ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 107

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
25 ta' April 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/723 tas-16 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 640/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta' pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/724 tal-24 ta' April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/725 tal-24 ta' April 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva mesotrione skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

24

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/726 tal-24 ta' April 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

29

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/727 tat-23 ta' Marzu 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-Montenegro skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (notifikata bid-dokument C(2017) 1815)  ( 1 )

31

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/728 tal-20 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/92/UE dwar is-superviżjoni, il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u l-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-materjal għall-ippakkjar tal-injam li bħalissa jintuża fit-trasport ta' prodotti speċifikati li joriġinaw fiċ-Ċina (notifikata bid-dokument C(2017) 2429)

33

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/729 tal-20 ta' April 2017 dwar talba mir-Repubblika tal-Kroazja għal deroga skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (notifikata bid-dokument C(2017) 2437)

35

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/723

tas-16 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 640/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta' pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 77(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba wara l-introduzzjoni tal-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-pagament ta' ekoloġizzazzjoni”) kif previst fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), huwa xieraq li jiġu ssimplifikati ċerti regoli dwar il-metodu ta' kalkolu tal-pagament ta' ekoloġizzazzjoni stabbilit fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 (3).

(2)

Fis-sistema integrata ta' amministrazzjoni u ta' kontroll, il-kalkolu tal-għajnuna li l-benefiċjarju jkun intitolat għaliha jissejjes fuq il-kunċett ta' grupp ta' għelejjel. Madankollu jidher li dan il-kunċett mhuwiex neċessarju fil-kuntest speċifiku tal-pagament ta' ekoloġizzazzjoni, billi l-pagament ta' ekoloġizzazzjoni jrid jissejjes fuq l-erja totali tal-azjenda. Għalhekk, fl-interess tas-simplifikazzjoni, jenħtieġ li l-kunċett ta' grupp ta' għelejjel jiġi abolit għall-pagament ta' ekoloġizzazzjoni.

(3)

L-Artikoli 24 u 26 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 640/2014 jistabbilixxu r-regoli għall-kalkolu tat-tnaqqis tal-pagament ta' ekoloġizzazzjoni f'każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel u mar-rekwiżiti tal-erja b'fokus ekoloġiku, rispettivament. Dawk il-kalkoli jinkludu proporzjon ta' differenza u fattur ta' tnaqqis ta' 50 %. Għal raġunijiet ta' kjarifika, mingħajr ma jinbidel il-livell tat-tnaqqis, huwa ġġustifikat li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu rriformulati u li l-proporzjon ta' differenza kif ukoll il-fattur ta' tnaqqis ta' 50 % jiġu sostitwiti b'multiplikatur.

(4)

Bil-ħsieb li jintlaħaq bilanċ aħjar bejn il-livell ta' severità tat-tnaqqis u l-ħtieġa li jiġi ppreservat tnaqqis proporzjonat u ġust, huwa xieraq li jittaffa t-tnaqqis tal-pagament ta' ekoloġizzazzjoni meta l-obbligu tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel jeħtieġ il-kultivazzjoni ta' tliet għelejjel differenti.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 640/2014 jiġi emendat skont dan.

(6)

Sabiex tiġi evitata sitwazzjoni li fiha l-Istati Membri jkollhom jadattaw is-sistemi tagħhom ta' kalkolu tal-pagamanent għas-sena tat-talba 2016 matul il-perjodu ta' pagament, u biex tingħata previdibbiltà lill-benefiċjarji rigward liema regoli huma applikabbli għall-kalkolu tal-pagament, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mis-16 ta' Ottubru 2017 fir-rigward tas-snin ta' talba li jibdew mill-1 ta' Jannar 2017,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 640/2014

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 640/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 22 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 22

Prinċipji ġenerali

Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, meta l-istess erja tiġi stabbilita għal iżjed minn waħda mill-prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, dik l-erja għandha titqies b'mod separat għal kull waħda minn dawk il-prattiki bil-ħsieb li jiġi kkalkolat il-pagament għall-prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-pagament ta' ekoloġizzazzjoni”.”;

(2)

Fl-Artikolu 23(2), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għall-penali amministrattivi applikabbli skont l-Artikolu 28, jekk l-erja ddikjarata f'applikazzjoni unika għall-pagament bażiku jew il-pagament uniku skont l-erja taqbeż l-erja stabbilita, l-erja stabbilita għandha tintuża għall-kalkolu tal-pagament ta' ekoloġizzazzjoni.”;

(3)

L-Artikolu 24 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 24

Tnaqqis tal-pagament ta' ekoloġizzazzjoni f'każ ta' nuqqas ta' konformità mad-diversifikazzjoni tal-għelejjel

1.   Fir-rigward tar-raba' li għalih l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jirrikjedi minn tal-inqas żewġ għelejjel differenti filwaqt li l-għalla ewlenija ma għandhiex tkopri aktar minn 75 % tal-erja totali tar-raba', iżda l-erja stabbilita għall-għalla ewlenija tkun tkopri aktar minn 75 % tal-erja totali tar-raba' li tkun stabbilita, l-erja li trid tintuża għall-kalkolu tal-pagament ta' ekoloġizzazzjoni skont l-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament għandha titnaqqas bid-doppju tal-erja tal-għalla ewlenija li teċċedi l-75 % tal-erja totali tar-raba' li tkun stabbilita.

2.   Fir-rigward tar-raba' li għalih it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jirrikjedi minn tal-inqas tliet għelejjel differenti filwaqt li l-għalla ewlenija ma għandhiex tkopri aktar minn 75 % tal-erja totali tar-raba', iżda l-erja stabbilita għall-għalla ewlenija tkun tkopri aktar minn 75 % tal-erja totali tar-raba' li tkun stabbilita, l-erja li trid tintuża għall-kalkolu tal-pagament ta' ekoloġizzazzjoni skont l-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament għandha titnaqqas bl-erja tal-għalla ewlenija li teċċedi l-75 % tal-erja totali tar-raba' li tkun stabbilita.

3.   Fir-rigward tar-raba' li għalih it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jirrikjedi minn tal-inqas tliet għelejjel differenti filwaqt li ż-żewġ għelejjel ewlenin ma għandhomx ikopru aktar minn 95 % tal-erja totali tar-raba', iżda l-erja stabbilita għall-għelejjel ewlenin tkun tkopri aktar minn 95 % tal-erja totali tar-raba' li tkun stabbilita, l-erja li trid tintuża għall-kalkolu tal-pagament ta' ekoloġizzazzjoni skont l-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament għandha titnaqqas b'ħames darbiet l-erja taż-żewġ għelejjel ewlenin li teċċedi l-95 % tal-erja totali tar-raba' li tkun stabbilita.

4.   Fir-rigward tal-azjendi li għalihom l-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jirrikjedi li l-għalla ewlenija fuq il-kumplament tar-raba' ma għandhiex tkopri iżjed minn 75 % ta' dak il-kumplament tar-raba', iżda l-erja stabbilita għall-għalla ewlenija fuq il-kumplament tar-raba' stabbilit tkun tkopri iżjed minn 75 %, l-erja li trid tintuża għall-kalkolu tal-pagament ta' ekoloġizzazzjoni skont l-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament għandha titnaqqas bid-doppju tal-erja tal-għalla ewlenija li teċċedi l-75 % tal-kumplament tar-raba' stabbilit.

5.   Meta benefiċjarju jinstab li ma jkunx konformi mad-diversifikazzjoni tal-għelejjel kif deskritt f'dan l-Artikolu għal tliet snin, l-erja li biha trid titnaqqas l-erja li trid tintuża għall-kalkolu tal-pagament ta' ekoloġizzazzjoni skont il-paragrafi 1 sa 4 għas-snin sussegwenti għandha tiġi mmultiplikata bi tnejn.”;

(4)

Fl-Artikolu 26, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.   Jekk l-erja b'fokus ekoloġiku meħtieġa taqbeż l-erja b'fokus ekoloġiku li tkun stabbilita, filwaqt li titqies il-ponderazzjoni tal-erjas b'fokus ekoloġiku kif previst fl-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-erja li trid tintuża għall-kalkolu tal-pagament ta' ekoloġizzazzjoni skont l-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament għandha titnaqqas b'10 darbiet l-erja b'fokus ekoloġiku li ma tkunx ġiet stabbilita.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-erja b'fokus ekoloġiku li tkun stabbilita ma għandhiex taqbeż is-sehem tal-erjas b'fokus ekoloġiku li jkunu ġew iddikjarati fl-erja totali ta' raba' ddikjarata.

3.   Meta benefiċjarju ma jinstabx konformi mar-rekwiżiti tal-erja b'fokus ekoloġiku kif deskritt f'dan l-Artikolu għal tliet snin, l-erja li biha trid titnaqqas l-erja li trid tintuża għall-kalkolu tal-pagament ta' ekoloġizzazzjoni skont il-paragrafu 2 għas-snin sussegwenti għandha tiġi mmultiplikata bi tnejn.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mis-16 ta' Ottubru 2017 għall-applikazzjonijiet ta' għajnuna fir-rigward tal-pagament ta' ekoloġizzazzjoni u għall-applikazzjonijiet uniċi relatati mas-snin tat-talba li jibdew mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta' pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 48).


25.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/724

tal-24 ta' April 2017

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011 (2) dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) Id-dazju, abbażi tal-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara, kien ivarja bejn 7,3 % u 13,8 %.

(2)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1379/2014 (3), wara investigazzjoni antisussidji u rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping, il-Kummissjoni emendat id-dazju antidumping oriġinali għal valuri li jvarjaw bejn 0 % u 19,9 % u imponiet dazju kompensatorju addizzjonali li jvarja bejn 4,9 % u 10,3 %.

(3)

Dawn il-miżuri kumpensatorji u antidumping flimkien fil-forma ta' dazji ad valorem għalhekk ivarjaw bejn 4,9 % u 30,2 %.

1.2.   Talba għal rieżami tal-iskadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti tal-miżuri antidumping fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

It-talba ġiet ippreżentata fl-14 ta' Diċembru 2015 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Fibra tal-Ħġieġ (“APFE”) f'isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu.

(6)

It-talba hija msejsa fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal biex ikun hemm kontinwazzjoni ta' dumping kif ukoll ta' rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta' rieżami tal-iskadenza

(7)

Wara li ddeterminat li kien hemm biżżejjed evidenza biex jinbeda rieżami, il-Kummissjoni bdiet rieżami tal-iskadenza (4) skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku fil-15 ta' Marzu 2016.

1.4.   Il-partijiet interessati

(8)

Fin-notifika ta' Bidu ta' rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet b'mod speċifiku lill-APFE, lill-produtturi magħrufin l-oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufin u lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi, il-fornituri u l-utenti, in-negozjanti magħrufin, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufin li huma kkonċernati mill-ftuħ tal-investigazzjoni u stednithom jieħdu sehem.

(9)

Fin-Notifika ta' Bidu ta' rieżami tal-iskadenza, il-Kummissjoni infurmat li għandha l-ħsieb tuża lit-Turkija bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“il-pajjiż analogu”) skont it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qalet ukoll li skont l-informazzjoni disponibbli għaliha, jista' jkun hemm produtturi oħra tal-ekonomija tas-suq fost l-oħrajn fl-Eġittu, fil-Malasja u fit-Tajwan.

(10)

Il-Kummissjoni bagħtet notifiki lill-awtoritajiet fl-Eġittu, fil-Ġappun, fil-Malasja, fit-Tajwan, fit-Turkija u fl-Istati Uniti fejn innotifikathom dwar it-tnedija tal-investigazzjoni u talbithom informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-bejgħ ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu f'dawk il-pajjiżi. Imbagħad intbagħtu ittri flimkien ma kwestjonarju lill-produtturi kollha magħrufin fejn intalbet il-kooperazzjoni tagħhom fir-rieżami.

(11)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu u jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.5.   It-teħid tal-kampjun

(12)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni qalet li hija tista' tieħu kampjun mill-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

It-teħid tal-kampjun tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(13)

Sabiex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunar u jekk iva biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufin kollha u assoċjazzjoni fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet tar-RPĊ sabiex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw produtturi esportaturi oħra, f'każ li hemm, li jistgħu jkunu interessati jieħdu sehem fl-investigazzjoni.

(14)

Ħames produtturi esportaturi fir-RPĊ ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, għall-ewwel il-Kummissjoni proponiet kampjun ta' tliet produtturi esportaturi, fuq il-bażi tal-ikbar volum ta' esportazzjonijiet li kien jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fil-ħin disponibbli.

(15)

Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufin u kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tar-RPĊ ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment.

(16)

Ftit żmien wara li rċeviet il-kwestjonarju, l-akbar mit-tliet kumpaniji fil-kampjun irtirat il-kooperazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni bidlitha mat-tieni l-akbar produttur esportatur abbażi tal-volum tal-esportazzjonijiet.

Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(17)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni qalet li kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun fuq il-bażi tal-akbar volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni tal-prodott simili.

(18)

Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet gruppi ta' kumpaniji b'impjanti tal-manifattura fil-Belġju, fi Franza, fl-Italja u fis-Slovakkja, li kienu jirrappreżentaw madwar 74 % tat-total tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma rċeviet l-ebda kumment. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

Kampjunar tal-importaturi

(19)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lill-importaturi biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(20)

Tmien importaturi taw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tlieta fuq il-bażi tal-akbar volum ta' importazzjonijiet lejn l-Unjoni. F'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment.

1.6.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju

(21)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, lit-tliet importaturi inklużi fil-kampjun, lill-produtturi esportaturi fil-kampjun u lill-produtturi esportaturi magħrufa fl-Eġittu, fil-Ġappun, fil-Malasja, fit-Tajwan, fit-Turkija u fl-Istati Uniti tal-Amerika.

(22)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand tliet produtturi tal-Unjoni, żewġ importaturi u tliet produtturi mill-Ġappun, mill-Malasja u mit-Turkija. L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun ma bagħat tweġiba għall-kwestjonarju.

(23)

Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lil 64 utent magħrufa u rċeviet 19-il tweġiba.

1.7.   Żjarat ta' verifika

(24)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għall-għan ta' din l-investigazzjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni

3B Fibreglass SPRL, Belgium;

European Owens Corning Fibreglass SPRL, Belgium;

Johns Manville Slovakia a.s., Slovakia.

(b)

Produttur esportatur fil-pajjiż analogu

Nippon Electric Glass Co., Ltd., Japan.

1.8.   Il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(25)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami” jew il-“PIR”).

(26)

L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(27)

Il-prodott ikkonċernat huwa swiegel tal-fibra tal-ħġieġ mqattgħa, b'tul ta' mhux iktar minn 50 mm; fibri mibruma tal-ħġieġ, għajr dawk li huma impregnati u miksijin u li għandhom telf mat-tqabbid ta' iktar minn 3 % (kif stipulat mill-Istandard tal-ISO 1887); u twapet magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ minbarra twapet tas-suf tal-ħġieġ li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00, ex 7019 12 00 (kodiċi TARIC 7019120021, 7019120022, 7019120023, 7019120025, 7019120039) u 7019 31 00 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(28)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-materja prima li l-aktar tintuża għat-tisħiħ ta' reżini termoplastiċi u termosolidifikati fl-industrija tal-materjali komposti. Il-materjali kompożiti li jirriżultaw (materjali tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament imsaħħin) jintużaw f'għadd kbir ta' industriji: it-trasport (tal-karozzi, tal-baħar, l-ajruspazju, militari), tal-elettriku/elettronika, tal-enerġija tar-riħ, tal-bini u l-kostruzzjoni, tat-tankijiet u l-pajpjiet, tal-prodotti għall-konsumaturi, eċċ.

2.2.   Il-prodott simili

(29)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

(a)

il-prodott ikkonċernat;

(b)

il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Ġappun, li serva bħala pajjiż analogu; kif ukoll

(c)

il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(30)

Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   ID-DUMPING

3.1.   Probabbiltà ta' rikorrenza jew kontinwazzjoni tad-dumping

(31)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk attwalment kienx qed iseħħ dumping u jekk kienx probabbli li d-dumping ikompli jew jerġa' jseħħ jekk jitħallew jiskadu l-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ.

3.1.1.   Il-valur normali u l-pajjiż analogu

(32)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien determinat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. Għal dan l-għan il-Kummissjoni kellha tagħżel pajjiż analogu.

(33)

Il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa tal-prodott simili fl-Eġittu, fil-Ġappun, fil-Malasja, fit-Tajwan, fit-Turkija u fl-Istati Uniti biex jipprovdu informazzjoni billi jwieġbu l-kwestjonarju tal-pajjiż analogu u rċeviet tweġibiet mingħand tliet produtturi fil-Ġappun, fil-Malasja u fit-Turkija (5).

(34)

Wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Bidu, l-APFE pprovdiet kummenti b'appoġġ biex il-pajjiż analogu jkun it-Turkija.

(35)

Fl-investigazzjoni oriġinali fl-2011, il-Kummissjoni użat tat-Turkija bħala l-pajjiż analogu bil-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni rċeviet risposta waħda biss mit-Turkija.

(36)

Għall-finijiet tal-għażla ta' pajjiż analogu, il-Kummissjoni qieset kif dovut kull informazzjoni affidabbli li kienet għad-dispożizzjoni tagħha meta saret l-għażla, fejn qieset elementi bħal, iżda mhux biss, il-bejgħ domestiku, id-daqs tas-suq u l-ambjent kompetittiv fis-suq domestiku.

(37)

Il-bejgħ domestiku tal-produttur Ġappuniż qabel kważi għall-kollox mat-tipi tal-prodott esportat mir-RPĊ fil-livell tal-kodiċi NM. Fil-każ tat-Turkija, dan it-tqabbil kien inqas minn 50 %. Rigward it-tqabbil tal-bejgħ domestiku tal-produttur esportatur Malasjan, il-livell tiegħu kien tant baxx li l-Kummissjoni kellha teskludi lill-Malasja bħala pajjiż analogu.

(38)

Il-Kummissjoni stmat li s-suq Ġappuniż tal-prodott simili huwa madwar tliet darbiet akbar mis-suq Tork. Il-Kummissjoni sabet li s-suq Ġappuniż huwa iktar kompetittiv b'sitt produtturi lokali magħrufa, meta mqabbla ma' produttur wieħed biss magħruf fit-Turkija. Ma kienx hemm dazji doganali għall-prodott simili fil-Ġappun meta mqabbel ma' dazji doganali ta' 7 % kif ukoll dazji antidumping u kumpensatorji, li flimkien huma ta' bejn 24,5 % u 35,75 % kontra r-RPĊ fit-Turkija.

(39)

Abbażi ta' dan t'hawn fuq il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Ġappun hu pajjiż analogu l-aktar xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(40)

Il-Kummissjoni ma rċevietx kummenti oħra dwar il-pajjiż analogu wara l-għażla tal-Ġappun.

(41)

L-informazzjoni li waslet mingħand il-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu ntużat bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali għar-RPĊ, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(42)

Il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet domestiċi fl-andament normali tal-kummerċ tal-produttur Ġappuniż li kkoopera.

3.1.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(43)

Il-Kummissjoni ma rċiviet tweġiba għall-kwestjonarju mingħand l-ebda produttur esportatur fil-kampjun fir-RPĊ. Bħala konsegwenza tan-nuqqas ta' kooperazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u lill-awtoritajiet tar-RPĊ li jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni tista' tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista' tkun inqas vantaġġjuża għall-partijiet ikkonċernati. Ma waslet l-ebda reazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni stabbiliet il-prezz tal-esportazzjoni fuq l-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet (COMEXT) fil-livell tal-kodiċi NM rilevanti.

3.1.3.   Tqabbil

(44)

Meta ġġustifikat mill-ħtieġa li jkun żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet, f'konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti ta' bejn 0 u 7 % għat-trasport, għall-assigurazzjoni, għall-immaniġġar, għat-tagħbija u għall-ispejjeż anċillari, għall-ispejjeż tal-kreditu u tal-ippakkjar.

3.1.4.   Il-marġni tad-dumping

(45)

Matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni stabbilixxiet li n-numri tal-kontroll tal-prodotti mitluba fil-kwestjonarju tal-Kummissjoni ma setgħux jintrabtu mal-kodiċijiet TARIC. Għalhekk il-Kummissjoni qablet il-prezz tal-esportazzjoni mal-valur normali fuq il-bażi tal-kodiċijiet NM (7019 11 00 għas-swiegel imqattgħin, 7019 12 00 fibri mibruma u 7019 31 00 għat-twapet).

(46)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni sabet marġni ta' dumping, muri bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni bid-dazju mhux imħallas f'livell ta' aktar minn 70 %.

3.2.   Żviluppi fl-importazzjonijiet jekk il-miżuri jiġu revokati

(47)

Bħala konsegwenza ta' nuqqas ta' kooperazzjoni, skont l-Artikolu 18(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni wżat għad-determinazzjonijiet tagħha, l-informazzjoni pprovduta fit-talba għar-rieżami u informazzjoni minn sorsi indipendenti disponibbli oħra, bħalma huma l-listi tal-prezzijiet pubblikati, l-istatistika uffiċjali dwar l-importazzjoni, jew informazzjoni miksuba mingħand partijiet interessati matul l-investigazzjoni kif ukoll informazzjoni miksuba matul l-investigazzjonijiet preċedenti.

3.2.1.   Kapaċità

(48)

Sabiex jiġi stabbilit l-iżvilupp possibbli tal-importazzjonijiet f'każ li l-miżuri jiġu revokati, il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni disponibbli dwar il-kapaċitajiet, il-produzzjoni u l-konsum tal-prodotti tal-fibri tal-ħġieġ fis-suq domestiku fir-RPĊ kif ukoll l-esportazzjonijiet mir-RPĊ. Is-sors ta' informazzjoni f'dan ir-rigward kien prinċipalment l-informazzjoni pprovduta mill-APFE (6). Din l-informazzjoni kienet ibbażata fuq l-statistika tal-kummerċ (importazzjoni/esportazzjoni) u l-informazzjoni tal-intelligence kummerċjali miġbura mill-membri tal-assoċjazzjoni. Il-Kummissjoni ċċekkjatha b'referenza ma' informazzjoni minn sorsi indipendenti oħra disponibbli u ma sabet l-ebda evidenza addizzjonali. L-informazzjoni pprovduta minn APFE fir-rigward tal-kapaċità ma ġietx ikkontestata mill-partijiet interessati.

(49)

Il-produzzjoni totali ta' fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kien jaqbeż il-konsum domestiku b'aktar minn 700 elf tunnellata metrika, li minnhom madwar 90 % kienu esportati lejn pajjiżi terzi oħra, u madwar 10 % lejn l-Unjoni. Il-kapaċità żejda fir-RPĊ matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienet stmata għal madwar 150 elf tunnellata metrika, ekwivalenti għal aktar minn 15 % tal-konsum totali tal-Unjoni (ara l-premessa (68) below). Abbażi ta' stimi, il-kapaċità żejda fir-RPĊ aktar milli rdoppja fl-2016 għal madwar 300 tunnellata jew 30 % tal-konsum totali tal-Unjoni.

(50)

Minkejja din il-kapaċità żejda u t-tnaqqis previst fir-ritmu tat-tkabbir tad-domanda domestika fl-2016, produtturi tal-fibra tal-ħġieġ Ċiniżi komplew jibnu l-kapaċità fir-RPĊ u f'pajjiżi terzi oħra li jimmiraw lejn is-suq tal-Unjoni.

(51)

Il-kapaċitajiet żejda fir-RPĊ u tqabbil mal-konsum tal-Unjoni jsaħħu l-probabbiltà li l-importazzjonijiet jiżdiedu b'mod sinifikanti jekk jiġu revokati l-miżuri antidumping.

3.2.2.   Il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni

(52)

Sabiex jiġi stabbilit l-iżvilupp possibbli tal-importazzjonijiet f'każ li l-miżuri jiġu revokati, il-Kummissjoni analizzat kemm hu attraenti s-suq tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet.

(53)

Il-Kummissjoni analizzat dejta tal-esportazzjoni mir-RPĊ fil-livell tal-kodiċi NM (7) matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-fibri mibruma kienu l-fibri tal-ħġieġ bl-ikbar volum ta' esportazzjonijiet mir-RPĊ. Għall-esportazzjonijiet tal-fibri mibruma, is-suq tal-Unjoni kien it-tieni l-ikbar, wara dak tal-Istati Uniti tal-Amerka. Il-prezzijiet, għalkemm simili madwar id-dinja kollha, kienu fost l-ogħla fl-Unjoni u kienu fil-livell ta' USD 1 il-kilo. Għal skopijiet ta' tqabbil, kienu fil-livell ta' USD 0,99 għall-Istati Uniti tal-Amerika u irħas daqs USD 0,85 il-kilo għall-Malasja u għall-Indja (8). Il-prezzijiet għall-Unjoni kienu l-ogħla fost l-aktar 10 swieq importanti tal-esportazzjoni (9).

(54)

Għall-esportazzjonijiet tas-swiegel imqattgħa mir-RPĊ is-suq tal-Unjoni kien il-ħames l-ikbar importanti. Il-prezzijiet fl-Unjoni kienu ogħla b'mod sinifikanti meta mqabbla mas-swieq ewlenin tal-esportazzjoni, f'din l-ordni ta' importanza: l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Korea, il-Ġappun u l-Indja.

(55)

Għat-twapet tal-fibri tal-ħġieġ is-suq tal-Unjoni kien l-aktar suq importanti u l-prezzijiet għall-Unjoni kienu l-aktar attraenti fost is-swieq tal-esportazzjoni ewlenin mir-RPĊ. It-tieni l-aktar suq importanti għat-twapet tal-fibri tal-ħġieġ kienu l-Istati Uniti tal-Amerika, b'livell ta' prezz medju kemxejn ogħla. Għas-swieq l-oħra, il-Vjetnam, l-Indoneżja, l-Emirati Għarab Magħquda, f'din l-ordni ta' importanza, dan il-prezz kien aktar baxx jew sinifikattivament aktar baxx minn dak għall-Unjoni.

(56)

Il-Kummissjoni bbażat l-analiżi t'hawn fuq fuq dejta fil-livell tal-kodiċi doganali (kodiċi NM). Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellhiex dejta fil-livell tan-numru tal-kontroll tal-prodotti. Id-dejta dwar il-prezzijiet fil-livell tan-numru tal-kontroll tal-prodotti kienet tkun aktar preċiża u ma kinitx tkun esposta għall-ineżattezzi possibbli li jirriżultaw mill-varjazzjonijiet kbar fil-prezzijiet fl-istess kategorija ta' prodott (pereż. swiegel imqattgħin b'dijametri differenti).

(57)

Minkejja din il-limitazzjoni, il-fatti disponibbli għall-Kummissjoni jippermettu li jiġi konkluż li l-prezzijiet fil-maġġoranza tas-swieq l-oħra kienu aktar baxxi mill-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Minħabba l-prezzijiet attraenti fis-suq tal-Unjoni, huwa probabbli li kwantitajiet sinifikanti mibjugħa fi swieq oħra jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni, jekk jiġu rrevokati l-miżuri antidumping. Kif indikat fil-premessa (49) fuq, b'aktar minn 600 elf tunnellata kienu esportati lejn swieq oħrajn, u dawn jistgħu għalhekk, tal-inqas parzjalment, jiġu ridiretti lejn is-suq tal-Unjoni.

(58)

Li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti huwa kkonfermat ukoll mill-investimenti tal-esportaturi Ċiniżi f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari fl-Eġittu. Kapaċità stmata ta' fran stallati fl-Eġittu kienet ta' 80 elf tunnellata metrika fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami. Huwa stmat li din il-kapaċità se tlaħħaq 160 elf tunnellata metrika sal-aħħar tal-2017 u 200 elf tunnellata metrika sal-2019 (10).

(59)

Il-livell tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-importanza tiegħu għall-esportazzjonijiet mir-RPĊ jippermettu lill-Kummissjoni tikkonkludi li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-produtturi tal-fibri tal-ħġieġ fir-RPĊ. Hemm probabbiltà kbira li l-importazzjonijiet jiżdiedu b'mod sinifikanti jekk il-miżuri antidumping jiġu revokati.

3.2.3.   Kunsiderazzjonijiet oħrajn

(60)

Il-proċedimenti tal-Kummissjoni fl-investigazzjoni antisussidji fl-2014 ikkonfermaw li għadd ta' inċentivi huma disponibbli għall-industrija tal-fibra tal-ħġieġ fir-RPĊ, u dan jindika li l-RPĊ hija lesta tappoġġja l-espansjoni tal-industrija tal-fibra tal-ħġieġ u l-preżenza tagħha madwar id-dinja. Għalhekk wieħed jista' jistenna żieda fl-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri antidumping jiġu rrevokati.

(61)

F'Settembru 2016, l-Indja estendiet id-dazji antidumping tagħha fuq l-importazzjonijiet tal-fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ. It-Turkija estendiet id-dazji antidumping fuq dawn l-importazzjonijiet f'Novembru 2016. L-eżistenza ta' dazji antidumping fi swieq oħra għamlithom anqas attraenti għall-esportaturi Ċiniżi.

(62)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-imġiba tal-prezzijiet Ċiniżi, il-Kummissjoni tqis li l-eżistenza ta' miżuri antidumping f'pajjiżi terzi oħrajn bħala indikazzjoni addizzjonali ta' prattiċi ta' dumping mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.

3.2.4.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà tat-tkomplija tad-dumping

(63)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tistenna li l-esportazzjonijiet Ċiniżi soġġetti għal dumping jerġgħu jissoktaw f'volumi akbar u jpoġġu aktar pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri attwali jiġu revokati.

4.   ĦSARA

4.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(64)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn seba' produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(65)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami kienet ta' madwar 652 elf tunnellata abbażi tal-informazzjoni dwar l-industrija tal-Unjoni pprovduta mill-APFE.

(66)

Kif indikat fil-premessa (18), il-Kummissjoni għażlet fil-kampjun impjanti tal-manifattura ta' tliet produtturi tal-Unjoni, li jirrappreżentaw 74 % tal-bejgħ totali tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni u 68 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni.

4.2.   Il-konsum fl-Unjoni

(67)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum fl-Unjoni fuq il-bażi ta' (i) il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-APFE u (ii) l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fuq il-bażi ta' dejta estratta mill-Eurostat (COMEXT).

(68)

Il-konsum fl-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Konsum fl-Unjoni (tunnellati mettriċi)

 

2012

2013

2014

2015 (PIR)

Il-Konsum totali fl-Unjoni

750 645

813 760

897 396

960 818

Indiċi (2012 = 100)

100

108

120

128

Sors: Dejta pprovduta minn APFE; Eurostat (COMEXT).

(69)

Il-konsum fl-Unjoni żdied ħafna matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tkabbir jimmarka ritorn għal-livell ta' attività ta' qabel il-kriżi finanzjarja. It-tkabbir kien xprunat mill-iżvilupp b'saħħtu tal-industrija termoplastika u miż-żieda sostanzjali fid-domanda għal materjali ħfief u durabbli.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(70)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi), sehem mis-suq

 

2012

2013

2014

2015 (PIR)

Il-volum ta' importazzjonijiet mir-RPĊ

101 953

121 634

148 796

77 669

Indiċi (2012 = 100)

100

119

146

76

Sehem mis-suq (%)

14

15

17

8

Indiċi (2012 = 100)

100

107

121

57

Sors: Eurostat (COMEXT).

(71)

It-tkabbir fil-volum tal-importazzjoni bejn l-2012 u l-2014 juri l-impatt limitat tad-dazju antidumping inizjali impost fl-2011. Iż-żieda tal-livell tal-miżuri fl-2014, flimkien mal-apprezzament tal-USD, qelbu din ix-xejra. Il-produtturi esportaturi fir-RPĊ jikkwotaw il-prezzijiet tagħhom f'USD u l-apprezzament tad-Dollaru għamel l-importazzjonijiet inqas attraenti għal importaturi tal-Unjoni.

4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(72)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tal-istatistika tal-Eurostat.

(73)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-RPĊ (EUR/kilo)

 

2012

2013

2014

2015 (PIR)

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

912

821

874

1 146

Indiċi (2012 = 100)

100

90

96

126

Sors: Eurostat (COMEXT).

(74)

Il-prezz medju tal-prodott ikkonċernat naqas b'4 % bejn l-2012 u l-2014, iżda mbagħad żdied b'31 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(75)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami billi qabblet:

(76)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li ġew iddebitati l-konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika; kif ukoll

(77)

l-istatistika dwar l-importazzjoni abbażi tal-Eurostat skont il-kodiċi tan-NM stabbilita fuq bażi ta' kost, assigurazzjoni u trasport (“CIF”), b'aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni.

(78)

Ir-riżultat tat-tqabbil ingħata bħala perċentwal tal-fatturat ipotetiku tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(79)

Minkejja ż-żieda fil-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-2015, il-livell tat-twaqqigħ tal-prezzijiet kien ta' 15 %.

4.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

4.4.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(80)

Il-volumi tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż terzi l-oħra żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Il-volum tal-importazzjonijiet (tunnellati metriċi), sehem mis-suq — pajjiżi oħrajn

 

2012

2013

2014

2015 (PIR)

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Malasja

60 571

64 188

53 398

68 774

Indiċi (2012 = 100)

100

106

88

114

Is-sehem mis-suq tal-Malasja (%)

8

8

6

7

Indiċi

100

98

74

89

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Eġittu

0

0

12 835

45 516

Indiċi

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Is-sehem mis-suq tal-Eġittu (%)

0

0

1

5

Indiċi

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Il-volum tal-importazzjonijiet min-Norveġja

33 260

35 255

35 496

41 619

Indiċi

100

106

107

125

Is-sehem mis-suq tan-Norveġja (%)

4

4

4

4

Indiċi

100

98

89

98

Il-volum tal-importazzjonijiet mit-Turkija

20 940

17 619

19 252

19 703

Indiċi

100

84

92

94

Is-sehem mis-suq tat-Turkija (%)

3

2

2

2

Indiċi

100

78

77

74

L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn

46 148

47 624

59 493

73 795

Indiċi

100

103

129

160

Is-sehem mis-suq tal-pajjiżi l-oħra (%)

6

6

7

8

Indiċi

100

95

108

125

Sors: Eurostat (COMEXT).

(81)

Is-sorsi ewlenin l-oħrajn ta' provvista għall-Unjoni kienu l-Malasja, l-Eġittu, in-Norveġja u t-Turkija.

(82)

Is-sehem tas-suq tal-pajjiżi terzi l-oħra żdied minn 21 % għal 26 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(83)

L-aktar żieda sinifikanti kienet iż-żieda tal-importazzjonijiet mill-Eġittu. Ma kienx hemm importazzjonijiet matul l-ewwel snin tal-perjodu kkunsidrat, iżda fl-2015 l-importazzjonijiet mill-Eġittu, fejn produttur kbir mir-RPĊ għadu qed jinvesti b'mod sinifikanti, laħqu 5 % f'sehem mis-suq.

4.4.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra

(84)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn żviluppaw kif ġej:

Tabella 5

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2012

2013

2014

2015 (PIR)

Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Malasja

999

946

918

941

Indiċi (2012 = 100)

100

95

92

94

Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Eġittu

823

997

Indiċi

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Il-prezz tal-importazzjonijiet min-Norveġja

912

821

874

1 146

Indiċi

100

90

96

126

Il-prezz tal-importazzjonijiet mit-Turkija

912

821

874

1 146

Indiċi

100

90

96

126

Il-prezz tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn

874

827

1 206

1 310

Indiċi

100

95

138

150

Sors: Eurostat (COMEXT).

(85)

Abbażi tat-tqabbil bil-kodiċi NM, sal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Malasja kienu ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ. Fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-prezzijiet tal-Malasja, kuntrarjament għall-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi oħrajn, naqsu xi ftit.

(86)

Peress li l-produttur Norveġiż huwa relatat ma' produttur tal-Unjoni, il-prezzijiet min-Norveġja huma fil-biċċa l-kbira prezzijiet ta' trasferiment bejn partijiet relatati u għalhekk il-Kummissjoni qisithom li mhumiex affidabbli għal tqabbil sinifikanti.

(87)

Il-prezzijiet statistiċi medji mhumiex indikattivi tal-prezzijiet reali peress li hemm differenzi sinifikanti fil-prezzijiet bejn it-tipi ta' prodotti differenti, u t-taħlit tat-tipi ta' prodotti mhuwiex magħruf. Għalhekk, l-ebda konklużjoni ma tista' tintlaħaq fir-rigward tal-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra.

4.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Rimarki ġenerali

(88)

F'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt li għandhom l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Kif imsemmi fil-premessa (18), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tal-ħsara possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(89)

Għad-determinazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tal-ħsara makroekonomiċi u l-indikaturi tal-ħsara mikroekonomiċi.

(90)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta pprovduta fl-ilment u fit-talba ta' rieżami kif ukoll f'sottomissjonijiet sussegwenti, kontroverifikati fejn possibbli mal-istatistika. Id-dejta kienet tirrigwarda lill-produtturi kollha tal-Unjoni.

(91)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-dejta inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(92)

Id-dejta użata biex jiġu kkalkulati l-indikaturi nstab li kienet rappreżentattiva tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(93)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat.

(94)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' kull unità, il-kost ta' kull unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(95)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 6

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2012

2013

2014

2015 (PIR)

Produzzjoni f'tunnellati

536 878

584 197

616 382

652 857

Indiċi

100

109

115

122

Kapaċità tal-Produzzjoni f'tunnellati

645 229

690 737

698 182

725 960

Indiċi

100

107

108

113

Użu tal-Kapaċità (%)

83

85

88

90

Indiċi

100

102

106

108

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, APFE.

(96)

Is-sena 2012 kienet ikkaratterizzata minn livell baxx ta' volum ta' produzzjoni, livell baxx ta' kapaċità u rata baxxa ta' użu tal-kapaċità. Fis-snin ta' wara l-produzzjoni żdiedet b'mod gradwali, b'reazzjoni pożittiva għad-domanda dejjem tikber. Inbnew mill-ġdid ukoll inqas fran fil-perjodu ta' wara l-2012. Dawn il-fatturi kollha kkunsidrati flimkien ikkontribwixxew b'mod pożittiv għall-iżvilupp favorevoli kemm tal-kapaċità kif ukoll tal-użu tal-kapaċità.

4.5.2.2.   Il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir

(97)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq (tunellati metriċi)

 

2012

2013

2014

2015 (PIR)

Volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni

487 774

527 441

568 126

633 743

Indiċi

100

108

116

130

Sehem mis-suq (%)

65

65

63

66

Indiċi

100

100

97

102

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, APFE.

(98)

Mil-livelli baxxi ta' 2012, id-domanda li bdiet tiżdied gradwalment wasslet biex il-volumi tal-bejgħ jiżdiedu wkoll u fl-2015 laħqu żieda ta' 30 % meta mqabbel mal-2012.

(99)

Madankollu, sal-2014, iż-żieda fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienet aktar kajmana mill-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni minħabba l-preżenza tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet imwaqqgħin. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 65 % għal 63 % bejn l-2012 u l-2014, u żdied għal 66 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, wara ż-żieda fil-miżuri fl-2014.

4.5.2.3.   Impjiegi u produttività

(100)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 8

Impjiegi u produttività

 

2012

2013

2014

2015 (PIR)

Għadd ta' impjegati

3 580

3 456

3 366

3 404

Indiċi

100

97

94

95

Produttività (tunnellata/impjegat)

150

169

183

192

Indiċi

100

113

122

128

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, APFE.

(101)

L-impjiegi naqsu b'5 % bejn l-2012 u l-2015, minkejja żvilupp pożittiv matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Ir-ristrutturar tal-industrija, l-isforzi tagħha biex tinnova u tottimizza l-proċessi tal-produzzjoni tagħha kif ukoll iż-żieda fl-użu tal-kapaċità wassal għal titjib sinifikanti fil-produttività matul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.2.4.   Id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat

(102)

Din l-investigazzjoni stabbilixxiet marġni ta' dumping ta' aktar minn 70 %. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ġie mmitigat minn meta żdiedu l-miżuri fl-2014. L-industrija tal-Unjoni bdiet tibbenefika b'mod sħiħ minn dawn il-miżuri fl-2015.

(103)

Il-miżuri mħalltin fis-seħħ għenu biex jonqsu l-importazzjonijiet Ċiniżi u ppermettew lill-industrija tal-Unjoni żżomm is-sehem tagħha fis-suq. Madankollu, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni baqgħu baxxi u bħala medja taħt il-livelli tagħhom tal-2012.

(104)

Għalhekk jista' jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni kienet f'pożizzjoni li tibbenefika mill-miżuri fis-seħħ u bdiet tirkupra mill-ħsara kkawżata minn dumping tal-passat min-naħa tal-produtturi esportaturi Ċiniżi.

4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li għandhom impatt fuq il-prezzijiet

(105)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Il-prezzijiet tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni

 

2012

2013

2014

2015 (PIR)

Il-prezz medju ta' bejgħ ta' unità mill-fabbrika lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

1 107

1 064

1 059

1 079

Indiċi

100

96

96

97

Sors: Dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(106)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ma nbidlux b'mod sinifikanti mill-2012 'l hawn, għad li ġie jirreġistrat tnaqqis żgħir ta' 3 % fl-2015 meta mqabbel mal-2012.

4.5.3.2.   Il-kostijiet medji ta' produzzjoni ta' unità

(107)

Il-kost tal-produzzjoni ta' unità żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Il-kost tal-produzzjoni ta' unità

 

2012

2013

2014

2015 (PIR)

Il-kost tal-produzzjoni ta' unita (EUR/tunnellati)

1 188

1 082

1 055

1 005

Indiċi

100

91

89

85

Sors: Dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(108)

Il-kost tal-produzzjoni ta' unità naqas matul il-perjodu kkunsidrat. Din ix-xejra tista' tiġi spjegata biż-żieda fl-użu tal-kapaċità, li tikkontribwixxi biex jonqsu l-kostijiet tal-produzzjoni ta' unità f'din l-industrija b'kapital intensiv. L-industrija tal-Unjoni bbenefikat ukoll minn prezzijiet baxxi tal-materja prima u tal-enerġija.

4.5.3.3.   Il-kostijiet lavorattivi

(109)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2012

2013

2014

2015 (PIR)

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

52 316

53 849

57 443

59 099

Indiċi

100

103

110

113

Sors: Dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(110)

Iż-żieda żgħira fis-salarji u s-sensji ta' ħaddiema bi ħlas aktar baxx li rriżultaw mill-proġett biex tiżdied l-effiċjenza ta' wieħed mill-produtturi fil-kampjuni wasslu għal żieda fil-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat.

4.5.3.4.   Inventarji

(111)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej:

Tabella 12

Inventarji (tunnellati metriċi)

 

2012

2013

2014

2015 (PIR)

Stokkijiet tal-għeluq

111 626

119 813

105 740

92 914

Indiċi

100

107

95

83

Sors: Dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(112)

L-istokk tal-għeluq l-ewwel żdied bi ftit fl-2013 u mbagħad kompla jonqos aktar matul il-perjodu kkunsidrat, xprunat minn domanda dejjem tikber.

(113)

Iż-żieda fil-livell tal-miżuri fl-2014 kellha effett fuq it-tnaqqis li seħħ lejn l-aħħar tal-perjodu kkunsidrat.

4.5.3.5.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(114)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

Profittabbiltà

 

2012

2013

2014

2015 (PIR)

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni għal klijenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ) Indiċi

– 13,7

– 3,3

0,4

8,6

Indiċi

– 100

– 24

3

63

Investimenti (EUR '000)

– 25 623

– 17 008

635

47 361

Indiċi

– 100

– 66

2

185

Investmenti (EUR '000)

39 573

34 088

41 500

49 664

Indiċi

100

86

105

126

Rettidu fuq l-investmenti (%)

– 10

– 3

0

8

Indiċi

– 100

– 27

4

82

Sors: Dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(115)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-prodott simili għall-klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun bdiet titjieb bil-mod il-mod, u saret pożittiva matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(116)

Il-fluss tal-flus nett jirrappreżenta l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw huma stess l-attivitajiet tagħhom. Il-produtturi tal-Unjoni ħabbtu wiċċhom ma' flussi ta' flus negattivi fl-2012 u fl-2013. Is-sitwazzjoni ttejbet gradwalment matul il-perjodu meqjus u mill-2014 il-produtturi tal-Unjoni bdew jaqalgħu flussi ta' flus pożittivi.

(117)

L-investimenti li saru mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun segwew xejra li tiżdied matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda kienet iktar sinifikanti lejn l-2015. L-investimenti kienu fil-biċċa l-kbira xprunati mill-bini mill-ġdid ta' fran.

(118)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment żviluppa b'mod konformi mal-profittabbiltà. Ir-restawr tar-redditu fuq l-investiment huwa konsegwenza tat-titjib fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni fi tmiem il-perjodu kkunsidrat.

(119)

Il-prestazzjoni finanzjarja batuta tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2012 u l-2014 limitat l-abbiltà tagħha li tiġġenera kapital. L-industrija tal-Unjoni teħtieġ investimenti sinifikanti u fit-tul biex tkun tista' tibni mill-ġdid il-fran f'intervalli regolari ta' żmien u tissokta bl-operat tagħha.

4.5.4.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(120)

Is-sena 2012 kienet ikkaratterizzata minn livell baxx ta' domanda, livell baxx ta' kapaċità minħabba l-bini mill-ġdid tal-fran, rata baxxa ta' użu tal-kapaċità, livelli għoljin ta' stokks, miżuri ta' ristrutturar u prezzijiet baxxi minħabba d-dumping preċedenti, li f'salt irriżultaw f'telf u ħruġ ta' flus massivi għall-kumpaniji fil-kampjun.

(121)

Imbagħad, bejn l-2012 u l-2014, l-iżvilupp qawwi fid-domanda xpruna l-iżvilupp tal-bejgħ, li ssarraf f'żieda fl-output tal-produzzjoni u f'livelli aktar baxxi tal-istokk. Il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità żdiedu. Assorbiment aħjar tal-kostijiet fissi, it-titjib fil-produttività u d-deflazzjoni ta' xi inputs importanti ppermettew tnaqqis sostanzjali tal-kostijiet tal-produzzjoni għall-kumpaniji fil-kampjun.

(122)

Madankollu, il-miżuri antidumping inizjali imposti fl-2011 ma paċewx kompletament it-twaqqigħ tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi li żdiedu b'46 % bejn l-2012 u l-2014. Din is-sitwazzjoni heddet l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni.

(123)

Sabiex iżżomm is-sehem tagħha mis-suq, l-industrija tal-Unjoni kellha tibqa' tbati erożjoni tal-prezzijiet u bilkemm setgħet tilħaq ekwilibriju fl-2014.

(124)

Wara ż-żieda tal-miżuri fl-2014, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ħadu xejra bil-kontra u bdew jogħlew. Il-kost tal-produzzjoni ta' unità naqas aktar minħabba ż-żieda fil-volumi tal-produzzjoni u dan ippermetta lill-industrija tal-Unjoni tilħaq profitt ta' 8,6 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. L-indikaturi tal-prestazzjoni kollha saru pożittivi, inkluż il-ħolqien tax-xogħol.

(125)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni tal-2014, l-industrija tal-Unjoni kompliet iġġarrab ħsara materjali matul Settembru 2013. L-effett dannuż tal-importazzjonijiet iddumpjati u ssussidjati kompla fl-2014. Kien biss wara li żdiedu l-miżuri, li l-Industrija tal-Unjoni jerġgħet saret profittabbili u reġgħet bdiet toħloq l-impjiegi.

(126)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni, wara ż-żieda tal-miżuri fl-2014, irkuprat parzjalment mill-ħsara kkawżata mid-dumping li seħħ fil-passat u ma sofrietx ħsara materjali matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

4.6.   Probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara

(127)

Kif imsemmi fil-premessa(49), il-kapaċitajiet mhux użati estimati tal-produtturi fil-PRĊ kienu jirrappreżentaw ammont sinifikanti tal-konsum totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Fl-2016, il-kapaċitajiet mhux utilizzati rdoppjaw meta mqabbel mal-2015. Minħabba din ix-xejra li qed tiżdied u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni kif konkluż fil-premessa(59), huwa probabbli li l-livelli tal-importazzjonijiet mir-RPĊ se jissoktaw f'volumi sinifikanti jekk il-miżuri jiġu revokati.

(128)

Kif stabbilit fil-premessa(75), l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew iwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami minkejja evoluzzjoni ħażina fir-rata tal-kambju bejn l-EUR u l-USD.

(129)

L-irkupru fil-prezzijiet tal-fibri tal-ħġieġ kien limitat. Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni baqgħu taħt il-livelli tagħhom tal-2012 u l-effett taż-żieda fil-livell tal-miżuri fl-2014 ġie mrażżan mill-pressjoni dejjem akbar tal-importazzjonijiet mill-Eġittu. Wara li laħaq il-livelli ta' qabel il-kriżi finanzjarja, it-tkabbir tal-konsum fl-Unjoni huwa mistenni jonqos gradwalment.

(130)

Il-produzzjoni tal-fibri tal-ħġieġ hija industrija b'kapital intensiv ħafna. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produtturi fil-kampjun investew EUR 165 miljun fil-kapaċitajiet ta' produzzjoni tagħhom. Fl-istess perjodu, il-fluss tal-flus operattiv tagħhom niżel għal EUR 5 miljun biss. Għal dawn ir-raġunijiet, it-tneħħija tal-miżuri twassal għal livell ta' riskju u pressjoni finanzjarja li timmina ulterjorment ir-raġunament ekonomiku wara dawn l-investimenti fit-tul. L-industrija tal-Unjoni tkun sfurzata tagħlaq il-fran tagħha. Dan ipoġġi f'periklu l-istess eżistenza tagħha. Barra minn hekk, minħabba l-proporzjon għoli ta' kostijiet fissi, din l-industrija hija sensittiva ħafna għall-varjazzjoni fil-volumi tal-produzzjoni. Dan ifisser li tnaqqis relattivament żgħir fil-produzzjoni jiġġenera telf kbir. It-titjib riċenti tal-industrija tal-Unjoni huwa marbut l-aktar ma' assorbiment aħjar tal-kostijiet fissi minħabba li żdied l-użu tal-kapaċità, u dan kien possibbli prinċipalment minħabba l-miżuri fis-seħħ, b'mod partikolari wara l-2014.

(131)

Barra minn hekk, il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kienet ukoll influwenzata b'mod pożittiv minn fatturi esterni bħal prezzijiet tal-enerġija u l-materja prima, li kienu relattivament baxxi. Minn perspettiva fuq perjodu twil, huwa improbabbli li l-prezzijiet ta' dawn l-inputs se jibqa' f'dak il-livell baxx. Żieda f'dawn l-inputs ikollha impatt negattiv addizzjonali fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni.

(132)

Għalhekk, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, għalkemm tjiebet fl-2015, għadha vulnerabbli u hija kkaratterizzata minn persistenza ta' prezzijiet baxxi, kostijiet volatili tal-produzzjoni u rekwiżiti kapitali għolja. F'dan il-kuntest, kwantitajiet kbar ta' importazzjonijiet iddampjati li jwaqqgħu l-prezzijiet x'aktarx jikkawżaw deterjorament fil-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

(133)

Fuq din il-bażi l-Kummissjoni kkonkludiet li jekk jiġu revokati l-miżuri antidumping, u d-dazji kumpensatorji jibqgħu f'livell li diġà wera li ma kienx effikaċi biex jirrestrinġi l-wasla ta' kwantitajiet kbar ta' importazzjonijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet, ikun hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara.

5.   INTERESS TAL-UNJONI

(134)

B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni analizzat jekk setgħetx tikkonkludi biċ-ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li żżomm il-miżuri antidumping eżistenti, minkejja li ddeterminat li x'aktarx jerġa' jseħħ dumping li jagħmel il-ħsara. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

5.1.   L-interessi tal-industrija tal-Unjoni

(135)

Kien hemm livell għoli ta' kooperazzjoni mill-produtturi tal-Unjoni f'din l-investigazzjoni.

(136)

L-industrija tal-Unjoni wriet li l-operazzjonijiet tagħha huma vijabbli meta ma jkunux soġġetti għal kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet iddampjati u ssussidjati u li l-miżuri fis-seħħ ippermettew lill-industrija tirkupra parzjalment mill-ħsara tal-passat.

(137)

Fl-istess ħin, it-tneħħija tal-miżuri wisq probabbli twassal għal aktar kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet iddampjati Ċiniżi u dan jhedded l-operat futur tal-produtturi tal-Unjoni.

(138)

Għalhekk ġie konkluż li huwa fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri fis-seħħ.

5.2.   L-interess tal-importaturi mhux relatati

(139)

Kif intqal fil-premessa(20) hawn fuq, tmien importaturi mhux relatati wieġbu għall-formola tal-kampjunar. L-akbar tliet importaturi kienu inklużi fil-kampjun u tnejn minnhom ikkooperaw. Huma rrappreżentaw 5 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. L-ebda wieħed mill-importaturi li rreġistra ruħu bħala parti interessata f'din l-investigazzjoni ma esprima l-pożizzjoni tiegħu, jekk kienx favur jew kontra l-miżuri taħt rieżami.

(140)

L-importaturi u n-negozjanti għandhom aċċess għal għadd kbir ta' sorsi ta' provvista ġewwa u barra l-Unjoni. Barra minn hekk, il-prodott ikkonċernat huwa standardizzat ħafna u s-sorsi tal-provvista jistgħu jinbidlu b'mod effiċjenti.

(141)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-estensjoni tad-dazju antidumping ikollha impatt limitat fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi.

5.3.   L-interessi tal-utenti

(142)

Il-prodott li qed jiġi investigat jintuża għal għadd kbir ta' applikazzjonijiet bħat-trasport (bil-karozzi, marittimu, ajruspazjali, militari), l-elettriku/elettronika, l-enerġija mir-riħ, il-bini u l-kostruzzjoni, tankijiet u pajpjiet, prodotti tal-konsumatur. Kien hemm kooperazzjoni minn firxa wiesgħa ta' utenti.

(143)

19 minn 64 utent li rreġistraw ruħhom bħala partijiet interessati wieġbu l-kwestjonarju tal-Kummissjoni. Dawn jirrappreżentaw madwar 10 % tal-konsum totali tal-Unjoni.

(144)

14-il kumpanija kienu kontra l-estensjoni tal-miżuri, tliet kumpaniji ħadu pożizzjoni favur it-tkomplija tal-miżuri, u tnejn astjenew. Assoċjazzjoni waħda tal-utenti esprimiet oppożizzjoni għall-miżuri.

(145)

Diversi utenti sostnew li l-miżuri fis-seħħ irendu l-prodotti downstream mhux kompetittivi meta mqabbla mal-istess prodotti manifatturati fl-Asja. Huma sostnew ukoll li ma setgħux jassorbu ż-żieda korrispondenti fil-kost jew li jgħadduha lill-klijenti tagħhom.

(146)

Wara li żdiedu l-miżuri fl-2014, il-Kummissjoni żiedet il-livell tad-dazji imposti fuq il-prodott ikkonċernat għal bejn wieħed u ieħor darbtejn il-livell tad-dazju antidumping inizjali. Il-Kummissjoni vvalutat li l-impatt ta' din iż-żieda ma jkunx ta' aktar minn punt perċentwali tal-profittabbiltà għall-industriji utenti, għalkemm irrikonoxxiet li xi setturi tal-industrija kienu iktar esposti minn oħrajn.

(147)

Dan kien ikkonfermat fl-investigazzjoni attwali. Id-dejta pprovduta mill-utenti li kkooperaw fil-fatt indikat li l-kost tal-fibra tal-ħġieġ, irrispettivament mill-oriġini tagħha, bejn l-2014 u l-2015 żdied b'ammont li jirrappreżenta 0,5 % tal-fatturat tagħhom. Sadanittant, il-fatturat, il-profitti u l-impjiegi marbuta mal-prodott ikkonċernat żdiedu. Żewġ kumpaniji biss irrappurtaw tnaqqis fil-fatturat u l-impjiegi u erba' kumpaniji irrappurtaw tnaqqis fil-profitti.

(148)

Xi utenti qalu wkoll li l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex biżżejjed kapaċità ta' produzzjoni biex tissodisfa d-domanda tal-Unjoni, mhijiex qed iżżid il-kapaċitajiet u mhijiex kompetittiva minħabba tagħmir eqdem, użu akbar ta' enerġija u l-kost lavorattiv.

(149)

L-investigazzjoni wriet li dawn l-affermazzjonijiet ma humiex iġġustifikati. Kif ġie deskritt fil-premessi preċedenti, l-industrija tal-Unjoni għamlet investimenti sinifikanti, tejbet il-produttività tagħha u żiedet il-kapaċitajiet tal-produzzjoni tagħha minkejja perjodu twil ta' telf li ntemm fl-2014, wara li żdiedu l-miżuri fl-2014. Espansjoni ulterjuri tal-kapaċitajiet teħtieġ impenji kapitali fit-tul li huma stess huma dipendenti fuq iż-żamma ta' kundizzjonijiet ekwi fejn il-produtturi kompetittivi jkunu jistgħu jistennew redditu adegwat fuq l-investimenti.

(150)

Barra minn hekk, minkejja ż-żieda tal-miżuri bejn l-2014 u l-2015, il-konsum tal-Unjoni kompla jiżviluppa bl-istess pass bħal fis-snin preċedenti. Fil-fatt, jeżistu sorsi alternattivi ta' provvista barra mir-RPĊ, bħall-Baħrejn, l-Eġittu, il-Ġappun, il-Malasja u l-Istati Uniti. Matul il-perjodu meqjus, l-importazzjonijiet mir-RPĊ kważi qatt ma qabżu nofs it-total tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u s-sehem mis-suq tagħhom laħaq quċċata ta' 17 % tal-konsum totali tal-Unjoni fl-2014. Fi kwalunkwe każ, l-iskop tad-dazji antidumping u tad-dazji antisussidji mhijiex li jitwaqqfu l-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni, iżda biex jiżguraw li dawn l-importazzjonijiet jikkompetu fuq bażi ġusta ma' sorsi oħra ta' provvista.

(151)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-estensjoni tad-dazju antidumping ikollha impatt limitat fuq is-sitwazzjoni tal-utenti.

5.4.   Konklużjoni dwar l-interessi tal-Unjoni

(152)

Ir-revoka tal-miżuri jkollha impatt materjali u negattiv fuq il-produtturi tal-Unjoni.

(153)

L-estensjoni tad-dazju tal-antidumping ikollha impatt limitat fuq l-importaturi, li baqgħu newtrali.

(154)

Għalkemm l-operati ta' ċerti utenti huma esposti għal żieda fil-kost tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili, l-investigazzjoni kkonfermat li l-miżuri kellhom impatt limitat fuq il-prestazzjoni kumplessiva tal-industriji utenti.

(155)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li, kollox ma' kollox, ma jeżistux raġunijiet konvinċenti kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri antidumping attwali fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ.

6.   KONKLUŻJONI U DIVULGAZZJONI

(156)

Il-partijiet kollha interessati ġew infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien intenzjonat li jinżammu l-miżuri antidumping definittivi eżistenti. Il-partijiet ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jressqu kummenti wara din id-divulgazzjoni. Parti interessata waħda biss, l-ilmentatur, ippreżentat ruħha wara l-iżvelar u uriet li taqbel mar-riżultati tal-Kummissjoni u l-proposta li tinżamm il-miżura antidumping definittiva eżistenti.

(157)

Mill-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq jirriżulta li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċertu fibri tal-ħġieġ bil-filamenti kontinwu li joriġinaw fir-RPĊ, imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 248/2011, kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1379/2014, għandhom jinżammu.

(158)

Il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax opinjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'dan qed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' swiegel tal-fibra tal-ħġieġ mqattgħa, b'tul ta' mhux iktar minn 50 mm; fibri mibruma tal-ħġieġ, għajr dawk li huma impregnati u miksijin u li għandhom telf mat-tqabbid ta' iktar minn 3 % (kif stipulat mill-Istandard tal-ISO 1887); u twapet magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ minbarra twapet tas-suf tal-ħġieġ li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00, ex 7019 12 00 (kodiċi TARIC 7019120021, 7019120022, 7019120023, 7019120025, 7019120039) u 7019 31 00 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u maħdum mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Dazju antidumping definittiv (%)

Kodiċi TARIC addizzjonali

Jushi Group Co., Ltd; Jushi Group Chengdu Co., Ltd; Jushi Group Jiujiang Co., Ltd

14,5

B990

Changzhou New Changhai Fiberglass Co., Ltd; Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd; Changzhou Tianma Group Co., Ltd

0

A983

Chongqing Polycomp International Corporation

19,9

B991

Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness I

15,9

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

19,9

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju antidumping speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk l-ebda tali fattura ma tiġi ppreżentata, japplika d-dazju applikabbli għall-“Kumpaniji l-oħrajn kollha”.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU L 67, 15.3.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 367, 23.12.2014, p. 22.

(4)  ĠU C 99, 15.3.2016, p. 10.

(5)  Japan, Nippon Electric Glass Co., Ltd (il-Ġappun), Malaysia, Nippon Electric Glass (il-Malasja) u CAM ELYAF SANAYİİ A.Ș. (it-Turkija).

(6)  L-informazzjoni pprovduta mill-APFE f'Ottubru 2016, ibbażata fuq l-preżentazzjoni “Il-Qadgħa tas-Suq u tal-Provvista Ewropej”.

(7)  Informazzjoni dwar prezzijiet ibbażata fuq l-istatistika tad-dwana.

(8)  Il-volumi esportati mir-RPĊ matul il-PIR f'tunnellati metriċi kienu ta' madwar 111-il elf għall-Istati Uniti tal-Amerika, 78 elf għall-Unjoni, 16-il għall-Malasja u 14-il elf għall-Indja.

(9)  F'ordni ta' importanza: L-Istati Uniti tal-Amerika, l-UE, l-Arabja Sawdija, il-Korea ta' Isfel, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Kanada, it-Tajlandja, il-Ġappun, il-Malasja u l-Indja.

(10)  L-informazzjoni pprovduta mill-APFE f'Ottubru 2016, ibbażata fuq l-preżentazzjoni “Il-Qadgħa tas-Suq u tal-Provvista Ewropej”.


ANNESS I

Produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex fil-kampjun:

Isem

Kodiċi TARIC addizzjonali

Taishan Fiberglass Inc.;

PPG Sinoma Jinjing Fiber Glass Company Ltd

B992

Xingtai Jinniu Fiberglass Co., Ltd

B993

Weiyuan Huayuan Composite Material Co., Ltd

B994

Changshu Dongyu Insulated Compound Materials Co., Ltd

B995

Glasstex Fiberglass Materials Corp.

B996


ANNESS II

Fil-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) irid ikun hemm dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li ħarġet il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej:

1.

Isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li ħarġet il-fattura kummerċjali.

2.

Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jien, il-firmatarju t'hawn taħt, niċċertifika li l-(volum) tal-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu mibjugħa għall-esportazzjoni kienu immanifatturati minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fir-RPĊ. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta”.

3.

Data u firma.


25.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/725

tal-24 ta' April 2017

li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva mesotrione skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/68/KE (2) inkludiet il-mesotrione bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi li hemm fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u qegħdin elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva mesotrione tiskadi fil-31 ta' Lulju 2017.

(4)

Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-mesotrione skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien stipulat fl-istess Artikolu.

(5)

L-applikant ressaq il-fajls addizzjonali meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem: “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-23 ta' Frar 2015.

(7)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll is-sommarju tad-dossier supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(8)

Fis-7 ta' Marzu 2016 (6) l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar jekk jistax jiġi mistenni li l-mesotrione jissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fis-6 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport tat-tiġdid għall-mesotrione lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(9)

Dwar l-użu rappreżentattiv, wieħed jew aktar, ta' mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih il-mesotrione, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk, huwa xieraq li l-approvazzjoni tal-mesotrione tiġġedded.

(10)

Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-mesotrione hija msejsa fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-mesotrione. Għalhekk, huwa xieraq li titneħħa r-restrizzjoni fuq l-użu bħala erbiċida biss.

(11)

Madankollu, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma.

(12)

Skont l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 13(4) tiegħu, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(13)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/950 (7) estenda l-perjodu ta' approvazzjoni tal-mesotrione sal-31 ta' Lulju 2017 sabiex il-proċess ta' tiġdid ikun jista' jitlesta qabel tiskadi l-approvazzjoni ta' dik is-sustanza. Madankollu, minħabba li d-deċiżjoni dwar it-tiġdid laħqet ittieħdet qabel din id-data ta' skadenza estiża, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Ġunju 2017.

(14)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva mesotrione, kif speċifikata fl-Anness I, hija mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-istess Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 qed jiġi emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Ġunju 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/68/KE tal-11 ta' Lulju 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi trifloxystrobin, carfentrazone-ethyl, mesotrione, fenamidone u isoxaflutole bħala sustanzi attivi (ĠU L 177, 16.7.2003, p. 12).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA (European Food Safety Authority), 2016. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance mesotrione. EFSA Journal 2016;14(3):4419, 103 pp. doi:10.2903/j.efsa.2016.4419; Disponibbli online fuq: www.efsa.europa.eu

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/950 tal-15 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-DB,beta-cyfluthrin, carfentrazone ethyl, Coniothyrium minitans ir-Razza CON/M/91-08 (DSM 9660), cyazofamid, deltamethrin, dimethenamid-P, ethofumesate, fenamidone, flufenacet, flurtamone, foramsulfuron, fosthiazate, imazamox, iodosulfuron, iprodione, isoxaflutole, linuron, maleic hydrazide, mesotrione, oxasulfuron, pendimethalin, picoxystrobin, silthiofam u trifloxystrobin (ĠU L 159, 16.6.2016, p. 3).


ANNESS I

Isem Komuni Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Mesotrione

Numru CAS 104206-82-8

Numru CIPAC 625

Mesotrione

2-(4-mesil-2-nitrobenżojl) ċikloessan -1,3-dione

≥ 920 g/kg

R287431 max 2 mg/kg

R287432 max 2 g/kg

1,2-dichloroethane max 1 g/kg

fl-1 ta' Ġunju 2017

fil-31 ta' Mejju 2032

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar il-mesotrione, u b'mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b'mod partikulari għal dan li ġej:

il-ħarsien tal-operaturi,

il-ħarsien tal-ilma tal-pjan f'reġjuni vulnerabbli,

il-protezzjoni tal-mammiferi u tal-pjanti akkwatiċi u mhux fil-mira.

Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.

L-applikant għandu jissottometti l-informazzjoni ta' konferma dwar:

1.

il-profil ġenotossiku tal-metabolit AMBA;

2.

il-mod ta' azzjoni tas-sustanza attiva li jista' jaffettwa s-sistema endokrina, b'mod partikolari fit-testijiet ta' livell 2 u 3, indikati attwalment fil-Qafas kunċettwali tal-OECD (OECD 2012) u analizzati fl-Opinjoni xjentifika tal-EFSA dwar il-valutazzjoni tal-periklu ta' interferenti endokrini;

3.

l-effett ta' proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art, meta l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta' taħt l-art huwa estratt biex jintuża bħala ilma tajjeb għax-xorb.

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni rilevanti mitluba taħt il-punt 1 sal-1 ta' Lulju 2017 u l-informazzjoni rilevanti mitluba taħt il-punt 2 sal-31 ta' Diċembru 2017. L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni ta' konferma mitluba fil-punt 3 fi żmien perjodu ta' sentejn wara l-adozzjoni ta' dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi li jkun hemm fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta' taħt l-art.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta' rieżami.


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A, l-entrata 61 dwar il-Mesotrione titħassar;

(2)

fil-Parti B qed tiżdied l-entrata li ġejja:

“112

Mesotrione

Numru CAS 104206-82-8

Numru CIPAC 625

Mesotrione

2-(4-mesil-2-nitrobenżojl) ċikloessan -1,3-dione

≥ 920 g/kg

R287431 max 2 mg/kg

R287432 max 2 g/kg

1,2-dichloroethane max 1 g/kg

fl-1 ta' Ġunju 2017

fil-31 ta' Mejju 2032

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar il-mesotrione, u b'mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b'mod partikulari għal dan li ġej:

il-ħarsien tal-operaturi,

il-ħarsien tal-ilma tal-pjan f'reġjuni vulnerabbli,

il-protezzjoni tal-mammiferi u tal-pjanti akkwatiċi u mhux fil-mira.

Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.

L-applikant għandu jissottometti l-informazzjoni ta' konferma dwar:

1.

il-profil ġenotossiku tal-metabolit AMBA;

2.

il-mod ta' azzjoni tas-sustanza attiva li jista' jaffettwa s-sistema endokrina b'mod partikolari fit-testijiet ta' livell 2 u 3, indikati attwalment fil-Qafas kunċettwali tal-OECD (OECD 2012) u analizzati fl-Opinjoni xjentifika tal-EFSA dwar il-valutazzjoni tal-periklu ta' interferenti endokrini;

3.

l-effett ta' proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art, meta l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta' taħt l-art huwa estratt biex jintuża bħala ilma tajjeb għax-xorb.

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni rilevanti mitluba taħt il-punt 1 sal-1 ta' Lulju 2017 u l-informazzjoni rilevanti mitluba taħt il-punt 2 sal-31 ta' Diċembru 2017. L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni ta' konferma mitluba fil-punt 3 fi żmien perjodu ta' sentejn wara l-adozzjoni ta' dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi li jkun hemm fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta' taħt l-art.”


25.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/726

tal-24 ta' April 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-24 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

325,6

MA

101,7

TR

127,7

ZZ

185,0

0707 00 05

MA

79,4

TR

156,1

ZZ

117,8

0709 93 10

MA

78,6

TR

140,8

ZZ

109,7

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

52,4

IL

130,6

MA

68,9

TR

71,4

ZZ

80,8

0805 50 10

AR

68,9

TR

67,2

ZZ

68,1

0808 10 80

AR

88,6

BR

124,2

CL

127,8

CN

147,6

NZ

152,4

US

116,7

ZA

86,9

ZZ

120,6

0808 30 90

AR

175,5

CL

133,5

CN

113,2

ZA

123,8

ZZ

136,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

25.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/31


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/727

tat-23 ta' Marzu 2017

dwar ir-rikonoxximent tal-Montenegro skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara

(notifikata bid-dokument C(2017) 1815)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2008/106/KE, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw iċ-ċertifikati xierqa tal-baħħara li jkunu nħarġu minn pajjiżi terzi, sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun rikonoxxut mill-Kummissjoni. Dawk il-pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, tal-1978 (il-Konvenzjoni STCW).

(2)

Permezz ta' ittra tad-29 ta' Marzu 2011, il-Greċja talbet ir-rikonoxximent tal-Montenegro. Wara din it-talba, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-awtoritajiet tal-Montenegro bil-għan li twettaq valutazzjoni tas-sistema tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tagħhom sabiex tivverifika jekk il-Montenegro jissodisfax ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittiħdux il-miżuri xierqa biex tiġi evitata l-frodi li tinvolvi ċ-ċertifikati. Kien spjegat li l-valutazzjoni se tkun ibbażata fuq ir-riżultati ta' spezzjoni għall-ġbir ta' informazzjoni li għandha titwettaq mill-esperti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (l-Aġenzija).

(3)

Il-Kummissjoni ipproċediet bil-valutazzjoni tas-sistema tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni fil-Montenegro, ibbażata fuq ir-riżultati ta' spezzjoni li saret fi Frar 2012, u billi tqies il-pjan volontarju ta' azzjoni korrettiva mibgħut mill-awtoritajiet tal-Montenegro f'Ġunju 2013.

(4)

L-evalwazzjoni identifikat għadd ta' oqsma li kellhom bżonn jiġu indirizzati sewwa mill-awtoritajiet tal-Montenegro, inklużi n-nuqqasijiet marbutin ma' dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dispożizzjonijiet nieqsa għal kwalifiki ta' ċerti kategoriji ta' dawk li jħarrġu u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni insuffiċjenti jew inkompleti, kif ukoll il-proċeduri tal-kwalità u l-programmi tat-taħriġ. Għaldaqstant, tqies li kien meħtieġ li l-Aġenzija tagħmel spezzjoni addizzjonali, li saret f'Marzu 2015.

(5)

F'Novembru 2015, wara l-ispezzjoni addizzjonali, l-awtoritajiet tal-Montenegro ppreżentaw pjan ta' azzjoni korrettiva aġġornat. F'Mejju 2016, il-Kummissjoni kkomunikat rapport ta' valutazzjoni lill-awtoritajiet tal-Montenegro, ibbażat fuq ir-riżultati tal-ispezzjoni ta' Marzu 2015 u li jqis il-pjan ta' azzjoni korrettiva aġġornat, u talbet għal aktar kjarifiki li ġew mgħotija mill-awtoritajiet tal-Montenegro f'Lulju, f'Settembru u f'Ottubru 2016.

(6)

Skont l-informazzjoni miġbura, jista' jiġi konkluż li l-awtoritajiet tal-Montenegro ħadu l-miżuri biex is-sistema tal-Montenegro għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, inkluż l-għoti ta' evidenza dokumentata xierqa.

(7)

B'mod partikolari, il-Montenegro adotta leġiżlazzjoni ġdida li tindirizza n-nuqqasijiet identifikati b'rabta ma' dispożizzjonijiet nazzjonali, aġġorna l-proċeduri tal-kwalità tal-amministrazzjoni tiegħu u tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni marittima, u l-kurrikulu u l-programmi ta' taħriġ tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni marittima tiegħu.

(8)

Ir-riżultat finali tal-valutazzjoni juri li l-Montenegro huwa konformi mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW u li dan il-pajjiż ħa l-miżuri xierqa biex tiġi evitata l-frodi li tinvolvi ċ-ċertifikati.

(9)

L-Istati Membri ngħataw rapport dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni.

(10)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2008/106/KE, il-Montenegro huwa rikonoxxut fir-rigward tas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.


25.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/33


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/728

tal-20 ta' April 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/92/UE dwar is-superviżjoni, il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u l-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-materjal għall-ippakkjar tal-injam li bħalissa jintuża fit-trasport ta' prodotti speċifikati li joriġinaw fiċ-Ċina

(notifikata bid-dokument C(2017) 2429)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/92/UE (2) tipprevedi s-superviżjoni, il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u l-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-materjal għall-ippakkjar tal-injam li bħalissa jintuża fit-trasport ta' prodotti speċifikati li joriġinaw fiċ-Ċina

(2)

L-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/92/UE wriet li l-materjal għall-ippakkjar tal-injam li jintuża fit-trasport ta' ċerti prodotti li joriġinaw fiċ-Ċina għadu jippreżenta riskju fitosanitarju lill-Unjoni. Għalhekk, is-superviżjoni, il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u l-miżuri previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jenħtieġ li jkomplu japplikaw sal-31 ta' Lulju 2018 u jenħtieġ li tiġi stabbilita kif xieraq id-data li fiha l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar il-kontrolli fitosanitarji għall-importazzjoni.

(3)

Il-Kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda ta' ċerti prodotti ġew aġġornati permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 (3). Għalhekk, il-formularji tar-rappurtar stabbiliti fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2013/92/UE jenħtieġ li jiġu allinjati man-nomenklatura aġġornata.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/92/UE tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/92/UE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Rappurtar

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kummissjoni 94/3/KE (*1), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Lulju 2017 għall-perjodu mill-1 ta' April 2016 sal-31 ta' Marzu 2017 u sat-30 ta' April 2018 għall-perjodu mill-1 ta' April 2017 sal-31 ta' Marzu 2018, in-numru u r-riżultati tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti mwettqa f'konformità mal-Artikoli 2 u 3 ta' din id-Deċiżjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw il-formularju tar-rapportar stabbilit fl-Anness II.

(*1)  Id-Direttiva tal-KummissjonI 94/3/KE tal-21 ta' Jannar 1994 li tistabbilixxi proċedura għan-notifika ta' interċettazzjoni ta' kunsinna jew organiżmu jikkawżaw ħsara minn pajjiżi terzi u li jkun ta' periklu fitosanitarju imminenti (ĠU L 32, 5.2.1994, p. 37).”"

(2)

Fl-Artikolu 7, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikoli 1 sa 4 għandhom japplikaw sal-31 ta' Lulju 2018.”

(3)

L-Annessi I u II huma emendati f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/92/UE tat-18 ta' Frar 2013 dwar is-superviżjoni, il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u l-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-materjal għall-ippakkjar tal-injam li bħalissa jintuża fit-trasport ta' prodotti speċifikati li joriġinaw fiċ-Ċina (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 74).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 294, 28.10.2016, p. 1).


ANNESS

1.

Fit-tmien ringiela tat-tabella fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/92/UE, in-numru “6908” jinbidel b'“6907”.

2.

Fit-tmien ringiela tat-tabella fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/92/UE, in-numru “6908” jinbidel b'“6907”.


25.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/35


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/729

tal-20 ta' April 2017

dwar talba mir-Repubblika tal-Kroazja għal deroga skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità

(notifikata bid-dokument C(2017) 2437)

(It-test bil-Kroat biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 98/41/KE għandha l-għan li ttejjeb is-sikurezza u l-possibbiltajiet ta' salvataġġ tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ abbord il-vapuri tal-passiġġieri u li tiżgura li t-tfittix u s-salvataġġ u l-konsegwenzi ta' kull inċident ikunu jistgħu jiġi ttrattati b'mod aktar effettiv.

(2)

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/41/KE jeħtieġ li tiġi rreġistrata ċertu informazzjoni dwar kull vapur tal-passiġġieri li jitlaq minn port li jinsab fi Stat Membru biex jagħmel vjaġġ ta' aktar minn għoxrin mil mill-punt tat-tluq.

(3)

Bl-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 98/41/KE, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni għal deroga minn dan ir-rekwiżit.

(4)

B'ittra datata t-3 ta' Settembru 2015, ir-Repubblika tal-Kroazja talbet lill-Kummissjoni għal deroga mir-rekwiżit li tiġi rreġistrata l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/41/KE fir-rigward tal-persuni abbord il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jivvjaġġaw fuq għadd ta' rotot madwar il-gżejjer Kroati.

(5)

Fl-20 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni talbet informazzjoni supplimentari mingħand ir-Repubblika tal-Kroazja biex tkun tista' tivvaluta t-talba. Fit-18 ta' Mejju 2016, ir-Repubblika tal-Kroazja bagħtet ir-risposta tagħha u mmodifikat it-talba għal deroga rigward ir-rotot li ġejjin: ir-rotot Zadar — Ist u Zadar — Olib, fuq il-linja “Zadar — Premuda / Mali Lošinj”; ir-rotot Split — Hvar, Hvar — Prigradica u Hvar — Korčula fuq il-linja ta' veloċità għolja “Korčula — (Prigradica) — Hvar — Split”; ir-rotot Zadar — Ist u Zapuntel — Zadar fuq il-linja ta' veloċità għolja “Ist — Molat — Zadar”; ir-rotta Split — Bol fuq il-linja ta' veloċità għolja “Jelsa — Bol — Split”; ir-rotta Split — Hvar fuq il-linja ta' veloċità għolja “Split — (Milna) — Hvar”; ir-rotta Split — Hvar fuq il-linja ta' veloċità għolja “Lastovo — Vela Luka — Hvar — Split”; ir-rotta Rijeka — Rab fuq il-linja ta' veloċità għolja “Novalja — Rab — Rijeka”; ir-rotta Split — Vela Luka fuq il-linja “Lastovo — Vela Luka — Split”; ir-rotta Split — Stari Grad fuq il-linja “Split — Stari Grad”; ir-rotta Vis — Split fuq il-linja “Vis — Split”; ir-rotot Mali Lošinj — Cres u Cres — Rijeka fuq il-linja ta' veloċità għolja “Mali Lošinj — Ilovik — Susak — Unije — Martinšćica — Cres — Rijeka”; ir-rotta Premuda — Zadar fuq il-linja ta' veloċità għolja “Olib — Silba — Premuda — Zadar”; ir-rotot Vis — Split u Hvar — Split fuq il-linja ta' veloċità għolja “Vis — Hvar — Split”; ir-rotot Dubrovnik — Sobra u Korčula — Lastovo fuq il-linja ta' veloċità għolja “Dubrovnik — Šipanska luka — Sobra — Polače — Korčula — Lastovo”.

(6)

Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EMSA, ivvalutat it-talba għal deroga abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha.

(7)

Ir-Repubblika tal-Kroazja tat din l-informazzjoni: (1) fuq ir-rotot identifikati, il-probabbiltà annwali li l-għoli sinifikattiv tal-mewġ jaqbeż iż-żewġ metri hija inqas minn 10 %; (2) il-vapuri li għalihom tapplika d-deroga, ibaħħru b'servizzi regolari; (3) l-għan ewlieni tas-servizz huwa li jiġu pprovduti konnessjonijiet regolari għall-komunitajiet mbiegħda għal skopijiet abitwali; (4) iż-żona tal-baħar fejn ibaħħru l-vapuri tal-passiġġieri għandha sistemi ta' gwida navigazzjonali bbażati fuq il-kosta, servizzi ta' tbassir tat-temp ta' min joqgħod fuqhom, kif ukoll faċilitajiet adegwati u suffiċjenti għat-tiftix u għas-salvataġġ; (5) hemm nuqqas ta' infrastruttura adegwata ta' lqugħ u ta' faċilitajiet tal-port adegwati li huma meħtieġa biex tiġi rreġistrata l-informazzjoni dwar il-passiġġieri b'mod li jkun kompatibbli mal-iskeda tal-vjaġġi u mas-sinkronizzazzjoni mat-trasport fuq l-art u (6) it-talba għal deroga tkun tapplika għall-operaturi kollha li jbaħħru fuq ir-rotot speċifikati.

(8)

L-eżitu aħħari tal-valutazzjoni juri li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha għall-approvazzjoni tad-deroga.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-talba għal deroga tar-Repubblika tal-Kroazja skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 98/41/KE fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni kollha speċifikata fl-Artikolu 5(1) ta' din id-Direttiva għal persuni abbord il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jbaħħru b'servizz regolari fir-rotot elenkati hawn taħt (inkluż ir-rotot viċe versa), hija b'dan approvata:

(1)

ir-rotot Zadar — Ist u Zadar — Olib fuq il-linja “Zadar — Premuda / Mali Lošinj”;

(2)

ir-rotot Split — Hvar, Hvar — Prigradica u Hvar — Korčula fuq il-linja ta' veloċità għolja “Korčula — (Prigradica) — Hvar — Split”;

(3)

ir-rotot Zadar — Ist u Zapuntel — Zadar fuq il-linja ta' veloċità għolja “Ist — Molat — Zadar”;

(4)

ir-rotta Split — Bol fuq il-linja ta' veloċità għolja “Jelsa — Bol — Split”;

(5)

ir-rotta Split — Hvar fuq il-linja ta' veloċità għolja “Split — (Milna) — Hvar”;

(6)

ir-rotta Split — Hvar fuq il-linja ta' veloċità għolja “Lastovo — Vela Luka — Hvar — Split”;

(7)

ir-rotta Rijeka — Rab fuq il-linja ta' veloċità għolja “Novalja — Rab — Rijeka”;

(8)

ir-rotta Split — Vela Luka fuq il-linja “Lastovo — Vela Luka — Split”;

(9)

ir-rotta Split — Stari Grad fuq il-linja “Split — Stari Grad”;

(10)

ir-rotta Vis — Split fuq il-linja “Vis — Split”;

(11)

ir-rotot Mali Lošinj — Cres u Cres — Rijeka fuq il-linja ta' veloċità għolja “Mali Lošinj — Ilovik — Susak — Unije — Martinšćica — Cres — Rijeka”;

(12)

ir-rotta Premuda — Zadar fuq il-linja ta' veloċità għolja “Olib — Silba — Premuda — Zadar”;

(13)

ir-rotot Vis — Split u Hvar — Split fuq il-linja ta' veloċità għolja “Vis — Hvar — Split”;

(14)

ir-rotot Dubrovnik — Sobra u Korčula — Lastovo fuq il-linja ta' veloċita għolja “Dubrovnik — Šipanska luka — Sobra — Polače — Korčula — Lastovo”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Kroazja.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35.