħidma, jippreskrivi t-termini ta' referenza tagħhom, u jtemmhom jew jirrilaxxahom.

Taqsima 2 — Sottokumitati

Is-sħubija fi kwalunkwe sottokumitat jew grupp ta' ħidma għandha tkun miftuħa għal kull Membru tal-Kumitat Permanenti.

Taqsima 3 — Kompetenza, Dmirijiet u Responsabbiltajiet tas-Sottokumitati

a.

Kull sottokumitat:

(1)

Għandu jkun responsabbli quddiem il-Kumitat Permanenti għax-xogħol assenjat lilu mill-Kumitat Konsultattiv jew mill-Kumitat Permanenti.

(2)

Jista' jiġbed l-attenzjoni tal-Kumitat Permanenti lejn kwalunkwe kwistjoni fil-kompetenza tiegħu.

(3)

Għandu jeleġġi l-President u l-Viċi President tiegħu stess. Jekk, għal kwalunkwe raġuni, il-President ta' kwalunkwe sottokumitat ma jkunx kapaċi jkompli f'din il-kariga, il-Viċi President ta' dak is-sottokumitat għandu jsir il-president u s-sottokumitat għandu jeleġġi Viċi President ġdid.

(4)

Jista' jippreskrivi r-regoli ta' proċedura, formali jew informali, tiegħu stess.

ARTIKOLU VII — IS-SEGRETARJAT

Taqsima 1

Is-Segretarjat għandu jitmexxa minn Direttur Eżekuttiv li għandu jkun impjegat imħallas full-time u għandu jibqa' fil-kariga matul il-perjodu tal-kuntratt tal-impjieg tiegħu.

a.

Għandha tkun kundizzjoni tal-impjieg tiegħu/tagħha li ma għandu jkollu l-ebda interess finanzjarju sostanzjali li jippreġudika t-tmexxija tal-affarijiet tal-ICAC u li ma għandux ifittex jew jirċievi struzzjonijiet minn kwalunkwe awtorità ħlief l-ICAC.

b.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirċievi trattament ugwali bħall-membri l-oħra tas-Segretarjat fil-kwistjonijiet kollha, ħlief għad-determinazzjoni u l-implimentazzjoni ta' aġġustamenti għall-għoli tal-ħajja fis-salarji u l-kontribuzzjonijiet għall-benefiċċji tal-irtirar li fil-każ tad-Direttur Eżekuttiv se jkunu ddeterminati mis-sistema tan-NU.

c.

Id-Direttur Eżekuttiv

(1)

Għandu jkun:

(a)

it-Teżorier tal-ICAC, iżda mingħajr obbligazzjoni finanzjarja personali fit-twettiq normali ta' dawn id-dmirijiet;

(b)

is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Konsultattiv;

(c)

is-Segretarju tal-Kumitat Permanenti u l-korpi subordinati tiegħu, sakemm ma jiddelegax ir-responsabbiltajiet tiegħu lil membru tal-persunal tiegħu;

(d)

il-Kustodju tar-rekords kollha tal-ICAC;

(e)

Responsabbli mill-persunal tas-Segretarjat.

(2)

Għandu jkollu:

(a)

Ir-responsabbiltà sħiħa għall-programm ta' ħidma assenjat lis-Segretarjat;

(b)

Ir-responsabbiltà għat-tħejjija ta' aġenda; skedi tal-ħinijiet: dokumenti tekniċi; proċeduri, notifiki u minuti ta' laqgħat;

(c)

Ir-responsabbiltà għal kwistjonijiet ta' protokoll u għall-komunikazzjoni ma' Membri, korpi internazzjonali oħra, u ma' korpi nazzjonali interessati fix-xogħol tal-ICAC.

(3)

Għandu:

(a)

Jirrappreżenta lill-Kumitat Permanenti f'arranġamenti mal-Membri ospitanti għal laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv.

(b)

Jassenja assistenza teknika lil kumitati f'laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv b'konsultazzjoni mal-gvernijiet ospitanti.

(c)

Iħejji baġit annwali ddettaljat għall-kunsiderazzjoni tal-Kumitat Permanenti li għandu jinkludi l-intestaturi li ġejjin: is-salarji; il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni; il-vjaġġi u s-sussistenza; l-apparat tal-uffiċċju; it-tagħmir tal-uffiċċju, il-kera u r-rati, u jipprovdi indikazzjoni tar-riżorsi tal-persunal li għandhom ikunu ddedikati għall-amministrazzjoni, l-attivitajiet tekniċi u attivitajiet oħrajn.

(d)

Iħejji għall-kunsiderazzjoni tal-Kumitat Permanenti skala proposta ta' valutazzjonijiet.

(e)

Jipprovdi, fuq bażi ta' kull tliet xhur, dettalji tan-nefqa sa dakinhar imqabbla mal-baġit approvat.

(4)

Għandu jkun responsabbli għal dmirijiet jew responsabbiltajiet oħra kif jiġu assenjati lilu/lilha minn żmien għall-ieħor mill-Kumitat Konsultattiv jew mill-Kumitat Permanenti.

Taqsima 2

Għandha tkun ir-responsabbiltà tas-Segretarjat:

a.

Li jitlob mingħand il-Membri t-tagħrif dettaljat fl-Artikolu IX kif ukoll dak it-tagħrif speċjali li jista' jkun mitlub mill-Kumitat Konsultattiv jew mill-Kumitat Permanenti.

b.

Li jiżviluppa u jżomm arranġamenti għall-iskambju ta' tagħrif relatat max-xogħol tal-ICAC ma' gvernijiet mhux membri, organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn, u korpi privati.

c.

Li jħejji, jippubblika u jqassam Bulettin Statistiku ta' Kull Tliet Xhur [il-frekwenza ta' din il-pubblikazzjoni nbidlet għal darbtejn fis-sena bl-azzjoni tat-43 Laqgħa Plenarja], Rieżami kull Xahar tas-Sitwazzjoni Dinjija [il-frekwenza ta' din il-pubblikazzjoni nbidlet għal kull xahrejn b'azzjoni tat-43 Laqgħa Plenarja], u Sqarrija għall-Istampa bbażata fuq dan, skont ir-regoli preskritti mill-Kumitat Konsultattiv jew mill-Kumitat Permanenti.

d.

Li jħejji rapporti u analiżi oħrajn ta' dan it-tip kif ikun meħtieġ mill-Kumitat Konsultattiv, il-Kumitat Permanenti, is-sottokumitati, jew gruppi ta' ħidma stabbiliti skont l-Artikolu VI, Taqsima 1.

e.

Li jinnotifika lill-Membri dwar laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv, il-Kumitat Permanenti, u s-sottokumitati. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi lil min jinnotifika dwar laqgħat oħrajn.

Taqsima 3

a.

L-istqarrijiet għall-istampa jew dokumenti oħrajn bl-għan li jesprimu l-fehmiet jew l-opinjonijiet tal-ICAC jistgħu jinħarġu biss bl-approvazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv jew tal-Kumitat Permanenti, kif xieraq.

b.

Id-dikjarazzjonijiet jew l-artikli ppubblikati mis-Segretarjat fuq l-inizjattiva tiegħu stess għandu jkollhom dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' kull responsabbiltà min-naħa tal-ICAC.

Taqsima 4

Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Membri li jinnominaw aġenzija tal-koordinazzjoni li għandha sservi bħala l-punt ta' kuntatt ewlieni mas-Segretarjat.

ARTIKOLU VIII — PROĊEDURI FISKALI

Taqsima 1

Is-sena finanzjarja tal-ICAC għandha tibda fl-1 ta' Lulju.

Taqsima 2

Għal kull sena finanzjarja għandhom jiġu sottomessi baġit ta' nefqa u skala ta' valutazzjonijiet tal-Membri mid-Direttur Eżekuttiv lill-Kumitat Permanenti, li għandu jkun intitolat li jemendahom kollha jew li jemenda parti minnhom u li l-azzjoni tiegħu fuqhom għandha tkun finali sakemm ma tiġix mibdula mill-Kumitat Konsultattiv.

Taqsima 3 — Kontabbiltà

a.

In-nefqiet għandhom jiġu debitati mill-kontijiet tas-sena finanzjarja li fiha jsiru attwalment il-pagamenti.

b.

L-irċevuti għandhom jiġu kkreditati fil-kontijiet tas-sena finanzjarja li fiha l-fondi jiġu attwalment irċevuti.

c.

Is-Segretarjat għandu jħejji u jissottometti lill-Kumitat Permanenti dikjarazzjonijiet ta' kull tliet xhur tal-pożizzjoni finanzjarja attwali tal-ICAC sa mit-30 ta' Settembru, il-31 ta' Diċembru, il-31 ta' Marzu u t-30 ta' Ġunju.

Taqsima 4 — Awditjar

a.

Il-Kumitat Permanenti għandu jżomm awditur ta' reputazzjoni rikonoxxuta u jara li l-kontijiet tal-ICAC jiġu awditjati mill-inqas darba fis-sena.

b.

Ma' kull bidla fil-kariga tad-Direttur Eżekuttiv, il-Kumitat Permanenti jista' jordna li jsir awditjar speċjali.

c.

Ir-rapport ta' kull awditur għandu jiġi sottomess lill-Kumitat Permanenti u lill-Aġenziji ta' Koordinazzjoni għall-approvazzjoni fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti wara li s-Segretarjat jirċievi r-rapport.

Taqsima 5 — Fondi

a.

Sakemm ma jingħatawx struzzjonijiet mod ieħor mill-Kumitat Permanenti, il-fondi kollha rċevuti mill-ICAC għandhom imorru f'Fond ta' Ħidma. Il-Kumitat Permanenti minn żmien għall-ieħor għandu jiddetermina ammont limitu ta' dollari għaċ-ċekkijiet miktuba fuq il-Fond ta' Ħidma mis-Segretarjat, li għalih jew għal ammont ogħla minnu tkun meħtieġa approvazzjoni bil-miktub mill-President tal-Kumitat Permanenti. L-ebda individwu, inkluż id-Direttur Eżekuttiv, ma jista' jiffirma ċekk miktub fuq kwalunkwe kont tal-Kumitat għalih jew għaliha stess.

b.

Huwa awtorizzat Fond ta' Riżerva fl-ammont li għandu jiġi stabbilit minn żmien għall-ieħor mill-Kumitat Permanenti. It-teħid ta' ammonti mill-Fond ta' Riżerva jista' jkun awtorizzat mill-Kumitat Permanenti, iżda biss meta l-flejjes disponibbli fil-Fond ta' Ħidma ma jkunux biżżejjed biex ikopru impenji jew obbligazzjonijiet tal-ICAC. Kull teħid ta' flus mill-Fond ta' Riżerva jrid ikun awtorizzat għal ammont u żmien speċifiku.

Taqsima 6 — Investiment

Il-fondi li jkunu jeċċedu r-rekwiżiti attwali jistgħu jiġu investiti f'titoli ta' sigurtà ewlenin li jġibu d-dħul f'dollari għal żmien qasir jew jistgħu jiġu ddepożitati f'kontijiet li jħallu l-interessi assigurati federalment, kif ordnat mill-Kumitat Permanenti.

Taqsima 7 — Disponiment tal-Assi

a.

L-għamara u t-tagħmir tal-uffiċċju li ma jkunux għadhom meħtieġa mill-ICAC jistgħu jitneħħew skont il-proċeduri approvati mill-Kumitat Permanenti.

b.

Jekk fi kwalunkwe ħin, ix-xoljiment tal-ICAC ikun jidher imminenti, il-Kumitat Permanenti għandu jiddeċiedi kif l-aħjar jissodisfa l-obbligazzjonijiet finanzjarji pendenti tal-ICAC u jiddisponi mill-assi kollha li jkun fadal.

c.

Kull assi li jibqa', wara li jkunu ġew issodisfati l-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha, għandhom jiġu proratati lill-Membri li l-valutazzjonijiet tagħhom ikunu tħallsu kollha proporzjonalment mal-ammont attwalment ikkontribwit minn kull wieħed minnhom matul is-sena finanzjarja attwali u t-tliet snin finanzjarji preċedenti.

Taqsima 8 — Pjan tal-Irtirar

a.

Il-Kumitat Permanenti huwa awtorizzat biex jistabbilixxi pjan ta' rtirar għall-membri full-time tas-Segretarjat.

b.

Jekk jiġi stabbilit pjan bħal dan,

(1)

L-ICAC għandu jagħti kontribuzzjonijiet annwali lill-pjan mill-inqas ugwali għal, iżda mhux aktar mid-doppju tal-kontribuzzjonijiet annwali tal-impjegati parteċipanti.

(2)

Il-pjan jista' jiġi mibdul jew ma jitkompliex mill-Kumitat Permanenti. Fil-każ li l-pjan ma jitkompliex jew fil-każ tax-xoljiment tal-ICAC, kull impjegat parteċipant għandu jirċievi rifużjoni, kemm tal-kontribuzzjonijiet tal-impjegati kif ukoll tal-kontribuzzjonijiet tal-ICAC f'isem l-impjegati bl-imgħax li jkun akkumula fuqhom.

ARTIKOLU IX — L-GĦOTI TA' INFORMAZZJONI

Taqsima 1

Il-Membri, permezz tal-aġenziji ta' koordinazzjoni tagħhom, għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni disponibbli li tista' tkun meħtieġa sabiex jitwettaq il-programm ta' ħidma. Informazzjoni ta' dan it-tip għandha tintbagħat direttament lis-Segretarjat bl-aktar mezz effiċjenti malli ssir disponibbli.

Taqsima 2

L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata kull xahar sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, iżda d-dejta dwar regolamenti għandha tintbagħat biss meta ssir bidla jew meta mitlub speċifikament mis-Segretarjat.

a.

Il-kwantitajiet ta' lent tal-qoton f'unitajiet lokali, li jinkludu, fejn possibbli, tqassim skont it-tulijiet medji bażiċi tal-fibri li ġejjin: inqas minn 3/4″, 3/4″ sa 1-3/8″, 1-3/8″ u aktar, jew l-ekwivalenti metriċi tagħhom.

(1)

Il-ħażniet klassifikati skont il-pajjiż fejn ikunu tkabbru, fl-aħħar ta' kull xahar:

(a)

fi mtieħen u stabbilimenti oħrajn ta' konsum,

(b)

fi mħażen pubbliċi u privati, fi tranżitu, u fi kwalunkwe post ieħor.

(2)

Magni għall-ħalġ tal-qoton (jew magni tal-ippressar),

(3)

L-importazzjonijiet, klassifikati skont il-pajjiż fejn ikunu tkabbru, jew, jekk ma jkunx disponibbli, skont il-pajjiż tal-oriġini,

(4)

Il-konsum, klassifikat skont il-pajjiż tat-tkabbir, meta jkun possibbli:

(a)

fi mtieħen li jduru u fabbriki oħrajn,

(b)

fid-djar (stima annwali).

(5)

Maħruq jew meqrud b'mod ieħor (stima annwali),

(6)

Esportazzjonijiet, klassifikati skont il-pajjiż ta' destinazzjoni, u fejn possibbli skont il-varjetà,

(7)

Esportazzjonijiet mill-ġdid, klassifikati skont il-pajjiż ta' destinazzjoni.

b.

L-indikazzjonijiet tal-produzzjoni antiċipata bħaż-żona tal-qoton li għandha tiġi mħawla, il-bejgħ tal-fertilizzanti, id-distribuzzjoni taż-żerriegħa għaż-żrigħ, l-intenzjonijiet tal-bdiewa li jiżirgħu l-qoton, il-kontrolli taż-żoni mill-gvernijiet u l-għanijiet.

c.

Il-previżjonijiet u l-istimi ta' żoni mħawla u maħsuda, ir-rendiment, u l-produzzjoni skont il-varjetajiet, malli jkunu disponibbli, mill-inqas darba fiż-żmien taż-żrigħ u darba meta l-uċuħ tar-raba' jimmaturaw. It-tagħrif dwar l-uċuħ tar-raba' preferibbilment għandu jkun f'termini ta' lent tal-qoton iżda meta tkun disponibbli biss dejta dwar il-qoton tajjeb għaż-żrigħ, għandha tingħata xi indikazzjoni tal-produzzjoni tal-lent.

d.

Statistika għal kull xahar, għal kull tliet xhur u għal kull sena, liema waħda tkun l-aktar konvenjenti, dwar il-produzzjoni, l-importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż ta' destinazzjoni, preferebbilment f'unitajiet ta' kwantità, ta' ħajt tal-qoton u drappijiet.

e.

L-aġenziji ta' koordinazzjoni huma mitluba li jirrapportaw immedjatament, esklussivament mir-rapport regolari ta' kull xahar, il-bidliet kollha fir-regolamenti tal-Membri li jaffettwaw il-qoton.

Taqsima 3

Il-Membri għandhom jikkooperaw mas-Segretarjat fil-forniment ta' informazzjoni disponibbli fejn ikun meħtieġ mill-programm ta' ħidma dwar il-produzzjoni, importazzjonijiet, esportazzjonijiet u prezzijiet ta' fibri taċ-ċellulożi u mhux taċ-ċellulożi u drappijiet.

ARTIKOLU X — LINGWI

Taqsima 1

Il-lingwi uffiċjali u ta' ħidma tal-ICAC għandhom ikunu l-Ingliż, il-Franċiż, l-Ispanjol, ir-Russu u l-Għarbi.

Taqsima 2

Għal-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv:

a.

Il-Kumitat Permanenti għandu jiddeċiedi liema faċilitajiet għall-interpretazzjoni għandu jipprovdi l-ICAC. L-ICAC ma għandux iġarrab spejjeż mhux inklużi fil-baġit b'rabta ma' dawn il-faċilitajiet.

b.

Id-dikjarazzjonijiet formali minn Membri għandhom jiġu sottomessi f'mill-inqas lingwa uffiċjali waħda.

Taqsima 3

Għal raġunijiet prattiċi biss, l-Ingliż normalment se jintuża f'laqgħat tal-Kumitat Permanenti u korpi subordinati.

Taqsima 4

a.

Dawn li ġejjin għandhom jiġu ppubblikati bl-Ingliż, bil-Franċiż u bl-Ispanjol:

Rekords sommarji ta' diskussjonijiet fil-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv

Rieżami ta' kull Xahar tas-Sitwazzjoni Dinjija tal-Qoton [il-frekwenza ta' din il-pubblikazzjoni nbidlet għal darba kull xahrejn bl-azzjoni tat-43 Laqgħa Plenarja]

Il-minuti tal-Kumitat Permanenti [it-traduzzjoni għall-Franċiż u l-Ispanjol ġiet sospiża bl- azzjoni tat-43 Laqgħa Plenarja]

b.

Dawn li ġejjin għandhom jiġu ppubblikati fil-lingwi uffiċjali kollha:

Ir-Rieżami Annwali tas-Sitwazzjoni Dinjija tal-Qoton

Ir-Rapport tal-President tal-Kumitat Permanenti

Ir-Rapport tad-Direttur Eżekuttiv

Id-dikjarazzjoni finali tal-Laqgħa Plenarja

c.

Il-Kumitat Permanenti għandu jiddetermina liema dokumenti oħrajn ta' natura sostantiva għandhom jiġu stampati f'diversi lingwi billi jqis kemm huma utli għall-Membri u l-implikazzjonijiet baġitarji.

ARTIKOLU XI — VOTAZZJONI

Taqsima 1

a.

Fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom il-Kumitat Konsultattiv u l-Kumitat Permanenti għandhom ifittxu l-unanimità.

b.

Fil-każ li ma jkunx jista' jinkiseb kunsens fil-Kumitat Permanenti, il-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata tista' tiġi riferita għall-Kumitat Konsultattiv, sakemm ma jiġix speċifikat f'dawn ir-regolamenti jew f'regolamenti oħrajn tal-ICAC, li l-kwistjoni għandha titpoġġa għall-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jipproċedi b'kunsens. Fil-każ li ma jinkisibx kunsens fil-Kumitat Konsultattiv, il-kwistjoni għandha titpoġġa għall-votazzjoni fuq talba ta' kwalunkwe Membru, u f'dan il-każ l-adozzjoni ta' kull rakkomandazzjoni jew proposta għandha teħtieġ l-approvazzjoni ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Membri preżenti meta ssir il-votazzjoni.

c.

Kull Stat Membru għandu jkun intitolat għal vot wieħed.

d.

Astensjoni ma għandhiex tkun meqjusa bħala vot.

e.

Il-votazzjoni normalment għandha ssir billi l-membri jgħollu jdejhom sakemm il-maġġoranza tal-Membri preżenti u li jkunu se jivvutaw ma jitolbux votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet. Għandha ssir votazzjoni permezz ta' vot sigriet meta din tkun mitluba minn kwalunkwe Membru.

ARTIKOLU XII — KOOPERAZZJONI MA' ORGANIZZAZZJONIJIET OĦRAJN

Taqsima 1

a.

L-ICAC għandu jikkoopera ma' organizzazzjonijiet oħrajn, pubbliċi jew privati, nazzjonali jew internazzjonali. Il-Kumitat Permanenti għandu jiddetermina l-organizzazzjonijiet u n-natura u l-limitu ta' din il-kooperazzjoni.

b.

Dawn l-organizzazzjonijiet, kif ukoll gvernijiet mhux membri u l-pubbliku, jistgħu, bl-approvazzjoni tal-Membru ospitanti, jiġu mistiedna biex jattendu f'sessjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv. Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat għandha tkun ibbażata fuq dawk it-termini li jista' jippreskrivi l-Kumitat Konsultattiv jew il-Kumitat Permanenti.

ARTIKOLU XIII — EMENDI

Dawn ir-Regoli u r-Regolamenti jistgħu jiġu emendati biss mill-Kumitat Konsultattiv sakemm ma jiġux speċifikament riferiti għal emenda lill-Kumitat Permanenti.

ARTIKOLU XIV — SUPERSESSJONI

Dawn ir-Regoli u r-Regolamenti adottati fis-16 ta' Ġunju 1972 jissostitwixxu kull att, riżoluzzjoni, jew Regoli u Regolamenti preċedenti li mhumiex konsistenti mad-dispożizzjonijiet tagħhom.

Indiċi

Kumitat Konsultattiv

1 -9, 12 13

L-aġenda

5-6, 8

Valutazzjoni

2-3, 5, 7-10

Baġit

2, 5, 8-9, 12

President (Il-)

3-5, 7, 10, 12

Kooperazzjoni

5, 13

Aġenzija ta' Koordinazzjoni

9

Direttur Eżekuttiv

1-6, 8-10, 12

Finanzi

4-5

Fondi

9-10

Informazzjoni

1-2, 4, 9, 11

Lingwi

12

Sħubija

1-4, 7

Minuti

5-6, 8, 12

Laqgħa Plenarja

1-4, 7, 9, 12

Kworum

5

Segretarjat

4-6, 8-11

Segretarju Ġenerali

3, 8

Il-Kumitat Permanenti

1-10, 12-13

Kumitat tat-Tmexxija

3

Viċi President

3, 6-7

Votazzjoni

12-13

Programm ta' Ħidma

2, 4, 8, 11


23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/877

tas-16 ta' Mejju 2017

dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġġib l-isem “Let us reduce the wage and economic differences that tear the EU apart!”

(notifikata bid-dokument C(2017) 3382)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem “Let us reduce the wage and economic differences that tear the EU apart!” jirreferi għal “Atti legali li juru biċ-ċar l-intenzjoni tal-UE li telimina l-inugwaljanzi fil-pagi bejn l-Istati Membri u li — sabiex tikseb dan l-objettiv — tippermetti koeżjoni aktar effiċjenti bejn dawn l-Istati”.

(2)

L-objettivi ddikjarati tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta huma: “Minħabba differenzi sinifikanti fil-pagi, il-moviment tal-ħaddiema huwa f'direzzjoni waħda. L-emigrazzjoni tal-massa twassal sabiex Stati Membri jiġu emarġinati ulterjorment. Sadanittant, Stati Membri aktar sinjuri jipperċepixxu l-influss massiv tal-ħaddiema bħala ta' dannu għall-interessi tagħhom, li jwassal għal diviżjoni fl-UE. Jeħtieġ li l-UE turi biċ-ċar l-intenzjoni tagħha li telimina l-inugwaljanzi fil-pagi li jaffettwaw il-moviment liberu tal-ħaddiema; sabiex tagħmel dan l-UE teħtieġ koeżjoni aktar effiċjenti sabiex tiżgura s-sopravivenza tagħha.”

(3)

L-atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati jistgħu jiġu adottati:

fir-rigward tal-linji gwida li l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tagħhom fil-politiki tal-impjiegi tagħhom;

fir-rigward tal-Fond Soċjali Ewropew, li għandu l-għan li jħaffef l-impjieg tal-ħaddiema u li jżid il-mobbiltà geografika u professjonali tagħhom fi ħdan l-Unjoni, u li jiffaċilita l-adattament tagħhom għal tibdiliet industrijali u tibdiliet fis-sistemi ta' produzzjoni, partikolarment permezz ta' formazzjoni vokazzjonali u taħriġ mill-ġdid;

sabiex jiġu definiti l-kompiti, l-objettivi ta' prijorità u l-organizzazzjoni tal-Fondi Strutturali sakemm l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni.

(4)

L-atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati li għandhom l-għan li jappoġġaw u jikkumplimentaw l-attivitajiet tal-Istati Membri jistgħu jiġu adottati inter alia fl-oqsma tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tas-sigurtà soċjali u tal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema, tal-protezzjoni tal-ħaddiema f'każ li jintemmilhom il-kuntratt tal-impjieg, tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-ħaddiema, tar-rappreżentazzjoni u d-difiża kollettiva tal-interessi tal-ħaddiema u l-impjegaturi, inkluża l-kodeterminazzjoni, tal-integrazzjoni tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, tal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u tal-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali. Madankollu, atti bħal dawn ma jistgħux jiġu applikati għall-pagi jew għad-drittijiet ta' assoċjazzjoni.

(5)

It- Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrinforza ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jsaħħaħ aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, inter alia, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

(6)

Għal dan il-għan, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini għandhom ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonali man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir aktar aċċessibbli.

(7)

Għal dawn ir-raġunijiet, ikun adegwat li wieħed jikkunsidra li l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni, li permezz tagħhom hija tista' tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament.

(8)

L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem “Let us reduce the wage and economic differences that tear the EU apart!” għandha, għalhekk, tiġi rreġistrata. Madankollu, jenħtieġ li jinġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta biss jekk din hija maħsuba għall-preżentazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, ta' proposti għal atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati fl-ambitu tal-kamp ta' applikazzjoni msemmi fil-premessi 3 u 4.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem “Let us reduce the wage and economic differences that tear the EU apart!” hija rreġistrata.

2.   Madankollu, id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini, sakemm din hija maħsuba għall-preżentazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, ta' proposti ta' atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati fl-oqsma tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tas-sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema, tal-protezzjoni tal-ħaddiema f'każ li jintemmilhom il-kuntratt tal-impjieg, tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema, tar-rappreżentazzjoni u d-difiża kollettiva tal-interessi tal-ħaddiema u tal-impjegaturi, inkluż il-kodeterminazzjoni, tal-integrazzjoni tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, tal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u tal-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali, jistgħu jinġabru biss sakemm dawn l-atti legali ma jiġux applikati għall-pagi jew għad-dritt ta' assoċjazzjoni, tal-istrajkjar jew id-dritt li jiġi impost lock-out.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta' Mejju 2017.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġġib l-isem “Let us reduce the wage and economic differences that tear the EU apart!”, rappreżentata mis-Sur Márton GYÖNGYÖSI u s-Sur Jaak MADISON li jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

L-ewwel Viċi President


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/40


DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT SANITARJU U FITOSANITARJU BEJN L-UE U L-GEORGIA

tal-20 ta' Marzu 2015

li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2017/878]

IS-SOTTOKUMITAT SANITARJU U FITOSANITARJU BEJN L-UE U L-GEORGIA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 431 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati b'mod provviżorju mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 65(2) tal-Ftehim, is-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju (“is-Sottokumitat SFS”) għandu jikkunsidra kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni tal-Kapitolu 4 (Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji) tat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) ta' dan il-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 65(5) tal-Ftehim, is-Sottokumitat SFS għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'dan qegħdin jiġu adottati r-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat SFS, kif stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Tbilisi, l-20 ta' Marzu 2015.

Għas-Sottokumitat SFS

Il-President

Nodar KERESELIDZE

Is-Segretarji

L. INAURI

R. FREIGOFAS


(1)  ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.


ANNESS

IR-REGOLI TA' PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT SANITARJU U FITOSANITARJU BEJN L-UE U L-GEORGIA

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Is-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju (“is-Sottokumitat SFS”), stabbilit f'konformità mal-Artikolu 65(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) għandhom jassistu lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”) fit-twettiq ta' dmirijietu.

2.   Is-Sottokumitat SFS għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu stipulati fl-Artikolu 65(2) tal-Ftehim fid-dawl tal-għanijiet tal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV stipulati fl-Artikolu 50 tal-Ftehim.

3.   Is-Sottokumitat SFS għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Georgia, responsabbli għal kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji.

4.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-Georgia li jkollu r-responsabbiltà għall-kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji għandu jaġixxi bħala President tas-Sottokumitat SFS f'konformità mal-Artikolu 2.

5.   Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jiġu definiti kif previst fl-Artikolu 428 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet għandu jkollhom il-Presidenza tas-Sottokumitat SFS, b'mod alternat, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat SFS għandu jiltaqa' fi żmien tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, u sussegwentement fuq it-talba ta' xi waħda mill-Partijiet, jew mill-inqas darba fis-sena.

2.   Kull laqgħa tas-Sottokumitat SFS għandha tissejjaħ mill-Presidenza tagħha f'post u fi żmien maqbulin bejn il-Partijiet. L-avviż ta' sejħa għal-laqgħa għandu jinħareġ mill-President tas-Sottokumitat SFS mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Fejn ikun possibbli, il-laqgħa regolari tas-Sottokumitat SFS għandha tissejjaħ fi żmien dovut qabel il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

4.   Il-laqgħat tas-Sottokumitat SFS jistgħu jsiru bi qbil permezz ta' kwalunkwe tagħmir teknoloġiku, bħalma huma l-vidjokonferenzi jew l-awdjokonferenzi.

5.   Is-Sottokumitat SFS jista' wkoll jindirizza kwalunkwe kwistjoni mingħajr ma jiltaqa', permezz tal-korrispondenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Partijiet għandhom jiġu mgħarrfin mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SFS dwar l-għamla prevista tad-delegazzjoni ta' kull Parti li tkun se tattendi l-laqgħa.

Artikolu 5

Segretarjat

1.   Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Georgia għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat tal-SFS u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

2.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandu jkun mgħarraf b'kull deċiżjoni, opinjoni, rakkomandazzjoni, rapport u azzjoni oħra miftiehma tas-Sottokumitat SPS.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat SFS tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat tas-Sottokumitat SFS għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat SFS tingħadda lill-President tas-Sottokumitat SFS u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7.

3.   Il-korrispondenza mill-President għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat f'isem il-President. Din il-korrispondenza għandha tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, kif previst fl-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti jiġu ċċirkolati mis-Segretarji tas-Sottokumitat SFS.

2.   Parti għandha tittrażmetti d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju għandu jittrażmetti dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Georgia u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

4.   Is-Segretarju tal-Georgia għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Georgia u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

5.   Is-Segretarji tas-Sottokumitat SFS għandhom iservu bħala punti ta' kuntatt għal skambji previsti fl-Artikolu 58 tal-Ftehim.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat SFS ma għandhomx ikunu pubbliċi. Meta Parti tippreżenta informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lis-Sottokumitat SFS, il-Parti l-oħra tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operattivi kif previst fl-Artikolu 10 mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SFS abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja għandha tinkludi punti li s-Segretarjat ikun irċieva talba dwarhom mingħand xi Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuti mid-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, għandhom jiġu ċċirkolati kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda għandha tkun adottata mis-Sottokumitat SFS fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President tas-Sottokumitat SFS jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti ta' qasam partikolari fuq bażi ad hoc sabiex jattendu l-laqgħat tas-Sottokumitat SFS bil-għan li jipprovdu tagħrif dwar suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li dawk l-osservaturi jew l-esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President tas-Sottokumitat SFS jista', f'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 sabiex jittieħed kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operattivi

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt mis-Segretarji tas-Sottokumitat SFS.

2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

lista tal-parteċipanti fil-laqgħa, lista tal-uffiċjali li jakkumpanjawhom u lista ta' kull osservatur jew espert li jattendi l-laqgħa;

(b)

id-dokumentazzjoni ppreżentata lis-Sottokumitat SFS;

(c)

id-dikjarazzjonijiet li s-Sottokumitat SFS ikun talab li jiddaħħlu fil-minuti; kif ukoll

(d)

il-konklużjonijiet operattivi tal-laqgħa, kif previst fil-paragrafu 4.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lis-Sottokumitat SFS għall-approvazzjoni. Dawn il-minuti għandhom jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat SFS. Għandha tintbagħat kopja lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

4.   Abbozz tal-konklużjonijiet operattivi ta' kull laqgħa għandu jitfassal mis-Segretarju tas-Sottokumitat SFS tal-Parti li jkollha l-presidenza tas-Sottokumitat SFS, u jiġi ċċirkolat lill-Partijiet flimkien mal-aġenda, mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa. Dan l-abbozz għandu jiġi aġġornat matul il-laqgħa sabiex fi tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat SFS jadotta l-konklużjonijiet operattivi, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu li l-Partijiet qablu dwarhom. Ladarba jkunu miftiehma, il-konklużjonijiet operattivi għandhom ikunu mehmuża mal-minuti u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi eżaminata matul kwalunkwe laqgħa sussegwenti tas-Sottokumitat SFS. Għal dan il-għan, is-Sottokumitat SFS jadotta mudell, li jippermetti li kull azzjoni tiġi segwita fir-rigward ta' skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Is-Sottokumitat SFS għandu jkollu s-setgħa jadotta deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet konġunti kif previst fl-Artikolu 65 tal-Ftehim. Dawn id-deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet konġunti għandhom jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.   Kull deċiżjoni, opinjoni jew rakkomandazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-President tas-Sottokumitat SFS u awtentikata mis-Segretarji tas-Sottokumitat SFS. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-President għandu jiffirma dawk id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni, l-opinjoni, ir-rakkomandazzjoni jew ir-rapport rilevanti.

3.   Is-Sottokumitat SFS jista' jieħu deċiżjonijiet, jagħmel rakkomandazzjonijiet u jadotta opinjonijiet jew rapporti bi proċedura bil-miktub, wara li jitlestew il-proċeduri interni rispettivi, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn is-Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih kull riżerva jew emenda għandha tiġi mgħarrfa. Il-President jista' jqassar dak il-limitu ta' żmien, b'konsultazzjoni mal-Partijiet biex jittieħed kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ġaladarba jkun hemm qbil dwar it-test, id-deċiżjoni, l-opinjoni, ir-rakkomandazzjoni jew ir-rapport jiġu ffirmati mill-President u awtentikati mis-Segretarji.

4.   L-atti tas-Sottokumitat SFS għandhom jingħataw it-titolu ta' “Deċiżjoni”, “Opinjoni”, “Rakkomandazzjoni” jew “Rapport” rispettivament. Kull deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprevedix mod ieħor.

5.   Id-deċiżjonijiet, l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u r-rapporti jiġu ċċirkolati mal-Partijiet.

6.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar l-ippubblikar tad-deċiżjonijiet, tal-opinjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat SFS fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Is-Sottokumitat SFS għandu jippreżenta rapport lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ dwar l-attivitajiet tiegħu u dawk tal-gruppi ta' ħidma tekniċi jew il-gruppi ad hoc imwaqqfin mis-Sottokumitat SFS. Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat 25 jum tal-kalendarju qabel il-laqgħa annwali regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat tal-SFS għandhom ikunu l-Ingliż u l-Georgjan.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat SFS għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri kull spiża li ġġarrab minħabba li tieħu sehem fil-laqgħat tas-Sottokumitat SFS, kemm fir-rigward tal-persunal, tal-ivvjaġġar u tal-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-infiq tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż marbutin ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u l-Georgjan kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

L-interpretazzjoni u t-traduzzjoni minn lingwi oħra jew għalihom għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li titlobhom.

Artikolu 15

Emendar tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati permezz ta' deċiżjoni tas-Sottokumitat SFS f'konformità mal-Artikolu 65(5) tal-Ftehim.

Artikolu 16

Gruppi ta' ħidma tekniċi u gruppi ad hoc

1.   Is-Sottokumitat tal-SFS jista' permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 65(6) tal-Ftehim joħloq jew jabolixxi, fejn xieraq, gruppi ta' ħidma tekniċi jew gruppi ta' ħidma ad hoc, inklużi gruppi xjentifiċi u gruppi ta' esperti.

2.   Is-sħubija fi gruppi ad hoc ma għandhiex bilfors tkun ristretta għar-rappreżentanti tal-Partijiet. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-membri ta' kull grupp maħluq mis-Sottokumitat SFS jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità li jixraq.

3.   Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-gruppi maħluqin mis-Sottokumitat SFS jaħdmu taħt l-awtorità tas-Sottokumitat SFS, u jagħtu rendikont lilu.

4.   Il-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma jistgħu jsiru skont il-bżonn, fuq il-post jew permezz ta' vidjokonferenzi jew awdjokonferenzi.

5.   Is-Segretarjat tas-Sottokumitat SFS għandu jirċievi kopja ta' kull korrispondenza, dokument u komunikazzjoni rilevanti li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-gruppi ta' ħidma.

6.   Il-gruppi ta' ħidma għandu jkollhom is-setgħa li jagħmlu rakkomandazzjonijiet bil-miktub quddiem is-Sottokumitat SFS. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru b'kunsens u jiġu kkomunikati lill-President tas-Sottokumitat SFS, li min-naħa tiegħu jiċċirkola r-rakkomandazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 7.

7.   Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jiġu applikati mutatis mutandis għal kull grupp ta' ħidma tekniku jew grupp ta' ħidma ad hoc maħluq mis-Sottokumitat SFS, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan l-Artikolu. Ir-referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandhom jinftiehmu bħala referenzi għas-Sottokumitat SFS.


23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/46


DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT DWAR L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI BEJN L-UE U L-GEORGIA

tal-25 ta' Novembru 2015

li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2017/879]

IS-SOTTOKUMITAT DWAR L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI BEJN L-UE U L-GEORGIA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (1),(“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 179 tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 431 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati b'mod provviżorju mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 179 tal-Ftehim, is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“Sottokumitat IĠ”) għandu jimmonitorja l-iżvilupp tal-Ftehim fil-qasam tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u jservi bħala forum għal kooperazzjoni u djalogu dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(3)

Skont l-Artikolu 179(2) tal-Ftehim, is-Sottokumitat IĠ għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat IĠ, kif stabbiliti fl-Anness, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Tbilisi, il-25 ta' Novembru 2015.

Għas-Sottokumitat IĠ

Il-President

Nikolos GOGILIDZE


(1)  ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.


ANNESS

REGOLI TA' PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT DWAR L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI BEJN L-UE U L-GEORGIA

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“Sottokumitat IĠ”), stabbilit skont l-Artikolu 179 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) jassisti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”) fit-twettiq ta' dmirijietu.

2.   Is-Sottokumitat IĠ għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu stipulati fl-Artikolu 179 tal-Ftehim.

3.   Is-Sottokumitat IĠ għandu jkun kompost minn uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Georgia responsabbli għall-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

4.   Il-Partijiet jaħtru Kap tad-Delegazzjoni kull wieħed, li jkun il-persuna ta' kuntatt rigward il-materji kollha marbutin mas-Sottokumitat IĠ.

5.   Il-Kapijiet ta' Delegazzjoni jaġixxu bħala President tas-Sottokumitat IĠ skont l-Artikolu 2.

6.   Kull Kap tad-Delegazzjoni jista' jiddelega l-funzjonijiet kollha tiegħu ta' Kap tad-Delegazzjoni jew xi wħud minnhom lil deputat innominat, u f'dan il-każ kull referenza li ssir wara lill-Kap tad-Delegazzjoni tkun tapplika bl-istess mod għad-deputat innominat.

7.   Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura jiġu definiti kif previst fl-Artikolu 428 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet jeżerċitaw il-Presidenza tas-Sottokumitat IĠ fuq bażi ta' alternanza, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat dwar l-IĠ jiltaqa' fuq it-talba ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet, alternattivament fl-UE u fil-Georgia, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 90 jum tal-kalendarju wara t-talba.

2.   Kull laqgħa tas-Sottokumitat IĠ titlaqqa' mill-Presidenza tagħha f'post u f'data li l-Partijiet jaqblu dwarhom. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa għandu jinħareġ mill-President tas-Sottokumitat IĠ mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Fejn ikun possibbli, il-laqgħa regolari tas-Sottokumitat SPS għandha tissejjaħ fi żmien dovut qabel il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

4.   B'eċċezzjoni, il-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku li l-Partijiet jaqblu dwaru, inkluża l-vidjokonferenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Partijiet jiġu infurmati mis-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ bil-kompożizzjoni prevista tad-delegazzjoni ta' kull Parti li tkun se tattendi l-laqgħa.

Artikolu 5

Segretarjat

1.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Georgia jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat dwar l-IĠ, kif maħtura mill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet, u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

2.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandu jkun infurmat bi kwalunkwe deċiżjonijiet, rapporti u azzjonijiet oħra miftehma tas-Sottokumitat IĠ.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat IĠ tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat IĠ tingħata lill-President tas-Sottokumitat IĠ u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7.

3.   Il-korrispondenza mill-President tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat f'isem il-President. Din il-korrispondenza tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, kif previst fl-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti jiġu ċċirkolati mis-Segretarji tas-Sottokumitat IĠ.

2.   Parti għandha tittrażmetti d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju għandu jittrażmetti dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Georgjau lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

4.   Is-Segretarju tal-Georgja għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Georgja u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ ma jkunux pubbliċi. Meta Parti tippreżenta informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lis-Sottokumitat IĠ, il-Parti l-oħra tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Għanda titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa, kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonali kif previst fl-Artikolu 10, mis-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja tkun tinkludi punti li s-Segretarjat ikun irċieva talba dwarhom mingħand xi Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuti mid-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, jiġu ċċirkolati kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda tiġi adottata mill-President u l-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President tas-Sottokumitat IĠ jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'qasam fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li dawk l-osservaturi jew l-esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President tas-Sottokumitat IĠ jista' jqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, b'konsultazzjoni mal-Partijiet, biex jittieħed kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operazzjonali

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt mis-Segretarji tas-Sottokumitat IĠ.

2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

lista tal-parteċipanti fil-laqgħa, lista tal-uffiċjali li jakkumpanjawhom u lista ta' osservaturi jew esperti li attendew il-laqgħa;

(b)

dokumentazzjoni ppreżentata lis-Sottokumitat IĠ;

(c)

dikjarazzjonijiet li s-Sottokumitat IĠ ikun talab li jiddaħħlu fil-minuti; kif ukoll

(d)

konklużjonijiet operattivi tal-laqgħa, jekk neċessarju, kif previst fil-paragrafu 4.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jkun ippreżentat lis-Sottokumitat IĠ għall-approvazzjoni. Dawn għandhom jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat IĠ. Għandha tintbagħat kopja lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

4.   L-abbozz tal-konklużjonijiet operattivi ta' kull laqgħa jitfassal mis-Segretarju tas-Sottokumitat IĠ tal-Parti li jkollha l-presidenza tas-Sottokumitat IĠ, u jiġi ċċirkolat lill-Partijiet flimkien mal-aġenda, mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa. Dak l-abbozz jiġi aġġornat matul il-laqgħa sabiex fi tmiem il-laqgħa, sakemm sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat IĠ jadotta l-konklużjonijiet operattivi, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu li l-Partijiet qablu dwarhom. Ladarba jkunu miftiehma, il-konklużjonijiet operazzjonali għandhom ikunu mehmuża mal-minuti u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi eżaminata matul kwalunkwe laqgħa sussegwenti tas-Sottokumitat IĠ. Għal dan il-għan, is-Sottokumitat IĠ jadotta mudell, li jippermetti li kull azzjoni tiġi traċċata skont skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet

1.   Is-Sottokumitat IĠ għandu jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet fil-każijiet kif previsti fl-Artikolu 179(3) tal-Ftehim. Dawn id-deċiżjonijiet jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Dawn għandom ikunu vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.   Kull deċiżjoni tiġi ffirmata mill-President tas-Sottokumitat IĠ u awtentikata mis-Segretarji tas-Sottokumitat IĠ. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, il-President jiffirma dawn id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni rilevanti.

3.   Is-Sottokumitat IĠ jista' jieħu deċiżjonijiet jew jadotta rapporti bi proċedura bil-miktub, wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn is-Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li matulu tiġi mgħarrfa kull riżerva jew emenda. Il-President jista' jqassar dak il-limitu ta' żmien, b'konsultazzjoni mal-Partijiet biex jittieħed kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba jkun hemm qbil dwar it-test, id-deċiżjoni jew ir-rapport jiġu ffirmati mill-President u awtentikati mis-Segretarji.

4.   L-atti tas-Sottokumitat IĠ jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rapport” rispettivament. Kull deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

5.   Id-deċiżjonijiet jiġu ċċirkolati lill-Partijiet.

6.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tas-Sottokumitat IĠ fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Is-Sottokumitat IĠ għandu jirrapporta lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ fuq l-attivitajiet tiegħu f'kull laqgħa regolari ta' dawn tal-aħħar.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat dwar l-IĠ huma l-Ingliż u l-Georgjan.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat IĠ għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri l-ispejjeż li ġġarrab minħabba li tieħu sehem fil-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ, kemm fir-rigward tal-persunal, tal-ivvjaġġar u tal-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-infiq tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż marbutin ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u l-Georgjan kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

L-interpretazzjoni u t-traduzzjoni minn jew għal lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li titlobhom.

Artikolu 15

Emendar tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati permezz ta' deċiżjoni tas-Sottokumitat IĠ f'konformità mal-Artikolu 179(2) tal-Ftehim.


Rettifika

23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/52


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/220 tat-8 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja wara rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 34 tad-9 ta' Frar 2017 )

F'paġna 28, l-Artikolu 1, l-aħħar ringiela fit-tabella, it-tieni kolonna “Dazju (%)”,

minflok:

“Il-kumpaniji l-oħra kollha, minbarra l-kumpaniji inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni inizjali u kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun li jikkooperaw magħhom

16,2

B999 ”,

aqra:

“Il-kumpaniji l-oħra kollha, minbarra l-kumpaniji inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni inizjali u kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun li jikkooperaw magħhom

12,5

B999 ”.