ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/1 |
Avviż dwar id-dħul fis-seħħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Perù, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (1), iffirmat fi Brussell fit-30 ta' Ġunju 2015, għandu, f'konformità mal-Artikolu 12.3 tiegħu, jidħol fis-seħħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Perù mill-1 ta' Mejju 2017.
(1) ĠU L 204, 31.7.2015, p. 3.
REGOLAMENTI
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/2 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/747
tas-17 ta' Diċembru 2015
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji dwar il-kalkolu relatat ta' kontribuzzjonijiet ex-ante, u dwar iċ-ċirkostanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkun parzjalment jew kompletament differit
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 69(5) u 71(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (“il-Fond”) ġie stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 bħala arranġament ta' finanzjament uniku għall-Istati Membri kollha parteċipanti fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (2) u fil-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni (“l-Istati Membri parteċipanti”). |
(2) |
L-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jistabbilixxi l-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (“il-Fond”) u l-iskopijiet li għalihom il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (“il-Bord”) jista' juża l-Fond. |
(3) |
Skont l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Fond għandu jintuża fi proċeduri ta' riżoluzzjoni meta l-Bord iqis li huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-missjoni tal-Fond. Għaldaqstant il-Fond għandu jkollu riżorsi finanzjarji adegwati biex jippermetti għal funzjonament effettiv tal-qafas ta' riżoluzzjoni billi jkun jista' jintervjeni, fejn meħtieġ, għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta' riżoluzzjoni u biex tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja mingħajr rikors għal flus tal-kontribwenti. |
(4) |
L-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprovdi li l-Bord jingħata s-setgħa li jikkalkula l-kontribuzzjonijiet individwali ex-ante dovuti mill-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti kollha, skont l-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, u li dawn il-kontribuzzjonijiet annwali għandhom jiġu kkalkulati abbażi ta' livell fil-mira uniku stabbilit bħala perċentwali tal-ammont tad-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha awtorizzati fl-Istati Membri parteċipanti kollha |
(5) |
F'konformità mal-Artikolu 67(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord għandu għalhekk jiżgura li l-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Fond jilħqu mill-inqas il-livell fil-mira msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 sal-aħħar ta' perjodu inizjali ta' tmien snin mill-1 ta' Jannar 2016, jew, inkella, mid-data li fiha l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 ikun applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 99(6) ta' dak ir-Regolament. |
(6) |
F'konformità mal-Artikoli 67 u 69 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord għandu jiżgura li, matul il-perjodu inizjali msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, li l-kontribuzzjonijiet lill-Fond jinfirxu tul iż-żmien bl-aktar mod ekwu possibbli sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira u għandu jestendi l-perjodu inizjali b'massimu ta' erba' snin fil-każ li l-Fond ikun għamel żborzi kumulattivi ta' aktar minn 50 % tal-livell fil-mira u fejn il-kriterji ta' dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. B'hekk, il-kontribuzzjonijiet annwali li saru skont l-Artikoli 69(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jistgħu jkunu iktar minn 12,5 % tal-livell fil-mira. Jekk, wara l-perjodu inizjali, il-mezzi finanzjarji disponibbli jonqsu taħt il-livell fil-mira, il-Bord għandu jiżgura li l-kontribuzzjonijiet ex-ante jinġabru sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira. Wara li jkun intlaħaq il-livell fil-mira għall-ewwel darba u fejn il-mezzi finanzjarji disponibbli jkunu sussegwentement tnaqqsu għal anqas minn żewġ terzi tal-livell fil-mira, il-Bord għandu jiżgura li dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu stabbiliti f'livell li jippermetti li jintlaħaq il-livell immirat fi żmien sitt snin. Għalhekk, il-kontribuzzjonijiet annwali msemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 69(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jistgħu jaqbżu t-12,5 % tal-livell ta' mira biex jintlaħaq il-livell immirat fi żmien sitt snin |
(7) |
F'konformità mal-Artikolu 69(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-fażi taċ-ċiklu tan-negozju u l-impatt li l-kontribuzzjonijiet proċikliċi jista' jkollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet kontributuri għandu jitqies fil-kalkolu ta' kontribuzzjonijiet ex-ante. |
(8) |
Kwalunkwe varjazzjoni li tirriżulta f'inqas kontribuzzjonijiet ex-ante għandha tiġi kkalkulata billi jitqies il-fatt li din tista' eventwalment twassal għal żieda sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq il-livell fil-mira fi żmien l-iskadenzi stabbiliti. |
(9) |
Kwalunkwe varjazzjoni għal-livell ta' kontribuzzjonijiet ex-ante jew estensjonijiet tal-perjodu inizjali għandhom jiġu applikati b'mod ugwali għall-istituzzjonijiet kollha fl-Istati Membri parteċipanti sabiex ma jirriżultawx f'allokazzjoni mill-ġdid tal-kontribuzzjonijiet fost dawk l-istituzzjonijiet. |
(10) |
Skont l-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord għandu jiddiferixxi, b'mod sħiħ jew parzjali, pagament minn istituzzjoni ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post meta dan ikun neċessarju biex tiġi pprotetta l-pożizzjoni finanzjarja tiegħu. Meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk differiment ikunx meħtieġ biex tiġi pprotetta l-pożizzjoni finanzjarja ta' istituzzjoni, il-Bord għandu jivvaluta l-impatt li pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkollu fuq il-pożizzjoni ta' solvenza jew likwidità ta' dik l-istituzzjoni. |
(11) |
Id-differiment ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post għandu jingħata mill-Bord fuq talba ta' istituzzjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni mill-Bord li dik l-istituzzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet għal differiment kif stipulat fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014. L-istituzzjoni kkonċernata għandha tipprovdi kull informazzjoni meqjusa meħtieġa mill-Bord biex twettaq din il-valutazzjoni. Il-Bord għandu jqis l-informazzjoni kollha disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni ta' rekwiżiti ta' notifika. |
(12) |
Meta jiġi vvalutat l-impatt tal-pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post dwar is-solvenza jew il-likwidità tal-istituzzjoni, il-Bord għandu janalizza l-impatt tal-pagament fuq il-pożizzjoni tal-kapital u tal-likwidità tal-istituzzjoni. L-analiżi għandha tassumi telf fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni li jkun daqs l-ammont pagabbli fil-mument meta dan ikun dovut u tagħmel projezzjoni tal-l-proporzjonijiet kapitali tal-istituzzjoni wara dan it-telf għal perjodu xieraq ta' żmien. Barra minn hekk, hija għandha tassumi ħruġ ta' fondi daqs l-ammont pagabbli fil-mument meta jkun dovut u għandha tivvaluta r-riskju tal-likwidità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 1
Is-suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li jispeċifikaw:
(1) |
il-kriterji biex jitqassmu matul iż-żmien il-kontribuzzjonijiet għall-Fond skont l-Artikolu 69(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014; |
(2) |
il-kriterji għad-determinazzjoni tal-għadd ta' snin li bihom il-perjodu inizjali msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jista' jiġi estiż f'konformità mal-Artikolu 69(3) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014; |
(3) |
il-kriterji għall-istabbiliment tal-kontribuzzjonijiet annwali pprovdut għalihom fl-Artikolu 69(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014; |
(4) |
iċ-ċirkostanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkun parzjalment jew kompletament differit skont l-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tapplika ukoll id-definizzjoni li ġejja:
(1) |
“perjodu inizjali” tfisser perjodu msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014; |
(2) |
“perjodu ta' differiment” tfisser perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. |
KAPITOLU II
IL-KRITERJI RELATATI MA' KONTRIBUZZJONIJIET EX-ANTE
Artikolu 3
Il-Kriterji għat-tifrix matul iż-żmien ta' kontribuzzjonijiet ex-ante matul il-perjodu inizjali
1. Meta tiġi vvalutata l-fażi taċ-ċiklu tan-negozju u l-impatt li l-kontribuzzjonijiet proċikliċi jista' jkollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet kontributuri f'konformità mal-Artikolu 69(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord iqis mill-inqas l-indikaturi li ġejjin:
(a) |
l-indikaturi makroekonomiċi stabbiliti fl-Anness, biex jidentifikaw il-fażi taċ-ċiklu tan-negozju; |
(b) |
l-indikaturi stabbiliti fl-Anness, biex jidentifikaw il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet kontributuri. |
2. L-indikaturi kkunsidrati mill-Bord jiġu stabbiliti fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha flimkien.
3. Kwalunkwe deċiżjoni li jieħu l-Bord għat-tifrix ta' kontribuzzjonijiet matul iż-żmien tiġi applikata b'mod ugwali għall-istituzzjonijiet kollha li jikkontribwixxu għall-Fond.
4. F'kull perjodu kontributorju, il-livell ta' kontribuzzjonijiet annwali jista' jkun relattivament aktar baxx mill-medja tal-kontribuzzjonijiet annwali kkalkolati skont l-Artikoli 69(1) u 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, ħlief fejn il-Bord jivverifika li bbażat fuq projezzjonijiet konservattivi, il-livell fil-mira jista' jintlaħaq fi tmiem il-perjodu inizjali.
Artikolu 4
Il-kriterji għad-determinazzjoni tal-għadd ta' snin li bihom il-perjodu inizjali jista' jiġi estiż
1. Meta jiġi determinat l-għadd ta' snin li bihom il-perjodu inizjali msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jista' jiġi estiż f'konformità mal-Artikolu 69(3) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord iqis mill-inqas il-kriterji li ġejjin:
(a) |
l-għadd minimu ta' snin meħtieġa biex jintlaħaq il-livell fil-mira msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, soġġett għal kontribuzzjonijiet annwali ta' mhux aktar minn darbtejn il-kontribuzzjonijiet annwali medji matul il-perjodu inizjali); |
(b) |
il-fażi taċ-ċiklu tan-negozju u l-impatt li l-kontribuzzjonijiet proċikliċi jista' jkollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet kontributuri, kif speċifikat mill-indikaturi msemmija fl-Artikolu 3(1); |
(c) |
kwalunkwe pagamenti addizzjonali tal-Fond mistennija mill-Bord, wara konsultazzjoni mal-BERS, fil-perjodu sussegwenti ta' erba' snin. |
2. Il-Bord, fl-ebda ċirkostanza, ma jestendi l-perjodu inizjali għal aktar minn erba' snin.
Artikolu 5
Il-kriterji għall-istabbiliment tal-kontribuzzjonijiet annwali wara l-perjodu inizjali
Meta jiġu kkalkulati l-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 69(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord għandu jqis il-fażi taċ-ċiklu tan-negozju u l-impatt li l-kontribuzzjonijiet proċikliċi jista' jkollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet kontributuri, kif speċifikat mill-indikaturi msemmija fl-Artikolu 3(1).
KAPITOLU III
ID-DIFFERIMENT TA' KONTRIBUZZJONIJIET EX-POST
Artikolu 6
Id-differiment ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post
1. Il-Bord, fuq inizjattiva tiegħu stess wara li jikkonsulta mal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni jew fuq proposta mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, ivarja, b'mod sħiħ jew parzjali, pagament minn istituzzjoni ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post f'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, jekk dan ikun neċessarju biex tiġi pprotetta l-pożizzjoni finanzjarja tiegħu.
2. Id-differiment ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jingħata mill-Bord fuq talba ta' istituzzjoni. Dik l-istituzzjoni tipprovdi kull informazzjoni meqjusa meħtieġa mill-Bord biex twettaq il-valutazzjoni tal-impatt tal-pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post fuq il-pożizzjoni finanzjarja tagħha. Il-Bord iqis l-informazzjoni kollha disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jistabbilixxi jekk dik l-istituzzjoni tissodisfax il-kondizzjonijiet għal differiment imsemmija fil-paragrafu 4.
3. Meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk dik l-istituzzjoni tissodisfax il-kondizzjonijiet għal differiment, il-Bord jivvaluta l-impatt li pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkollu fuq il-pożizzjoni ta' solvenza jew likwidità ta' dik l-istituzzjoni. Fejn dik l-istituzzjoni tkun parti minn grupp, il-valutazzjoni tinkludi wkoll l-impatt fuq is-solvenza u l-likwidità tal-grupp kollu kemm hu.
4. Il-Bord jista' jiddiferixxi l-pagement ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post fejn jikkonkludi li l-pagament jirriżulta fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) |
ksur probabbli, fi żmien sitt xhur, tar-rekwiżiti minimi tal-fondi proprji tal-istituzzjoni stipulati fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); |
(b) |
ksur probabbli, fi żmien sitt xhur, tar-rekwiżit minimu ta' kopertura tal-likwidità tal-istituzzjoni stipulat fl-Artikolu 412(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u speċifikat fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (4). |
(c) |
ksur probabbli, fi żmien sitt xhur, tar-rekwiżit speċifiku tal-likwidità tal-istituzzjoni stipulat fl-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
5. Il-Bord jillimita l-perjodu ta' differiment sa fejn huwa meħtieġ biex jiġu evitati riskji rigward il-pożizzjoni finanzjarja ta' dik l-istituzzjoni jew il-grupp tagħha. Il-Bord jissorvelja regolarment jekk il-kondizzjonijiet għal differiment msemmija fil-paragrafu 4 ikomplux japplikaw matul il-perjodu tad-differiment.
6. Fuq talba ta' dik l-istituzzjoni, il-Bord jista' jġedded il-perjodu tad-differiment, fejn jiddetermina li jkomplu japplikaw il-kondizzjonijiet għal differiment msemmija fil-paragrafu 4. Dan it-tiġdid ma jaqbiżx is-sitt (6) xhur.
Artikolu 7
Il-Valutazzjoni tal-impatt tad-differiment fuq is-solvenza
1. Il-Bord, jew l-awtorità nazzjonali ta'riżoluzzjoni, jivvalutaw l-impatt tal-pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post fuq il-pożizzjoni tal-kapital regolatorju tal-istituzzjoni. Dik il-valutazzjoni tinkludi analiżi tal-impatt li l-pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkollu fuq il-konformità tal-istituzzjoni mar-rekwiżiti minimi tal-fondi proprji stipulati fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
2. Għall-iskop ta' din il-valutazzjoni, l-ammont ta' kontribuzzjonijiet ex-post jitnaqqas mill-pożizzjoni tal-fondi proprji tal-istituzzjoni.
3. L-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 tkopri tal-inqas il-perjodu sad-data ta' remittenza li jmiss tar-rappurtar tar-rekwiżiti tal-fondi proprji stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (6).
Artikolu 8
Il-Valutazzjoni tal-impatt ta' differiment fuq il-likwidità
1. Il-Bord, jew l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, tivvaluta l-impatt ta' pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post fuq il-pożizzjoni tal-likwidità tal-istituzzjoni. Dik il-valutazzjoni tinkludi analiżi tal-impatt li pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkollu fuq il-kapaċità tal-istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità previst fl-Artikolu 412(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u speċifikat fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
2. Għall-finijiet tal-analiżi deskritta fil-paragrafu 1, il-Bord iżid fluss ta' ħruġ tal-likwidità, ugwali għal 100 % tal-ammont pagabbli fil-mument meta l-pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post hu dovut, għall-kalkolu ta' flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità kif stabbilit fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
3. Il-Bord jivvaluta wkoll l-impatt ta' tali ħruġ stabbilit skont il-paragrafu 2 dwar ir-rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità stabbiliti fl-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE.
4. L-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 tkopri tal-inqas il-perjodu li jmiss tad-data ta' remittenza tar-rappurtar għar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità stipulat fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1.).
ANNESS
Indikaturi makroekonomiċi li jidentifikaw il-fażi taċ-ċiklu tan-negozju
L-Indikatur tas-Sentiment Ekonomiku u tat-Tbassir tat-Tkabbir tal-PDG mill-Kummissjoni Ewropea.
Il-Projezzjonijiet Makroekonomiċi tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-Tkabbir tal-PDG għaż-Żona tal-Euro.
Indikaturi biex tiġi identifikata l-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet kontributuri
(1) |
Fluss ta' Kreditu fis-Settur Privat fuq il-PDG u Bidla fit-Total tal-Obbligazzjonijiet tas-Settur Finanzjarju mit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Iżbilanċi Makroekonomiċi. |
(2) |
Indikatur Kompost ta' Kriżi Sistemika u l-Probabbiltà ta' inadempjenza simultanja minn tnejn jew aktar gruppi bankarji kbar u kumplessi tal-Istati Membri parteċipanti mit-Tabella Opeattiva tar-Riskji tal-BERS. |
(3) |
Bidliet fl-istandards tal-kreditu għal self lil unitajiet domestiċi (għal xiri ta' djar) u bidliet fl-istandards tal-kreditu għal self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji mit-Tabella Opeattiva tal-BERS. |
(4) |
Indikaturi fuq il-profittabiltà ta' gruppi bankarji kbar tal-Istati Membri parteċipanti li jinsabu fit-Tabella Operattiva tar-Riskji tal-Awtorità Bankarja Ewropea, bħar-Redditu fuq l-Ekwità u Introjtu mill-imgħax nett għall-introjtu operatorju kollu. |
(5) |
Indikaturi dwar is-solvenza ta' gruppi bankarji kbar tal-Istati Membri parteċipanti li jinsabu fit-Tabella Operattiva tar-Riskji tal-Awtorità Bankarja Ewropea, bħal kapital tal-Grad 1 għall-assi totali minbarra assi intanġibbli u Self danneġġat u self skadut għal self totali. |
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/9 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/748
tal-14 ta' Diċembru 2016
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tal-massa tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-2013, fl-2014 u fl-2015
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-valur tal-massa medja użat għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida, irid jiġi aġġustat kull tliet snin biex tittieħed inkunsiderazzjoni kull bidla fil-massa medja tal-vetturi l-ġodda rreġistrati fl-Unjoni. |
(2) |
Mill-monitoraġġ tal-massa fi stat operattiv tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fis-snin kalendarji 2013, 2014 u 2015 huwa evidenti li l-massa medja żdiedet u li ċ-ċifra M0 imsemmija fil-punt 1(b) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għandha għalhekk tiġi aġġustata. |
(3) |
Il-valur il-ġdid għandu jiġi ddeterminat billi jitiqiesu biss dawk il-valuri li l-manifatturi tal-vetturi kkonċernati setgħu jivverifikaw, filwaqt li jiġu esklużi mill-kalkolu l-valuri li kienu manifestament żbaljati, jiġifieri valuri ta' anqas minn 500 kg, kif ukoll il-valuri li jirrelataw mal-vetturi li kienu jaqgħu 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, inklużi vetturi b'massa ta' referenza li ma taqbiżx l-2 840 kg. Barra minn hekk, il-valur il-ġdid huwa bbażat fuq il-medja ponderata billi jitqies l-għadd ta' reġistrazzjonijiet ġodda f'kull sena ta' referenza. |
(4) |
F'dan l-isfond, il-valur ta' M0 li jrid jiġi applikat mill-2018 għandu jiżdied b'60,4 kg minn 1 706,0 sa 1 766,4, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Punt 1(b) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Mill-2018:
L-emissjoni speċifika ta' CO2 = 175 + a × (M – M0)
Fejn:
M |
= |
il-massa tal-vettura f'kilogrammi (kg) |
M0 |
= |
1 766,4 |
a |
= |
0,093;”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/11 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/749
tal-24 ta' Frar 2017
li jemenda r-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tal-Każakistan mil-lista ta' pajjiżi fl-Anness I tagħha
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
(1) |
Waqt li titqies l-adeżjoni tal-Każakistan mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet li l-Każakistan jitneħħa mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/755. |
(2) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2015/755 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755, jitħassar l-isem “il-Każakistan”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33.
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/12 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/750
tal-24 ta' Frar 2017
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi dazji doganali fuq l-importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta' April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
(1) |
Minħabba n-nuqqas tal-Istati Uniti biex iġibu l-Att dwar il-Kumpens għall-Persistenza tad-Dumping u għaż-Żamma tas-Sussidji (CDSOA) konformi mal-obbligi skont il-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 impona dazju doganali addizzjonali ad valorem ta' 15 % fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika mill-1 ta' Mejju 2005. B'konformità mal-awtorizzazzjoni tad-WTO biex tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet lill-Istati Uniti, il-Kummissjoni għandha taġġusta l-livell tas-sospensjoni kull sena għal-livell ta' nullifikazzjoni jew indebolment, ikkawżat mis-CDSOA lill-Unjoni Ewropea f'dak iż-żmien. |
(2) |
L-iżborżi tas-CDSOA għall-aktar sena riċenti li għaliha hemm data disponibbli għandhom x'jaqsmu mad-distribuzzjoni ta' dazji antidumping u kompensatorji miġbura matul is-Sena Fiskali 2016 (mill-1 ta' Ottubru 2015 sat-30 ta' Settembru 2016) kif ukoll mad-distribuzzjoni addizzjonali ta' dazji antidumping u kompensatorji miġbura matul is-Snin Fiskali 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015. Abbażi tad-data ppublikata mill-Ħarsien tad-Dwana u tal-Fruntieri tal-Istati Uniti, il-livell ta' nullifikazzjoni jew indebolment kkawżat lill-Unjoni huwa kkalkulat li jammonta għal USD 8 165 179. |
(3) |
Il-livell ta' nullifikazzjoni jew indebolment, u konsegwentement ta' sospensjoni, naqas. Madankollu, il-livell ta' sospensjoni ma jistax jiġi aġġustat għal-livell ta' nullifikazzjoni jew indebolment billi jiżdiedu jew jitneħħew prodotti mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 673/2005. Minħabba f'hekk, skont l-Artikolu 3(1)(e) ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm il-lista ta' prodotti fl-Anness I bla tibdil u temenda r-rata tad-dazju addizzjonali sabiex taġġusta l-livell ta' sospensjoni għal-livell ta' nullifikazzjoni jew indebolment. Jenħtieġ għalhekk li l-erba' prodotti elenkati fl-Anness I jinżammu fil-lista u jinħtieġ li r-rata tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali tiġi emendata u ffissata għal 4,3 %. |
(4) |
L-effett ta' dazju tal-importazzjoni addizzjonali ad valorem ta' 4,3 % fuq importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodotti fl-Anness I jirrappreżenta, fuq tul ta' sena, valur ta' kummerċ li ma jaqbiżx USD 8 165 179. |
(5) |
Biex ikun żgurat li ma jkun hemm ebda dewmien fl-applikazzjoni tar-rata emendata tad-dazju ta' importazzjoni addizzjonali, jinħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 673/2005 jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 2
Dazju ad valorem ta' 4,3 % addizzjonali għad-dazju doganali applikabbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (*1) għandu jiġi impost fuq il-prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1; kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 52).
ANNESS
ANNESS I
Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw dazji addizzjonali huma identifikati mill-kodiċijiet NM tagħhom bi tmien ċifri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati skont dawn il-kodiċijiet tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 (2).
|
0710 40 00 |
|
9003 19 30 |
|
8705 10 00 |
|
6204 62 31 |
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/15 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/751
tas-16 ta' Marzu 2017
li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 fir-rigward tal-iskadenza għall-konformità mal-obbligi tal-ikklerjar għal ċerti kontropartijiet li jittrattaw id-derivati OTC
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205 (2), (UE) 2016/592 (3) u (UE) 2016/1178 (4) jiddeterminaw erba' kategoriji ta' kontropartijiet għall-finijiet ta' stabbiliment tad-dati li fihom isiru effettivi l-obbligi tal-ikklerjar rispettivi. Il-kontropartijiet huma kategorizzati skont il-livelli ta' kapaċità ġuridika u operazzjonali tagħhom u skont l-attività ta' negozjar tagħhom fir-rigward tad-derivati OTC. |
(2) |
Sabiex jippermettu l-applikazzjoni bla xkiel u ordnata tal-obbligu tal-ikklerjar, ġew applikati perjodi ta' introduzzjoni gradwali għal dawk il-kategoriji differenti ta' kontropartijiet. |
(3) |
Id-data li fiha l-obbligu tal-ikklerjar issir effettiva għall-kontropartijiet tal-Kategorija 3 tqis il-fatt li l-biċċa l-kbira ta' dawk il-kontropartijiet jista' jkollhom aċċess biss għal kontroparti ċentrali (CCP — central counterparty) billi jsiru klijent jew klijent indirett ta' membru tal-ikklerjar. |
(4) |
Il-kontropartijiet bl-aktar livell baxx ta' attività f'derivati OTC huma inklużi fil-Kategorija 3. Evidenza riċenti tissuġġerixxi li l-kontropartijiet jiffaċċjaw diffikultajiet sinifikanti fit-tħejjija ta' arranġamenti meħtieġa biex tikklerja dawk il-kuntratti tad-derivati. Dan minħabba kumplessitajiet li jaffettwaw iż-żewġ tipi ta' aċċess għal arranġamenti ta' kklerjar, jiġifieri kklerjar tal-klijenti u kklerjar indirett tal-klijenti. |
(5) |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-arranġamenti tal-ikklerjar tal-klijenti, jidher li hemm ftit inċentivi biex il-membri tal-ikklerjar jiżviluppaw b'mod estensiv l-offerta tal-ikklerjar tal-klijenti, minħabba kwistjonijiet ta' kostijiet. Dan huwa minnu speċjalment għall-kontropartijiet b'volum limitat ta' attivitajiet fid-derivati OTC. Barra minn hekk, il-qafas regolatorju dwar ir-rekwiżiti kapitali applikabbli għall-attivitajiet tal-ikklerjar tal-klijenti qed jiġi mmodifikat, u dan joħloq inċertezzi li jaġixxu bħala impedimenti għall-iżvilupp ta' firxa ta' offerti tal-ikklerjar tal-klijenti minn membri tal-ikklerjar. |
(6) |
It-tieni nett, fir-rigward tal-arranġamenti tal-ikklerjar, bħala riżultat tan-nuqqas tal-offerta, il-kontropartijiet attwalment ma jistgħux jaċċessaw is-CCPs billi jsiru klijent indirett ta' membru tal-ikklerjar. |
(7) |
Abbażi ta' dawn id-diffikultajiet u sabiex dawn il-kontropartijiet jingħataw perjodu addizzjonali ta' żmien biex jiffinalizzaw l-arranġamenti tal-ikklerjar meħtieġa, jeħtieġ li d-dati li fihom l-obbligu tal-ikklerjar isir effettiv għall-kontropartijiet tal-Kategorija 3 jiġu posposti. Madankollu, diġà tqiesu l-inċentivi biex tiġi ċentralizzata l-ġestjoni tar-riskju fil-grupp fir-rigward tat-tranżazzjonijiet intragrupp u l-posponiment tad-dati ma għandu l-ebda impatt fuq dawn id-dati u dawn id-dati li jikkonċernaw ċerti derivati OTC konklużi bejn il-kontropartijiet li jappartjenu għall-istess grupp. |
(8) |
Fid-dawl tal-konsegwenzi pożittivi li jirriżultaw mill-istabbiliment tal-arranġamenti tal-ikklerjar biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi rigward il-preparamenti biex jiġu kklerjati klassijiet differenti ta' assi soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, huwa xieraq li d-dati l-ġodda li fihom l-obbligu tal-ikklerjar isir effettiv għall-kontropartijiet tal-Kategorija 3 jiġu allinjati. |
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 jiġu emendati skont dan. |
(10) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) lill-Kummissjoni. |
(11) |
L-AETS wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa msejjes dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali, talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u kkonsultat lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2205
Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(c) |
fil-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;”. |
Artikolu 2
Emendi fir-Regolament Delegat (UE) 2016/592
Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/592, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(c) |
fil-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;”. |
Artikolu 3
Emendi fir-Regolament Delegat (UE) 2016/1178
Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1178, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(c) |
il-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;”. |
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropa.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 13).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 tal-1 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 5).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 tal-10 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 195, 20.7.2016, p. 3).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84)
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/752
tat-28 ta' April 2017
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a), (c), (d), (e), (h), (i) u (j), u l-Artikolu 11(3),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (2) (“ir-Regolament”) jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel. |
(2) |
Mill-aħħar darba li ġie emendat ir-Regolament, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat rapporti oħra dwar sustanzi partikolari li jistgħu jintużaw f'materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel kif ukoll dwar l-użu permess ta' sustanzi li diġà tkun inħarġet awtorizzazzjoni għalihom. Barra minn hekk, ġew identifikati xi żbalji u ambigwitajiet fit-test. Sabiex jiġi żgurat li r-Regolament jirrifletti l-iktar sejbiet reċenti tal-Awtorità u sabiex jitneħħa kwalunkwe dubju fir-rigward tal-applikazzjoni korretta tiegħu, jenħtieġ li r-Regolament jiġi emendat u kkoreġut. |
(3) |
L-awtorizzazzjoni ta' diversi sustanzi fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament tirreferi għan-nota (1) fit-Tabella 3 ta' dak l-Anness. Għalhekk, il-konformità tiġi vverifikata permezz tal-kontenut residwu għall-erja tas-superfiċe ta' kuntatt mal-ikel (QMA), sakemm ma jkunx hemm metodu analitiku biex tiġi stabbilita l-migrazzjoni speċifika. Peress li hemm metodi adegwati ta' ttestjar tal-migrazzjoni, u ġew speċifikati l-limiti ta' migrazzjoni speċifika, jenħtieġ li l-possibbiltà li l-konformità tiġi vverifikata permezz tal-kontenut residwu titneħħa mill-entrati għal sustanzi bin-Nri tal-FCM 142, 168, 202, 387, 462, 467, 481, 502, 662 u 779. |
(4) |
L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika (3) favorevoli dwar l-użu tas-sustanza dietil[[3,5-bis(1,1-dimetiletil)-4-idrossifenil]metil]fosfonat, bin-numru tas-CAS 976-56-7 u s-sustanza bin-Nru tal-FCM 1007. L-Awtorità kkonkludiet li s-sustanza mhijiex ta' tħassib għas-sikurezza tal-konsumatur jekk tintuża sa 0,2 % tal-piż skont il-piż abbażi tal-piż finali tal-polimeri fil-proċess ta' polimerizzazzjoni għall-manifattura ta' polietilentereftalat (PET) maħsub għall-kuntatt ma' kull tip ta' ikel fi kwalunkwe kundizzjoni ta' kuntatt ta' ħin u ta' temperatura. Għalhekk, jenħtieġ li dik is-sustanza tiżdied mal-lista ta' sustanzi awtorizzati tal-Unjoni bir-restrizzjoni li tintuża biss fil-proċess ta' polimerizzazzjoni fil-proċess ta' polimerizzazzjoni għall-manifattura tal-PET u sa 0,2 % (tal-piż skont il-piż). Peress li l-Awtorità indikat li s-sustanza tintuża fil-proċess ta' polimerizzazzjoni u ssir parti mis-sinsla polimerika tal-polimeru finali, jenħtieġ li tiġi elenkata bħala sustanza inizjali. |
(5) |
L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika (4) favorevoli dwar l-użu tas-sustanza (aċidu metakriliku, akrilat etiliku, akrilat n-butil, metakrilat tal-metil u butadjen) kopolimerika fin-nanoforma, mas-sustanza bin-Nru tal-FCM 1016. L-Awtorità kkonkludiet li s-sustanza mhijiex ta' tħassib għas-sikurezza tal-konsumatur jekk tintuża bħala addittiv sa 10 % tal-piż skont il-piż fil-klorur tal-polivinil (PVC) mhux plastiċizzat jew sa 15 % tal-piż skont il-piż fil-poliattur (PLA) mhux plastiċizzat, li jintuża f'kuntatt ma' kull tip ta' ikel, f'temperatura ambjentali jew inqas, għal ħżin fit-tul. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-addittiv jiġi inkluż fil-lista ta' sustanzi awtorizzati tal-Unjoni bir-restrizzjoni li jenħtieġ li dawk l-ispeċifikazzjonijiet jiġu ssodisfati. |
(6) |
L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika (5) favorevoli dwar l-użu tal-addittiv tat-tafal montmorillonit immodifikat bil-klorur tad-dimetildialkil(C16-C18)ammonju bin-Nru tal-FCM 1030. L-Awtorità kkonkludiet li l-użu tat-taħlita mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza jekk is-sustanza tintuża sa 12 % tal-piż skont il-piż fil-poljolefini maħsuba għall-ikel niexef li għalih huwa assenjat is-simulant E fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, u jekk tintuża f'temperatura ambjentali jew inqas, u jekk il-migrazzjoni tas-sustanzi 1-kloroeżadekan u 1-kloroottadekan li jistgħu jkunu preżenti bħala impuritajiet jew bħala prodotti ta' degradazzjoni ma taqbiżx iż-0,05 mg/kg ta' ikel. L-Awtorità nnutat li l-partikuli jaf jiffurmaw pjastrini li jistgħu jkunu f'dimensjoni waħda fil-medda nano iżda li l-migrazzjoni ta' dawn il-pjastrini ma tkunx mistennija jekk dawn ikunu orjentati b'mod parallel mas-superfiċe tar-rita u meta jkunu integrati għalkollox fil-polimeri. Għalhekk, jenħtieġ li dak l-addittiv jiġi inkluż fil-lista ta' sustanzi awtorizzati tal-Unjoni bir-restrizzjoni li jenħtieġ li dawk l-ispeċifikazzjonijiet jiġu ssodisfati. |
(7) |
L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika (6) favorevoli dwar l-użu tal-addittiv aċetat tal-α-tokoferol bin-Nru tal-FCM 1055, u n-Nri tas-CAS 7695-91-2 u 58-95-7. L-Awtorità kkonkludiet li l-użu tas-sustanza bħala antiossidant fil-poljolefini mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza. L-Awtorità nnutat li s-sustanza tidrolizza mat-α-tokoferol u mal-aċidu aċetiku li t-tnejn huma addittivi tal-ikel awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). B'hekk, hemm riskju li jinqabżu r-restrizzjonijiet stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u li huma applikabbli għal dawk iż-żewġ prodotti tal-idroliżi. Għaldaqstant, jenħtieġ li dak l-addittiv jiġi inkluż fil-lista ta' sustanzi awtorizzati tal-Unjoni bir-restrizzjoni li jista' jintuża biss bħala antiossidant fil-poljolefini, u jenħtieġ li tiżdied nota li r-restrizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 iridu jiġu ssodisfati. |
(8) |
L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika (8) favorevoli dwar l-użu tal-addittiv tal-qxur taż-żerriegħa mitħuna tal-ġirasol bin-Nru tal-FCM 1060. L-Awtorità kkonkludiet li l-użu tas-sustanza mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza jekk din tintuża bħala addittiv fl-oġġetti tal-plastik maħsuba għall-kuntatt ma' ikel niexef, jekk dawn jintużaw f'temperatura ambjentali jew inqas. Jenħtieġ li l-qxur taż-żerriegħa jinkisbu minn żrieragħ tal-ġirasol li jkunu tajbin għall-konsum mill-bniedem u jenħtieġ li l-plastik li jitpoġġa fih l-addittiv ikun soġġett għal temperaturi tal-ipproċessar li ma jkunux ogħla minn 240 °C. Għalhekk, jenħtieġ li dak l-addittiv jiġi inkluż fil-lista ta' sustanzi awtorizzati tal-Unjoni bir-restrizzjoni li jista' jintuża biss f'kuntatt ma' ikel li għalih ikun assenjat is-simulant E fit-Tabella 2 tal-Anness III, u jekk jinkiseb minn żrieragħ tal-ġirasol li jkunu tajbin għall-konsum mill-bniedem, u l-plastik li jirriżulta u li jitpoġġa fih l-addittiv ma jkunx soġġett għal temperaturi tal-ipproċessar li jkunu ogħla minn 240 °C. |
(9) |
L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika (9) favorevoli dwar l-użu tat-taħlita ddefinita bin-Nru tal-FCM 1062, komposta minn 97 % ortosilikat tetraetil (TEOS) bin-Nru tas-CAS 78-10-4 u minn 3 % eżametildisilażan (HMDS) bin-Nru tas-CAS 999-97-3. L-Awtorità kkonkludiet li t-taħlita mhijiex ta' tħassib għas-sikurezza jekk tintuża sa 0,12 % (tal-piż skont il-piż) bħala sustanza inizjali waqt ir-riċiklaġġ tal-PET. Għalhekk, jenħtieġ li t-taħlita tiżdied bħala sustanza inizjali fil-lista ta' sustanzi awtorizzati tal-Unjoni bir-restrizzjoni li tintuża biss waqt ir-riċiklaġġ tal-PET u sa 0,12 % (tal-piż skont il-piż). |
(10) |
L-Awtorità adottat opinjoni dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika marbuta mal-preżenza ta' nikil fl-ikel u fl-ilma tajjeb għax-xorb (10). L-opinjoni tistabbilixxi doża tollerabbli ta' kuljum (TDI) ta' 2,8 μg ta' nikil għal kull kg ta' piż tal-ġisem għal kull ġurnata, u tindika li l-esponiment kroniku medju fid-dieta għan-nikil huwa 'l fuq mit-TDI, b'mod partikolari meta titqies il-popolazzjoni taż-żgħażagħ. B'hekk, huwa xieraq li jiġi applikat fattur ta' allokazzjoni ta' 10 % għal-limitu ta' migrazzjoni li jkun idderivat b'mod konvenzjonali. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi applikat limitu ta' migrazzjoni ta' 0,02 mg/kg ta' ikel għall-migrazzjoni tan-nikil minn materjali tal-plastik li jiġu f'kuntatt mal-ikel. Għalhekk, jenħtieġ li dak il-limitu jiżdied mal-ispeċifikazzjoni għall-migrazzjoni tal-metall fl-Anness II tar-Regolament. |
(11) |
Il-punt 4 tal-Anness III tar-Regolament jassenja kombinazzjonijiet ta' simulanti li jkunu rappreżentattivi għal tipi differenti ta' ikel li jenħtieġ li jintużaw għall-ittestjar tal-migrazzjoni globali. It-test tal-punt 4 mhux ċar biżżejjed u għaldaqstant jenħtieġ li jiġi ċċarat. |
(12) |
Il-punt 8(iii) tal-Anness IV tar-Regolament jistabbilixxi li d-Dikjarazzjoni ta' Konformità maħruġa minn operatur tan-negozju tista' tispeċifika l-proporzjon tal-erja tas-superfiċe ta' kuntatt mal-ikel mal-volum li ntuża biex ġiet stabbilita l-konformità tal-materjal jew tal-oġġett. Madankollu, mhux dejjem ikun ċar għall-operatur li jirċievi l-materjal jew l-oġġett jekk dan il-proporzjon ikunx ukoll l-ogħla proporzjon li bih ikun konformi mal-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament. F'każijiet oħra, jaf li ma jkunx jagħmel sens li jiġi speċifikat il-proporzjon tas-superfiċje mal-volum biex wieħed jifhem jekk il-konformità tistax titqies issodisfata fil-proporzjonijiet tal-materjal jew tal-oġġett finali. F'dawn il-każijiet, ikun hemm bżonn ta' tagħrif ekwivalenti, bħal pereżempju l-volum minimu tal-imballaġġ fil-każ ta' kapep u lukketti. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-punt 8(iii) tal-Anness IV tar-Regolament jiġi ċċarat billi ssir referenza għall-ogħla proporzjon tas-superfiċe mal-volum li bih tkun ġiet stabbilita l-konformità skont l-Artikoli 17 u 18 jew għal tagħrif ekwivalenti. |
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 10/2011 jiġi emendat skont dan. |
(14) |
Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv u biex l-operaturi tan-negozju jingħataw biżżejjed żmien biex jaġġustaw il-prattiki tagħhom biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu pprovduti miżuri tranżizzjonali. |
(15) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik li jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 kif applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jistgħu jitqiegħdu fis-suq sad-19 ta' Mejju 2018 u jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt 2 tal-Anness għandu japplika mid-19 ta' Mejju 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).
(3) EFSA Journal 2016;14(7):4536.
(4) EFSA Journal 2015;13(2):4008.
(5) EFSA Journal 2015;13(11):4285.
(6) EFSA Journal 2016;14(3):4412.
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).
(8) EFSA Journal 2016;14(7):4534.
(9) EFSA Journal 2016;14(1):4337.
(10) EFSA Journal 2015;13(2):4002.
ANNESS
Ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fil-punt 1 tal-Anness II, il-frażi li ġejja tiddaħħal wara Manganiż: “Nikil = 0,02 mg/kg ta' ikel jew ta' simulant tal-ikel.”; |
(3) |
Fl-Anness III, il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej: “4. Assenjazzjoni tas-simulanti tal-ikel għall-ittestjar tal-migrazzjoni ġenerali Sabiex it-testijiet juru l-konformità mal-limitu ta' migrazzjoni ġenerali, is-simulanti tal-ikel għandhom jintgħażlu kif stabbilit fit-Tabella 3: Tabella 3 Assenjazzjoni tas-simulanti tal-ikel biex tintwera l-konformità mal-limitu ta' migrazzjoni ġenerali
|
(4) |
Fl-Anness IV, il-punt 8(iii) jinbidel b'dan li ġej:
|
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/24 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/753
tat-28 ta' April 2017
li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċjalofop-butil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 20(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/64/KE (2) inkludiet iċ-ċjalofop-butil bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3). |
(2) |
Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). |
(3) |
Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċjalofop-butil, tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2017. |
(4) |
Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-inklużjoni taċ-ċjalofop-butil fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (5) fil-perjodu taż-żmien stipulat f'dak l-Artikolu. |
(5) |
L-applikant ressaq id-dossiers supplimentari meħtieġa skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta. |
(6) |
L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem: “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-18 ta' Ottubru 2013. |
(7) |
L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll is-sommarju tad-dossier supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
(8) |
Fid-9 ta' Diċembru 2014, l-Awtorità kkomunikat lill-Kummissjoni l-konklużjoni (6) tagħha dwar jekk jistax jiġi mistenni li ċ-ċjalofop-butil tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fit-28 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni għaċ-ċjalofop-butil lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
(9) |
Dwar l-użu rappreżentattiv, wieħed jew aktar, ta' mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għaldaqstant, qed jitqies li ġew issodisfati dawk il-kriterji għall-approvazzjoni. |
(10) |
Għalhekk, huwa xieraq li l-approvazzjoni taċ-ċjalofop-butil tiġġedded. |
(11) |
Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni taċ-ċjalofop-butil hija msejsa fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iċ-ċjalofop-butil. Għalhekk, huwa xieraq li ma tinżammx ir-restrizzjoni fuq l-użu esklussivament bħala erbiċida. |
(12) |
Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet. |
(13) |
F'konformità mal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 13(4) tiegħu, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(14) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċjalofop-butil, kif speċifikata fl-Anness I, hija mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-istess Anness.
Artikolu 2
Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/64/KE tal-15 ta' Lulju 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex jinkludu cinidon-ethyl, cyhalofop butyl, famoxadone, florasulam, metalaxyl-M u picolinafen bħala sustanzi attivi (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 27).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).
(6) EFSA Journal 2014;12(1):3943. Disponibbli online fuq: www.efsa.europa.eu
ANNESS I
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||
Ċjalofop-butil Numru CAS 122008-85-9 Numru CIPAC 596 |
butil (R)-2-[4-(4-ċijano-2-fluworofenossi) fenossi]propjonat |
950 g/kg |
fl-1 ta' Lulju 2017 |
fit-30 ta' Ġunju 2032 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iċ-ċjalofop-butil, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:
Meta jkun xieraq, il-kondizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-Parti A, titħassar l-annotazzjoni 34 dwar iċ-Ċjalofop butil; |
(2) |
fil-Parti B tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:
|
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/28 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/754
tat-28 ta' April 2017
li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw fl-Ekwador
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni (UE) 2016/2369 (2) (“id-Deċiżjoni”), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll tal-Adeżjoni (“il-Protokoll”) tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Kolombja u l-Perù (“il-Ftehim”) min-naħa l-oħra, biex iqisu l-adeżjoni tal-Ekwador għall-Ftehim u jipprevedu l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll mill-1 ta' Jannar 2017 (3). |
(2) |
Il-Ftehim jistipula li d-dazji doganali fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti li joriġinaw fl-Ekwador għandhom jitnaqqsu jew jiġu eliminati skont l-iskeda ta' tneħħija tat-tariffi fl-Anness I tal-Ftehim. L-Anness I jipprevedi li għal ċerti oġġetti li joriġinaw fl-Ekwador, it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali huma mogħtija fi ħdan il-kwoti tariffarji. |
(3) |
Il-kwoti tariffarji stabbiliti fis-subtaqsima 3 tat-Taqsima B tal-Appendiċi 1 tal-Anness I tal-Ftehim jenħtieġ li jiġu ġestiti mill-Kummissjoni abbażi tal-ordni kronoloġika tad-dati ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera f'konformità mar- Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4). |
(4) |
Sabiex jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-ġestjoni bla xkiel tas-sistema tal-kwoti mogħtija skont il-Protokoll, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data bħal dik tal-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni huma miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw fl-Ekwador kif stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2369 tal-11 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll tal-Adeżjoni mal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (ĠU L 356, 24.12.2016, p. 1).
(3) ĠU L 358, 29.12.2016, p. 1.
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
ANNESS
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti fil-ħames kolonna tat-tabella għandu jitqies biss bħala kliem ta' valur indikattiv.
L-iskema preferenzjali hija determinata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM stabbiliti fit-tielet kolonna tat-tabella kif applikabbli fil-ħin tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta jiġu indikati ex kodiċijiet tan-NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata mill-applikazzjoni tal-kodiċijiet tan-NM u mid-deskrizzjonijiet korrispondenti fil-ħames kolonna tat-tabella meħuda flimkien.
Numru tal-Ordni |
|
Kodiċi tan-NM |
Sottodiviżjoni tat-TARIC |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-kwota |
Volum tal-kwota (piż nett f'tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) |
Dazju tal-kwota tariffarja |
09.7525 |
|
0703 20 00 |
|
Tewm, frisk jew imkessaħ |
1.1-31.12 |
500 |
0 |
09.7526 |
|
0710 40 00 |
|
Qamħ ħelu, mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma, iffriżat |
1.1-31.12 |
300 |
0 |
2004 90 10 2005 80 00 |
|
Qamħ ħelu (Zea Mays var. Saccharata), ippreparat jew ippreservat b'mod ieħor milli fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku |
|||||
09.7527 |
|
0711 51 00 |
|
Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, ippreservat provviżjonalment (pereżempju, bil-gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw) iżda mhux tajjeb f'dak l-istat għal konsum immedjat |
1.1-31.12 |
100 |
0 |
2003 10 20 2003 10 30 |
|
Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, ippreparat jew ippreservat mof ieħor milli fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku |
|||||
09.7528 |
|
0711 90 30 |
|
Qamħ ħelu ppreservat provviżjonalment pereżempju, bil-gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw, iżda mhux tajjeb f'dak l-istat għal konsum immedjat |
1.1-31.12 |
400 |
0 |
2001 90 30 |
|
Qamħ ħelu (Zea Mays var. Saccharata), ippreparat jew ippreservat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku |
|||||
2008 99 85 |
|
Qamħirrum (qamħ), ippreparat jew ippreservat mingħajr l-ispirtu miżjud jew zokkor miżjud (ħlief qamħ ħelu (Zea mays var. Saccharata)) |
|||||
09.7529 |
|
1005 90 00 |
|
Qamħirrum (ħlief żerriegħa) |
1.1-31.12 |
37 000 (1) |
0 |
1102 20 |
|
Dqiq tal-qamħirrum |
|||||
09.7530 |
|
1006 10 30 1006 10 50 1006 10 71 1006 10 79 1006 20 1006 30 1006 40 |
|
Ross (ħlief ross bil-ħliefa, għaż-żrigħ) |
1.1-31.12 |
5 000 |
0 |
09.7531 |
|
1108 14 00 |
|
Lamtu tal-kassava (manioc) |
1.1-31.12 |
3 000 |
0 |
09.7532 |
|
1701 13 1701 14 |
|
Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li ma fihx miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur |
1.1-31.12 |
15 000 (2) |
0 |
09.7533 |
|
1701 91 1701 99 |
|
Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrows kimikament pur, f'forma solida, ħlief zokkor mhux raffinat li ma fihx miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur |
1.1-31.12 |
10 000 tunnellata espressa f'ekwivalenti ta' zokkor mhux raffinat (3) |
0 |
|
1702 30 |
|
Glukows f'forma solida u ġulepp tal-glukows, li ma fihomx fruktows jew fihom fl-istat xott anqas minn 20 % tal-piż fruktows |
||||
|
1702 40 90 |
|
Glukows f'forma solida u ġulepp tal-glukows, li ma fihomx miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur, u li fihom fl-istat xott għall-inqas 20 % iżda inqas minn 50 % tal-piż fruktows (ħlief isoglukows u zokkor maqlub (invert)) |
||||
|
1702 50 |
|
Fruktows kimikament pur |
||||
|
1702 90 30 1702 90 50 1702 90 71 1702 90 75 1702 90 79 1702 90 80 1702 90 95 |
|
Zokkrijiet oħrajn (ħlief laktows u ġulepp tal-laktows, zokkor tal-aġġru u ġulepp ta l-aġġru, glukows u ġulepp tal-glukows, fruktows u ġulepp tal-fruktows u maltosju kimikament pur) inkluż zokkor maqlub (invert) u zokkor ieħor u taħlit ta' ġulepp taz-zokkor li fihom fl-istat xott 50 % tal-piż fruktows |
||||
Ex |
1704 90 99 |
91 99 |
Ħelu taz-zokkor ieħor, mingħajr kawkaw, li fih 70 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) |
||||
|
1806 10 30 1806 10 90 |
|
Trab tal-kawkaw li fih 65 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) jew isoglukows imfisser bħala sukrows |
||||
Ex |
1806 20 95 |
90 |
Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw, fi blokki, ċangaturi jew biċċiet jiżnu iktar minn 2 kg jew f'forma likwida, pejst, trab, granulari jew f'xi forma oħra bl-ingrossa ġo kontenituri jew pakki diretti, b'kontenut itqal minn 2 kg, li fihom inqas minn 18 % tal-piż butir tal-kawkaw (ħlief trab tal-kawkaw, kisi b'taħwir taċ-ċikkulata u frak tal-ħalib taċ-ċikkulata), li fihom 70 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) |
||||
Ex |
1901 90 99 |
36 |
Preparazzjonijiet oħra tal-ikel, li fihom 70 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) |
||||
Ex |
2006 00 31 |
90 |
Ċirasa, ippreservata biz-zokkor (ixxuttata, glasè jew mgħassla) li fiha 70 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) |
||||
Ex |
2006 00 38 |
19 89 |
Ħxejjex, frott, ġewż, qoxra tal-frott u partijiet oħrajn ta' pjanti (ħlief ġinġer, ċirasa, frott tropikali u ġewż tropikali), ippreservati biz-zokkor (ixxuttati, glasè jew mgħasslin) li fihom 70 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) |
||||
Ex Ex Ex |
2007 91 10 2007 99 20 2007 99 31 |
90 90 95 99 95 99 95 99 02 04 06 17 19 24 27 30 34 37 40 44 47 52 56 75 85 |
Ġammijiet, ġèli tal-frott, marmellati, puré tal-frott jew tal-ġewż u pejsts tal-frott u tal-ġewż, miksubin bit-tisjir, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud inkella le (ħlief preparazzjonijiet omoġenizzati), li fihom 70 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) |
||||
Ex |
2007 99 33 |
||||||
Ex |
2007 99 35 |
||||||
Ex |
2007 99 39 |
||||||
Ex |
2009 11 11 |
19 99 |
Meraq tal-frott jew tal-ħxejjex, ta' valur taħt it-EUR 30 kull 100 kg piz nett, b'kontenut ta' zokkor miżjud ogħla minn 30 % tal-piż |
||||
Ex |
2009 11 91 2009 19 11 |
29 39 59 79 |
|||||
Ex |
2009 19 91 2009 29 11 |
19 99 |
|
||||
Ex |
2009 29 91 2009 39 11 |
19 99 |
|
||||
Ex |
2009 39 51 2009 39 91 2009 49 11 |
19 99 |
|
||||
Ex |
2009 49 91 2009 81 11 2009 81 51 |
90 |
|
||||
Ex |
2009 89 11 |
19 99 29 39 59 79 |
|
||||
Ex |
2009 89 35 |
||||||
|
2009 89 61 2009 89 86 |
|
|
||||
Ex Ex |
2009 90 11 2009 90 21 |
90 19 99 |
Taħlit ta' meraq, ta' valur taħt it-30 EUR kull 100 kg piz nett, b'kontenut ta' zokkor miżjud ogħla minn 30 % tal-piż |
||||
|
2009 90 31 2009 90 71 2009 90 94 |
|
|||||
Ex Ex |
2101 12 98 2101 20 98 |
92 85 |
Preparazzjonijiet b'bażi ta' kafè, te jew matè li fihom 70 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) jew isoglukows imfisser bħala sukrows |
||||
Ex |
2106 90 98 |
26 33 34 38 53 55 |
Preparazzjonijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra li fihom 70 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) jew isoglukows imfisser bħala sukrows |
||||
Ex |
3302 10 29 |
10 |
Preparazzjonijiet b'bażi ta' sustanzi li jfuħu, li fihom l-aġenti kollha ta' taħwir li jikkaratterizzaw xarba, ta' tip użat fl-industriji tax-xorb, b'saħħa alkoħolika attwali bil-volum aktar minn 0,5 %, li fihom, bil-piż, 1,5 % jew aktar xaħam tal-ħalib, 5 % jew aktar glukows jew lamtu, li fihom 70 % jew aktra tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) jew isoglukows imfisser bħala sukrow |
||||
09.7534 |
|
2208 40 51 |
|
Rum b'kontenut ta' sustanzi volatili li mhumiex alkoħol etiliku u metiliku ta' 225 gramma jew aktar kull ettolitru ta' alkoħol pur (b'tolleranza ta' 10 %), f'kontenituri jesgħu aktar minn 2 litri |
1.1-31.12 |
250 ettolitru (4) |
0 |
2208 40 99 |
|
Rum f'kontenituri jesgħu aktar minn 2 litri, ta' valur inqas minn EUR 2 kull litru ta' alkoħol pur |
(1) Mill-1 ta' Jannar 2018, il-volum se jiżdied b'1 110 tunellati metriċi fis-sena.
(2) Mill-1 ta' Jannar 2018, il-volum se jiżdied b'450 tunellata metrika fis-sena.
(3) Mill-1 ta' Jannar 2018, il-volum se jiżdied b'150 tunellata metrika espressa f'ekwivalenti ta' zokkor mhux raffinat fis-sena.
(4) Mill-1 ta' Jannar 2018, il-volum se jiżdied b'10 ettolitri fis-sena.
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/35 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/755
tat-28 ta' April 2017
li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva meżosulfuron skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/119/KE (2) inkludiet il-meżosulfuron bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3). |
(2) |
Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). |
(3) |
Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva meżosulfuron tiskadi fil-31 ta' Jannar 2018. |
(4) |
Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-meżosulfuron skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien stipulat fl-istess Artikolu. |
(5) |
L-applikant ressaq il-fajls addizzjonali meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta. |
(6) |
L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem: “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fil-5 ta' Ottubru 2015. |
(7) |
L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll is-sommarju tad-dossier supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
(8) |
Fit-22 ta' Settembru 2016, l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (6) dwar jekk jistax jiġi mistenni li l-meżosulfuron (meqjus bħala varjant tal-meżosulfuron-metil) jissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fis-6 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport tat-tiġdid għall-meżosulfuron lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
(9) |
Dwar l-użu rappreżentattiv, wieħed jew aktar, ta' mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. |
(10) |
Għalhekk, huwa xieraq li l-approvazzjoni tal-meżosulfuron tiġġedded. |
(11) |
Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-meżosulfuron hija msejsa fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-meżosulfuron. Għalhekk, huwa xieraq li titneħħa r-restrizzjoni fuq l-użu esklussivament bħala erbiċida. |
(12) |
Madankollu, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kondizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma. |
(13) |
Skont l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 13(4) tiegħu, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(14) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2016 (7) estenda l-perjodu ta' approvazzjoni tal-meżosulfuron sal-31 ta' Jannar 2018 sabiex il-proċess ta' tiġdid ikun jista' jitlesta qabel tiskadi l-approvazzjoni ta' dik is-sustanza. Billi d-deċiżjoni favur it-tiġdid ittieħdet qabel din id-data ta' skadenza estiża, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Lulju 2017. |
(15) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva meżosulfuron, kif speċifikata fl-Anness I, hija mġedda soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-istess Anness.
Artikolu 2
Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/119/KE tal-5 ta' Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-mesosulfuron, l-propoxycarbazone u l-zoxamide bħala sustanzi attivi (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 41).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
(6) EFSA (European Food Safety Authority), 2016. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance mesosulfuron (variant evaluated mesosulfuron-methyl). EFSA Journal 2016;14(10):4584, 26 pp. doi:10.2903/j.efsa.2016.4584; Disponibbli online fuq: www.efsa.europa.eu
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2016 tas-17 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċetamiprid, l-aċidu benżojku, flażasulfuron, mekoprop-P, mepanipirim, meżosulfuron, propineb, propossikarbażon, propiżammid, propikonażol, ir-razza pseudomonas chlororaphis: MA 342, piraklostrobina, kwinossifen, tijakloprid, tiram, żiram, żossamidu (ĠU L 312, 18.11.2016, p. 21)..
ANNESS I
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||
Meżosulfuron (prinċipali) Meżosulfuron-metil (varjant) Numru CAS 208465-21-8 (meżosulfuron-metil) Numru CIPAC 663 (meżosulfuron) Numru CIPAC 663.201 (meżosulfuron-metil) |
Meżosulfuron-metil: metil-2-[(4,6-dimetossipirimidin-2-ilkarbamojl)sulfamojl]-α-(metansulfonammido)-p-toluwat Meżosulfuron: aċidu-2-[(4,6-dimetossipirimidin-2-ilkarbamojl)sulfamojl]-α-metansulfonammidop-tolujku |
≥ 930 g/kg (espress bħala meżosulfuron-metil) |
fl-1 ta' Lulju 2017 |
fit-30 ta' Ġunju 2032 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-meżosulfuron, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b'mod partikolari għal dan li ġej:
Meta jkun xieraq, il-kondizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju. L-applikant għandu jippreżenta l-informazzjoni ta' konferma dwar l-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi li jkun hemm fl-ilma tax-xorb lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni ta' dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi li jinsabu fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta' taħt l-art. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-Parti A, titħassar l-entrata 75 dwar il-meżosulfuron; |
(2) |
fil-Parti B, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/40 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/756
tat-28 ta' April 2017
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
EG |
288,4 |
MA |
99,5 |
|
TR |
115,6 |
|
ZZ |
167,8 |
|
0707 00 05 |
MA |
79,4 |
TR |
147,7 |
|
ZZ |
113,6 |
|
0709 93 10 |
TR |
140,9 |
ZZ |
140,9 |
|
0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28 |
EG |
50,0 |
IL |
141,6 |
|
MA |
55,7 |
|
TR |
41,8 |
|
ZA |
43,6 |
|
ZZ |
66,5 |
|
0805 50 10 |
EG |
56,5 |
TR |
54,0 |
|
ZZ |
55,3 |
|
0808 10 80 |
AR |
227,9 |
BR |
112,9 |
|
CL |
124,5 |
|
NZ |
146,7 |
|
US |
116,7 |
|
ZA |
81,8 |
|
ZZ |
135,1 |
|
0808 30 90 |
AR |
168,8 |
CL |
142,4 |
|
CN |
98,4 |
|
NZ |
206,0 |
|
ZA |
116,8 |
|
ZZ |
146,5 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/42 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/757
tat-28 ta' April 2017
dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' April 2017 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 (2) fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur, li jinqasmu skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness I tal-istess Regolament ta' Implimentazzjoni. |
(2) |
Is-subperjodu tax-xahar ta' April huwa t-tieni subperjodu għall-kwoti previsti fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011. |
(3) |
In-notifiki mibgħuta skont il-punt (a) tal-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4130, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2017 skont l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità superjuri għal dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba skont il-kwota kkonċernata, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
(4) |
Dawk in-notifiki juru wkoll li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 u 09.4129, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2017, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija inferjuri għal dik disponibbli. |
(5) |
Jeħtieġ ukoll li għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 u 09.4130, tiġi ffissata l-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011. |
(6) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni tajba tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li jaqgħu taħt il-kwota bin-numru tal-ordni 09.4130 imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2017, il-liċenzji għandhom jinħarġu għall-kwantità mitluba, immultiplikati bil-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. Il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti taħt il-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 u 09.4130 imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, hija stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta' Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
Il-kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu ta' April 2017 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
Il-kwota ta' ross mitħun għal kollox jew nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif previst fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
Oriġini |
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu tax-xahar ta' April 2017 |
Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Lulju 2017 (f'kg) |
L-Istati Uniti |
09.4127 |
— (1) |
17 808 482 |
It-Tajlandja |
09.4128 |
— (1) |
8 909 652 |
L-Awstralja |
09.4129 |
— (1) |
911 500 |
Li joriġina minn xi pajjiż ieħor |
09.4130 |
0,695296 % |
0 |
(1) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.
DEĊIŻJONIJIET
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/758
tal-25 ta' April 2017
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fit-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes, fir-rigward tal-proposti għall-emendar tal-Annessi A, B u C
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fl-14 ta' Ottubru 2004, il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (“il-Konvenzjoni”) ġiet approvata, f'isem il-Komunità Ewropea, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (1). |
(2) |
L-Unjoni implimentat l-obbligi stabbiliti fil-Konvenzjoni fid-dritt tal-Unjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
(3) |
L-Unjoni tagħmel enfasi kbira fuq il-ħtieġa għall-espansjoni gradwali tal-Annessi A, B u/jew Ċ tal-Konvenzjoni b'sustanzi ġodda li jissodisfaw il-kriterji għal materjali organiċi persistenti li jniġġsu (POPs, persistent organic pollutants), b'kont meħud tal-prinċipju prekawzjonarju, bl-għan li jintlaħaq l-objettiv tal-Konvenzjoni u jitwettaq l-impenn li daħlu għalih gvernijiet fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar f'Johannesburg fl-2002 sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-effetti ħżiena ta' sustanzi kimiċi sal-2020. |
(4) |
Taħt l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni, il-Konferenza tal-Partijiet (COP, Conference of the Parties) tista' tadotta deċiżjonijiet li jemendaw l-Annessi A, B u/jew Ċ tal-Konvenzjoni. Dawk id-deċiżjonijiet jidħlu fis-seħħ sena mid-data tal-komunikazzjoni mid-depożitarju ta' emenda, għajr għal dawk il-Partijiet għall-Konvenzjoni (“il-Partijiet”) li għażlu li ma jipparteċipawx. |
(5) |
Wara nomina tal-etere tad-dekabromodifenil kummerċjali (c-decaBDE) riċevuta mingħand in-Norveġja fl-2013, il-Kumitat għar-Reviżjoni ta' Materjali Organiċi Persistenti li Jniġġsu (POPRC, Persistent Organic Pollutants Review Committee), stabbilit taħt il-Konvenzjoni, ikkonkluda ħidmietu dwar c-decaBDE. Il-POPRC sab li c-decaBDE jissodisfa l-kriterji tal-Konvenzjoni għall-elenkar fl-Anness A tagħha. Fit-tmien laqgħa tagħha, is-COP hi mistennija tiddeċiedi dwar l-inklużjoni ta' c-decaBDE fl-Anness A tal-Konvenzjoni. |
(6) |
Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu tal-etere tad-dekabromodifenil bħala sustanza, bħala kostitwent f'sustanzi oħra, f'taħlitiet jew f'oġġetti hi limitata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/227 (3) li jistabbilixxi l-entrata 67 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (REACH) (“l-entrata 67”). Skont l-entrata 67, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu tal-etere tad-dekabromodifenil għandhom ikunu permessi biss għal żmien limitat għal inġenji tal-ajru ġodda u għal spare parts għal inġenji tal-ajru, għal vetturi bil-mutur, għal vetturi agrikoli u forestali u għal ċertu makkinarju. |
(7) |
Wara nomina tal-paraffini klorurati b'katina qasira (SCCPs) riċevuta mill-Unjoni fl-2006, il-POPRC sab li l-SCCPs jissodisfaw il-kriterji tal-Konvenzjoni għall-elenkar fl-Anness A tagħha. Fit-tmien laqgħa tagħha, is-COP hija mistennija tiddeċiedi dwar l-inklużjoni tal-SCCPs fl-Anness A tal-Konvenzjoni. |
(8) |
Il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-SCCPs huma pprojbiti, b'ċerti eżenzjonijiet, skont ir-Regolament (KE) Nru 850/2004, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2030 (5). Dak ir-Regolament emendat jispeċifika wkoll valuri ta' limitu għall-preżenza tal-SCCPs f'taħlitiet oħrajn tal-paraffini klorurati li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura. Peress li l-SCCPs huma kapaċi għat-trasport ambjentali fuq distanza twila, l-eliminazzjoni gradwali globali tal-użu ta' din is-sustanza tkun iktar ta' benefiċċju għaċ-ċittadin tal-Unjoni minn projbizzjoni waħedha taħt ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 fl-Unjoni. |
(9) |
Wara nomina tal-eżaklorobutadjen (HCBD) riċevuta mill-Unjoni fl-2011, il-POPRC sab li l-HCBD jissodisfa l-kriterji tal-Konvenzjoni għall-elenkar fl-Annessi A u Ċ tagħha. Fis-seba' laqgħa tagħha, is-COP iddeċidiet li telenka l-HCBD fl-Anness A tal-Konvenzjoni. Madankollu, is-COP adottat id-deċiżjoni SC-7/11, li permezz tagħha l-POPRC intalab jevalwa aktar l-HCBD fuq il-bażi ta' informazzjoni disponibbli ġdida relattivament għall-elenkar tiegħu fl-Anness C tal-Konvenzjoni u jagħmel rakkomandazzjoni lis-COP dwar l-elenkar tal-HCBD fl-Anness C għal kunsiderazzjoni ulterjuri fit-tmien laqgħa tagħha. |
(10) |
Il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-HCBD huma pprojbiti fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 850/2004, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2012 (6), iżda jista' jiġi prodott b'mod mhux intenzjonat f'xi attivitajiet industrijali. Tali attivitajiet huma koperti mid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u jirrikjedu l-applikazzjoni ta' ċerti miżuri għall-ġestjoni tal-emissjonijiet. Peress li l-HCBD hu kapaċi għat-trasport ambjentali fuq distanza twila, azzjoni globali fuq ir-rilaxx ta' din is-sustanza tkun iktar ta' benefiċċju għaċ-ċittadin tal-Unjoni mit-teħid waħdu fl-Unjoni tal-miżuri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 850/2004. |
(11) |
L-aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan (PFOS) u d-derivattivi tiegħu huma elenkati fl-Anness B tal-Konvenzjoni b'għadd ta' “skopijiet aċċettabbli”. Is-COP se tintalab tirrivedi l-ħtieġa kontinwata ta' dawk l-iskopijiet aċċettabbli. Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 jipprojbixxi l-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-PFOS iżda jeżenta ċerti użi li għadhom meħtieġa fl-Unjoni. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġja t-tħassir tal-iskopijiet aċċettabbli għall-PFOS u d-derivattivi tiegħu li m'għadhomx meħtieġa mill-Partijiet, għajr dawk għal kisjiet fotoreżistenti u antiriflettivi għal semikondutturi, bħala aġent tal-inċiżjoni għal semikondutturi komposti u għal filtri taċ-ċeramika u fil-kisi tal-metall iebes f'sistemi ta' ċirkwit magħluq biss, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fit-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP) għall-Konvenzjoni ta' Stokkolma għandha tkun, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kumitat għar-Reviżjoni ta' Materjali Organiċi Persistenti li Jniġġsu, li tappoġġja:
— |
l-elenkar tal-etere tad-dekabromodifenil (BDE-209) preżenti fl-etere tad-dekabromodifenil kummerċjali (c-decaBDE) fl-Anness A tal-Konvenzjoni b'eżenzjonijiet speċifiċi' għall-produzzjoni u għall-użu ta' decaBDE fi spare parts għall-industrija tal-karozzi. L-Unjoni għandha tappoġġja dak l-elenkar b'eżenzjonijiet speċifiċi addizzjonali għal inġenji tal-ajru u għal spare parts għal inġenji tal-ajru f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/227, kif ukoll għal spare parts għal vetturi agrikoli u forestali u għal ċertu makkinarju, jekk Partijiet oħrajn jew partijiet ikkonċernati implikati direttament ikunu jistgħu juru l-ħtieġa tagħhom; |
— |
l-elenkar tal-paraffini klorurati b'katina qasira (SCCPs) fl-Anness A tal-Konvenzjoni; |
— |
l-elenkar tal-eżaklorobutadjen (HCBD) fl-Anness C tal-Konvenzjoni; |
— |
it-tneħħija tal-'iskopijiet aċċettabbli' li ġejjin mill-entrata dwar l-aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan (PFOS) u d-derivattivi tiegħu fl-Anness B tal-Konvenzjoni: photo imaging, fluwidi idrawliċi tal-avjazzjoni, ċerti apparati mediċi (bħall-produzzjoni ta' saffi tal-kapolimeru tat-tetrafluworoetilen tal-etilen (ETFE) u ta' ETFE radjuopak, apparati mediċi dijanjostiċi in vitro, u filtri tal-kulur CCD), foam għat-tifi tan-nar, lixki għall-insetti għall-kontroll ta' nemel li jqattal-weraq, mill-ispeċijiet Atta u Acromyrmex. |
2. Jista' jsir qbil għal raffinament ta' din il-pożizzjoni, fid-dawl ta' żviluppi matul it-tmien laqgħa tas-COP, permezz ta' koordinament fuq il-post.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' April 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
I. BORG
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/227 tad-9 ta' Frar 2017 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-etere tal-bis(pentabromofenil) (ĠU L 35, 10.2.2017, p. 6).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2030 tat-13 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Anness I (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2012 tad-19 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Anness I (ĠU L 159, 20.6.2012, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/48 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/759
tat-28 ta' April 2017
dwar protokolli komuni u formati tad-data biex jintużaw minn trasportaturi tal-ajru meta tiġi trasferita data tal-PNR lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar l-użu ta' data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u kriminalità serja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2016/681 tirrikjedi li l-Kummissjoni tfassal lista ta' protokolli komuni u formati tad-data aċċettati biex jintużaw minn trasportaturi tal-ajru meta jittrasferixxu data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) lill-Istati Membri. It-trasportaturi tal-ajru jridu jagħżlu minn dik il-lista u jidentifikaw lill-Istati Membri l-protokoll komuni u l-format tad-data li jippjanaw li jużaw. |
(2) |
Jenħtieġ li l-lista ta' għażliet tikkunsidra l-istat attwali tal-industrija, sabiex tippermetti implimentazzjoni rapida tad-Direttiva (UE) 2016/681 u tnaqqas l-impatt ekonomiku negattiv fuq it-trasportaturi tal-ajru. Fl-istess ħin, l-għażliet provduti jenħtieġ li jiżguraw is-sigurtà u l-affidabbiltà tat-trasferiment tad-data tal-PNR. |
(3) |
It-trasportaturi tal-ajru ż-żgħar li ma joperawx titjiriet skont skeda speċifika u pubblika u li ma għandhomx l-infrastruttura teknika meħtieġa li tippermettilhom jużaw il-formati tad-data u l-protokolli tat-trażmissjoni msemmija fl-Anness jenħtieġ li jiġu eżentati mill-obbligu li jużaw dawn il-formati u l-protokolli. L-Istati Membri jenħtieġ li jaqblu bilateralment ma' dawn it-trasportaturi tal-ajru dwar il-mezzi elettroniċi li għandhom jintużaw sabiex jipprovdu livell xieraq ta' sigurtà għat-trażmissjoni ta' data tal-PNR minn dawn it-trasportaturi. |
(4) |
Skont il-premessa (17) tad-Direttiva (UE) 2016/681, il-linji gwida tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) dwar il-PNR jenħtieġ li jkunu l-bażi għall-adozzjoni tal-formati tad-data aċċettati għal trasferimenti ta' data tal-PNR minn trasportaturi tal-ajru lill-Istati Membri. |
(5) |
Il-format tad-data PNRGOV huwa rikonoxxut bħala standard internazzjonali għat-trażmissjoni ta' data tal-PNR u ġie żviluppat b'mod konġunt minn gvernijiet, trasportaturi tal-ajru u fornituri tas-servizzi taħt l-awspiċji tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA), l-ICAO u l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO). Il-format tad-data PNRGOV jenħtieġ li jkun konformi mal-Implementation Guide EDIFACT tal-PADIS (Passenger and Airport Data Interchange Standards) u mal PADIS XML Implementation Guide għal messaġġi PNRGOV, approvati u ppubblikati mill-Kumitat ta' Kuntatt WCO /IATA/ICAO API PNR. |
(6) |
UN/EDIFACT PAXLST huwa l-format tad-data għat-trażmissjoni ta' data antiċipata dwar il-passiġġieri (API). Dan il-format jenħtieġ li jintuża għat-trażmissjoni, skont l-artikolu 8(2) tad-Direttiva (UE) 2016/681, tad-data tal-API li t-trasportaturi tal-ajru jiġbru fl-andament normali tal-operat tagħhom iżda ma jżommux bl-istess mezzi tekniċi bħal data oħra tal-PNR. |
(7) |
Attwalment, żewġ protokolli ta' trażmissjoni, IBM MQ u IATA Type B, huma dawk użati mill-maġġoranza tat-trasportaturi tal-ajru għat-trasferiment ta' data tal-passiġġieri lill-awtoritajiet nazzjonali. |
(8) |
IBM MQ, prodott li jappartjeni lil IBM Corporation, jipprovdi twassil tal-messaġġi sigur u affidabbli li jippreserva l-integrità tal-messaġġi u jnaqqas ir-riskju tat-telf ta' informazzjoni, billi juża kjus tal-messaġġi biex jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-applikazzjonijiet, is-sistemi, is-servizzi u l-fajls. |
(9) |
Il-messaġġi Type B huwa l-isem mogħti minn IATA lill-messaġġi użati bejn it-trasport tal-ajru u l-industrija relatata mal-ivvjaġġar. Fl-industrija tat-trasport tal-ajru huma meqjusa bħala affidabbli u siguri ferm u għalhekk jappoġġaw l-applikazzjonijiet kritiċi tan-negozju. |
(10) |
Mhux it-trasportaturi tal-ajru kollha jinsabu f'pożizzjoni li jadottaw u jimplimentaw protokolli tat-trażmissjoni oħrajn apparti dawk li attwalment qegħdin jużaw bi żmien ta' inqas minn 4-5 snin. |
(11) |
Skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva (UE) 2016/681, it-trasportaturi tal-ajru jenħtieġ li jkunu kapaċi jużaw tal-inqas wieħed mill-formati tad-data u l-protokolli tat-trażmissjoni permezz ta' din id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni minn sena wara d-data tal-adozzjoni tagħha. |
(12) |
B'konsegwenza ta' dan, id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni jenħtieġ li tirrikonoxxi l-istat attwali tal-industrija u tipprovdi għall-possibbiltà li t-trasportaturi tal-ajru jibqgħu jużaw, anki għall-għanijiet tad-Direttiva (UE) 2016/681, l-istess formati tad-data u protokolli tat-trażmissjoni li attwalment jirrappreżentaw standard fl-industrija. |
(13) |
Min-naħa l-oħra, l-użu ta' formati tad-data u protokolli tat-trażmissjoni standard miftuħa, inkluż l-użu ta' standards Ewropej, jenħtieġ li jiġu mħeġġa kemm jista' jkun. |
(14) |
Il-Kummissjoni bħalissa tippromwovi l-użu tal-protokoll “AS4”, b'mod notevoli fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF). Dan il-protokoll jenħtieġ li għalhekk jiġi elenkat bħala alternattiva għall-protokolli IBM MQ u IATA Type B. |
(15) |
L-industrija u l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jieħdu l-miżuri meħtieġa, flimkien mas-sħab internazzjonali, mal-ICAO u mad-WCO bil-ħsieb li jinkludu protokolli standard miftuħa xierqa bħala parti mill-protokolli ta' referenza aċċettati b'mod internazzjonali għat-trażmissjoni ta' data tal-PNR minn trasportaturi tal-ajru lill-unitajiet ta' informazzjoni dwar il-passiġġieri tal-Istati Membri. |
(16) |
Id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni attwali jenħtieġ li għalhekk tiġi rieżaminata fi żmien erba' snin wara d-data tal-adozzjoni tagħha biex titqies il-possibbiltà li l-prodotti jiġu sostitwiti minn protokolli tat-trażmissjoni standard miftuħa. Trid tqis ukoll iż-żieda ta' kwalunkwe reviżjoni tal-verżjonijiet eżistenti tal-EDIFACT u XML tal-PNRGOV u EDIFACT PAXLST kif ukoll l-iżvilupp potenzjali ta' standards XML għal messaġġi tal-API. |
(17) |
L-Istati Membri jistgħu wkoll iqisu li jipprovdu lit-trasportaturi tal-ajru b'konferma tar-riċevuta tat-trasferiment tal-PNR (billi jużaw messaġġ ACKRES). Deċiżjoni bħal din jenħtieġ li tkun ibbażata fuq arranġament bilaterali bejn it-trasportatur tal-ajru u l-Istat Membru kif rakkomandat mill-IATA. |
(18) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 17(1) tad-Direttiva (UE) 2016/681, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Protokolli komuni u formati aċċettati tad-data
1. Meta d-data tal-PNR tiġi trasferita lill-unitajiet tal-informazzjoni dwar il-passiġġieri tal-Istati Membri skont id-Direttiva (UE) 2016/681, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jużaw wieħed mill-formati tad-data u l-protokolli tat-trażmissjoni elenkati fil-punti 1 u 2 tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
2. F'każ li t-trasportaturi tal-ajru jittrasferixxu data antiċipata dwar il-passiġġieri (API) imsemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva (UE) 2016/681 b'mod distint mid-data tal-PNR trasferita għall-istess titjira, għandhom jużaw il-format tad-data msemmi fil-punt 3 tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
3. Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2 hawn fuq, it-trasportaturi tal-ajru li ma joperawx titjiriet barra mill-UE u ġewwa l-UE skont skeda speċifika u pubblika u li ma għandhomx l-infrastruttura meħtieġa biex jappoġġaw il-formati tad-data u l-protokolli tat-trażmissjoni elenkati fl-Anness għandhom jittrasferixxu d-data tal-PNR b'mezzi elettroniċi li jipprovdu salvagwardji suffiċjenti fir-rigward tal-miżuri ta' sigurtà tekniċi, li għandhom jiġu miftiehma bilateralment bejn it-trasportatur tal-ajru u l-Istat Membru rilevanti.
Artikolu 2
Rieżami
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' din id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni sat-28 ta' April 2021. Ir-rieżami għandu jindirizza b'mod partikolari l-possibbiltà li jipprovdi għal protokolli tat-trażmissjoni standard miftuħa b'mod esklussiv jew flimkien ma' protokolli eżistenti, filwaqt li jiżgura li huma allinjati ma' standards internazzjonali u l-aħjar prattiki.
2. Fid-dawl ta' dan ir-rieżami, il-Kummissjoni tista' tadotta emenda għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 132.
ANNESS
1. Formati tad-data għat-trasferiment ta' data tal-PNR
— |
EDIFACT PNRGOV, kif deskritt fl-EDIFACT implementation guide; data tal-PNR mibgħuta lil Stati jew awtoritajiet oħrajn; messaġġ PNRGOV verżjoni 11.1 jew iktar riċenti; |
— |
XML PNRGOV, kif deskritt fl-XML implementation guide; data tal-PNR mibgħuta lil Stati jew awtoritajiet oħrajn; messaġġ PNRGOV verżjoni 13.1 jew iktar riċenti. |
2. Protokolli tat-trażmissjoni tad-data għat-trasferiment ta' data tal-PNR
— |
IBM MQ; |
— |
IATA Type B; |
— |
Profil AS4 ta' ebMS 3.0 Verżjoni 1.0, standard OASIS, ippubblikat fit-23 ta' Jannar 2013. Implimentazzjoni ta' AS4 skont il-Profil AS4 e-SENS żviluppat mill-Proġett Pilota ta' Skala Kbira e-SENS, identifikatur attwali u verżjoni: “PR — AS4 — 1.10”. Mill-2017, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se tkompli tmexxi u ttejjeb dawn il-linji gwida ta' implimentazzjoni. |
3. Formati tad-data għat-trasferiment tad-data tal-API meta tiġi trasferita b'mod separat mill-messaġġ PNR
— |
EDIFACT PAXLST, kif deskritt fid-WCO/IATA/ICAO Passenger List message (PAXLST) implementation guide, verżjoni tal-2003 jew iktar riċenti. |
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/52 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/760 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-24 ta' April 2017
fuq l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2017 (BĊE/2017/11)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropea tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jinġabru skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għandhom ikopru, imma mhux jaqbżu, in-nefqa magħmula mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fir-rigward tal-kompiti superviżorji tiegħu fil-perijodu tariffarju rilevanti. Din in-nefqa tikkonsisti primarjament fi spejjeż relatati direttament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal pereżempju s-superviżjoni ta' entitajiet sinifikanti, is-superviżjoni ta' entitajiet inqas sinifikanti u t-twettiq ta' kompiti orizzontali u servizzi speċjalizzati. Tinkludi wkoll spejjeż relatati indirettament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal pereżempju servizzi pprovduti mill-oqsma ta' appoġġ tan-negozju tal-BĊE, inklużi postijiet ta' negozju, ġestjoni tar-riżorsi umani, servizzi amministrattivi, servizzi tal-ibbaġitjar u l-kontroll, tal-kontabilità, legali, tal-komunikazzjoni u tat-traduzzjoni, awditu intern, u servizzi tal-istatistika u tat-teknoloġija tal-informazzjoni. |
(2) |
Sabiex jiġu kkalkulati t-tariffi superviżorji annwali pagabbli fir-rigward ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni, kif ukoll entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni, l-ispejjeż totali għandhom jinqasmu fuq il-bażi tan-nefqa allokata lill-funzjonijiet rilevanti li jwettqu s-superviżjoni diretta tal-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u ta' gruppi sinifikanti taħt superviżjoni kif ukoll is-superviżjoni indiretta ta' entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u ta' gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni. |
(3) |
L-ammont totali tat-tariffa superviżorja annwali għall-2017 għandha tiġi kkalkulata bħala s-somma ta': (a) l-ispejjeż annwali stmati ta' kompiti superviżorji għall-2017, ibbażati fuq il-baġit tal-BĊE approvat għall-2017, wara li jittieħed inkunsiderazzjoni kull żvilupp fl-ispejjeż annwali stmati li jsiru mill-BĊE li kienu magħrufa fiż-żmien meta din id-Deċiżjoni ġiet adottata; u (b) il-bilanċ pożittiv jew tal-iżbilanċ mill-2016. |
(4) |
Il-bilanċ pożittiv jew l-iżbilanċ għandu jiġi ddeterminat billi jitnaqqsu l-ispejjeż annwali attwali tal-kompiti superviżorji li saru fl-2016, kif rifless fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE għall-2016 (3), mill-ispejjeż annwali stmati miġburin għall-2016, kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2016/661 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/7) (4). |
(5) |
Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), l-ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma kinux għall-ġbir, ħlasijiet ta' imgħax irċevuti u ċerti ammonti oħrajn irċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament, jekk hemm, għandhom jittieħdu inkunsidrazzjoni wkoll fl-ispejjeż annwali stmati tal-kompiti superviżorji għall-2017, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (5) u r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41).
Artikolu 2
L-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2017
1. L-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2017 għandu jkun ta' EUR 424 957 652, ikkalkulat kif jidher fl-Anness I.
2. Kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni għandha tħallas l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali li ġejjin:
(a) |
entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 391 279 654; |
(b) |
entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 33 677 998. |
Il-mod kif huwa maqsum l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2017 li għandhom jitħallsu fir-rigward ta' kull kategorija huwa muri fl-Anness II.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta' April 2017.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23.
(3) Ippubblikati fis-sit elettroniku tal-BĊE li jinsab fuq www.ecb.europa.eu fi Frar 2017.
(4) Deċiżjoni (UE) 2016/661 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' April 2016 dwar l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2016 (BĊE/2016/7) (ĠU L 114, 28.4.2016, p. 14).
(5) Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma' awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
ANNESS I
Kalkolu tal-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2017
(EUR) |
|
Spejjeż annwali stmati għall-2017 |
464 676 594 |
Salarji u benefiċċji |
208 621 881 |
Kera u manutenzjoni |
54 990 329 |
Infiq ieħor operattiv |
201 064 384 |
Bilanċ pożittiv/Żbilanċ mill-2016 |
– 41 089 798 |
Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) |
1 370 856 |
Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru; |
0 |
Ħlasijiet ta' imgħax irċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
– 23 761 |
Ammonti rċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
1 394 617 |
TOTAL |
424 957 652 |
ANNESS II
Kif huwa maqsum l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2017
(EUR) |
|||
|
Entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni |
Entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni |
Total |
Spejjeż annwali stmati għall-2017 |
427 700 563 |
36 976 031 |
464 676 594 |
Bilanċ pożittiv/Żbilanċ mill-2016 |
– 37 593 510 |
– 3 496 288 |
– 41 089 798 |
Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) |
1 172 601 |
198 255 |
1 370 856 |
Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru; |
0 |
0 |
0 |
Ħlasijiet ta' imgħax irċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
– 8 696 |
– 15 065 |
– 23 761 |
Ammonti rċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
1 181 297 |
213 320 |
1 394 617 |
TOTAL |
391 279 654 |
33 677 998 |
424 957 652 |
RAKKOMANDAZZJONIJIET
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/56 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/761
tas-26 ta' April 2017
dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-għanijiet tal-Unjoni huma, fost oħrajn, li tippromwovi l-benesseri tal-popli tagħha u li taħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa msejjes fuq ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna li timmira għal-livell massimu ta' impjiegi u progress soċjali. L-Unjoni għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal. |
(2) |
Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tqis il-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. |
(3) |
L-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Unjoni u l-Istati Membri, waqt li jżommu f'moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħal dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea li ġiet iffirmata f'Turin fit-18 ta' Ottubru 1961 u l-Karta tal-Komunità dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema tal-1989, bħala l-objettivi tagħhom għandu jkollhom il-promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla t-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bl-għan ta' livell għoli ta' impjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni. |
(4) |
L-Artikolu 152 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Unjoni tirrikonoxxi u tippromwovi r-rwol tas-sħab soċjali fil-livell tagħha, meta titqies id-diversità tas-sistemi nazzjonali. Għandha tiffaċilita d-djalogu bejniethom u għandha tirrispetta l-awtonomija tagħhom. |
(5) |
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata għall-ewwel darba fil-Kunsill Ewropew ta' Nizza fis-7 ta' Diċembru 2000, tissalvagwardja u tippromwovi numru ta' prinċipji fundamentali li huma essenzjali għall-mudell soċjali Ewropew. Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Karta huma indirizzati għall-istituzzjonijiet, għall-korpi, għall-uffiċċji, u għall-aġenziji tal-Unjoni bir-rispett dovut għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u għall-Istati Membri biss meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni. |
(6) |
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fih dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-poteri tal-Unjoni relatati fost oħrajn mal-moviment liberu tal-ħaddiema (l-Artikoli 45 sa 48), mad-dritt ta' stabbiliment (l-Artikoli 49 sa 55), mal-politika soċjali (l-Artikoli 151 sa 161), mal-promozzjoni tad-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema (l-Artikolu 154), inklużi ftehimiet konklużi u implimentati fil-livell tal-Unjoni (l-Artikolu 155), mal-paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali (l-Artikolu 157), mal-kontribuzzjoni għall-iżvilupp tal-kwalità tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali (l-Artikoli 165 u 166), mal-azzjoni tal-Unjoni li tikkomplementa politiki nazzjonali u li trawwem il-kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa (l-Artikolu 168), mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (l-Artikoli 174 sa 178), mal-formulazzjoni, u mas-sorveljanza tal-implimentazzjoni, tal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi (l-Artikolu 121), mal-formulazzjoni, u mal-eżaminazzjoni tal-implimentazzjoni tal-linji gwida dwar l-impjiegi (l-Artikolu 148) u b'mod aktar ġenerali, mal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni (l-Artikoli 114 sa 117). |
(7) |
Il-Parlament Ewropew talab għal Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali solidu biex isaħħaħ id-drittijiet soċjali u jkollu impatt pożittiv fuq il-ħajja tan-nies fiż-żmien qasir u medju u jippermetti l-appoġġ għall-kostruzzjoni Ewropea fis-seklu 21 (1). Il-Kunsill Ewropew enfasizza li jeħtieġ li tiġi indirizzata n-nuqqas ta' sigurtà ekonomika u soċjali bħala kwistjoni ta' prijorità u talab għall-ħolqien ta' futur promettenti għal kulħadd, li jissalvagwardja l-mod tal-għajxien tagħna u li jipprovdi opportunitajiet aħjar liż-żgħażagħ. (2) Il-mexxejja ta' 27 Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, fl-aġenda ta' Ruma impenjaw ruħhom li jaħdmu lejn Ewropa soċjali. Dak l-impenn huwa msejjes fuq il-prinċipji tat-tkabbir sostenibbli u l-promozzjoni tal-progress ekonomiku u soċjali, kif ukoll il-koeżjoni u l-konverġenza, filwaqt li jħares l-integrità tas-suq intern (3). Is-sħab soċjali impenjaw ruħhom li jkomplu jikkontribwixxu għal Ewropa li tipprovdi għall-ħaddiema u għall-intrapriżi tagħha (4). |
(8) |
It-tlestija tas-suq uniku Ewropew fl-aħħar deċennji kienet akkompanjata mill-iżvilupp ta' acquis soċjali solidu li rriżulta fi progress fil-moviment liberu, fil-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, fis-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fil-protezzjoni soċjali u fl-edukazzjoni u t-taħriġ. L-introduzzjoni tal-euro pprovdiet l-Unjoni b'munita komuni stabbli maqsuma bejn 340 miljun ċittadin f'19-il Stat Membru, li ffaċilitat il-ħajja ta' kuljum tagħhom u tipproteġihom kontra l-instabbiltà finanzjarja. L-Unjoni wkoll kibret b'mod konsiderevoli, żiedet l-opportunitajiet ekonomiċi u l-promozzjoni tal-progress soċjali madwar il-kontinent. |
(9) |
Is-swieq tax-xogħol u s-soċjetajiet qed jevolvu b'rata mgħaġġla, b'opportunitajiet ġodda u bi sfidi ġodda li jirriżultaw mill-globalizzazzjoni, mir-rivoluzzjoni diġitali, mill-mudelli tax-xogħol li qed jinbidlu u mill-iżviluppi soċjetali u demografiċi. L-isfidi, bħall-inugwaljanza sinifikanti, il-qgħad fit-tul u fost iż-żgħażagħ jew is-solidarjetà interġenerazzjonali, ħafna drabi huma simili fost l-Istati Membri minkejja li fi gradi differenti. |
(10) |
L-Ewropa wriet ir-rieda tagħha li tegħleb il-kriżi finanzjarja u ekonomika, u bħala riżultat ta' azzjoni determinata, l-ekonomija tal-Unjoni issa hija aktar stabbli, b'livelli ta' impjieg għoljin bla preċedent u bi tnaqqis gradwali fil-qgħad. Madankollu, il-konsegwenzi soċjali tal-kriżi kienu estensivi — minn qgħad fost iż-żgħażagħ u fit-tul għal riskju tal-faqar — u l-indirizzar ta' dawk il-konsegwenzi jibqa' prijorità urġenti. |
(11) |
Fil-biċċa l-kbira tagħhom, l-isfidi soċjali u tal-impjiegi li qed tiffaċċja l-Ewropa huma riżultat tat-tkabbir relattivament modest, li huwa msejjes fuq il-potenzjal mhux sfruttat f'termini tal-parteċipazzjoni fl-impjiegi u fil-produttività. Il-progress ekonomiku u soċjali huma marbutin flimkien, u l-istabbiliment ta' Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandu jkun parti mill-isforzi usa' biex jinbena mudell ta' tkabbir aktar inklussiv u sostenibbli billi tittejjeb il-kompetittività tal-Ewropa u ssir post aħjar biex fiha jsiru investimenti, jinħolqu l-impjiegi u titrawwem il-koeżjoni soċjali. |
(12) |
L-għan tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali hu li jservi bħala gwida lejn riżultati tal-impjieg u soċjali effiċjenti meta jiġu indirizzati l-isfidi kurrenti u futuri li huma direttament immirati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali tan-nies, u jiżguraw l-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tad-drittijiet soċjali. |
(13) |
Aktar enfasi fuq il-prestazzjoni tal-impjieg u soċjali hi partikolarment importanti biex tiżdied ir-reżiljenza u biex l-Unjoni Ekonomika u Monetarja ssir aktar profonda. Għal din ir-raġuni, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali hu primarjament maħsub għaż-żona tal-euro iżda hu applikabbli għall-Istati Membri kollha li jixtiequ jkunu parti minnu. |
(14) |
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jesprimi l-prinċipji u d-drittijiet essenzjali għal swieq tax-xogħol u sistemi ta' protezzjoni soċjali ġusti u li jaħdmu tajjeb fl-Ewropa tas-seklu 21. Jafferma mill-ġdid xi wħud mid-drittijiet li huma diġà preżenti fl-acquis tal-Unjoni, u jżid prinċipji ġodda li jindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw minn żviluppi soċjetali, teknoloġiċi u ekonomiċi. |
(15) |
Il-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jikkonċernaw liċ-ċittadini tal-Unjoni u liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi b'residenza legali. Meta prinċipju jirreferi għall-ħaddiema, dan jikkonċerna lill-persuni kollha fl-impjieg, indipendentement mill-istatus, mill-modalità u mid-durata tal-impjieg. |
(16) |
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ma għandux iżomm lill-Istati Membri jew lis-sħab soċjali tagħhom milli jistabbilixxu standards soċjali aktar ambizzjużi. B'mod partikolari, xejn fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ma għandu jiġi interpretat bħala li jirrestrinġi jew li jaffettwa ħażin id-drittijiet u l-prinċipji kif rikonoxxuti, fl-oqsma ta' applikazzjoni rispettivi tagħhom, mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt internazzjonali u mill-ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni jew l-Istati Membri kollha huma parti minnhom, inkluża l-Karta Soċjali Ewropea ffirmata f'Turin fit-18 ta' Ottubru 1961, u l-Konvenzjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. |
(17) |
It-twettiq tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali hu impenn u responsabbiltà kondiviża bejn l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u s-sħab soċjali. Il-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandhom ikunu implimentati kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak tal-Istati Membri fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom u skont il-principju tas-sussidjarjetà. |
(18) |
Fil-livell tal-Unjoni, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ma jimplikax estensjoni tal-poteri tal-Unjoni kif definit mit-Trattati. Għandu jkun implimentat fi ħdan il-limiti ta' dawk il-poteri. |
(19) |
Fil-livell tal-Istati Membri, il-Pilastru jirrispetta d-diversità tal-kulturi u tat-tradizzjonijiet tan-nies tal-Ewropa, kif ukoll l-identitajiet nazzjonali tal-Istati Membri u l-organizzazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi tagħhom fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. B'mod partikolari, l-istabbiliment tal-Pilastru ma jaffettwax id-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistema tas-sigurtà soċjali tagħhom u ma għandux jaffettwa l-ekwilibriju finanzjarju tiegħu. |
(20) |
Id-djalogu soċjali għandu rwol importanti fit-tisħiħ tad-drittijiet soċjali u fit-titjib tat-tkabbir sostenibbli u inklussiv. Is-sħab soċjali fil-livelli kollha għandhom rwol kruċjali fis-segwitu u fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, skont l-awtonomija tagħhom u d-dritt għal azzjoni kollettiva. |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
PILASTRU EWROPEW TAD-DRITTIJIET SOĊJALI
KAPITOLU I
Opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol
1. Edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja
Kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklussivi sabiex iżomm u jakkwista ħiliet li jippermettulu jipparteċipa b'mod sħiħ fis-soċjetà u jimmaniġġja b'suċċess tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol.
2. Ugwaljanza bejn is-sessi
(a) |
Jeħtieġ li tiġi żgurata u titrawwem l-ugwaljanza fit-trattament u fl-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, fit-termini u fil-kundizzjonijiet tal-impjieg u fil-progressjoni fil-karriera. |
(b) |
In-nisa u l-irġiel għandhom id-dritt għal paga indaqs għal xogħol ta' valur ugwali. |
3. Opportunitajiet indaqs
Irrispettivament mis-sess, mill-oriġini razzjali jew etnika, mir-reliġjon jew mit-twemmin, minn diżabbiltà, mill-età jew mill-orjentament sesswali, kulħadd għandu d-dritt għal trattament u opportunitajiet indaqs fir-rigward tal-impjiegi, tal-protezzjoni soċjali, tal-edukazzjoni, u tal-aċċess għal prodotti u servizzi disponibbli għall-pubbliku. Għandhom jitrawmu opportunitajiet indaqs ta' gruppi li mhumiex irrappreżentati biżżejjed.
4. Appoġġ attiv għall-impjiegi
(a) |
Kulħadd għandu d-dritt għal assistenza f'waqtha u mfassla apposta biex jittejbu l-opportunitajiet ta' impjieg jew il-prospetti ta' impjieg indipendenti. Dan jinkludi d-dritt li wieħed jirċievi appoġġ għal tfittxija, taħriġ u kwalifikazzjoni mill-ġdid ta' xogħol. Kulħadd għandu d-dritt li jittrasferixxi l-protezzjoni soċjali u l-intitolamenti ta' taħriġ matul tranżizzjonijiet professjonali. |
(b) |
Iż-żgħażagħ għandhom id-dritt għal edukazzjoni kontinwa, apprendistat, traineeships jew offerta ta' xogħol ta' reputazzjoni tajba sa erba' (4) xhur minn meta jiġu qiegħda jew iħallu l-edukazzjoni. |
(c) |
In-nies qiegħda għandhom id-dritt għal appoġġ personalizzat, kontinwu u konsistenti. Dawk qiegħda fit-tul għandhom id-dritt għal valutazzjoni individwali fil-fond mhux aktar tard minn 18-il xahar ta' qgħad. |
KAPITOLU II
Kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti
5. Impjieg sigur u adattabbli
(a) |
Irrispettivament mit-tip u d-durata tar-relazzjoni tax-xogħol, il-ħaddiema għandhom id-dritt għal trattament ġust u ugwali fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali u t-taħriġ. Għandha titrawwem it-tranżizzjoni lejn forom ta' impjieg miftuħa. |
(b) |
Skont il-leġiżlazzjoni u l-ftehimiet kollettivi, għandha tiġi żgurata l-flessibbiltà neċessarja biex l-impjegaturi jadattaw malajr għal bidliet fil-kuntest ekonomiku. |
(c) |
Għandhom jitrawmu forom innovattivi ta' xogħol li jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kwalità. Għandhom jitħeġġu l-intraprenditorija u l-impjieg indipendenti. Għandha tiġi ffaċilitata l-mobbiltà okkupazzjonali. |
(d) |
Għandhom jiġu evitati relazzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għal kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, inkluż bil-projbizzjoni ta' abbuż ta' kuntratti atipiċi. Kwalunkwe perjodu ta' probazzjoni għandu jkun ta' durata raġonevoli. |
6. Pagi
(a) |
Il-ħaddiema għandhom id-dritt għal pagi ġusti li jipprovdu għal standard ta' għajxien diċenti. |
(b) |
Għandhom jiġu żgurati pagi minimi adegwati, b'mod li jipprovdi għas-sodisfazzjon tal-bżonnijiet tal-ħaddiem u tal-familja tiegħu/tagħha fid-dawl tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali nazzjonali, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat l-aċċess għall-impjieg u l-inċentivi biex ifittex xogħol. Għandu jiġi evitat il-faqar fost dawk li jaħdmu. |
(c) |
Il-pagi kollha għandhom ikunu stabbiliti b'mod trasparenti u prevedibbli skont il-politiki nazzjonali u jirrispettaw l-awtonomija tas-sħab soċjali. |
7. Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-protezzjoni f'każ ta' sensja
(a) |
Il-ħaddiema għandhom id-dritt li jiġu infurmati bil-miktub fil-bidu tal-impjieg dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mir-relazzjoni tax-xogħol, inkluż dwar il-perjodu ta' probazzjoni. |
(b) |
Qabel kwalunkwe sensja, il-ħaddiema għandhom id-dritt li jiġu infurmati bir-raġunijiet u li jingħataw perjodu ta'avviż raġonevoli. Huma għandhom id-dritt għall-aċċess għal riżoluzzjoni ta' tilwim effettiva u imparzjali u, f'każ ta' sensja mhux ġustifikata, dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat. |
8. Id-djalogu soċjali u l-involviment tal-ħaddiema
(a) |
Is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki ekonomiċi, tal-impjiegi u soċjali skont il-prattiki nazzjonali. Dawn għandhom ikunu mħeġġa jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li jirrispettaw l-awtonomija u d-dritt tagħhom għal azzjoni kollettiva. Fejn xieraq, il-ftehimiet konklużi bejn is-sħab soċjali għandhom jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. |
(b) |
Il-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom id-dritt li jiġu infurmati u kkonsultati fi żmien xieraq dwar kwistjonijiet rilevanti għalihom, b'mod partikolari dwar it-trasferiment, ir-ristrutturar u l-fużjoni ta' impriżi u dwar sensji kollettivi. |
(c) |
Għandu jiġi mħeġġeġ l-appoġġ għal żieda fil-kapaċità tas-sħab soċjali biex jippromwovu d-djalogu soċjali. |
9. Bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol
Ġenituri u nies b'responsabbiltajiet ta' kura għandhom id-dritt għal liv xieraq, arranġamenti tax-xogħol flessibbli u aċċess għal servizzi ta' kura. In-nisa u l-irġiel għandu jkollhom aċċess ugwali għal liv speċjali sabiex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet ta' kura tagħhom u għandhom jiġu mħeġġa jużawhom b'mod bilanċjat.
10. Ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa, sigur u adattat u protezzjoni tad-data personali
(a) |
Il-ħaddiema għandhom id-dritt għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom fuq ix-xogħol. |
(b) |
Il-ħaddiema għandhom id-dritt għal ambjent tax-xogħol adattat għall-bżonnijiet professjonali tagħhom u li jippermettilhom itawlu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
(c) |
Il-ħaddiema għandhom id-dritt li d-dejta personali tagħhom tkun protetta fil-kuntest tax-xogħol. |
KAPITOLU III
Protezzjoni u inklużjoni soċjali
11. Kura tat-tfal u appoġġ għat-tfal
(a) |
It-tfal għandhom id-dritt għal edukazzjoni bikrija tat-tfal affordabbli u kura ta' kwalità tajba. |
(b) |
It-tfal għandhom id-dritt għall-protezzjoni mill-faqar. It-tfal li ġejjin minn sfondi żvantaġġati għandhom id-dritt għal miżuri speċifiċi biex jissaħħu l-opportunitajiet indaqs. |
12. Protezzjoni soċjali
Irrispettivament mit-tip u mid-durata tar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom, il-ħaddiema, u f'ċerti kundizzjonijiet simili, il-ħaddiema għal rashom, għandhom id-dritt għal protezzjoni soċjali adegwata.
13. Benefiċċji tal-qgħad
Dawk qiegħda għandhom id-dritt għal appoġġ ta'attivazzjoni adegwat mis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi sabiex jintegraw (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol u għal benefiċċji adegwati tal-qgħad ta' durata raġonevoli, f'konformità mal-kontribuzzjonijiet u mar-regoli ta' eliġibbiltà nazzjonali tagħhom. Dawn il-benefiċċji m'għandhomx jikkostitwixxu diżinċentiv għal ritorn lura ta' malajr għax-xogħol.
14. L-introjtu minimu
Kull min m'għandux riżorsi suffiċjenti għandu d-dritt għal benefiċċji ta' introjtu minimu adegwati li jiżguraw ħajja f'dinjità fl-istadji kollha tal-ħajja, u għal aċċess effettiv li jippermetti prodotti u servizzi. Għal dawk li jistgħu jaħdmu, il-benefiċċji ta' introjtu minimu għandhom jitħalltu ma' inċentivi għall-integrazzjoni (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol.
15. L-introjtu u l-pensjoni tal-irtirar
(a) |
Il-ħaddiema u l-ħaddiema għal rashom li ritraw għandhom id-dritt għal pensjoni proporzjonali għall-kontribuzzjonijiet tagħhom u li tiżgura introjtu adegwat. In-nisa u l-irġiel għandu jkollhom opportunitajiet indaqs biex jakkwistaw id-drittijiet għall-pensjoni. |
(b) |
Kull min irtira għandu d-dritt għal riżorsi li jiżguraw l-għajxien b'dinjità. |
16. Kura tas-saħħa
Kulħadd għandu d-dritt għal aċċess f'waqtu għal kura tas-saħħa affordabbli, preventiva u kurattiva ta' kwalità tajba.
17. L-inklużjoni ta' persuni b'diżabbiltà
Il-persuni b'diżabbiltà għandhom id-dritt għal appoġġ għall-introjtu li jiżgura l-għajxien b'dinjità, servizzi li jippermettulhom jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà, u ambjent tax-xogħol adattat għall-bżonnijiet tagħhom.
18. Kura fit-tul
Kulħadd għandu d-dritt għal servizzi ta' kura fit-tul affordabbli ta' kwalità tajba, b'mod partikolari għal servizzi ta' kura fid-djar u bbażati fil-komunità.
19. Akkomodazzjoni u għajnuna għall-persuni mingħajr dar
(a) |
Għandu jiġi provdut aċċess għal akkomodazzjoni soċjali jew għajnuna għall-akkomodazzjoni ta' kwalità tajba għal dawk fil-bżonn. |
(b) |
Persuni vulnerabbli għandhom id-dritt għal għajnuna u protezzjoni xierqa kontra t-tkeċċija sfurzata. |
(c) |
Għandhom jiġu provduti kenn u servizzi adegwati lill-persuni mingħajr dar sabiex tiġi promossal-inklużjoni soċjali tagħhom. |
20. Aċċess għas-servizzi essenzjali
Kulħadd għandu d-dritt li jkollu aċċess għal servizzi essenzjali ta' kwalità tajba, inkluż l-ilma, is-sanitazzjoni, l-enerġija, it-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali. Għandu jkun disponibbli appoġġ għall-aċċess għal dawn is-servizzi għal dawk fil-bżonn.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni
Marianne THYSSEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2016/2095(INI)).
(2) Id-Dikjarazzjoni ta' Bratislava tas-16 ta' Settembru 2016.
(3) Id-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017.
(4) L-istqarrija konġunta tas-sħab soċjali tal-24 ta' Marzu 2017.
Rettifika
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/62 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r- rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 183 tat-8 ta' Lulju 2016 )
Fil-paġna 28, l-Artikolu 69(2) u (3),
minflok:
“2. Jekk il-proċedimenti fl-Istat Membru ta' oriġini kienu ġew istitwiti qabel id-29 ta' Jannar 2019, id-deċiżjonijiet mogħtija wara dik id-data għandhom ikunu rikonoxxuti u eżegwiti f'konformità mal-Kapitolu IV sakemm ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li jkunu applikati jkunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Kapitolu II.
3. Il-Kapitolu III huwa biss applikabbli għall-koppji li jiżżewġu jew li jispeċifikaw il-liġi applikabbli għar-reġim tal- proprjetà matrimonjali wara d-29 ta' Jannar 2019.”,
aqra:
“2. Jekk il-proċedimenti fl-Istat Membru ta' oriġini kienu ġew istitwiti qabel id-29 ta' Jannar 2019, id-deċiżjonijiet mogħtija f'dik id-data jew warajha għandhom ikunu rikonoxxuti u eżegwiti f'konformità mal-Kapitolu IV sakemm ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li jkunu applikati jkunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Kapitolu II.
3. Il-Kapitolu III huwa biss applikabbli għall-koppji li jiżżewġu jew li jispeċifikaw il-liġi applikabbli għar-reġim tal- proprjetà matrimonjali fid-29 ta' Jannar 2019 jew wara.”.
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/62 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r- rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 183 tat-8 ta' Lulju 2016 )
Fil-paġna 56, l-Artikolu 69(2) u (3),
minflok:
“2. Jekk il-proċedimenti fl-Istat Membru ta' oriġini kienu ġew istitwiti qabel id-29 ta' Jannar 2019, id-deċiżjonijiet mogħtija wara dik id-data għandhom ikunu rikonoxxuti u eżegwiti f'konformità mal-Kapitolu IV sakemm ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li jkunu applikati jkunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Kapitolu II.
3. Il-Kapitolu III huwa biss applikabbli biss għas-sħab li jirreġistraw is-sħubija tagħhom jew li jispeċifikaw il-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom wara d-29 ta' Jannar 2019.”,
aqra:
“2. Jekk il-proċedimenti fl-Istat Membru ta' oriġini kienu ġew istitwiti qabel id-29 ta' Jannar 2019, id-deċiżjonijiet mogħtija f'dik id-data jew warajha għandhom ikunu rikonoxxuti u eżegwiti f'konformità mal-Kapitolu IV sakemm ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li jkunu applikati jkunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Kapitolu II.
3. Il-Kapitolu III huwa biss applikabbli biss għas-sħab li jirreġistraw is-sħubija tagħhom jew li jispeċifikaw il-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom fid-29 ta' Jannar 2019 jew wara.”.