ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 103

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
19 ta' April 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/698 tat-3 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/699 tat-18 ta' April 2017 li jistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tat-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) introdott fis-suq ta' kull Stat Membru u metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-kwantità ta' skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) ġenerat skont il-piż f'kull Stat Membru ( 1 )

17

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/700 tat-18 ta' April 2017 li jemenda għall-266 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

22

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/701 tat-18 ta' April 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

24

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/698

tat-3 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-Anness II tiegħu, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista eżawrjenti tal-kombinamenti ta' sustanzi attivi u tipi ta' prodotti eżistenti li huma inklużi fil-programm ta' rieżami tas-sustanzi attivi bijoċidali eżistenti fl-4 ta' Awwissu 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014, kwalunkwe persuna setgħet tinnotifika kombinament ta' sustanzi u tipi ta' prodotti li kienu inklużi fil-Parti 2 tal-Anness II tiegħu fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament. Ladarba dik l-iskadenza għaddiet, il-Parti 2 tal-Anness II u l-Artikolu 14(3) ta' dak ir-Regolament ma għadhomx japplikaw u ttieħdet id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1950 (3) li ma tapprovax dawn il-kombinamenti ta' sustanzi u tipi ta' prodotti.

(3)

Jenħtieġ li l-kombinamenti ta' sustanzi u tipi ta' prodotti nnotifikati skont l-Artikolu 14(3) u li nstab li huma konformi mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014 jiġu inklużi fil-Parti 1 tal-Anness II ta' dak ir-Regolament u jitneħħew mill-Parti 2 ta' dak l-Anness.

(4)

Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014, ġiet ippubblikata stedina li permezz tagħha kwalunkwe persuna interessata setgħet tinnotifika l-kombinament/i ta' sustanzi attivi u tipi ta' prodotti rilevanti. Qabel l-iskadenza kien hemm notifika waħda skont l-Artikolu 16(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, li kienet dwar il-klorur tad-dialuminju pentaidrossidu li jintuża fil-prodotti tat-tip 2, u nstab li din kienet konformi mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014. Għalhekk, dan il-kombinament ta' sustanzi u tipi ta' prodotti trid tiġi inkluża fil-Parti 1 tal-Anness II ta' dak ir-Regolament.

(5)

Għall-kombinamenti ta' sustanzi attivi u tipi ta' prodotti msemmijin fil-premessi 3 u 4, jenħtieġ li l-Awtorità Kompetenti għall-Evalwazzjoni tinħatar skont l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(6)

Il-kombinamenti ta' sustanzi attivi u tipi ta' prodotti li għalihom ġiet adottata Deċiżjoni ta' approvazzjoni jew ta' nonapprovazzjoni wara l-4 ta' Awwissu 2014 ma għadhomx fil-programm ta' rieżami, u għaldaqstant ma għandhomx jibqgħu jissemmew fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014.

(7)

Jenħtieġ li l-kombinamenti ta' sustanzi u tipi ta' prodotti li huma elenkati fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014 u li ma kinux innotifikati skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament ta' Rieżami jitneħħew mill-Parti 2 ta' dak l-Anness. Għaldaqstant, il-Parti 2 ta' dak l-Anness mhix se tibqa' tapplika u jenħtieġ li titneħħa.

(8)

B'hekk, jenħtieġ li l-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014 issir l-Anness II peress li hija l-unika parti li tifdal fl-Anness II u li r-referenzi għall-Artikolu 14(3) u għall-Parti 1 tal-Anness II jitneħħew.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014 jigi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 14, jitħassar il-paragrafu 3.

(2)

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   In-notifiki skont l-Artikolu 14(2) jew l-Artikolu 16(5) għandhom isiru lill-Aġenzija permezz tar-Reġistru.”;

(b)

fil-paragrafu 7, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

taġġorna l-informazzjoni fir-Reġistru dwar l-identità tal-parteċipant, u meta jkun rilevanti, dwar is-sustanza, meta n-notifika tkun saret skont l-Artikolu 14(2);”.

(3)

Fl-Artikolu 20, il-punti (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:

“(b)

meta ħadd ma jkun għamel notifika fil-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikolu 14(2) ta' dan ir-Regolament, jew meta din in-notifika tkun saret u tkun ġiet miċħuda skont l-Artikolu 17(4) jew l-Artikolu 17(5) tiegħu;

(c)

meta tkun saret notifika fil-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikolu 14(2) ta' dan ir-Regolament u jkun instab li din hija konformi mal-Artikolu 17(5) tiegħu, iżda l-identità tas-sustanza fin-notifika tkun tkopri biss parti mill-identità eżistenti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.”.

(4)

L-Anness II jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1950 tal-4 ta' Novembru 2016 dwar in-nonapprovazzjoni ta' ċerti sustanzi attivi bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 300, 8.11.2016, p. 14).


ANNESS

“ANNESS II

IL-KOMBINAMENTI TA' SUSTANZI U TIPI TA' PRODOTTI LI ĠEW INKLUŻI FIL-PROGRAMM TA' RIEŻAMI FILT-3 TA' FRAR 2017

Il-kombinamenti ta' sustanzi attivi u tipi ta' prodotti li ġew appoġġati fit-3 ta' Frar 2017 minbarra kull nanomaterjal ieħor li mhux imsemmi b'mod espliċitu fl-entrati 1017, 1019 u 1023

Numru tal-entrata

Isem is-sustanza

Stat Membru Rapporteur

Numru EC

Numru CAS

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

17

18

19

21

22

1

Formaldeid

DE

200-001-8

50-00-0

 

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

6

2-(2-butossietossi)etil 6-propilpiperonil etere (Butossidu tal-piperonil/PBO)

EL

200-076-7

51-03-6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

9

Bronopol

ES

200-143-0

52-51-7

 

x

 

 

 

x

 

 

x

 

x

x

 

 

 

 

 

x

36

Etanol

EL

200-578-6

64-17-5

x

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

37

Aċidu formiku

BE

200-579-1

64-18-6

 

x

x

x

x

x

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

43

Aċidu saliċiliku

NL

200-712-3

69-72-7

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

45

Propan-1-ol

DE

200-746-9

71-23-8

x

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

52

Ossidu tal-etilen

N

200-849-9

75-21-8

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

60

Aċidu ċitriku

BE

201-069-1

77-92-9

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

69

Aċidu glikoliku

NL

201-180-5

79-14-1

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

70

Aċidu peraċetiku

FI

201-186-8

79-21-0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

71

Aċidu L-(+)-lattiku

DE

201-196-2

79-33-4

 

x

x

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

79

(2R,6aS,12aS)-1,2,6,6a,12,12a-eżaidro-2-isopropenil-8,9-dimetossikromeno[3,4-b]furo[2,3-h]kromen-6-on (Rotenon)

UK

201-501-9

83-79-4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

85

Simklożen

UK

201-782-8

87-90-1

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

92

Bifenil-2-ol

ES

201-993-5

90-43-7

 

 

 

 

 

 

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

113

Ċinnamaldeid/3-fenil-propen-2-al (Aldeid ċinnamiku)

UK

203-213-9

104-55-2

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

117

Ġeranjol

FR

203-377-1

106-24-1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

122

Gliossal

FR

203-474-9

107-22-2

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

133

Aċidu eża-2,4-dienojku (Aċidu sorbiku)

DE

203-768-7

110-44-1

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

154

Klorofen

N

204-385-8

120-32-1

 

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

171

2-Fenossietanol

UK

204-589-7

122-99-6

x

x

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

172

Klorur taċ-ċetilpiridinju

UK

204-593-9

123-03-5

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

179

Diossidu tal-karbonju

FR

204-696-9

124-38-9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

180

Dimetilarsinat tas-sodju (Kakodilat tas-sodju)

PT

204-708-2

124-65-2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

185

Sodju tat-tosilklorammid (Sodju tat-tosilklorammid — Kloramin T)

ES

204-854-7

127-65-1

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

187

Dimetilditijokarbamat tal-potassju

UK

204-875-1

128-03-0

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

188

Dimetilditijokarbamat tas-sodju

UK

204-876-7

128-04-1

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

195

2-bifenilat tas-sodju

ES

205-055-6

132-27-4

x

x

x

x

 

x

x

 

x

x

 

 

x

 

 

 

 

 

206

Tiram

BE

205-286-2

137-26-8

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

210

Metam-sodju

BE

205-293-0

137-42-8

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

227

2-tijażol-4-il-1H-benżojmidażol (Tijabendażol)

ES

205-725-8

148-79-8

 

 

 

 

 

 

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

235

Dijuron

DK

206-354-4

330-54-1

 

 

 

 

 

 

x

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

239

Ċjanammid

DE

206-992-3

420-04-2

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

253

Tetraidro-3,5-dimetil-1,3,5-tijadijażin-2-tijon (Dażomet)

BE

208-576-7

533-74-4

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

283

Terbutrin

SK

212-950-5

886-50-0

 

 

 

 

 

 

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

288

N-(Diklorofluworometiltijo)-N′,N′-dimetil-N-fenilsulfammid (Diklofluwanid)

UK

214-118-7

1085-98-9

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

292

(1,3,4,5,6,7-eżaidro-1,3-diosso-2H-isoindol-2-il)metil-(1R-trans)-2,2-dimetil-3-(2-metilprop-1-enil)ċiklopropankarbossilat (d-Tetrametrin)

DE

214-619-0

1166-46-7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

321

Monolinuron

UK

217-129-5

1746-81-2

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

330

N-(3-aminopropil)-N-dodeċilpropan-1,3-diammina (Diammina)

PT

219-145-8

2372-82-9

 

x

x

x

 

x

 

x

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

336

2,2′-ditijobis[N-metilbenżammid] (DTBMA)

PL

219-768-5

2527-58-4

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

339

1,2-benżisotijażol-3(2H)-on (BIT)

ES

220-120-9

2634-33-5

 

x

 

 

 

x

 

 

x

 

x

x

x

 

 

 

 

 

341

2-metil-2H-isotijażol-3-on (MIT)

SI

220-239-6

2682-20-4

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

346

Dikloroisoċjanurat tas-sodju diidrat

UK

220-767-7

51580-86-0

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

345

Sodju tat-troklożen

UK

220-767-7

2893-78-9

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

348

Etil sulfat tal-meċetronju (MES)

PL

221-106-5

3006-10-8

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

359

(etilenediossi)dimetanol (Prodotti tar-reazzjoni tal-glikol etileniku mal-paraformaldeid (EGForm))

PL

222-720-6

3586-55-8

 

x

 

 

 

x

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

365

Piridina-2-tijol 1-ossidu, melħ tas-sodju (Piritijon tas-sodju)

SE

223-296-5

3811-73-2

 

x

x

 

 

x

x

 

x

x

 

 

x

 

 

 

 

 

368

3-Kloroalliloklorur tal-metenammina (CTAC)

PL

223-805-0

4080-31-3

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

377

2,2′,2″-(eżaidro-1,3,5-triażina-1,3,5-triil)trietanol (HHT)

PL

225-208-0

4719-04-4

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

382

Tetraidro-1,3,4,6-tetrakis(idrossimetil)imidażo[4,5-d]imidażol-2,5(1H,3H)-dijon (TMAD)

ES

226-408-0

5395-50-6

 

x

 

 

 

x

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

392

Ditijoċjanat tal-metilen

FR

228-652-3

6317-18-6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

393

1,3-bis(idrossimetil)-5,5-dimetilimidażolidina-2,4-dijon (DMDMH)

PL

229-222-8

6440-58-0

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

397

Klorur tad-dideċildimetilammonju (DDAC)

IT

230-525-2

7173-51-5

x

x

x

x

 

x

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

401

Fidda

SE

231-131-3

7440-22-4

 

x

 

x

x

 

 

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

1023

Fidda, bħala nanomaterjal

SE

231-131-3

7440-22-4

 

x

 

x

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

405

Diossidu tal-kubrit

DE

231-195-2

7446-09-5

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

424

Bromur tas-sodju

NL

231-599-9

7647-15-6

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

432

Ipoklorit tas-sodju

IT

231-668-3

7681-52-9

x

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

434

Tetrametrin

DE

231-711-6

7696-12-0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

439

Perossidu tal-idroġenu

FI

231-765-0

7722-84-1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

444

7a-etildiidro-1H,3H,5H-ossażolo(3,4-c)ossażol (EDHO)

PL

231-810-4

7747-35-5

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

450

Nitrat tal-fidda

SE

231-853-9

7761-88-8

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

453

Perossodisulfat tad-disodju/Persulfat tas-sodju

PT

231-892-1

7775-27-1

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

455

Ipoklorit tal-kalċju

IT

231-908-7

7778-54-3

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

457

Kloru

IT

231-959-5

7782-50-5

 

x

 

 

x

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

458

Sulfat tal-ammonju

UK

231-984-1

7783-20-2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

1016

Klorur tal-fidda

SE

232-033-3

7783-90-6

x

x

 

 

 

x

x

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

473

Piretrini u Piretrojdi

ES

232-319-8

8003-34-7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

491

Diossidu tal-kloru

PT

233-162-8

10049-04-4

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

494

2,2-dibromo-2-ċjanoaċetammid (DBNPA)

DK

233-539-7

10222-01-2

 

x

 

x

 

x

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

501

Karbendażim

DE

234-232-0

10605-21-7

 

 

 

 

 

 

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

1022

Klorur tad-dialuminju pentaidrossidu

NL

234-933-1

12042-91-0

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

515

Bromur tal-ammonju

SE

235-183-8

12124-97-9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

522

Żingu tal-piritijon (Piritijon taż-żingu)

SE

236-671-3

13463-41-7

 

x

 

 

 

x

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

x

 

524

Monoidroklorur tad-dodeċilgwanidina

ES

237-030-0

13590-97-1

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

526

2-bifenilat tal-potassju

ES

237-243-9

13707-65-8

 

 

 

 

 

x

 

 

x

x

 

 

x

 

 

 

 

 

529

Klorur tal-bromu

NL

237-601-4

13863-41-7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

531

(benżilossi)metanol

UK

238-588-8

14548-60-8

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

541

P-kloro-m-kresolat tas-sodju

FR

239-825-8

15733-22-9

x

x

x

 

 

x

 

 

x

 

 

 

x

 

 

 

 

 

550

Aċidu D-glukoniku, kompost ma' N,N-bis(4-klorofenil)-3,12-diimino-2,4,11,13-tetraażatetradekanediammidina (2:1) (CHDG)

PT

242-354-0

18472-51-0

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

554

p-[(dijodometil)sulfonil]toluwen

UK

243-468-3

20018-09-1

 

 

 

 

 

x

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

559

Tijoċjanat tal-(benżotijażol-2-iltijo)metil (TCMTB)

N

244-445-0

21564-17-0

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

x

 

 

 

 

 

 

562

2-metil-4-osso-3-(prop-2-inil)ċiklopent-2-en-1-il-2,2-dimetil-3-(2-metilprop-1-enil)ċiklopropankarbossilat (Pralletrin)

EL

245-387-9

23031-36-9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

563

(E,E)-eża-2,4-dienoat tal-potassju (Potassju sorbat)

DE

246-376-1

24634-61-5

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

566

.alfa.,.alfa.′,.alfa.′-trimetil-1,3,5-triażina-1,3,5(2H,4H,6H)-trietanol (HPT)

AT

246-764-0

25254-50-6

 

x

 

 

 

x

 

 

 

 

x

 

x

 

 

 

 

 

571

2-ottil-2H-isotijażol-3-on (OIT)

UK

247-761-7

26530-20-1

 

 

 

 

 

x

x

 

x

x

x

 

x

 

 

 

 

 

577

Klorur tad-dimetilottadeċil[3-(trimetossisilil)propil]ammonju

ES

248-595-8

27668-52-6

 

x

 

 

 

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

588

Bromokloro-5,5-dimetilimidażolidina-2,4-dijon (BCDMH/Bromoklorodimetilidantoin)

NL

251-171-5

32718-18-6

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

590

3-(4-isopropilfenil)-1,1-dimetilurea/Isoproturon

DE

251-835-4

34123-59-6

 

 

 

 

 

 

x

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

597

1-[2-(allilossi)-2-(2,4-diklorofenil)etil]-1H-imidażol (Imażalil)

DE

252-615-0

35554-44-0

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

599

S-[(6-kloro-2-ossoossażolo[4,5-b]piridina-3(2H)-il)metil] O,O-dimetil tijofosfat (Ażametifos)

UK

252-626-0

35575-96-3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

606

.alfa.-ċjano-3-fenossibenżil 2,2-dimetil-3-(2-metilprop-1-enil)ċiklopropankarbossilat (Ċifenotrin)

EL

254-484-5

39515-40-7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

608

Klorur tad-dimetiltetradeċil[3-(trimetossisilil)propil]ammonju

PL

255-451-8

41591-87-1

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

609

Taħlita ta' ċis- u trans-p-mentan-3,8-dijol (Ċitrijodijol)

UK

255-953-7

42822-86-6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

614

(RS)-α-ċjano-3fenossibenżil-(1RS)- ċis,trans-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat (Ċipermetrin)

BE

257-842-9

52315-07-8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

618

1-etinil-2-metilpent-2-enil 2,2-dimetil-3-(2-metilprop-1-enil)ċiklopropankarbossilat (Empentrin)

BE

259-154-4

54406-48-3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

619

3-jodo-2-propinilbutilkarbamat (IPBC)

DK

259-627-5

55406-53-6

 

 

 

 

 

 

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

620

Sulfat tat-tetrakis(idrossimetil)fosfonju (2:1) (THPS)

MT

259-709-0

55566-30-8

 

x

 

 

 

x

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

648

4,5-Dikloro-2-ottilisotijażol-3(2H)-on (4,5-Dikloro- 2-ottil-2H- isotijażol-3-on (DCOIT))

N

264-843-8

64359-81-5

 

 

 

 

 

 

x

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

656

3,3′-metilenbis[5-metilossażolidina] (Ossażolidina/MBO)

AT

266-235-8

66204-44-2

 

x

 

 

 

x

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

667

Klorur tal-alkil (C12-18) dimetilbenżilammonju (ADBAC (C12-18))

IT

269-919-4

68391-01-5

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

x

671

Klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżilammonju (ADBAC/BKC (C12-C16))

IT

270-325-2

68424-85-1

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

x

673

Klorur tad-dideċildimetilammonju (DDAC (C8-10))

IT

270-331-5

68424-95-3

x

x

x

x

x

x

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

690

Komposti tal-ammonju kwaternarju, benżil-C12-18-alkildimetil, imluħ bil-1,2-benżisotijażol-3(2H)-on 1,1-diossidu (1:1) (ADBAS)

MT

273-545-7

68989-01-5

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

691

N-(idrossimetil)gliċinat tas-sodju

AT

274-357-8

70161-44-3

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

692

Ammini, C10-16-alkildimetil, N-ossidi

PT

274-687-2

70592-80-2

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

693

Bis(perossimonosulfat) bis(sulfat) tal-pentapotassju

SI

274-778-7

70693-62-8

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

701

Eżaidrat tal-monoperossiftalat tal-manjeżju (MMPP)

PL

279-013-0

84665-66-7

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1015

Estratt tal-margosa

DE

283-644-7

84696-25-3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

1024

Estratt tal-margosa miż-żejt ippressat bil-kiesaħ mill-qlub tal-Azadirachta indica estratti bid-diossidu tal-karbonju superkritiku

DE

283-644-7

84696-25-3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

724

Klorur tal-alkil (C12-C14) dimetilbenżilammonju (ADBAC (C12-C14))

IT

287-089-1

85409-22-9

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

x

725

Klorur tal-alkil (C12-C14) dimetil(etilbenżil)ammonju (ADEBAC (C12-C14))

IT

287-090-7

85409-23-0

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

x

731

Estratt tal-Chrysanthemum cinerariaefolium

ES

289-699-3

89997-63-7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

744

Estratt tal-lavanda, Lavandula hybrida/Żejt tal-lavandina

PT

294-470-6

91722-69-9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

779

Prodotti tar-reazzjoni tal- aċidu glutamiku u tal-N-(C12-C14-alkil)propilenediammina (Glukoprotamin)

DE

403-950-8

164907-72-6

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

785

Aċidu 6-(ftalimido)perossieżanojku (PAP)

IT

410-850-8

128275-31-0

x

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

791

2-butil-benżo[d]isotijażol-3-on (BBIT)

CZ

420-590-7

4299-07-4

 

 

 

 

 

x

x

 

x

x

 

 

x

 

 

 

 

 

792

Kumpless tat-tetraklorodekaossidu (TCDO)

DE

420-970-2

92047-76-2

x

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

811

Fosfat tal-fidda tas-sodju tal-idroġenu taż-żirkonju

SE

422-570-3

265647-11-8

x

x

 

x

 

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

794

sek-butil 2-(2-idrossietil)piperidina-1-karbossilat/Ikaridina (Ikaridina)

DK

423-210-8

119515-38-7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

797

klorur taċ-ċis-1-(3-kloroallil)-3,5,7-triaża-1-ażonjaadamantan (ċis CTAC)

PL

426-020-3

51229-78-8

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

800

[2,4-Diosso-(2-propin-1-il)imidażolidina-3-il]metil(1R)-ċis-kriżantemat;[2,4-Diosso-(2-propin-1-il)imidażolidina-3-il]metil(1R)-trans-kriżantemat (Imiprotrin)

UK

428-790-6

72963-72-5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

807

(E)-1-(2-Kloro-1,3-tijażol-5-ilmetil)-3-metil-2-nitrogwanidina (Klotijanidina)

DE

433-460-1

210880-92-5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

952

Bacillus sphaericus għajr il-Bacillus sphaericus 2362, ir-razza ta' mikrobi ABTS-1743

IT

Mikroorganiżmu

143447-72-7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

955

Bacillus thuringiensis sottospeċi israelensis Serotip H14, għajr ir-razza ta' mikrobi AM65-52 u r-razza ta' mikrobi SA3 A

IT

Mikroorganiżmu

Mhux applikabbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

957

Bacillus subtilis

DE

Mikroorganiżmu

Mhux applikabbli

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

939

Kloru Attiv: immanifatturat mir-reazzjoni tal-aċidu ipokloruż u tal-ipoklorit tas-sodju prodotta fil-post

SK

Taħlita

Mhux applikabbli

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

813

Aċidu perossiottanojku

FR

Mhux applikabbli

33734-57-5

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1014

Żeolit tal-fidda

SE

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

 

x

 

x

x

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

152

Prodotti tar-reazzjoni tal-5,5-dimetilidantojn, 5-etil-5-metilidantojn mal-bromu u mal-kloru (DCDMH)

NL

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

459

Massa ta' reazzjoni tad-diossidu tat-titanju u tal-klorur tal-fidda

SE

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

x

x

 

 

 

x

x

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

777

Prodotti tar-reazzjoni tal-5,5-dimetilidantojn, 5-etil-5-metilidantojn mal-kloru (DCEMH)

NL

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

810

Ħġieġ tal-fosfat tal-fidda

SE

Mhux disponibbli

308069-39-8

 

x

 

 

 

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

824

Żeolit taż-żingu tal-fidda

SE

Mhux disponibbli

130328-20-0

 

x

 

x

x

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1013

Żeolit tar-ram tal-fidda

SE

Mhux disponibbli

130328-19-7

 

x

 

x

x

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1017

Fidda adsorbita fuq id-diossidu tas-siliċju (bħala nanomaterjal fil-forma ta' aggregat stabbli b'partikuli primarji fin-nanoskala)

SE

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1019

Diossidu tas-siliċju (bħala nanomaterjal iffurmat mill-aggregati u mill-agglomerati)

FR

Mhux disponibbli

68909-20-6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

831

Diossidu tas-siliċju (Diossidu tas-siliċju/Trab tad-diatomi)

FR

Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

61790-53-2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

854

(RS)-3-Allil-2-metil-4-ossoċiklopent-2-enil-(1R,3R;1R,3S)-2,2-dimetil-3-(2-metilprop-1-enil)-ċiklopropankarbossilat (taħlita ta' erba' isomeri 1R trans, 1R: 1R trans, 1S: 1R ċis, 1R: 1R ċis, 1S 4:4:1:1) (d-Alletrin)

DE

Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

231937-89-6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

855

(RS)-3-Allil-2-metil-4-ossoċiklopent-2-enil-(1R,3R)-2,2-dimetil-3-(2-metilprop-1-enil)-ċiklopropankarbossilat (taħlita ta' żewġ isomeri 1R trans: 1R/S biss 1:3) (Esbijotrin)

DE

Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

260359-57-7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

848

N-((6-Kloro-3-piridinil)metil)-N′-ċjano-N-metiletanimidammid (Aċetamiprid)

BE

Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

160430-64-8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

835

Esfenvalerat/(S)-.alfa.-Ċjano-3-fenossibenżil (S)-2-(4-klorofenil)-3-metilbutirat (Esfenvalerat)

PT

Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

66230-04-4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

843

4-bromo-2-(4-klorofenil)-1-etossimetil-5-trifluworometilpirrol-3-karbonitril (Klorfenapir)

PT

Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

122453-73-0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

859

Polimeru ta′ N-Metilmetanammina (EINECS 204-697-4) bil-(klorometil)ossiran (EINECS 203-439-8)/Klorur tal-ammonju kwaternarju polimeriku (Polimeru PQ)

HU

Polimeru

25988-97-0

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

863

Klorur monoidro tal-polimeru ta' N,N′-1,6-eżanediilbis[N′-ċjanogwanidina] (EINECS 240-032-4) u tal-eżametilendiammina (EINECS 204-679-6)/Bigwanid tal-polieżametilen (monomeru: 1,5-bis(trimetilen)-monoidroklorur tal-gwanilgwanidinju (PHMB)

FR

Polimeru

27083-27-8/32289-58-0

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

868

Poli(eżametilenbigwanid)

FR

Polimeru

91403-50-8

x

x

x

x

x

x

 

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

869

Poli(ossi-1,2-etanediil),.alfa.-[2-(dideċilmetilammonjo)etil]-.omega.-idrossi-, propanoat (melħ) (Bardap 26)

IT

Polimeru

94667-33-1

 

x

 

x

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

872

Borat tal-N-Dideċil-N-dipolietossiammonju/Borat tad-dideċilpoliossetilammonju (Betaina polimerika)

EL

Polimeru

214710-34-6

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


19.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/699

tat-18 ta' April 2017

li jistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tat-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) introdott fis-suq ta' kull Stat Membru u metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-kwantità ta' skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) ġenerat skont il-piż f'kull Stat Membru

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-kalkolu tar-rati minimi ta' ġbir ta' WEEE mill-Istati Membri f'konformità mad-Direttiva 2012/19/UE, jeħtieġ li tiġi stabbilita metodoloġija komuni li għandha tintuża mill-Istati Membri biex jikkalkulaw dik ir-rata ta' ġbir abbażi tal-piż tat-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) introdott fis-swieq rispettivi tagħhom, kif ukoll metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-kwantità totali ta' WEEE ġenerat skont il-piż f'kull Stat Membru, li għandhom jiġu applikati meta dik l-għażla ssir disponibbli għall-Istati Membri f'konformità mad-Direttiva 2012/19/UE.

(2)

Huwa xieraq li f'dan ir-Regolament jiġu definiti parametri speċifiċi, inklużi l-parametri “piż ta' EEE” u “WEEE ġenerat” sabiex ikun jista' jsir użu armonizzat tal-metodoloġiji komuni għall-kalkolu tal-piż ta' EEE introdott fis-suq u għall-kalkolu tal-kwantità totali ta' WEEE ġenerat.

(3)

Sabiex tiġi megħjuna l-applikazzjoni tal-metodoloġiji komuni għall-kalkolu tal-piż ta' EEE introdott fis-suq u għall-kalkolu tal-kwantità totali ta' WEEE ġenerat fi Stat Membru, jeħtieġ li l-metodoloġiji jinkludu għodda għall-kalkolu li tkun ġiet adattata apposta għal kull Stat Membru.

(4)

F'każijiet fejn id-dejta li għandha tiġi rrappurtata mill-produtturi jew mir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom skont l-Artikolu 16 u l-Anness X, il-Parti B tad-Direttiva 2012/19/UE ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompluta, l-Istati Membri jistgħu jagħtu stimi sostanzjati dwar il-kwantità ta' EEE introdotta fis-swieq rispettivi tagħhom. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tad-dejta, għandha tintuża metodoloġija komuni f'każijiet fejn għandhom isiru stimi ta' dan it-tip.

(5)

Il-metodoloġija komuni għall-kalkolu ta' stimi sostanzjati tal-kwantità ta' EEE introdott fis-suq għandha tikkunsidra li l-kwantità ta' EEE introdotta fis-suq fit-territorju ta' Stat Membru għandha titqies bħala l-piż ta' EEE magħmul disponibbli fis-suq tal-istess Stat Membru, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe EEE li nħareġ mit-territorju wara l-introduzzjoni fis-suq tiegħu. Għalhekk, u fid-dawl tal-informazzjoni statistika disponibbli, il-kalkolu tal-piż ta' EEE introdott fis-suq għandu jkun ibbażat fuq dejta dwar il-produzzjoni domestika ta' EEE fl-Istat Membru kkonċernat kif ukoll fuq dejta dwar l-importazzjonijiet ta' EEE lejn dak l-Istat Membru li jkunu ġejjin jew minn Stati Membri oħrajn jew minn pajjiżi terzi, u fuq esportazzjonijiet ta' EEE minn dak l-Istat Membru lejn Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz. Id-dejta għandha tinkiseb bl-użu tal-bażi ta' dejta tal-Eurostat (Eurobase) f'każijiet meta, b'mod partikolari, il-produzzjoni domestika ta' EEE tkun irreġistrata skont is-sistema ta' Produzzjoni Komunitarja (bil-kodiċijiet PRODCOM). Dawn il-kodiċijiet huma marbuta wkoll mal-kodiċijiet fl-istatistika tal-kummerċ (il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda). L-istatistika dwar il-kummerċ ta' oġġetti tkejjel il-kwantità ta' oġġetti li fihom sar kummerċ bejn l-Istati Membri (kummerċ intra-UE) u oġġetti li fihom sar kummerċ bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (kummerċ barra l-Unjoni).

(6)

Id-dejta nazzjonali dwar il-produzzjoni domestika, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' EEE hija rrappurtata bħala parti mis-sistema ta' Produzzjoni Komunitarja, bl-użu ta' kodiċijiet PRODCOM u mhux bħala parti mill-kategoriji ta' EEE stabbiliti fl-Annessi I u III tad-Direttiva 2012/19/UE. Madankollu, meta l-Istati Membri jagħmlu stimi dwar il-kwantità ta' EEE introdott fis-suq, huwa importanti li jużaw metodu ta' klassifikazzjoni komuni għall-konverżjoni tal-istatistika dwar il-produzzjoni domestika, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet f'dejta li tikkorrispondi għall-piż ta' EEE introdott fis-swieq rispettivi tagħhom skont il-kategoriji ta' EEE stabbiliti fid-Direttiva 2012/19/UE.

(7)

Għall-kalkolu tal-kwantità totali ta' WEEE ġenerat f'sena partikolari fit-territorju ta' Stat Membru, huwa importanti li l-Istati Membri jużaw metodoloġija komuni, li għandha tqis dejta dwar il-kwantità ta' EEE introdott fis-suq ta' kull Stat Membru fil-passat, dejta dwar it-tul tal-ħajja ta' EEE differenti, skont it-tip tiegħu, il-livell ta' saturazzjoni tas-suq nazzjonali u ċ-ċikli tal-ħajja differenti ta' EEE fl-Istati Membri. Għodda għall-kalkolu ta' WEEE ibbażata fuq din il-metodoloġija għandha ssir disponibbli għall-użu mill-Istati Membri, filwaqt li d-dejta meħtieġa għall-applikazzjoni tagħha għandha tiddaħħal fl-għodda minn qabel. L-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jaġġornaw id-dejta użata fl-għodda dwar l-EEE introdott fis-suq għas-snin ta' qabel u/jew id-dejta dwar it-tul tal-ħajja, abbażi ta' dejta u ta' evidenza rilevanti li jsostnu dawn l-aġġornamenti.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tat-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) introdott fi Stat Membru u metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-kwantità totali ta' skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) ġenerat skont il-piż fi Stat Membru li għandha tintuża mill-Istati Membri, kif rilevanti, għall-kalkolu tar-rati ta' ġbir ta' WEEE. Għal dan l-għan, hija tipprevedi wkoll id-disponibbiltà ta' għodda għall-kalkolu ta' WEEE, adattata apposta għal kull Stat Membru, li għandha tiġi stabbilita u magħmula disponibbli mill-Kummissjoni bħala parti integrali minn dawn il-metodoloġiji.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“piż ta' EEE” tfisser il-piż gross (tat-trasport) ta' kwalunkwe EEE fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2012/19/UE, inklużi l-aċċessorji elettriċi u elettroniċi kollha, iżda bl-esklużjoni tal-imballaġġ, ta' batteriji u ta' akkumulaturi, ta' struzzjonijiet, ta' manwali, u ta' aċċessorji u oġġetti konsumabbli mhux tal-elettriku/elettroniċi

(b)

“WEEE ġenerat” fi Stat Membru tfisser il-piż totali tal-WEEE li jirriżulta minn tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2012/19/UE li tqiegħed fis-suq ta' dak l-Istat Membru, qabel kull attività bħall-ġbir, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, it-trattament, l-irkupru, inkluż ir-riċiklaġġ, jew l-esportazzjoni.

Artikolu 3

Il-kalkolu tal-piż ta' EEE introdott fis-suq ta' Stat Membru

1.   Meta Stat Membru jikkalkula r-rata tal-ġbir abbażi tal-piż medju ta' EEE introdott fis-suq, dak l-Istat Membru għandu jikkalkula l-piż ta' EEE introdott fis-suq tiegħu f'sena speċifika fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-produtturi ta' EEE, jew mir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, fejn applikabbli, b'konformità mal-Artikolu 16(2)(c) tad-Direttiva 2012/19/UE u l-Parti B tal-Anness X ta' dik id-Direttiva.

2.   Meta Stat Membru ma jkunx jista' jikkalkula l-piż ta' EEE introdott fis-suq tiegħu skont il-paragrafu 1, dan minflok għandu jagħmel stimi sostanzjati tal-piż ta' EEE introdott fis-suq tiegħu fis-sena kkonċernata fuq il-bażi tad-dejta dwar il-produzzjoni domestika, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' EEE fit-territorju tiegħu. Għal dan l-għan, l-Istat Membru għandu juża l-metodoloġija stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Il-kalkolu tal-kwantità totali ta' WEEE ġenerat fi Stat Membru

Meta Stat Membru jikkalkula r-rata tal-ġbir abbażi tal-kwantità ta' WEEE ġenerat fit-territorju tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jikkalkula l-kwantità totali ta' WEEE ġenerat fit-territorju tiegħu f'sena speċifika abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness II.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38.

(2)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).


ANNESS I

Il-metodoloġija għall-kalkolu ta' stimi sostanzjati tal-piż ta' EEE introdott fis-suq ta' Stat Membru

1.

L-istimi sostanzjati tal-piż tal-EEE introdott fis-suq ta' Stat Membru f'sena ta' referenza għandhom jiġu kkalkulati permezz tal-metodu ta' konsum apparenti, li huwa bbażat fuq l-ekwazzjoni li ġejja:

EEE introdott fis-suq(t) = Produzzjoni domestika(t) + Importazzjonijiet(t) – Esportazzjonijiet(t)

Fejn:

Produzzjoni domestika(t)

=

il-piż (f'tunnellati) ta' EEE lest prodott f'sena ta' referenza t fi Stat Membru.

Importazzjonijiet(t)

=

il-piż (f'tunnellati) ta' EEE li jidħol fi Stat Membru f'sena ta' referenza t li joriġina minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu.

Esportazzjonijiet(t)

=

il-piż (f'tunnellati) ta' EEE li joħroġ minn Stat Membru f'sena ta' referenza t biex jintbagħat lejn Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu.

2.

L-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta dwar il-produzzjoni domestika ta' EEE skont il-piż irrappurtata fil-klassifikazzjoni komunitarja tas-sistemi ta' produzzjoni (il-kodiċijiet PRODCOM).

L-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' EEE skont il-piż irrappurtata fil-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (il-kodiċijiet NM).

3.

L-Istati Membri għandhom jużaw l-għodda għall-kalkolu tal-WEEE imsemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament sabiex jaqilbu l-kwantitajiet ta' EEE prodotti domestikament, importati u esportati li jiġu rrappurtati skont il-kodiċijiet NM, fi kwantitajiet ta' EEE introdott fis-suq għall-kategoriji ta' EEE stabbiliti fl-Annessi I u III tad-Direttiva 2012/19/UE.

ANNESS II

Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-kwantità totali ta' WEEE ġenerat fi Stat Membru

1.

Il-kwantità ta' WEEE ġenerat fi Stat Membru f'sena partikolari għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-ammont ta' EEE introdott fis-suq ta' dak l-Istat Membru fis-snin preċedenti, u abbażi tat-tul tal-ħajja korrispondenti tal-prodott ikkalkulat abbażi tar-rata ta' rimi għal kull prodott kif muri fl-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

Fejn:

W(n)

=

il-kwantità (f'tunnellati) ta' WEEE ġenerat fis-sena ta' valutazzjoni n;

POM(t)

=

il-kwantità (f'tunnellati) ta' EEE introdott fis-suq fi kwalunkwe sena t;

t 0

=

l-ewwel sena li fiha ġie introdott EEE fis-suq;

L (p) (t, n)

=

il-profil tat-tul tal-ħajja bbażat fuq ir-rimi għal-lott ta' EEE introdott fis-suq fis-sena t, li jirrifletti r-rata probabbli tiegħu ta' rimi fis-sena ta' valutazzjoni n (tagħmir mormi bħala persentaġġ tal-bejgħ totali fis-sena n) u li jiġi kkalkulat billi tiġi applikata funzjoni ta' distribuzzjoni Weibull definita minn parametru ta' forma li tvarja biż-żmien α(t) u minn paramentru ta' skala β(t) kif ġej:

Formula

Meta jiġu applikati l-istess parametri tat-tul tal-ħajja matul iż-żmien, id-distribuzzjoni tat-tul tal-ħajja tal-EEE tiġi simplifikata f'din il-formula li ġejja:

Formula

Fejn:

α (alpha)

=

il-“parametru ta' forma” tad-distribuzzjoni tal-probabilità

β (beta)

=

il-“parametru ta' skala” tad-distribuzzjoni tal-probabilità

2.

L-Istati Membri għandhom jużaw l-għodda għall-kalkolu tal-WEEE imsemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u li ġiet żviluppata abbażi tal-metodoloġija deskritta fil-punt 1 biex jikkalkulaw il-kwantità totali ta' WEEE ġenerat fit-territorju tagħhom f'sena partikolari.

3.

L-għodda għall-kalkolu tal-WEEE għandha tiġi popolata minn qabel b'dejta dwar il-kwantità ta' EEE introdott fis-suq għall-perjodu 1980-2014 għal kull Stat Membru, ikkalkulata abbażi tal-metodu ta' konsum apparenti deskritt fl-Anness I, u b'dejta dwar it-tul tal-ħajja tal-prodott għall-perjodu 1980-2030. Il-parametru tal-forma u l-parametru ta' skala tad-distribuzzjoni tal-probabilità li ġew imsemmija fil-punt 1 u li huma ddeterminati għal kull Stat Membru, għandhom jiġu inklużi fl-għodda bħala valuri prestabbiliti.

4.

Fl-għodda għall-kalkolu tal-WEEE l-Istati Membri għandhom idaħħlu d-dejta annwali dwar l-EEE introdott fis-suq mill-2015 sas-sena ta' qabel is-sena ta' referenza, sabiex ikun jista' jsir kalkolu tal-piż ta' WEEE ġenerat f'sena partikolari.

5.

L-Istati Membri jistgħu jaġġornaw id-dejta dwar l-EEE introdott fis-suq jew id-dejta dwar it-tul tal-ħajja tal-prodott użata fl-għodda għall-kalkolu tal-WEEE kif stabbilit fil-punt 3. Qabel ma jipproċedu b'aġġornamenti ta' dan it-tip, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dawn u għandhom jipprovdu provi rilevanti għall-aġġornamenti, inklużi stħarriġiet uffiċjali tas-swieq, riżultati ta' awditi jew dejta analizzata u ssostanzjata li tirriżulta minn konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

19.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/700

tat-18 ta' April 2017

li jemenda għall-266 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-8 ta' April 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” titħassar:

“Khadafi Abubakar Janjalani (alias (a) Khadafy Janjalani, (b) Khaddafy Abubakar Janjalani, (c) Abu Muktar). Data tat-twelid: 3.3.1975. Post tat-twelid: Isabela, Basilan, il-Filippini Ċittadinanza: Filippina. Tagħrif ieħor: Allegatament miet fl-2006. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 22.12.2004.”


19.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/701

tat-18 ta' April 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

288,4

MA

120,8

TN

214,0

TR

132,4

ZZ

188,9

0707 00 05

MA

66,7

TR

160,8

ZZ

113,8

0709 93 10

MA

77,2

TR

142,3

ZZ

109,8

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

48,6

IL

76,3

MA

50,5

TN

61,8

TR

72,9

ZZ

62,0

0805 50 10

AR

65,0

EG

76,4

TR

69,4

ZZ

70,3

0808 10 80

AR

95,4

BR

104,0

CL

138,4

CN

117,8

NZ

153,9

TR

97,9

US

181,7

ZA

115,5

ZZ

125,6

0808 30 90

AR

147,2

CL

139,5

CN

122,9

ZA

129,3

ZZ

134,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.